ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.228.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 228

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
31 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 769/2010 tat-30 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/60/UE tat-30 ta’ Awwissu 2010 li tistipula ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali ( 1 )

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/470/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5779)  ( 1 )

15

 

 

2010/471/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina fir-rigward ta' listi ta' ċentri ta' ġbir u ħażna ta' semen u timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni u rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5781)  ( 1 )

52

 

 

2010/472/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5780)  ( 1 )

74

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 768/2010

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Unjoni u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għar-rimunerazzjonijiet imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, għall-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għar-rimunerazzjonijiet, b’effett retroattiv.

(3)

Jeħtieġ li jsir provvediment għall-ħlas lura ta’ pagamenti fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda.

(4)

Jeħtieġ li jsir provvediment għall-irkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda fil-każ ta' tnaqqis tar-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Jeħtieġ li jsir provvediment sabiex kull ħlas lura eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fl-Unjoni għar-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Unjoni,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif indikati fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u għandhom jikkorrispondu għall-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 2

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħlasijiet lura fil-każ ta’ żieda fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi tar-rimunerazzjonijiet fl-eventwalità ta' tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi li jinsabu fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu rkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel il-31 ta’ Awwissu 2010. Il-ħlas lura għandu jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

POST TAX-XOGĦOL

Koeffiċjenti korrettivi

Lulju 2009

Afganistan (*)

0

Albanija

73,9

Alġerija

76,5

Angola

115,8

Arġentina

57,1

Armenja

68,7

Awstralja

102,3

Azerbajġan

93,7

Bangladexx

50,8

Barbados

111

Belarus

61,5

Beliż

65,9

Benin

93,1

Bolivja

58,4

Bożnja u Ħerżegovina (Banja Luka)

62,5

Bożnja u Ħerżegovina (Sarajevo)

73,2

Botswana

53,2

Brażil

87,4

Burkina Faso

95,8

Burundi (*)

0

Cape Verde

73,1

Ċad

122,8

Ċilì

61,9

Ċina

85,6

Djibouti

97,1

Ekwador

70,3

Eġittu

39,2

El Salvador

70,2

Eritrea

50,1

Etjopja

83,8

Fiġi

61,9

Filippini

62,7

Gabon

104,4

Gambja

60,7

Ġamajka

84,8

Ġappun (Tokyo)

126,3

Georgja

86,5

Ghana

53,1

Ġordan

81,5

Gwatemala

75,5

Guinea (Conakry)

63,5

Guinea-Bissau

107,7

Gujana

59,3

Ħaiti

107,4

Ħonduras

70,2

Hong Kong

95

Indja

54,5

Indoneżja (Banda Aceh)

51,2

Indoneżja (Jakarta)

74,3

Iraq (*)

0

Iżrael (Tel Aviv)

102,5

Kambodja

71,5

Kamerun

95,6

Kanada

74,6

Kazakstan (Almaty)

76,3

Kazakstan (Astana)

68,1

Kenja

75,1

Kolombja

76

Kongo (Brazzaville)

118,2

Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa)

125,3

Kosovo (Pristina)

54,6

Kosta Rika

75,1

Kosta tal-Avorju

99,5

Kroazja

92,3

Kuba

83,2

Kyrgyżstan

85,9

Laos

85,7

Lesoto

57,3

Libanu

81,9

Liberja

90,8

Maċedonja, ex-Repubblika Jugoslava ta’

68,1

Madagaskar

83,9

Malawi

76

Malajsja

70,1

Mali

84,9

Marokk

76,1

Mawritanja

61,1

Mawrizju

69,7

Messiku

65,1

Moldova

64,3

Montenegro

68,1

Możambik

73,4

Namibja

71,2

Nepal

77,7

New Caledonia

125,9

New Zealand

86,4

Niġer

85,9

Niġerja

87,5

Nikaragwa

55,5

Norveġja

125,2

Pakistan

43,9

Panama

57,6

Papua New Guinea

94,2

Paragwaj

66,5

Peru

75,1

Repubblika Ċentrali Afrikana

106,7

Repubblika Dominikana

64,4

Russja

97,1

Rwanda

84,6

Samoa

70,5

Sawdi Arabja

85,2

Senegal

90,3

Serbja (Belgrad)

66,5

Sierra Leone

75,1

Singapor

97,3

Sirja

77,1

Solomon, Gżejjer ta’

90,3

Sri Lanka

62,9

Stati Uniti (New York)

92

Stati Uniti (Washington)

87,4

Sud Afrika

57,5

Sudan tan-Nofsinhar (Juba)

91,6

Sudan (Khartoum)

52,5

Sud Korea

82,8

Surinam

45,9

Sważilandja

58,2

Svizzera (Geneva)

109,5

Svizzera (Berna)

109

Taġikistan

56,9

Tajwan

76,6

Tajlandja

55,6

Tanzanija

67,6

Timor Leste

67,8

Togo

87,9

Trinidad u Tobago

74,6

Tuniżija

68,7

Turkija

76,6

Uganda

63,4

Ukrajna

75,1

Urugwaj

71,3

Użbekistan

50,9

Vanwatu

102,2

Venezwela

92,4

Vjetnam

47,4

West Bank - Strixxa ta’ Gaza

100,7

Yemen

66,6

Żambja

49,2

Żimbabwe (*)

0


(*)  Mhux disponibbli.


31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 769/2010

tat-30 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

38,5

TR

103,0

ZZ

70,8

0707 00 05

TR

141,2

ZZ

141,2

0709 90 70

TR

125,9

ZZ

125,9

0805 50 10

AR

86,0

CL

145,6

TR

149,6

UY

141,2

ZA

158,5

ZZ

136,2

0806 10 10

BA

91,2

EG

132,3

IL

126,0

TR

115,3

ZA

149,9

ZZ

122,9

0808 10 80

AR

106,6

BR

70,5

CL

93,5

CN

65,6

NZ

99,6

US

127,5

UY

95,9

ZA

89,2

ZZ

93,6

0808 20 50

AR

115,4

CL

150,5

CN

76,3

TR

133,1

ZA

110,7

ZZ

117,2

0809 30

TR

143,4

ZZ

143,4

0809 40 05

BA

53,9

IL

161,0

XS

52,3

ZZ

89,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/10


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/60/UE

tat-30 ta’ Awwissu 2010

li tistipula ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tagħha,

Billi:

(1)

Matul dawn l-aħħar snin, il-kwistjonijiet tal-bijodiversità u tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti żdiedu fl-importanza tagħhom, kif juru żviluppi differenti fuq livell internazzjonali u tal-UE. Xi eżempji jinkludu d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE tal-24 ta’ Frar 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 870/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jwaqqaf programm tal-Komunità dwar il-ħarsien, karatterizzazzjoni, ġbir u l-użu ta’ riżorsi genetiċi fl-agrikoltura u li jħassar Regolament (KE) Nru 1467/94 (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (5). Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, jiġifieri d-Direttiva 66/401/KEE, sabiex jitqiesu dawn il-kwistjonijiet.

(2)

Sabiex ikun permess it-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf li jkunu maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi (minn hawn ’il quddiem “taħlitiet ta’ preservazzjoni”), anke fejn il-komponenti ta’ dawk it-taħlitiet mhumiex konformi ma’ xi wħud mir-rekwiżiti ġenerali għat-tqegħid fis-suq previsti fid-Direttiva 66/401/KEE, jeħtieġ li jiġu stipulati ċerti derogi.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li t-taħlitiet li jinsabu fis-suq bħala taħlitiet ta’ preservazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk id-derogi, jeħtieġ li jiġi stipulat li t-tqegħid fis-suq ta’ tali taħlitiet ikun soġġett għal awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk issir applikazzjoni għaliha.

(4)

Rigward it-taħlitiet ta’ preservazzjoni li fihom varjetajiet ta’ konservazzjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta’ dawk il-landraces u varjetajiet (6), din id-Direttiva għandha madankollu tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/62/KE.

(5)

Żoni speċjali ta’ konservazzjoni maħturin mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (7) jospitaw ħabitats naturali u seminaturali denji ta’ konservazzjoni. Żoni bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala żoni ta’ sors għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà wkoll li jinnominaw żoni oħrajn li jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti jekk dawn jikkonformaw ma’ regoli komparabbli.

(6)

Għandu jkun ipprovdut li l-komponenti tat-taħlita ta’ preservazzjoni jkunu indikati bħala speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet fl-awtorizzazzjoni u fuq it-tikketta. Ir-rata speċifika ta’ ġerminazzjoni għall-komponenti tat-taħlita koperti mid-Direttiva 66/401/KEE li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ ġerminazzjoni stabbiliti fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva għandha tiġi prevista wkoll. Rigward dawn ir-rekwiżiti, għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat il-metodu ta’ ħsad.

(7)

Jeħtieġ li jkunu stipulati derogi li jikkonċernaw l-eżaminazzjoni tat-taħlita ta’ preservazzjoni mill-Istati Membri qabel ma tiġi awtorizzata għat-tqegħid fis-suq. Il-mod li bih dawn it-taħlitiet jiġu eżaminati għandu f’ċerti każijiet, iqis ukoll id-differenzi bejn il-metodi ta’ taħlita tal-għelejjel li jikbru fiż-żona u ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li t-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni jseħħ fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, għandhom jiġu previsti restrizzjonijiet, b’mod partikolari, rigward ir-reġjun ta’ oriġini u ż-żona ta’ sors.

(9)

Għandha tiġi stabbilita kwantità massima għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li din il-kwantità massima tkun rispettata, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-produtturi sabiex jinnotifikaw il-kwantitajiet ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni li biħsiebhom japplikaw għal awtorizzazzjoni għalihom, u, jekk ikun hemm bżonn, l-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet lill-produtturi.

(10)

It-traċċabbiltà tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni għandha tiġi żgurata permezz ta’ rekwiżiti xierqa ta’ ssiġillar u tikkettar.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu applikati b’mod korrett, għandu jitwettaq monitoraġġ uffiċjali.

(12)

Wara perjodu xieraq il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva humiex effettivi.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“żona ta’ sors” tfisser:

(i)

żona nnominata minn Stat Membru bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE; jew

(ii)

żona li tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u li hija nnominata minn Stat Membru skont proċedura nazzjonali bbażata fuq kriterji komparabbli ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE flimkien mal-Artikolu 1(k) u (l) ta’ dik id-Direttiva, u li hija mmaniġġjata, protetta u ssorveljata b’mod ekwivalenti għall-Artikolu 6 u l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

“sit ta’ ġbir” ifisser parti miż-żona ta’ sors, minn fejn tkun inġabret iż-żerriegħa;

(c)

“taħlita maħsuda direttament” tfisser taħlita ta’ żrieragħ li titqiegħed fis-suq bħala miġbura mis-sit ta’ ġbir, kemm jekk imnaddfa kif ukoll jekk le;

(d)

“taħlita tal-għelejjel li jikbru fiż-żona” tfisser taħlita ta’ żrieragħ prodotta skont il-proċess li ġej:

(i)

iż-żerriegħa ta’ speċi individwali tittieħed fis-sit ta’ ġbir;

(ii)

iż-żerriegħa msemmija f’punt (i) hija mmultiplikata barra mis-sit ta’ ġbir bħala speċi singola;

(iii)

wara, iż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċijiet jitħalltu sabiex tinħoloq taħlita li hija magħmula minn dawk il-ġeneri, speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat fis-sit ta’ ġbir.

Artikolu 2

Taħlitiet ta’ preservazzjoni

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet minn diversi ġeneri, speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet, maħsubin għall-użu fil-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi msemmija fl-Artikolu 22a(1)(b) ta’ dik id-Direttiva.

Taħlitiet bħal dawn jista’ jkun fihom żerriegħa mill-pjanti tal-għalf koperti mid-Direttiva 66/401/KEE u, barra minn hekk, żerriegħa mill-pjanti li mhumiex pjanti tal-għalf skont it-tifsira ta’ dik id-Direttiva.

Taħlitiet bħal dawn huma minn issa ‘l quddiem imsejħin “taħlitiet ta’ preservazzjoni”.

2.   Fejn taħlita ta’ preservazzjoni tinkludi varjetà ta’ konservazzjoni, tapplika d-Direttiva 2008/62/KEE.

3.   Sakemm mhux previst mod ieħor f’din id-Direttiva, tapplika d-Direttiva 66/401/KEE.

Artikolu 3

Reġjun ta’ oriġini

Meta Stat Membru jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ taħlita ta’ preservazzjoni, għandu jiddefinixxi r-reġjun li miegħu hija assoċjata b’mod naturali dik it-taħlita, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “reġjun ta’ oriġini”. Huwa għandu jqis l-informazzjoni mill-awtoritajiet jew mill-organizzazzjonijiet għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti rikonoxxuti għal dan l-għan mill-Istati Membri. Fejn ir-reġjun ta’ oriġini ikun jinsab f’aktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jiġi identifikat mill-Istati Membri kollha kkonċernati permezz ta’ ftehim komuni.

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-taħlitiet ta’ preservazzjoni għal tqegħid fis-suq fir-reġjun ta’ oriġini tagħhom sakemm dawk it-taħlitiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 5 fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 6 fil-każ ta’ taħlitiet tal-għelejjel li jikbru fiż-żona.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u indirizz tal-produttur;

(b)

il-metodu ta’ ħsad: kemm jekk maħsudin direttament kif ukoll jekk inhuma taħlitiet tal-għelejjel li jikbru fiż-żona;

(c)

il-perċentwal skont il-piż tal-komponenti bħala speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet;

(d)

fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni mkabbrin fl-uċuħ, ir-rata speċifika ta’ ġerminazzjoni għall-komponenti tat-taħlita koperta mid-Direttiva 66/401/KEE li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ ġerminazzjoni stabbiliti fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva;

(e)

il-kwantità tat-taħlita li għaliha għandha tapplika l-awtorizzazzjoni;

(f)

ir-reġjun ta’ oriġini;

(g)

ir-restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq fir-reġjun ta’ oriġini;

(h)

iż-żona ta’ sors;

(i)

is-sit ta’ ġbir, u fil-każ tat-taħlita ta’ għelejjel li jikbru fiż-żona, is-sit ta’ multiplikazzjoni ukoll;

(j)

it-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir; u

(k)

is-sena tal-ġbir.

3.   Rigward punt (c) tal-paragrafu 2, għal taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament għandu jkun biżżejjed li dawk il-komponenti jingħataw bħala speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir u li huma, bħala komponenti tat-taħlita, ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament

1.   Taħlita ta’ preservazzjoni maħsuda direttament għandha tkun inġabret fiż-żona ta’ sors tagħha f’sit ta’ ġbir li ma jkunx ġie miżrugħ matul l-40 sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni mill-produttur, imsemmija fl-Artikolu 7(1). Iż-żona ta’ sors għandha tkun tinsab fir-reġjun ta’ oriġini.

2.   Il-perċentwal tal-komponenti tat-taħlita ta’ preservazzjoni maħsuda direttament li huma speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir u li huma, bħala komponenti tat-taħlita, ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, għandu jkun adegwat għall-iskop li jerġa’ jinħoloq it-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir.

3.   Ir-rata ta’ ġerminazzjoni tal-komponenti msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun biżżejjed għall-għan li jerġa’ jinħoloq it-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir.

4.   Il-kontenut massimu ta’ speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet li ma jikkonformawx mal-paragrafu 2 ma għandux jaqbeż il-1 % tal-piż. It-taħlita ta’ preservazzjoni maħsuda direttament ma għandhiex tinkludi Avena fatua, Avena sterilis u Cuscuta spp. Il-kontenut massimu ta’ Rumex spp. minbarra Rumex acetosella u Rumex maritimus ma għandux jaqbeż 0,05 % tal-piż.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għat-taħlitiet ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona

1.   Rigward it-taħlitiet ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona, iż-żerriegħa miġbura li minnha tiġi prodotta t-taħlita taż-żerriegħa tal-għelejjel li jikbru fiż-żona jeħtieġ li tkun inġabret fiż-żona ta’ sors tagħha f’sit ta’ ġbir li ma jkunx ġiex miżrugħ fl-40 sena ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni mill-prodottur, imsemmija fl-Artikolu 7(1). Iż-żona ta’ sors għandha tkun tinsab fir-reġjun ta’ oriġini.

2.   Iż-żerriegħa tat-taħlita ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona għandha tkun ta’ speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet li huma tipiċi għat-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir u li huma, bħala komponenti tat-taħlita, ta’ importanza għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali fil-kuntest tal-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi.

3.   Il-komponenti ta’ taħlita ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona li huma żrieragħ ta’ pjanti tal-għalf skont it-tifsira tad-Direttiva 66/401/KEE għandhom, qabel jitħalltu, jikkonformaw mar-rekwiżiti għaż-żerriegħa kummerċjali stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness II mad-Direttiva 66/401/KEE fir-rigward tal-purità analitika, hekk kif stabbilit fil-kolonni 4 sa 11 tat-tabella fit-Taqsima I(2)A ta’ dak l-Anness, rigward il-kontenut massimu ta’ speċijiet oħrajn ta’ pjanti f’kampjun mill-piż speċifikat f’kolonna 4 tal-Anness III tiegħu (total għal kull kolonna), kif stabbilit f’kolonni 12, 13 u 14 tat-tabella fit-Taqsima I(2)A tal-Anness II tiegħu, u rigward kundizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żrieragħ Lupin, kif stabbilit fil-kolonna 15 tat-tabella fit-Taqsima I(2)A ta’ dak l-Anness.

4.   Il-multiplikazzjoni tista’ sseħħ għal ħames ġenerazzjonijiet.

Artikolu 7

Rekwiżiti tal-proċedura

1.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata wara li ssir applikazzjoni mill-produttur.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikoli 4 u 5 fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament jew mal-Artikoli 4 u 6 fil-każ tat-taħlitiet tal-għelejjel li jikbru fiż-żona.

2.   Rigward it-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament, l-Istati Membri li fihom jinsabu s-siti ta’ ġbir għandhom iwettqu spezzjonijiet viżwali.

Dawk l-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu fis-sit ta’ ġbir matul il-perjodu ta’ tkabbir f’intervalli xierqa sabiex jiġi żgurat li t-taħlita tkun konformi, għall-inqas, mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 5(2) u (4).

L-Istat Membru li wettaq l-ispezzjonijiet viżwali għandu jiddokumenta r-riżultati tagħhom.

3.   Rigward it-taħlitiet ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona, meta Stat Membru jeżamina applikazzjoni, huwa għandu jwettaq testijiet jew għandhom jitwettqu testijiet taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-Istat Membru sabiex jiġi kkontrollat li t-taħlita ta’ preservazzjoni tikkonforma, minn tal-anqas, mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) u (3).

Testijiet bħal dawn għandhom jitwettqu skont il-metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jeżistux, skont kwalunkwe metodu xieraq.

Għal dawk it-testijiet l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-kampjuni jittieħdu minn lottijiet omoġeni. Huwa għandu jiżgura li jiġu applikati r-regoli dwar il-piż tal-lottijiet u l-piż tal-kampjun stipulati fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 66/401/KEE.

Artikolu 8

Restrizzjoni kwantitattiva

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kwantità totali ta’ żerriegħa tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni li jitqiegħdu fis-suq kull sena ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tat-taħlitiet ta’ żerriegħa mill-pjanti tal-għalf koperti mid-Direttiva 66/401/KEE u li jitqiegħdu fis-suq fis-sena rispettiva fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 9

Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi

1.   Fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ produzzjoni, il-produtturi jinnotifikaw il-kwantità ta’ żerriegħa tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni li jkun biħsiebhom japplikaw għal awtorizzazzjoni għaliha flimkien mad-daqs u l-post tas-sit jew is-siti ta’ ġbir maħsub(in).

Fil-każ tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ produzzjoni, il-produtturi jinnotifikaw il-kwantità ta’ żerriegħa tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni li jkun biħsiebhom japplikaw għal awtorizzazzjoni għaliha flimkien mad-daqs u l-post tas-sit jew is-siti ta’ ġbir maħsub(in) kif ukoll id-daqs u l-post tas-sit jew is-siti ta’ multiplikazzjoni maħsubin.

2.   Jekk, fuq il-bażi tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, huwa probabbli li jinqabżu l-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jallokaw, għal kull produttur ikkonċernat, il-kwantità permessa li titqiegħed fis-suq fl-istaġun ta’ produzzjoni rispettiv.

Artikolu 10

Siġillar ta’ pakketti u reċipjenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħlitiet ta’ preservazzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’pakketti u f’reċipjenti magħluqin li jkollhom apparat li jissiġilla.

2.   Sabiex jiġi żgurat is-siġillar, is-sistema ta’ siġill għandha tinkludi minn tal-anqas it-tikketta jew it-twaħħil ta’ siġill.

3.   Il-pakketti u r-reċipjenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ssiġillati b’tali mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta’ tbagħbis fuq it-tikketta tal-produttur, jew fuq il-pakkett jew kontenitur.

Artikolu 11

Tikkettar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti u l-kontenituri tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni jkollhom tikketta tal-produttur jew notifika stampata jew ittimbrata li tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kliem “regoli u standards tal-UE”;

(b)

l-isem u indirizz tal-persuna responsabbli mit-twaħħil tat-tikketti jew il-marka ta’ identifikazzjoni ta’ din il-persuna;

(c)

il-metodu ta’ ħsad: kemm jekk maħsudin direttament kif ukoll jekk għelejjel li jikbru fiż-żona;

(d)

is-sena tas-siġillar imfissra bħala: “issiġillat …” (sena);

(e)

ir-reġjun ta’ oriġini;

(f)

iż-żona ta’ sors;

(g)

is-sit ta’ ġbir;

(h)

it-tip ta’ ħabitat tas-sit ta’ ġbir;

(i)

il-kliem “taħlita ta’ preservazzjoni ta’ żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, maħsuba sabiex tintuża f’żona li jkollha l-istess tip ta’ ħabitat bħas-sit ta’ ġbir, mingħajr kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet bijotiċi”;

(j)

in-numru ta’ referenza tal-lott mogħti mill-persuna responsabbli mit-twaħħil tat-tikketti;

(k)

il-perċentwal bil-piż tal-komponenti bħala speċijiet u, fejn rilevanti, sottospeċijiet;

(l)

il-piż nett jew gross iddikjarat;

(m)

fejn jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi f’għamla ta’ pretkuni jew addittivi solidi oħrajn, in-natura tal-addittiv kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-ħbub jew żrieragħ puri u l-piż totali għandhom jiġu indikati; u

(n)

fil-każ ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni tal-għelejjel li jikbru fiż-żona, rata ta’ ġerminazzjoni speċifika għall-komponenti tat-taħlita koperti mid-Direttiva 66/401/KEE li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ ġerminazzjoni stabbiliti fl-Anness II ma’ dik id-Direttiva.

2.   Fir-rigward tal-punt (k) ta’ paragrafu 1, għandu jkun biżżejjed li jiġu indikati l-komponenti tat-taħlitiet ta’ preservazzjoni maħsudin direttament kif previst fl-Artikolu 4(3).

3.   Rigward il-punt (n) tal-paragrafu 1, għandu jkun biżżejjed li tiġi indikata medja ta’ dawn ir-rati ta’ ġerminazzjoni speċifiċi meħtieġa f’każ li l-għadd ta’ rati speċifiċi ta’ ġerminazzjoni biżżejjed jkun aktar minn ħamsa.

Artikolu 12

Monitoraġġ

Permezz ta’ monitoraġġ uffiċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 13

Rappurtar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi li joperaw fit-territorju tagħhom jirrapportaw, għal kull staġun, l-ammont ta’ taħtlitiet ta’ preservazzjoni mqiegħed fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, meta mitlubin, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, l-ammont ta’ taħlitiet ta’ preservazzjoni li tpoġġa fis-suq fit-territorju tagħhom.

Artikolu 14

Notifika lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, meta mitlubin, lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet jew bl-organizzazzjonijiet għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti rikonoxxuti għal dan l-għan mill-Istati Membri.

Artikolu 15

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva, lill-Kummissjoni.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 378, 23.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 18.

(5)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13.

(7)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.


DEĊIŻJONIJIET

31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Awwissu 2010

li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5779)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/470/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1) u b'mod partikolari r-raba' inċiż tal-Artikolu 11(2) u t-tielet inċiż tal-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati f'atti speċifiċi tal-Unjoni. Din tinkludi rekwiżiti għall-kummerċ tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (“il-prodotti”). Barra minn hekk, tipprevedi ċertifikati tas-saħħa li għandhom jiġu stabbiliti għall-kummerċ tal-prodotti fl-Unjoni.

(2)

L-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 (2), jistabbilixxi ċerti rekwiżiti ġodda għall-prodotti li se jibdew japplikaw mill-1 ta' Settembru 2010.

(3)

L-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif ġiet għaldaqstant emendata bir-Regolament (UE) Nru 176/2010, tintroduċi regoli li jikkonċernaw iċ-ċentri tal-ħażna tas-semen u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni u s-superviżjoni tagħhom. Tistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet fid-dettall għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tat-timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni, għall-ġbir u l-ipproċessar ta' embrijuni miksuba in vivo, il-produzzjoni u l-ipproċessar ta' embrijuni ffertilizzati in vitro u u ta' embrijuni mikromanipulati. L-Anness D, kif ġie għaldaqstant emendat, emenda wkoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fuq l-annimali donaturi tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u l-ova u l-embrijuni tal-ispeċi porċina.

(4)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat mudell tas-saħħa ġdid għall-kummerċ fl-Unjoni tal-prodotti b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimal kif stipulati fl-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 176/2010.

(5)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm provvediment għall-istokks attwali ta' prodotti fl-Unjoni li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/65/KEE stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tal-emendi introdotti bir-Regolament (UE) Nru 176/2010. Skont dan, jeħtieġ li jiġu stipulati ċertifikati mudelli tas-saħħ għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ekwini, ovini u kaprini u l-kummerċ tal-ova u l-embrijuni tal-annimali tal-ispeċi porċina miġbura jew prodotti, proċessati jew maħżuna skont l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta' Settembru 2010.

(6)

Il-kapaċitajiet ta' stokkjar fit-tul għal dawn il-prodotti jagħmluha impossibbli fil-preżent li tiġi ffissata data għall-eżawriment tal-istokks attwali. Għalhekk, mhux possibbli li tiġi ffissata data għal tmiem l-użu ta' dawn il-mudelli ta' ċertifikati ta' saħħa għall-istokks attwali.

(7)

F'ġieħ il-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni waħdanija u għandhom iqisu r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (3).

(8)

Biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti, f’din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu stipulati ċertifikati mudelli tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali tal-ispeċijiet ekwini, ovini u kaprini miġbura f'ċentri approvati tal-ġbir tas-semen u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ħażna tas-semen, kemm jekk dan tal-aħħar ikun jikkostitwixxi parti minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont numru tal-approvazzjoni differenti kif ukoll jekk le.

(9)

F’ġieħ iċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-atti tal-Unjoni li jistipulaw iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni fil-prodotti kkonċernati għandhom jitneħħew b’mod espressiv. Skont dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/294/KE tal-24 ta’ Lulju 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ f’bajd u embrijuni tal-ispeċi ekwina (4), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/307/KE tal-24 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ ta’ semen tal-ispeċi ekwina (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE tad-19 ta’ Settembru 1995 li tistabbilixxi l-kampjun taċ-certifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen, fl-ova l-embrijuni tal-ispeċijiet ovini u kaprini (6) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE tad-9 ta’ Novembru 1995 li tistabbilixxi l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fl-ova u l-embrijuni tal-majjali (7) għandhom jiġu mneħħija.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċertifikati mudelli tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni f’dawn il-prodotti li ġejjin:

(a)

semen ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini;

(b)

ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini;

(c)

semen ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini;

(d)

ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini;

(e)

ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-porċini.

Artikolu 2

Kummerċ fis-semen ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness I għandu jakkumpanja kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ekwini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:

(a)

ċertifikat mudell tas-saħħa IA kif stipulat fil-Parti A, għall-kunsinji tas-semen miġbura wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(b)

ċertifikat mudell tas-saħħa IB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks tas-semen miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(c)

ċertifkat mudell tas-saħħa IC kif stipulat fil-Parti C, għall-kunsinji tas-semen u stokks tas-semen msemmija f'(a) u (b) mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat.

Artikolu 3

Kummerċ fl-ova u l-embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness II għandu jakkumpanja kunsinni ta’ ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ekwini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:

(a)

Ċertifikat mudell tas-saħħa IIA kif stipulat fil-Parti A, għal kunsinji ta’ ova u embrijuni miġbura jew prodotti wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew embrijuni;

(b)

ċertifikat mudell tas-saħħa IIB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tal-embrijuni approvat tal-oriġini tal-ova jew embrijuni.

Artikolu 4

Kummerċ fis-semen ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness III għandu jakkumpanja kunsinni tas-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini jew kaprini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:

(a)

ċertifikat mudell tas-saħħa IIIA kif stipulat fil-Parti A, għall-kunsinji tas-semen miġbura wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(b)

ċertifikat mudell tas-saħħa IIIB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks tas-semen miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(c)

ċertifkat mudell tas-saħħa IIIC kif stipulat fil-Parti C, għall-kunsinji tas-semen u stokks tas-semen msemmija f'(a) u (b) mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat.

Artikolu 5

Kummerċ fl-ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness IV għandu jakkumpanja kunsinni ta’ ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:

(a)

Ċertifikat mudell tas-saħħa IVA kif stipulat fil-Parti A, għal kunsinji ta’ ova u embrijuni miġbura jew prodotti wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew embrijuni;

(b)

ċertifikat mudell tas-saħħa IVB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tal-embrijuni approvat tal-oriġini tal-ova jew embrijuni.

Artikolu 6

Kummerċ fl-ova u l-embrijoni tal-ispeċi porċina

Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness V għandu jakkumpanja kunsinni ta’ ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi porċina matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:

(a)

ċertifikat mudell tas-saħħa VA kif stipulat fil-Parti A, għal kunsinji ta’ ova u embrijuni miġbura jew prodotti wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew embrijuni;

(b)

ċertifikat mudell tas-saħħa VB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tal-embrijuni approvat tal-oriġini tal-ova jew embrijuni.

Artikolu 7

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 95/294/KE, 95/307/KE, 95/388/KE u 95/483/KE huma rrevokati.

Artikolu 8

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(4)  ĠU L 182, 2.8.1995, p. 27.

(5)  ĠU L 185, 4.8.1995, p. 58.

(6)  ĠU L 234, 3.10.1995, p. 30.

(7)  ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.


ANNESS I

Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IA għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara l-31 ta' Awwissu 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI C

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IC għall-kummerċ fl-Unjoni f'kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ekwina migbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u għal kunsinji ta' stokks tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel il-31 ta' Awwissu 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ħażna tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħ għall-kummerċ fl-unjoni fil-kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIB għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta' stokks ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ f'kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIIA għall-kummerċ fl-Unjoni f'kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIIB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI C

Ċertifikat mudell tas-saħħa IIIC għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u għal kunsinji ta' stokks ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru approvat għall-ħażna tas-semen.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni tal-kunsinji ta’ ova/embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IVA għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ kunsinji ta' ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IVB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni tal-kunsinji ta’ ova/embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina

PARTI A

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa VA għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ kunsinji ta' ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa VB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni tal-ispeċi porċina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina fir-rigward ta' listi ta' ċentri ta' ġbir u ħażna ta' semen u timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni u rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5781)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/471/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2)(b), fl-Artikolu 17(3), fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u fil-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina (“il-prodotti”). Hija tistipula li prodotti biss li jiġu minn pajjiż terz jew parti ta' pajjiż terz f'lista ta' pajjiżi terzi mfassla skont din id-Direttiva, u akkumpanjati minn ċertifikat ta' saħħa li jikkorrispondi ma' mudell imfassal ukoll skont dik id-Direttiva, jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni. Iċ-ċertifikat ta' saħħa jrid jiċċertifika li l-prodotti jiġu minn ċentri approvati ta' ġbir u ħażna jew timijiet ta' ġbir u produzzjoni li joffru garanziji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta' ekwini ħajjin u semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti. Fl-interess tal-koerenza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din il-lista għandha titqies f'din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (3), introduċiet proċedura ssimplifikata għall-elenkar taċ-ċentri tal-ġbir u l-ħażna tas-semen u t-timijiet tal-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni f'pajjiżi terzi, approvati għall-importazzjonijiet tal-prodotti fl-Unjoni.

(4)

L-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 (4), jistabbilixxi ċerti rekwiżiti ġodda għall-prodotti li se jibdew japplikaw mill-1 ta' Settembru 2010. Huwa jintroduċi regoli dwar iċ-ċentri ta' ħażna u kundizzjonijiet fid-dettall għall-approvazzjoni tagħhom u s-sorveljanza. Jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet fid-dettall għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tat-timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni, għall-ġbir u l-ipproċessar ta' embrijuni miksuba in vivo u l-produzzjoni u l-ipproċessar ta' embrijuni ffertilizzati in vitro u embrijuni mikromanipulati. Huwa emenda wkoll il-kundizzjonijiet li jridu jiġu applikati lill-annimali donaturi tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ispeċi ekwina flimkien ma' dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (5).

(5)

Skont dan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli ġodda ta' ċertifikati ta' saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti filwaqt li jitqiesu l-emendi magħmula fid-Direttiva 92/65/KEE bid-Direttiva 2008/73/KE u r-Regolament (UE) Nru 176/2010.

(6)

Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' stokks attwali ta' prodotti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/65/KEE stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tal-emendi introdotti bir-Regolament (UE) Nru 176/2010. Skont dan, jeħtieġ li jitfasslu mudelli ta' ċertifikati separati għall-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' prodotti miġbura jew manifatturati, ipproċessati u maħżuna skont l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta' Settembru 2010.

(7)

Il-kapaċitajiet ta' stokkjar fit-tul għal dawn il-prodotti jagħmluha impossibbli fil-preżent li tiġi ffissata data għall-eżawriment tal-istokks attwali. Għalhekk, mhux possibbli li tiġi ffissata data għal tmiem l-użu ta' dawn il-mudelli ta' ċertifikati ta' saħħa għall-istokks attwali.

(8)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità sħiħa tal-prodotti, għandhom jiġu stabbiliti mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa f'din id-Deċiżjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ekwina miġbura f'ċentri approvati tal-ġbir tas-semen u mibgħuta minn ċentru approvat ta' ħażna tas-semen, sew jekk dan tal-aħħar jikkostitwixxi parti minn ċentru approvat ta' ġbir tas-semen b'numru ta' approvazzjoni differenti, sew jekk le.

(9)

Fl-interessi tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-mudelli taċ-ċertfikati ta' saħħa għall-importazzjoni tal-prodotti għandhom iqisu d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (6), li tistipula li l-bosta ċertifikati veterinarji, ta' saħħa pubblika u dik tal-annimali meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali ħajjin, semen, embrijuni, ova u prodotti ta' oriġini mill-annimali jridu jissejsu fuq il-mudelli standard għaċ-ċertfikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tagħha.

(10)

Barra minn hekk, huwa xieraq li kunsinji tal-prodotti impurtati fl-Unjoni mill-Isvizzera jkunu akkumpanjati minn ċertifikati ta' saħħa mfassla skont il-mudelli użati għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fis-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina u stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tal-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fis-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ispeċi ekwina, ovina u kaprina u fl-ova u fl-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (7), bl-addattamenti stabbiliti fil-punti 8 u 9 tal-Kapitolu IX(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-Prodotti Agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (8).

(11)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-mudell tal-attestazzjonijiet ta' saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (9), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (10).

(12)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-mudelli tal-attestazzjonijiet ta' saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (11), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (12).

(13)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu revokati l-atti tal-Unjoni li bħalissa jfasslu r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti. Skont dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/539/KE tal-4 ta' Settembru 1996 dwar ir-rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali u ċ-ċertfikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' semen tal-ispeċi ekwina (13) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/540/KE tal-4 ta' Settembru 1996 dwar ir-rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (14) għandhom jiġu revokati.

(14)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/616/KE tas-26 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' ċentri approvati tal-ġbir tas-semen għall-importazzjonijiet tas-semen ekwina minn pajjiżi terzi (15) issa m'għadhiex fl-użu u għandha tiġi revokata.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti rekwiżiti ta' saħħa tal-annimali dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina.

Hija tfassal mudelli ta' ċertifikati ta' saħħa li jridu jintużaw għall-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti fl-Unjoni.

Artikolu 2

Importazzjonijiet ta' semen

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina kemm-il darba jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE rispettivament li minnhom l-importazzjonijiet permanenti ta' żwiemel reġistrati, ekwidi reġistrati jew ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni huma awtorizzati;

(b)

jkunu ġejjin minn ċentru ta' ġbir jew ħażna ta' semen approvat elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c)

jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' saħħa mfassal skont wieħed minn dawn il-mudelli li ġejjin stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I; u li jimtela skont in-noti ta' spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 1 ta' dan l-Anness:

(i)

MUDELL 1 kif stabbilit fit-Taqsima A, għall-kunsinji tas-semen miġbura wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(ii)

MUDELL 2 kif stabbilit fit-Taqsima B, għall-kunsinji ta' stokks tas-semen miġbura, ipproċessata u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(iii)

MUDELL 3 kif stabbilit fit-Taqsima C, għall-kunsinji tas-semen u stokks tas-semen msemmija f' (i) u (ii) mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat;

Iżda, fejn hemm rekwiżiti speċifiki stabbiliti dwar iċ-ċertifikazzjoni fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d)

jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat ta' saħħa msemmi fil-punt (c).

Artikolu 3

Importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi ekwina kemm-il darba jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE rispettivament li minnhom l-importazzjonijiet permanenti ta' żwiemel reġistrati, ekwidi reġistrati jew ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni huma awtorizzati;

(b)

jkunu ġejjin minn tim ta' ġbir jew ħażna ta' embrijuni approvat elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c)

jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' saħħa mfassal skont il-mudell ta' ċertifikat ta' saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II; u li jimtela skont in-noti ta' spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II;

Iżda, fejn hemm rekwiżiti speċifiċi stabbiliti dwar iċ-ċertifikazzjoni fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d)

jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat ta' saħħa msemmi fil-punt (c).

Artikolu 4

Kundizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni lejn l-Unjoni Ewropea

1.   Il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni m'għandhomx jinġarru fl-istess kontenitur bħal kunsinji oħra ta' semen, ova u embrijuni li:

(a)

mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, jew

(b)

huma ta’ status ta' saħħa inferjuri.

2.   Matul it-trasport lejn l-Unjoni, il-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni għandhom jitqiegħdu f'kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser matul it-trasport.

Artikolu 5

Revoka

Id-Deċiżjonijiet 96/539/KE, 96/540/KE u 2004/616/KE huma mħassra.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

(4)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14.

(5)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

(7)  Ara paġna tal- 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.

(10)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5.

(12)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4.

(13)  ĠU L 230, 11.9.1996, p. 23.

(14)  ĠU L 230, 11.9.1996, p. 28.

(15)  ĠU L 278, 27.8.2004, p. 64.


ANNESS I

Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudelli stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Fejn il-mudell taċ-ċertifikat ta' saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' ispezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 taċ-ċertifikat mudell), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat ta' saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat ta' saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill (1) 96/93/KE jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat ta' saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat ta' saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' ispezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a taċ-ċertifikat ta' saħħa mudell għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Taqsima A

MUDELL 1 –

Mudell ta' ċertifikat ta' saħħa għal importazzjonijiet ta' kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessata u/jew maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Taqsima B

MUDELL 2 –

Mudell ta' ċertifikat ta' saħħa għal importazzjonijiet ta' kunsinji ta' stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessata u/jew maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE qabel l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Taqsima C

MUDELL 3 –

Mudell ta' ċertfikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' kunsinji ta' semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u ta' kunsinji ta' stokks ta' semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE qabel l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


ANNESS II

Mudell ta' ċertfikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi ekwina

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudelli stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawn ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Meta ċ-ċertifikat mudell ta' saħħa jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, id-dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' ispezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu li ċ-ċertifikat jiġi mħejji bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 taċ-ċertifikat ta' saħħa mudell), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat ta' saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti mill-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat ta' saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandha titlesta u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali l-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1) jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat ta' saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a taċ-ċertifikat ta' saħħa mudell għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Mudell ta' ċertfikat tas-saħħa għal importazzjonijiet ta' ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim ta' ġbir/produzzjoni tal-embrijuni approvat

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


31.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Awwissu 2010

dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5780)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/472/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 17(3), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 95/65/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina (“il-prodotti”). Skont din id-Direttiva, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss il-prodotti li ġejjin minn pajjiż terz inkluż fil-lista ta' pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva u akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell imfassal skont dik id-Direttiva. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jiċċertifika li l-prodotti ġejjin minn ċentri approvati ta' ġbir u ħażna u timijiet ta' ġbir u produzzjoni li joffru garanziji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/635/KE tat-22 ta' Lulju 2008 dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir tal-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (2), bħalissa tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti.

(3)

Id-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (3), introduċiet proċedura simplifikata għall-elenkar taċ-ċentri tal-ġbir u l-ħażna tas-semen u t-timijiet tal-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni f'pajjiżi terzi, approvati għall-importazzjonijiet tal-prodotti fl-Unjoni.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 (4), jistabbilixxi ċerti rekwiżiti ġodda għall-prodotti li għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2010. Dan jintroduċi regoli dwar iċ-ċentri ta' ħażna tas-semen u kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tagħhom. Hu jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tat-timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni, għall-ġbir u l-ipproċessar ta' embrijuni derivati in vivo u l-produzzjoni u l-ipproċessar ta' embrijuni fertilizzati in vitro u embrijuni mikromanipulati. Hu jemenda wkoll il-kundizzjonijiet li jridu jiġu applikati għall-annimali donaturi tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

(5)

Skont dan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti ċertifikati tas-saħħa ġodda għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti, filwaqt li jitqiesu l-emendi li saru fid-Direttiva 92/65/KEE mid-Direttiva 2008/73/KE u r-Regolament (UE) Nru 176/2010.

(6)

Barra minn hekk, hu xieraq li kunsinji tal-prodotti importati fl-Unjoni mill-Isvizzera jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-ispeċi ekwina, ovina u kaprina u fl-ova u fl-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (5), bl-addattamenti stipulati fil-punt 7 tal-Kapitolu IX(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-Prodotti Agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (6).

(7)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex titħares is-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (7), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (8).

(8)

Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (9), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (10).

(9)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2008/635/KE għandha tiġi rrevokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni.

(10)

Sabiex jiġi evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont id-Deċiżjoni 2008/635/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

Din tistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' dawk il-prodotti fl-Unjoni.

Artikolu 2

Importazzjonijiet tas-semen

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness I;

(b)

ikunu ġejjin minn ċentru ta' ġbir jew ħażna tas-semen approvat elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li ġejjin, stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness:

(i)

mudell 1 kif stabbilit fit-Taqsima A, għall-kunsinji ta' semen mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;

(ii)

mudell 2 kif stabbilit fit-Taqsima B, għall-kunsinji ta' semen mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat.

Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d)

ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fil-punt (c).

Artikolu 3

Importazzjonijiet tal-ova u l-embrijuni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness III;

(b)

ikunu ġejjin minn tim ta' ġbir jew produzzjoni ta' embrijuni approvat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.

Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(d)

ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fil-punt (c).

Artikolu 4

Kundizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni lejn l-Unjoni

1.   Il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina, ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinji oħra ta' semen, ova u embrijuni li:

(a)

mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, jew

(b)

huma ta’ status ta' saħħa inferjuri.

2.   Waqt it-trasport lejn l-Unjoni Ewropea, il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni għandhom jitpoġġew f'kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.

Artikolu 5

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/635/KE hija revokata.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Awwissu 2011, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' stokkijiet tal-prodotti li ġejjin:

(a)

semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabar, ġie pproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li hu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/635/KE.

(b)

ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li huma akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 2008/635/KE.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 206, 2.8.2008, p. 17.

(3)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

(4)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14.

(5)  Ara paġna tal- 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.

(8)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5.

(10)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4.


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinji tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk ikun il-każ)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 u II.4.10 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada

It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (1).

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja.

CH

L-Isvizzera (2)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

GL

Greenland

 

 

HR

Il-Kroazja

 

 

IS

L-Islanda

 

 

NZ

In-New Zealand

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja.


(1)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(2)  Ċertifikati skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba’ Ftehimiet mal-Federazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).


ANNESS II

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1) jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinji tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Taqsima A

MUDELL 1 –

Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Taqsima B

MUDELL 2 –

Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


ANNESS III

Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk ikun il-każ)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.2.6 u II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada.

It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (1) kif emendat l-aħħar.

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja.

CH

L-Isvizzera (2)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

GL

Greenland

 

 

HR

Il-Kroazja

 

 

IS

L-Islanda

 

 

NZ

In-New Zealand

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja.


(1)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(2)  Ċertifikati skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Federazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).


ANNESS IV

PARTI 1

Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV.

Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

(d)

Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1) jiġu segwiti.

Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(i)

In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.

PARTI 2

Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.