ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.227.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
28 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku ta’ vetturi magħquda

1

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/460/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2009 dwar Għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8112)  ( 1 )

62

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontrollati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta’ l-istat tal-UN/ECE, TRANS/WP.29/343/Rev.X, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku ta’ vetturi magħquda

Li jinkorpora fih it-test validu kollu sa:

Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: is-17 ta’ Marzu 2010

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku

4.

Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal strumenti jew komponenti tal-akkoppjar mekkaniku

5.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku

6.

Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal vetturi mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku

7.

L-immarkar

8.

L-approvazzjoni

9.

Il-modifikazzjonijiet tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku jew tal-vettura u ż-żieda fiż-żmien tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-proċeduri ta’ produzzjoni

11.

Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità fil-produzzjoni

12.

Il-produzzjoni li twaqqfet għal kollox

13.

Id-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

14.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għall-approvazzjoni u d-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1

- Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku skont ir-Regolament Nru 55

Anness 2

- Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-twaħħil ta’ strument jew komponent tal-akkoppjament mekkaniku skont ir-Regolament Nru 55

Anness 3

- Eżempju ta’ arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni

Anness 4

- Eżempji ta’ arranġamenti tal-immarkar tal-valuri karatteristiċi

Anness 5

- Kondizzjonijiet meħtieġa għall-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku

Anness 6

- L-ittestjar tal-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku

Anness 7

- L-installazzjoni u l-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali

1.   SKOP

1.1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet meħtieġa li l-istrumenti u l-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku għandu jkollhom sabiex jitqiesu internazzjonalment bħala kompatibbli ma’ xulxin.

1.2.

Dan ir-Regolament japplika għall-istrumenti u l-komponenti maħsuba għal:

1.2.1.

vetturi bil-mutur u trejlers maħsuba biex jiffurmaw vetturi magħquda (1)

1.2.2.

vetturi bil-mutur u trejlers maħsuba biex jiffurmaw vetturi magħquda (1), fejn il-piż vertikali mgħobbi fuq il-vettura bil-mutur mit-trejler ma jaqbiżx 200 kN.

1.3.

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.3.1.

strumenti u komponenti standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.3;

1.3.2.

strumenti u komponenti mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.4;

1.3.3.

strumenti u komponenti mixxellanji mhux standard kif iddefiniti fil-paragrafu 2.5.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Strumenti u komponenti tal-akkoppjar mekkaniku” tfisser dawk l-oġġetti kollha fuq il-qafas, partijiet tal-bòdi li jġorru l-piż u x-xàsi tal-vettura bil-mutur u t-trejler li permezz tagħhom huma magħquda flimkien sabiex jiffurmaw vetturi magħquda jew vetturi maqgħuda. Il-partijiet fissi jew li jinqalgħu għat-twaħħil jew għat-tħaddim tal-istrument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku huma inklużi.

2.2.

Il-kondizzjoni meħtieġa għall-akkoppjar awtomatiku tinkiseb jekk meta wieħed jirriversja l-vettura tal-irmonk kontra t-trejler ikun biżżejjed biex l-akkoppjar jaqbad flimkien kompletament, jissakkar awtomatikament u jindika li l-istrumenti li jsakkru qabdu flimkien kif jixraq mingħajr l-ebda intervent barrani.

Fil-każ ta’ akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings), il-kondizzjoni meħtieġa għall-akkoppjar awtomatiku tinkiseb jekk il-ftuħ u l-għeluq tal-istrument li jsakkar l-akkoppjar isiru mingħajr intervent barrani meta għajnet il-ganċ (drawbar eye) tiddaħħal fil-ganċ (hook).

2.3.

Strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku jkunu konformi mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif jingħataw f’dan ir-Regolament. Jista’ jkun hemm skambju bejniethom fi ħdan il-klassi, b’mod indipendenti mill-manifattur.

2.4.

Strumenti u komponenti mhux standard ta’ akkoppjar mekkaniku m’humiex konformi fl-aspetti kollha mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif jingħataw f’dan ir-Regolament, imma jistgħu jitqabbdu ma’ strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku fil-klassi relevanti.

2.5.

Strumenti u komponenti mixxellanji mhux standard ta’ akkoppjar mekkaniku m’humiex konformi mad-dimensjonijiet standard u l-valuri karatteristiċi kif ingħataw f’dan ir-Regolament u ma jistgħux jitqabbdu ma’ strumenti u komponenti standard ta’ akkoppjar mekkaniku. Jinkludu, per eżempju, strumenti li ma jikkorrispondu mal-ebda klassi fost il-Klassijiet A sa L u T, imniżżla fil-paragrafu 2.6, bħal dawk maħsuba għall-użu fi trasport speċjali u tqil u strumenti mħallta li huma konformi mal-istandards nazzjonali eżistenti.

2.6.

L-istrumenti u l-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku huma kklassifikati skont it-tip tagħhom, kif ġej:

2.6.1.

Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u saljaturi tal-irmonk (towing brackets) tal-Klassi A li jużaw strument sferiku b’dijametru ta’ 50 mm u saljaturi fuq il-vettura tal-irmonk biex għal irbit mat-trejler permezz ta’ ras tal-akkoppjar (coupling head) – ara l-anness 5, il-paragrafu 1.

2.6.1.1.

Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) standard b’dijametru ta’ 50 mm tal-Klassijiet A50-1 sa 50-5 b’rabta ssikkata qisha flanġ (flange type bolted fixings).

2.6.1.2.

Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) mhux standard b’dijametru ta’ 50 mm u saljaturi.

2.6.2.

L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) tal-Klassi B li jidħlu fil-ganċ (drawbar) tat-trejlers sabiex jitqabbdu mal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) b’dijametru ta’ 50 mm fuq il-vettura tal-irmonk – ara l-anness 5, il-paragrafu 2.

2.6.2.1.

L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) mhux standard b’dijametru ta’ 50 mm tal-Klassi B50-X.

2.6.3.

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm u b’xedaq (jaw) u b’pinn għal għeluq u sokra awtomatiċi fuq il-vettura tal-irmonk sabiex titqabbad mat-trejler permezz ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) - ara l-anness 5, il-paragrafu 3:

2.6.3.1.

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassijiet C50-1 sa 50-7 b’kavilji b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.3.2.

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) mhux standard tal-Klassi C50-X b’kavilji b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.4.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D b’toqba parallela adattata għal kavilja b’dijametru ta’ 50 mm u li joqogħdu għal ganċ (drawbar) ta’ trejlers biex jitqabbdu mal-ganċ tal-akkoppjar (drawbar couplings) awtomatiċi - ara l-anness 5, il-paragrafu 4:

2.6.4.1.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard tal-Klassi D50-A b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm għal twaħħil issaldjat.

2.6.4.2.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard tal-Klassi D50-B b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm għal twaħħil issikkat bil-kamin.

2.6.4.3.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard tal-Klassijiet D50-C u 50-D b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm għal twaħħil bil-kamin.

2.6.4.4.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) mhux standard tal-Klassi D50-X b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.5.

Il-ganċijiet (drawbars) mhux standard tal-Klassi E li jinkludu strumenti li jduru b’veloċità akbar mill-magna u tagħmir simili mmuntat fuq quddiem tal-vettura tal-irmonk, jew tax-xàsi tal-vettura, li huma adattati għall-akkoppjar mal-vettura tal-irmonk permezz ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes), l-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) jew strumenti tal-akkoppjar simili - ara l-anness 5, il-paragrafu 5.

Il-ganċijiet (drawbars) jistgħu jkunu impernjati sabiex jiċċaqilqu b’mod ħieles fuq il-pjan vertikali u ma jsostnu l-ebda piż vertikali jew ikunu fissi fi pjan vertikali sabiex isostnu piż vertikali (ganċijiet riġidi (rigid drawbars)). Il-ganċijiet riġidi (rigid drawbars) jistgħu jkunu kollha kemm huma riġidi jew ikunu mmuntati b’mod flessibli.

Il-ganċijiet (drawbars) jistgħu jkollhom iktar minn komponent wieħed u jistgħu jiġu aġġustati jew ikunu jiċċaqilqu.

Dan ir-Regolament japplika għal ganċijiet (drawbars) li huma unitajiet separati, mhux dawk li huma parti integrali mix-xàsi tal-vettura tal-irmonk.

2.6.6.

L-iżbarri (drawbeams) mhux standard tal-Klassi F li jinkludu l-komponenti u l-istrumenti kollha bejn l-istrumenti tal-akkoppjar, bħal boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings), u l-qafas (per eżempju, it-traversa ta’ wara), il-bòdi li jġorr il-piż jew ix-xàsi tal-vettura tal-irmonk – ara l-anness 5, il-paragrafu 6.

2.6.7.

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G huma akkoppjar tat-tip ta’ pjanċa (plate type couplings) li jkollhom sokra awtomatika tal-akkoppjar (automatic coupling lock) u jitwaħħlu fuq il-vettura tal-irmonk sabiex jiġu kkonnettjati mal-kavilja tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling pin) b’dijametru ta’ 50 mm li toqgħod għal fuq semitrejler – ara l-anness 5, il-paragrafu 7.

2.6.7.1.

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard tal-Klassi G50 b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.7.2.

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) mhux standard tal-Klassi G50-X b’kavilja b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.8.

Il-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H, b’dijametru ta’ 50 mm, huma strumenti mwaħħla ma’ semitrejler sabiex ikunu kkonettjati mal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling) tal-vettura tal-irmonk – ara l-anness 5, il-paragrafu 8:

2.6.8.1.

Il-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) mhux standard tal-Klassi H50-X, b’dijametru ta’ 50 mm.

2.6.9.

Il-pjanċi għall-immontar, mhux standard tal-Klassi J, li jinkludu l-komponenti u l-istrumenti kollha sabiex jingħaqad l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) mal-qafas jew ix-xási tal-vettura tal-irmonk. Il-pjanċi tal-immontar jistgħu jiċċaqilqu fi pjan orizzontali, jiġifieri biex jiffurmaw stepni li tiżżerżaq – ara l-anness 5, il-paragrafu 9.

2.6.10.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) standard tal-Klassi K maħsub biex jintuża ma’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali adattati tal-Klassi L - ara l-anness 5, il-paragrafu 10.

2.6.11.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali standard tal-Klassi L sabiex jintużaw mal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K – ara l-anness 5, il-paragrafu 4.

2.6.12.

L-istrumenti u l-komponenti tal-Klassi S li m’humiex konformi mal-ebda klassi mill-A sa L jew it-T li ssemmew aktar ’il fuq, u li jintużaw, per eżempju, għal trasport mgħobbi u speċjali jew huma strumenti uniċi għal uħud mill-pajjiżi u huma koperti minn standards nazzjonali eżistenti.

2.6.13.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (drawbar type couplings) mhux standard u lanqas awtomatiku tal-Klassi T, imfassal għal skop speċifiku, li jista’ jkun isseparat biss bl-użu ta’ għodod u jintużaw tipikament għat-trejlers ta’ trasportaturi tal-karozzi. Għandhom ikunu approvati bħala par li jaqbel.

2.7.

L-ifilsa mexxejja (steering wedges) huma strumenti jew komponenti mmuntati fuq semitrejlers li jikkontrollaw it-tmexxija pożittiva tat-trejler flimkien mal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling).

2.8.

Is-sistemi ta’ kontroll mill-bogħod huma strumenti jew komponenti li jippermettu li l-istrument tal-akkoppjar jitħaddem mill-ġenb tal-vettura jew mill-kabina tas-sewqan tal-vettura.

2.9.

L-indikaturi mill-bogħod huma strumenti jew komponenti li jagħtu indikazzjoni fil-kabina tal-vettura li l-akkoppjar sar u li l-istrumenti li jsakkru qabdu flimkien.

2.10.

“tip ta’ strument jew komponent tal-akkoppjar” ifisser strument jew komponent li ma jkunx differenti f’aspetti essenzjali, bħal:

2.10.1.

l-isem ta’ oġġett fin-negozju jew it-trejdmark tal-manifattur jew tal-fornitur;

2.10.2.

il-klassi tal-akkoppjar kif definita fil-paragrafu 2.6;

2.10.3.

is-sura esterna, id-dimensjonijiet ewlenija u d-differenza fundamentali fid-disinn, fosthom il-materjali użati; u

2.10.4.

il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11.

2.11.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U huma ddefiniti jew iddeterminati bħala:

2.11.1.

Il-valur D jew Dc huwa l-valur ta’ referenza fit-teorija tal-forzi orizzontali fil-vettura tal-irmonk u t-trejler u jintuża bħala s-sies għall-piżijiet orizzontali fit-testijiet dinamiċi.

Għal strumenti u komponenti ta’ akkoppjar mekkaniku li m’humiex imfassla biex isostnu piżijiet vertikali, il-valur huwa:

Formula

Għal strumenti u komponenti ta’ akkoppjar mekkaniku għal trejlers b’fus ċentrali, kif iddefiniti fit-2.13, il-valur huwa:

Formula

Għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G, għal kavilji tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H u għall-pjanċi tal-immontar tal-Klassi J, kif iddefiniti fil-paragrafu 2.6, il-valur huwa:

Formula

fejn:

 

T hija l-akbar massa teknikament permissibbli tal-vettura tal-irmonk, f’tunnellati metriċi. Fejn hu relevanti, din tinkludi wkoll il-piż vertikali mgħobbi minn trejler b’fus ċentrali.

 

R hija l-akbar massa teknikament permissibbli, f’tunnellati metriċi, ta’ trejler, jew semitrejler, b’ganċ (drawbar) li jista’ jiċċaqlaq fi pjan vertikali (2).

 

C hija l-massa f’tunnellati metriċi, mgħoddija lejn l-art mill-fus jew fusijiet tat-trejler b’fus ċentrali, kif iddefinita fil-paragrafu 2.13, meta akkoppjat mal-vettura tal-irmonk u mgħobbi biex jilħaq l-akbar massa teknikament possibbli (2). Għat-trejlers b’fus ċentrali (3) tal-Kategoriji O1 u O2 l-akbar massa teknikament possibbli tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk.

 

g hija l-aċċelerazzjoni minħabba l-forza tal-gravitazzjoni (li wieħed jassumi li hi 9,81 m/s2)

 

U hija ddefinita fil-paragrafu 2.11.2.

 

S hija ddefinita fil-paragrafu 2.11.3.

2.11.2.

Il-valur ta’ U huwa l-massa vertikali, f’tunnellati metriċi, mgħobbija fuq l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling) mis-semitrejler li laħaq l-akbar massa teknikament permissibbli. (2)

2.11.3.

Il-valur ta’ S huwa l-massa vertikali, f’kilogrammi, mgħobbija fuq l-akkoppjar, taħt kondizzjonijiet statiċi, mit-trejler b’fus ċentrali, kif iddefinit fil-paragrafu 2.13, li laħaq l-akbar massa teknikament permissibbli. (2)

2.11.4.

Il-valur ta’ V huwa l-valur ta’ referenza fit-teorija tal-estensjoni tal-forza vertikali mgħobbija fuq l-akkoppjar mit-trejler b’fus ċentrali li laħaq l-akbar massa teknikament permissibbli ta’ iktar minn 3,5 tunnellati metriċi. Il-valur ta’ V jintuża bħala s-sies għall-forzi vertikali fit-testijiet dinamiċi.

Formula (ara n-nota aktar ’l isfel)

fejn:

 

a hija ekwivalenti għall-aċċelerazzjoni vertikali tal-akkoppjar skont it-tip ta’ sistema ta’ saspenxin tal-fus ta’ wara tal-vettura tal-irmonk.

 

Għas-suspenxin tal-arja (jew sistemi tas-suspenxin b’karatteristiċi ta’ tnaqqis ta’ vibrazzjonijiet ekwivalenti)

a = 1,8 m/s2

 

Għal tipi oħra ta’ suspenxin:

a = 2,4 m/s2

 

X hija t-tul tal-erja fejn jitgħabba t-trejler, f’metri (ara l-Figura 1)

 

L hija d-distanza miċ-ċentru ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) għaċ-ċentru tal-immontar tal-fus, f’metri (ara Figura 1)

Nota: (Jekk inqas minn 1,0, il-valur ta’ 1,0 għandu jintuża)

Formula

Figura 1

Id-dimensjonijiet tat-trejler b’fus ċentrali

Image

2.12.

Is-simboli u d-definizzjonijiet użati fl-anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

Av = l-akbar massa permessa ta’ fus tal-fus mmexxi (steered axle) f’tunnellati metriċi.

C= il-massa ta’ trejler b’fus ċentrali f’tunnellati metriċi - ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament.

D= il-valur ta’ D f’kN – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament.

Dc = il-valur ta’ Dc f’kN għal trejlers b’fus ċentrali – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament.

R= il-massa tal-vettura rmonkata f’tunnellati metriċi – ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament.

T= il-massa tal-vettura tal-irmonk f’tunnellati metriċi - ara l-paragrafu 2.11.1 ta’ dan ir-Regolament.

Fa = il-forza statika tal-irfigħ f’kN.

Fh = il-komponent orizzontali tal-forza tal-ittestjar fl-assi lonġitudinali ta’ vettura f’kN.

Fs = il-komponent vertikali tal-forza tal-ittestjar f’kN.

S= il-massa statika vertikali f’kg.

U= il-massa vertikali mgħobbija fuq l-istepni f’tunnellati metriċi.

V= il-valur ta’ V f’kN - ara l-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament.

a= il-fattur tal-aċċelerazzjoni vertikali ekwivalent fil-punt tal-akkoppjar ta’ trejlers b’fus ċentrali li jiddependi mit-tip ta’ suspenxin tal-fus jew fusijiet ta’ wara tal-vettura tal-irmonk – ara l-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament.

e= distanza lonġitudinali bejn il-punt tal-akkoppjar tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jiġu żżarmati u l-pjan vertikali tal-punti tat-twaħħil (ara l-Figuri 20c sa 20f) f’mm.

f= id-distanza vertikali bejn il-punt tal-akkoppjar tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jiġu żżarmati u l-pjan orizzontali tal-punti tat-twaħħil (ara l-Figuri 20c sa 20f) f’mm.

g= l-aċċelerazzjoni minħabba l-forza tal-gravitazzjoni, li wieħed jassumi li hi 9,81 m/s2.

L= it-tul fit-teorija tal-ganċ (drawbar) bejn iċ-ċentru ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) u ċ-ċentru tal-immontar tal-fus f’metri.

X= it-tul tal-êrja fejn it-trejler b’fus ċentrali jiġi mgħobbi, f’metri.

Miktuba taħt il-vers:

O= l-akbar forza tal-ittestjar

U= l-inqas forza tal-ittestjar

a= forza statika

h= orizzontali

p= li tivvibra

res= dak li jirriżulta

s= vertikali

w= forza li talterna

2.13.

“Trejler b’fus ċentrali” tfisser trejler li għandu ganċ (drawbar) li ma jistax jiċċaqlaq fi pjan vertikali, indipendenti mit-trejler, u għandu fus jew fusijiet li jinsabu qrib iċ-ċentru tal-gravitazzjoni tat-trejler, meta dan ikun mgħobbi b’mod uniformi. Il-piż vertikali mgħobbi fuq l-akkoppjar tal-vettura tal-irmonk m’għandux jisboq l-10 fil-mija tal-akbar massa tat-trejler, jew 1 000 kg, liema minnhom hu l-inqas.

“L-akbar massa tat-trejler b’fus ċentrali” tfisser il-massa totali li tgħaddi lejn l-art mill-fus jew mill-fusijiet tat-trejler meta jkun akkoppjat ma’ vettura tal-irmonk u meta jkun mgħobbi b’mod li jilħaq l-akbar massa teknikament permissibbli (4).

2.14.

“Tqabbid mekkaniku pożittiv” ifisser li d-disinn u l-ġeometrija tal-istrument u l-partijiet komponenti tiegħu għandhom ikunu tali li ma jinfetaħx jew jinħallx taħt l-azzjoni tal-ebda forza jew komponenti ta’ forzi li għalihom ikun soġġett waqt użu normali jew waqt testijiet.

2.15.

“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jkunux differenti f’ċerti aspetti essenzjali bħall-istruttura, id-dimensjonijiet, is-sura u l-materjali fil-postijiet fejn l-istrument tal-akkoppjar mekkaniku, jew il-komponent tiegħu, hu mwaħħal. Dan japplika kemm għall-vettura tal-irmonk u kemm għat-trejler.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TAGĦMIR JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mid-detentur tal-isem tal-oġġett fin-negozju jew it-trejdmark, jew mir-rappreżentat akkreditat tiegħu.

3.2.

Għal kull tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, l-applikazzjoni għandha jkollha magħha l-informazzjoni li ġejja, per eżempju, permezz tal-formola tal-Komunikazzjoni li tidher fl-anness 1:

3.2.1.

Id-dettalji tal-ismijiet tal-oġġett fin-negozju jew it-trejdmarks kollha tal-manifattur jew fornitur li għandhom ikunu applikati lill-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar;

3.2.2.

tliet settijiet ta’ disinji li huma biżżejjed dettaljati biex jiddefinixxu l-istrument jew il-komponent u li jispeċifikaw kif dan għandu jitwaħħal mal-vettura; it-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovdut għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif jidher fil-paragrafu 7;

3.2.3.

dikjarazzjoni dwar il-valuri ta’ D, Dc, S, V u U kif applikabbli u kif iddefinit fil-paragrafu 2.11.

Għas-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) tal-Klassi A għandha ssir dikjarazzjoni dwar l-akbar massa permissibbli tal-vettura tal-irmonk u dik tat-trejler u dwar l-akbar piż vertikali statiku li jista’ jitgħabba fuq il-boċċa tal-irmonk (tow ball) kif irrikkmandat mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk;

3.2.3.1.

Il-valuri karatteristiċi għandhom ikunu mill-inqas indaqs għal dawk applikabbli għall-akbar massa permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tagħhom flimkien.

3.2.4.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-istrument jew il-komponent, fejn ikun hemm speċifikat, b’mod partikulari, it-tip u l-materjali użati;

3.2.5.

il-limiti fuq il-vetturi li magħhom jista’ jitwaħħal l-akkoppjar – ara l-anness 1, il-paragrafu 12 u l-anness 5, il-paragrafu 3.4;

3.2.6.

kampjun wieħed, flimkien ma’ kampjuni addizzjonali kif mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku;

3.2.7.

il-kampjuni kollha għandhom ikunu rfinuti bit-trattament finali tal-wiċċ. Madankollu, jekk it-trattament finali isir biż-żebgħa jew b’passata trab epossidiku, dan għandu jitħalla barra;

3.2.8.

fil-każ ta’ strument ta’ jew komponent akkoppjar mekkaniku maħsub għal tip speċifiku ta’ vettura, il-manifattur tal-istrument jew il-komponent għandu wkoll iressaq l-informazzjoni dwar l-installazzjoni mogħtija mill-manifattur tal-vettura. L-awtorità tal-approvazzjoni jew is-servizz tekniku jistgħu wkoll jitolbu li titressaq vettura rappreżentattiva tat-tip.

4.   IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦAL STRUMENTI JEW KOMPONENTI TAL-AKKOPPJAR MEKKANIKU

4.1.

Kull kampjun għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tad-dimensjonijiet u s-saħħa, kif hemm indikat fl-annessi 5 u 6. Wara t-testijiet speċifikati fl-anness 6 m’għandux ikun hemm xquq, ksur jew wisq tagħwiġ permanenti li jkun ta’ ħsara għat-tħaddim sodisfaċenti tal-istrument jew il-komponent tiegħu.

4.2.

Il-partijiet kollha tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku, li jekk ikunu bil-ħsara jistgħu jwasslu għall-firda tal-vettura u t-trejler, għandhom ikunu tal-azzar. Jistgħu jintużaw materjali oħra sakemm il-manifattur ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku tal-Parti Kontraenti li tkun qed tapplika dan ir-Regolament, li dawn il-materjali jkunu ekwivalenti għall-azzar.

4.3.

L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku m’għandhomx ikunu ta’ periklu meta jitħaddmu u persuna għandu jkun jista’ jagħmel l-akkoppjar kif ukoll iħollu mingħajr l-użu ta’ għodod. Bl-eċċezzjoni tal-akkoppjar ta’ Klassi T, l-istrumenti biss li jħallu akkoppjar awtomatiku għandhom jitħallew għall-akkoppjar tat-trejlers li għandhom l-akbar massa teknikament permissibbli ta’aktar minn 3,5 tunnellati metriċi.

4.4.

L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li b’użu normali u b’manutenzjoni korretta u bil-bdil tal-partijiet li jkunu therrew, ikomplu jaħdmu b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

4.5.

L-istrumenti u l-komponenti kollha tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu ddisinjati biex ikollhom tqabbid mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) u l-pożizzjoni l-magħluqa għandha tkun imsakkra mill-inqas darba b’tqabbid ieħor mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) sakemm fl-anness 5 ma jissemmewx kondizzjonijiet meħtieġa oħra. Min-naħa l-oħra jista’ jkun hemm żewġ arranġamenti separati jew aktar sabiex tkun assigurata l-integrità tal-istrument, imma kull arranġament għandu jkun iddisinjat biex ikollu llokkjar mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) u għandu jkun ittestjat b’mod individwali għal kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa li tissemma fl-anness 6. L-tqabbid mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement) għandu jkun skont kif iddefinit fil-paragrafu 2.14.

Forzi elastiċi jistgħu jintużaw biss sabiex jagħlqu l-istrument u jipprevjenu l-effetti tal-vibrazzjoni milli jikkawżaw iċ-ċaqliq ta’ partijiet komponenti tal-istrument għal pożizzjonijiet fejn l-istrument jista’ jinfetaħ jew jinħall.

Il-ħsara jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda mill-molol m’għandiex twassal biex l-istrument komplet jinfetaħ jew jinħall.

4.6.

Kull strument jew komponent għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim b’tagħrif biżżejjed sabiex kwalunkwe persuna kompetenti tinstallah sew fuq il-vettura u tħaddmu b’mod xieraq – ara wkoll l-anness 7. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu għallinqas fl-ilsien tal-pajjiż fejn l-istrument jew komponent ikun għall-bejgħ. Fil-każ ta’ strumenti u komponenti fornuti għat-twaħħil ta’ tagħmir oriġinali minn manifattur tal-vetturi jew wieħed li jibni l-bodìs, jista’ ma jkunx hemm l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni imma l-manifattur tal-vettura jew dak li jibni l-bodìs ikun responsabbli sabiex jassigura li dak li jħaddem il-vettura jingħata l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar jitħaddem b’mod korrett.

4.7.

Għall-istrumenti u l-komponenti tal-Klassi A, jew tal-Klassi S, jekk hu applikabbli, għall-użu ma’ trejlers bl-akbar massa permissibbli li ma tisboqx it-3,5 tunnellati metriċi, u li huma pprodotti minn manifatturi li m’għandhom l-ebda tixrik mal-manifattur tal-vettura; u fejn l-istrumenti u l-komponenti huma maħsuba sabiex ikunu jistgħu jinbiegħu fis-suq fejn jinbiegħu bċejjeċ tal-magni, l-għoli u l-karatteristiċi l-oħra tal-installazzjoni tal-akkoppjar għandhom, fil-każijiet kollha, ikunu vverifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku skont l-anness 7, il-paragrafu 1.

4.8.

Għal diversi strumenti jew komponenti tal-akkoppjar tal-Klassi S u tal-Klassi T li jifilħu għall-istrapazz u li m’humiex standard, għandhom jintużaw il-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti fl-annessi 5, 6 u 7 għall-eqreb strument jew komponent, standard jew mhux standard.

5.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA MOGĦNIJA BI STRUMENT JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU

5.1.

Fejn manifattur tal-vetturi japplika għall-approvazzjoni ta’ vettura mogħnija bi strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku jew jawtorizza l-użu ta’ vettura għall-irmonk ta’ kwalunkwe xorta ta’ trejler, allura, fuq it-talba ta’ applikant bona fide għall-approvazzjoni possibbli tat-tip għal strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, jew tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku ta’ Parti Kontraenti, il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel disponibbli malajr dik l-informazzjoni kif meħtieġa fil-paragrafu 5.3 aktar ’l isfel, għal min ikun qed jistaqsi jew għal dik l-awtorità jew għal dak is-servizz tekniku, sabiex il-manifattur tal-istrument jew il-komponent ta’ akkoppjar mekkaniku jkun jista’ jiddisinja u jimmanifattura b’mod xieraq strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku għal dik il-vettura. Fuq talba ta’ applikant bona fide għal approvazzjoni possibbli ta’ tip għal strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, kwalunkwe informazzjoni li tingħata fil-paragrafu 5.3 t’aktar ’l isfel, li tkun għand l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, għandha tingħata lil dak l-applikant.

5.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn għandu x’jaqsam it-twaħħil ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

5.3.

Għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni li ġejja sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ timla l-formola ta’ komunikazzjoni li tingħata fl-anness 2.

5.3.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura u tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku u, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku, kopja tal-formola tal-approvazzjoni għall-istrument jew il-komponent;

5.3.2.

L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll l-akbar massa permissibbli għall-vettura tal-irmonk u dik li qed tkun irmonkata, id-distribuzzjoni tal-akbar massa permissibbli tal-vettura tal-irmonk bejn il-fusijiet, l-akbar mases permissibbli tal-fusijiet, l-akbar piż vertikali permissibbli li għandu jitgħabba fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura tal-irmonk u dettalji u/jew disinji dwar il-punti tal-immontar tal-installazzjoni għall-istrument jew il-komponent u għal kwalunkwe pjanċa rinfurzata addizzjonali, saljaturi ta’ sostenn, eċċ., meħtieġa sabiex l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku jitwaħħal mingħajr periklu mal-vettura tal-irmonk;

5.3.2.1.

il-kondizzjoni ta’ meta wieħed jgħabbi fejn għandu jitkejjel l-għoli tal-boċċa tal-irmonk (tow ball) tal-vetturi tal-kategorija M1 – ara l-paragrafu 2 tal-anness 7, tal-appendiċi 1.

5.3.3.

tliet settijiet ta’ disinji li huma biżżejjed dettaljati li jidentifikaw l-istrument jew il-komponent u li jispeċifikaw kif dan għandu jitwaħħal mal-vettura; id-disinji għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovdut għan-numru tal-approvazzjoni u l-immarkar l-ieħor kif indikat fil-paragrafu 7;

5.3.4.

deskrizzjoni teknika ddettaljata tal-istrument jew il-komponent, li tispeċifika, b’mod partikulari, it-tip u l-materjali użati;

5.3.5.

dikjarazzjoni tal-valuri ta’ D, Dc, S, V u U kif applikabbli u kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11;

5.3.5.1.

Il-valuri karatteristiċi għandhom ikunu mill-inqas indaqs daqs dawk applikabbli għall-akbar vettura permissibbli tal-irmonk, l-akbar trejler permissibbli u l-mases tagħhom flimkien.

5.3.6.

vettura, li tirrappreżenta t-tip li għandu jkun approvat u mogħnija bi strument tal-akkoppjar mekkaniku, għandha titressaq quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li jistgħu jitolbu wkoll kampjuni addizzjonali tal-istrument jew il-komponent;

5.3.7.

vettura li ma jkolliex il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tiġi aċċettata sakemm l-applikant jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku, li n-nuqqas tal-komponenti m’għandu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni safejn huma kkonċernati l-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament.

6.   IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦAL VETTURI MOGĦNIJA BI STRUMENT JEW KOMPONENT TA’ AKKOPPJAR MEKKANIKU

6.1.

L-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku mwaħħal mal-vettura għandu jkun approvat skont il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 3 u 4 u tal-anness 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.

L-installazzjoni tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku għandha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-anness 7 ta’ dan ir-Regolament.

6.3.

L-istruzzjonijiet għat-tħaddim għandhom ikunu pprovduti għall-użu tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar li għandu jkun fihom kwalunkwe struzzjonijiet speċjali għal operazzjonijiet li huma differenti minn dawk li normalment huma assoċjati mat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar, u struzzjonijiet għall-akkoppjar jew l-iżganċar b’modi differenti ta’ tħaddim, per eżempju, f’angoli differenti bejn il-vettura tal-irmonk u dik li qed tkun irmonkata. Kull vettura għandu jkollha magħha dawn l-istruzzjonijiet għat-tħaddim li għandhom ikunu, għallinqas, bl-ilsien tal-pajjiż fejn se tinbiegħ.

7.   L-IMMARKAR

7.1.

It-tipi ta’ strumenti jew komponenti tal-akkoppjar mekkaniku, imressqa għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem tan-negozju jew it-trejdmark tal-manifattur jew tal-fornitur jew tal-applikant.

7.2.

Għandu jkun hemm spazju kbir biżżejjed sabiex tkun applikata l-marka ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.5 u li tintwera fl-anness 3. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

7.3.

Ħdejn il-marka ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 7.2 u 8.5, l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku għandu jkun immarkat bil-klassi tal-akkoppjar, kif iddefinita fil-paragrafu 2.6 u l-valuri karatteristiċi relevanti kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11 u kif jintwerew fl-anness 4. Il-pożizzjoni għal dan l-immarkar għandu jintwera fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.2.

Il-valuri karatteristiċi m’hemmx għalfejn ikunu mmarkati f’każijiet fejn dawk il-valuri huma ddefiniti fil-klassifikazzjoni li ngħatat f’dan ir-Regolament, per eżempju, il-Klassijiet A50-1 sa A50-5.

7.4.

Fejn l-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku hu approvat għal valuri karatteristiċi alternattivi fl-istess klassi tal-akkoppjar, jew tal-istrument, mhux iktar minn żewġ alternattivi għandhom ikunu mmarkati fuq l-istrument jew il-komponent.

7.5.

Jekk l-applikazzjoni tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku tkun ristretta b’xi mod, per eżempju, jekk m’għandiex tintuża ma’ ifilsa mexxejja (steering wedges), mela dik ir-restrezzjoni għandha tkun immarkata fuq l-istrument jew il-komponent.

7.6.

L-immarkar kollu għandu jkun permanenti u leġibbli meta l-istrument jew il-komponent jiġi installat fuq il-vettura.

8.   L-APPROVAZZJONI

8.1.

Jekk il-kampjun(i) ta’ tip ta’ strument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku jissodisfa(w) il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, tingħata l-approvazzjoni, dejjem jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 10 jintlaħqu b’mod sodisfaċenti.

8.2.

Numru tal-approvazzjoni jingħata lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri sempliċi (parti min-numru tal-approvazzjoni) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi importanti u reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li fih inħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma jistax jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ strument jew komponent imsemmi f’dan ir-Regolament twaqqfet għal kollox

8.3.

Għarfien tal-approvazzjoni jew ta’ żjieda fiż-żmien, ċaħda jew tneħħija ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni li twaqqfet għal kollox, li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell li jinsab jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

8.4.

Barra l-marka preskritta fil-paragrafu 7.1, ma’ kull strument jew komponent tal-akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament għandu jitwaħħal, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 7.2, marka ta’ approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 8.5.

8.5.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun marka internazzjonali li tinkludi:

8.5.1.

ċirku madwar l-ittra“E” flimkien man-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (5);

8.5.2.

in-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 8.2;

8.5.3.

il-marka tal-approvazzjoni u n-numru għandhom ikunu rranġati kif muri fl-eżempju fl-anness 3.

9.   IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAL-ISTRUMENT JEW IL-KOMPONENT TAL-AKKOPPJAR MEKKANIKU JEW TAL-VETTURA U Ż-ŻJIEDA FIŻ-ŻMIEN TAL-APPROVAZZJONI

9.1.

Bi kwalunkwe modifikazzjoni għat-tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku, jew tal-vettura kif iddefinita fil-paragrafu 2.10 għandha tiġi mgħarrfa l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li jkun ta l-approvazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku mbagħad tista’ jew:

9.1.1.

tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet mhux probabbli li jkollhom xi effett ħażin li jagħmel differenza u li fi kwalunkwe każ l-istrument, il-komponent jew il-vettura għadhom konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa; jew

9.1.2.

jeħtieġu rapport dwar l-ittestjar ieħor.

9.2.

Il-konferma, jew iċ-ċaħda, tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifikazzjoni, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3 lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li toħroġ żjieda ta’ żmien ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal żjieda bħal din u għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3.

10.   KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandhom jikkonformu ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324 E/ECE/TRANS/505/Rev.2), mar-rekwiżiti li ġejjin:

10.1.

Id-detentur tal-approvazzjoni jrid jassigura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni huma rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perijodu ddeterminat fi ftehim mal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni jew is-servizz tekniku. Dan il-perijodu m’għandux jisboq l-10 snin sa miż-żmien li fih il-produzzjoni twaqqfet għal kollox.

10.2.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku li tat l-approvazzjoni tagħha għat-tip tista’, meta trid, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull stabbiliment tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

11.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni li tingħata għal tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku skont dan ir-Regolament, tista’ titneħħa jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa ma jkunux issodisfatti jew jekk l-istrument jew il-komponent li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jkunx konformi mat-tip approvat.

11.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha tgħarraf b’dan immedjatament lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mat-tip jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

12.   IL-PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għal kollox il-manifattura ta’ tip ta’ strument jew komponent ta’ akkoppjar mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew lis-servizz tekniku li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievu l-komunikazzjoni relevanti, dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku, għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li hi konformi mal-mudell jew fl-anness 1 jew fl-anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ TRANŻIZZJONI

Sakemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ma jkunx mgħarraf mod ieħor, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament li huma Stati Membri tal-Komunità Ewropea (fiż-żmien tal-adozzjoni tas-sensiela 01 tal-emendi, l-Italja, l-Olanda, il-Belġju, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, il-Finlandja u l-Greċja) jiddikjaraw li, għal dak li għandhom x’jaqsmu l-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku, huma se jkunu marbuta biss mill-obbligi tal-Ftehim li miegħu hu anness dan ir-Regolament f’dak li għandhom x’jaqsmu dawk l-istrumenti jew il-komponenti maħsuba għall-vetturi tal-kategoriji, għajr dawk tal-M1.

14.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U D-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

14.1.

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli milli jagħmlu t-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew żjieda ta’ żmien jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Fi ħdan it-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq (Vjenna, 1968) l-Artikolu 1, is-sottoparagrafi (t) u (u).

(2)  Il-massa T u R u l-akbar massa teknikament permissibbli, jistgħu jkunu ikbar mill-akbar massa permissibbli preskritta mil-leġislazzjoni nazzjonali.

(3)  Ara d-definizzjonijiet fir-Regolament Nru 13 annessi mal-Ftehim ta’ l-1958 dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal vetturi bir-roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew ikunu Użati fuq Vetturi u l-Kondizzjonijiet għal Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet. Id-definizzjoni tinsab ukoll fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-il-vetturi ta’ Kostruzzjoni (R. E. 3) (dokument TRANS/ WP. 29/ 78/ Rev. 1/ Amend. 2).

(4)  Il-massa teknikament permissibbli tista’ tkun ikbar mill-akbar massa permissibbli preskritta mil-leġislazzjoni nazzjonali.

(5)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnia u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vakanti), 37 għat-Turkija, 38-39 (vakanti), 40 għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja u 46 għall-Ukrajna. In-numri li jiġu wara għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jiintużaw fuq Vetturi bir-roti u l-Kondizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet li Ngħataw fuq il-bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet, u n-numri li ngħataw b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(l-akbar format: A4 (210 × 297 mm)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(l-akbar format: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

EŻEMPJU TA’ ARRANĠAMENT TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI

Image


ANNESS 4

Eżempji ta’ arranġamenti tal-immarkar tal-valuri karatteristiċi

1.

L-istrumenti jew il-komponenti kollha tal-akkoppjar mekkaniku għandhom ikunu mmarkati bil-klassi tal-istrument jew il-komponent. Barra minn hekk, għandu jkun hemm immarkar li jindika l-kapaċità f’termini ta’ valuri karatteristiċi kif iddefiniti fil-paragrafu 2.11 ta’ dan ir-Regolament.

1.1.

L-għoli tal-ittri u n-numri m’għandux ikun inqas minn dawk tan-numru ta’ approvazzjoni, jiġifieri a/3 fejn a hi 8 mm.

1.2.

Il-valuri karatteristiċi applikabbli għal kull strument jew komponent li huma mmarkati huma kif qed jintwera fit-tabella hawn isfel – ara wkoll il-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament:

Tabella 1

Valuri karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu mmarkati fuq strumenti jew komponenti tal-akkoppjar

Deskrizzjoni tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mekkaniku

Valuri karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu mmarkati

Klassi

D

Dc

S

U

V

Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u saljaturi tal-irmonk (towing brackets) – ara l-anness 5, para. 1 ta’ dan ir-Regolament

*

*

 

*

 

 

Irjus tal-akkoppjar (coupling heads)

*

*

 

*

 

 

Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings)

*

*

*

*

 

*

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes)

*

*

*

*

 

*

Ganċijiet (drawbars)

*

*

*

*

 

*

Żbarri (drawbeams)

*

*

*

*

 

*

Akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)

*

*

 

 

*

 

Kavilji tal-istepni (fifth wheel pins)

*

*

 

 

 

 

Pjanċi tal-immontar tal-istepni (fifth wheel mounting plates)

*

*

 

 

*

 

Akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings)

*

*

*

*

 

*

Eżempji: C50-X D130 Dc90 S1000 V35 jidentifika akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) mhux standard tal-Klassi C50-X bl-akbar valur ta’ D ta’ 130 kN, bl-akbar valur permess ta’ Dc ta’ 90 kN, bl-akbar massa statika mgħobbija vertikalment ta’ 1 000 kg u bl-akbar valur permess ta’ V ta’ 35 kN.

A50-X D20 S120 jidentifika saljatura tal-irmonk (towing bracket) standard b’akkoppjar bil-boċċa (ball coupling) tal-Klassi A50-X bl-akbar valur ta’ D ta’ 20 kN u bl-akbar massa statistika mgħobbija vertikalment ta’ 120 kg.


ANNESS 5

Kondizzjonijiet meħtieġa għall-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku

1.   BOĊĊI TAL-AKKOPPJAR (COUPLING BALLS) U SALJATURI TAL-IRMONK (TOWING BRACKETS)

Il-kondizzjonijiet meħtieġa msemmija fil-paragrafi 1.1 sa 1.5 ta’ dan l-anness huma applikabbli għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) kollha u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) tal-Klassi A. Fil-paragrafu 1.6 jinsabu d-dettalji ta’ kondizzjonijiet meħtieġa addizzjonali li għandhom ikunu ssodisfatti mill-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) standard b’dijametru ta’ 50mm b’rabta ssikkata qisha flanġ (flange type bolted fixings).

1.1.

Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) tal-Klassi A għandhom ikunu konformi mal-Figura 2 f’dawk li huma s-sura u d-dimensjonijiet esterni.

Figura 2

Boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) tal-Klassi A

Image

Test ta 'immaġni

1.2.

Is-sura u d-dimensjonijiet tas-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-manifattur tal-vettura dwar il-punti fejn jitwaħħlu u l-istrumenti jew il-komponenti tal-immontar addizzjonali jekk hemm bżonn.

1.3.

Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jitneħħew:

1.3.1.

Fil-każ ta’ boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jistgħu jitneħħew jew komponenti li mhumiex imwaħħla b’viti b’ras u kamin (bolts), per eżempju tal-Klassi A50-X, il-punt ta’ konnessjoni u l-arranġament li jsakkar għandhom ikunu ddisinjati għal tqabbid mekkaniku pożittiv (positive mechanical engagement).

1.3.2.

Fil-każ ta’ boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) li tista’ titneħħa jew komponent li jista’ jiġi approvat separatament, għall-użu ma’ saljaturi tal-irmonk (towing brackets) differenti għal applikazzjonijiet ma’ vetturi differenti, per eżempju l-Klassi A50-X, l-ispazju ħieles meta boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) bħal dik titwaħħal ma’ saljatura tal-irmonk (towing bracket) għandu jkun dak preskritt fl-anness 7, Figura 25.

1.4.

Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u strumenti tal-irmonk għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet imsemmija fl-Anness 6, fil-paragrafu 3.1 jew fil-paragrafu 3.10 skont l-għażla tal-manifattur. Madankollu, ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafu 3.1.7 u 3.1.8 huma dejjem applikabbli.

1.5.

Manifatturi ta’ saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jinkorporaw punti tat-twaħħil ma’ liema jitwaħħal jew akkoppjar sekondarju jew strumenti bżonnjużi sabiex it-trejler ikunu jista’ jitwaqqaf awtomatikament fil-każ ta’ separazzjoni tal-akkoppjar ewlieni. Din il-kondizzjoni meħtieġa hi bżonnjuża sabiex il-vettura tkun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 5.2.2.9 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 13 – Dispożizzjonijiet Uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fil-kategoriji M, N u O f’dak li għandu x’jaqsam mal-ibbrejkjar.

1.5.1.

Il-punti tat-twaħħil għal akkoppjar sekondarju u/jew kejbil tal-firda (breakaway cable) għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li meta jkunu użati, l-akkoppjar sekondarju jew il-kejbil tal-firda (breakaway cable) ma jirrestrinġiex l-artikulazzjoni normali tal-akkoppjar jew jinterferixxi fl-inerzja normali tat-tħaddim tas-sistema tal-brejkijiet.

Punt waħdani tat-twaħħil għandu jkun ippożizzjonat fi ħdan 100 mm ta’ pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-artikulazzjoni tal-akkoppjar. Jekk dan mhux prattiku li jsir, għandu jkun hemm żewġ punti tat-twaħħil, waħda fuq kull naħa tal-linja vertikali ċentrali u l-istess distanza ’l bogħod mil-linja ċentrali, l-aktar b’250 mm. Il-punt(i) tat-twaħħil għandu(għandhom) ikun(u) fuq in-naħa ta’ wara u għoli kemm jista’ jkun, dejjem skont kemm ikun prattiku.

1.6.

Il-kondizzjonijiet meħteiġa speċjali għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) standard u s-saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-flanġ (flange type towing brackets) tal-Klassijiet A50-1 sa A50-5, bit-tnejn imsemmija inklużi:

1.6.1.

Id-dimensjonijiet tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-flanġ (flange type towing brackets) tal-Klassi A50-1 għandhom ikunu kif indikat fil-Figura 3 u t-Tabella 2.

1.6.2.

Id-dimensjonijiet tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-flanġ (flange type towing brackets) tal-Klassijiet A50-2, A50-3, A50-4 u A50-5 għandhom ikunu kif indikati fil-Figura 4 u t-Tabella 2.

1.6.3.

Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-flanġ (flange type towing brackets) tal-Klassijiet A50-1 sa A50-5, bit-tnejn imsemmija inklużi, għandhom ikunu adattati u ttestjati għall-valuri karatteristiċi indikati fit-Tabella 3.

Figura 3

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (flange type ball couplings) standard tal-Klassi A50-1 (ara t-Tabella 2)

Image

Figura 4

Id-dimensjonijiet l-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (flange type ball couplings) tal-Klassijiet A50-2 sa A50-5 (ara t-Tabella 2)

Image

Tabella 2

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (standard flange type ball couplings) standard (mm), ara l-Figuri 3 u 4.

Klassi

A50-1

A50-2, A50-4

A50-3, A50-5

Kummenti

e1

90

83

120

± 0,5

e2

56

55

± 0,5

d2

17

10,5

15

H13

f

130

110

155

± 6,0 – 0

g

50

85

90

± 6,0 – 0

c

15

15

15

l-akbar

l

55

110

120

± 5,0

h

70

80

80

± 5,0


Tabella 3

Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar bil-boċċa tat-tip tal-flanġ (standard flange type ball couplings)

Klassi

A50-1

A50-2

A50-3

A50-4

A50-5

D

17

20

30

20

30

S

120

120

120

150

150

D

=

l-akbar valur ta’ D (kN)

S

=

l-akbar tagħbija statitika vertikali (kg)

1.7.

Manifatturi tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u saljaturi tal-irmonk (towing brackets) maħsuba għal tagħmir li jagħmel parti minn serje fis-suq fejn jinbiegħu bċejjeċ tal-magni u li m’għandhom l-ebda tixrik mal-manifattur tal-vettura relevanti, għandu jkollhom għarfien tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-artikulazzjoni tal-akkoppjar indikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-anness u għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa xierqa fl-anness 7 għal dan ir-Regolament.

2.   L-IRJUS TAL-AKKOPPJAR (COUPLING HEADS)

2.1.

L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) tal-Klassi B50 għandhom ikunu ddisinjati sabiex jistgħu jintużaw mingħajr periklu flimkien mal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) deskritti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-anness u allura jżommu l-karatteristiċi preskritti.

L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkun assigurat li l-akkoppjar isir mingħajr periklu, minn barra li jkun ikkunsidrat li l-istrumenti tal-akkoppjar jitherrew.

2.2.

L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom jissodisfaw it-testijiet indikati fl-anness 6, fil-paragrafu 3.2.

2.3.

Kull strument addizzjonali (eż. brejk, stabilizzatur, eċċ) m’għandu jkollu l-ebda effett ħażin fuq il-konnessjoni mekkanika.

2.4.

Meta mhux imqabbda mal-vettura, ir-rotazzjoni orizzontali tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandha tkun mill-inqas 90° fuq kull naħa tal-linja ċentrali tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u tal-immontar, kif deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-anness. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm angolu ta’ moviment ħieles vertikali ta’ 20° fuq u taħt l-orizzontali. Barra minn hekk, flimkien mal-angolu orizzontali tar-rotazzjoni ta’ 90° għandu jkun possibbli li jkun hemm 25° ta’ tidwir fiż-żewġ direzzjonijiet madwar l-assi orizzontali. L-artikulazzjoni li ġejja għandha tkun possibbli fl-angoli kollha tar-rotazzjoni orizzontali:

(i)

grad ta’ żerżiqa vertikali ta’ ± 15° b’tidwira fuq l-assi ta’ ± 25°

(ii)

tidwira fuq l-assi ta’ ± 10° bi grad ta’ żerżiqa vertikali ta’ ± 20°

3.   L-AKKOPPJAR BIL-GANĊ (DRAWBAR COUPLINGS)

Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 3.1 sa 3.6 ta’ dan l-anness huma applikabbli għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) kollu tal-Klassi C50. Kondizzjonijiet meħtieġa addizzjonali għandhom ikunu ssodisfatti mill-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassijiet C50-1 sa C50-6 kif indikati fil-paragrafu 3.7.

3.1.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-ħidma – L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) kollha għandhom jissodisfaw it-testijiet imsemmija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3.

3.2.   Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) adattati – L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50 għandhom ikunu kompatibbli ma’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u mal-akkoppjar bil-karatteristiċi speċifiċi kollha tal-Klassi D50.

3.3.   Xedaq

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50 għandu jkollu xedaq iddisinjat b’tali mod li għajnet il-ganċ (drawbar eye) li hi adattata tkun iggwidata fl-akkoppjar.

Jekk ix-xedaq, jew parti li ssostni x-xedaq, tista’ ddur fuq il-pern tal-assi vertikali, għandu jsib ruħu awtomatikament fil-pożizzjoni normali u bil-kavilja miftuħa, ikun imrażżan b’mod effikaċji f’din il-pożizzjoni sabiex jagħti gwida sodisfaċenti lil għajnet il-ganċ (drawbar eye) waqt il-proċedura tal-akkoppjar.

Jekk ix-xedaq, jew parti li ssotni x-xedaq, tista’ ddur fuq il-pern tal-assi orizzontali trasversali, il-linja tal-għaqda (joint) li tipprovdi l-ħila tar-rotazzjoni għandha tkun imrażżna fil-pożizzjoni normali tagħha permezz ta’ momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque). Il-momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran (torque) għandu jkun biżżejjed biex jipprevjeni forza ta’ 200 N, li tkun qed taġixxi vertikalment ’il fuq fuq il-parti ta’ fuq tax-xedaq, biex tipproduċi kwalunkwe liwja fil-linja tal-għaqda (joint) mill-pożizzjoni normali tagħha. Il-momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque) għandu jkun ikbar minn dak li nħoloq mit-tħaddim ta’ lieva tal-id deskritta fil-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness. Għandu jkun possibbli li jinġieb ix-xedaq fil-pożizzjoni normali tiegħu manwalment. Xedaq li jdur fuq il-pern madwar l-assi orizzontali trasversali hu approvat biss għal piż statiku vertikali li jinġarr, S, ta’ mhux aktar minn 50 kg u b’valur ta’ V ta’ mhux iktar minn 5 kN.

Jekk ix-xedaq, jew parti li ssostni x-xedaq, tiddawwar fuq il-pern madwar l-assi lonġitudinali, ir-rotazzjoni għandha tkun imrażżna minn momentum tas-sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran li jsakkar (locking torque) ta’ mill-inqas 100 Nm.

L-inqas daqs meħtieġ tax-xedaq jiddependi mill-valur ta’ D tal-akkoppjar:

Valur ta’ D ≤ 18 kN– wiesa’ 150 mm, għoli 100 mm

Valur ta’ D > 18 kN ≤ 25 kN– wiesa’ 280 mm, għoli 170 mm

Valur ta’ D > 25 kN– wiesa’ 360 mm, għoli 200 mm

L-irkejjen esterni tax-xedaq jistgħu jkunu ttundjati.

Ixdqa iżgħar huma permessi għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50-X jekk l-użu tagħhom hu ristrett għal trejlers b’fus ċentrali bl-akbar massa permessibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati metriċi jew jekk l-użu ta’ xedaq mit-tabella t’hawn fuq hu impossibbli minħabba raġunijiet tekniċi u jekk, barra minn hekk, hemm ċirkostanzi speċjali, bħal għajnuniet viżwali sabiex ikun hemm twettiq mingħajr periklu tal-proċedura awtomatika tal-akkoppjar, u jekk il-qasam tal-applikazzjoni hu ristrett fl-approvazzjoni skont l-informazzjoni mogħtija mill-manifattur tal-akkoppjar fil-formola ta’ Komunikazzjoni murija fl-anness 1.

3.4.   L-inqas artikulazzjoni ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)

Għajnet il-ganċ (drawbar eye), meta tkun akkoppjata ma’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) imma ma titwaħħalx fuq vettura, għandu jkollha l-gradi ta’ artikulazzjoni mogħtija aktar ’l isfel. Jekk parti mill-artikulazzjoni tingħata minn linja tal-għaqda (joint) speċjali (l-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50-X biss), il-qasam ta’ applikazzjoni, li ngħata fil-formola ta’ komunikazzjoni murija fl-anness 1, għandha tkun ristretta għall-każijiet imsemmija fl-anness 7, fil-paragrafu 1.3.8.

3.4.1.

± 90° b’mod orizzontali madwar l-assi vertikali mill-assi lonġitudinali tal-vettura – ara l-Figura 5.

Figura 5

Ir-rotazzjoni orizzontali ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)

Image

3.4.2.

± 20° b’mod vertikali madwar l-assi trasversali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Figura 6.

Figura 6

Ir-rotazzjoni vertikali ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)

Image

3.4.3.

± 25° rotazzjoni tal-assi madwar l-assi lonġitudinali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Figura 7.

Figura 7

Ir-rotazzjoni tal-assi ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye)

Image

3.5.   Sokra biex ma jinħallx l-akkoppjar b’mod involontarju:

Fil-pożizzjoni magħluqa, il-kavilja għandha tkun imsakkra minn żewġ mekkaniżmi pożittivi tat-tqabbid, b’kull wieħed minnhom jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jibqax.

Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod ċar fuq barra minn strument mekkaniku. Għandu jkun possibbli li wieħed jivverifika l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, fid-dlam.

L-istrument mekkaniku li jagħti indikazzjoni għandu jindika l-tqabbid taż-żewġ strumenti li jsakkru (kondizzjoni “U”).

Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat l-tqabbid ta’ strument li jsakkar wieħed, jekk, f’din is-sitwazzjoni, l-tqabbid tat-tieni strument li jsakkar huwa karatteristika inerenti ta’ dan id-disinn.

3.6.   Lievi tal-id

Il-lievi tal-id għandhom ikunu ta’ disinn adattat għal użu faċli, bit-tarf ittundjat. L-akkoppjar m’għandux ikollu truf ippuntati jew punti li jistgħu joqorsu qrib il-lieva tal-id li jista’ jirriżulta f’ferita waqt it-tħaddim tal-akkoppjar. Il-forza meħtieġa biex jinħall l-akkoppjar, imkejla mingħajr għajnet il-ganċ (drawbar eye), m’għandiex tisboq 250 N perpendikulari għal-lieva tal-id tul il-linja tat-tħaddim.

3.7.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassijiet C50-1 sa C50-6:

3.7.1.

Id-dawrien ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) madwar l-assi trasversali għandha tinkiseb permezz tas-sura sferika tal-kavilja (u mhux permezz ta’ linja ta’ għaqda (joint));

3.7.2.

Piżijiet f’daqqa li jiġġebbdu u jintrassu tul l-assi lonġitudinali minħabba l-ispazju ħieles bejn il-kavilja u għajnet il-ganċ (drawbar eye) għandhom jitnaqqsu permezz ta’ molol u/jew strumenti li jtaffu x-xokk (minbarra C50-1).

3.7.3.

Id-dimensjonijiet għandhom ikunu skont kif ingħataw fil-Figura 8 u t-Tabella 4.

3.7.4.

L-akkoppjar għandhom ikunu adattati u ttestjati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 5.

3.7.5.

L-akkoppjar għandu jinfetaħ permezz ta’ lieva tal-id applikata fuq l-akkoppjar (mingħajr kontroll mill-bogħod).

Figura 8

Id-dimensjonijiet ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (mm) (ara t-Tabella 4)

Image

Tabella 4

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (mm) (ara l-Figura 8)

Klassi

C50-1

C50-2

C50-3

C50-4

C50-5

C50-6 C50-7

Rimarki

e1

83

83

120

140

160

160

± 0,5

e2

56

56

55

80

100

100

± 0,5

d1

54

74

84

94

94

l-akbar

d2

10,5

10,5

15

17

21

21

H13

f

110

110

155

180

200

200

+ 6,0 – 0

g

85

85

90

120

140

140

± 3,0

a

100

170

200

200

200

200

+ 20,0 – 0

b

150

280

360

360

360

360

+ 20,0 – 0

c

20

20

24

30

30

30

l-akbar

h

150

190

265

265

265

265

l-akbar

l1

150

250

300

300

300

l-akbar

l2

150

300

330

330

330

330

l-akbar

l3

100

160

180

180

180

180

± 20,0

T

15

20

35

35

35

l-akbar


Tabella 5

Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard

Klassi

C50-1

C50-2

C50-3

C50-4

C50-5

C50-6

C50-7

D

18

25

70

100

130

190

190

Dc

18

25

50

70

90

120

130

S

200

250

650

900

1 000

1 000

1 000

V

12

10

18

25

35

50

75

D= l-akbar valur ta’ D (kN)

Dc = l-akbar valur ta’ D (kN) għal applikazzjonijiet fuq trejlers b’fus ċentrali

S= l-akbar piż statiku vertikali fuq l-akkoppjar (kg)

V= l-akbar valur ta’ V (kN)

4.   GĦAJNEJN IL-GANĊ (DRAWBAR EYES)

4.1.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50:

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) kollha tal-Klassi D50 għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-test imsemmi fl-anness 6, fil-paragrafu 3.4.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 huma maħsuba għall-użu mal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) tal-Klassi C50. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) m’għandhomx ikunu jistgħu jduru fuq l-assi (minħabba li l-akkoppjar rispettiv tagħhom jista’ jdur).

Jekk għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 huma mgħammra b’partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffittjaw madwar parti oħra (sleeves), għandhom ikunu konformi mad-dimensjonijiet murija fil-Figura 9 (mhux permessi għall-Klassi D50-C) jew fil-Figura 10.

Il-partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffitjaw madwar partijiet oħra (sleeves) m’għandhomx ikunu ssaldjati f’għajnejn il-ganċ (drawbar eyes).

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50 għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-paragrafu 4.2. Il-forma dritta u rqiqa (shank) għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-X mhix speċifikata imma għal distanza ta’ 210 mm miċ-ċentru tal-għajn, l-għoli “h” u l-wisa’“b” għandhom ikunu fil-limiti li ngħataw fit-Tabella 6.

Figura 9

Il-parti f’forma ta’ tubu biex tiffittja madwar parti oħra (sleeve) b’xaqq għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50

Image

Figura 10

Il-parti f’forma ta’ tubu biex tiffittja madwar parti oħra (sleeve) mingħajr xaqq għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-C

Image

Tabella 6

Id-dimensjonijiet għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) D50-A u D50-X (ara l-Figura 11)

Klassi

h (mm)

b (mm)

D50-A

65 + 2/– 1

60 + 2/– 1

D50-X

80 l-aktar

62 l-aktar


Tabella 7

Il-valuri karatteristiċi għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard

Klassi

D

Dc

S

V

D50-A

130

90

1 000

30

D50-B

130

90

1 000

25

D50-C

190

120

1 000

50

D50-D

190

130

1 000

75

4.2.   Kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D5:

4.2.1.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-A u D50-X għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 11.

Figura 11

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-A u D50-X (ara t-Tabella 6)

Image

Image

4.2.2.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-B għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 12.

Figura 12

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassi D50-B (ara dimensjonijiet oħra fil-Figura 11)

Image

Image

Image

4.2.3.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 13

Figura 13

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D (ara dimensjonijiet oħra fil-Figura 11)

Image

Test ta 'immaġni

4.2.4.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) tal-Klassijiet D50-C u D50-D għandu jkollhom partijiet f’forma ta’ tubu biex jiffittjaw madwar partijiet oħra (sleeves) mingħajr xquq, kif murija fil-Figura 10.

4.3.   Il-valuri għall-piżijiet għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard u l-mezzi biex jitwaħħlu għandhom ikunu adattati, u ttestjati, għall-valuri tal-piżijiet imsemmija fit-Tabella 7.

4.4.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L:

4.4.1.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L huma maħsuba għall-użu mal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K

4.4.2.

Meta użati mal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type coupling) tal-Klassi K, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-artikulazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta’ dan l-anness.

4.4.3.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fil-Figura 14 u t-Tabella 8.

Figura 14

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torodjali (ara t-Tabella 8)

Image

4.4.4.

Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.4 u għandhom ikunu adattati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 9.

Tabella 8

Id-dimensjonijiet ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L (ara l-Figura 14)

(f’mm)

Klassi

L1

L2

L3

L4

L5

Rimarki

a

68 + 1,6/– 0,0

76,2 ± 0,8

76,2 ± 0,8

76,2 ± 0,8

68 + 1,6/– 0,0

 

b

41,2 ± 0.8

41,2 ± 0,8

41,2 ± 0,8

41,2 ± 0,8

41,2 ± 0,8

 

c

70

65

65

65

70

L-inqas


Tabella 9

Il-valuri karatteristiċi għal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) torojdali tal-Klassi L

Klassi

L1

L2

L3

L4

L5

D kN

30

70

100

130

180

Dc kN

27

54

70

90

120

S kg

200

700

950

1 000

1 000

V kN

12

18

25

35

50

5.   GANĊIJIET (DRAWBARS)

5.1.   Ganċijiet (drawbars) tal-Klassi E għandhom jissodisfaw it-testijiet preskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3.

5.2.   Sabiex ikun hemm konnessjoni bejn il-vettura tal-irmonk, mal-ganċijiet (drawbars) jistgħu jitwaħħlu jew irjus tal-akkoppjar (coupling heads), kif hemm fil-paragrafu 2, jew b’għajnejn il-ganċ (drawbar eyes), kif hemm fil-paragrafu 4 ta’ dan l-anness. L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) u għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ kamini, viti jew bl-issaldjar.

5.3.   Strumenti biex jirranġaw l-għoli għal ganċijiet impernjati (hinged drawbars)

5.3.1.

Il-ganċijiet impernjati (hinged drawbars) għandhom jitwaħħlulhom strumenti biex jirranġaw il-ganċ (drawbar) għall-għoli tal-istrument tal-akkoppjar jew ix-xedaq. Dawn l-istrumenti għandhom ikunu ddisinjati sabiex il-ganċ (drawbar) ikun jista’ jiġi aġġustat minn persuna waħda, mingħajr għodod jew kwalunkwe għajnuna oħra.

5.3.2.

L-istrumenti biex jirranġaw l-għoli għandhom ikunu jistgħu jirranġaw għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) jew l-akkoppjar bil-boċċi (ball couplings) mill-orizzontali ’l fuq mill-art b’mill-inqas 300mm, kemm ’il fuq u kemm ’l isfel. Fi ħdan dan il-kamp ta’ azzjoni il-ganċ (drawbar) għandu jkun jista’ jiġi rranġat mingħajr skaluni, jew bl-akbar numru ta’ skaluni ta’ 50 mm imkejla fejn hemm għajnet il-ganċ (drawbar eye) jew l-akkoppjar bil-boċċa (ball coupling).

5.3.3.

L-istrumenti biex jirranġaw l-għoli m’għandhomx ifixklu mill-moviment ħieles tal-ganċ (drawbar) wara l-akkoppjar.

5.3.4.

L-istrumenti li jirranġaw l-għoli m’għandhomx ifixklu l-azzjoni ta’ kwalunkwe inerzja, tip li jdur b’veloċità aktar mill-magna (overrun type), jew brejk.

5.4.   Fil-każ ta’ ganċijiet (drawbar) flimkien ma’ inerzja, veloċità akbar minn tal-magna (overrun), brejkijiet, id-distanza bejn iċ-ċentru ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) u t-tarf tal-manku ħieles (free shank) ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) m’għandiex tkun inqas minn 200mm fil-pożizzjoni tal-applikazzjoni tal-brejk. Bil-manku (shank) ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) imdaħħal kollu, id-distanza m’għandiex tkun inqas minn 150 mm.

5.5.   Il-ganċijiet (drawbars) għall-użu fuq trejlers b’fus ċentrali għandu jkollhom mill-inqas nofs il-mument tar-reżistenza kontra l-forzi laterali daqs kemmikollhom kontra l-forzi vertikali.

6.   ŻBARRI (DRAWBEAMS)

6.1.

Żbarri (drawbeams) tal-Klassi F għandhom jissodisfaw it-testijiet preskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3.

6.2.

Id-disinn tat-titqib bit-trapan għall-immontar tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard tal-Klassi C għandu jkun skont il-Figura 15 u t-Tabella 10 aktar ’l isfel.

6.3.

L-iżbarri (drawbeams) m’għandhomx ikunu ssaldjati max-xàsi, mal-bodì jew ma’ parti oħra mill-vettura.

Figura 15

Id-dimensjonijiet tal-immontar għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (ara t-Tabella 10)

Image

Tabella 10

Id-dimensjonijiet tal-immontar għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard (ara l-Figura 15)

(f’mm)

Klassi

C50-1

C50-2

C50-3

C50-4

C50-5

C50-6C50-7

Rimarki

e1

83

83

120

140

160

160

± 0,5

e2

56

56

55

80

100

100

± 0,5

d1

55

75

85

95

95

+ 1,0/– 0,5

d2

10,5

10,5

15

17

21

21

H13

T

15

20

35

35

35

l-aktar

F

120

120

165

190

210

210

l-inqas

G

95

95

100

130

150

150

l-inqas

L1

200

300

400

400

400

l-inqas

7.   L-AKKOPPJAR TAL-ISTEPNI (FIFTH WHEEL COUPLINGS) U L-IFILSA MEXXEJJA (STEERING WEDGES)

Il-kondizzjonijiet meħteiġa tal-paragrafi 7.1 sa 7.7 huma applikabbli għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollha tal-Klassi G50.

Kondizzjonijiet meħtieġa oħra li għandhom ikunu ssodisfatti mill-istrumenti tal-akkoppjar standard jingħataw fil-paragrafu 7.9.

L-ifilsa mexxejja (steering wedges) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijit meħtieġa mniżżla fil-lista tal-paragrafu 7.8.

7.1.   Kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) adattati

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G50 għandhom ikunu ddisinjati sabiex jistgħu jintużaw flimkien mal-kavilji tal-Klassi H50 u, flimkien, jipprovdu l-karatteristiċi speċifikati.

7.2.   Gwidi

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandhom ikunu mgħammra bi gwida li tassigura tqabbid mingħajr periklu u korrett tal-kavilja. Il-wisa’ tad-dħul tal-gwida, għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard, ta’ 50 mm għandha tkun mill-inqas ta’ 350 mm (ara l-Figura 16).

Għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) żgħar, mhux standard, tal-Klassi G50-X u bl-akbar valur “D” ta’ 25 kN, il-wisa’ tad-dħul għandha tkun mill-inqas 250 mm.

Figura 16

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard (ara t-Tabella 11)

Image

Figura 16a

It-tolleranzi tat-toqob tal-immontar għall-pjanċi tal-immontar tal-Klassi J għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) (ara l-para. 9.1. ta’ dan l-anness)

Image

Tabella 11

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard (ara l-Figura 16)

(f’mm)

Klassi

G50-1

G50-2

G50-3

G50-4

G50-5

G50-6

H

140-159

160-179

180-199

200-219

220-239

240-260

7.3.   L-inqas artikulazzjoni tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)

Bil-kavilja llokkjata, mingħajr mal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) jkun imwaħħal mal-vettura jew mal-pjanċa tal-immontar, imma jiġi kkunsidrat l-effett tal-viti tal-immontar, l-akkoppjar għandu jippermetti, fl-istess ħin, l-inqas valuri ta’ artikulazzjoni tal-kavilja li ġejjin:

7.3.1.

± 90° madwar l-ass vertikali (mhux applikabbli għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) bi tmexxija pożittiva);

7.3.2.

± 12° madwar l-assi orizzontali trasversali għad-direzzjoni tal-ivvjaġġar. Dan l-angolu mhux bilfors ikopri l-użu fuq art imħarbta.

7.3.3.

Rotazzjoni tal-assi madwar l-assi lonġitudinali fejn mhux permess aktar minn ± 3°. Madankollu, fuq akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) li joxxilla kompletament, dan l-angolu jista’ jkun ta’ aktar, dejjem jekk il-mekkaniżmu li jsakkar jippermetti r-restrizzjoni tar-rotazzjoni ta’ mhux aktar minn ± 3°.

7.4.   L-istrumenti li jsakkru biex jiprevjenu li l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) jinħall

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun imsakkar meta jkun akkoppjat minn żewġ strumenti mekkaniċi pożittivi li jsakkru, b’kull wieħed għandu jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jaħdimx.

L-istrument primarju li jsakkar għandu jaħdem awtomatikament imma l-istrument sekondarju li jsakkar jista’ jkun jew awtomatiku jew jaqbad flimkien b’mod manwali. L-istrument sekondarju li jsakkar jista’ jkun iddisinjat biex jaħdem flimkien mal-istrument primarju u jipprovdi sokra mekkanika pożittiva oħra għall-istrument primarju. Għandu jkun possibbli li wieħed jillokkja l-istrument li jsakkar sekondarju jekk l-istrument primarju jkun ġie llokkjat kif suppost.

M’għandux ikun possibbli għall-istrumenti li jsakkru li jinħallu b’mod involontarju. Biex l-istrumenti jinħallu hemm bżonn ta’ azzjoni maħsuba mis-sewwieq jew l-operatur tal-vettura.

Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod viżwali minn strument mekkaniku u għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, biex il-pożizzjoni tkun tista’ tiġi kkontrollata fid-dlam. L-istrument li jagħti indikazzjoni għandu jindika li l-istrument primarju u dak sekondarju li jsakkru huma t-tnejn illokkjati. Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat li strument wieħed qiegħed jiġii llokkjat jekk, f’dan il-każ, l-istrument l-ieħor jiġi llokjat fl-istess ħin u din hi karatteristika inerenti tad-disinn.

7.5.   L-istrumenti li jazzjonaw jew il-mekkaniżmi li jħollu

Fil-pożizzjoni magħluqa, l-istrumenti li jazzjonaw jew il-mekkaniżmi li jħollu m’għandhomx jitħallew jitħaddmu b’mod involontarju jew aċċidentali. Is-sistema li ssakkar għandha tkun tali li jkollha bżonn azzjoni pożittiva u konxja sabiex jinħall l-istrument li jsakkar sabiex il-mekkaniżmu li jħoll l-akkoppjar jiġi azzjonat.

7.6.   Irfinitura tal-wiċċ

L-uċuh tal-pjanċa tal-akkoppjar u s-sokra tal-akkoppjar għandhom jaħdmu sew u għandhom ikunu msawra bil-magna, għandu jinkewa l-metall biex jingħata sura, għandu jinxteħet il-metall imdewweb fil-forma jew għandu jkun ippressat.

7.7.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-piż

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollu għandu jkun jista’ jissodisfa t-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.7.

7.8.   L-ifilsa mexxejja (steering wedges)

7.8.1.

Id-dimensjonijiet tal-ifilsa mexxejja (steering wedges) għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers għandhom ikunu kif hemm fil-Figura 17.

Figura 17

Id-dimensjonijiet tal-ifilsa mexxejja (steering wedges) immuntati fuq il-molol

Image

Test ta 'immaġni

7.8.2.

Il-feles mexxej (steering wedge) għandu jippermetti akkoppjar mingħajr periklu u korrett u għandu jkun immuntat fuq il-molol. Is-saħħa tal-molla għandha tingħażel sabiex ikun possibbli li jsir l-akkoppjar ta’ semitrejler li ma jkunx mgħobbi u sabiex, bis-semitrejler mgħobbi għalkollox il-feles mexxej (steering wedge) ikun f’kuntatt sew mal-ġnub tal-akkoppjar waqt l-użu. L-akkoppjar tal-istepni jista’ jinħall meta s-semitrejler ikun kemm mgħobbi u kemm le.

7.9.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa speċjali għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard:

7.9.1.

id-dimensjonijiet għandhom ikunu kif murija fil-Figura 16 u t-Tabella 11.

7.9.2.

għandhom ikunu adattati, u ttestjati, għal valur ta’ D ta’ 150 kN u valur ta’ U ta’ 20 tunnellati metriċi.

7.9.3.

l-akkoppjar jista’ jinħall permezz ta’ lieva tal-id immuntata direttament fuq l-akkoppjar.

7.9.4.

għandhom ikunu adattati għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers permezz tal-ifilsa mexxejja (steering wedges)– ara l-paragrafu 7.8.

8.   IL-KAVILJI TAL-ISTEPNI (FIFTH WHEEL COUPLING PINS)

8.1.

Il-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H50 (ISO 337) għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fil-Figura 18.

Figura 18

Id-dimensjonijiet tal-kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tal-Klassi H50

Image

8.2.

Il-kavilji tal-akkoppjar għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw it-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.9.

9.   PJANĊI TAL-IMMONTAR

9.1.

Pjanċi tal-immontar tal-Klassi J għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkollhom toqob tal-immontar ippożizzjonati kif murija fil-Figura 16a, jekk huma maħsuba għal akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)standard. Madankollu, it-toqob tal-immontar għandhom ikunu b’dijametru ta’ 17 mm + 2,0 mm/ – 0,0 mm. It-toqob għandhom ikunu ċirkulari u MHUX imxaqqa (ara l-Figura 16a).

9.2.

Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard għandhom ikunu adattati għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers (bl-ifilsa mexxejja (steering wedges)). Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) mhux standard li m’humiex adattati għat-tmexxija pożittiva għandhom ikunu mmarkati b’mod xieraq.

9.3.

Il-pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun jista’ jissodisfa t-testijiet deskritti fl-anness 6, fil-paragrafu 3.8.

10.   AKKOPPJAR TAT-TIP BIL-GANĊ (HOOK TYPE COUPLINGS)

10.1.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K:

10.1.1.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) kollu tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-testijiet msemmija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.5 u għandhom ikunu adattati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 13.

10.1.2.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fil-Figura 19 u t-Tabella 12. Il-Klassijiet K1 sa K4 jinkludu akkoppjar mhux awtomatiċi li jintużaw biss fuq trejlers li m’għandhomx iktar minn 3,5 tunnellati metriċi ta’ f’dik li hi l-akbar massa permissibbli u l-Klassijiet KA1 sa KA3 huma akkoppjar awtomatiċi.

Figura 19

Id-dimensjonijiet u l-artikulazzjoni tal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K

Image

10.1.3.

L-Akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) għandu jintuża biss ma’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) torojdali u meta tintuża ma’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) torojdali tal-Klassi L, l-akkoppjar tal-Klassi K għandu jkollu l-gradi ta’ artikulazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta’ dan l-anness.

10.1.4.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type coupling) tal-Klassi K għandu jintuża ma’ għajn torojdali bl-inqas spazju ħieles, jew moviment ħieles, ta’ 3 mm u l-akbar spazju ħieles ta’ 5 mm meta tkun ġdida. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) adattati għandhom ikunu ddikjarati mill-manifattur tal-akkoppjar fil-formola tal-Komunikazzjoni murija fl-anness 1.

10.2.   Akkoppjar tal-Klassi K meta użat ma’ għajn torojdali tal-Klassi L, imma ma jkunx imwaħħla fuq vettura, għandu jkollu l-angoli ta’ artikulazzjoni mhux simultanji li ġejjin – ara wkoll il-Figura 19:

10.2.1.

± 90° b’mod orizzontali madwar l-assi vertikali tal-akkoppjar;

10.2.2.

± 40° b’mod vertikali madwar l-assi orizzontali trasversali tal-akkoppjar;

10.2.3.

± 20° rotazzjoni fuq l-assi madwar l-assi orizzontali lonġitudinali tal-linja taċ-ċentru tal-akkoppjar.

10.3.   L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) awtomatiċi tal-Klassi K għandu jkollhom ix-xedaq iddisinjat b’tali mod li għajnet il-ganċ (drawbar eye) tkun iggwidata fl-akkoppjar.

10.4.   Sokor biex ma jinħallx l-akkoppjar b’mod involontarju:

Fil-pożizzjoni magħluqa l-akkoppjar għandu jkun imsakkar minn żewġ strumenti mekkaniċi pożittivi li jissakkru b’mod li kull wieħed jibqa’ jaħdem jekk l-ieħor ma jibqax.

Il-pożizzjoni magħluqa u msakkra tal-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod ċar fuq barra minn strument mekkaniku. Għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, per eżempju, fid-dlam.

L-istrument mekkaniku li jagħti indikazzjoni għandu jindika li ż-żewġ mekkaniżmi li jsakkru huma llokkjati (kondizzjoni UKOLL).

Madankollu, hu biżżejjed li jkun indikat li wieħed mill-mekkaniżmi li jsakkru hu llokkjat, jekk, f’din is-sitwazzjoni, li jkun illokkjat it-tieni mekkaniżmu li jsakkar hi karatteristika inerenti tad-disinn.

10.5.   Il-lievi tal-id

Il-lievi tal-id għandhom ikunu ta’ disinn adattat għal użu faċli, bit-tarf ittundjat. L-akkoppjar m’għandux ikollu truf ippuntati jew punti li jistgħu joqorsu qrib il-lieva tal-id li jistgħu jirriżultaw f’ferita waqt it-tħaddim tal-akkoppjar. Il-forza meħtieġa biex jinħall l-akkoppjar, imkejla mingħajr għajnet il-ganċ (drawbar eye), m’għandiex tisboq 250 N b’mod perpendikulari għal-lieva tal-id tul il-linja tat-tħaddim.

Tabella 12

Id-dimensjonijiet tal-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K (ara l-Figura 19)

Klassi

K1

K2

K3

K4

KA1

KA2

KA3

Rimarki

e1

83

83

120

120

140

160

± 0,5

e2

56

56

55

55

80

100

± 0,5

e3

90

± 0,5

d2

17

10,5

10,5

15

15

17

21

H13

c

3

3

3

3

3

3

3

l-inqas

f

130

175

175

180

180

200

200

l-akbar

g

100

100

100

120

120

140

200

l-akbar

a

45

45

45

45

45

45

45

+ 1,6/– 0,0

L1

120

120

120

120

250

300

300

l-akbar

L2

74

74

63

74

90

90

90

l-akbar

L3

110

130

130

150

150

200

200

l-akbar


Tabella 13

Il-valuri karatteristiċi għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings)

Klassi

K1

K2

K3

K4

KA1

KA2

KA3

D kN

17

20

20

25

70

100

130

Dc kN

17

20

54

70

90

S kg

120

120

200

250

700

900

1 000

V kN

10

10

18

25

35

11.   L-AKKOPPJAR TAT-TIP BIL-GANĊ (DRAWBAR TYPE COUPLINGS) GĦAL SKOP SPEĊIFIKU - KLASSI T

11.1.

L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (drawbar type couplings) tal-Klassi T għal skop speċifiku huma maħsuba għall-użu fuq vetturi magħquda speċifiċi, per eżempju, trasportaturi tal-karozzi. Dawn il-vetturi għandhom strutturi speċjali u jistgħu jinħtieġu post għall-akkoppjar partikulari u mhux tas-soltu.

11.2.

L-akkoppjar tal-Klassi T għandu jkun ristrett għall-użu ma’ trejlers b’fus ċentrali u din ir-restrizzjoni għandha tkun mgħarrfa fuq il-formola tal-Komunikazzjoni murija fl-anness 1.

11.3.

L-akkoppjar tal-Klassi T għandu jkun approvat bħala par imqabbel u m’għandux ikun possibbli li l-akkoppjar jiġi sseparat jekk mhux f’ħanut tax-xogħol b’għodod li normalment ma jinstabux fuq vettura.

11.4.

L-akkoppjar tal-Klassi T m’għandhomx ikunu awtomatiċi meta jitħaddmu.

11.5.

L-akkoppjar tal-Klassi T għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa relevanti tat-test mogħtija fl-anness 6, fil-paragrafu 3.3, minbarra l-paragrafu 3.3.4.

11.6.

L-inqas angoli simultanji tal-artikulazzjoni li ġejjin għandhom ikunu possibbli mal-akkoppjar li mhux imwaħħal ma’ vettura, imma hu mmuntat, u fl-istess pożizzjoni normali bħal meta jitwaħħal ma’ vettura;

11.6.1.

± 90° b’mod orizzontali madwar l-assi vertikali;

11.6.2.

± 8° b’mod vertikali madwar l-assi orizzontali trasversali;

11.6.3.

± 3° rotazzjoni tal-assi madwar l-assi orizzontali lonġitudinali.

12.   L-ISTRUMENTI GĦALL-INDIKAZZJONI U L-KONTROLL MILL-BOGĦOD

12.1.   Il-kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali

L-istrumenti għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod huma permessi biss fuq strumenti tal-akkoppjar awtomatiċi tal-Klassijiet C50-X u G50-X.

L-istrumenti għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod m’għandhomx ifixklu l-inqas moviment ħieles ta’ għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye) jew is-semitrejler li jkun akkoppjat. Għandhom ikunu mwaħħla b’mod permanenti mal-vettura.

L-istrumenti kollha għall-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod jaqgħu fl-ambitu tal-ittestjar u l-approvazzjoni tal-istrument tal-akkoppjar flimkien mal-partijiet kollha tal-istrumenti li jazzjonaw u l-istrumenti li jħaddmu l-ħafna mekkaniżmi kkomunikati magħhom (transmission devices).

12.2.   Indikazzjoni mill-bogħod

12.2.1.

Għal proċedura ta’ akkoppjar awtomatiku, l-istrumenti ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom jindikaw il-pożizzjoni magħluqa u doppjament imsakkra tal-akkoppjar b’mod li jidher, skont il-paragrafu 12.2.2. Barra minn hekk, il-pożizzjoni miftuħa tista’ tkun indikata kif hemm fil-paragrafu 12.2.3.

L-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandu jkun attivitat u rregolat b’mod awtomatiku waqt kull ftuħ u għeluq tal-akkoppjar.

12.2.2.

Il-bidla minn pożizzjoni miftuħa għal waħda magħluqa u msakkra doppjament għandha tkun indikata minn sinjal ħadrani li jidher.

12.2.3.

Jekk il-pożizzjoni miftuħa u/jew mhux imsakkra hi indikata, għandu jintuża sinjal ħamrani li jidher.

12.2.4.

Fil-każ tal-indikazzjoni li turi li twettqet il-proċedura ta’ akkoppjar awtomatiku, l-indikatur mill-bogħod għandu jassigura li l-kavilja tkun laħqet il-pożizzjoni doppjament msakkra.

12.2.5.

Kwalunkwe ħsara li titfaċċa fis-sistema ta’ indikazzjoni mill-bogħod m’għandiex tindika pożizzjoni magħluqa u msakkra waqt il-proċedura tal-akkoppjar jekk l-aħħar pożizzjoni ma tkunx intlaħqet.

12.2.6.

Jekk jinħall wieħed miż-żewġ strumenti li jsakkru, għandu jintefa’ d-dawl ħadrani li jidher u jinxtegħel id-dawl ħamrani (jekk hemm).

12.2.7.

L-indikaturi mekkaniċi mwaħħla direttament mal-istrument tal-akkoppjar għandhom jinżammu.

12.2.8.

Sabiex is-sewwieq ma jkunx aljenat waqt sewqan normali, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex jintefa l-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod, imma dan għandu jinxtegħel mill-ġdid, b’mod awtomatiku, meta l-akkoppjar jerġa’ jinfetaħ u jingħalaq – ara l-paragrafu 12.2.1.

12.2.9.

Il-kontrolli u l-indikaturi tat-tħaddim tal-istrument ta’ indikazzjoni mill-bogħod għandhom ikunu mmuntati fi ħdan il-kamp viżiv tas-sewwieq u jkunu identifikati b’mod permanenti u ċar.

12.3.   Kontroll mill-bogħod

12.3.1.

Jekk jintuża strument ta’ kontroll mill-bogħod, kif iddefinit fil-paragrafu 2.8 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun hemm ukoll strument ta’ indikazzjoni mill-bogħod kif deskritt fil-paragrafu 12.2 li, mill-inqas, għandu jindika li l-akkoppjar hu miftuħ.

12.3.2.

Għandu jkun hemm swiċċ għal skop speċifiku (jiġifieri swiċċ li jikkontrolla l-bqija tas-sistema, lieva jew valv) sabiex l-akkoppjar ikun jista’ jinfetaħ jew jingħalaq permezz tal-istrument ta’ kontroll mill-bogħod. Jekk l-iswiċċ li jikkontrolla l-bqija tas-sistema ma jinsabx fil-kabina tas-sewqan m’għandux ikun f’pożizzjoni fejn hu aċċessibli b’ċertu faċilità minn persuni mhux awtorizzati jew inkella għandu jkun imsakkar. It-tħaddim effettiv tal-akkoppjar mill-kabina tas-sewqan jista’ jkun possibbli meta tħaddim involontarju jkun impossibbli, per eżempju, f’ħidma li tinħtieġ iż-żewġ idejn.

Għandu jkun possibbli li wieħed jaċċerta ruħu jekk il-ftuħ tal-akkoppjar taħt kontroll mill-bogħod sarx kollu jew le.

12.3.3.

Jekk il-kontroll mill-bogħod jinvolvi li l-akkoppjar jinfetaħ minn forza esterna, il-kondizzjoni taħt xiex il-forza esterna taġixxi fuq l-akkoppjar għandha tkun indikata b’mod xieraq lis-sewwieq. Dan mhux meħtieġ jekk il-forza esterna taħdem biss waqt li l-kontroll mill-bogħod ikun qed jaħdem.

12.3.4.

Jekk l-istrument li jazzjona l-ftuħ tal-akkoppjar taħt kontroll mill-bogħod hu mmuntat fuq barra tal-vetura, għandu jkun possibbli li wieħed jissorvelja l-êrja bejn il-vetturi akkoppjati, imma m’għandux ikun hemm ħtieġa, madankollu, li wieħed jidħol f’din l-êrja biex iħaddmu.

12.3.5.

Kwalunkwe żball waħdani fit-tħaddim jew li jkun hemm kwalunkwe ħsara fis-sistema, m’għandux jirriżulta fil-ftuħ aċċidentali tal-akkoppjar waqt l-użu normali fit-triq. Kwalunkwe ħsarat fis-sistema għandhom ikunu indikati b’mod dirett jew jidhru b’mod ċar mill-ewwel fit-tħaddim li jmiss eż. meta ma jaħdimx tajjeb.

12.3.6.

Fil-każ li ma jibqax jaħdem il-kontroll mill-bogħod għandu jkun possibbli, f’emerġenza, li jinfetaħ l-akkoppjar b’mill-inqas mod wieħed ieħor. Jekk dan jinħtieġ xi għodda, mela allura din għandha tkun inkluża fil-kitt tal-għodod fil-vettura. Il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 3.6 ta’ dan l-anness m’humiex applikabbli għal-lievi tal-id użati biss għall-ftuħ tal-akkoppjar f’emerġenza.

12.3.7.

Il-kontrolli u l-indikaturi tat-tħaddim tal-istrumenti tal-kontroll mill-bogħod għandhom ikunu identifikati b’mod permanenti u ċar.


ANNESS 6

L-ittestjar tal-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar mekkaniku

1.   IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR

1.1.

Il-kampjuni tal-istrumenti tal-akkoppjar għandhom ikunu ttestjati kemm għas-saħħa kif ukoll għall-funzjonament. L-ittestjar fiżiku għandu jsir kulfejn ikun possibbli, imma sakemm ma jintqalx mod ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku tista’ ma teħtieġx it-test għas-saħħa fiżika jekk id-disinn sempliċi tal-komponent jagħmel possibbli kontroll teoretiku. Il-kontrolli teoretiċi jistgħu jsiru biex jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet fl-agħar każijiet. Fil-każijiet kollha, il-kontrolli teoretiċi għandhom jassiguraw l-istess kwalità ta’ riżultati kemm għall-ittestjar dinamiku kif ukoll għal dak statiku. F’każijiet ta’ dubju huma r-riżultati tal-ittestjar fiżiku li jkunu kkunsidrati bħala l-aktar importanti.

Ara wkoll il-paragrafu 4.8 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Fil-każ ta’ strumenti tal-akkoppjar, is-saħħa għandha tkun ivverifikata minn test dinamiku (test ta’ kemm għandhom reżistenza). F’ċerti każijiet, testijiet addizzjonali statiċi jistgħu jkunu meħtieġa (ara l-paragrafu 3 ta’ dan l-anness).

1.3.

It-test dinamiku (ħlief it-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness) għandu jsir, bejn wieħed u ieħor, b’piż sinusojdali (li jalterna u/jew jivvibra) b’numru ta’ ċikli ta’ tensjoni xierqa għall-materjal. M’għandhomx jidhru la xquq u lanqas ta’ ksur.

1.4.

Bit-testijiet statiċi preskritti, hi permessa biss deformazzjoni permanenti ħafifa. Sakemm ma jintqalx mod ieħor, id-deformazzjoni permanenti u li tieħu forma malajr wara li jitħalla l-istrument jew il-komponent, m’għandiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija tal-akbar deformazzjoni mkejla waqt it-test. Fil-każ fejn il-kejl tad-deformazzjoni waqt it-test iqiegħed lil min ikun qed jagħmel it-test f’riskju, allura, dejjem jekk l-istess parametru qed jiġi kkontrollat waqt testijiet oħra, bħal waqt it-test dinamiku, mela allura din il-parti tat-test statiku tista’ ma ssirx.

1.5.

Is-suppożizzjonijiet dwar it-tagħbija fit-testijiet dinamiċi huma msejsa fuq il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura u l-komponent tal-forza vertikali. Il-komponenti tal-forza orizzontali trasversali għall-assi lonġitudinali tal-vettura, u l-mumenti, ma jiġux ikkunsidrati dejjem jekk huma ta’ importanza żgħira. Din is-semplifikazzjoni mhix valida għall-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness.

Jekk id-disinn tal-istrument tal-akkoppjar jew iż-żjieda tiegħu mal-vettura jew iż-żjieda ta’ sistemi addizzjonali (bħal stabilizzaturi, strumenti ta’ akkoppjar magħluq eċċ.) jiġġeneraw forzi jew mumenti addizzjonali, testijiet oħra jistgħu jkunu meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku.

Il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura hu rrappreżentat minn forza ta’ referenza, iddeterminata b’mod teoriku, il-valur ta’ D jew Dc. Il-komponent tal-forza vertikali, fejn hu applikabbli, hu rrappreżentat mill-piż statiku vertikali li jinġarr, S, fil-punt tal-akkoppjar u s-suppost piż vertikali, V, jew mill-piż statiku vertikali li jinġarr, U, fil-każ tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings).

1.6.

Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U, li fuqhom huma msejsa it-testijiet u li huma ddefiniti fil-paragrafu 2.11 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu mill-informazzjoni tal-manifattur mogħtija fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip – ara l-formola tal-komunikazzjoni murija fl-annessi 1 u 2.

1.7.

Kwalunkwe strument pożittiv li jsakkar, li jinżamm fil-pożizzjoni tiegħu minn forza ta’ molla, għandu jibqa’ fil-pożizzjoni soda tiegħu meta jkun soġġett għal forza applikata fl-inqas direzzjoni favorevoli u li tkun ekwivalenti għal tliet darbiet il-massa tal-mekkaniżmu li jsakkar.

2.   IL-PROĊEDURI TAL-ITTESTJAR

F’każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness, il-paragrafi 2.1, 2.2, 2.3, u 2.5 ma jkunux applikabbli.

2.1.

Għat-testijiet dinamiċi u statiċi, il-kampjun għandu jitqiegħed f’tagħmir adattat b’mezz ta’ applikazzjoni ta’ forza, sabiex ma jkunx soġġett għal kwalunkwe forza jew mument addizzjonali minbarra l-forza speċifika tal-ittestjar. Fil-każ ta’ testijiet li jalternaw, id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza m’għandiex tiddevja b’aktar minn ± 1° mid-direzzjoni speċifikata. Fil-każ ta’ testijiet li jivvibraw u huma statiċi, l-angolu għandu jkun irregolat għall-akbar qawwa tat-test. Dan normalment ikun jinħtieġ linja tal-għaqda (joint) fil-punt ta’ fejn tiġi applikata l-forza (jiġifieri fil-punt tal-akkoppjar) u linja tal-għaqda (joint) oħra f’distanza adegwata ’l bogħod.

2.2.

Il-frekwenza tat-test m’għandiex tisboq 35 Hz. Il-frekwenza magħżula għandha tkun isseparata sew mill-frekwenzi ta’ reżonanza ta’ fejn qed isir it-test, inkluż l-istrument li qed jiġi ttestjat. Bi ttestjar mhux sinkroniku, il-frekwenzi taż-żewġ komponenti tal-forza għandhom ikunu, bejn madwar 1 fil-mija u mhux aktar minn 3 fil-mija ’l bogħod minn xulxin. Għal strumenti tal-akkoppjar magħmula mill-azzar, in-numru ta’ ċikli ta’ tensjoni hu ta’ 2 × 106. Għal strumenti magħmula minn materjali li m’humiex azzar, numru ikbar ta’ ċikli jista’ jkun meħtieġ. Il-metodu ta’ nfid biż-żebgħa għall-ittestjar għax-xquq, jew metodu ekwivalenti, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat kienx hemm xi xquq waqt it-test.

2.3.

B’testijiet li jivvibraw, il-forza tal-ittestjar tvarja bejn l-akbar forza tal-ittestjar u forza inqas, li tista’ ma tkunx ikbar minn 5 fil-mija tal-akbar forza tal-ittestjar, sakemm ma jintqalx mod ieħor fil-proċedura speċifika tal-ittestjar.

2.4.

B’testijiet statiċi, li m’humiex it-testijiet speċjali meħtieġa mill-paragrafu 3.2.3 ta’ dan l-anness, il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata b’mod mieles u malajr u għandha tinżamm għal mill-inqas 60 sekonda.

2.5.

L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar li qed jiġu ttestjati għandhom jiġu mmuntati normalment bl-aktar mod riġidu possibbli fuq tagħmir tat-testijiet fil-pożizzjoni effettiva li fiha se jintużaw fuq il-vettura. L-istrumenti tat-twaħħil għandhom ikunu dawk speċifikati mill-manifattur jew mill-applikant u għandhom ikunu dawk maħsuba għaż-żjieda tal-istrument jew il-komponent tal-akkoppjar mal-vettura u/jew għandu jkollu l-istess karatteristiċi mekkaniċi.

2.6.

L-istrumenti jew il-komponenti tal-akkoppjar għandhom ikunu ttestjati fis-sura użata fit-triq. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u fi ftehim mas-servizz tekniku, komponenti flessibli jistgħu jkunu nnewtralizzati jekk dan hu meħtieġ għall-proċedura tat-test u jekk dan ma jkollux influwenza mhux realistika fuq ir-riżultat tat-test.

Komponenti flessibli li jissaħħnu żżejjed waqt il-proċeduri tat-test aċċelerati jistgħu jitbiddlu waqt it-test. Il-piżijiet tat-test jistgħu jkunu applikati permezz ta’ strumenti speċjali stirati.

3.   IL-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊIFIĊI GĦALL-ITTESTJAR

F’każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta’ dan l-anness, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.6 ma jkunux applikabbli.

3.1.   Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets)

3.1.1.   L-istrumenti mekkaniċi tal-akkoppjar b’boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin:

(i)

boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) f’biċċa waħda, inklużi strumenti b’boċċi li jinqalgħu u li ma jistgħux jitbiddlu ma’ xulxin (ara l-Figuri 20a u 20b),

(ii)

boċċi tal-akkoppjar (coupling balls), li jinkorporaw numru ta’ partijiet li jistgħu jiżżarmaw (ara l-Figuri 20c, 20d u 20e),

(iii)

saljaturi tal-irmonk (towing brackets) mingħajr boċċa mwaħħla (ara l-Figura 20f).

Figura 20

Arranġamenti ta’ saljaturi tal-irmonk tat-tip tal-boċċa (ball type towing brackets)

Image

Test ta 'immaġni

3.1.2.   It-test bażiku hu wieħed dinamiku ta’ reżistenza. Il-kampjun tat-test jinkorpora l-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball), l-għonq tal-boċċa u l-immontar meħtieġ sabiex l-immontar jitwaħħal mal-vettura. Il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom ikunu mmuntati b’mod riġidu fuq tagħmir tat-test, li jista’ jipproduċi forza li talterna, fil-pożizzjoni effettiva li fiha hu maħsuba għal biex tintuża.

3.1.3.   Il-pożizzjonijiet tal-punti fejn titwaħħal il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u s-saljatura tal-irmonk (towing bracket) huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura (ara l-paragrafu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament).

3.1.4.   L-istrumenti mressqa għall-ittestjar għandu jkollhom il-partijiet u d-dettalji tad-disinn kollha li jistgħu jinfluwenzaw il-kriterji tas-saħħa (per eżempju, pjanċa tas-sòkit tal-elettriku, kwalunkwe mmarkar, eċċ.). Il-kampjun tat-test għandu jinkludi l-partijiet kollha sal-punti ta’ ankoraġġ jew il-punti tat-twaħħil mal-vettura. Il-lok ġeometriku tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-punti tat-twaħħil tal-istrument tal-akkoppjar li għandhom x’jaqsmu mal-linja tar-referenza għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura u għandhom jintwerew fir-rapport tat-test. Il-pożizzjonijiet kollha relattivi tal-punti ta’ ankoraġġ f’dak li għandhom x’jaqsmu mal-linja ta’ referenza, li għaliha l-manifattur tal-vettura tal-irmonk għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-manifattur tal-istrument tal-irmonk, għandhom ikunu rripetuti fuq is-sodda tal-ittestjar.

3.1.5.   Il-kampjun immuntat fuq it-tagħmir tat-test għandu jkun soġġett għal test ta’ tensjoni li talterna applikat f’angolu mal-boċċa kif muri fil-Figuri 21 jew 22.

Id-direzzjoni tal-angolu tat-test għandha tkun iddeterminata mir-relazzjoni vertikali bejn il-linja orizzontali ta’ referenza li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u l-linja orizzontali li tgħaddi mill-punt tat-twaħħil tal-istrument tal-akkoppjar li hu l-ogħla fost l-eqreb, meta mkejjel fi pjan orizzontali, għal pjan vertikali trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa. Jekk il-linja tal-punt tat-twaħħil qiegħda ’l fuq mil-linja orizzontali ta’ referenza, it-test għandu jsir f’angolu ta’ α = + 15° ± 1° u jekk hi ’l isfel, mela t-test għandu jsir f’angolu ta’ α = – 15° ± 1° (ara l-Figura 21). Il-punti ta’ twaħħil li għandhom ikunu kkunsidrati biex ikun iddeterminat l-angolu tat-test għandhom ikunu dawk iddikjarati mill-manifattur tal-vettura u li jgħaddu l-forzi ewlenija tal-irmonk lejn l-istruttura tal-vettura tal-irmonk.

Dan l-angolu intgħażel sabiex ikunu kkunsidrat il-piz vertikali statiku u l-piż dinamiku u hu applikabbli biss għal piż statiku permess li ma jisboqx:

S = 120 × D [N]

Fejn il-piż statiku vertikali jisboq dak ikkalkulat hawn fuq, l-angolu għandu jiżdied b’20°, fiż-żewġ kondizzjonijiet.

It-test dinamiku għandu jsir bil-forza tal-ittestjar li ġejja:

Fhs res = ± 0,6 D

3.1.6.   Il-proċedura tat-test hi applikabbli għal tipi differenti ta’ strumenti tal-akkoppjar (ara l-paragrafu 3.1.1 ta’ dan l-anness) kif ġej:

3.1.6.1.

boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) f’biċċa waħda, inklużi strumenti b’boċċi li jinqalgħu iżda ma jinbidlux ma’ xulxin (ara l-Figuri 20a u 20b).

3.1.6.1.1.

it-test tas-saħħa għall-istrumenti murija fil-Figuri 20a u 20b għandu jsir skont il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 3.1.5;

Figura 21

L-angoli ta’ applikazzjoni tal-forza tal-ittestjar

Image

Figura 22

L-angoli ta’ applikazzjoni tal-forza tal-ittestjar

Image

3.1.6.2.

Boċċi tal-akkoppjar (coupling balls), li jinkludu partijiet li jistgħu jiżżarmaw.

Il-kategoriji li ġejjin huma ddefiniti:

(a)

saljatura tal-irmonk (towing bracket) u boċċa (ara l-Figura 20c),

(b)

saljatura tal-irmonk (towing bracket) u boċċa fuq sostenn integrali (ara l-Figura 20d),

(c)

saljatura tal-irmonk (towing bracket) b’boċċa li tinqala’ (ara l-Figura 20e),

(d)

saljatura tal-irmonk (towing bracket) mingħajr boċċa (ara l-Figura 20f).

3.1.6.2.1.

It-test ta’ saħħa għal dawn l-istrumenti murija fil-Figuri 20 c sa 20f għandu jsir skont il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 3.1.5. Id-dimensjonijiet e u f, għandu jkollhom tolleranza tal-manifattura ta’ ± 5 mm, u dan għandu jkun iddikjarat fir-rapport tat-test.

It-test tas-saljatura tal-irmonk (towing bracket) (ara l-Figura 20f) għandu jsir b’boċċa mmuntata (fuq sostenn). Ikun ikkunsidrat biss ir-riżultat tat-test fuq is-saljatura tal-irmonk (towing bracket) bejn il-punti tat-twaħħil u l-wiċċ tal-immontar tas-sostenn tal-boċċa.

Id-dimensjonijiet e u f għandu jkollhom tolleranza tal-manifattura ta’ ± 5 mm u dan għandu jkun speċifikat mill-manifatur tal-istrument tal-akkoppjar.

3.1.6.3.

L-istrumenti tal-akkoppjar b’dimensjonijiet ta’ e u f li jvarjaw għal boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) li jiżżarmaw minn mas-sostenn u jinbidlu ma’ xulxin - ara l-Figura 22.

3.1.6.3.1.

It-testijiet tas-saħħa għal saljaturi tal-irmonk (towing brackets) bħal dawn għandhom isiru skont il-kondizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafu 3.1.5.

3.1.6.3.2.

Jekk konfigurazzjoni tal-agħar każ tista’ tkun iddefinita bi ftehim bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku, mela l-ittestjar ta’ din il-konfigurazzjoni biss għandu jkun biżżejjed.

Jekk le, għandhom ikunu ttestjati diversi pożizzjonijiet tal-boċċi fi programm ta’ test issemplifikat skont il-paragrafu 3.1.6.3.3.

3.1.6.3.3.

Fi programm ta’ test issemplifikat, il-valur għal f għandu jkun bejn valur definit ta’ fmin u valur ta’ fmax li ma jisboqx 100 mm. Il-boċċa għandha tkun f’distanza, emax, ta’ 130 mm mis-sostenn. Sabiex ikunu koperti l-pożizzjonijiet kollha possibbli tal-boċċa, fil-kamp magħmul mid-distanza orizzontali mill-wiċċ tal-immontar u d-distanza vertikali ta’ f (fmin sa fmax), żewġ strumenti għandhom ikunu ttestjati:

(i)

wieħed b’boċċa fil-pożizzjoni ta’ fuq (fmax), u

(ii)

wieħed b’boċċa fil-pożizzjoni t’isfel (fmin).

L-angolu ta’ applikazzjoni tal-forza tal-ittestjar ivarja, b’mod pożittiv jew negattiv, skont ir-relazzjoni tal-linja ta’ referenza taċ-ċentru tal-boċċa mal-linja parallela li tgħaddi mill-ogħla u l-eqreb punt tat-twaħħil tal-istrument tal-akkoppjar. L-angoli li għandhom jintużaw huma dawk murija fil-Figura 22.

3.1.7.   Fil-każ fejn unitajiet ta’ boċċi li jinqalgħu jinżammu permezz ta’ arranġamenti tat-twaħħil li m’humiex bil-viti, per eżempju, permezz ta’ klipps li jorbtu l-molol, u fejn l-aspett tat-tqabbid mekkaniku pożittiv tal-arranġament mhux ittestjat waqt it-test dinamiku, mela l-arranġament għandu jkun soġġett għal test statiku li jkun applikat lill-boċċa jew lill-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv f’direzzjoni xierqa. Fejn l-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv iżomm l-unità tal-boċċa f’direzzjoni vertikali, it-test statiku għandu jkun dak li japplika forza vertikali ’l fuq fuq il-boċċa, li tkun ekwivalenti għall-valur ta’“D”. Fejn l-arranġament tat-tqabbid mekkaniku pożittiv iżomm l-unità tal-boċċa permezz ta’ disinn orizzontali trasversali, it-test statiku għandu jkun dak li japplika forza f’din id-direzzjoni ekwivalenti għal 0,25 D. M’għandux ikun hemm kwalunkwe ħsara fl-istrument tat-tqabbid mekkaniku pożittiv jew kwalunkwe tagħwiġ li jista’ jkollu effett ħażin fuq il-funzjoni tiegħu.

3.1.8.   Il-punti tat-twaħħil għall-akkoppjar sekondarju msemmi fl-anness 5, fil-paragrafu 1.5, għandhom jirreżistu forza statika orizzontali ekwivalenti għal 2D b’massimu ta’ 15 N. Fejn hemm punt ta’ twaħħil separat għal kejbil tal-firda (breakaway cable), dan għandu jirreżisti forza statika orizzontali ekwivalenti għal D.

3.2.   Irjus tal-akkoppjar (coupling heads)

3.2.1.   It-test bażiku hu test ta’ reżistenza li juża forza tal-ittestjar li talterna u warajha jkun hemm test statiku (test tal-irfigħ) fuq l-istess kampjun tat-test.

3.2.2.   It-test dinamiku għandu jsir b’boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) tal-Klassi A ta’ saħħa xierqa. Fuq it-tagħmir tat-test, il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u r-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandhom ikunu rranġati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u orjentati b’mod li jikkorrispondi għall-pożizzjonijiet relattivi waqt użu normali. M’għandux ikun hemm l-ebda possibbiltà ta’ forzi żejda flimkien mal-forza tal-ittestjar li jaġixxu fuq il-kampjun. Il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata tul il-linja li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u tkun inklinata ’l isfel għan-naħa ta’ wara bi 15° (ara l-Figura 23). Għandu jsir test ta’ reżistenza fuq kampjun tat-test bil-forza tal-ittestjar li ġejja:

Fhs res w = ± 0,6 D

Fejn l-akbar massa statika vertikali, S, tisboq 120 D, mela l-angolu tal-ittestjar għandu jiżdied b’20°.

Figura 23

Test dinamiku

Image

3.2.3.   Għandu jsir test ta’ separazzjoni statiku. Il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) użata għat-test għandu jkollha dijametru ta’ 49,00 sa 49,13 mm sabiex tkun rappreżentata boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) mherrija. Il-forza tas-separazzjoni, Fa, għandha tkun applikata b’mod perpendikulari kemm fuq l-assi trasversali tal-linja ċentrali u kemm fuq dak lonġitudinali tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) u għandha tiġi miżjuda b’mod mieles u malajr għal valur ta’:

Fa = g (C + S/1 000) kN

u għandha tinżamm għal 10 sekondi.

Ir-ras tal-akkoppjar (coupling head) m’għandiex tissepara mill-boċċa u lanqas m’għandu l-ebda komponent tar-ras tal-akkoppjar (coupling head) juri xi tagħwiġ permenanenti li jista’ jkollu effett ħażin fuq il-kapaċità funzjonali tagħha.

3.3.   Akkoppjar tal-ganċ (drawbar couplings) u żbarri (drawbeams)

3.3.1.   Għandu jsir test tar-reżistenza fuq kampjun tat-test. L-istrument tal-akkoppjar għandu jkun mgħammar bl-apparat kollu meħtieġ sabiex jitwaħħal mal-vettura. Kwalunkwe strumenti intermedji mwaħħla bejn l-akkoppjar bil-ganc (drawbar couplings) u l-qafas tal-vettura (jiġifieri l-iżbarri (drawbeams)) għandhom ikunu ttestjati bl-istess forzi tal-akkoppjar. Meta l-iżbarri (drawbeams) maħsuba għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard ikunu qed jiġu ttestjati, il-piż vertikali għandu jkun applikat f’distanza lonġitudinali mill-pjan vertikali tal-punti tat-twaħħil, jiġifieri ndaqs għall-pożizzjoni tal-akkoppjar standard li jikkorrispondi miegħu.

3.3.2.   Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għal ganċijiet impernjati (hinged drawbars) (S = 0)

It-test dinamiku għandu jsir b’forza orizzontali li talterna ta’ Fhw= ± 0,6 D, li taġixxi f’linja parallela għall-art u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk li jgħaddi miċ-ċentru tal-kavilja.

3.3.3.   Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) biex jintużaw ma’ trejlers b’fus ċentrali (S > 0).

3.3.3.1.

Mases ta’ trejler b’fus ċentrali sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi:

Akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) biex jintużaw ma’ trejlers b’fus ċentrali sa, u jinkludu, massa ta’ 3,5 tunnellati metriċi, għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) deskritti fit-3.1 ta’ dan l-anness.

3.3.3.2.

Mases ta’ trejlers b’fus ċentrali ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi:

Il-forzi tal-ittestjar huma applikati fuq il-kampjun kemm fid-direzzjoni orizzontali u kemm f’dik vertikali f’test ta’ reżistenza li mhux sinkroniku. Il-linja orizzontali ta’ azzjoni għandha tkun ekwivalenti għalli tkun parallela għall-art u tul il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk u jgħaddi miċ-ċentru tal-kavilja. Il-linja vertikali ta’ azzjoni għandha tkun perpendikulari għal-linja orizzontali ta’ azzjoni u għandha taġixxi tul il-linja ċentrali lonġitudinali tal-kavilja.

L-arranġamenti tat-twaħħil għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) u għajnet il-ganċ (drawbar eye) fuq it-tagħmir tat-test, għandhom ikunu dawk maħsuba għat-twaħħil tiegħu mal-vettura skont l-istruzzjonijiet għat-twaħħil tal-manifattur.

Il-forzi tal-ittestjar li ġejjin għandhom ikunu applikati:

Tabella 14

Il-forzi tat-test

Forza tal-ittestjar

Valur intermedju (kN)

Estensjoni (kN)

Forza orizzontali

0

± 0,6 Dc (ara n-Nota)

Forza vertikalli

S × g/1 000

± 0,6 V (ara n-Nota)

Nota: Fil-każ tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) maħsub għal skop speċifiku tal-Klassi T, dawn il-valuri għandhom jitnaqqsu għal ± 0,5 Dc u ± 0,5 V.

Il-komponenti vertikali u orizzontali għandhom ikunu sinusojdali f’surithom u għandhom ikunu applikati b’mod mhux sinkroniku, fejn id-differenza tal-frekwenzi tagħhom għandha tkun bejn 1 fil-mija u 3 fil-mija.

3.3.4.   Test statiku fuq strument li jsakkar kavilja

Ma’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) ikun ukoll meħtieġ li l-istrumenti tal-għeluq u kwalunkwe strument li jsakkar jiġu ttestjati permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test m’għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u lanqas m’għandu jagħmel kwalunkwe ħsara. Forza tal-ittestjar ta’ 0,1 D hi biżżejjed fil-każ ta’ kavilji ċilindriċi.

3.4.   Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes)

3.4.1.   Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) għandhom jgħaddu mill-istess ittestjar dinamiku bħall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings). Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) użati biss għal trejlers li għandhom ganċijet impernjati (hinged drawbars) li jħallu moviment vertikali ħieles għandhom ikunu soġġetti għal forza li talterna kif deskritt fil-paragrafu 3.3.2. Għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) li huma maħsuba wkoll għall-użu fuq trejlers b’fus ċentrali għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħall-irjus tal-akkoppjar bil-boċċi (ball coupling heads) (il-paragrafu 3.2) għal mases ta’ trejlers sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi, u fl-istess mod bħall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) (il-paragrafu 3.3.3.2) għal trejlers b’fus ċentrali b’massa, C, li tisboq 3,5 tunnellati metriċi.

3.4.2.   Għajnejn torojdali tal-Klassi L għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) standard.

3.4.3.   L-ittestjar ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) għandu jsir b’mod tali li l-forza li talterna taġixxi wkoll fuq il-partijiet użati biex titwaħħal għajnet il-ganċ (drawbar eye) mal-ganċ (drawbar). Il-komponenti kollha flessibli intermedji għandhom ikunu kklampjati.

3.5.   Akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings)

3.5.1.   L-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-test dinamiku mogħti fil-paragrafu 3.5.2 ta’ dan l-anness.

3.5.2.   It-test dinamiku:

3.5.2.1.

It-test dinamiku għandu jkun wieħed li jivvibra bl-użu ta’ għajn torojdali tal-Klassi L u bl-akkoppjar immuntat bħallikieku fuq vettura u bil-partijiet kollha meħtieġa għall-installazzjoni tal-vettura. Madankollu, kwalunkwe komponent flessibli jista’ jkun innewtralizzat bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku;

3.5.2.2.

Għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) maħsuba għall-użu ma’ trejlers b’ganċijiet impernjati (hinged drawbar trailers), fejn il-piż vertikali mgħobbi fuq l-akkoppjar, S, huwa żero, il-forza tal-ittestjar għandha tkun applikata f’direzzjoni orizzontali bħallikieku forza b’kapaċità ta’ tensjoni fuq il-ganċ (hook) u li tvarja bejn 0,05 D u 1,00 D;

3.5.2.3.

Għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) maħsub għall-użu ma’ trejlers b’fus ċentrali, il-forza tal-ittestjar għandha tirrapreżenta l-forza li tirriżulta mill-forzi orizzontali u vertikali fuq l-akkoppjar u għandha tkun applikata tul angolu, –α , jiġifieri, mill-parti ta’ quddiem ta’ fuq għall-parti ta’ wara t’isfel (ara l-Figura 21), u hi ekwivalenti għall-angolu kkalkolat tal-forza li tirriżulta bejn il-forzi orizzontali u vertikali fuq l-akkoppjar. Il-forza, Fhs res għandha tkun ikkalkulata bħala:

Formula fejn Formula u Formula

3.5.2.4.

Il-forza applikata għandha tvarja bejn 0,05 Fhs res u 1,00 Fhs res.

3.5.3.   It-test statiku fuq l-istrument tal-akkoppjar li jsakkar

Bl-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) hu meħtieġ li jsiru testijiet fuq l-għeluq u fuq kwalunkwe strument li jsakkar permezz ta’ forza statika ta’ 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test m’għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq u lanqas m’għandu jagħmel kwalunkwe ħsara.

3.6.   Ganċijiet (drawbars)

3.6.1.   Il-ganċijiet (drawbars) għandhom ikunu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) (ara l-paragrafu 3.4). L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku jistgħu jċedu li ma jsirx it-test ta’ reżistenza jekk id-disinn sempliċi ta’ komponent jagħmel kontroll teoretiku tas-saħħa tiegħu possibbli. Il-forzi tad-disinn għall-verifika teoretika tal-ganċ (drawbar) tat-trejlers b’fus ċentrali b’massa, C, sa, u jinkludu, 3,5 tunnellati metriċi għandha tittieħed mill-ISO 7641/1:1983. Il-forzi tad-disinn għall-verfika teoretika tal-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers b’fus ċentrali li jkollhom massa, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

Fsp = (g × S/1 000) + V

fejn l-estensjoni tal-forza V hija dik li ngħatat fil-paragrafu 2.11.4 ta’ dan ir-Regolament.

It-tensjonijiet permissibbli msejsa fuq il-mases tad-disinn tat-trejlers b’massa totali, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi, għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983. Għall-ganċijiet milwija (bent drawbars) (eż. f’sura ta’ għonq ta’ ċinju) u għall-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers sħaħ, il-komponent tal-forza orizzontali Fhp = 1,0 × D għandu jkun ikkunsidrat.

3.6.2.   Għall-ganċijiet (drawbars) ta’ trejlers sħaħ b’moviment ħieles fil-pjan vertikali, flimkien ma’ test ta’ reżistenza jew verifika teoretika tas-saħħa, għandha tkun ivverifikata r-reżistenza għat-tagħwiġ jew b’kalkolu teoretiku b’forza tad-disinn ta’ 3,0 × D jew b’test għat-tagħwiġ b’forza ta’ 3,0 × D. It-tensjonijiet permessi fil-każ tal-kalkolu għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.

3.6.3.   Fil-każ ta’ ifilsa mmexxija (steered axles), ir-reżistenza għal-liwi għandha tkun ivverifikata b’kalkoli teoretiċi jew b’test tal-liwi. Forza statika orizzontali, laterali għandha tkun applikata fiċ-ċentru tal-punt tal-akkoppjar. Il-kobor ta’ din il-forza għandu jingħażel sabiex il-mument ta’ 0,6 × Av × g (kNm) ikun eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-assi ta’ quddiem. It-tensjonijiet permissibbli għandhom ikunu skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.

Madankollu, fil-każ fejn l-ifilsa mmexxija (steered axles) jiffurmaw keriġ tewmija, tandem, b’fus fuq quddiem (twin, tandem, axle front carriage) (karru bir-roti mmexxi (steered bogie)), il-mument għandu jiżdied b’ 0,95 × Av × g (kNm)

3.7.   L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)

3.7.1.   It-testijiet tas-saħħa bażiċi huma test dinamiku u test statiku (test tal-irfigħ). L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) maħsuba għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers għandhom ikunu soġġetti għal test statiku addizzjonali (test tal-liwi). Għall-fini tat-testijiet, l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun mgħammar bl-apparat kollu meħtieġ biex jitwaħħal mal-vettura. Il-metodu tal-immontar għandu jkun l-istess bħal dak li jintuża fuq il-vettura nnifisha. Mhux permess li jintuża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għall-ittestjar fiżiku.

3.7.2.   It-testijiet statiċi

3.7.2.1.

Akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard maħsub għal feles mexxej (steering wedge) jew strument simili għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers (ara l-paragrafu 2.7 ta’ dan ir-Regolament) għandu jkun ittestjat għal saħħa adegwata permezz ta’ test statiku tal-liwi fi ħdan id-distanza ta’ ħidmet l-istrument tat-tmexxija, flimkien mal-applikazzjoni fl-istess ħin tal-piż tal-istepni. L-akbar piż vertikali permess għat-tagħbija, U, għall-istepni għandu jkun applikat b’mod vertikali fuq l-akkoppjar fil-pożizzjoni tat-tħaddim tiegħu permezz ta’ pjanċa riġida ta’ daqs biżżejjed biex tkopri l-akkoppjar kompletament.

Dak li jirriżulta mill-piż applikat għandu jgħaddi miċ-ċentru tal-linja tal-għaqda (joint) orizzontali tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel coupling).

Fl-istess ħin, forza laterali orizzontali, li tirrappreżenta l-forza meħtieġa għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejler, għandha tkun applikata fuq il-ġnub tal-gwida għall-kavilja. Id-daqs ta’ din il-forza u d-direzzjoni ’l fejn taġixxi għandhom jintgħażlu sabiex mument ta’ 0,75 m × D ikun eżerċitat madwar iċ-ċentru tal-kavilja permezz ta’ forza li taġixxi fuq il-lieva b’tul ta’ 0,5 m ± 0,1 m. Deformazzjoni permanenti u li tieħu forma malajr sa 0,5 fil-mija tad-dimensjonijiet nominali hi permessa. M’għandu jkun hemm l-ebda xaqq.

3.7.2.2.

Test statiku tal-irfigħ għandu jsir fuq l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) kollha. B’forza tal-irfigħ ta’ mhux iktar minn Fa = g.U m’għandux ikun hemm liwi kbir permanenti tal-pjanċa tal-akkoppjar ta’ aktar minn 0,2 fil-mija tal-wisa’ tagħha.

Fil-każ tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) standard tal-Klassi G50 u akkoppjar ieħor simili għall-istess dijametru tal-kavilja, m’għandux ikun hemm l-ebda separazzjoni tal-kavilja mill-akkoppjar b’forza tal-irfigħ ta’ Fa = g × 2,5 U. Fil-każ ta’ akkoppjar mhux standard li jużaw kavilja b’dijametru ikbar minn 50 mm, per eżempju akkoppjar b’kavilji b’dijametru ta’ 90 mm, il-forza tal-irfigħ għandha tkun: Fa = g × 1,6 U bl-inqas valur ikun ta’ 500 kN.

Il-forza għandha tkun applikata permezz ta’ lieva li tagħfas fuq il-pjanċa tal-akkoppjar minn tarf wieħed filwaqt li minn-naħa l-oħra l-pjanċa tkun qed tittella’ distanza ta’ 1,0 m sa 1,5 m miċ-ċentru tal-kavilja – ara l-Figura 24.

Il-lieva għandha tkun f’angolu ta’ 90° għad-direzzjoni tad-dħul tal-kavilja fl-akkoppjar. Jekk l-agħar każ jidher ċar, l-agħar każ għandu jkun ittestjat. Jekk l-agħar każ mhux faċli li jiġi ddeterminat, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandha tiddeċiedi liema naħa tittestja. Test wieħed biss hu meħtieġ.

Figura 24

Test tal-irfigħ fuq akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)

Image

3.7.3.   It-test dinamiku

L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) għandu jkun soġġett għal tensjoni li talterna fuq tagħmir tal-ittestjar (test dinamiku, mhux sinkroniku) b’forzi orizzontali li jalternaw u forzi vertikali li jivvibraw, it-tnejn jaġixxu fl-istess ħin.

3.7.3.1.

Fil-każ ta’ akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) li mhux maħsub għat-tmexxija pożittiva tas-semitrejlers, dawn il-forzi li ġejjin għandhom jintużaw:

 

Orizzontali: Fhw = ± 0,6 × D

 

Vertikali: FsO = g × 1,2 U

 

FsU = g × 0,4 U

Dawn iż-żewġ forzi għandhom ikunu applikati fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-linji ta’ azzjoni taż-żewġ forzi FsO u FsU jgħaddu miċ-ċentru tal-linja tal-għaqda tal-akkoppjar.

Il-forza vertikali Fs talterna bejn bejn il-limiti + g × 1,2 U u + g × 0,4 U u l-forza orizzontali bejn ± 0,6 D.

3.7.3.2.

Fil-każ ta’ akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) maħsub għat-tmexxija pożittiva ta’ semitrejlers, il-forzi li ġejjin għandhom jintużaw:

 

Orizzontali: Fhw = ± 0,675 D

 

Vertikali: FsO u FsU kif hemm fil-paragrafu 3.7.3.1.

Il-linji ta’ azzjoni tal-forzi huma kif indikati fil-paragrafu 3.7.3.1.

3.7.3.3.

Għat-test dinamiku tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings), materjal adattat li jillubrika għandu jitqiegħed bejn il-pjanċa tal-akkoppjar u l-pjanċa tat-trejler sabiex l-akbar ko-effiċjent tal-frizzjoni, F, ikun 0,15.

3.8.   Pjanċi tal-immontar għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings)

It-test dinamiku għall-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) deskritt fil-paragrafu 3.7.3 u t-testijiet statiċi deskritti fil-paragrafu 3.7.2 għandhom jiġu applikati wkoll fuq il-pjanċi tal-immontar. Għall-pjanċi tal-immontar hu biżżejjed li wieħed jagħmel test tal-irfigħ fuq naħa waħda biss. It-test għandu jkun imsejjes fuq l-ogħla installazzjoni mfassla għall-akkoppjar, l-akbar wisa’ mfassla u l-inqas tul imfassal għad-disinn tal-pjanċa tal-immontar. M’hemmx għalfejn isir dan it-test jekk il-pjanċa tal-immontar ikkonċernata hi l-istess bħal dik li diġà sarilha dan it-test, minbarra għall-fatt li hi idjaq u/jew itwal u l-għoli totali hu inqas. Mhux permissibbli li wieħed juża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għal ittestjar fiżiku.

3.9.   Kavilji tal-istepni (fifth wheel coupling pins) tas-semitrejlers

3.9.1.   Għandu jsir test dinamiku b’tensjoni li talterna fuq kampjun immuntat fuq tagħmir tal-ittestjar. L-ittestjar tal-kavilja m’għandux isir flimkien mal-ittestjar fuq l-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings). It-test għandu jsir b’mod li l-forza tkun applikata wkoll fuq l-apparat meħtieġ sabiex titwaħħal il-kavilja mas-semitrejler. Mhux permissibbli li jintuża metodu ta’ kalkolu bħala alternattiva għal ittestjar fiżiku.

3.9.2.   Għandu jkun applikat test dinamiku b’forza orizzontali li talterna ta’ Fhw = ± 0,6 D fuq il-kavilja fil-pożizzjoni tat-tħaddim tagħha.

Il-linja ta’ azzjoni tal-forza għandha tgħaddi miċ-ċentru tal-iżgħar dijametru tal-parti ċilindrika tal-kavilja b’dijametru ta’ 50,88 għall-Klassi H50 (ara l-anness 5, il-Figura 18).

3.10.   Test ta’ reżistenza alternattiv għall-boċċi tal-akkoppjar u s-saljaturi tal-irmonk b’valur D ≤ 14 kN.

Alternattivament għall-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3.1, boċċi tal-akkoppjar u saljaturi tal-irmonk b’valur D ≤ 14 kN jistgħu jkunu ttestjati bil-kundizzjonijiet li ġejjin.

3.10.1.   Introduzzjoni

It-test ta’ reżistenza deskritt hawn taħt jikkonsisti f’test multiassali bi 3 direzzjonijiet ta’ tagħbija b’forzi introdotti simultanjament, estensjonijiet massimi definiti u ekwivalenzi tar-reħja (valuri ta’ intensità tat-tagħbija, skont id-definizzjoni mogħtija hawn taħt).

3.10.2.   Rekwiżiti tat-test

3.10.2.1.

Definizzjoni tal-valur ta’ intensità tat-tagħbija (LIV):

Il-LIV huwa valur varjabbli li jirrappreżenta s-severità ta’ storja waħda ta’ tagħbija fil-ħin (load/time history) li jikkunsidra l-aspetti ta’ durabilità (identiku għas-somma ta’ ħsarat) Għall-akkumulazzjoni ta’ ħsarat tintuża r-regola elementari ta’ Miner. Biex tiġi ddeterminata, jitqiesu l-estensjonijiet tat-tagħbija u l-għadd ta’ ripetizzjonijiet ta’ kull estensjoni (l-effetti ta’ tagħbijiet medji ma jitqisux).

Il-kurva S-N (il-kurva Basquin) tirrappreżenta l-estensjonijiet tat-tagħbija mqabbla mal-għadd tar-ripetizzjonijiet (SA,i vs. Ni). Hija għandha pendenza kostanti k f’dijagramm logaritmiku doppju (jiġifieri kull estensjoni/forza tat-test applikata SA,i hija relatata ma’ għadd limitat ta’ ċikli Ni). Il-kurva tirrappreżenta l-limitu teoretiku ta’ reħja għall-istruttura analizzata.

L-istorja tat-tagħbija fil-ħin tingħadd f’dijagramm firxa-par ta’ estensjoni tat-tagħbija mqabbla mal-għadd ta’ ripetizzjonijiet (SA,i vs. ni). Is-somma tal-proporzjon ni/Ni għal-livelli ta’ estensjoni disponibbli kollha SA,i huwa ugwali għal-LIV.

Image

3.10.2.2.

LIVs meħtieġa u estensjonijiet massimi

Għandha titqies is-sistema koordinata li ġejja:

direzzjoni x

:

direzzjoni lonġitudinali/in-naħa l-oħra tad-direzzjoni tas-sewqan

direzzjoni y

:

lejn il-lemin filwaqt li titqies id-direzzjoni tas-sewqan

direzzjoni z

:

vertikali ’l fuq

L-istorja tat-tagħbija fil-ħin tista’ mbagħad tkun espressa skont id-direzzjonijiet intermedji bbażati fuq id-direzzjonijiet ewlenin (x, y, z) skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin (α = 45°; α’ = 35,2°):

 

Fxy(t) = Fx(t) × cos(α) + Fy(t) × sin(α)

 

Fxz(t) = Fx(t) × cos(α) + Fz(t) × sin(α)

 

Fyz(t) = Fy(t) × cos(α) + Fz(t) × sin(α)

 

Fxyz(t) = Fxy(t) × cos(α’) + Fz(t) × sin(α’)

 

Fxzy(t) = Fxz(t) × cos(α’) – Fz(t) × sin(α’)

 

Fyzx(t) = Fyz(t) × cos(α’) – Fx(t) × sin(α’)

Il-LIVs espressi f’kull direzzjoni (kif ukoll direzzjonijiet kkombinati) huma kkalkulati rispettivament bħala s-somma tal-proporzjon ni/Ni għal kull livell ta’ estensjoni disponibbli definit fid-direzzjoni adegwata.

Sabiex tintwera l-ħajja minima ta’ reħja tal-apparat li jrid jingħata l-approvazzjoni tat-tip, it-test ta’ reżistenza jrid jilħaq tal-inqas il-LIVs li ġejjin:

 

LIV (1 kN ≤ D ≤ 7 kN)

LIV (7 kN < D ≤ 14 kN)

LIVx

0,0212

0,0212

LIVy

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 7,026 e-4; D = 7 kN: 1,4052 e-4

1,4052 e-4

LIVz

1,1519 e-3

1,1519 e-3

LIVxy

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 6,2617 e-3; D = 7 kN: 4,9884 e-3

4,9884 e-3

LIVxz

9,1802 e-3

9,1802 e-3

LIVyz

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 7,4988 e-4; D = 7 kN: 4,2919 e-4

4,2919 e-4

LIVxyz

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 4,5456 e-3; D = 7 kN: 3,9478 e-3

3,9478 e-3

LIVxzy

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 5,1977 e-3; D = 7 kN: 4,3325 e-3

4,3325 e-3

LIVyzx

rigress lineari bejn:

D = 1 kN: 4,5204 e-3; D = 7 kN: 2,9687 e-3

2,9687 e-3

Biex tasal għal storja tat-tagħbija fil-ħin ibbażata fuq il-LIVs imsemmija hawn fuq, il-pendenza għandha tkun k = 5 (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 3.10.2.1). Il-kurva Basquin għandha tgħaddi minn ġol-punt ta’ estensjoni SA = 0,6 × D bl-għadd ta’ ċikli N = 2 × 106.

It-tagħbija vertikali statika S (kif definit fil-paragrafu 2.11.3 ta’ dan ir-Regolament) dwar l-istrument tal-akkoppjament kif iddikjarat mill-manifattur għandu jiżdied mat-tagħbijiet vertikali.

Matul it-test, l-estensjonijiet massimi m’għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

 

Fx lonġitudinali [–]

Fy laterali [–]

Fz vertikali [–]

Massimu

+ 1,3 × D

+ 0,45 × D

+ 0,6 × D + S

Minimu

– 1,75 × D

– 0,45 × D

– 0,6 × D + S

Eżempju ta’ storja tat-tagħbija fil-ħin li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti jinsab hawn:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29grrf/grrf-reg55.html

3.10.3.   Kundizzjonijiet tat-test

L-istrument tal-akkopjament għandu jkun immuntat fuq bank tat-test riġidu jew fuq vettura. Fil-każ ta’ sinjal tal-istorja tal-ħin fi 3 dimensjonijiet, huwa għandu jkun applikat permezz ta’ tliet attwaturi għall-introduzzjoni u kontroll simultanji tal-komponenti tal-forza Fx (lonġitudinali), Fy (laterali) u Fz (vertikali). F’każijiet oħra, l-għadd u l-pożizzjoni tal-attwaturi jistgħu jintgħażlu bi qbil bejn il-manifattur u s-servizzi tekniċi. Fi kwalunkwe każ, l-installazzjoni tat-test għandha tkun kapaċi tintroduċi simultanjament il-forzi neċessarji sabiex jiġu sodisfatti l-LIVs meħtieġa fil-paragrafu 3.10.2.2.

Il-kamini kollha għandhom jiġu ssikkati mat-torque kif speċifikat mill-manifattur.

3.10.3.1.   L-istrument tal-akkoppjament immuntat fuq apparat ta’ sostenn riġidu:

Il-konformità tal-postijiet ta’ twaħħil tal-istrument ta’ akkoppjament ma għandux jeċċedi l-1.5 mm mill-punt ta’ referenza ta’ “0-Tagħbija” waqt l-applikazzjoni tal-forzi massimi u minimi Fx, Fy, Fz u kull wieħed applikat separatament mal-punt tal-akkoppjament.

3.10.3.2.   Strument ta’ akkoppjament immuntat fuq bodi ta’ vettura jew parti tal-bodi:

F’dan il-każ l-istrument tal-akkoppjament għandu jkun immuntat fuq il-bodi tal-vettura jew parti tal-bodi tat-tip ta’ vettura, li l-istrument tal-akkomppjament ikun iddisinjat għalih. Il-vettura jew parti tal-bodi għandu jkun mmuntat fuq tagħmir jew bank tat-test adatt b’tali mod li kwalunkwe effett tas-saspenxin tal-vettura jkun eliminat.

Il-kundizzjonijiet eżatti matul it-test għandhom ikunu ddikjarati fir-rapport tat-test relatat. Effetti possibbli ta’ riżonanza jridu jkunu kkumpensati minn sistema ta’ kontroll tal-faċilità tat-test adatta u jistgħu jitnaqqsu minn tiswijiet addizzjonali bejn il-bodi tal-vettura u t-tagħmir tat-test jew frekwenza modifikata.

3.10.4.   Kriterji ta’ falliment

Barra mill-kriterji mogħtija fil-paragrafu 4.1. ivverifikati minn verifika ta’ penetrazzjoni likwida ta’ dan ir-Regolament, l-istrument ta’ akkopjar għandu jitqies li weħel mit-test, jekk:

(a)

tinstab kwalunkwe deformazzjoni plastika viżibbli;

(b)

jiġu affettwati kwalunkwe funzjonalità u sigurtà tal-akkoppjament (eż. konnessjoni sikura tat-trejler, maximum play);

(c)

kwalunkwe telfien ta’ torque tal-kamini li jeċċedi 30 fil-mija tat-torque nominali mkejjel fid-direzzjoni li qed tagħlaq;

(d)

strument ta’ akkoppjament b’parti li tinqala’ ma tkunx tista’ tinqala’ u titwaħħal għal tal-inqas 3 darbiet. Għall-ewwel stakkament, huwa permess impatt wieħed.


ANNESS 7

L-INSTALLAZZJONI U L-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊJALI

1.   L-INSTALLAZZJONI U L-KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA SPEĊJALI

1.1.   It-twaħħil tal-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets)

1.1.1.   Il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets) għandhom jitwaħħlu ma’ vetturi tal-kategoriji M1, M2 (inqas mill-akbar massa permissibbli ta’ 3,5 t) u N1 (1) b’mod li hu konformi mad-dimensjonijiet tal-ispazju ħieles u tal-għoli mogħtija fil-Figura 25. L-għoli għandu jitkejjel fil-kondizzjonijiet ta’ meta titgħabba l-vettura mogħtija fl-appendiċi 1 għal dan l-anness.

Il-kondizzjoni meħtieġa tal-għoli m’għandiex tapplika fil-każ tal-vetturi li jinstaqu fuq art imħarbta tal-Kategorija G, kif iddefiniti fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2).

1.1.1.1.

L-ispazju ħieles muri fil-Figuri 25a u 25b jista’ jkun okkupat minn tagħmir li ma jiżżarmax, bħal rota żejda, sakemm id-distanza miċ-ċentru tal-boċċa għal pjan vertikali fil-punt estrem l-aktar fuq wara tat-tagħmir ma jisboqx 300 mm. It-tagħmir għandu jkun immuntat sabiex ikun hemm aċċess adegwat għall-akkoppjar u biex dan jinħall mingħajr riskju ta’ feriti għal min ikun qed jużah u mingħajr ma jaffetwa l-artikulazzjoni tal-akkoppjar.

1.1.2.   Għall-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) u s-saljaturi tal-irmonk (towing brackets), il-manifattur tal-vettura għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-immontar u jiddikjara jekk hemmx bżonn ta’ kwalunkwe rinfurzar tal-êrja tat-twaħħil.

1.1.3.   Għandu jkun possibbli li wieħed jakkoppja u jħoll il-boċċi tal-akkoppjar (coupling balls) meta l-assi lonġitudinali tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) f’relazzjoni mal-linja taċ-ċentru tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-immontar:

 

tiddawwar b’mod orizzontali b’angolu ta’ 60° lejn il-lemin jew ix-xellug, (α = 60°, ara l-Figura 25);

 

tiddawwar b’mod vertikali b’angolu ta’ 10° ’l fuq jew ’l isfel (β = 10°, ara l-Figura 25);

 

tiddawwar fuq l-assi b’angolu ta’ 10° lejn il-lemin jew ix-xellug.

Figura 25a

L-ispazju ħieles għall-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) u l-għoli tagħha – mill-ġenb

Image

Figura 25b

L-ispazju ħieles għall-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) – kif tidher mill-pjan

Image

1.1.4.   Meta t-trejler ma jkunx akkoppjat mal-vettura tal-irmonk, is-saljatura tal-irmonk (towing bracket) u l-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) immuntati m’għandhomx jgħattu l-ispazju għall-immontar ipprovdut għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jew jaffetwaw il-viżibilità tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni/liċenzja tal-vettura tal-irmonk. Jekk il-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball) jew oġġetti oħra jgħattu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, dawn għandhom jitneħħew jew jitqiegħdu x’imkien ieħor mingħajr l-użu ta’ għodod, minbarra per eżempju, għodda biex tħoll (release key) li tinġarr fil-vettura u li titħaddem faċilment (jiġifieri bi sforz li ma jisboqx 20 Nm).

1.2.   It-twaħħil tal-irjus tal-akkoppjar (coupling heads)

1.2.1.   L-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) tal-Klassi B jistgħu jintużaw għal trejlers li l-akbar massa tagħhom tilħaq, u tinkludi, 3,5 tunnellati metriċi. Meta t-trejler ikun orizzontali u jkun qed iġorr l-akbar piż permess tal-fus, l-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) għandhom jitwaħħlu b’mod li l-linja taċ-ċentru tal-êrja sferikali fejn il-boċċa tidħol hi ta’ 430 ± 35 mm fuq il-pjan orizzontali fuq liema jistrieħu r-roti tat-trejler.

Fil-każ ta’ karavanijiet jew trejlers tat-tagħbija, il-pożizzjoni orizzontali titqies bħalmeta l-art jew il-wiċċ fejn jitgħabba l-piż hu orizzontali. Fil-każ ta’ trejlers mingħajr superfiċje ta’ referenza (eż. trejlers tad-dgħajjes jew bħalhom), il-manifattur tat-trejler għandu jagħti linja ta’ referenza xierqa li tiddefinixxi l-pożizzjoni orizzontali. Il-kondizzjoni meħtieġa tal-għoli għandha tapplika biss għal trejlers maħsuba biex jitwaħħlu mal-vetturi msemmija fil-paragrafu 1.1.1 ta’ dan l-anness.

Fil-każijiet kollha, il-pożizzjoni orizzontali għandha tkun iddeterminata sa ± 1°.

1.2.2.   Għandu jkun possibbli li l-irjus tal-akkoppjar (coupling heads) jitħaddmu mingħajr periklu fi ħdan l-ispazju ħieles tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling head) mogħti fil-Figuri 25a u 25b, sa angoli ta’ α = 25° u β = 60°.

1.3.   It-twaħħil tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) u blokok tal-immontar

1.3.1.   Id-dimensjonijiet tal-immontar għall-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard:

Fil-każ ta’ tipi ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard, għandhom jintlaħqu d-dimensjonijiet tal-immontar fuq il-vettura mogħtija fil-Figura 15 u t-Tabella 10.

1.3.2.   Il-ħtieġa għal akkoppjar ikkontrollat mill-bogħod

Jekk kondizzjoni meħtieġa, jew aktar minn waħda, minn dawn li ġejjin li għandha x’taqsam mat-tħaddim faċli u mingħajr periklu (paragrafu 1.3.3), l-aċċessibilità (paragrafu 1.3.5) jew l-ispazju ħieles għal-lieva tal-id (paragrafu 1.3.6) ma tistax tintlaħaq, għandu jintuża akkoppjar bi strument ta’ kontroll mill-bogħod kif deskritt fl-anness 5, fil-paragrafu 12.3.

1.3.3.   Tħaddim faċli u mingħajr periklu tal-akkoppjar

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għandu jkun immuntat fuq il-vettura b’tali mod li jkun faċli li tħaddmu u mingħajr periklu.

Flimkien mal-funzjonijiet tal-ftuħ (u l-għeluq, jekk hu applikabbli), dan jinkludi wkoll l-ikkontrollar tal-pożizzjoni tal-indikatur għall-pożizzjonijiet tal-kavilja meta din tkun magħluqa u msakkra (billi taraha u tmissha).

Fl-êrja fejn tkun trid toqgħod il-persuna li tkun qed tħaddem l-akkoppjar, m’għandu jkun hemm l-ebda punt ta’ periklu possibbli, bħal truf ippuntati, irkejjen eċċ., inerenti fid-disinn, sakemm dawn ma jkunux imħarsa b’mod li ma tantx hemm ċans li xi ħadd iweġġa’.

Minn fejn wieħed jaħrab minn din l-êrja m’għandux ikun illimitat jew ostakolat fuq l-ebda naħa minn kwalunkwe oġġett imwaħħal jew mal-akkoppjar jew mal-vetturi.

Kwalunkwe strument ta’ ħarsien li jkun hemm fl-isfond m’għandux jipprevjeni lil persuna, li jkollha pożizzjoni adattata, biex tħaddem l-akkoppjar.

1.3.4.   L-inqas angolu għall-akkoppjar u biex dan jinħall

Għandu jkun possibbli li tiġi akkoppjata u li tinħall għajnet il-ganċ (drawbar eye) meta l-assi lonġitudinali ta’ għajnet il-ganċ (drawbar eye) f’relazzjoni mal-linja ċentrali tax-xedaq jiddawwar fl-istess ħin:

 

50° b’mod orizzontali lejn il-lemin u lejn ix-xellug;

 

6° b’mod vertikali ’l fuq jew ’l isfel;

 

6° fuq l-assi lejn il-lemin u lejn ix-xellug.

Din il-kondizzjoni meħtieġa għandha tapplika wkoll għall-akkoppjar tat-tip bil-ganċ (hook type couplings) tal-Klassi K.

1.3.5.   L-aċċessibilità

Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-kavilja u t-tarf tal-bodì tal-vettura m’għandiex tisboq 550 mm. Fejn id-distanza taqbeż 420 mm, l-akkoppjar għandu jkun mgħammar b’mekkaniżmu li jazzjonah li jħalli tħaddim mingħajr periklu fl-akbar distanza ta’ 420 mm mit-tavla ta’ barra tal-bodì.

Id-distanza ta’ 550 mm tista’ tinqabeż kif ġej, dejjem jekk il-bżonn tekniku jista’ jintwera u li l-azzjonar faċli u bla periklu tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) ma jkunx affetwat ħażin:

(i)

sa distanza ta’ mhux aktar minn 650 mm għal vetturi b’bodis li fuq wara jintrefgħu ’l fuq biex jintrema dak li hemm ġo fihom (tipping bodies) jew b’apparat immuntat fuq wara;

(ii)

sa distanza ta’ mhux aktar minn 1 320 mm jekk l-għoli mingħajr imblukkar hu mill-inqas ta’ 1 150 mm;

(iii)

fil-każ ta’ trasportaturi tal-karozzi b’mill-inqas żewġ livelli fejn jgħabbu, meta l-vettura li qed tagħmilha ta’ trejler mhix isseparata mill-vettura tal-irmonk waqt trasport normali.

1.3.6.   Spazju ħieles għal-lieva tal-id

Sabiex ikun hemm tħaddim mingħajr periklu tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) għandu jkun hemm spazju ħieles adegwat madwar il-lieva tal-id.

L-ispazju ħieles li jidher fil-Figura 26 jiqies bħala biżżejjed. Jekk tipi differenti ta’ akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq il-vettura, l-ispazju ħieles għandu jkun tali li l-kondizzjonijiet ikunu ssodisfatti wkoll għall-akbar daqs ta’ akkoppjar tal-klassi xierqa, kif hemm fl-anness 5, fil-paragrafu 3.

Figura 26

Spazju ħieles għal-lieva tal-id

Image

Id-dimensjonijiet tal-ispazju ħieles huma wkoll applikabbli kif xieraq għal akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) b’lievi tal-id iħarsu ’l isfel jew ta’ disinn differenti.

L-ispazju ħieles għandu jinżamm fl-inqas angolu speċifikat għall-akkoppjar u għal meta dan jinħall kif hemm fil-paragrafu 1.3.4 ta’ dan l-anness.

1.3.7.   L-ispazju ħieles għall-moviment ħieles tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling)

L-akkoppjar bil-ganċ (drawbar coupling) imwaħħal mal-vettura għandu jkollu l-inqas vojt ta’ 10 mm minn kull parti oħra tal-vettura, meta wieħed jikkunsidra l-pożizzjonijiet ġeometriċi kollha possibbli mogħtija fl-anness 5, fil-paragrafu 3.

Jekk tipi differenti tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) standard huma maħsuba biex jitwaħħlu fuq tip ta’ vettura, l-ispazju ħieles għandu jkun tali li l-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti wkoll għall-akbar akkoppjar possibbli tal-klassi xierq,a kif jingħad fl-anness 5, fil-paragrafu 3.

1.3.8.   L-aċċettabilità tal-akkoppjar bil-ganċ (drawbar couplings) b’linja tal-għaqda (joint) speċjali għal rotazzjoni vertikali – ara l-anness 5, il-paragrafu 3.4.

L-akkoppjar, b’kavilja ċilindrika u li jiksbu rotazzjoni vertikali għal għajnet il-ganċ akkoppjata (coupled drawbar eye) permezz ta’ linja tal-għaqda (joint) speċjali, ikunu permessi biss meta l-bżonn tekniku jista’ jintwera. Dan jista’ jkun il-każ, per eżempju, fuq vetturi li fuq wara jintrefgħu ’l fuq biex jintrema dak li hemm ġo fihom (rear tippers) fejn ir-ras tal-akkoppjar (coupling head) għandha tkun impernjata, jew bl-akkoppjar ta’ trasportaturi tqal fejn għal raġunijiet ta’ saħħa hu meħtieġ l-użu ta’ kavilja ċilindrika.

1.4.   It-twaħħil ta’ għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u ganċijiet (drawbars) fuq trejlers.

1.4.1.   Il-ganċijiet (drawbars) għal trejlers b’fus ċentrali għandu jkollhom strument ta’ sostenn li jkun jista’ jiġi aġġustat fl-għoli jekk il-massa li tinġarr f’għajnet il-ganċ (drawbar eye) fuq it-trejler tisboq 50 kg, meta t-trejler ikun mgħobbi b’mod uniformi sa l-akbar massa teknikament possibbli għalih.

1.4.2.   Meta jitwaħħlu għajnejn il-ganċ (drawbar eyes) u ganċ (drawbar) ma’ trejlers b’fus ċentrali bl-akbar massa, C, ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi u iktar minn fus wieħed, it-trejlers għandhom ikunu mgħammra bi strument għal biex jitqassam il-piż fuq il-fus.

1.4.3.   Il-ganċijiet (drawbars) impernjati m’għandhomx imissu mal-art; m’għandhomx jaqgħu aktar baxxi minn għoli ta’ 200 mm mill-art meta dawn ma jibqgħux f’pożizzjoni orizzontali. Ara wkoll l-anness 5, il-paragrafi 5.3 u 5.4.

1.5.   It-twaħħil tal-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings), tal-pjanċi tal-immontar u l-kavilji fuq il-vetturi.

1.5.1.   L-akkoppjar tal-istepni (fifth wheel couplings) tal-Klassi G50 m’għandux ikun immuntat direttament fuq il-qafas tal-vettura sakemm dan ma jkunx permess mill-manifattur tal-vettura; għandhom jitwaħħlu mal-qafas permezz ta’ pjanċa tal-immontar u għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni, ipprovduti mill-manifattur tal-vettura u mill-manifattur tal-akkoppjar.

1.5.2.   Is-semitrejlers għandhom ikunu mgħammra b’roti jew kwalunkwe apparat ieħor li jippermetti li l-akkoppjar jinħall u li s-semitrejler jiġi pparkjat. Jekk is-semitrejlers huma mgħammra sabiex il-konnessjoni tal-istrumenti tal-akkoppjar, is-sistemi tal-elettriku u tal-brejkijiet jistgħu jitħaddmu b’mod awtomatiku, it-trejler għandu jkollu roti li jidħlu ’l ġewwa minn mal-art li jaħdmu b’mod awtomatiku wara li s-semitrejler ikun ġie akkoppjat.

Dawn il-kondizzjonijiet meħtieġa m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ semitrejlers mfassla għal tħaddim speċjali fejn normalment huma sseparati f’ħanut tax-xogħol jew meta jgħabbu u jħottu f’żoni ta’ xogħol maħsuba speċifikatament għal hekk.

1.5.3.   It-twaħħil tal-kavilja tal-istepni (fifth wheel coupling pin) mal-pjanċa tal-immontar fuq is-semitrejler għandu jkun skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura jew tal-manifattur tal-kavilja tal-istepni (fifth wheel coupling pin).

1.5.4.   Jekk semitrejler ikun mgħammar b’feles tat-tmexxija (steering wedge), dan għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa kif deskritti fil-paragrafu 7.8 tal-anness 5

2.   L-INDIKAZZJONI U L-KONTROLL MILL-BOGĦOD

2.1.   Meta wieħed ikun qed jinstalla strumenti ta’ indikazzjoni u kontroll mill-bogħod, kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa relevanti mogħtija fil-paragrafu 12 tal-anness 5, għandha tkun ikkunsidrata.


(1)  Ara d-definizzjonijiet fir-Regolament Nru. 13 anness mal-Ftehim ta’ l-1958 dwar l-Adozzjoni ta’ Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal vetturi bir-roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew ikunu Użati fuq Vetturi u l-Kondizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Dispożizzjonijiet. Id-definizzjoni tinsab ukoll fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il- vetturi ta’ Kostruzzjoni (R. E. 3) (dokument TRANS/ WP. 29/ 78/ Rev. 1/ Amend. 2).

Appendiċi 1

Il-kondizzjonijiet għal meta ssir it-tagħbija għall-kejl tal-għoli tal-boċċa tal-akkoppjar (coupling ball)

1.

L-għoli għandu jkun kif speċifikat fl-anness 7, fil-paragrafu 1.1.1.

2.

Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija M1 il-massa tal-vettura fejn għandu jitkejjel l-għoli għandha tkun iddikjarata mill-manifattur tal-vettura u għandha tingħata fil-formola tal-Komunikazzjoni (fl-anness 2). Il-massa għandha tkun jew l-akbar waħda permissibbli, imqassma bejn il-fusijiet kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura, jew il-massa mogħtija meta titgħabba l-vettura skont il-paragrafu 2.1 ta’ dan l-appendiċi.

2.1.

L-akbar ammont għall-massa fl-ordni kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk (ara l-paragrafu 6 tal-formola tal-Komunikazzjoni, fl-anness 2); flimkien ma’

2.1.1.

żewġ mases, kull waħda ta’ 68 kg, ippożizzjonati fil-pożizzjoni ta’ barra ta’ fejn joqogħdu l-passiġġieri, bis-sits fl-aktar pożizzjoni lura u li tiġi aġġustata għal waqt sewqan u vjaġġar normali, u bil-mases li jkunu llokalizzati:

2.1.1.1.

għal tagħmir oriġinali, strumenti u komponenti tal-akkoppjar imressqa għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-vettura, bejn wieħed u ieħor f’punt li jinsab 100 mm quddiem il-punt “R” għal sits li jiġu aġġustati u 50 mm qabel il-punt “R” għal sits oħra, bil-punt “R” jkun iddeterminat skont il-paragrafu 5.1.1.2 tar-Regolament Nru 14; jew

2.1.1.2.

għal strumenti u komponenti tal-akkoppjar imressqa għall-approvazzjoni minn manifattur indipendenti u maħsuba għas-suq tat-tagħmir li jitbiddel, bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni ta’ persuna bilqiegħda;

2.1.2.

Barra minn hekk, għal kull massa ta’ 68 kg, massa addizzjonali ta’ 7 kg bħala konċessjoni għal bagalji personali għandha tkun imqassma b’mod indaqs fl-êrja fejn jitqiegħdu l-bagalji tal-vettura;

3.

Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija N1 , il-massa tal-vettura fejn għandu jitkejjel l-għoli għandha tkun:

3.1.

l-akbar massa permissibbli, imqassma bejn l-fusijiet kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk (ara l-paragrafu 6. tal-formola tal-Komunikazzjoni, fl-anness 2).


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Novembru 2009

dwar Għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8112)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/460/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDIMENT

1.1.   Każ C 38/A/04

(1)

Permezz ta’ ittra ddatata l-4 ta’ Diċembru 2003, inġiebu għall-attenzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għadd ta’ artikoli ppubblikati fil-ġurnali Taljani dwar l-intenzjoni tal-gvern Taljan li japplika tariffi preferenzjali tal-elettriku lil xi impriżi f’Sardegna.

(2)

It-tariffi msemmija hawn fuq kienu introdotti skont l-Artikolu 1 tad-Decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri (Digriet tal-Prim Ministru) tas-6 ta’ Frar 2004. Dan id-digriet kellu żewġ effetti ta’ min jinnuthom: a) introduċa tariffi tal-elettriku preferenzjali favur l-impriżi Portovesme Srl (2) ILA (3) u Euroallumina (4) u (b) tawwal iż-żmien tat-tariffa preferenzjali eżistenti favur Alcoa Trasformazioni (produttur ta’ aluminiju primarju, minn hawn ‘il quddiem: “Alcoa”).

(3)

Permezz tal-ittri tat-22 ta’ Jannar 2004 u tad-19 ta’ Marzu 2004 is-servizzi tal-Kummissjoni talbu għal iktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri. L-awtoritajiet Taljani wieġbu permezz tal-ittri tas-6 ta’ Frar 2004 u tad-9 ta’ Ġunju 2004. Fl-ittra tal-20 ta’ Settembru 2004 l-awtoritajiet Taljani bagħtu iktar informazzjoni.

(4)

Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda proċediment skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-miżura tal-għajnuna.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċediment kienet ippubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(6)

L-Italja bagħtet il-kummenti tagħha fl-ittri ddatati l-4 ta’ Frar 2005 u l-11 ta’ Frar 2005.

(7)

Il-Kummissjoni barra minn hekk irċeviet kummenti minn partijiet interessati li, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2005 għaddiethom lill-Italja li ngħatat l-opportunita twieġeb għalihom. Il-kummenti tal-Italja waslu fl-ittra tal-20 ta’ Settembru 2005.

(8)

Permezz tal-ittra tat-23 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal iktar informazzjoni, u din l-awtoritajiet Taljan pprovdewha fl-ittra tat-3 ta’ Marzu 2006. Intalbet iktar kjarifikazzjoni permezz tal-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2006, li l-Italja wieġbet bl-ittra tat-28 ta’ Settembru 2006.

(9)

Fid-29 ta’ Ottubru 2008, il-każ inqasam f’parti A, li tirrigwarda l-miżura favur Alcoa u f’parti B li tikkonċerna lil Portovesme, ILA u Euroallumina. Din id-Deċiżjoni tikkonċerna lil Alcoa biss (parti A).

1.2.   Każ C 36/B/06

(10)

Fl-ambitu ta’ każ relatat dwar għajnuna mill-Istat (6) il-Kummissjoni saret konxja minn tieni proroga ta’ skeda tariffarja preferenzjali tal-elettriku applikata lil Alcoa. Il-proroga ingħatat skont l-Artikolu 11(11) tad-Digriet Liġi (Decreto Legge) Nru 35 tal-14 ta’ Marzu 2005, adottat f’liġi Nru 80/2005 tal-14 ta’ Mejju 2005“Dispożizzjonijiet urġenti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku, Soċjali u Territorjali”. Il-benefiċjarji kienu Alcoa u tliet kumpaniji suċċessuri għall-kumpanija Terni (7).

(11)

Permezz tal-ittra tat-23 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal iktar informazzjoni mill-awtoritajiet Taljani, li wieġbu bl-ittra tal-24 ta’ Frar 2006. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tat-2 ta’ Marzu 2006 u tas-27 ta’ April 2006.

(12)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda proċediment skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward iż-żewġ skemi (każ C 36/06).

(13)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċediment kienet ippubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(14)

L-Italja bagħtet il-kummenti tagħha f’ittra ddatata l-25 ta’ Ottubru 2006. Tagħrif addizzjonali ġie pprovdut b’ittri tad-9 ta’ Novembru 2006 u tas-7 ta’ Diċembru 2006.

(15)

Il-Kummissjoni barra minn hekk irċeviet kummenti minn partijiet interessati u għaddiethom lill-Italja li ngħatat l-opportunita twieġeb għalihom. Il-kummenti tal-Italja waslu fl-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2006.

(16)

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali rigward l-iskema ta’ tariffi. L-awtoritajiet Taljani fornew din l-informazzjoni permezz tal-ittri tal-10 u 14 ta’ Mejju 2007 rispettivament.

(17)

Fir-18 ta’ Settembru il-każ inqasam f’parti A, rigward it-tliet kumpaniji Terni u f’parti B, rigward Alcoa. Fl-20 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali negattiva bl-irkupru rigward il-kumpaniji Terni (9).

(18)

Sadanittant, permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni bdiet tesplora l-possibbiltà ta’ miżuri tranżitorji eventwali għall-iskema ta’ tariffi ta’ Alcoa f’Sardegna, marbutin mal-introduzzjoni min-naħa tal-Italja ta’ programm virtwali ta’ rilaxx tal-kapaċità (Virtual Power Plant, minn hawn il-quddiem: “VPP”). L-Italja wieġbet permezz tal-ittri tas-16 ta’ April 2007 u tal-5 ta’ Novembru 2007. Fit-13 ta’ Marzu 2008 saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni u l-Italja kienet mistiedna tieħu pożizzjoni sat-12 ta’ Mejju 2008. Wara li talbet għal estenzjoni tal-iskadenza ffissata biex tieħu din il-pożizzjoni permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Mejju 2008, l-Italja forniet l-informazzjoni permezz tal-ittri tat-12 ta’ Ġunju 2008 u s-7 ta’ Lulju 2008.

(19)

L-Italja talbet għal laqgħa mal-Kummissjoni sabiex tippreżenta l-modalitajiet possibbli ta’ VPP. Il-laqgħa saret fid-9 ta’ Diċembru 2008. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tad-19 ta’ Diċembru 2008 u tad-19 ta’ Mejju 2009.

(20)

Saret laqgħa oħra fis-26 ta’ Mejju 2009. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tal-10 ta’ Lulju 2009 u tat-18 ta’ Awwissu 2009.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-fatti ewlenin tal-każ

(21)

Il-produttur tal-aluminju Alcoa, mill-1996 ‘l hawn ibbenefika minn tariffa preferenzjali tal-elettriku għaż-żewġ funderiji tal-aluminju primarju f’Sardegna (Portovesme) u fil-Veneto (Fusina). It-tariffa kinet introdotta fil-bidu għal perjodu ta’ għaxar snin (li skadew fil-31 ta’ Diċembru 2005) fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ privatizzazzjoni. Dik it-tariffa kienet ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni skont ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat f’Deċiżjoni li kienet tikkunsidra li ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madanakollu, biż-żmien in-natura tat-tariffa ġiet modifikata u prorogata darbtejn mill-Italja, l-ewwel fl-2004 u imbagħad fl-2005.

(22)

It-tariffa kkontestata hija ssussidjata permezz ta’ ħlas f’kontanti min-naħa tal-Cassa Conguaglio (10), li hija istituzzjoni pubblika, li jnaqqas il-prezz stabbilit kontrattwalment bejn Alcoa u l-fornitur tal-elettriku ENEL. Il-riżorsi meħtieġa jinġabru permezz ta’ pagament parafiskali impost fuq il-konsumaturi tal-elettriku permezz tal-komponent A4 tal-kont tal-elettriku.

2.2.   Id-dispożizzjoinijiet leġiżlattivi kkontestati u l-kuntest regolatorju

(23)

L-iskema ta’ tariffi preferenzjali li minnha tibbenefika Alcoa jipprovduha d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi relattivi (2.2.1) u l-kuntest regolatorju ddettaljat stipulat mill-“AEEG”, Autorità per lEnergia Elettrica e il Gas (l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass) (2.2.2.1). Il-Cassa Conguaglio hija l-istituzzjoni li timplimenta l-iskema (2.2.2.2). Għaldaqstant, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-iskema ta’ tariffi teħtieġ tikkunsidra kemm id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, kif ukoll il-kuntest regolatorju Taljan.

2.2.1.   Id-dispożizzjoinjiet leġiżlattivi

(24)

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ dan il-każ huma l-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 (11) (minn hawn il-quddiem: “id-Digriet tal-2004”), kif implimentat mid-dispożizzjonijiet relevanti u mill-Artikolu 11(11) tad-Digriet Liġi Nru 35 tal-14 ta’ Marzu 2005, adottata f’liġi Nru 80/2005 “Dispożizzjonijiet urġenti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku, Soċjali u Territorjali” (minn hawn il-quddiem: ‘il-Liġi Nru 80/2005’) kif implimentata mid-dispożizzjonijiet regolatorji relatati (12).

2.2.2.   Il-kuntest regolatorju fl-Italja

2.2.2.1.   L-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass

(25)

Fl-1995 l-Italja waqqfet l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass (13) (minn hawn il-quddiem: “AEEG”). L-AEEG tieħu ħsieb firxa wiesgħa ta’ attivitajiet regolatorji, kif ukoll għandha poteri wiesa’. B’mod partikolari, l-aġenzija tistabbilixxi u taġġorna t-tariffi tal-elettriku kif ukoll il-modalitajiet biex jinġabru r-riżorsi meħtieġa biex ikopru l-ħlasijiet ġenerali tas-sistema (14). Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha l-AEEG tieħu kont tal-indikazzjonijiet tal-politika tal-gvern għal dak li jirrigwarda l-forniment tas-servizzi ta’ interess ġenerali fil-pajjiż (15).

(26)

Fl-ambitu tal-poteri mgħoddijin lilha, l-AEEG, tul is-snin adottat għadd kbir ta’ deċiżjonijiet li jistipulaw modalitajiet preċiżi għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ tariffi preferenzjali fl-Italja.

2.2.2.2.   Cassa Conguaglio

(27)

Il-ġestjoni tas-surcharges u ta’ kontribuzzjonijiet oħra fis-settur tal-enerġija elettrika hija fdata lil Cassa Conguaglio per il Settore Elettrico (minn hawn il-quddiem: Cassa Conguaglio) entità pubblika mwaqqfa permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 98 tas-26 ta’ Jannar 1948. Il-Cassa Conguaglio taġixxi fuq struzzjonijiet mill-AEEG. B’mod partikolari, tieħu ħsieb il-flussi finanzjarji relatati mat-tariffi preferenzjali tal-enerġija elettrika (il-ġbir ta’ taxxi u l-ħlasijiet lill-benefiċjarji aħħarin).

2.3.   Il-kuntest li fih kienet introdotta t-tariffa preferenzjali u kif evolviet maż-żmien

(28)

Biex wieħed jevalwa t-tariffa Alcoa li hi s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li jiġi rikostruwit il-kuntest li fih ġiet introdotta u kif evolviet biż-żmien.

2.3.1.   L-introduzzjoni tat-tariffa: Id-deċiżjoni Alumix tal-1996

(29)

Fid-bidu tas-snin disgħin, bħala parti mil-likwidazzjoni tal-konglomerat Statali EFIM (16), il-produttur Taljan tal-aluminju Alumix ġie ristrutturat, privatizzat u mibjugħ lil Alcoa. Alumix kienet topera żewġ funderiji tal-aluminju primarju wieħed f’Portovesme (Sardegna) u ieħor f’Fusina (il-Veneto).

(30)

L-akkwist ta’ Alumix minn Alcoa sar bil-kundizzjoni li ENEL, il-fornitur statali tal-elettriku, jipprovdi tariffa preferenzjali għall-forniment tal-enerġija elettrika liż-żewġ funderiji.

(31)

It-tariffa preferenzjali favur Alcoa ġiet stabbilita mid-Digriet Ministerjali tad-19 ta’ Diċembru 1995 (minn hawn il-quddiem: “id-digriet tal-1995”). Dan id-digriet stipula li Alcoa kellha tibbenifika minn tariffa preferenzjali skont id-Deċiżjoni CIP 13/1992 sal-aħħar tal-2005 (17). Wara dik id-data, it-trattament ta’ Alcoa kellu jinġieb fuq l-istess livell ta’ klijenti tal-elettriku oħrajn.

(32)

It-tariffa preferenzjali kienet ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-każ C38/92. Fid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 1996 (18) (minn hawn ‘il quddiem: “id-deċiżjoni Alumix”), il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li dan ma kienx jikkonsisti f’għajnuna mill-Istat abbażi tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija fil-qosor hawn taħt.

(33)

Fil-kwadru tal-arranġament li qed jiġi kkunsidrat, l-Istat iffissa t-tariffa applikata lil Alcoa, u ENEL, l-uniku fornitur tal-enerġija elettrika dak iż-żmien fl-Italja, fornixxa lil Alcoa l-enerġija elettrika bit-tariffa stabbilita. Il-prezzijiet għaż-żewġ funderiji kienu ġew iffissati għal għaxar snin. Għal Sardegna, kienet ġiet iffissata tariffa ta’ ITL 36,3/kWh fl-1996 u kellha tiżdied bil-mod sa ma tilħaq ITL 39,6/kWh fl-2005. Għall-Veneto it-tariffa kellha tilħaq ITL 39,90/kWh fl-2005. Maqlubin f’Euro, dawn il-prezzijiet ivarjaw bejn EUR 18 u EUR 20/MWh.

(34)

F’dak iż-żmien ENEL kienet entità monopolistika (19) statali li tiddistribwixxi l-enerġija elettrika. Għaldaqstant il-Kummissjoni eżaminat jekk ENEL kinetx qed taġixxi bħala operatur tas-suq razzjonali fl-applikazzjoni tal-prezz stabbilit għal Alcoa.

(35)

Il-Kummissjoni studjat is-sitwazzjoni tal-forniment tal-enerġija elettrika fiż-żewġ reġjuni kkonċernati tul perjodu ta’ għaxar snin koperti bl-applikazzjoni tat-tariffa preferenzjali. Innutat li f’Sardegna u fil-Veneto is-suq tal-enerġija elettrika kien ikkaratterizzat minn kapaċità żejda ta’ ġenerazzjoni ta’ elettriku li x’aktarx ma kinetx se tisparixxi fl-għaxar snin ta’ wara. Innutat ukoll li kien impossibbli għall-produtturi li jesportaw l-enerġija elettrika minn dawn ir-reġjuni minħabba li ma kienx hemm biżżejjed interkonnettività mal-Italja kontinentali fil-każ ta’ Sardegna u minħabba nuqqas ta’ domanda mir-reġjuni ġirien fil-każ tal-Veneto (20).

(36)

F’din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li klijent industrijali kbir bħal Alcoa kellu saħħa qawwija biex jinnegozja fil-konfront ta’ ENEL minħabba li l-għeluq taż-żewġ funderiji, li kienu fost l-aħjar klijenti ta’ ENEL fl-Italja, kien jikkaġuna kapaċità żejda ikbar u kien jibgħat l-istruttura tal-prezzijiet ta’ ENEL kienet tmur għall-agħar. Għaldaqstant, kien fl-interess ekonomiku ta’ ENEL li tforni l-enerġija elettrika bi prezz partikolarment baxx lill-funderiji ta’ Portovesme u Fusina.

(37)

Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li fornitur razzjonali tal-enerġija elettrika kien ikun lest ibiegħ bi prezz li jkopri l-ispejjeż marġinali medji tal-produzzjoni, ikkalkulati abbażi tat-taħlita effettiva tal-fuwil utilizzat mill-impjanti tal-enerġija fir-reġjun ikkonċernat, kif ukoll kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi. Irriżulta li l-prezz stabbilit għal Alcoa kien jikkonforma ma’ dawn il-kriterji.Għal dak li għandu x’jaqsam maż-żiediet annwali modesti tal-prezz ta’ Alcoa previsti għall-għaxar snin ta’ wara, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrathom ġustifikati skont il-previżjoni li l-prezz marġinali tal-produzzjoni ta’ ENEL kellu jonqos tul is-snin grazzi għal titjib fit-taħlita tal-fjuwil u fit-teknoloġiji tal-produzzjoni.

(38)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li meta kkonċediet it-tariffa ENEL kienet qed iġġib ruħha ta’ operatur tas-suq razzjonali u għalhekk iddikjarat li l-miżura ma kinetx tikkostitwixxi għajnuina mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE.

2.4.   Trasformazzjoni tat-tariffa ta’ Alcoa fi “ħlas tas-sistema ġenerali” u tibdil importanti fil-mekkaniżmu finanzjarju

(39)

Fis-snin immedjatament wara d-deċiżjoni Alumix, is-sistema Taljana tal-elettriku ġiet ristrutturata fid-dawl tal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-enerġija elettrika tal-UE (21).

(40)

Fl-1997 it-tariffa elettrika standard (22) ġie ristrutturata u maqsuma f’komponenti tariffarji (23). It-tariffa ta’ Alcoa għaddiet mill-ewwel bidla. Il-prezz Alumix, li qabel ir-riforma kien ċifra globali, ġie sseparat f’diversi komponenti tariffarji sabiex ikun jista’ jiġi adattat għall-istruttura tariffarja ġdida. Il-komponenti tariffarji applikabbli għal Alcoa tnaqqsu b’mod li l-prezz aħħari kien jikkorrispondi eżattament ma’ dak tad-deċiżjoni Alumix. F’dak l-istadju, ENEL, bħala l-uniku fornitur ta’ enerġija elettrika fl-Italja, kien għadu jikkonċedi t-tariffa direttament: kien japplika l-prezz Alumix għal Alcoa mingħajr ma jirċievi ebda kumpens għall-fornimenti lill-impriża.

(41)

Fl-1999, meta l-Italja ttrasponiet l-ewwel Direttiva ta’ liberalizzazzjoni tal-UE (24), spiċċa l-monopolju ta’ ENEL bħala fornitur tal-enerġija elettrika fl-Italja u inqasmet f’diversit entitajiet.

(42)

Fis-sena 2000 l-Itlja ddeċidiet li tinkludi t-tariffa Alumix fost ‘il-ħlasijiet ġenerali tas-sistema tal-elettriku’ (25). Dan l-istatus ġdid wassal għall-ewwel bida sinifikattiva tal-mekkaniżmu finanzjarju tat-tariffa Alumix. Filwaqt li fil-passat ENEL kienet tbiegħ l-enerġija elettrika direttament lil Alcoa, abbażi tal-mekkaniżmu l-ġdid (26) irċeviet il-prezz ordinarju sħiħ applikat lill-klijenti industrijali kbar, u konsumaturi oħra tal-enerġija elettrika fornew il-fondi meħtieġa biex jiggarantixxu li Alcoa tkompli tħallas il-prezz Alumix.Fil-prattika, lil Alcoa nominalment ġie applikat il-preżż sħiħ, iżda l-impriża ibbenefikat minn skont dirett fuq il-kont. ENEL iffinanzjat dan l-iskont grazzi għal introjtu minn ħlas parafiskali ġdida fuq komponent A4 tat-tariffa elettrika u mħallas mill-utenti kollha (27). Fl-2002 Alcoa ikkonkludiet kuntratt bilaterali mal-ENEL għal prezz nominali li kien jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għat-tariffa standard applikata minn ENEL għall-forniment tal-elettriku b’vultaġġ għoli.

(43)

Bidla oħra sinifikanti seħħet fl-2004 bl-adozzjoni minn naħa ta’ AEEG tar-riżoluzzjoni Nru. 148/04, li fdat il-ġestjoni amministrattiva kollha tat-tariffa lill-Cassa Conguaglio. Abbażi ta’ din is-sistema, ENEL ma baqgħetx iżżomm il-dħul mill-komponent A4, iżda kienet tgħaddih kollu kemm hu lill-Cassa Conguaglio li kienet tagħmel il-kalkoli u tirrimborsa lil Alcoa. Fil-prattika, permezz ta’ dan il-mekkaniżmu Alcoa kienet qed tħallas il-prezz maqbul kontrattwalment ma’ ENEL u kienet tirċievi ex post mill-Cassa Conguaglio kontribut ta’ kumpens li kien jippermettilha tibqa’ tħallas il-prezz Alumix. Għal Alcoa dan il-mekkaniżmu amministrattiv ġdid daħal fis-seħħ f’Settembru 2004 u għadu japplika sal-lum (28).

2.5.   L-ewwel proroga kkontestata dwar it-tariffa Alcoa

(44)

Bid-Digriet tal-2004, il-gvern Taljan estenda sat-30 ta’ Ġunju 2007 it-tariffa preferenzjali għall-enerġija elettrika stabbilita mid-Digriet tad-19 ta’ Diċembru 1995 għall-“forniment tal-enerġija elettrika għall-produzzjoni tal-aluminju, ċ-ċomb, fidda u ż-żingu limitati għal impjanti li diġà jeżistu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet u li jinsabu f’territorju insulari u li huma kkaratteizzat minn nuqqas jew insuffiċenza ta’ mezzi ta’ kollegament mal-grid nazzjonali tal-elettriku u l-gass” (29).

(45)

Fil-prattika id-Digriet tal-2004 kien immirat (a) biex jipproroga t-tariffa eżistenti applikabbli għal Alcoa sa Ġunju 2007 u (b) biex jestendi l-istess trattament għal impriżi oħra sitwati f’Sardegna: Portovesme, ILA u Euroallumina.

(46)

Il-proroga tat-tariffa Alcoa stabbilita mid-Digriet tal-2004 ġiet implimentata, fil-livell regolatorju, permezz tad-Deċiżjoni AEEG Nru 148/04, li anke introduċiet il-bidliet fil-mekkaniżmu finanzjarju deskritti hawn fuq fil-premessa (43).

(47)

Din l-ewwel proroga hija s-suġġett tal-proċediment ta’ investigazzjoni formali mibdija rigward id-Digriet tal-2004 fl-ambitu tal-każ C38/04 (30). Skont l-Italja (31), id-Digriet 2004 ma ġiex implimentat fir-rigward ta’ Alcoa, li kompliet tibbenefika mit-tariffa skont il-bażi legali oriġinali, jiġifieri d-Digriet tal-1995.

2.6.   It-tieni proroga kkontestata dwar it-tariffa Alcoa

(48)

Permezz tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi Nru 80/2005 l-awtoritajiet Taljani estendew sal-2010 it-tariffa preferenzjali favur Alcoa fil-kundizzjoinjiet tariffarji li kienu fis-seħħa fil-31 ta’ Diċembru 2004 (32). Għall-finijiet tal-Liġi Nru 80/2005, il-proroga tat-tariffa kellha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Madanakollu, id-data sussegwentement inbidlet għall-1 ta’ Jannar 2006 permezz tad-Deċiżjoni AEEG Nru 286/05 fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali.

(49)

Sabiex jiġi determinat il-prezz li Alcoa kellha tħallas wara l-2005, il-Liġi Nru 80/2005 introduċiet indiċi bħala mekkaniżmu li bih, mill-1 ta’ Jannar 2006, il-prezz preferenzjali (jiġifieri l-prezz stabbilit bid-Deċiżjoni Alumix għas-sena 2005) kellu jiżdied b’4 % fis-sena, jew, jekk dan il-valur jirriżulta iktar għoli, biż-żieda perċentwali medja tal-prezzijiet irreġistrati fil-Boroż tal-enerġija elettrika f’Amsterdam u fi Frankfurt (33).

(50)

Madanakollu, wara li saru konsultazzjonijiet mal-benefiċjarji, l-AEEG tat interpretazzjoni differenti mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament. Id-deċiżjoni AEEG Nru 217/05 stipulat fil-fatt li ż-żieda annwali tat-tariffa kellha ssegwi l-prezzijiet medji bl-ingrossa, iżda mingħajr ma taqbeż l-4 %.Dan il-mekkaniżmu ta’ aġġornament fil-fatt irriżulta f’żidiet annwali iktar baxxi tat-tariffa preferenzjali meta mqabbla ma’ dak li kien oriġinarjament previst mill-liġi.

(51)

It-tieni proroga hija s-suġġett tal-proċediment ta’ investigazzjoni formali li nbdiet fil-kwadru tal-Każ C36/06. Meta l-Kummissjoni fetħet il-proċediment ta’ investigazzjoni formali rigward l-Artikolu 11(12) tal-Liġi 80/2005, l-AEEG, bid-Deċiżjoni Nru 190/06, għamlet pagamenti skont il-Liġi 80/2005 bil-kundizzjoni li Alcoa tipprovdi garanzija bankarja jew garanzija minn parent company biex tkopri r-riskju tal-irkupru tal-għajnuna.

(52)

Il-pagamenti li għamlet il-Cassa Conguaglio lil Alcoa bejn Jannar 2006 u Jannar 2009 huma indikati fit-tabella hawn taħt. Iċ-ċifri għas-sena 2009 mhumiex kompleti, minħabba li jirriflettu biss pagamenti mħallsa f’Jannar 2009, filwaqt li Alcoa rċeviet ukoll ħlasijiet matul ix-xhur ta’ wara.

(f’EUR)

 

2006

2007

2008

2009

Fusina (Veneto)

38 984 539,22

36 978 386,83

449 534 611,10

3 776 733,70

Portovesme (Sardegna)

133 556 933,73

121 087 555,95

160 529 510,20

12 365 849,45

Total

172 541 472,95

158 065 942,78

210 064 121,30

16 142 583,15

3.   DEĊIŻJONI BIEX JINBEDA PROĊEDIMENT TAĦT L-ARTIKOLU 88(2), TAT-TRATTAT TAL-KE

(53)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċediment ta’ investigazzjoni formali kienet ibbażata fuq dawn ir-raġunijiet:

3.1.   Każ C 38/A/04

(54)

Il-Kummissjoni kklassifikat it-tariffi li ġew introdotti mid-Digriet tal-2004 bħala għajnuna operazzjonali u evalwat jekk din l-għajnuna setgħetx tiġi awtorizzata fuq il-bażi tal-linji gwida għal għajnuna reġjonali mill-Istat (34), minħabba li fl-2004 Sardegna kien reġjun assistit skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-possibbiltà ta’ awtorizzazzjoni tal-għajnuna fuq dik il-bażi minħabba li tali għajnuna ad hoc mogħtija lil numru limitat ta’ impriżi, ma kienx jidher li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali.

(55)

Rigward il-każ speċifiku ta’ Alcoa, il-Kummissjoni enfasizzat li t-tariffa l-ġdida kienet tidher differenti mit-tariffa Alumix minħabba li din tal-aħħar kienet ingħatat mill-ENEL, il-fornitur Taljan bil-monopolju tal-enerġija elettrika, filwaqt li t-tariffa l-ġdida kienet tinvolvi l-intervent selettiv tal-Istat biex jikkumpensa għad-differenza bejn il-prezz tas-suq maqbul mal-produttur tal-elettriku u l-prezz preferenzjali ffissat fl-1996.

(56)

Barra minn hekk il-Kummissjoni esprimiet id-dubju li l-miżura setgħet ikollha l-effett li naqqas il-livell tat-tassazzjoni applikabbli għall-imrpiżi. Tali tnaqqis kien jeħtieġ bażi ġuridika fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura Komunitarja dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (35).

3.2.   Każ C 36/B/06

(57)

Id-Deċiżjoni tal-2006 li jinbeda proċediment ta’ investigazzjoni formali kienet tiffoka speċifikament fuq it-tariffa Alcoa (36). Il-Kummissjoni nnutat li l-kwadru regolamentarju u l-kundizzjonijiet tas-suq f’dak iż-żmien tad-deċiżjoni Alumix kienu ferm differenti minn dawk li kienu prevalenti fiż-żmien kopert mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. B’mod partikolari, is-suq tal-elettriċità ġie liberalizzat u l-ġestjoni tal-iskema tħalliet f’idejn il-Cassa Conguaglio. Għaldaqstant il-Kummissjoni dehrilha li kien meħtieġ eżami mill-ġdid tal-għajnuna mill-Istat fit-tariffa Alcoa.

(58)

Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li t-tariffa kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għar-raġuni li (a) it-tnaqqis tat-tariffa tal-elettriku kienet tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku; (b) id-deċiżjoni li tingaħata t-tariffa kienet ittieħdet mill-awtoritajiet Taljani u kienet ġiet iffinanzjata permezz ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ taxxa parafiskali; (c) il-miżura kienet thedded li taltera l-kompetizzjoni u (d) kienet timpatta l-kummerċ interkomunitarju minħabba li l-aluminju huwa kkummerċjat fis-swieq dinjin. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-miżura bħala għajnuna operazzjonali.

(59)

Il-Kummissjoni barra minn hekk iddikjarat li l-konklużjoni ta’ qabel, li t-tariffa Alumix ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ma kinetx trendi l-miżura l-ġdida bħala għajnuna eżistenti. L-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-Alumix, ibbażata fuq il-valutazzjoni ekonomika taċ-ċirkustanzi f’dak il-mument, kienet limitata fil-ħin u ma setgħetx tkopri l-proroga tat-tariffa skont il-Liġi Nru 80/2005.

(60)

Għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà, il-Kummissjoni evalwat jekk it-tariffa preferenzjali setgħetx tiġi awtorizzata abbażi tal-linji gwida dwar għajnuna reġjonali mill-Istat.

(61)

Rigward l-impjant tal-Veneto, il-Kummissjoni nnutat li ma kienx f’reġjun eliġibbli għal għajnuniet skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE, u għaldaqstant ma kienx eliġibbli għal għajnuniet b’intenzjoni ta’ għajnuna reġjonali.

(62)

Sardegna kienet reġjun megħjjun skont l-Artikolu 87(3)(a) sal-aħħar tal-2006. Madanakollu, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-possibbiltà li tawtorizza l-miżura abbażi tal-linji gwida dwar Għajnuna Reġjonali mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien (37).

(63)

Minkejja l-insistenza tal-Italja fuq il-fatt li l-prezzijiet għoljin tal-elettriku f’Sardegna kienu ta’ ostakolu għall-iżvilupp tal-gżira, il-Kummissjoni sabet li l-Italja ma ppruvatx l-eżistenza ta’ prezzijiet għoljin b’mod sinifikanti f’Sardegna, in ġenerali jew partikolarment għall-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku (l-Italja ma fornietx informazzjoni fuq il-kuntratti bilaterali li saru bejn l-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku u l-fornituri tagħhom, bl-ispjega li din l-inforamzzjoni ma kinetx ta’ dominju pubbliku). Barra minn hekk, l-Italja ma spjegatx għal liema raġuni prezzijiet għoljin jikkostitwixxu żvantaġġ reġjonali lanqas b’liema mod it-tariffa kienet tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali. Il-Kummissjoni fakkret li fil-Kawża C34/02 (38) ma kinetx aċċettat li n-nuqqas ta’ konċessjonijiet rigward l-elettriku f’Sardegna seta’ jiġi kkunsidrat ostakolu għall-iżvilupp tal-PMI fir-reġjun (u ħadet deċiżjoni negattiva). Għaldaqstant il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-ħtieġa tal-għajnuna.

(64)

Barra minn hekk il-Kummissjoni esprimiet dubji li tali għajnuna ad hoc proporzjonali mal-iżvantaġġi reġjonali, anke jekk wieħed jikkunsidra l-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-prezz preferenzjali, li ma kellu xejn x’jaqsam mal-prezzijiet imħaddma fil-kumplament tal-Italja.

(65)

Il-Kummissjoni nnutat li l-għajnuna ma kinetx qed tonqos f’termini reali peress li kien hemm il-limitu ta’ 4 % impost fuq iż-żjieda tat-tariffa.

(66)

Rigward il-perjodu kopert mill-linji gwida dwar Għajnuna Reġjonali mill-Istat 2007-2013 (39), il-Kummissjoni nnutat li Sardegna ma kinetx se tibqa’ tikkwalifika għal għajnuniet reġjonali abbażi tal-Artikolu 87(3)(a), tat-Trattat tal-KE, u b’mod partikolari għal għajnuniet operazzjonali. Ikkunsidrat li filwaqt li seta’ jiġi awtorizzat perjodi transitorju ta’ sentejn, abbażi tal-linji gwida reġjonali, sabiex issir l-eliminazzjoni gradwali tal-iskemi ta’ għajnuna operazzjonali fis-seħħ, ma kienx jidher xieraq li jitħallew jiġu introdotti għajnuniet ġodda operazzjonali għal ftit xhur kif ukoll fid-dawl tal-fatt tad-dubji li tqajmu u tan-natura tal-għajnuna ti tikkawża distorsjoni.

(67)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji għal dak li għandu x’jaqsam mal-possibbiltà li tawtorizza tariffa preferenzjali għal Alcoa kemm bħala għajnuna reġjonali jew abbażi ta’ xi raġuni oħra, li f’kull każ l-Italja ma rnexxilhiex tidentifika.

3.3.   L-appell ta’ alcoa kontra d-deċiżjoni tal-2006 li jinbdew proċedimenti

(68)

Id-deċiżjoni tal-2006 dwar il-bidu ġiet sfidata minn Alcoa quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza. Fil-25 ta’ Marzu 2009 il-Qorti tat sentenza (minn hawn ‘il quddiem “is-sentenza tal-Qorti”) li kkonfermat id-deċiżjoni dwar il-ftuħ u ċaħdet l-argumenti ta’ Alcoa fl-intier tagħhom (40).

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(69)

L-istedina tal-Kummissjoni sabiex jiġu ppreżentati kummenti dwar iż-żewġ deċiżjonijiet li jinfetaħ il-proċediment ta’ investigazzjoni formali qanqlet reazzjonijiet min-naħa ta’ Alcoa u minn partijiet terzi. Hawnhekk huwa inkluż biss is-sommarju tal-kummenti li jappartjenu lil Alcoa.

4.1.   Kummenti minn alcoa

4.1.1.   Każ C 38/A/04

(70)

Skont Alcoa, it-tariffa hija intiża biex tindirizza falliment tas-suq, u b’mod partikolari l-inkapaċità tas-suq tal-enerġija elettrika li ġie liberalizzat dan l-aħħar li jforni prezzijiet kompetittivi minħabba l-qawwa tas-suq tal-operaturi tradizzjonali. Dan il-falliment tas-suq għandu jkun partikolarment evidenti f’Sardegna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kienu jkunu meħtieġa inizjattivi ta’ azzjoni regolatorja, anke taħt forma ta’ skemi tariffarji, biex jakkumpanjaw it-transizzjoni mill-monopolju għal kompetizzjoni sħiħa.

(71)

L-analiżi ġuridika ta’ Alcoa tinsisti fuq il-fatt li t-tariffa ma tikkostitwix għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, minħabba li ċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw id-deċiżjoni tal-1996 li ma jkunx hemm għajnuna fil-każ ta’ Alumix kienu jkunu xorta waħda validi. B’mod partikolari, it-tariffa ma kinetx tagħti vantaġġ, il-metodu ta’ finanzjament tagħha ma kinetx tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u, meta wieħed jikkunsidra il-karatteristiċi tal-kummerċ tal-aluminju primarju, it-tariffa ma kinetx tinċidi fuq il-kummerċ intrakomunitarju, u lanqas toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(72)

Barra minn hekk Alcoa ssostni li anke jekk il-miżura kienet ikklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, it-tariffa ta’ Sardegna kienet tkun kompatibbli mar-regoli ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat.

4.1.2.   Każ C 36/B/06

(73)

Alcoa tissottometti li t-tariffa toffri rimedju għall-falliment tas-suq, li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat, li f’kull każ kienet tikkostitwixxi għajnuna diġà eżistenti u mhux għajnuna ġdida u li l-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi kien jipprekludi l-irkupru.

(74)

Alcoa tipprovdi ħafna informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċ tal-aluminju. Il-produzzjoni tal-aluminju primarju (smelting) huwa l-iktar proċess li jikkonsma enerġija mill-proċessi kollha (b’konsum ta’ 15-il KWh għal kull kilo ta’ aluminju). Fil-livell dinji, il-produzzjoni ta’ aluminju primarju fl-2006 kienet ta’ madwar 33,7 miljun tunnellata, li minnhom 4,5 miljuni biss kienu prodotti fiż-ŻEE. L-UE 25 u ż-ŻEE huma importaturi netti sinifikanti tal-aluminju primarju. Fl-2006 l-UE 25 importat 4,7 miljun tunnellata u huwa previst li l-importazzjonijiet se jilħqu l-5,5 miljun tunnellata fl-2010. Fl-2006 l-industrija tal-aluminju fl-UE 25 kienet timpjega 106 000 persuna direttament (41) u madward 300 000 persuna indirettament. Fiż-żmien meta Alcoa ppreżentat il-kummenti tagħha, fl-UE 25 kienu joperaw 22 funderija tal-aluminju primarju (31 fiż-ŻEE), u kollha f’kapaċità sħiħa.

(75)

L-aluminju primarju huwa prodott bażiku u l-prezz ta’ referenza tiegħu huwa stabbilit fil-Metal Exchange ta’ Londra. Iż-żewġ funderiji Taljani ta’ Fusina u Portovesme jipproduċu madwar 200 000 tunnellata. Skont Alcoa, din il-produzzjoni limitata mhix kapaċi jkollha effett fuq il-prezzijiet tal-aluminju primarju.

4.1.2.1.   Ftehimiet dwar il-forniment tal-enerġija elettrika huma indispensabbli

(76)

L-enerġija elettrika hija l-ispiża prinċipali għall-produzzjoni tal-aluminju primarju. Skont Alcoa il-funderiji jistgħu jiffunzjonaw biss jekk ikunu ġew konklużi ftehimiet fit-tul mal-produtturi tal-enerġija elettrika. Ftehimiet fit-tul li huma cost-based għad jistgħu isiru ma bejjiegħa li huma disposti jagħmlu dan, kif juri l-ftehim stipulat minn Alcoa fl-Islanda (42). Madanakollu, skont Alcoa fin-nuqqas ta’ ftehimiet kuntrattwali li huma cost-based il-funderiji kellhom jagħlqu. Mill-2003 ‘l hawn, fl-UE 25 għalqu tliet funderiji għal din ir-raġuni u ġew imħabbra pjani oħra ta’ għeluq. Alcoa tikkonkludi li mingħajr il-proroga tat-tariffa, kienet tkun sfurzata tagħlaq fil-pront iż-żewġ impjanti Taljani f’Fusina (Veneto) u Portovesme (Sardegna).

(77)

Alcoa tenfasizza li l-gvernijiet ta’ diversi Stati Membri qed jinkoraġġixxu li jiġu konklużi kuntratti ta’ fornitura fit-tul li huma cost-based bejn il-konsumaturi industrijali u l-produtturi tal-enerġija elettrika, fid-dawl tal-fatt li s-swieq tal-elettriku mhux qed jiffunzjonaw kif suppost. Dawn is-soluzzjonijiet huma kkunsidrati meħtieġa bħala miżuri temporanji biex jiggarantixxu prezzijiet ekwi u biex jiġi evitat l-għeluq fl-industrija. Alcoa tipprovdi deskrizzjoni qasira tal-miżuri adottati minn: il-Finlandja (konsorzji li jinvestu f’reattur nukleari ġdid, b’off-take rights bi prezz marbut mal-ispejjeż tal-produzzjoni), il-Ġermanja (skont ta’ 35-50 % fuq l-ispejjeż ta’ trażmissjoni, kif ukoll tnaqqis fil-ħlas relatat mal-enerġija rinnovabbli għall-utenti industrijali kbar), Spanja (tariffa regolati), Franza (konsorzji tal-utenti l-kbar li qed jinvestu f’impjanti nukleari ġodda, tariffi “ta’ ritorn” regolati), l-Isvezja (konsorzji għal investimenti f’impjanti ġodda), il-Belġju (konsorzju għall-akkwisti).

(78)

Alcoa tenfasizza li l-istess Kummissjoni tirrikonoxxi, fl-inkjesta dwar is-settur tal-enerġija (43) li s-swieq tal-elettriku fl-Ewropa ma jiffunzjonawx kif suppost. Alcoa wkoll telenka sensiela ta’ inizjattivi adottati jew imħabbra mill-Kummissjoni fis-settur tal-enerġija, bħall-ħidma tal-High Level Group dwar l-Enerġija, il-kompetittività u l-Ambjent (44).

4.1.2.2.   It-tariffa ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat

(79)

Alcoa tinsisti li t-tariffa mhix għajnuna mill-Istat minħabba li: (a) ma hu verifikat ebda tibdil sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li t-tariffa Alumix ma kinetx tagħti vantaġġ; b’mod partikolari il-prezz imħallas minn Alcoa jkompli jkun koerenti mal-parametri indikati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni Alumix; (b) il-miżura ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni u għandha effetti fuq il-kummerċ intrakomunitarju; u (c) skont il-każistika tal-qrati Komunitarji, il-miżura ma tinvolvix it-trasferiment ta’ riżorsi Statali.

4.1.2.3.   Ebda vantaġġ

(80)

Alcoa tgħid li fl-evalwazzjoni tal-preżenza ta’ vantaġġ, huwa importanti ħafna li jiġi stabbilit jekk il-prezz imħallas lil Alcoa kienx inqas għal dak normali tas-suq. Alcoa tinsisti li l-prezz speċjali huwa ekwilvalenti għal dak li l-impriża kieku kellha tħallas f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jew inkella f’suq totalment kompetittiv. Fil-każ Alumix, il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni li, f’suq totalment kompetittiv, fornitur tal-enerġija elettrika privat kien ibigħ l-enerġija lill-aħjar klijenti tiegħu għall-ispiża marġinali miżjuda b’kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi u li l-Istat seta’ jiffissa tariffi bbażati fuq l-istess kriterji. Skont Alcoa, il-każ preżenti jrid jiġi ttestjat fuq jekk il-prezzijiet imħallsa minn Alcoa kinux iktar jew inqas mill-ispejjeż marġinali tal-fornitur tal-enerġija elettrika (miżjuda b’kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi). Alcoa tippreżenta l-kalkoli biex issostni din it-teżi.

(f’EUR/MWh)

 

2005

2006

Sardegna

Tariffa speċjali applikabbli għal Alcoa f’Portovesme

24,94

25,90

Prezz bl-ingrossa minimu għar-reġjun ta’ Sardegna (IPEX)

20,02

21,0

Veneto

Tariffa speċjali applikabbli għal Alcoa f’Fusina

25,7

27,1

Prezz bl-ingrossa minimu għar-reġjun tat-Tramuntana tal-Italja

20,02

21,0

(81)

Kemm għal Sardegna kif ukoll għall-Veneto, Alcoa tutilizza l-prezzijiet minimi IPEX (EUR 20,2 u EUR 21,0 MWh fl-2005 u fl-2006) bħala approssimazzjoni tal-ispejjeż marġinali tal-ġeneraturi, minħabba li ebda fornitur ma kien lest ibiegħ l-enerġija fis-swieq immedjati bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż marġinali tagħhom u għalhekk il-prezzijiet immedjati minimi kienu jkunu iktar mill-ispejjeż marġinali għall-produzzjoni. Skont il-kumpanija huwa possibbli tikkonferma l-affidabbiltà tal-prezzijiet minimi ta’ hawn fuq billi wieħed jikkomparahom mal-ispejjeż marġinali standard għall-impjanti tal-elettriku mħaddma bil-faħam, li Alcoa tikkalkula EUR 20/MWh.

(82)

Fil-qosor, skont Alcoa, fil-Veneto kif ukoll f’Sardegna il-metodi indikati fil-premessi (80) u (81) għandhom jikkonfermaw li l-prezzijiet imħallsa minn Alcoa huma koerenti mal-kriterji stipulati fid-deċiżjoni Alumix.

(83)

Alcoa tikkontesta l-użu preżunt min-naħa tal-Kummissjoni tal-prezzijiet medji IPEX bħala parametru biex tevalwa l-preżenza ta’ vantaġġ. Alcoa tissottometti li l-prezz medju IPEX mhuwiex rappreżentattiv tal-prezz imħallas minn konsumatur industrijali kbir bħal Alcoa, li tikkonsma l-elettriku 24 siegħa kuljum u li ma takkwistax l-elettriku fis-suq immedjat, iżda tikkonkludi kuntratt bilaterali għal fornitura fit-tul.

(84)

Barra minn hekk, Alcoa tissottometti li ENEL tgawdi minn pożizzjoni dominanti fil-forniment tal-enerġija elettrika kważi kullimkien fl-Italja. F’Sardegna, b’mod partikolari, ENEL hija protetta mill-kompetizzjoni permezz ta’ fornituri li mhumiex Sardi b’riżultat tal-kapaċità limitata ta’ interkonnettività bejn Sardegna u l-Italja kontinentali. Għaldaqstant fl-Italja għalissa la s-suq immedjat u lanqas is-suq għal ftehimiet ta’ forniment fit-tul ma huma kkaratterizzati minn struttura effettiva kompetittiva. Għalhekk, il-prezzijiet applikati minn ENEL lil Alcoa jirriflettu l-prezzijiet li normalment jipprevalu f’suq totalment kompetittiv f’Sardegna u fil-Veneto.

(85)

Fl-aħħar, Alcoa tissottometti li l-prezzijiet li ħallset fl-Italja għadhom jikkonformaw għal kollox mal-kriterji ffissati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni Alumix u jirriflettu b’mod preċiż dak li jiġri kieku s-suq kellu jiffunzjona kif suppost. Għaldaqstant, Alcoa mhix tibbenefika minn vantaġġ li ma kinetx tibbenefika minnu f’suq totalment kompetittiv.

4.1.2.4.   Ebda impatt fuq il-kummerċ

(86)

Alcoa tissottometti li t-tariffa ma għandha ebda impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju u ma tistax tgħawwġ il-kompetizzjoni. Il-prezz tal-aluminju primarju huwa stabbilit mill-Metal Exchange ta’ Londra u l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni lokali ma jittraduċux f’differenzi fil-prezz. Il-produzzjoni tal-aluminju primarju fl-Italja hija tant baxxa, skont Alcoa, li ma tistax tagħmel impatt fuq l-prezzijiet dinjin.

(87)

It-talba għall-aluminju primarju fl-UE 25 żdiedet b’mod kostanti (it-talba żdiedet bi 42 % bejn l-1996 u l-2005). Madanakollu, il-produzzjoni Ewropea ma segwietx bl-istess pass. Fl-2004 41 % biss tad-domanda tal-UE 25 kienet koperta mill-produzzjoni fl-UE 25 meta mqabbel ma’ 50 % fl-1996. Madanakollu kien hemm defiċit ta’ produzzjoni dejjem jiżdied fl-UE, filwaqt li t-talba baqgħu jissodisfawha esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(88)

Alcoa tikkontendi li jekk l-industrija tal-aluminju fl-Italja tisparixxi, ebda operatur ġdid Taljan jew mill-UE ma jista’ jissostitwixxi l-kapaċità li tkun għalqet fl-Italja, minħabba li l-impjanti fl-UE diġà qed joperaw f’kapaċità sħiħa u, meta wieħed jikkunsidra li l-prospettivi fit-tul huma inċerti rigward id-disponibbiltà ta’ enerġija elettrika bi prezzijiet raġonevoli, ebda produttur ġdid jew li diġà jeżisti ma jkollu l-inċentiv li jkabbar il-kapaċità tiegħu.

(89)

Barra minn hekk, Alcoa tgħid li l-interessi tal-produtturi Ewropej l-oħra mhumiex mhedda jekk jitkomplew it-tariffi fl-Italja, minħabba li dawn iwasslu l-enerġija elettrika bi prezz li huwa marġinalment biss irħas mill-prezz medju peżat li jħallsu l-produtturi tal-aluminju primarju fl-EU 25.

(90)

Tqabbil tat-tariffi medji tal-funderiji

(f’EUR/MWh)

 

2002

2003

2004

2005

Tariffa medja peżata tal-funderiji fl-Italja

22,0

23,4

24,2

25,1

Tariffa medja peżata tal-funderiji fl-UE 25

24,9

24,0

25,1

26,4

Tariffa medja peżata tal-funderiji fiż-ŻEE

21,4

21,2

22,0

23,3

Tariffa medja peżata tal-funderiji dinjin

21,1

19,3

19,4

21,2

4.1.2.5.   Ebda riżorsi tal-Istat

(91)

Alcoa tibbaża fuq il-każistika Preussen-Elektra  (45) u Perle  (46) biex tissostanzja t-teżi li l-miżura fil-kwistjoni mhix iffinanzjata minn riżorsi Statali. Alcoa tgħid li l-fondi meħtieġa għall-finanzjament tat-tariffa huma trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) lil entità privata (Alcoa), filwaqt li r-rwol tal-Istat huwa limitat għall-adozzjoni ta’ liġi li timponi l-ħlas tal-ammonti ta’ flus mitluba, mingħajr ebda poter diskrezzjonali li jiddisponi mill-fondi għajr fl-implimentazzjoni tal-iskema prevista mill-liġi. B’mod partikolari, skont Alcoa, il-Cassa Conguaglio ma teżerċita ebda kontroll fuq il-fondi u hija sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

4.1.2.6.   Għajnuna eżistenti iktar milli ġdida

(92)

Barra minn hekk Alcoa tissottometti li anke jekk wieħed jikkunsidra t-tariffa bħala għajnuna mill-Istat, tali miżura kienet tkun “għajnuna eżistenti” iktar milli “għajnuna ġdida”.

(93)

Alcoa tgħid li d-deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien u l-applikabbiltà tagħha ma waqfitx fil-31 ta’ Diċembru 2005. Skont Alcoa, it-teżi tal-Kummissjoni li “bidla fiċ-ċirkostanzi” qassret l-effettività tad-deċiżjoni Alumix ma treġix minħabba li la l-liberalizzazzjoni tas-suq u lanqas ir-rwol mgħoti lill-Cassa Conguaglio ma jwasslu għal kambjament sostanzjali rigward il-vantaġġ (jew pjuttost, in-nuqqas ta’ vantaġġ) li jirriżulta mill-iskema Alumix. Alcoa kompliet tħallas l-istess prezz nett wara r-riformi u dan il-prezz ma kienx jagħti vantaġġ lix-xerrej tal-enerġija, kif inhu rikonoxxut fid-deċiżjoni Alumix. Għaldaqstant ir-riformi ma kinux jikkostitwixxu “bidla fiċ-ċirkostanzi” u għalhekk dan irendi d-deċiżjoni Alumix invalida. Rigward ir-rwol mogħti lill-Cassa Conguaglio, skont Alcoa il-kambjament kien wieħed purament amministrattiv li ma kellux impatt fuq is-sustanza tal-mekkaniżmu.

(94)

Barra minn hekk Alcoa tiddikjara li anke jekk wieħed jammetti li kien hemm kambjament fiċ-ċirkustanzi, il-kumpanija xorta waħda kien ikollha dritt għal trattament ta’ “għajnuna eżistenti” fl-ambitu tal-Artikolu 1(b) u (v), l-ewwel sentenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (47) (miżuri li saru għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni). Dan tikkonfermah il-każistika taċ-Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju  (48). Il-Qorti fil-fatt stabbiliet li, ladarba l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li skema ta’ għajnuna partikolari ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-uniku mod kif din setgħet tiġi evalwata mill-ġdid huwa billi ssegwi r-regoli dwar l-għajnuniet eżistenti, u l-effet tal-evalwazzjoni mill-ġdid jista’ jkun biss pro futuro.

(95)

Skont Alcoa huwa irrelevanti jekk il-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-enerġija saritx wara li l-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjoni Alumix, ladarba l-liberalizzazzjoni ma kellhiex impatt fuq ir-raġunament bażi wara l-konklużjoni ta’ non-għajnuna (il-fatt li l-prezzijiet ikopru l-ispejjeż marġinali) u ma setgħetx tikkawża bidla fil-karattru tal-miżura. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tinvoka l-Artikolu 1(b), (v), it-tieni sentenza, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (49), biex tiddikjara l-miżura “għajnuna ġdida”. Barra minn hekk, anke jekk wieħed jassumi li l-liberalizzazzjoni lagħbet parti, Alcoa ssostni li, abbażi tal-każistika Alzetta  (50) il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża fuq l-Artikolu 1(b), (v), it-tieni sentenza tar-Regolament 659/1999.

(96)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija elettrika kienet saret qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru. 659/1999. Għalhekk dan tal-aħħar ma jistax jiġi applikat għal miżuri fis-settur tal-elettriku anke jekk dawn saru għajnuna bħala riżultat tal-liberalizzazzjoni; tali miżuri jaqgħu taħt l-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (għajnuna eżistenti) u taħt il-ġurisprudenza tal-Qorti rigward Alzetta.

4.1.2.7.   Aspettattivi leġittimi

(97)

Alcoa tkompli tissottometti li anke jekk l-iskema preżenti ma kellhiex tkun ikkunsidrata għajnuna eżistenti, il-kumpanija xorta waħda kien ikollha d-dritt tinvoka l-aspettattivi leġittimi, meta wieħed jikkunsidra l-investimenti kbar li għamlet Alcoa fiż-żewġ entitajiet bil-ftehim li t-tariffa ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna u anke minħabba l-eżistenza ta’ prassi f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jindikaw marġini ta’ diskrezzjoni fl-applikazzjoni tat-“trattament tal-għajnuna eżistenti”, b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-iskema ta’ allokazzjonijiet f’eżenzjonijiet mit-taxxa għal stabbiliment barra mill-pajjiż (51).

4.1.2.8.   Kompatibbiltà tat-tariffa f’Sardegna bħala għajnuna reġjonali

(98)

Alcoa tinsisti li, fi kwalunkwe każ, safejn għandu x’jaqsam l-impjant ta’ Sardegna, il-miżura kkontestat tissodisfa r-rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali.

(99)

Alcoa tiddeskrivi l-iżvantaġġi reġjonali ta’ Sardegna u l-problemi tal-industriji li jikkunsmaw ħafna elettriku li ġejjin min-nuqqas ta’ interkonnettività fil-forniment tal-enerġija elettrika ta’ Sardegna u mill-eżistenza ta’ duopoli ENEL/ENDESA li tgħawweġ il-proċess normali ta’ kompetizzjoni u żżomm il-prezzijiet għoljin anke għall-utenti l-kbar. It-tariffa għandha l-għan li tirrimedja dan l-iżvantaġġ.

(100)

Alcoa tenfasizza li l-għeluq tal-funderiji kien ikollu, bħala effett immedjat, it-telf ta’ 2 500 impjieg. Madanakollu, kien ikun hemm anke effett indirett fuq eluf ta’ impjiegi oħra minħabba l-pożizzjoni ta’ Alcoa waħda mill-kumpaniji li l-iktar iħaddmu nies fir-reġjun. L-impatt kien ikun iktar drammatiku fil-każ ta’ għeluq immedjat, b’kuntrast ma’ eliminazzjoni gradwali tal-attività.

(101)

Alcoa ssostni li t-tariffa twieġeb għar-rekwiżi tal-proporzjonalità, għall-fatt li hija limitata għall-bżonn li tindirizza l-falliment tas-suq (in-nuqqas ta’ suq kompetittiv f’Sardegna) u l-prezz huwa konformi mal-medja peżata tal-prezzijiet tal-elettriku li jħallsu funderiji oħrajn fl-UE 25.

(102)

Skont Alcoa ma ġiex ippruvat in-nuqqas ta’ karatteristika ta’ tnaqqis gradwali tat-tariffa. Dan għandu jiġi vvalutat imqabbel mal-ispejjeż marġinali tal-fornituri; biex turi li t-tariffa mhix qed tonqos, il-Kummissjoni jeħtiġilha tipprova żieda f’dawn l-ispejjeż. Rigward il-limitu massimu ta’ 4 % fiż-żieda inkrementali, ikkontestata mill-Kummissjoni, li ma jiggarantix it-tnaqqis tat-tariffa, Alcoa ssostni li huwa normali li l-prezz jibqa’ fiss għal ċertu perjodu. Barra minn hekk, limitu massimu għandu jirrifletti tendenza normali, u ma jieħux kont ta’ avvenimenti annormali, bħaż-żieda eċċezzjonali fi-prezzijiet taż-żejt. Fl-aħħar mill-aħħar Alcoa tosserva li l-Kummissjoni rrikonoxxiet it-tnaqqis ta’ mekkaniżmu li żamm il-vantaġġ għal bejn erba’ u ħames snin u imbagħad beda jonqos gradwalament (52).

(103)

Alcoa hija tal-fehma li t-tariffa hija transitorja għaliex ġiet iffissata għal sakemm tiġi eliminata l-problema tal-interkonnettività mat-territorju ewlieni (x’aktarx fl-2010). Barra minn hekk, it-teżi tal-Kummissjoni li skontha l-miżura ilha fis-seħħ għal iktar minn ħames snin mhix fondata meta wieħed iqis li s’issa t-tariffa ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna.

(104)

Fl-aħħar, Alcoa ssostni li l-linji gwida tal-2007 dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2007-2013 (53) mhumiex applikabbli fis-sustanza minħabba li t-tariffa ingħatat qabel l-2007 u għalhekk trid tiġi evalwata b’konformità mal-linji gwida dwar l-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali tal-1998 (54) kif indikat fid-dispożizzjonijiet transitorji tal-linjigwida tal-2007.

4.2.   Kummenti minn partijiet terzi

4.2.1.   Każ C 38/A/04

(105)

Kompetitur ta’ Portovesme Srl (55) ippreżenta analiżi tat-tariffa Alumix, u kkonkluda li t-tariffi preferenzjali kollha applikati mill-Italja f’Sardegna abbażi tad-Digriet tal-2004 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali li ma jistgħux jiġu awtorizzati bħala għajnuniet għall-funzjonament tar-reġjuni u għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli.

4.2.2.   Każ C 36/B/06

(106)

Żewġ assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-aluminju jissottomettu li t-tariffi huma meħtieġa biex ma jippermettux id-delokalizzazzjoni tal-industrija barra mill-UE sakemm jinstabu soluzzjonijiet fit-tul.

(107)

Il-kompetitur ta’ Portovesme Srl imsemmi fil-premessa (105) talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontribut tiegħu fil-Każ C 13/06 (56), anke fl-evalwazzjoni ta’ dan il-każ. Mill-ġdid il-kumpanija tikkonkludi li t-tariffi għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli.

(108)

L-Italja talbet lill-Kummissjoni biex ma tiħux kont ta’ dawn il-kummenti, li hi tikkunsidra mhux pertinenti, peress li l-każ C13/06 ma jikkonċernax l-istess materja: il-miżuri li ġew eżaminati fil-każ C13/06 kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida filwaqt li t-tariffa Alcoa kienet l-estensjoni ta’ miżura eżistenti. Barra minn hekk, it-tielet parti interessata, li mhux produttur tal-aluminju, ma tkunx effettwata direttament mill-miżura favur Alcoa.

(109)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-talba tal-Italja. Il-fatt li t-tariffa għandha sfond storiku differenti minn tariffi oħrajn ma tnaqqasx ir-relevanza tal-kummenti dwar il-kwistjoni, sakemm dawn jindirizzaw mistoqsijiet relevanti bħall-karattru tal-għajnuna tal-Istat rigward it-tariffi tal-elettriku f’Sardegna, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp reġjonali u l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, fil-kwadru ta’ investigazzjoni rigward Artikolu 88(2), tat-Trattat KE, m’hemmx bżonn li parti terza tkun milquta direttament u individwalment mill-miżura li dwarha tippreżenta l-kummenti tagħha.

5.   KUMMENTI MILL-ITALJA

5.1.   Każ C 38/A/04

5.1.1.   It-tariffa tindirizza falliment tas-suq

(110)

L-Italja tenfasizza li s-suq tal-enerġija elettrika fl-UE għadu mhux totalment kompetittiv, ħaġa li tirrikonoxxi l-istess Kummissjoni. L-impriżi, b’mod partikolari dawk li jikkunsmaw ħafna elettriku, ma jistgħux jakkwistaw elettriku b’kundizzjonijiet komparabbli fid-diversi Stati Membri.

(111)

Fl-Italja minkejja l-liberalizzazzjoni tas-settur, jeżistu nuqqasijiet strutturali (pereżempju interkonnettività insuffiċjenti) li jissarrfu fi prezzijiet għoljin għall-enerġija u fi struttura tas-suq ikkonċentrata li tagħmilha diffiċli għall-klijenti eliġibbli biex jagħżlu l-fornitur tagħhom tal-enerġija elettrika. Il-problemi huma partikolarment akuti f’Sardegna, fejn jeżistu biss żewġ fornituri. Għaldaqstant, l-Italja ssostni li sistema tariffarja li tirrifletti l-profil tad-domanda għandha tkun ikkunsidrata ġġustifikata bħala miżura regolamentarja li tixbaħ il-mekkaniżmi li suppost joperaw f’suq totalment kompetittiv. Dan l-intervent għandu jirrestawra l-bilanċ fil-kundizzjonijiet bejn l-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku u li joperaw fid-diversi Stati Membri.

5.1.2.   It-tariffa ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat

(112)

Rigward Alcoa, l-Italja tissottometti li t-tariffa Alumix oriġinali stabbilita mid-Digriet tal-1995 kienet ġiet dikjarata mill-Kummissjoni li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba li kienet relatata b’mod oġġettiv mal-profil tal-konsum tal-funderija u kienet tirrifletti l-ispeċifiċità tal-forniment u tad-domanda (supply and demand) tal-enerġija fir-reġjuni kkonċernati.

(113)

Skont l-Italja, id-Digriet tal-2004 huwa bbażat fuq l-istess elementi ta’ fatt li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kriżi attwali fl-industrija metallurġika f’Sardegna. Id-differenza bejn is-sistema l-qadima u dik ġdida tirrigward biss l-“istruttura tariffarja”. L-Italja tgħid li dawn il-bidliet saru neċessarji wara t-tnedija tas-suq intern tal-enerġija u sabiex tiġi ggarantita n-“newtralità tariffarja”.

(114)

B’mod iktar speċifiku, l-Italja tissottometti li t-tariffa Alcoa ma tinqabadx mill-projbizzjoni tal-Atikolu 87(1) tat-Trattat KE, minħabba li ma tinvolvix it-trasferiment ta’ riżorsi Statali u mhix kapaċi tgħawweġ il-kompetizzjoni lanqas tagħmel impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju. In-natura ta’ non-għajnuna tal-iskema tariffarja kienet ir-raġuni għaliex l-Italja deherilha li ma kienx neċessarju li tinnotifika d-Digriet fl-2004. L-Italja tissottometti li, f’kull każ, wara l-ftuħ tal-investigazzjoni profonda, l-Italja waqfet tapplika d-Digriet tal-2004 għal Alcoa.

5.1.3.   Ebda riżorsi tal-Istat

(115)

Rigward l-intervent tar-riżorsi Statali l-Italja tgħid li s-sistema tariffarja hija perfettament komparabbli ma’ dik li, fil-kawża Preussen-Elektra, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddikjarat li ma kinetx tinvolvi riżorsi tal-Istat. Il-Cassa Conguaglio, bħala “korp ta’ sistema ta’ kontabbiltà teknika” ma tistax tqassam ir-riżorsi finanzjarji li tamministra kif trid hi. Il-fatt li l-AEEG u l-Ministeru tal-Finanzi jistgħu jeżerċitaw ċertu kontroll fuq l-attività tal-Cassa Conguaglio ma jfissirx li l-Istat jista’ jiddisponi liberament minn dawk ir-riżorsi.

5.1.4.   Ebda impatt fuq il-kummerċ

(116)

Rigward l-impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju, l-argumenti li ġew ippreżentati mill-Italja huma identiċi għal dawk ta’ Alcoa (ara (86)-(90)).

5.1.5.   It-Tariffa Sarda kienet hija kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

(117)

Skont l-Italja, f’kull każ it-tariffa applikabbli f’Sardegna tista’ tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna reġjonali abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. L-imperfezzjonijiet tas-suq tal-elettriku rigward l-enerġija elettrika f’Sardegna jikkostitwixxu żvantaġġ reġjonali, li t-tariffa tfittex li telimina. It-tariffa għandha riperkussjonijiet pożittivi fuq l-impjiegi u ż-żamma tal-fibra soċjali u ekonomika tal-gżira. Hija proporzjonali għall-iżvantaġġi li qed jiffaċċja l-benefiċjarju, għal żmien qasir u transitorju.

5.2.   Każ C 36/B/06

5.2.1.   Ebda għajnuna mill-Istat

(118)

L-Italja dehrilha li ma kienx neċessarju li tinnotifika taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat il-proroga tat-tariffa mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 bl-argument li l-miżura tkompli ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq l-Italja ssostni li l-proroga ta’ miżura li ma tikkostitwix għajnuna hija differenti minn proroga ta’ miżura li tikkostitwixxi għajnuna, biss fis-sens li din tal-aħħar tista’ tiġi kkunsidrata għajnuna ġdida.

(119)

Bħal Alcoa, l-Italja hi tal-fehma li d-deċiżjoni Alumix ma kinitx limitata fiż-żmien Din kienet intenzjonata hekk u turi li l-Kummissjoni nnifisha kienet ammettiet li t-tariffa kienet teħtieġ li tkun miżura fit-tul. L-Italja issostanzjat dan l-argument billi rreferiet għall-paragrafu fid-deċiżjoni Alumix fejn il-Kummissjoni tiddikjara li “r-ristrutturazzjoni u t-twassil tal-operat ta’ Alumix għall-vjabbiltà jassiguraw li l-iżvilupp ta’ dawn iż-żewġ żoni ma jkunx fil-qosor iżda fit-tul”.

5.2.2.   Ebda vantaġġ, ebda riżorsi Statali u ebda impatt fuq il-kummerċ

(120)

L-Italja tgħid li t-tariffa ma tinvolvix vantaġġ, għall-istess raġunijiet diġà żviluppati minn Alcoa u ppreżentati fi (80) - (85), li m’għandhiex impatt fuq il-kummerċ (ara (86) - (90) u li ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat (ara (115)).

(121)

L-Italja tirreferi għall-kapaċità żejda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku li hi prevalenti f’Sardegna u tenfasizza li f’tali sitwazzjoni normalment Alcoa kien ikollha ħafna saħħa biex tinnegozja u tieħu prezz kompetittiv ftit biss ogħla mill-prezz tal-produzzjoni marġinali tal-produttur. Il-fatt li dan mhux possibbli f’Sardegna huwa dovut, skont l-Italja, għall-imġieba tal-operatur dominanti, li jista’ jiffissal-prezz f’Sardegna u m’għandu ebda interess kummerċjali li jbiegħ bi prezz irħas, meta jaf li Alcoa ma tistax takkwista l-elettriku li teħtieġ minn x’imkien ieħor. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ duopolju (ENEL u ENDESA, illum E.ON (57), iż-żewġ operaturi jista’ jkollhom interess japplikaw prezz ogħla minn dak li hu l-aħjar ekonomikament, sabiex jevitaw li jinħoloq “eżempju ħażin” għall-kumplament tal-Italja. Minħabba s-saħħa kbira li kellha fis-suq l-ex kumpanija molopolistika ENEL (58), l-Italja tikkonkludi li m’hemmx differenza sostanzjali bejn il-prezz mogħti lil Alcoa f’sitwazzjoni ta’ monopolju (approvat mill-Kummissjoni f’Alumix) u t-tariffa applikabbli fil-kundizzjonijiet tas-suq, ferm imperfett, tal-lum.

(122)

L-Italja tikkontesta wkoll ir-referenza għall-prezzijiet medji IPEX għall-istess raġunijiet spejagati fil-premessa (83).

5.2.3.   Il-miżura mhix illegali

(123)

Barra minn hekk, l-Italja ssostni li l-argumenti ekonomiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni Alumix baqgħu l-istess matul is-snin. Għaldaqstant, m’hemm xejn ġdid fil-proroga tat-tariffa u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida. Minn naħa l-oħra mhux korrett li l-miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna illegali.

5.2.4.   It-tariffa hija ġustifikata

(124)

L-Italja ssostni li, fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra wkoll il-konklużjonijiet tal-ewwel rapport tal-High Level Group on Energy, Competitiveness and the Environment, li jiddistingwi żewġ fatturi ġodda li llimitaw il-produzzjoni tal-aluminju f’dawn l-aħħar snin, jiġifieri il-globalizzazzjoni tas-suq ta’ referenza għall-aluminju u t-tnedija tas-suq intern tal-enerġija.

(125)

B’mod partikolari, il-kwistjoni tal-ispejjeż għolja tal-elettriku għall-produzzjoni tal-aluminju f’Sardegna u fil-Veneto, li hija rikonoxxuta fid-deċiżjoni Alumix, baqgħet ma ġietx solvuta mill-1996 ‘l hawn. Il-persistenza ta’ dawn iż-żewġ kwistjonijiet tiġġustifika l-proroga tat-tariffa, li f’kull każ kienet intiża bħala miżura fit-tul biex tiffavorixxi l-iżvilupp industrijali. L-Italja tenfasizza li anke ċ-ċirkustanzi l-oħra li l-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni Alumix baqgħu ma nbidlux, b’mod partikolari l-profili speċifiċi ta’ konsum tal-funderiji tal-aluminju u n-nuqqas ta’ liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku.

(126)

L-Italja ssostni li fi stennija tal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq, huwa meħtieġ li jiġu prorogati t-tariffi preferenzjali tal-elettriku u strumenti simili introdotti minn Stati Membri oħra bil-għan li jissalvagwardjaw u jsaħħu l-kompetittività tal-industrija Ewropea.

(127)

L-unika soluzzjoni fit-tul biex tnaqqas l-ispejjeż tal-elettriku, skont l-Italja, tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ infrastruttura adegwata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika u ta’ interkonnettività, li effettivament tiftaħ is-suq għal operaturi ġodda. L-Italja ssemmi l-pajp tal-gass GALSI li se jwassal il-gass naturali Alġerin lejn l-Ewropa permezz ta’ Sardegna u s-sistema ta’ kejbils fil-baħar SAPEI, li se ttejjeb l-interkonnettività mal-Italja kontinentali. Dawn l-infrastrutturi huma fil-fatt fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Għaldaqstant l-Italja tgħid li t-tariffi jeħtieġ jibqgħu sakemm dawn l-infrastrutturi jkunu tlestew.

(128)

L-Italja tenfasizza wkoll li l-każ preżenti ma jistax jitqabbel mal-każ C 34/02, ikkwotat fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċediment tal-2006 biex ikun suġġerit li l-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li l-interkonnettività elettrika insuffiċjenti ma kinetx tikkostitwixxi żvantaġġ reġjonali għal Sardegna. Skont l-Italja, il-każ imsemmi kien jirrigwarda għajnuniet lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju li ma kinux jikkunsmaw ħafna enerġija u għalhekk ma jbatux daqstant in-nuqqas ta’ struttura adegwata tal-enerġija u l-imperfezzjoni tas-suq tal-elettriku f’Sardegna f’konfront ma’ impriżi bħal Alcoa.

(129)

L-Italja tindika wkoll li l-High Level Group huwa konxju tal-fatt li l-industriji elettro-intensivi bħall-industriji tal-metall bil-ħadid jew mingħajru (59) jeħtieġ li tinżamm fit-territorju tal-UE, billi titjieb il-kompetittività tagħhom u b’mod partikolari billi jkollhom aċċess preferenzjali għall-prezzijiet kompetittivi.

(130)

L-Italja tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri adottati minn Stati Membri oħra, b’mod partikolari l-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Finlandja u l-Greċja biex inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija elettrika tal-industriji elettro-intensivi u biex jevitaw ir-rilokazzjoni tagħhom barra mill-UE. L-Italja tirrimarka li, filwaqt li l-miżuri jistgħu jieħdu forom differenti, dawn jipproduċu l-istess effetti ekonomiċi bħat-tariffa preferenzjali Taljana, u tenfasizza li tkun ħaġa tajba jekk l-UE tarmonizza dawn il-miżuri biex toħloq livell ekwu bejn l-industriji Ewropej u l-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi. Madanakollu, fit-terminu l-qasir, il-miżuri adottati mill-Italja ma kellhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuna u għandhom jitkejlu bl-istess mod użat għal dawk introdotti minn Stati Membri oħra.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

6.1.   L-ambitu temporali u materjali tal-investigazzjoni

(131)

Bħala pass preliminari, il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ li l-ambiti temporali u materjali tal-investigazzjoni jiġu ċċarati kif definit fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ.

6.1.1.   Il-proċediment tal-2004 (Każ C 38/A/04)

(132)

Il-ħtieġa għal din il-kjarifikazzjoni toħroġ mill-fatt li, meta d-Digriet tal-2004 daħal fis-seħħ f’April 2004, it-tariffa preferenzjali ta’ Alcoa kienet koperta minn approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (id-deċiżjoni Alumix) sa Diċembru 2005 (60).

(133)

Minħabba li hemm koinċidenza temporali bejn l-iskema Alumix u d-dispożizzjonijiet ikkontestati fl-2004, hemm bżonn li jiġi ċċarat jekk id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċediment tal-2004 sfidatx l-estensjoni temporali tat-tariffa Alcoa lil hinn miż-żmien oriġinali tal-iskema Alumix (mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘il quddiem) jew jekk sfidatx ukoll l-iskema Alumix innifisha għall-perjodu 2004-2005 minħabba t-tibdil fil-mekkaniżmu finanzjarju tagħha.

(134)

Jekk wieħed jaqra sew id-deċiżjoni nnifisha jsib li din tikkontesta, b’mod ġenerali, l-iskema tariffarja l-ġdida introdotta bid-Digriet tal-2004 favur il-benefiċjarji kkonċernati (Portovesme Srl, ILA Spa, Euroalluminia Spa u Alcoa) u ma tistax tiġi interpretata li qed tikkontesta lill-iskema Alumix innifisha. Din il-konklużjoni hija korroborata mill-osservazzjonijiet li ġejjin:

(135)

L-ewwel nett, il-valutazzjoni tal-miżura kkontestata hija globali u ma tiddistingwix bejn il-benefiċjarji. B’mod partikolari, il-pożizzjoni distinta ta’ Alcoa bħala l-benefiċjarju tat-tariffa awtorizzata Alumix mhix deskritta u lanqas ivvalutata fid-dettall.

(136)

It-tieni, l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-differenza sostanzjali li hemm bejn l-iskema Alumix u l-skema tariffarja ġdida (61) għandhom l-għan biss li juru li l-konklużjonijiet fil-każ ta’ Alumix ma jistgħux ikunu estrapolati għall-iskema tariffarja ġdida, minħabba l-mekkaniżmu finanzjarju huwa differenti.

(137)

It-tielet, jekk id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2004 kellha l-intenzjoni li tikkontesta l-iskema Alumix oriġinali, kienet tikkwota l-bażi legali li taħtha ingħatat oriġinarjament it-tariffa oriġinali (id-Digriet tal-1995) u kienet tforni xi spjegazzjoni għalfejn il-mekkaniżmu tariffarju, kif immodifikat mill-qafas regolatorju ġdid, naqqas il-validità tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’Alumix qabel id-data tal-iskadenza tal-iskema.

(138)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li, safejn jirrigwarda lil Alcoa, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċediment tal-2004 kienet tikkontesta l-proroga tal-iskema Alumix wara l-iskedenza tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2005. L-ambitu temporali tal-investigazzjoni tal-2004 huwa għalhekk limitat għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2006.

(139)

Madanakollu, f’dik id-data d-Digriet tal-2004 kien superat mil-Liġi Nru. 80/2005 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 (ara paragrafi (48) u (142)). Għalhekk, dan id-Digriet, fis-sustanza mhux relevanti għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

6.1.2.   Il-proċediment tal-2006 (Każ C 36/B/06)

(140)

It-test tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2006 ma jeħtieġ ebda interpretazzjoni u mingħajr dubju jikkontesta l-proroga tat-tariffa sal-2010 stabbilita fil-Liġi Nru 80/2005 (62), mhux l-iskema Alumix innifisha.

(141)

Għal dak li jirrigwarda l-iskop temporali tal-investigazzjoni tal-2006, il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ m’hemmx koinċidenza bejn l-iskema Alumix, li skadiet f’Diċembru 2005, u l-proroga kkontestata tat-tariffa li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 (ara fuq paragrafu (48)). Dan huwa kkonfermat fil-paragrafu 132 tas-sentenza tal-Qorti.

6.1.3.   Konklużjonijiet dwar l-ambitu tad-Deċiżjoni

(142)

Minħabba li mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘l hawn id-Digriet tal-2004 ġie superat mil-Liġi Nru 80/2005, id-Digriet 2004 mhuwiex direttament relevanti għall-investigazzjoni. L-investigazzjoni għalhekk tiffoka fuq miżura sostantiva waħda: il-proroga tat-tariffa Alcoa mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010, taħt il-Liġi Nru 80/2005 moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet regolamentari rilevanti adottati mill-AEEG. Madanakollu, jekk l-Italja jidrilha li, minkejja l-adozzjoni tal-Liġi Nru 80/2005 id-Digriet tal-2004 jista’ jservi ta’ bażi ġuridika għall-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007, il-konklużjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkunsidrati relevanti anke għall-miżura introdotta bid-Digriet 2004 (63).

6.2.   L-eżistenza ta’ għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(143)

Fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet: il-miżura (a) tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju; (b) tingħata mill-Istat jew minn riżorsi Statali; (c) tkun selettiva; (d) ikollha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u hi ta’ natura tali li tagħwweġ il-kompetizzjoni fl-UE.

(144)

Kemm l-Italja kif ukoll Alcoa jsostnu li t-tariffa mhix għajnuna mill-Istat.

6.2.1.   Il-preżenza ta’ vantaġġ

(145)

Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tinnota li skont l-iskema tariffarja stabbilita fl-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, l-Istat jintervjeni biex iżomm il-prezz tal-elettriku li hu ferm inqas minn dak li Alcoa setgħet takkwista (u kienet tottjeni) f’kundizzjonijiet attwali tas-suq. Kieku Alcoa kienet kapaċi takkwista dan il-prezz imnaqqas direttament minn wieħed mill-fornituri tal-elettriku fir-reġjuni kkonċernati, ma kien ikun meħtieġ ebda intervent mill-Istat. La l-Italja u lanqas Alcoa ma jikkontestaw l-asserzjoni li, fir-reġjuni kkonċernati, il-prezzijiet tas-suq kurrenti huma ogħla mill-prezz effettivament imħallas minn Alcoa grazzi għar-rimbors tal-Cassa Conguaglio.

(146)

Rigward il-metodoloġija proposta minn Alcoa biex tiġi vvalutata l-preżenza ta’ vantaġġ (jekk il-prezz preferenzjali huwiex inqas mill-prezz prevalenti f’suq totalment kompetittiv), wieħed għandu jinnota li dan l-argument diġà ma ntlaqax mis-sentenza tal-Qorti (paragrafu 71 tas-sentenza). La l-qrati tal-Komunità, lanqas fil-Kummissjoni qatt ikkunsidraw, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-kundizzjonijiet li kieku jipprevalu f’każ ta’ suq ipotetiku li jiffunzjona aħjar. Il-kwadru ta’ riferiment dejjem ħareġ mill-kundizzjonijiet prevalenti fis-swieq attwali, kif jagħti xhieda pereżempju, il-każ tal-“ortikulturi” Olandiżi (64), li fih il-Kummissjoni applikat l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq biex tivvaluta l-preżenza ta’ vantaġġ f’ċerti prezzijiet tal-gass.

(147)

Barra minn hekk, l-argument ta’ Alcoa jimplika li, fejn suq ma jiffunzjonax sew, ikun ġustifikabbli li Stat Membru jiffissal-prezzijiet li joħolqu simulazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva. Jekk suq totalment kompetittiv jittieħed bħala kwadru ta’ riferiment, il-prezzijiet iffissati b’dan il-mod mill-Istat ma jagħtux vantaġġ. Din il-loġika tmur kontra l-prinċipju, ikkonsolidat sew fil-każistika Komunitarja, li “l-fatt li Stat Membru jfittex li jqarreb permezz ta’ miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni f’settur ekonomiku partikolari għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħra, ma jistax ineħħi minn dawn il-miżuri l-karattru ta’ għajnuna mill-Istat” (65). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju ta’ hawn fuq japplika l-istess għal sitwazzjoni li fiha Stat Membru jqarreb il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni għal dawk f’suq totalment kompetittiv.

(148)

Barra minn hekk, kieku ġiet segwita l-proposta ta’ Alcoa, is-sussidji mogħtija minn Stati Membri biex jimlew il-vojt bejn il-prezz negozjat liberament bejn żewġ operaturi tas-suq u l-prezz teoretiku li seta’ jinstab f’akkordju f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni sħiħa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Dan kien ixejjen l-iskop tal-kontroll ta’ għajnuna mill-Istat.

(149)

Alcoa ssostni madanakollu li din kienet proprju il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fil-każ Alumix.

(150)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-metodu segwit fil-każ Alumix kien jirrigwarda sitwazzjoni speċifika ħafna. F’Alumix, it-tariffa tħalliet minn ENEL, li dak iż-żmien kienet entità pubblika li kienet distributur l-elettriku f’sistema monopolistika, f’suq tal-elettriku li ma kienx għadu liberalizzat (66). Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni kellha taċċerta jekk ENEL kinitx qed tbigħ bi prezz artifiċjalment baxx, jew jekk kinitx qed iġġib ruħha bħal operatur tas-suq razzjonali. Minħabba l-monopolju tal-ENEL fuq il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, ma kien hemm ebda prezz tas-suq kompetittiv li għalih setgħet tirreferi l-Kummissjoni biex tivvaluta l-preżenza ta’ vantaġġ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fasslet metodu biex tindividwa l-prezz tas-suq teoretikament l-iktar baxx li għalih il-fornitur razzjonali seta’ jkun dispost li jbigħ lill-“aħjar klijent” tiegħu (l-ikbar konsumatur bi profil ta’ konsum ċatt) fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq f’Sardegna u fil-Veneto. Fil-fatt fornitur razzjonali kien ifittex li jkopri mill-inqas l-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni tiegħu, kif ukoll parti żgħira mill-ispejjeż fissi.

(151)

Madanakollu din il-metodoloġija ma tistax tiġi applikata b’mod ġeneralizzat u barra mill-kuntest oriġinali, f’sitwazzjoni li fiha il-prezzijiet mhumiex iktar iffissati minn monopolju tal-Istat, iżda huma nnegozjati liberament fuq is-suq, u l-prezz Alcoa ma jistax jiġi interpretat bħala frott ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali, iżda jidher ċar li huwa tariffa ssussidjata. Fil-fatt b’segwitu għall-iżviluppi msemmija hawn fuq fil-premessi (39) sa (43) l-iskema m’għadhiex “tariffa” fis-sens strett tagħha, fis-sens li m’għadhiex il-prezz applikat mill-fornitur ta’ Alcoa, jew prezz nett iffinanzjat minn dan il-fornitur, iżda pjuttost il-“prezz finali” li jirriżulta minn rimbors maħruġ mill-Cassa Conguaglio rigward il-prezz imħallas lill-fornitur ta’ Alcoa. Sadanittant, l-analiżi żviluppata fid-deċiżjoni Alumix, li eżaminat l-imġieba ta’ ENEL, hija manifestament nieqsa minn kwalunkwe relevanza, kif ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti, partikolarment fil-paragrafu 132 tagħha.

(152)

Minħabba li l-kriterji ta’ Alumix mhumiex relevanti biex ikun ivvalutat jekk l-iskema tariffarja attwali tagħtix vantaġġ lil Alcoa, hekk ukoll huma irrelevanti l-kalkoli forniti mill-Italja u Alcoa biex juru li l-prezz għadu konformi mal-kriterji ta’ Alumix minħabba li jkopri l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni ta’ ENEL.

(153)

F’kull każ, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-kalkoli forniti mill-Italja u minn Alcoa ma jivvalutawx baxx il-prezz li Alcoa kienet tħallas “f’kundizzjonijiet normali” f’suq totalment kompetittiv, anke jekk wieħed jammetti, u mhuwiex konċedut, li l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni tal-ġeneratur jistgħu jittieħdu bħala parametru ta’ riferiment xieraq.

(154)

B’mod partikolari, il-prezzijiet minimi IPEX, li skont Alcoa jirrappreżentaw kemm kienet tħallas Alcoa “normalment” f’suq totalment kompetittiv (EUR 20) jikkorrispondu għall–ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni tal-impjanti baseload (dawk l-iktar ekonomiċi). Madanakollu, l-elettriku minn dawn l-impjanti jinbiegħ bi prezz baxx f’ħinijiet li huma off-peak biss (67). Fis-sigħat peak, l-elettriku kollu li jiġi ġġenerat (anke dak tal-impjanti baseload) jinbiegħ bi prezz ħafna iktar għoli, minħabba li l-prezz huwa ffissat minn impjant marġinali li huwa mid-merit jew peak  (68). Alcoa tikkonsma elettriku mhux biss fil-ħin off-peak iżda 24 siegħa kuljum. Għaldaqstant, biex ikun rappreżentattiv, prezz li jirrifletti b’mod plawsibbli il-kompetizzjoni perfetta għandu jkun ta’ medja peżata, li tieħu kont tal-prezzijiet baxxi mħallsa barra mill-ħinijiet peak kif ukoll il-prezzijiet għolja mħallsa fil-ħinijiet peak.

(155)

F’Sardegna, fejn m’hemmx disponibbli gass naturali, l-impjanti li jaħdmu bil-faħam jiddeterminaw il-prezz għal 80 % mis-sena, filwaqt li l-impjanti li jaħdmu biż-żejt jiddeterminaw il-prezz għall-20 % l-oħra. Anke jekk wieħed juża l-istimi ipotetiċi ħafna ta’ Alcoa li l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni għall-faħam (EUR 20/MWh) u ż-żejt (EUR 60/MWh), medja peżata ta’ dawn l-ispejjeż tkun iktar qrib it-EUR 28/MWh, u għalhekk ċifra iktar għolja mis-EUR 26/MWh attwalment imħallsa minn Alcoa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li, għall inqas għal Sardegna, it-tariffa Alcoa hija taħt l-ispejjez marġinali ta’ produzzjoni tal-ġeneraturi tal-elettriku, u għalhekk ma tissodisfax il-kriterji ta’ Alumix, anke kieku kienu relevanti.

(156)

Alcoa u l-Italja jsostnu li l-Kummissjoni hija żbaljata meta tipproponi li jintużaw il-prezzijiet medji IPEX bħala approssimazzjoni għall-prezz tas-suq li klijenti kbar industrijali normalment iħallsu fir-reġjuni kkonċernati (ara l-premessa (83)). Madanakollu din hi rappreżentazzjoni żbaljata tar-raġunament tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2006. F’dik id-deċiżjoni t-tqabbil bejn il-prezzijiet medji IPEX kien maħsub biss biex jiġġustifika d-dubji rigward l-affermazzjoni li l-prezzijiet tal-elettriku f’Sardegna kienu sostanzjalment ogħla minn dawk f’reġjuni Taljani oħra. Il-Kummissjoni ssuġġeriet li d-differenzi fil-prezzijiet medji IPEX bejn reġjun u ieħor jistgħu jkunu rappreżentattivi tad-differenzi tal-prezzijiet bilaterali.

(157)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni qatt ma ssuġġeriet li l-prezzijiet medji IPEX setgħu ikunu stima approssimattiva tal-prezz tas-suq li Alcoa setgħet akkwistat. Fil-fatt, f’dan il-każ mhux meħtieġ li wieħed jirrikorri għal approssimazzjoni. Alcoa daħlet f’kuntratt ma’ ENEL bi prezz nominali bejn wieħed u ieħor ekwivalenti, skont l-informazzjoni disponibbli, għat-tariffa standard applikata minn ENEL għall-fornituri ta’ vultaġġ għoli. Dan il-kuntratt huwa l-parametru ta’ riferiment biex jiġi vvalutat u kkwantifikat il-vantaġġ li tgawdi l-kumpanija.

(158)

Fl-aħħar nett, it-tariffa ttaffi l-ħlasijiet li jirriżultaw mill-kuntratt mal-ENEL, u li normalment iridu jiġu inklużi fil-baġit tal-kumpanija u għalhekk, skont każistika stabbilita, il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lil Alcoa (69). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-vantaġġ huwa ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet kumpensatorji imħallsa mill-Cassa Conguaglio, li jkopru d-differenza bejn il-prezz kuntrattwali u l-prezz preferenzjali. Din il-konklużjoni hija valida għall-funderiji ta’ Alcoa kemm f’Sardegna kif ukoll fil-Veneto.

6.2.2.   Selettività

(159)

Minħabba li t-tariffa preferenzjali tal-elettriku hija mogħtija esklussivament lil Alcoa, il-vantaġġ li tagħti huwa selettiv.

6.2.3.   Riżorsi Statali u l-attribwibbiltà lill-Istat

(160)

Skont il-każistika stabbilita vantaġġ jista’ jiġi definit bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE biss jekk ikum mogħti direttament jew indirettament minn riżorsi Statali (70) u attribwibbli lill-Istat (71).

(161)

Kif deskritt fil-premessa (43) it-tariffa fil-kwistjoni hija ffinanzjata minn ħlas parafiskali miġbur mill-Cassa Conguaglio permezz tal-komponent A4 tat-tariffa tal-elettriku. Dan il-ħlas huwa obbligatorju minħabba li huwa impost permezz ta’ deċiżjoni tal-AEEG li timplimenta l-liġi nazzjonali. Il-Cassa Conguaglio hija entità pubblika stabbilita bil-liġi li twettaq il-funzjonijiet tagħha abbażi ta’ struzzjonijiet preċiżi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-AEEG.

(162)

Dejjem skont każistika stabbilita, ir-rendiment minn ġbir ta’ taxxa li hi obbligatorja abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u li huwa mħallas lil entità stabbilita bil-liġi, jikkostitwixxi riżorsi Statali fis-sens tal-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE meta dan ikun destinat għall-finanzjament ta’ miżura li tissodisfa l-kriterji l-oħra tal-Artikolu (72).

(163)

L-Italja u Alcoa jinvokaw is-sentenza Preussen-Elektra  (73) u Pearle  (74) biex jissostanzjaw it-teżi li l-miżura fil-kwistjoni mhix iffinanzjata minn riżorsi Statali. Iż-żewġ partijiet jgħidu li l-fondi meħtieġa għall-finanzjament tat-tariffa huma trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) lil entità privata (Alcoa), filwaqt li r-rwol tal-Istat huwa limitat għall-adozzjoni ta’ liġi li timponi l-ħlas tal-ammonti ta’ flus mitluba, mingħajr ebda poter diskrezzjonali li tiddisponi mill-fondi għajr fl-implimentazzjoni tal-iskema prevista mill-liġi. B’mod partikolari, skont l-Italja u Alcoa, il-Cassa Conguaglio ma teżerċita ebda kontroll fuq il-fondi u hija sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

(164)

Fil-kawża Preussen-Elektra il-Qorti kkunsidrat li obbligu tax-xiri impost fuq id-distributuri tal-enerġija elettrika privati biex jakkwistaw l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bi prezzijiet minimi ogħla mill-valur ekonomiku attwali ta’ dik it-tip ta’ enerġija elettrika ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba li l-miżura ma tinvolvi ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi Statali. Skont l-Italja u Alcoa, il-każ preżenti jikkompara mal-każ Preussen-Elektra minħabba li l-fondi huma wkoll trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) għal entità privata (Alcoa), u l-Istat ma jħaddimx kontroll fuq ir-riżorsi fil-kwistjoni.

(165)

Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-kawża Preussen-Elektra, ir-riżorsi meħtieġa għall-iffinanzjar tal-miżura ġew forniti direttament mid-distributuri għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli mingħajr ma għaddewx minn entita’ pubblika. F’dik is-sistema, il-flejjes biex jiġu trasferiti ma setgħu qatt effettivament ikunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istat Membru. Minn naħa l-oħra f’dan il-każ, il-flejjes jgħaddu mill-entità pubblika l-Cassa Conguaglio qabel ma jiġu kkanalati lill-benefiċjarju aħħari. Għalhekk il-każistika Preussen-Elektratindirizza tindirizza ċirkostanzi fattwali differenti u mhux relevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ.

(166)

Il-każistika Pearle tipprovdi gwida ta’ relevanza iktar diretta. Madanakollu, l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ din il-każistika hija differenti minn dik imressqa mill-Italja u minn Alcoa. F’Pearle, il-Qorti kienet ikkonkludiet li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-introjtu minn ħlas li jgħaddi minn entità pubblika ma jikkostitwix riżorsi Statali. F’Pearle, il-miżuri kienu ffinanzjati kollha kemm huma minn settur ekonomiku fuq l-inizjattiva esklussiva ta’ dak is-settur. Il-fondi inġabru permezz ta’ taxxa parafiskali li għaddiet minn entità pubblika li f’ebda mument ma setgħet tiddisponi mill-fondi. Barra minn hekk, kien hemm xebħ bejn l-entitajiet li ħallsu u dawk li gawdew mill-benefiċċji tal-miżura.

(167)

L-Italja u Alcoa jikkunsidraw li l-kriterju qofol f’Pearle huwa jekk l-Istat għandux id-dritt li jiddisponi mill-fondi għal haġa oħra ħlief għall-iskema prevista mil-Liġi. Huma jikkontedu li l-Cassa Conguaglio ma għandha ebda poter diskrezzjonali rigward il-ħlas tal-fondi, li huma destinati għall-finanzjament tat-tariffi u ma jistgħu qatt jidħlu lura “fil-perimetru tal-finanzi pubbliċi”. Għalhekk, skont l-Italja u Alcoa, l-Istat ma jistax iqassam kif irid dawn il-fondi, li b’konsegwenza ma jikkostitwux riżorsi Statali.

(168)

Bħala rimarka preliminari, wieħed għandu jinnota li filwaqt li wħud mill-kriterji ta’ Pearle jistgħu jitqiesu suġġettivament bħala iktar relevanti minn oħrajn, f’Pearle ma jeżisti ebda “kriterju qofol”. Il-kundizzjonijiet elenkati fis-sentenza huma kumulattivi. Din hija wkoll l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza fi-kawża Earl Salvat  (75) meta eżaminat it-taxxa parafiskali kkontestata fid-dawl ta’ kull kriterju ta’ Pearle.

(169)

Qabel ma eżaminat ir-rwol tal-Cassa Conguaglio, il-Kummissjoni aċċertat jekk ġewx soddisfati kriterji oħra numerati f’Pearle. Huwa ċar li, differenti minn Pearle, it-tariffa Alcoa kienet stabbilita fuq inizjattiva tal-Istat u mhux fuq inizjattiva ta’ settur ekonomiku. Barra minn hekk, f’Pearle il-benefiċjarji tal-miżura kienu wkoll l-uniċi kontributuri tar-riżorsi, biex b’hekk l-intervent tal-entità pubblika ma kellux tendenza joħloq vantaġġ li jikkostitwixxi piż fuq l-Istat. F’dan il-każ, il-benefiċjarju Alcoa ma jġorrx il-piż finanzjarju tat-taxxa, li waqa kollu fuq il-konsumaturi tal-enerġija elettrika. Għalhekk, il-każistika Pearle ma tistax tiġi kkunsidrata relevanti, irrispettivament minn jekk hemmx meritu fit-teżi ta’ Alcoa u tal-Italja rigward ir-rwol tal-Cassa Conguaglio bħala sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

(170)

Rigward il-Cassa Conguaglio, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-każistika stabbilita, “ma għandhiex issir distinzjoni bejn il-każi fejn l-għajnuna tingħata direttament minn entità pubblika jew privata maħtura jew imwaqqfa mill-Istat” (76). Għalhekk, l-istatus pubbliku jew privat tal-Cassa Conguaglio mhux determinanti għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-fatt li l-Cassa Conguaglio hija entità pubblika ma jimplikax b’mod awtomatiku li l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE huwa applikabbli (77). Bl-istess mod l-intervent ta’ entità pubblika fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu (78).

(171)

Bl-istess mod l-analiżi ma tistax tillimita ruħha biss għall-poteri tal-Cassa Conguaglio fil-kapaċità tagħha bħala entità pubblika. Għandu jiġi aċċertat minflok jekk, b’mod iktar ġenerali, l-Istat, direttament jew permezz ta’ kwalunkwe entità oħra maħtura, jistax jeżerċita kontroll fuq il-fondi utilizzati biex jiffinanzjaw it-tariffa. L-istess eżami kien jeħtieġ isir kieku l-Cassa Conguaglio kienet entità privata.

(172)

Is-sentenza riċenti tal-Qorti fil-każ Essent  (79) tagħti indikazzjonijiet definittivi dwar dan il-punt. Fil-każ Essent, il-Pajjiżi l-Baxxi kienu introduċew permezz ta’ liġi surcharge fuq it-tariffi tal-elettriku. Is-surcharge tħallset mill-konsumaturi tal-elettriku lill-operaturi tan-netwerks, li min-naħa tagħhom ittrasferew il-flejjes lill-kumpanija SEP. SEP ma kellhiex awtorità fil-ġestjoni tal-fondi u kienet topera taħt kontroll mill-qrib tal-awtoritajiet. Il-Qorti kkonkludiet li d-dħul mis-surcharge kien jikkostitwixxi riżorsi Statali, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imressqa: is-soprataxxa fuq it-tariffa kienet imposta permezz ta’ liġi nazzjonali, u għaldaqstant kienet tikkostitwixxi imposta. SEP ma kinitx awtorizzata tutilizza d-dħul mis-surcharge għal raġunijiet diversi minn dawk stipulat fil-liġi, u għalhekk ir-riżorsi baqgħu taħt il-kontroll pubbliku u baqgħu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-Qorti kkunsidrat li dan kien biżżejjed biex tiddikjara li n-natura ta’ dawn ir-riżorsi kienet pubblika.

(173)

Ix-xebħ mal-każ fil-kwistjoni huwa evidenti. Is-surcharge utilizzata biex tiffinanzja l-iskema tariffarja Alcoa kienet imposta mill-liġi, bħal fil-każ Essent, Il-Cassa Conguaglio għandha l-istess rwol bħal SEP, minħabba li tiċċentralizza u tamministra d-dħul mill-imposta parafiskali, u hija suġġetta għall-istess obbligi, għaliex ma tistax tutilizza d-dħul mis-soprataxxa għal għanijiet differenti minn dawk preskritti mil-liġi (il-finanzjament tal-iskemi tariffarji preferenzjali). L-Istat jista’ jikkontrolla u jorjenta l-użu tar-riżorsi: il-Cassa Conguaglio twettaq il-funzjoni tagħha ta’ kontabbiltà fuq struzzjonijiet preċiżi tal-AEEG, li taġixxi skont poteri statutorji u/jew timplimenta l-liġi nazzjonali (ara fuq, premessi (26) u (27)). Għalhekk, ir-riżorsi amministrati mill-Cassa Conguaglio jibqgħu dejjem taħt il-kontroll pubbliku.

(174)

Din l-analiżi hija konsistenti ma’ dik żviluppata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha fil-każ Taljan dwar “spejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku” (80), li kienet ikklassifikat bħala riżorsi pubbliċi l-fondi mill-Cassa Conguaglio fuq il-kont A6.

(175)

F’kull każ, in-natura tar-riżorsi pubbliċi tal-fondi amministrati mill-Cassa Conguaglio ġiet ikkonfermata b’mod inkontrovertibbli mis-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ewwel Istanza fil-kawża Iride  (81).

(176)

Fis-Sentenza Nru 11632/03 tat-3 ta’ Aprile 2003 il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni kienet diġà iddeċidiet li l-Cassa Conguaglio mhix persuna ġuridika distinta mill-Istat Taljan, u li huwa dan tal-aħħar li jeħtieġ jiġi kkunsidrat is-sid tal-flejjes trasferiti lill-Cassa Conguaglio, anke jekk dawn il-flejjes kienu ġejjin minn entitajiet privati u kienu immirati għal imrpiża privata. Fil-kawża Iride, l-applikanti Iride Spa u Iride Energia Spa fetħu kawża fil-Qorti tal-Ewwel Istanza fejn ikkontestaw deċiżjoni li biha l-Kummissjoni kkategorizzat bħala riżorsi Statali l-fondi amministrati mill-Cassa Conguaglio fuq il-kont A6. L-argumenti mressqa mir-rikorrenti kienu simili ħafna għal dawk ta’ Alcoa. Ir-rikorrenti kkontestaw is-sustanza tas-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, bl-argument li r-rwol tal-Cassa Conguaglio kien dak ta’ sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà bejn ċittadini privati suġġetti għal obbligu finanzjarju u s-suġġetti destinatarji tal-fondi, rwol li ma jippermettix lill-Cassa Conguaglio, lanqas għal żmien qasir, tutilizza l-fondi depositati. Ir-rikorrenti, bl-istess mod issottomettew l-applikazzjoni tal-każistika Preussen-Elektra.

(177)

Fis-sentenza tal-11 ta’ Frar 2009, il-Qorti tal-Ewwel Istanza tkellmet ċar dwar il-kwistjoni. Wara li enfasizzat li ma kellhiex il-ġurisdizzjoni li tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni tal-leġiżlazzjoni Taljana, il-Qorti kkonfermat li l-fondi depożitati fil-kont A6 tal-Cassa Conguaglio kellhom jiġu kklassifikati bħala riżorsi pubbliċi mhux biss għaliex huma propjetà tal-Istat iżda wkoll għaliex jibqgħu taħt il-kontroll kostanti tiegħu (82).

(178)

Din il-konklużjoni kienet tirrigwarda il-kont A6 tal-Cassa Conguaglio, użat biex jiffinanzja l-ispejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku. Madankollu, tista’ loġikament tiġi estiża għall-kont A4, li ffinanzja t-tariffa kkontestata. Is-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni kienet ibbażata fuq analiżi tal-persuna ġuridika tal-Cassa Congiaglio, u l-konklużjoni tagħha rigward il-propjetà tal-Istat għalhekk tapplika għall-flejjes kollha amministrati mill-Cassa Conguaglio. L-istess ħaġa hija valida għall-konklużjoni tal-Qorti tal-l-Ewwel Istanza li l-Istat jista’ jikkontrolla r-riżorsi amministrati mill-Cassa Conguaglio. M’hemmx differenza bejn il-kont A4, lil hinn mid-destinazzjoni tar-riżorsi (għall-A6 il-ħlas tal-ispejjeż mhux rekuperabbli, u għall-A4 dak tat-tariffi preferenzjali). Għalhekk, il-flejjes trasferiti lil Alcoa mill-kont A4 jeħtieġu wkoll jiġu kklassifikati bħala riżorsi pubbliċi.

(179)

Barra milli tiġi ffinanzjata permezz ta’ riżorsi pubbliċi, it-tariffa Alcoa hija wkoll imputabbli fuq l-Istat (83) minħabba li l-bażi legali tal-miżura hija stipulata f’dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali u f’deċiżjonijiet tal-AEEG li huwa korp pubbliku.

6.2.4.   Impatt fuq il-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni

(180)

Rigward l-impatt tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li rriżultat, m’hemmx dubju li s-suq tal-aluminju hu totalment miftuħ għall-kompetizzjoni. Fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni konsistentement sabet li s-suq ġeografiku tal-aluminju primarju huwa suq globali (84).

(181)

Kif indikat fil-premessa (214), il-proroga tat-tariffa Alcoa fil-kwistjoni ma ġietx notifikata mill-Italja. Skont każistika stabbilita (85)“fil-każ ta’ għajnuna li mhix notifikata, il-Kummissjoni mhix marbuta fid-deċiżjoni tagħha li tipprova l-konsegwenzi effettivi. Fil-fatt, kieku l-Kummissjoni kellha turi fid-Deċiżjoni tagħha il-konsegwenzi effettivi ta’ għajnuniet diġà mogħtija, dan jiffavorixxi l-Istati Membri li jagħtu għajnuna bi vjolazzjoni tal-obbligu ta’ notifika għad-detriment ta’ dawk li jinnotifikaw il-pjani ta’ għajnuna”.

(182)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hi meħtieġa biss turi l-impatt possibbilment negattiv ta’ miżura fuq il-kummerċ intrakomunitarju u fuq il-kompetizzjoni.

(183)

Il-Kummissjoni kkunsidrat l-argumenti ta’ Alcoa u tal-Italja li skont huma t-tariffa ma għandha ebda impatt fuq il-kummerċ u ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni, minħabba li m’hemmx flussi kummerċjali attwali bejn l-Istati Membri; huwa improbabbli li dawn il-flussi kummerċjali jizviluppaw fil-futur qrib (ara l-premessi (86) sa (88) u, minħabba l-karatteristiċi tas-settur tal-aluminju, it-tariffa ma tagħmilx ħsara lill-kompetituri Ewropej ta’ Alcoa (ara premessi (89)).

(184)

Għandu jitfakkar li, fil-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni u fil-każistika tal-Qorti, l-assenza ta’ flussi kummerċjali attwali qatt ma kienet aċċettata bħala prova li miżura ta’ għajnuna ma kellha ebda impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju. Il-Qorti fil-fatt dejjem affermat li l-għajnuna lil impriża tista’ tkun ta’ natura tali li jkollha impatt fuq i-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni anke jekk din l-impriża ma tipparteċipax hija stess fil-kummerċ intrakomunitarju. Fil-fatt, fejn Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, il-produzzjoni domestika tista’ ma tvarjax jew tiżdied, bir-riżultat li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom inqas possibbiltà jesportaw il-prodotti tagħhom lis-suq ta’ dak l-Istat Membru (86).

(185)

Barra minn hekk il-kwadru kkaratterizzat minn tnaqqis fil-produzzjoni fl-UE u żieda fl-importazzjoni minn pajjiżi terzi, bi flussi kummerċjali limitati jew ineżistenti bejn l-Istati Membri, mhix ħaġa rari u anzi hija tipika tas-setturi li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet strutturali u/jew huma suġġetti għal pressjoni kompetittiva qawwija. Dawn is-setturi huma partikolarment sensibbli għall-miżuri adottati mill-Istati Membri biex itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-indistriji nazzjonali tagħhom.

(186)

Il-fatt li l-produzzjoni baxxa tal-aluminju primarju fl-Italja mhuwiex ta’ livell li jagħmel impatt fuq il-prezz ta’ riferiment huwa irrelevanti. L-eżistenza ta’ prezz ta’ riferiment għall-aluminju, li mhux influwenzat faċilment mill-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fi Stat Membru wieħed, ma teskludix l-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejn impriżi li jinsabu fiż-ŻEE u li jbigħu fuq is-suq globali tal-aluminju. Wieħed jifhem li l-għajnuna lill-funderiji Taljani ta’ Alcoa ma tippermettix lil Alcoa tnaqqas il-prezz dinji tal-aluminju u li tkeċċi kompetituri barra mis-suq u li produtturi Ewropej oħrajn jistgħu jibqgħu attivi sakemm jirnexxielhom ibigħu bi profitt għall-prezz dinji. Madankollu, il-profitti ta’ Alcoa fl-Italja grazzi għat-tariffa preferenzjali jsaħħu, f’sens ġenerali, il-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Pereżempju, ir-riżervi kapitali akkumulati jistgħu jintużaw biex jieħdu f’idejhom kompetituri u jkabbru s-sehem tagħhom mis-suq.

(187)

Il-fatt li l-preżż imħallas minn Alcoa fl-Italja huwa suppost komparabbli mal-prezz “tipiku” tal-enerġija elettrika tal-funderiji tal-aluminju fl-Ewropa, dan ma jistax jittieħed bħala evidenza li l-interessi tal-produtturi Ewropej l-oħra mhumiex mhedda mit-tariffa Taljana, kontra ta’ dak li qed issostni Alcoa. Il-każistika l-Italja v il-Kummissjoni  (87) tistabbilixxi b’mod ċar li miżuri unilaterali immirati biex iqarrbu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi Stat Membru lejn dawk prevalenti fi Stati Membri oħra għandhom impatt fuq il-kummerċ (u għaldaqstant jistgħu jaħarbu mid-definizzjoni ta’ għajnuna). Barra minn hekk, uħud mill-ftehimiet għall-fornitura tal-enerġija fis-seħħ f’pajjiżi Ewropej oħra jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat u l-Kummissjoni bdiet investigazzjonijiet profondi rigward diversi miżuri ta’ dan it-tip (88). Anke jekk din id-difiża ma tressqitx espliċitament mill-Italja u Alcoa, il-Kummissjoni tikkunsidra importanti li tfakkar il-prinċipju, stabbilit sew fil-każistika (89), li l-eżistenza ta’ għajnuna illegali f’ċerti Stati Membri ma tiġġustifikax l-adozzjoni tal-istess miżura minn xi Stat Membru ieħor.

(188)

L-argument skont Alcoa li jekk tiżżarma l-kapaċità produttiva fl-Italja din ma tinħoloqx xi mkien ieħor fl-UE/ŻEE huwa f’kunflitt dirett mad-deċiżjoni reċenti ta’ Alcoa li tibni funderija fl-Iżlanda (li tifforma parti miż-ŻEE).

(189)

Għaldaqstant wieħed irid jikkonkludi li t-tariffa preferenzjali mogħtija lil Alcoa ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża rigward il-kompetituri rigward il-kummerċ intrakomunitarju. Huwa stabbilit fil-każisitika (90), li f’tali ċirkustanzi għandu jiġi kkunsidrat li kien hemm impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju u li kien hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni.

6.2.5.   Konklużjonijiet dwar il-preżenza ta’ għajnuna

(190)

Fid-dawl ta’ dak li ġie ppreżentat hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tariffa preferenzjali mogħtija lil Alcoa fuq il-bażi tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi 80/2005 u tad-Digriet tal-2004 (sakemm l-istess miżura setgħet irriżultat mill-applikazzjoni ta’ tali Digriet fil-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u tista’ tiġi awtorizzata biss jekk tikkwalifika għal waħda mid-derogi previsti fit-Trattat.

6.3.   Klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna ġdida iktar milli għajnuna eżistenti

(191)

Is-sentenza tal-Qorti, fil-paragrafu 132 tikkonferma mingħajr dubju l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li t-tariffa teħtieġ tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida: “għandu jiġi konkluż li l-miżura preżenti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti, mhux biss minħabba li tkopri perjodu differenti minn dak eżaminat fid-deċiżjoni Alumix, iżda wkoll ma tikkonsistix aktar f’li ENEL tapplika t-tariffa stabbilita fid-Digriet tal-1995, li kienet ekwivalenti għal tariffa tas-suq, iżda fl-għotja ta’ rimbors min-naħa tal-Cassa Conguaglio, meħud minn riżorsi pubbliċi, bil-għan li jagħmel tajjeb għad-differenza bejn it-tariffa applikata minn ENEL u dik stipulata fid-Digriet tal-1995 u prorogata mid-Digriet Liġi tal-2005”.

(192)

Minħabba li sar appell kontra s-sentenza tal-Qorti (Kawża C 194/09), il-Kummissjoni madanakollu jidhrilha li hemm raġuni biex tagħmel analiżi bir-reqqa tal-kwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li jidentifika l-kategoriji kollha ta’ għajnuna eżistenti.

(193)

Huwa ċert li l-miżura fil-kwistjoni ma ġietx implimentata qabel l-adeżjoni tal-Italja fl-UE (paragrafu i) tal-Artikolu msemmi), ma tistax tiġi kkunsidrata awtorizzata minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni fiż-żmien preskritt mill-iskandenzi proċedurali (paragrafu iii)) u ma tistax tiġi kkunsidrata għajnuna eżistenti minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni (paragrafu iv)) (91).

(194)

L-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999 jistabbilixxi li “billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”. Fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ tal-proċedimenti l-Kummissjoni ma tibbażax fuq din id-dispożizzjoni biex tasal għall-konklużjoni li t-tariffa Alcoa tikkostitwixxi għajnuna ġdida. Madanakollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, minħabba li s-settur tal-enerġija elettrika ġie liberalizzat għall-utenti kummerċjali kollha wara l-approvazzjoni tat-tariffa oriġinali Alumix, li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-liberalizzazjoni setgħet tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-tariffa bħala għajnuna eżistenti jew bħala għajnuna ġdida. Alcoa hija tal-fehma li dan mhux il-każ. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma ta’ Alcoa (92). It-tariffa ma saritx għajnuna mill-Istat b’konsegwenza tal-ftuħ tas-settur tal-enerġija elettrika għall-kompetizzjoni, ladarba l-kwadru ta’ referenza xieraq għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mogħtija lil Alcoa mhuwiex is-suq tal-elettriku (li fih Alcoa mhix attiva) iżda dak tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, m’hemm ebda rabta każwali bejn il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija elettrika u d-deċiżjoni li tiġi ffinanzjata t-tariffa permezz ta’ kontribuzzjoni mandatorja.

(195)

Fis-sottomissjonijiet tagħha, Aloa ssostni li, anke jekk wieħed jassumi (ipotetikament) li t-tariffa setgħet saret għajnuna, dan tkun għamlitu minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq jew ta’ ċirkustanzi oħra esterni, jew inkella tal-evoluzzjoni tas-suq komuni, li allura jiġġustifikaw il-kwalifika ta’ għajnuna eżistenti. Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat jekk l-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 setgħetx tiġi applikata għall-każ preżenti. Din id-dispożizzjoni tikkonferixxi l-istatus ta’ għajnuna eżistenti fuq miżuri li “saru għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni, u mingħajr ma ġew immodifikati min-naħa tal-Istat Membru”.

(196)

Il-Kummissjoni ma rnexxiliex tindividwa evoluzzjoni tas-suq li tikkorrispondi għad-definizzjoni mogħtija mill-Qorti (93), jew “tibdil fil-kuntest ekonomiku u legali fis-settur li jikkonċerna r-regolament” li permezz tiegħu it-tariffa inbidlet f’għajuna. Alcoa nnifisha ma rnexxilha tindividwa tali tibdil u lanqas tipprova l-eżistenza ta’ ebda rabta kawżali mat-tibdil fin-natura tat-tariffa. Barra minn hekk anke jekk wieħed jammetti li kien hemm evoluzzjoni fis-suq komuni, dan ma jkunx relevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tal-miżuri fil-kwistjoni: l-istatus ta’ għajnuna eżistenti mogħti mill-fattur ipotetiku “evoluzzjoni tas-suq komuni” ma setax idum iktar mill-introduzzjoni, minn Stat Membru, ta’ alterazzjoni sostantiva sussegwenti tal-miżura (mekkaniżmu tal-finanzjament ibbażat fuq ir-riżorsi Statali), anke fid-dawl tat-tieni kriterju tal-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Minħabba li l-perjodu li qed jiġi kkunsidrat fil-proċediment preżenti huwa sussegwenti għal dik il-modifika, l-evoluzzjoni tas-suq komuni ma tistax tkun relevanti għall-fini tal-valutazzjoni. Fattur ta’ “evoluzzjoni” li ġie wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament il-ġdid kien ikun daqstant irrelevanti minħabba li l-miżura kienet diġà tikkositwixxi għajnuna mill-Istat fiż-żmien tal-“evoluzzjoni”. Għalhekk, it-teżi ta’ Alcoa tista’ tiġi miċħuda.

(197)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni stmat li t-tariffa Alcoa setgħet tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti abbażi tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward “l-għajnuniet awtorizzati, jew is-sistemi ta’ għajnuniet u għajnuniet individwali li ġew awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill”. It-teżi mressqa minn Alcoa u mill-Italja huma bbażati fuq il-validità ta’ żmien mingħajr limitu tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni Alumix, li tagħmel it-tariffa Alcoa għajnuna eżistenti abbażi tad-dispożizzjoni imsemmija hawn fuq.

(198)

Alcoa u l-Italja jsostnu li d-Deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien (ara premessi (93) u (119) rispettivament). Fid-deċiżjoni Alumix il-Kummissjoni huwa ddikjarat li sabet - b’mod indefinit - li t-tariffa Alcoa ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna. Barra minn hekk il-proroga ta’ għajnuna eżistenti kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida, iżda m’hemmx għajnuna ġdida fejn il-proroga ta’ miżura ma kinitx ikkunsidrata għajnuna. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni issa tbiddel il-valutazzjoni u tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, it-tariffa li bbenefikat minnha Alcoa s’issa kellha f’kull każ tiġi kkunsidrata “għajnuna eżistenti”, jew intitolata għal “trattament bħala għajnuna eżistenti” abbażi tal-każistika Ċentri tal-Koordinazzjoni fil-Belġju  (94) u l-irkupru jeħtieġ jiġi eskluż (ara premessa (94)).

6.3.1.   Ambitu temporali tad-deċiżjoni Alumix

(199)

Huwa naturali li deċiżjoni lil fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi li ċerta miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat tkun suġġetta għal limitu ta’ żmien, fejn il-konklużjoni li m’hemmx għajnuna hija bbażata fuq l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq u tinvolvi valutazzjoni prospettiva tal-kundizzjonijiet tas-suq li tista’ tiġi indirizzata kif suppost biss tul perjodu ta’ żmien limitat (95). Din il-limitazzjoni ma tfissirx li l-Kummssjoni tikkunsidra li l-miżura neċessarjament saret għajnuna meta skada ż-żmien stabbilit mid-deċiżjoni.

(200)

Id-deċiżjoni Alumix kienet ibbażata fuq id-Digriet tad-19 ta’ Diċembru 1995, li stabbilixxa t-tariffa għal perjodu ta’ 10 snin u kien jipprevedi espliċitament li tiġi abolita wara l-31 ta’ Diċembru 2005. Fil-każ Alumix, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni kumplessa tal-prezzijiet u tat-tendenzi fis-settur tal-enerġija elettrika fuq perjodu ta’ għaxar snin, kif jirriżulta mit-tabelli li jiffurmaw parti integrali tad-deċiżjoni u li jistabbilixxu l-prezz Alcoa sal-2005 biss. Tali prezzijiet u tendenzi huma, min-natura tagħhom stess, suġġetti għal tibdil, u l-Kummissjoni ma kinetx tista’ tiddikjara li mhux se jkun hemm għajnuna indefinita mill-istat, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-liberalizzazzjoni progressiva tas-swieq tal-enerġija.

(201)

Għalhekk il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni jistgħu jiġu interpretati biss fuq skadenza tal-2005. Dan huwa rikonoxxut b’mod ċar mill-Qorti, fil-paragrafi 105 u 106 tas-sentenza li tikkonferma d-deċiżjoni tal-2006 tal-ftuħ tal-proċedimenti (96).

(202)

Trid tiġi miċħuda wkoll id-dikjarazzjoni tal-Italja li d-deċiżjoni Alumix kienet mingħajr limitu b’mod intenzjonat b’rikonoxximent tal-ħtieġa ta’ miżura fit-tul (premessa (119)). Il-paragrafu fid-deċiżjoni Alumix li fuqu iddependiet l-Italja (“ir-ristrutturazzjoni u r-restawr tal-operat ta’ Alumix jiggarantixxu li l-iżvilupp ta’ din iż-żona mhux fil-qosor iżda fit-tul”), ma tirreferix għat-tariffi li kien ikkunsidrat ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat iżda għal miżuri oħra ta’ għajnuna ta’ ristrutturazzjoni favur Alumix. Barra minn hekk, il-paragrafu fil-kwistjoni sempliċement jafferma li l-preżenza kontinwa ta’ Alumix se tikkontribwixxi għal żvilupp fit-tul taż-żona u ma jistx jiġi interpretat bil-mod kif qed tissuġġerixxi l-Italja.

(203)

Fl-aħħar, ladarba l-validità tad-deċiżjoni Alumix kienet limitata sal-31 ta’ Diċembru 2005, it-tariffa applikata li kienet tibda mill-1 ta’ Jannar 2006 skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 tikostitwixxi għajnuna ġdida minħabba t-tibdil fil-perjodu tal-miżura, b’konformità mal-każistika Diputacion Foral de Alava  (97).

6.3.2.   “Tibdil fiċ-ċirkostanzi” li għandhom impatt fuq il-validità tad-deċiżjoni Alumix

(204)

Il-Kummissjoni eżaminat it-teżi ta’ Alcoa li qatt ma kien hemm “tibdil fiċ-ċirkostanzi” tali li jxejjen l-effikaċja tad-deċiżjoni Alumix, minħabba li la l-liberalizzazzjoni tas-suq u lanqas ir-rwol mogħti lill-Cassa Conguaglio ma kellhom impatt fuq il-prezz imħallas minn Alcoa. Peress li dak il-prezz baqa’ konformi mal-kriterji Alumix, skont Alcoa il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-miżura ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna tagħtiha validità (ara fuq premessa (93)).

(205)

Madanakollu eżami tal-fatti juri li l-mekkaniżmu tariffarju li l-Kummissjoni kienet awtorizzat fil-każ Alumix ġarrab kambjament fundamentali li Alcoa qed tfittex li timminimizza bħala sempliċement dettall amministrattiv, jiġifieri il-mogħdija ta’ tariffa mħaddma minn fornitur tal-elettriku skont il-kundizzjonijiet tas-suq għal tariffa li hija biss fl-isem u li hija sussidju Statali.

(206)

Huwa diffiċli li wieħed jikkunsidra dan il-kambjament bħala “natura purament formali” u “li ma tibiddilx is-sustanza tat-tariffa approvata” ladarba l-mekkaniżmu ta’ finanzjament il-ġdid immodifika l-kundizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni Alumix.

(207)

Wieħed biżżejjed jiftakar li fil-każ Alumix il-valutazzjoni kienet tiffoka fuq l-imġieba tal-fornitur tal-elettriku ENEL. It-tariffa preferenzjali ma kinetx tagħti vantaġġ lil Alcoa minħabba li, abbażi tal-eżami tal-operatur f’ekonomija tas-suq il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien razzjonali għal ENEL li tbigħ l-elettriku bil-prezz fil-kwistjoni. Madanakollu, l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq jitlef is-sens f’sitwazzjoni fejn it-tariffa m’għadhiex offerta mir-rieda ta’ ENEL (li tirċievi l-prezz ordinarju) iżda hija r-riżultat ta’ ħlas ta’ kumpens min-naħa tal-Istat. Fis-sistema l-ġdida l-imġieba tal-fornitur tal-enerġija elettrika ma għadx għandha rilevanza.

(208)

Barra minn hekk, l-introduzzjoni mill-1 ta’ Jannar 2006 ta’ mekkaniżmu ta’ indiċjar b’limitu ta’ żieda annwali ta’ 4 % tal-prezz Alcoa (ara premessa (49)) tikkostitwixxi tibdil sostantiv ieħer tal-iskema tariffarja oriġinali, u wieħed li bilkemm jista’ jiġi kkunsidrat konformi mas-suq, meta wieħed jikkunsidra li mill-2005 ‘il quddiem u sal-kriżi ekonomika fl-aħħar tal-2008, il-prezzijiet tal-elettriku kienu qed jiżdiedu kontinwament.

(209)

Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Alcoa, il-fatt li l-prezz imħallas minn Alcoa abbażi tal-iskema l-ġdida sal-aħħar tal-2005 huwa l-istess bħal dak li ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fid-deċiżjoni Alumix ma jiġġustifikax il-konklużjoni li l-miżura ma nbidlitx b’mod sostanzjali, jekk wieħed irid isegwi l-opinjoni tal-avukat ġenerali Fennely fil-kawża l-Italja u Sardegna Lines v il-Kummissjoni  (98). Fil-valutazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi tibdil sostanzjali ta’ miżura ta’ għajnuna l-avukat ġenerali Fennely ddikjara lil “ l-introduzzjoni ta’ metodu kompletament ġdid għall-provvediment li hu effettivament l-istess livell ta’ għajnuna jikkostitwixxi manifestament tibdil sinifikattiv għall-iskema oriġinali.” Għaldaqstant, it-tariffa kkontestata hija miżura kompletament differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjoni Alumix. Il-konklużjonijiet dwar Alumix huma għalhekk irrelevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ u jibqgħu hekk anke jekk wieħed jassumi li d-deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien.

(210)

Għall-istess raġunijiet il-każistika taċ-Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju, invokata minn Alcoa, mhix bażi valida biex wieħed jitlob li jiġu applikati l-istess garanziji proċedurali li kieku japplikaw għal għajnuna eżistenti. Din is-sentenza tirrigwarda każi li fihom il-Kummissjoni tibdel il-valutazzjoni tagħha ta’ skema ta’ għajnuniet li qabel kienet instabet li ma tikkostitwix għajnuna. Fil-paragrafu 77 tas-sentenza, il-Qorti tistabbilixxi l-prinċipju li f’dawn il-każi il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura għas-sorveljanza ta’ għajnuna eżistenti. Madanakollu, dan il-prinċipju jista’ jiġi applikat biss jekk l-iskema ma tkunx inbidlet materjalment. Fil-każ preżenti, l-iskema tariffarja Alcoa ġiet modifikata materjalment mill-Istat Membru, kif indikat fil-premessi (205) sa (208). Għalhekk, fil-każ preżenti, il-Kummissjoni mhix titbiegħed mill-valutazzjoni ta’ qabel tal-istess miżura, iżda pjuttost qed tivvaluta miżura differenti.

(211)

It-tibdiliet deskritti ma jistgħux jiġu separati mill-iskema tal-bidu, minħabba li għandhom impatt fuq is-sustanza tal-mekkaniżmu u għalhekk it-tariffa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna fit-totalità tagħha, b’konformità mas-sentenza Ġibiltà  (99).

6.3.3.   Konklużjonijiet dwar id-definizzjoni tat-tariffa bħala għajnuna ġdida

(212)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proroga tat-tariffa Alcoa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-1 ta’ Jannar 2006, jiġifieri id-data meta l-Liġi Nru 80/2005 daħlet fis-seħħ.

6.4.   Leġittimità tal-għajnuna

(213)

Skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni il-pjani li jagħtu jew jimmodifikaw l-għajnuna u ma jistgħux jagħtu bidu għal dawn il-miżuri proposti sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni finali.

(214)

Minħabba li l-Italja ma nnotifikatx l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005, l-għajnuna hija illegali.

6.5.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(215)

B’deroga mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli jekk tikkwalifika għal waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fit-Trattat.

(216)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Alcoa skont l-Artikolu 11 (11) tal-Liġi Nru 80/2005 tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna operazzjonali li, b’konformità mal-prinċipju, hija inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-kawża L-Italja v Il-Kummissjon  (100) il-Qorti sabet li “l-għajnuna fil-kwistjoni, li ingħatat mingħajr kundizzjonijiet speċifiċi u unikament skont il-kwantitajiet utilizzati, għandha titqies bħala għajnuna operazzjonali lill-impriżi kkonċernati u li, bħala tali, tibdel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt kuntrarju għall-interess komuni”.

(217)

Anke fil-kawża Siemens v Il-Kummissjon  (101), il-Qorti tal-Ewwel Istanza ikkonfermat il-prinċipju li “l-għajnuna operazzjonali, jiġifieri għajnuna immirata li tgħin impriża mill-ispejjeż li normalment hija stess ikollha ġġorr fl-ambitu tal-ġestjoni ta’ kuljum jew tal-attività normali tagħha, fil-prinċipju ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 92(3)] [issa l-Artikolu 87(3) …]

(218)

Madanakollu, hemm sitwazzjonijiet definiti b’mod ċar fejn huwa possibbli li tingħata għajnuna operazzjonali. B’mod partikolari, għajnuniet operzzjonali għal għanijiet ambjentali jistgħu jingħataw taħt il-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent (102). Anke l-għajnuniet operazzjonali fir-reġjuni assistiti jistgħu jkunu awtorizzati f’każ ta’ eċċezzjoni bħala għajnuna reġjonali. Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-tariffa tistax tikkorrispondi ma’ waħda minn dawn il-kategoriji.

(219)

Il-Kummissjoni tinnota li m’hemmx il-possibbiltà li t-tariffa tiġi awtorizzata bħala għajnuna ambjentali, minħabba li l-għan tat-tariffa fil-kwistjoni mhuwiex ta’ natura ambjentali.

6.5.1.   Kompatibbiltà mal-Linji gwida dwar għajnuna reġjonali mill-Istat (Sardegna)

(220)

Tista’ tingħata konċessjoni għal għajnuna operazzjonali b’mod eċċezzjonali f’żoni assistiti eliġibbli għal għajnuna taħt id-deroga tal-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Matul il-perjodi li qed jiġi kkunsidrat, ir-reġjun tal-Veneto, fejn hemm il-funderija ta’ Fusina, ma kienx ammissibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE. Madanakollu, ir-reġjun ta’ Sardegna, kien eliġibbli sal-aħħar tal-2006. Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat jekk it-tariffa preferenzjali għall-funderija ta’ Alcoa f’Portovesme tistax tkun awtorizzata taħt il-linji gwida tal-1998 dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (103).

(221)

B’konformità mal-punt 4.15 tal-linji gwida reġjonali, l-għajnuna operazzjonali tista’ tingħata f’każ eċċezzjonali, jekk i) tkun ġustifikata skont il-kontribut li tagħti għall-iżvilupp reġjonali u min-natura tagħha u ii) il-livell tagħha jkun proporzjonali għall-iżvantaġġi li tkun intiża biex itaffi. Huwa d-dmir tal-Istat Membru li juri l-eżistenza ta’ kwalunkwe nuqqasijiet u jkejjel l-importanza tagħhom. B’konformità mal-punt 4.17 tal-linji gwida reġjonali, l-għajnuna operazzjonali trid tkun limitata fiż-żmien u tonqos progressivament.

(222)

L-Italja issostni li (ara premessa (125)) l-problema persistenti ta’ spejjeż tal-elettriku għoljin għall-produzzjoni tal-aluminju f’Sardegna u fil-Veneto, rkonoxxuta fid-deċiżjoni Alumix, tiġġustifika l-proroga tat-tariffa.

(223)

Id-deċiżjoni Alumix ma approvatx it-tariffa għall-perjodu 1996-2005 bħala għajnuna reġjonali, iżda kkonkludiet li ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna. Għalhekk ma treġix it-teżi li fid-deċiżjoni Alumix il-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li l-konċessjoni ta’ għajnuna operazzjonali kienet iġġustifikata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet reġjonali.

(224)

Skont l-Artikolu 2 tal-linji gwida reġjonali, “ħlas wieħed ad hoc mogħti lil impriża waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta’ attività jistgħu jkollhom impatt qawwi fuq il-kompetizzjoni tas-suq ikkonċernat, filwaqt li hemm ir-riskju li l-effetti fuq l-iżvilupp reġjonali jkunu limitati żżejjed … Bħala konsegwenza, id-derogi inkwistjoni normalment jingħataw l-aktar għal skemi ta’ għajnuna multisettorjali miftuħa, f’reġjun determinat, għall-impriżi kollha fis-setturi kkonċernati.” Tariffa għall-enerġija elettrika li tingħata b’mod selettiv lil impriżi individwali fis-setuur tal-metallurġija, hija manifestament mhux konformi mal-ispirtu tal-għajnuniet reġjonali li jridu jkunu multisettorjali. Madanakollu, minħabba li assolutament mhux projbit li jingħataw għajnuniet ad hoc, il-Kummissjoni eżaminat jekk ċirkustanzi eċċezzjonali jiġġustifikawx l-għoti tat-tariffa.

(225)

Il-Kummissjoni ikkunsidrat b’mod partikolari n-nuqqasijiet fis-settur tal-enerġija elettrika f’Sardegna, kif dokumentat mill-Italja u Alcoa.

6.5.1.1.   Is-suq tal-enerġija elettrika ta’ Sardegna fil-kuntest Taljan

(226)

Is-suq Taljan tal-enerġija elettrika huwa ġeneralment ikkonċentrat ħafna, anke jekk inqas fiż-żona tat-Tramuntana. L-operatur dominanti fiż-żoni kollha hija l-kumpanija monopolistika ENEL, ħlief f’Sardegna fejn jeżisti duopolju mal-E.ON. ENEL hija b’saħħitha fis-suq u l-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni kienet sabitha ħatja ta’ abbuż ta’ poter fl-2004-2005. Il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-Italja huma normalment għoljin, minħabba “taħlita” produttiva fil-parti l-kbira bbażata fuq karburant fossili (essenzjalment gass), in-nuqqas ta’ kapaċità nukleari u l-konġestjoni fl-interkonnetturi mal-kumplament tal-Ewropa.

(227)

F’Sardegna li tirrappreżenta 4,1 % tal-qawwa installata fl-Italja (104) l-elettriku huwa ġġenerat fil-parti l-kbira f’impjanti termoelettriċi bl-użu ta’ karburanti fossili (karbonju, żejt, qatran tar-raffinerija). Il-gżira m’għandhiex infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-gass naturali.

(228)

Sardegna tbati minn qagħda ta’ kapaċità żejda ta’ produzzjoni, l-aktar f’dik il-parti ta’ spejjeż għoljin (impjanti imħaddma miż-żejt), minħabba li l-gvern abbanduna l-pjani li jikkonċentra fuq il-gżira l-industrija peżanti Taljana. Dan wassal għal investiment żejjed minn ENEL fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Barra milli strutturalment jinvolvu iktar spejjeż, dawn l-impjanti qegħdin isiru teknikament skaduti b’mod mgħaġġel. L-esportazzjoni tal-enerġija elettrika mis-Sardegna lejn l-Italja kontinentali hija wkoll limitata mill-kapaċità żgħira tal-interkonnetturi (105) li hi suġġetta għall-konġestjoni.

(229)

Żewġ kumpaniji tal-elettriku ENEL u E.ON., flimkien għandhom 95 % mis-sehem tas-suq tal-forniment tal-enerġija elettrika f’Sardegna (madwar 58 % għal E.ON. u 42 % għal ENEL). Skont l-investigazzjoni fuq il-kompetizzjoni fis-settur elettriku (106), f’termini ta’ kompetizzjoni Sardegna tista’ titqies bħala duopolju b’dominanza kollettiva. Il-konċentrazzjoni tas-suq hija għolja, għalkemm mhux l-ogħla fl-Italja (107). Minħabba l-kontroll li għandhom fuq prattikament l-impjanti kollha mid-merit u peak E.ON u ENEL jiddeterminaw il-prezz prattikament għas-sigħat kollha. Madanakollu il-qagħda f’Sardegna tidher li hi inqas kritika minn dik fin-Nofsinhar tal-Italja (108) fejn ENEL tiddetermna l-prezzijiet fis-sigħat kollha.

(230)

Il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku fl-Italja huma fost l-ogħla fl-Ewropa (109), u l-prezzijiet f’Sardegna huma fost l-ogħla fl-Italja. Fl-2007, il-prezz medju nazzjonali (PUN) kien ta’ EUR 70,99 għal kull MW/h filwaqt li l-prezz żonali ta’ Sardegna kien ta’ EUR 75 għal kull MW/h, meta fl-2006 kien EUR 80 għal kull MW/h (110). Fl-2008 u 2009 kompliet it-tendenza li l-prezz medju żonali ta’ Sardegna jiżdied. Fl-ewwel nofs tal-2009, il-prezzijiet f’Sardegna baqgħu kostantement ‘il fuq mill-medja nazzjonali (bi prezz medju ta’ EUR 106,60 għal kull MW/h imqabbel ma’ PUN ta’ EUR 60, 50 għal kull MW/h). M’humiex disponibbli l-prezzijiet tal-kuntratti bilaterali f’Sardegna, għaliex tali informazzjoni mhix pubblika u l-Italja għażlet li ma tipprovdihiex (ara fuq paragrafu (63)).

(231)

Fl-aħħar, is-suq tal-enerġija elettrika f’Sardegna jippreżenta sensiela ta’ problemi (uħud minnhom madanakollu, komuni mal-kumplament tal-Italja) li jistgħu jkunu mqassra kif ġej: Prezzijiet għoljin, grad għoli ta’ konċentrazzjoni tas-suq, saħħa tas-suq tal-operaturi dominanti, kapaċità eċċessiva ta’ ġenerazzjoni fil-parti bi prezz għoli, ineffiċjenza relattiva tal-impjanti tal-produzzjoni u qed isiru skaduti, nuqqas ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-gass natural u interkonnettività insuffiċjenti.

6.5.1.2.   Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(232)

L-ewwel kwistjoni li teħtieġ tissolva hija jekk dawn il-problemi għandhomx impatt gravi fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ Sardegna. Il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fil-gżira huma għoljin u l-interkonnettività hija limitata. Fil-każ C 34/02 (111), il-Kummissjoni ma aċċettatx li n-nuqqas ta’ interkonnettività tal-enerġija tikkostitwixxi żvantaġġ għall-iżvilupp tal-SME’s.

(233)

Filwaqt li huwa minnu li l-SMEs iħossu l-prezzijiet għoljin inqas mill-industriji l-kbar elettro-intensivi, madanakollu l-interessi ta’ settur waħdieni m’humiex awtomatikament l-ekwivalenti tal-interessi ta’ reġjun. Fi kliem ieħor l-għajnuna operattiva f’reġjun assistit ma tistax tiġi awtorizzata fid-dawl tad-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom settur wieħed, iżda jeħtieġ jintwera li dawn ikunu qed jikkontribwixxu fit-tul għall-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżvantaġġ reġjonali li ġej mill-istat tas-suq tal-elettriku reġjonali f’Sardegna ma ġiex sostanzjat biżżejjed mill-Italja.

(234)

Iżda anke jekk wieħed kellu jammetti l-eżistenza ta’ żvantaġġ reġonali, iridu xorta waħda jiġu ssodistfati l-kriterji tal-linjigwida reġjonali. L-għajnuna teħtieġ tagħmel kontribut fit-tul għall-iżvilupp reġjonali u tkun propozjonali għall-iżvantaġġi li tfittex li ttaffi.

(235)

Fil-każ preżenti, mhux plawsibbli li tali għajnuna operazzjonali tagħti kontribut sostenibbli għall-iżvilupp reġjonali. Anke jekk wieħed kellu jammetti li l-manteniment fil-gżira tal-funderija tal-aluminju ta’ Alcoa (jew benefiċjarji oħrajn tat-tariffa preferenzjali), jikkontribwixxi għall-impjiegi u għall-manteniment ta’ bażi ta’ manifattura fuq il-gżira, dawn l-impatti ma jkunux dejjiema. Alcoa stess tgħid li t-tneħħija tat-tariffa tfisser l-għeluq immedjat tal-funderija f’Portovesme. L-awtoritajiet Taljani jippreżentaw it-tariffi bħala miżura temporanja, immirata biex isservi biss sakemm fl-2010 jitlestew il-proġetti infrastrutturali relatati mal-produzzjoni tal-enerġija u mal-interkonnettività (il-pajp tal-gass GALSI u l-kejbil marin SAPEI) li qed isiru bħalissa. Il-kwistjoni hi jekk tali żviluppi strutturali humiex kapaċi jġibu l-prezzijiet tal-enerġija elettrika għal livelli kompatibbli mal-eżiġenzi tal-produtturi tal-aluminju. Il-Kummissjoni tikkunsidra li bl-infrastruttura ġdida, Sardegna se tkun kapaċi tipproduċi u tbiegħ l-enerġija elettrika għal madwar l-istess prezz tal-Italja kontinentali, u b’hekk tiġi eliminata d-diverġenza reġjonali. Madanakollu, il-Kummissjoni ma tarax kif tali proġetti jistgħu inaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija elettrika bin-nofs biex iwassluhom għal EUR 30 għal kull MWh li, skont Alcoa, huwa meħtieġ biex il-funderija tagħmel qligħ.

(236)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-eżistenza ta’ sussidju Statali immirat biex inaqqas l-ispejjeż għal utenti kbar ma jimmotivax lill-fornituri tal-elettriku biex ibaxxu l-prezzijiet biex ma jitilfux l-ikbar klijenti tagħhom, u lanqas timpedixxi lill-istrutturi tal-ispejjeż milli jmmoru għall-agħar. Is-sussidju pjuttost jirrinforza l-inċentiv biex il-fornituri tal-enerġija elettrika jkomplu jisfruttaw is-saħħa tagħhom fis-suq. Għalhekk, anke jekk huwa minnu, minħabba s-sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, li Alcoa normalment tkun tista’ ġġib prezz kompetittiv, li kieku ma kienx għas-saħħa fis-suq li għandhom il-fornituri tal-enerġija elettrika (li jistgħu jkollhom interess li jżommu l-prezzijiet għoljin, ara premessi (121) u (99) rispettivament), il-Kummissjoni tkkunsidra li t-tariffa preferenzjali ma kinetx tkun l-istrument xieraq biex tagħti dimensjoni ġdida lil din is-saħħa fis-suq.

(237)

Inċidentalment, ta’ min jinnota li d-deċiżjoni Alumix kienet ibbażata fuq l-ipoteżi bil-maqlub, jiġifieri li l-klijenti l-kbar bħal Alcoa kellhom saħħa fis-suq, fil-forma ta’ saħħa fin-negozjar vis-a-vis ENEL, u li għalhekk, kieku ENEL kienet kumpanija privata, kien ikollha tbiegħ bi prezz iktar baxx.

6.5.1.3.   Proporzjonalità

(238)

Is-sussidju mogħti lil Alcoa huwa ogħla minn kwalunkwe diiferenzjal li jista’ jeżisti bejn il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-Italja kontinentali u l-prezzijiet f’Sardegna għall-istess kategorija ta’ klijenti. Għaldaqstant, it-tariffa mhix proporzjonali għall-iżvantaġġi reġjonali li allegatament qed tfittex li tirrimedja.

6.5.1.4.   Karattru ta’ tnaqqis progressiv

(239)

L-għajnuna operazzjonali reġjonali trid tkun tonqos progressivament (ara premessa 4.17 tal-linji gwida reġjonali). Abbażi tal-mekkaniżmu ta’ indiċjar introdott mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, kif interpretat mill-AEEG (ara l-paragrafi (49) u (50)) it-tariffa tiżdied kull sena b’perċentwal li jirrifletti t-tendenzi tal-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-UE, iżda ż-żieda ma tistax taqbeż l-4 %. Din it-tariffa tonqos biss meta l-prezzijiet medji fl-UE jonqsu f’termini netti (minħabba li t-tariffa Alcoa ma tistax tonqos imma tiżdied biss). Fil-każi l-oħra kollha, it-tariffa hija progressiva u tinvolvi vantaġġ li jiżdied għal Alcoa (112). Fil-fatt, f’kuntest fejn il-prezzijiet jiżdiedu b’mod mgħaġġel fl-UE, l-għajnuna favur Alcoa żdiedet il-ħin kollu f’termini reali minn meta ġiet introdotta t-tariffa fil-kwistjoni.

6.5.1.5.   Konklużjonijiet fuq il-komptibbiltà tal-miżura bħala għajnuna reġjonali għal Sardegna

(240)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proroga tat-tariffa fil-kwistjoni ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli bħala għajnuna reġjonali skont il-linji gwida reġjonali tal-1998. Minħabba li l-assistenza lil Sardegna għall-perjodu 2007-2013 twaqqfet skont l-Artikolu 87(3)(a), mhux meħtieġ li tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2007-2013.

6.5.2.   Kunsiderazzjonijiet oħra relevanti għall-kumpatibbiltà (Veneto u Sardegna)

(241)

L-Italja u Alcoa għamlu l-argument li t-tariffa Alcoa hija mmirata li ttaffi n-nuqqasijiet tas-swieq tal-enerġija elettrika li s’issa għadhom ma wasslux għal prezzijiet kompetittivi. Prezzijiet għoljin tal-enerġija elettrika allegatament jheddu l-kompetittività tal-industriji elettro-intensivi, fosthom dik tal-aluminju primarju. Qed jingħad li l-għajnuna se żżomm milli kumpaniji jitilqu mill-Ewropa. L-għajnuna għandu jkollha effet ta’ inċentivazzjoni minħabba li f’każ għall-kuntrarju, fl-assenza ta’ għajnuna, il-kumpanija kienet tagħlaq il-funderija ta’ Sardegna u tal-Veneto.

(242)

Rigward dawn l-affermazzjonijiet jistgħu joħorġu l-kummenti ġenerali li ġejjin. Il-funzjonament imperfett tas-swieq tal-enerġija elettrika ma jistax jitqies, strictu sensu, falliment tas-suq minħabba li dan il-kunċett jimplika l-inkapaċità ta’ suq kompetittiv li jipproduċi, waħdu, l-aħjar riżultat fuq pjan soċjali, filwaqt li l-problema f’dan il-każ hija li s-swieq mhumiex kompetittivi biżżejjed. Is-soluzzjoni tista’ tinstab biss f’iktar – mhux inqas – kompetizzjoni, jiġifieri permezz ta’ suq tal-enerġija verament integrat. Il-fatt li t-tariffi tal-elettriku jiffissahom l-Istat jipproduċi b’mod ġenerali l-effett oppost, jiġifieri joħolqu ostakolu u jipprekludu l-aċċess ta’ operaturi ġodda fis-suq, u għalhekk tiġi ostakolata l-integrazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna operazzjonali mogħtija fil-forma ta’ tariffi għall-enerġija elettrika artifiċjalment baxxi mhix l-istrument xieraq biex jissolvew l-imperfezzjonijiet tas-swieq tal-enerġija elettrika.

(243)

Wieħed għandu jinnota wkoll li l-konklużjonijiet spiss ikkwotati minn fora speċjalizzati bħall-High Level Group on Energy, Competitiveness and the Environment (premessi (78) u (124)) ma jissuġġerux li l-għajnuniet speċjali mill-Istat għandhom jingħataw biex jirrisolvu l-problemi tal-kompetizzjoni li ġejjin minn prezzijiet għoljin tal-enerġija elettrika, izda jiddefendu l-ħtieġa għal osservanza sħiħa mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat (113).

(244)

Il-Kummissjoni qajjmet dubji dwar argumenti simili li jorbtu l-miżuri ta’ għajnuna mal-għan biex ikun prekluż li kumpaniji jieħdu l-industriji tagħhom barra mill-UE fid-deċiżjoni dwar il-każ Terni (114), u għal għanijiet simili ma tikkusidrax li hu neċessarju li wieħed japprofondixxi l-analiżi f’din id-Deċiżjoni.

(245)

Fis-sitwazzjoni preżenti ta’ prezzijiet baxxi tal-aluminju fis-swieq dinjin (kawża tal-waqa’ fid-domanda minħabba l-kriżi ekonomika) il-funderiji Taljani ta’ Alcoa jistgħu ma jagħmlux qligħ jew jipproduċu bit-telf, anke jekk għal ftit żmien, fl-assenza tat-tariffa. Wieħed ma jistax jeskludi l-għeluq tagħhom, anke jekk fatturi oħrajn jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni f’dan is-sens, inkluż, pereżempju l-ispejjeż u l-ħin meħtieġ biex tinħoloq kapaċità potenzjalment neċessarja biex jiġi evitat it-telf tas-sehem mis-suq.

6.5.3.   Il-proposta ta’ Impjant tal-Enerġija Virtwali (Sardegna)

(246)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Jannar 2007 (minn hawn ‘il quddiem “l-ittra tal-2007”) is-servizzi tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni esploraw l-idea ta’ miżura tranżitorja ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffa mogħtija lil Sardegna, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li s-sitwazzjoni tas-suq ta’ Sardegna, anke minħabba l-iżolament tiegħu, tal-kapaċitajiet limitati ta’ interkonnettività mal-Italja kontinentali u tal-kundizzjonijiet mhux favorevoli ta’ kompetizzjoni, li tidher li tippermetti għajnuna operazzjonali taħt il-forma ta’ tariffa preferenzjali għal perjodu (l-eliminazzjoni gradwali) ta’ madwar sentejn (115) bi skambju mal-adozzjoni ta’ miżuri immirati li tikber il-kompetittività fis-suq ta’ Sardegna permezz tat-twaqqif ta’ Impjant tal-Enerġija Virtwali jew VPP (Virtual Power Plant) (116). L-ittra kienet teskludi b’mod partikolari l-impjant fil-Veneto (117).

(247)

L-ittra tal-2007 kienet tindika li VPP xieraq għandu jipprevedi t-twaqqif tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni virtwali lill-fornituri terzi tal-elettriku, ikopri bejn wieħed u ieħor 25 % tad-domanda tal-elettriku f’Sardegna u jkollu ħajja ta’ madwar 5 snin. L-ittra kienet tissuġġerixxi li kollaborazzjoni bejn is-servizzi tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni u l-awtoritajiet Taljani setgħu jibdew malajr biex jiddeterminaw il-modalitajiet tal-VPP.

(248)

B’dewmien konsiderevoli, fid-9 ta’ Lulju 2009 l-Italja adottat il-dispożizzjonijiet leġiżlattivi biex tingħata lill-AEEG l-awtorità li twaqqaf tali mekkaniżmu. Fis-17 ta’ Awwissu 2009 l-AEEG adottat id-Deċiżjoni ARG/elt 115/09 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-VPP. Il-modalitajiet tal-VPP huma skont il-kriteji stipulati fl-ittra tal-2007. It-tariffa se tiġi abolita fi żmien tliet xhur wara li jitnieda l-VPP, u mill-aktar tard qabel il-31 ta’ Diċembru 2009.

6.5.3.1.   Deskrizzjoni tal-VPP Taljan

(249)

B’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti mill-AEEG, kemm ENEL kif ukoll E.ON għandhom jirrilaxxaw kapaċità ta’ ġenerazzjoni virtwali lill-operaturi li m’għandhomx irbit ma’ ebda waħda mill-kumpaniji. Il-kapaċità li trid tiġi rilaxxjata (225 MW għal ENEL u 150 MW għal E.ON) ġiet determinata skont is-saħħa rispettiva ta’ suq unilaterali taż-żewġ operaturi dominanti. Il-VPP se tkopri il-25 % tad-domanda elettrika f’Sardegna fuq ħajja ta’ 5 snin, sakemm jitlestew il-proġetti infrastrutturali li jinsabu għaddejjin u immirati li jtejbu l-interkonnettività elettrika bejn Sardegna u l-Italja kontinentali.

(250)

Il-parteċipazzjoni għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt se tkun miftuħa għall-operaturi tas-suq attivi fil-bejgħ lil utenti finali. Il-prodotti offruti se jkollhom maturità ta’ sena jew ħames snin. L-għotjiet tal-kuntratti se jkunu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 ‘lil hinn.

(251)

Fid-dawl tar-restrizzjonijiet fiżiċi eżistenti fuq in-netwerk tal-elettriku ta’ Sardegna, il-VPP Taljana ġiet iddiżinjata bħala strument finanzjarju (118). B’dan it-tip ta’ VPP, ix-xerrejja m’għandhomx għalfejn ibigħu fiżikament l-elettriku mogħtija lill-utenti finali mill-aġġudikazzjoni. Dawn jibbenfikaw minn ħlas finanzjarju awtomatiku kull meta il-prezz imħallas fuq is-suq tal-ġurnata ta’ qabel ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-vantaġġ għal operatur eżistenti jew operatur ġdid li jixtieq jiżviluppa klijentiela li jkollu kapaċità VPP jinsab fil-fatt li il-VPP jista’ jkun utilizzat bħala strument ta’ hedging għat-tranżazzjonijiet fiżiċi (l-oħra) eżegwiti.

(252)

L-effett pożittiv għall-kompetittività ta’ dan it-tip ta’ VPP jinsab fil-fatt li l-operaturi dominanti jitteħdilhom l-inċentiv li jisfruttaw is-saħħa li għandhom biex iżommu l-prezzijiet għoljin fis-suq tal-jum ta’ qabel, għaliex kull benefiċċju akkwistat minn din l-istrateġija jkun trasferit lix-xerrejja tal-VPP.

6.5.3.2.   Kumpatibbiltà tat-tariffa abbażi tal-VPP

(253)

Minkejja li l-VPP hija mistennija tipproduċi impatt favur il-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku ta’ Sardegna, u minkejja l-proposta li saret f’Jannar 2007, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, f’dan il-każ, il-VPP ma tistax tikkostitwixxi bażi biżżejjed għall-kumpatibbiltà tal-għajnuna, la għal perjodu tranżitorju suċċessiv għall-implimentazzjoni tal-VPP u lanqas għall-fornituri għall-perjodu ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-VPP, għal għanijiet spejgati fid-dettall hawn taħt.

(254)

Il-Kummissjoni ma teskludix li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, rimedju li jikkonsisti f’liberalizzazzjoni ta’ suq” (jew aħjar, f’dan il-każ, miżura strutturali immirata biex ittejjeb il-kompetizzjoni f’suq legalment miftuħ għall-kompetizzjoni iżda li għadu kkonċentrat ħafna) jista’ jikkostitwixxi bażi għal kompatibbiltà ma’ għajnuna mill-Istat. F’dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni kkunsidrat in-natura tal-problema tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-elettriku f’Sardegna (119), l-eżistenza ta’ rabta każwali bejn din il-problema u l-għajnuna, u l-effikaċja tal-VPP bħala strument korrettiv.

(255)

L-ewwelnett, għal dak li jirrigwarda n-natura tal-problema tal-kompetizzjoni f’Sardegna għandu jiġi nnutat li ġej. Il-prezzijiet għoljin f’Sardegna huma r-riżultat ta’ diversi fatturi flimkien: interkonnettività insuffiċjenti, l-istruttura tal-ispejjeż tal-portafoll tal-ġenerazzjoni u s-saħħa fis-suq taż-żewġ ġeneraturi prinċipali. Il-fatt li fi gżira jkun hemm interkonnettività insuffiċjenti mhix problema tal-liberalizzazzjoni, iżda pjuttost korollarju tal-pożizzjoni ġeografika tagħha. Diversi pajjiżi tal-UE huma gżejjer u kważi l-Istati Membri kollha għandhom gżejjer li l-interkonnettività tagħhom hija insuffiċjenti jew ma teżistix. L-istruttura tal-ispejjeż tal-portafoll ta’ ġenerazzjoni mhix direttament marbuta la mat-tħaddim tas-suq elettriku u lanqas mat-tħaddim ta’ saħħa fis-suq min-naħa tal-operaturi dominanti. Pjuttost tiddependi mid-disponibbiltà tar-riżorsi primarji tal-enerġija u minn restrizzjonijiet oħra fiżiċi u ġeografiċi li jikkundizzjonaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment mill-impriżi li jiġġeneraw. Fl-aħħar, struttura tas-suq ikkonċentrata ħafna hija probabbilment ir-regola u mhux l-eċċezzjoni fuq gżira. Għaldaqstant, l-uniku fattur ta’ kompetizzjoni li wieħed jista’ jara hija s-sitwazzjoni ta’ duopolju, sakemm din potenzjalment tinkoraġġixxi lill-operaturi dominanti jiffissaw prezzijiet għoljin. Din hi madankollu wieħed biss mill-fatturi li jikkontribwixxu għal-livell għoli tal-prezzijiet f’Sardegna.

(256)

It-tieni, il-Kummissjoni vvalutat l-eżistenza ta’ rabta każwali bejn it-tariffi preferenzjali u s-sitwazzjoni tas-suq f’Sardegna. It-tariffi ma kienu qatt maħsuba biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni f’Sardegna, minħabba li t-tariffi ta’ Sardegna nnotifikati mill-Italja kienu joffru rimedju wieħed għal ċirku ristrett ta’ utenti, li barra minn hekk kellhom l-ikbar saħħa li jinnegozjaw. (260)L-Italja stess ammettiet li l-għan tat-tariffa Alcoa kien li jressaq il-prezz inħallas minn Alcoa f’Sardegna skont il-prezzijiet ta’ produtturi tal-aluminju f’pajjiżi Ewropej oħra.

(257)

Jekk xejn, l-għajnuna fil-kwistjoni setgħet iggravat is-sitwazzjoni li tirriżulta mid-duopolju fil-każ tal-ġenerazzjoni. Bis-sistema ta’ ħlasijiet kumpensatorji li tikkostitwixxi l-miżura eżaminata hawnhekk, Alcoa ma kellha ebda inċentiv li tutilizza s-saħħa tagħha stess ta’ xerrej biex tnaqqas l-ispejjeż tal-elettriku, minħabba li l-interess ta’ Alcoa li takkwista l-elettriku bil-prezz l-iktar baxx kien intlaħaq mill-ħlasijiet kumpensatorji, u mhux permezz tat-tħaddim tas-saħħa ta’ negozjar fis-suq bħala konsumatur kbir tal-elettriku f’Sardegna. Billi tnaqqset l-inċentiva ta’ Alcoa li tfittex kundizzjonijiet ta’ forniment differenti minn dawk offruti mill-operatur tradizzjonali, il-ħlasijiet kumpensatorji setgħu kellhom impatt negattiv, sa ċertu punt, fuq il-kompetizzjoni tas-suq għad-detriment tal-konsumaturi tal-elettriku l-oħra kollha, minħabba li dawn saħħew il-pożizzjoni tal-operatur tradizzjonali.

(258)

It-tielet, l-impatt ta’ benefiċċju previst mill-VPP fuq il-kundizzjonijiet kompetittivi attwali f’Sardegna ma jidhirx li hu proporzjonali mal-intensità tal-għajnuna mogħtija. L-effetti ta’ titjib fuq is-suq ta’ Sardegna jidhru li huma pjuttost limitati. Ir-rimedju kien ikollu impatt biss fuq l-imġieba tal-operturi dominanti fid-dawl tal-fatt li VPP finanzjarju bħal dak implimentat fl-Italja ma jistax ikollu impatt fuq l-interkonnettività u fuq l-ispejjeż tal-ġenerazzjoni u, b’differenza minn tolling agreement, mhux imfassal biex iwassal għal tibdil fl-istruttura tas-suq fil-livell ta’ ġenerazzjoni.

(259)

Ir-raba’, l-għajnuna tgħawwġ il-kompetizzjoni fis-suq tal-aluminju primarju, filwaqt li l-VPP se tipproduċi xi titjib rigward il-kompetizzjoni f’suq ieħor, dak tal-elettriku. Min-natura tagħha, il-VPP ma tistax ikollha impatt dirett fuq is-suq tal-aluminju.

6.5.4.   Konklużjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna (Veneto u Sardegna)

(260)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffa applikata għall-funderiji ta’ Alcoa fil-Veneto u f’Sardegna ma tista tibbenefika minn ebda deroga skont l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Id-derogi fl-Artikolu 87(2) mhumiex applikabbli minħabba li l-għajnuna mhix ta’ natura soċjali, mhix imfassla biex tikkumpensa għal ħsara kkawżata minn diżastri jew avvenimenti eċċezzjonali u ma ngħatatx biex tikkumpensa għal żvantaġġi ekonomiċi kkawżati mill-fergħa tal-Ġermanja. Id-derogi fl-Artikolu 87(3)(b) u (d) ukoll ma japplikawx minħabba li l-miżura ma timmirax biex tmexxi ‘l quddiem l-implimentazzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni jew li tirrimedja sfrattu serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru lanqas biex tmexxi ‘l quddiem il-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju. Għal dak li jirrigwarda d-deroga fl-Artikolu 87(3)(a), l-analiżi eżegwita fuq fil-premessi (220) sa (240) turi li t-tariffa ma tistax tiġi approvata bħala għajnuna immirata biex tmexxi ‘l quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta’ nħawi fejn il-livell tal-għixien huwa baxx iktar min-normal jew fejn hemm ħafna qagħad. Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 87(3)(c) l-analiżi turi li t-tariffa, anke jekk abbinata ma’ VPP, ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli abbażi ta’ dik id-deroga (ara b’mod partikolari l-premessi (216), (217), (241) sa (245) u (253) sa (259)).

(261)

Għaldaqstant il-proroga tat-tariffa preferenzjali favur Alcoa introdotta mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 u mid-Digriet tal-2004 (safejn l-istess miżura setgħet irriżultat mill-applikazzjoni tal-istess Digriet matul il-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007 – ara paragrafu (44)) trid tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.

6.6.   Irkupru

(262)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 fil-każ ta’ deċiżjonijiet negattivi f’każi ta’ għajnuniet illegali li mhumiex kompatibbli mas-suq komuni, jeħtieġ li l-kompetizzjoni effettiva tiġi restawrata mingħajr dewmien, sakemm l-irkupru ma jkunx imur kontra l-prinċipju ġenerali tal-Liġi Komunitarja.

6.6.1.   Aspettattivi leġittimi u prinċipji oħra tal-Liġi Komunitarja li jistgħu jostakolaw l-irkupru

6.6.1.1.   Aspettattivi leġittimi

(263)

Skont il-każistika, meta għajnuna tingħata mingħajr notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, il-benefiċjarju ma jistax ikollu aspettattiva li l-għotja kienet legali (120). Impriża diliġenti hija kapaċi tistabbilixxi jekk il-proċedura ta’ notifika ġietx segwita u jekk l-għajnuna hix leġittima.

(264)

Madanakollu wieħed ma jistax iċaħħad il-possibbiltà li benefiċjarju ta’ għajnuna illeġittima, jinvoka ċirkustanzi eċċezzjonali li fuqhom ikun seta’ leġittimament jassumi li l-għajuna kienet legali u jiċħad għalhekk li jirrifondi dik l-għajnuna (121). Min-naħa l-oħra, jekk “kummerċjant prudenti u konxju seta’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura Komunitarja li x’aktarx ikollha impatt fuq l-interessi tiegħu, ma jistax jinvoka dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata” (122).

(265)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali invokati minn Alcoa, li huma marbutin mal-eżistenza tad-deċiżjoni Alumix, setgħux wassluha biex ikollha dawn l-aspettattivi leġittimi.

(266)

Il-Qorti dejjem affermat li aspettattivi leġittimi jistgħu jirriżultaw biss minn assigurazzjonijiet speċifiċi, mingħajr kundizzjoni u konkordanti mogħtija mill-istituzzjonijiet Komunitarji li jkunu ta’ natura tali li jipproduċu aspettattiva leġittima li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna jew li hi leġittima (123).

(267)

Alcoa tikkunsidra li anke jekk l-iskema kurrenti ma ġiex ikkunsidrata “għajnuna eżistenti,” setgħet madanakollu tinvoka l-aspettattiva leġittima minħabba li ddependiet fuq il-konklużjoni ta’ Alumix li ma kienx hemm għajuna meta hi xtrat lil Alumix u ddeċidiet li tagħmel iktar investimenti fiż-żewġ funderiji. Alcoa tikkwota wkoll, bħala preċedent, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament li jeżenta mit-taxxi kumpaniji tal-azzar li jistabbilixxu ruħhom barra mill-pajjiż (124) (ara premessa (97)).

(268)

F’dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ eżenzjoni mit-taxxa mogħti minn Franza lil impriżi tal-azzar, id-dispożizzjonijiet dwar għajnuna eżistenti ma setgħux jiġu applikati direttament, minħabba li għajnuna lis-settur tal-azzar kienet suġġetta għat-Trattat tal-KEFA, li ma kinetx tirrikonoxxi l-kunċett ta’ għajnuna eżistenti. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji billi applikat, b’analoġija, id-dispożizzjonijiet relevanti għat-Trattat tal-KE u, b’konsegwenza, ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna. Madanakollu, il-każ kien sostanzjalment analogu mal-każ Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju li fih il-Kummissjoni biddlet il-valutazzjoni tagħha ta’ miżura li qabel kienet ikklassifikata bħala li ma kinetx tikkonsisti f’għajnuna mingħajr ma dik il-miżura ġiet mibdula mill-Istat Membru. Il-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-premessa (210) jippermettu lill-Kummissjoni tiċħad l-argument li d-deċiżjoni kkwotata setgħet tiġi invokata bħala bażi għar-rikonoxximent tal-aspettattivi leġittimi ta’ Alcoa.

(269)

Rigward ir-rilevanza attribwita minn Alcoa għad-deċiżjoni Alumix, ta’ min wieħed jinnota li dik id-deċiżjoni setgħet tagħti lill-benefiċjarju l-aspettattiva leġittima li sal-31 ta’ Diċembru 2005 il-mekkaniżmu tariffarju vvalutat ma kienx jikkostitwixxi għajnuna.

(270)

Min-naħa l-oħra ebda aspettattivi leġittimi ma jistgħu joħoġu mid-deċiżjoni Alumix rigward il-proroga tat-tariffa prevista mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005. Alcoa ma setgħet ikollha ebda aspettattiva leġittima li l-miżura tal-2005, li kienet tagħti proroga lit-tariffa sal-2010, kienet awtomatikament ma tikkostitwix għajnuna. Fil-konfront ta’ miżura li kienet (a) immodifikata b’mod sostanzjali u (b) prorogata fiż-żmien, benefiċjarju prudenti kien jivverifika li l-għajnuna kienet leġittima.

(271)

In-nuqqas ta’ aspettattiva leġittima li ġejja mid-deċiżjoni Alumix hija espliċitament ikkonfermata fil-paragrafu 109 tas-sentenza tat-Tribunal.

(272)

Il-fatt li Alcoa għamlet investimenti fl-impjanti Taljani tagħha ma tipprovdix każ għal aspettattiva leġittima vis-a-vis il-legalità tal-ftehim tariffarju mmodifikat u prorogat, meta huwa ċar li meta ngħatat il-konċessjoni tat-tariffa oriġinali Alumix din ma kinetx se ddum iktar minn 10 snin, u Alcoa ppjanifikat l-investimenti tagħha fuq dik il-bażi, u mhux fuq l-assunzjoni ta’ tariffa dejjiema.

(273)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżistenza ta’ tariffa approvata Alumix ma setgħetx twassal lil Alcoa tifforma aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fil-kwistjoni.

(274)

Rigward l-impjant ta’ Sardegna, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-ittra tal-2007 u l-iżviluppi li rriżultaw minnha setgħux jikkostitwixxu sors ta’ aspettattiva leġittima għal Alcoa.

(275)

Għandu jiġi nnutat f’dan ir-rigward li fl-ittra tal-2007 il-Kummissjoni ma tatx garanziji preċiżi u mingħajr kundizzjoni rigward il-valur tal-VPP għall-għanijiet ta’ konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna. L-ittra mibgħuta mis-servizzi tal-Kummissjoni, kienet limitata biex tindika li “il-Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni se jkun dispost li jipproponi lill-Kulleġġ l-approvazzjoni ta’ perjodu qasir ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffi tal-elettriku f’Sardegna”. Dak id-diskors kien jimplika li l-eżitu pożittiv ta’ dak il-każ kien, f’kull każ, kundizzjonat mill-approvazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni min-naħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji. Għaldaqstant, fid-dawl tal-istatus tagħha (ittra mis-servizzi tal-Kummissjoni) u l-kontenut tagħha (garanzija kundizzjonali) l-ittra tal-2007 ma tistax tipprovdi aspettattivi leġittimi ta’ natura rikonoxxuta mill-Qorti.

6.6.1.2.   Prinċipji ġenerali oħra tal-Liġi Komunitarja

(276)

La l-Italja lanqas Alcoa ma ppreżentaw argumenti f’dan ir-rigward. Madanakollu l-Kummissjoni eżaminat jekk prinċipji ġenerali oħrajn tal-Liġi Komunitarja jipprekludux l-irkupru, kollu jew in parti.

(277)

Rigward l-impjant tal-Veneto, għandu jiġi nnutat li l-irkupru ma jikser ebda prinċipju ġenerali tal-Liġi Komunitarja; il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna favur l-impjant tal-Veneto fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u xejn fil-proċedimenti sussegwenti ma seta’ jbiddel l-impressjoni li ngħatat lil Alcoa permezz tal-ftuħ tal-investigazzjoni.

(278)

Rigward l-impjant f’Sardegna, il-Kummissjoni eżaminat is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-ittra tal-2007 u l-iżviluppi suċċessivi tagħha. Kif intwera fil-premessa (275), l-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni ma kinetx tagħti garanziji preċiżi u mingħajr kundizzjoni rigward il-valur tal-VPP bħala bażi għal konklużjoni ta’ kompatibbiltà ta’ għajnuna, iżda kienet tillimita ruħha biex tindika li, kieku l-Italja kienet irreaġixxiet qabel għall-proposta, il-Kummissarji għall-Kompetizzjoni kien jipproponi lill-Kummissjoni biex tapprova perjodu qasir ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffa. Madanakollu l-idea tal-VPP tpoġġiet fil-ġenb matul il-proċedimenti kollha sakemm l-Italja ddeċidiet li tħaddimha.

(279)

Minkejja din il-proposta, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (253) sa (259), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-VPP ma tistax tikkostitwixxi bażi għal deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna, għal raġunijiet relatati maċ-ċirkustanzi tal-miżura u għan-natura tal-VPP u li mhumiex ir-riżultat tad-diskussjonijiet lil saru mal-Italja. Huwa xieraq, iżda li wieħed jistaqsi jekk it-taħdidiet imtawwla dwar il-VPP jistgħux iwasslu għall-preżunzjoni li valutazzjoni ta’ inkompatibbiltà trid neċessarjament twassal għal irkupru sħiħ ta’ dik l-għajnuna.

(280)

Irrispettivament mill-fatt li ż-żmien li ħadet l-investigazzjoni ma kienx, fih innifsu, twil iżżejjed (tliet snin), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, fil-każ preżenti, dan iż-żmien kien imtawwal bit-taħdidiet dwar l-introduzzjoni tal-VPP.

(281)

Minkejja li d-dewmien tat-taħdidiet dwar il-VPP kien anke dovut fil-parti l-kbira għar-reazzjoni tard għall-proposta min-naħa tal-Italja, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-taħdidiet fit-tul dwar il-VPP ma kinux koerenti mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u influwenzaw l-imġieba tal-benefiċjarju matul il-kors sussegwenti tal-investigazzjoni. Fil-fatt, it-tama li, grazzi għall-VPP, seta’ jkun hemm eżitu pożittiv fil-każ tal-impjant f’Sardegna, trażmessa mill-Kummissjoni u mhux ikkomunikata biżżejjed fil-ħin, setgħet biddlet il-perċezzjoni ta’ Alcoa tar-riskju tal-irkupru tal-għajnuna lill-impjant f’Sardegna wara l-ftuħ tal-proċedimenti, u dan seta’ min-naħa tiegħu influwenza l-istrateġija tal-kumpanija f’dak li jirrigwarda investimenti u lokalizzazzjoni tal-attivitajiet. Kieku l-ittra tal-2007 ma ntbagħtitx, Alcoa setgħet iddeċidiet li ma tkomplix l-attivitajiet tagħha f’Sardegna u għalhekk tillimita l-ammont li jrid jitħallas lura.

(282)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni hi tal-fehma li huwa xieraq li ma timponix irkupru tal-għajnuna għall-impjant f’Sardegna għall-perjodu bejn meta ntbagħtet l-ittra, id-19 ta’ Jannar 2007, u d-data ta’ din id-Deċiżjoni.

6.6.2.   Kwantifikazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu rkuprati

(283)

Fl-aħħar, l-ammonti kollha tal-għajnuna mhux kompatibbli li rċeviet Alcoa skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘l hawn iridu jiġi rkuprati bl-imgħaxx, b’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (125).

(284)

L-irkupru għandu l-għan li jġedded il-qagħda kompetittiva tal-benefiċjarju għal dik li kienet qabel ma ngħatat l-għajnuna inkompatibbli. Biex jiġu kkwantifikati l-ammonti tal-irkupru, hu għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit il-prezz li Alcoa kien ikollha tħallas fuq is-suq biex tiġi fornita bl-enerġija elettrika kieku t-tariffa ma ġietx prorogata.

(285)

Kif indikat fil-premessa (157) Alcoa kienet ikkonkludiet kuntratt bilaterali ma’ ENEL bi prezz nominali bejn wieħed u ieħor l-istess bħat-tariffa standard għal vultaġġ għoli applikata minn ENEL. Skont il-Kummissjoni, dan huwa l-prezz li Alcoa kienet tħallas għall-forniment tal-enerġija elettrika fin-nuqqas tat-tariffa. Il-Kummissjoni għaldaqstant hi tal-fehma li l-ammont li jrid jiġi rkuprat huwa daqs id-differenza bejn il-prezz kuntrattwali u dak preferenzjali. Dan l-ammont jikkoinċidi mal-kontribuzzjoni kumpensatorja li rċeviet il-kumpanija fil-perjodu kkonċernat (126). L-istess metodu ta’ kalkolu kien indikat mill-Kummissjoni fil-każ Terni  (127), li tikkompara direttament ma’ dan il-każ.

(286)

Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni eżaminat ukoll – u warrbet – l-argument li, fl-assenza tas-sussidju mill-Istat, Alcoa kienet tinnegozja prezz aħjar mal-fornitur tagħha u għalhekk l-irkupru jrid ikun ibbażat fuq punt ta’ riferiment differenti, preżumibbilment iktar realistiku.

(287)

Qabel kollox, il-Kummissjoni ma taqbilx, fil-prinċipju, mal-idea li jinħoloq punt ta’ riferiment teoretiku meta jeżisti wieħed konkret u xieraq. F’Unicredito  (128) il-Qorti ċaħdet approċċ ipotetiku ta’ dan it-tip, u ddeċidiet “ li jiġi stabbilit mill-ġdid l-istatus quo ante […] ma jimplikax rikostruzzjoni differenti tal-passat fuq il-bażi ta’ elementi ipotetiċi, bħall-għażliet, ħafna drabi numerużi, li setgħu isiru mill-operaturi kkonċernati”.

(288)

Barra minn hekk, wara li l-Kummissjoni kienet tat bidu għall-proċediment tal-investigazzjoni formali kontra t-tariffa fl-2004 u fl-2006 u wara li Alcoa kienet ġiet mistiedna tipprovdi parent company guarantee biex tkopri r-riskju tal-irkupru, is-soċjetà kellha inċentiv ċar biex tinnegozja ma’ ENEL l-aħjar kundizzjonijiet ta’ forniment tal-enerġija possibbli. Għaldaqstant, m’hemmx elementi li jindikaw li l-prezz kuntrattwali innegozjat liberament bejn Alcoa u ENEL ma jirriflettix tajjeb il-prezz tas-suq li Alcoa kienet ikollha tħallas fin-nuqqas tal-għajnuna.

7.   KONKLUŻJONI:

(289)

Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat b’mod illeġittimu, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 u tal-Artikolu 11(11), tad-Digriet Liġi Nru 35/05, mibdul f’Liġi Nru 80/2005, li jistabbilixxi l-proroga tat-triffa preferenzjali għall-enerġija elettrika applikabbli għal Alcoa. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li din il-miżura, li tikkostitwixxi purament għajnuna operazzjonali, m’hi ammissibbli għal ebda waħda mid-derogi għal projbizzjoni ġenerali ta’ għajnuna mill-Istat previsti mit-Trattat tal-KE u hija għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni. Għaldaqstant, il-ħlasijiet kollha futuri jridu jiġu kkanċellati, u l-għajnuna li ingħatat diġà trid tiġi rkuprata kif speċifikat f’li ġej. L-ammont li jrid jiġi rkuprat jikkorrispondi għat-total tal-komponenti komprensivi kollha imħallsa mill-Cassa Conguaglio lil Alcoa. Għall-Veneto, il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għal Sardegna, l-irkupru jirreferi għall-perjodu ta’ qabel l-ittra tal-2007, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-18 ta’ Jannar 2007,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment mill-Italja mill-1 ta’ Jannar 2006 abbażi tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 u tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 favur Alcoa Trasformazioni, bi ksur tal-Artikolu 88(3), tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq komuni. L-ammont tal-għajnuna huwa kkalkulat b’konformità mal-metodu indikat fil-premessa (285) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Italja għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju. Għall-Veneto, il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għal Sardegna il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u t-18 ta’ Jannar 2007.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom miżjud magħhom l-interessi mid-data meta tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data meta ġew irkuprati.

3.   L-imgħaxijiet għandhom ikunu kkalkolati skont l-iskema tal-imgħaxx kompost tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru. 794/2007 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 271/2008 (129) li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 794/2004.

4.   L-Italja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna kif imsemmi fl-Artikolu 1 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Italja għandha timplimenta d-Deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħaxxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie obbligat iħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata bis-sħiħ. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà jkunu ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Tibgħat ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħaxxijiet diġà irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Novembru 2009

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7 u ĠU C 214, 6.9.2006, p. 5.

(2)  Produttur taż-zingu.

(3)  Manifattur ta’ prodotti tal-aluminju.

(4)  Produttur tal-aluminju (il-materjal intermedju li jirriżulta mill-proċess tal-bauxite u li minnu joħroġ l-aluminju primarju).

(5)  ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7.

(6)  Għajnuna mill-Istat Nru 587/05, Tariffi preferenzjali għall-elettriku f’Sardegna (wara saret C 13/2006).

(7)  ThyssenKrupp (azzar), Cementir (siment) u Nuova Terni Industrie Chimiche (prodotti kimiċi).

(8)  ĠU C 214, 6.9.2006, p. 5.

(9)  Deċiżjoni 2008/408/KE, (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 37).

(10)  Ara isfel paragrafu 2.2.2.2.

(11)  L-Artikolu 1 tad-Digriet tal-2004 jinqara kif ġej: “1. Biex jiġu integrati l-kriterji fl-Artikolu 1(1)(c), tad-Digriet tal-Prim Ministru tal-31 ta’ Ottubru 2002, l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass testendi t-trattament li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 tad-Digriet tal-Ministeru tal-Industrija, l-Kummerċ u l-Artiġġjanat tad-19 ta’ Diċembru 1995 dwar il-provvisti tal-enerġija għall-produzzjoni u l-ipproċessar tal-aluminju, iċ-ċomb, il-fidda u ż-żingu, limitati għal impjanti li diġà jeżistu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet u li jinsabu f’territorju insulari u li huma kkaratterizzati minn nuqqas jew insuffiċenza ta’ mezzi ta’ kollegament mal-grid nazzjonali tal-elettriku u l-gass. 2. 2. It-trattament tariffarju msemmi fil-paragrafu 1 huwa temporanju, jiġi tterminat meta jiġu stallati jew jitjiebu l-mezzi ta’ kollegament mal-grids nazzjonali tal-elettriku u l-gass u xorta waħda jiġi tterminat fit-30 ta’ Ġunju 2007”.

(12)  L-Artikolu 11, subparagrafu 11 tal-Liġi Nru 80/2005 taqra kif ġej: “sabiex jippermetti l-iżvilupp u r-ristrutturar tal-produzzjni tal-impriżi kkonċernati, l-applikazzjoni ta’ tariffa favorevoli għall-forniment tal-enerġija elettrika, stipulata mill-Artikolu 1 (1)(c) tad-Digriet Liġi Nru 25 tat-18 ta’ Frar 2003, emendat f’liġi Nru 83 tas-17 ta’ April 2003, hija estiża sal-aħħar tal-2010, abbażi tat-tariffi applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2004”. Id-dispożizzjoni kkwotata tad-Digriet Liġi Nru 25/03 kkonfermat il-karattru tat-tariffa Alcoa bħala ħlas ġenerali tas-sistema.

(13)  Liġi Nru 481/1995.

(14)  Artikolu 2(12)(e) tal-Liġi Nru 481/1995.

(15)  Artikolu 2(21)tal-Liġi Nru 481/1995.

(16)  EFIM (Ente Partecipazioni e Finanziamento Industrie Manifatturiere) kienet impriża pubblika b’interessi ta’ kontroll f’diversi setturi industrijali. EFIM ġie privatizzata bejn l-1992 u l-1996.

(17)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-1995 jinqara kif ġej: “it-trattament tas-surcharges previst mir-riżoluzzjoni CIP Nru 13 tal-24 ta’ Lulju 1992 u l-emendi sussegwenti, li japplika għal provvisti kollha (tal-elettiku) ddestinati għall-produzzjoni tal-aluminju primarju, iżda limitat għall-impjanti eżistenti meta daħal fis-seħħ dan id-Digriet, għandu jiġi abolit mill-31 ta’ Diċembru 2005. Wara din id-data t-trattament tat-tariffa jiġi l-istess bħal dak tal-utenti l-oħra kollha.”.

(18)  ĠU C 288, 1.10.1996, p. 4.

(19)  Ara Deċiżjoni fil-każ Nru IV.JV.2 – ENEL/FT/DT (ĠU C 178 tat-23.6.1999, p. 15).

(20)  Ir-reġjuni tal-Lombardia, Emiglia Romagna u l-Piemonte diġà kienu jkopru d-domanda tal-enerġija elettrika tagħhom kollha parti mill-produzzjoni tagħhom stess u parti permezz ta’ kuntratti ta’ importazzjoni fit-tul li kienu jiskadu fl-2003.

(21)  Introdotta permezz tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, rigward regoli komuni għas-suq intern tal-enerġija elettrika (ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20), li ġiet trasposta fl-Italja bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 79 tas-16 ta’ Marzu 1999.

(22)  It-tariffa standard tirrifletti l-mod li bih ġew separati l-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija elettrika u kif ġew imputati għall-kategoriji varji tal-utenti.

(23)  It-tariffa standard ġiet maqsuma f’żewġ partijiet, A u B, b’kull waħda tikkonsisti minn diversi komponenti tariffarji. Il-parti A kienet tirrifletti l-ispejjeż fissi tas-sistema, inklużi ħlasijiet ġenerali tas-sistema, filwaqt li l-parti B kienet tirrifletti id-diversi spejjeż tal-produzzjoni (b’mod partikolari l-ispejjeż tal-fjuwil). Fil-bidu, il-ħlasijiet ġenerali tas-sistema kienu jinkludu biss l-ispejjeż li ġejjin: spejjeż straordinarji li saru fl-1994, l-1995 u l-1996 (komponent A); l-ispejjeż biex jiġu smaltellati l-impjanti nukleari (komponent A2) u l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli skont ir-riżoluzzjoni CIP 6/92 (komponent A3). Wara ġew inklużi kategoriji ta’ spejjeż oħrajn: it-tariffi preferenzjali tal-enerġija elettrika (komponent A4), ċerti spejjeż ta’ riċerka (komponent A5) u l-istranded costs tal-produtturi tal-enerġija elettrika (komponent A6).

(24)  Ara n-nota tal-qiegħ 21.

(25)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Ministeru tal-Industrija, Kummerċ u Artiġġjanat, tas-26 ta’ Jannar 2000, kien jikklassifika t-tariffi preferenzjali eżistenti, inkluża dik ta’ Alcoa, bħala kategorija ġdida ta’ ħlasijiet ġenerali tas-sistema. Din il-klassifikazzjoni ġiet ikkonfermata fil-leġiżlazzjoni sussegwenti, u iktar wara fl-Artikolu 1 (1)(c) tal-Liġi Nru 83 tas-17 ta’ April 2003.

(26)  Introdott bir-Deċiżjoni AEEG Nru 204/99.

(27)  Iktar preċiż, taħt is-sistema introdotta mir-riżoluzzjoni AEEG Nru. 204/99, il-ġestjoni tat-tariffi preferenzjali ġiet fdata f’idejn lid-distributuri lokali u għall-Cassa Conguaglio. Id-distributuri lokali kienu jiġbru d-dħul mill-komponent A4 u jittrasferuhom lill-Cassa Conguaglio, li kienet tamministra kont ad hoc (Conto per la perequazione dei contributivi sostitutivi dei regimi tariffari speċjali jew kont għall-ekwalizzazzjoni tal-ħlasijiet ta’ sostenn għal skemi tariffari speċjali). Madanakollu, fil-każ li distributur ikkonċeda tariffa preferenzjali lil wieħed mill-klijenti tiegħu, seta’ jżomm id-dħul tal-komponent A4 imħallas mill-klijenti l-oħra sabiex jirkupra t-tnaqqis mill-kont tal-klijent aġevolat. Fil-każ li d-dħul tad-distributur ikun insuffiċjenti, id-differenza kellha tagħmel tajjeb għaliha il-Cassa Conguaglio bil-fondi tal-kont ad hoc. Ara wkoll ir-riżoluzzjoni AEEG 228/01, b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 56 tat-Testo Integrato anness (kompendju ta’ regoli li jirregolaw il-forniment tal-enerġija elettrika fl-Italja).

(28)  Ta’ min wieħed jinnota li parti mir-riżoluzzjoni AEEG ma baqgħetx tiġi applikata lil Alcoa. Din ir-riżoluzzjoni kienet introduċiet metodu ta’ kalkolu għall-kontribużżjoni ta’ kumpens imħallsa lill-benefiċjarji tat-triffi preferenzjali. Għal Alcoa, dan il-metodu kien jitlob tnaqqis tas-sussidju, jew żieda netta fil-prezz preferenzjali. Alcoa sfidat din id-dispożizzjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Lombardia. Permezz tas-sentenza tal-10 ta’ Mejju 2005, il-qorti annullat parzjalment ir-riżoluzzjoni safejn din kienet tapplika għal Alcoa. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni ta’ kumpens ta’ Alcoa kompliet tiġi applikata skont il-metodu ta’ qabel ir-riżoluzzjoni Nru. 148/04 u li kienet tiżgura li Alcoa tibqa’ tħallas il-prezz Alumix.

(29)  Hawnhekk huwa ċitat it-test tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-2004. Kien ikopri wkoll il-funderija ta’ Alcoa f’Fusina anke jekk il-funderija ma kinitx tinstab f’żona insulari u mingħajr konnessjonijiet għan-network tal-enerġija.

(30)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4329 tas-16 ta’ Novembru 2004 (ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7).

(31)  Ittra tat-3 ta’ Marzu 2006.

(32)  Ara nota tal-qiegħ 12 għat-test sħiħ tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi Nru 80/2005.

(33)  Artikolu 11(13) tal-Liġi Nru 80/2005.

(34)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9, paragrafi 4.15-4.17.

(35)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-2006 li tinbeda l-proċedura kienet tirrigwarda wkoll il-kumpanija Terni. Madanakollu, it-tariffi Terni u Alcoa ġew evalwati separatament.

(37)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9, paragrafu 4.

(38)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 3715 tas-16.10.2002, Għajnuna għall-ispejjeż tal-enerġija tal-PMI,(ĠU L 91, 8.4.2003, p. 38).

(39)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(40)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 fil-kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni, li għadha ma ġietx ippubblikata (taħt appell).

(41)  Din iċ-ċifra fornita minn Alcoa ma tinkludix biss l-ismelting tal-aluminju primarju, iżda wkoll il-proċess ta’ wara li jirrikjedi ħafna iktar ħaddiema.

(42)  Taħt dan il-ftehim, l-utilità tal-enerġija elettrika Islandiża impenjat ruħha biex tibni impjant idroelettriku u tforni l-elettriku lill-funderija ta’ Alcoa bi prezz li jiżgura r-rata ta’ ritorn għall-utilità elettrika ta’ 5,5 % fis-sena. Il-proġett ġie approvat mill-awtorità ta’ viġilanza EFTA permezz tad-Deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2003 Nru 40/03/COL.

(43)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Energy Sector Enquiry taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u tal-elettriku (Rapport finali)”, SEC(2006) 1724, COM(2006)851 finali.

(44)  L-ewwel Rapport tal-High Level Group, “Contributing to an integrated approach on competitiveness, energy and environment policies” (http://ec.europa.eu/enterprise/environment/hlg_en.htm). Il-High Level Group huwa forum li fih jipparteċipaw rappreżentanti tal-Kummissjoni u mexxejja ta’ ażjendi.

(45)  Deċiżjoni tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 2001 dwar il-każ C-379/98, Preussen-Elektra, Ġabra 2001, p. I-2099.

(46)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-15 ta’ Lulju 2004 dwar il-każ C-345/02, Pearle e.a, Ġabra 2004 p. I-7139.

(47)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(48)  Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-kawżi magħquda C-182/03 u C-217/03,[2006] il-Belġju v il-Kummissjoni Ġabra. I-5479 paragrafu 77 tal-motivazzjoni.

(49)  L-Artikolu 1,(b), (v), it-tieni sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tgħid hekk: “Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mil-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.

(50)  Deċiżjoni tal-Ewwel Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000 fil-każi konġunti Alzetta u oħrajn v il-Kummissjoni T 298/97, T 312/97, T 313/97, T 315/97, T 600/97, T 1/98, T 3/98, T 6/98 u T 23/98, Ġabra 2000, p II 2319, ikkonfermata mill-Qorti, deċiżjoni tad-29 ta’ April 2004, kawża C 298/00, Ġabra 2004 p. I-04087. (paragrafi 142-143).

(51)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/347/KESC (ĠU L 126, 13.5.2002, p. 27), paragrafu 33.

(52)  Każ E 24/95 Skemi ta’ garanzija għall-Istati Ġermaniżi ġodda, Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni SG(96)D/5500 tat-18 ta’ Ġunju 1996 u SG (98) D/54570 tal-11 ta’ Novembru 1998.

(53)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(54)  Ara n-nota tal-qiegħ 34.

(55)  Qabel inqasam, il-Każ C38/04 kien jirrigwarda wkoll benefiċjarji oħrajn: Portovesme (żingu), ILA (prodotti tal-aluminju) e Euroallumina (aluminji).

(56)  Il-każ C13/06 jirrigwarda l-estensjoni tat-tariffa Alcoa għal Portovesme, ILA u Euroaluminia abbażi tal-Artikolu 11(12) tal-Liġi Nru 80/2005.

(57)  Wara li ENEL akkwistat lil ENDESA, l-assi ta’ ENDESA fl-Italja nbiegħu lil E.ON (ara Deċiżjoni dwar l-Amalgamazzjoni M 5171 tat-13 ta’ Ġunju 2008), http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/decisions/m5171_20080613_20310_en_pdf

(58)  Il-kapaċità tal-ENEL li tinfluwenza l-prezzijiet f’reġjuni differenti ġiet rikonoxxuta mill-“Indagine conoscitiva sullo stato della liberalizzazione dei settori dell’energia elettrica e del gas” immexxija b’mod konġunt mill-AEEG u mill-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni fl-2004.

(59)  Konsultazzjoni pubblika dwar il-kompetittività tal-industrija metallurġika Ewropea b’segwitu għall-impatt tal-fornimenti ta’ materji prima u enerġija.

http://ec.europa.eu/enterprise/non_ferrous_metals/consultation.htm

(60)  Fil-realtà, skont l-Italja, id-Digriet tal-2004 qatt ma ġie applikat għal Alcoa, minħabba li l-kumpanija setgħet tkompli tibbenefika mit-tariffa sal-1 ta’ Diċembru 2005 fuq il-bażi tad-Digriet tal-1995. Mhuwiex għall-Kummissjoni li tinterpreta l-liġi Taljana sabiex tistabbilixxi jekk dan hux il-każ jew le, għaliex huma biss il-qrati Taljani li jistgħu jagħtu gwida dwar dan. Madanakollu, il-Kummissjoni tosserva li d-Digriet tal-2004 qatt ma ġie mħassar u lanqas immodifikat sabiex jirrestrinġi l-iskop għal benefiċjarji li mhumiex Alcoa. Fil-fatt it-tariffa Alcoa kompliet titħallas, abbażi tal-qafas regolatorju stabbilit mill-AEEG (u msemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2004).

(61)  Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tiddubita jekk il-miżura fil-kwistjoni hix analoga ma’ dik ivvalutata u approvata mill-Kummissjoni fl-1996. Fl-1996, ENEL kien l-uniku produttur u distributur ta’ enerġija fl-Italja u t-tariffa mnaqqsa għall-enerġija elettrika mogħtija minn ENEL lil Alcoa favur Alumix Spa kienet imqabbla mal-ispejjeż medji marġinali ta’ produzżjoni tal-enerġija elettrika għall-perjodu fil-kwistjoni. Għall-kuntrarju, fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Taljani jintervjenu selettivament f’suq liberalizzat, favur ċerti impriżi, bil-għan li jikkumpensaw id-differenza bejn il-prezz tas-suq li jista’ jiġi maqbul ma’ kwalunkwe produttur tal-enerġija u t-tariffa preferenzjali stabbilita fl-1996.

(62)  Kif implimentata mid-Deċiżjonijiet AEEG Nr. 148/04 u 217/05.

(63)  Irrispettivament mill-bażi legali, jibqa’ t-tibdil fil-mekkaniżmu amministrattiv deskritt hawn fuq, b’mod partikolari l-premessa (42), u għal dik ir-raġuni il-konklużjoni tibqa’ tgħodd il-konklużjoni li kien hemm bidla minn tariffa reali għal għajnuna operattiva u li l-kwistjoni preżenti tirrigwarda għajnuna ġdida.

(64)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/215/KEE tat-13 ta’ Frar 1985 rigward it-tariffa preferenzjali tal-gass naturali favur l-ortikulturi Olandiżi (ĠU L 97, 4.4.1985 p. 49).

(65)  Ara per eżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża tal-Italja kontra l-Kummissjoni, Kawża C-372/97, Ġabra 2004, I-3679, paragrafu 67.

(66)  L-ewwel Direttiva dwar il-Liberalizzazzjoni, id-Direttiva 96/92/KE (ara nota tal-qiegħ 21) kienet implimentata mill-Italja permezz tad-Digriet 79/1999.

(67)  Is-sigħat “peak” huma normalment dawk bejn it-8:00 u 20:00 fil-ġranet tax-xogħol.

(68)  l-impjanti huma kklassifikati skont dak li huwa msejjaħ il-meritu ekonomiku, li jibdew minn impjanti bi spejjeż marġinali fiż-żmien qasir l-iktar baxxi (spejjeż varjabbli ta’ produzzjoni ta’ elettriku inklużi l-ispejjeż taż-żejt u l-ispejjeż CO2) sa impjanti bi spejjeż iktar għoljin. Fi kwalunkwe ħin, l-impjanti jikkompeti abbażi tal-ispejjeż marġinali tagħhom u huma msejħa biex jipproduċu skont ir-ranking tagħhom fl-ordni tal-meritu: fl-ewwel post, l-impjanti tal-elettriku, segwiti mill-impjanti nukleari, bil-gass, biż-żejt, sa ma l-produzzjoni tal-impjanti kollha tissodisfa d-domanda. L-aħħar impjant huwa magħruf bħala l-impjant marġinali u l-ispejjez marġinali tiegħu jiddeterminaw il-prezz tal-elettriku f’kull ħin tal-ġurnata (il-prezz tal-clearing tas-sistema).

(69)  Sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 1996 fil-kawża Franza v Il-Kummissjoni, Kawża C-241/94, Ġabra 1996, parti I, p. 4551, paragrafu 34.

(70)  Ara fost oħrajn Preussen-Elektra, paragrafu 58.

(71)  Ara fost oħrajn, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 2002 fil-kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (Stardust Marine), Ġabra 2002, parti I, p. 4397, paragrafu 24.

(72)  Ara s-sentenzi tal-qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-78/76, Steinike & Weinlig, Ġabra 1977, p. 595 u fil-kawża C-47/69, settur tat-tessuti Franċiż, Ġabra 1970, p. 487.

(73)  Ara n-nota tal-qiegħ 45.

(74)  Ara n-nota tal-qiegħ 46.

(75)  Ara, s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-20 ta’ Settembru 2007 fil-kawża Earl Salvat v Il-Kummissjoni T136/05, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 137- 165.

(76)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 1988 fil-kawża Il-Greċja v Il-Kummissjoni, Kawża C-57/86, Ġabra 1988, parti I, p. 2855, paragrafu 12; Preussen-Elektra, ibidem; Digriet preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Novembru 2003 f’Gemo, Kawża C 126/01, Ġabra 2003, parti I, p. 13769, paragrafu 23.

(77)  Sentenzi Stardust / Marine, ibidem; Pearle, ibid; u Earl Salvat, ibid.

(78)  Alcoa tissottometti li, abbażi tal-mekkaniżmu tariffarju ta’ qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, il-fondi meħtieġa biex tiġi ffinanzjata t-tariffa kienu ġestiti minn distributuri privati, u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu fondi statali. Anke jekk dak l-arranġament tariffarju mhux qed jiġi kkontestat f’dan il-każ, il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f’dan il-punt ifissru li l-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-teżi ta’ Alcoa. In-natura privata tad-distributuri fiha nnifisha mhix relevanti biex tiġi stabbilita n-natura tar-riżorsi involuti.

(79)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2008 f’Essent Netwerk Noord v. Aluminium Delfzijl, Kawża C-206/06, għadha mhix ippubblikata, paragrafi 69 u 70.

(80)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4333 tal-1 ta’ Diċembru 2004, Każ Nru 490/2000 – l-Italja “spejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku”.

(81)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-11 ta’ Frar 2009 fil-Kawża T-25/07, Iride, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 39.

(82)  Ibid., fil-paragrafu 28.

(83)  Ara s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża l-Italja v il-Kummissjoni Kawża C-303/88, Ġabra.1988, parti I, p. 1433, Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 47/69, Ġabra 1970, p. 4393; Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza,, Deutsche Bahn v il-Kummissjoni, Kawża T-351/02, Ġabra. 2006, parti II, p. 1047.

(84)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni M240 Elkem/Sapa tas-26 ta’ Ġunju 2001 u d-Deċiżjoni M.1663 Alcan/Alusuisse tal-14 ta’ Marzu 2000.

(85)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 tra’ Frar 1990 Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 301/87 Ġabra 1990, U-307, paragrafi 32 u 33, sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-30 ta’ April 1998, Vlaamse Gewest v il-Kummissjoni, Kawża T-214/95, Ġabra 1998, II-717, paragrafu 67, sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta v il-Kummissjoni (ibid), paragrafu 79.

(86)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-Kawża Franza v Il-Kummissjoni, Kawża C-102/87, Ġabra 1988, p. 4067, paragrafu 19; Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991 fil-kawża L-Italja v Il-Kummissjoni, Kawża C-305/89, Ġabra 1988, parti I, p. 1603, paragrafu 26.

(87)  Ara n-nota 65.

(88)  Ara pereżempju d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti rigward it-tariffi regolamentati fi Franza (Kawża C 17/07, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2007, Nru C/2007/2392, ĠU C 164, 18,7,2007, p. 9) u Spanja (Kawża C 3/07, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 Nru. C/2007/123/3, ĠU C 43, 27.2.2007, p.9).

(89)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti 6/69 u 11/69, Il-Kummissjoni v Franza, Ġabra 1969, p. 523.

(90)  Ara, fost oħrajn is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Philip Morris/Kummissjoni (Kawża 730/79, Ġabra 1980, p. 2671, paragrafu 11) u s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Air Liquide Industries/Ville de Seraing et Province de Liège (Kawżi Konġunti C 393/04 u C41/05, Ġabra 2006, parti I, p. 5293).

(91)  Din id-definizzjoni xorta waħda għandha l-iskop li tillimita l-ambitu temporali tal-irkupru tal-għajnuniet u għaldaqstant mhix utli f’din il-fażi tal-valutazzjoni.

(92)  U għalhekk il-Kummissjoni m’għandhiex bżonn teżamina l-argumenti legali adottati minn Alcoa biex tissostanza din il-konklużjoni (ara premessi (95) u (96) fuq).

(93)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawżi konġunti C-182/03 u C-217/03,[2006] il-Belġju/il-Kummissjoni Ġabra. 2006, I-5479.

(94)  Ara n-Nota tal-qiegħ 48.

(95)  Trid issir distinzjoni bejn il-kriterji ta’ valutazzjoni ġenerali stipulati fid-deċiżjoni Alumix u l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’każ konkret. Abbażi tal-kriterji ġenerali ta’ Alumix, fin-nuqqas ta’ sbokki alternattivi tas-suq u sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda taggrava ruħha, fornitur tal-elettriku razzjonali jbigħ l-elettriku lill-aħjar klijenti tiegħu għal prezz li jkopri l-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni, miżjud b’kontribuzzjoni żgħira tal-ispejjeż fissi. Dawn il-kriterji ġenerali jibqgħu validi irrispettivament mill-ambitu temporali tad-deċiżjoni li fiha ġew stipulati, u l-Kummissjoni m’għandha l-ebda intenzjoni li tqanqal dubju dwarhom hawnhekk.

(96)  Ara n-nota tal-qiegħ 40. Il-paragrafu 105 għandu jinqara kif ġej: “huwa ċar ħafna, kemm mir-rikors, li jindika li t-tariffa tal-impjanti tar-rikurrent kienet awtorizzata mid-digriet liġi tal-1995, kif ukoll mill-formulazzjoni tal-istess digriet liġi li l-privatizzazzjoni ta’ Alumix kienet titlob sostenn mill-gvern Taljan…sabiex flimkien ma’ ENEL tiġi definita tariffa tal-enerġija għaż-żewġ impjanti, possibbilment permezz ta’ kuntratt futur fit-tul (10 snin) bi prezzijiet kompetittivi fil-livell Ewropew, u li t-trattament tas-surcharges stipulati fid-Deċiżjoni CIP 13/92 ikun revokat mill-31 tal-Diċembru 2005 ‘il quddiem”.

(97)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza f’Diputacion Foral de Alava et al. v. Il-Kommissjoni, Kawżi Konġunti T-127/99, T129/99 u T-148/99 [Ġabra 2002] II-1275, paragrafu 175, imsemmija fil-paragrafu 114 tas-Sentenza tal-Qorti.

(98)  Kawżi konġunti C 15/98 u, l-Italja u Sardegna Lines v Il-Kummissjoni tal-2000 Ġabra parti 1, p. 8855, paragrafu 74 tal-opinjoni.

(99)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-30 ta’ April 2002 fil-Gvern taĠibiltà v il-Kummissjoni, kawżi konġunti T-195/01 u T-207/01, Ġabra 2002, II-2309, paragrafu 111: “Għalhekk huwa biss fl-ipoteżi fejn t-tbidil għandu impatt fuq is-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din l-iskema tinbidel fi skema ġdida ta’ għajnuna. Mela, wieħed ma jistax juża l-argument ta’ tibdil sostantiv fejn huwa ċar li l-element il-ġdid huwa separabbli mill-iskema oriġinali.”

(100)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Novembru 1990 fil-kawża l-Italja v il-Kummissjoni Kawża C-86/89, Ġabra.1990 I-3891, Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 301/87, Ġabra 1990, paragrafu 50.

(101)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995 fil-kawża Siemens v Il-Kummissjoni Kawża T-459/93 Ġabra 1995, parti II p. 1675, paragrafu 48.

(102)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3 u ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

(103)  Ara n-nota tal-qiegħ 34.

(104)  Sors: Indagine conoscitiva sullo stato della liberalizzazione dei settori dell’energia elettrica e del gas naturale Mejju 2005.

(105)  Sardegna hija preżentement konnessa mat-territorju Taljan pernmzz ta’ interkonnettur ta’ 270 MWh. (SACOI).

(106)  Ara n-nota tal-qiegħ 43.

(107)  L-indiċi HHI f’Sardegna jvarja minn 3 000 sa 3 500. Fiż-żoni tan-Nofsinhar, l-HHI huwa ogħla.

(108)  F’Sardegna E.ON tista’ tiddetermina l-prezz għal 67 % tas-sigħat u ENEL għal-29 % tas-sigħat. Jekk wieħed jikkunsidra anke ż-żoni periferali, ENEL tiddetermina l-prezz fil-makrożona Macrosud-Sardegna għal 63 % tas-sigħat. Madanakollu, fir-reġjun MacroSud ENEL tiddetermina l-prezz għal 100 % tas-sigħat.

(109)  Pereżempju, fl-2007 il-prezz medju bl-ingrossa fl-Italja (għall-enerġija baseload fis-suq tal-jum ta’ qabel) irreġistrat fuq l-IPEX (il-Borża Taljana tal-elettriku) kien ta’ EUR 70,99 għal kull MW/h imqabbel ma’ EUR 37,97 fuq il-Borża Ġermaniża EEX u EUR 40,78 fuq il-Borża Franċiża Powernext.

(110)  Rapport tal-AEEG għall-2008 ibbażat fuq dejta mill-GME (Gestore del Mercato Elettrico).

(111)  Ara n-nota tal-qiegħ 38.

(112)  Anke jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet medji fl-UE jiżdiedu b’mill-inqas 4 %, il-vantaġġ tariffarju għal Alcoa xorta waħda jiżdied f’termini assoluti. Pereżempju, jekk il-prezz ta’ Alcoa kien EUR 30 u il-prezz medju tal-elettriku fl-Ewropa kien EUR 60 (vantaġġ ta’ EUR 30) żieda ta’ 3 % tkun tfisser prezz għal Alcoa ta’ EUR 30,9 imqabbel ma’ prezz medju Eropew ta’ EUR 61,8 (vantaġġ ġdid: EUR 30,9).

(113)  Pereżempju, fit-Tielet Rapport tieħu ta’ Frar 2007 il-High Level Group jiddikjara “f’dan il-kuntest, l-użu ta’ inċentivi, inklużi sussidji għal finijiet ġenerali u l-għajnuniet mill-Istat, jista’ jkun ġustifikat bħala strument ta’ linja gwida politika. [Dawn l-inċentivi] jistgħu imexxu ‘l quddiem komportament soċjali u ambjentali responsabbli, il-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u d-diversità kulturali. Madanakollu, jeħtieġ jiġu użati biss fil-każ ta’ falliment totali tas-suq, fejn is-sussidji jikkostitwixxu l-istrument adegwat biex jintlaħaq għan ċentrali ta’ interess komuni definit tajjeb, u sakemm ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni jew jagħmlu ħsara lill-ambjent […] L-azzjoni hija ġġustifikata li tittieħed fejn dawn is-sussidji jimminaw il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-istrateġija ta’ Liżbona għall-impjiegi u t-tkabbir, it-tħaddim tajjeb tas-swieq tal-enerġija, jew l-aċċess għall-materja prima, mingħajr fuq kollox ma jilħqu l-għan oriġinali tagħhom”. (http://ec.europa.eu/enterprise/environment/hlg/doc_07:third_report_27_02_2007.pdf).

(114)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 implimentata mill-Italja favur il-kumpaniji ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche, paragrafi 144 u 145.

(115)  L-ittra tgħid: “Irridu nenfasizzaw li importanti jkun ċar għal kulħadd li t-tnaqqis gradwali jrid ikun strettament limitat għaż-żmien meħtieġ għall-VPP biex tibda’ tagħmel effett (nikkalkulaw madwar sentejn) u jkun suġġett għall-kundizzjoni ta’ darba, l-ewwel u l-aħħar”.

(116)  Il-VPP tipprovdi għar-rilaxx ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni virtwali min-naħa tal-operaturi dominanti fil-qafas ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti. Il-VPP huwa strument użat ħafna biex jippromwovi l-kompetizzjoni fis-swieq bl-ingrossa, sakemm jeliminaw l-inċentiva tal-operatur dominanti li jisfrutta s-saħħa tiegħu fis-suq biex iżomm il-prezzijiet artifiċjalment għoljin fis-swieq immedjati u futuri. Il-prezz imħallas minn akkwistatur ta’ VPP jikkonsisti fi “strike price” li tipikament jirrifletti l-prezzijiet varjabbli tal-impjanti ta’ ġenerazzjoni kkonċernati, kif ukoll premium li jiġi ffissat skont ir-regoli tal-kuntratti pubbliċi.

(117)  Bl-argument li ġej: “Impriżi oħra fuq il-kontinent ma jidhrux li qegħdin fl-istess ċirkustanzi eċċezzjoni tas-suq bħal dawk ta’ Sardegna. L-opinjoni tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni hija li m’hemm l-ebda raġuni għal deroga mill-priċipji dwar l-għajnuna mill-Istat”.

(118)  Il-VPP tieħu l-forma ta’ kuntratt li jagħti lix-xerrej id-dritt awtomatiku li jieħu d-differenza, meta pożittiva, bejn il-prezz imħallas lill-produtturi f’Sardegna fis-suq ta’ jum qabel u l-istrike price Ix-xerrej iħallas lill-bejjiegħ il-premium stabbilit mill-jum ta’ qabel u l-istrike price.

(119)  Il-Kummissjoni ibbażat ruħha għal dan il-għan fuq l-analiżi li għamlet l-AEEG fir-rapporti tagħha.

(120)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Alcan Deutschland, kawża C 24/95, Ġabra 1997, p. I-1591, paragrafi 25, 30 e 31, u sentenza Demesa and Territorio histórico de Álava/Kummissjoni, kawżi konġunti C-183/02 P u C-187/02, Ġabra 2004, p. I-10609, paragrafu 45 tal-motivazzjoni.

(121)  Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kummissjoni/Il-Ġermanja kawża C-5/89, Ġabra 1990 p. I-3437 paragrafu 16.

(122)  Ara s-sentenzi fil-kawżi Lührs, C 78/77, Ġabra 1978, p. 169, paragrafu 6; Van de Bergh en Jurgens v il-Kummissjoni, 265/85, Ġabra 1987, p. 1155, paragrafu 44 u Unifruit Hellas v Il-Kummissjoni, T-489/93, Ġabra 1994, p. II-1201, paragrafu 51.

(123)  Ara s-sentenzi fil-kawżi Van den Bergh en Jurgens/Il-Kummissjoni, Ibid., paragrafu 44; Sofrimport/Il-Kummissjoni, kawża C-152/88, Ġabra 1990, p. I-2477, paragrafu 26; Mehibas Dordtselaan/Il-Kummissjoni, kawża T-290/97, Ġabra 2000, p. II-15, paragrafu 59 u Kyowa Hakko Kogyo/Il-Kummissjoni, kawża T-223/00, Ġabra 2003, p. II-2553, paragrafu 51.

(124)  Ara n-nota tal-qiegħ 51.

(125)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(126)  Il-Kummissjoni m’għandhiex id-dejta meħtieġa biex isir kalkolu preċiż ta’ dan l-ammont.

(127)  Ara n-nota tal-qiegħ 9. Fil-każ Terni t-tariffa preferenzjali, li kienet ukoll prorogata skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 kienet ġiet ikkalkulata, iffinanzjata u mħallsa sostanzjalment bl-istess metodu bħal ta’ Alcoa (minkejja bi prezz aħħari differenti għall-benefiċjarji).

(128)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-15.12.05 f’Unicredito, kawża C-148/04, Ġabra 2005, parti I, p. 11137.

(129)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.