ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.210.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
11 ta' Awwissu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2010 tal-10 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2223/96 fir-rigward ta’ adattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u l-klassifikazzjoni tal-statistiska ta’ prodotti skont l-attività (CPA) f’kontijiet nazzjonali

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2010 tas-6 ta' Awwissu 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2010 tas-6 ta' Awwissu 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2010 tal-10 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2010 tal-10 ta’ Awwissu 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

28

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/50/UE tal-10 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex id-dazomet ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/437/PESK tat-30 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

33

 

 

2010/438/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2010 li testendi l-perjodu ta’ deroga għall-Bulgarija biex toġġezzjona għal vjeġġi ta’ ċertu skart fil-Bulgarija għall-irkupru skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5434)  ( 1 )

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/397/UE tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ( ĠU L 190, 22.7.2010 )

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 715/2010

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2223/96 fir-rigward ta’ adattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u l-klassifikazzjoni tal-statistiska ta’ prodotti skont l-attività (CPA) f’kontijiet nazzjonali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistiċi Ewropej, billi jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tibdil strutturali fl-ekonomija.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (2) stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi, li tissejjaħ NACE Reviżjoni 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “NACE Rev.2”).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni ta’ statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (3) stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ prodotti skont l-attività (minn hawn ’il quddiem imsejħa “CPA 2008”).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“ESA 95”) jipprovdi metodoloġija ta’ standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabilità għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri.

(5)

L-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi u klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ prodotti skont l-attività jeħtieġu adattament tar-Regolament (KE) Nru 2223/96.

(6)

Il-Kumitat dwar l-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ ta’ Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (4) ġie kkonsultat.

(7)

Il-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika ġie kkonsultat,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-terminu “NACE rev. 1” hu sostitwit b’ “NACE Rev. 2” tul it-test ħlief għal paragrafu 8.153.

(2)

Fil-paragrafu 2.34, “diviżjoni 70” hija sostitwita b’ “diviżjoni 68”.

(3)

It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna (1) sal-paragrafu 2.103 huwa sostitwit b’ “NACE Rev. 2: Klassifikazzjoni tal-Istatistika ta” Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika’.

(4)

Fin-nota f’qiegħ il-paġna (2) sal-paragrafu 2.106, “ISIC Rev. 3” hija sostitwita b’ “ISIC Rev. 4”.

(5)

It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna sal-paragrafu 2.118 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “CPA: Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Prodotti skont l-Attività b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (CPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93.”

(6)

Fl-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7, id-definizzjoni ta’ “Tagħmir ta” trasport (AN.11131)’ hija sostitwita b’dan li ġej: “Tagħmir għall-ġarr ta’ persuni u oġġetti. L-eżempji jinkludu prodotti għajr il-partijiet inklużi fis-CPA (1) diviżjonijiet 29 u 30, bħal vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers, bastimenti, lokomotivi tal-ferroviji u tat-tramm u materjal ċirkulanti, ajruplani u vetturi spazjali, u muturi, roti, eċċ.”.

(7)

Fl-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7, id-definizzjoni ta’ “Makkinarju u tagħmir ieħor (AN.11132)” hija sostitwita b’dan li ġej: “Makkinarju u tagħmir mhux ikklassifikati x”imkien ieħor. Eżempji jinkludu prodotti għajr partijiet, installazzjoni, servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni inklużi fis-CPA gruppi 28.1, makkinarju għal għanijiet ġenerali; 28.2, makkinarju ieħor għal għanijiet ġenerali; 28.3, makkinarju tal-agrikultura u l-forestrija; 28.4, makkinarju li jifforma l-metall u għodod tal-magni; 28.9 makkinarju ieħor għal għanijiet speċjali; 26.2, kompjuters u tagħmir periferali; 26.3, tagħmir ta’ komunikazzjoni; 26.4 elettroniċi għall-konsumatur; 26.5 tagħmir tal-kejl, ittestjar u navigazzjoni; arloġġi tal-idejn u arloġġi; 26.6 tagħmir tal-irradjazzjoni, elettromedikali u elettroterapewtiku; 26.7 strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku; u fis-CPA diviżjoni 27, tagħmir elettroniku. Eżempji oħra huma prodotti għajr partijiet, installazzjoni, servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni inklużi fil-kategorija CPA sottokategorija 20.13.14, elementi tal-fjuwil (cartridges), mhux irradjati, għar-reatturi nukleari; fis-CPA diviżjoni 31, għamara; Fis-CPA gruppi 32.2, strumenti mużikali; 32.3, oġġetti tal-isport; u 25.3, ġeneraturi tal-fwar, ħlief bojlers tal-misħun tat-tisħin ċentrali’.

(8)

It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna (1) sal-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Klassifikazzjoni tal-Statistika tal-Prodotti skont l-Attività (CPA)”.

(9)

Fl-Anness II paragrafu 7, “klassi 70.20 ‘Kiri ta’ proprjetà personali’ hija sostitwita bi “klassi 68.20 ‘Kiri u operazzjoni ta’ proprjetà immobbli tal-individwu jew mikrija lill-individwu’ ”, “diviżjoni 71 “Kiri ta” makkinarju u apparat li jintuża mingħar operatur u ta’ prodotti personali u domestiċi”” hija sostitwita b’ “diviżjoni 77 ‘Attivitajiet ta’ kiri u ta’ kiri fit-tul’ ” u “klassi 60.24” hija sostitwita bi “klassi 49.41”.

(10)

Fl-Anness II paragrafu 11, “klassi 65.21” hija sostitwita bi “klassi 64.91”.

(11)

Fl-Anness II paragrafu 14, “klassi 65.22” hija sostitwita bi “klassi 64.92”.

(12)

Fl-Anness III paragrafu 14, “klassi 75.30” hija sostitwita bi “klassi 84.30”.

(13)

Fl-Anness III paragrafu 17, “klassi 66.02” hija sostitwita bi “klassi 65.30”.

(14)

Fl-Anness III paragrafu 32, “klassi 66.01” hija sostitwita bi “klassi 65.11”.

(15)

Fl-Anness III paragrafu 37, “klassi 66.03” hija sostitwita bi “klassi 65.12”.

(16)

Fl-Anness III paragrafu 41, “klassi 67.20” hija sostitwita bi “grupp 66.2”.

(17)

Fit-Tabella 8.22, it-titolu tat-Tabella “INDUSTRIJI (skont it-taqsimiet tan-NACE)” huwa sostitwit b’ “INDUSTRIJI (skont it-taqsimiet ta’ NACE rev. 1)”.

(18)

Fl-Anness IV, it-titolu tat-taqsima “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A), PRODOTTI (P) U INVESTIMENTI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS) (PI)” huwa sostitwit b’dan li ġej: “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A*), PRODOTTI (P*) U ASSI FISSI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS (AN)”.

(19)

Fl-Anness IV, it-test li jsegwi t-titolu: “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A), PRODOTTI (P) U INVESTIMENTI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS) (PI)” huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(20)

Fl-Anness B, “A3” hija sostitwita b’ “A*3”, “A6” hija sostitwita b’ “A*10”, “A6†” hija sostitwita b’ “A*10”, “A17” hija sostitwita b’ “A*21”, “A31” hija sostitwita b’ “A*38”, u “A60” hija sostitwita b’ “A*64” tul it-test.

(21)

Fl-Anness B, fit-Tabella “Ħarsa ġenerali tat-tabelli”:

Taqsimiet b’referenza għat-Tabelli 15 u 16 qed jitħassru:

15

It-tabella tal-provvisti bi prezzijiet bażiċi li jinkludu t-trasformazzjoni fil-prezzijiet tax-xerrejja, A60 * P60

36

2007

Mill-2000 ’il-quddiem

16

It-tabella tal-użu bi prezzijiet tax-xerrejja, A60 * P60

36

2007

Mill-2000 ’il-quddiem

u huma sostitwiti b’dan li gej:

15

It-tabella tal-provvisti bi prezzijiet bażiċi li jinkludu t-trasformazzjoni fil-prezzijiet tax-xerrejja

36

2007

Mill-2000 ’il-quddiem

16

It-tabella tal-użu bil-prezz tax-xerrejja

36

2007

Mill-2000 ’il-quddiem

Taqsimiet b’referenza għat-Tabelli 17, 18 u 19 qed jitħassru:

17

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni bi prezzijiet bażiċi, P60 * P60, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

18

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni għall-produzzjoni domestika bi prezzijiet bażiċi, P60 * P60, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

19

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni għal importazzjonijiet bi prezzijiet bażiċi, P60 * P60, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

u huma sostitwiti b’dan li gej:

17

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni bi prezzijiet bażiċi, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

18

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni għall-produzzjoni domestika bi prezzijiet bażiċi, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

19

It-tabella simetrika dħul-produzzjoni għal importazzjonijiet bi prezzijiet bażiċi, kull ħames snin

36

2008

Mill-2000 ’il-quddiem

(22)

Fl-Anness B, “n = 60” hija sostitwita b’ “n + 64” u “m = 60” hija sostitwita b’ “m = 64” tul it-test.

(23)

Fl-Anness B, it-Tabella 10 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 10 –   Tabelli skont l-industrija u skont ir-reġjun (NUTS II)

Kodici

Lista tal-varjabbli

Analiżi

B1.g

1.

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet bażiċi (il-prezzijiet kurrenti)

A*10

D.1

2.

Kumpens tal-impjegati (il-prezzijiet kurrenti)

A*10

P.51

3.

Formazzjoni ta’ kapital gross fiss (il-prezzijiet kurrenti)

A*10

4.

Ix-xogħol f’eluf ta’ persuni u eluf ta’ siegħat maħduma

ETO

Totali

A*10

EEM

L-impjegati

A*10”

(24)

Fl-Anness B, it-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 12 –   Tabelli skont l-industrija u skont ir-reġjun (NUTS III)

Kodici

Lista tal-varjabbli

Analiżi

B1.g

1.

Il-valur miżjud gross bil-prezzijiet bażiċi (il-prezzijiet kurrenti)

A*10

2.

Ix-xogħol (eluf ta’ persuni)

ETO

Totali

A*10

EEM

L-impjegati

A*10”

(25)

Fl-Anness B, fit-Tabelli 15 u 16, “Prodotti (CPA)” huwa sostitwit minn “Prodotti (P*64)” u “Industriji (NACE A60)” hija sostitwita minn “Industriji (A*64)”.

(26)

Fl-Anness B, fit-Tabelli 17, 18 u 19, “Prodotti” hija sostitwita minn “Prodotti (P*64)”.

(27)

Fl-Anness B, fit-taqsima “Derogi mill-Istat Membru”:

il-Bulgarija: Tabella 2.1 “Derogi għat-tabelli” ir-referenza li ġejja għat-Tabella 22 qed titħassar:

22

Il-varjabbli kollha

Snin 2005: l-ewwel trażmissjoni fl-2008

2005

2008

Snin 2000-2004: l-ewwel trażmissjoni fl-2010

2000-2004

2010

Snin 1998-1999: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1998-1999

2011

Snin 1995-1997: m’għandhiex tiġi trażmessa

1995-1997

M’għandhiex tiġi trażmessa

u hija sostitwita b’dan li gej:

22

Il-varjabbli kollha

Snin 2005: l-ewwel trażmissjoni fl-2008

2005

2008

Snin 2000-2004: l-ewwel trażmissjoni fl-2010

2000-2004

2010

Snin 1995-1999: m’għandhiex tiġi trażmessa

1995-1999

M’għandhiex tiġi trażmessa

il-Bulgarija: Tabella 2.2 “Derogi għal oġġetti/varjabbli individwali fit-Tabelli” ir-referenza li ġejja għat-Tabella 10 qed titħassar:

10

Formazzjoni ta’ kapital gross fiss (P.51)

Snin 2005-2006: l-ewwel trażmissjoni fl-2009

2005-2006

2009

Snin 2000-2004: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

2000-2004

2011

Snin 1998-1999: l-ewwel trażmissjoni fl-2012

1998-1999

2012

Snin 1995-1997: m’għandhiex tiġi trażmessa

1995-1997

M’għandhiex tiġi trażmessa

u hija sostitwita b’dan li gej:

10

Formazzjoni ta’ kapital gross fiss (P.51)

Snin 2005-2006: l-ewwel trażmissjoni fl-2009

2005-2006

2009

Snin 2000-2004: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

2000-2004

2011

Sena 1999: l-ewwel trażmissjoni fl-2012

1999

2012

Snin 1995-1998: m’għandhiex tiġi trażmessa

1995-1998

M’għandhiex tiġi trażmessa

il-Greċja: it-Tabella 7.2 “Derogi għal oġġetti/varjabbli individwali fit-tabelli” ir-referenza li ġejja għat-Tabella 1 qed titħassar:

1

Impjieg – kull tliet xhur

Snin 1990-1994: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1990-1994

2011

u hija sostitwita b’dan li gej:

1

Impjieg – kull tliet xhur – totali

Snin 1990-1994: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1990-1994

2011

Impjieg – kull tliet xhur – analiżi tal-industrija

Snin 1990-1994: m’għandhiex tiġi trażmessa

1990-1994

M’għandhiex tiġi trażmessa

Franza: Tabella 9.1 “Derogi għat-tabelli” ir-referenza li ġejja għat-Tabella 3 qed titħassar:

3

Il-varjabbli kollha: analiżi skont l-industrija A31, A60

Snin 1980-1998: l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1980-1998

2011

u hija sostitwita b’dan li gej:

3

Il-varjabbli kollha esklużi l-popolazzjoni, l-impjieg u l-kumpens tal-impjegati: analiżi dettaljata skont l-industrija A*38, A*64

Snin 1995-1998: l-ewwel trażmissjoni fl-2012

1995-1998

2012

Snin 1980-1994: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1994

M’għandhiex tiġi trażmessa

l-Olanda: it-Tabella 18.2 “Derogi għal oġġetti/varjabbli individwali fit-tabelli” ir-referenza li ġejja għat-Tabella 1 qed titħassar:

1

Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom f’unitajiet ta’ produzzjoni residenti: industrija J sa K u L sa P, persuni – annwali

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

u hija sostitwita b’dan li gej:

1

Impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom f’unitajiet ta’ produzzjoni residenti: industrija K sa L u O sa T, persuni – annwali

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

l-Olanda: it-Tabella 18.2 “Derogi għal oġġetti/varjabbli individwali fit-tabelli” ir-referenzi li ġejjin għat-Tabella 3 qed jitħassru:

3

Il-prezzijiet kurrenti:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.1, P.2, B.1.G, D.29-D.39, D.1 D 11 għall-industriji B, DC_DD, DI, DN

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli B.2N+B.3.N għall-industriji, B, CA_CB, DC_DD, DH_DI, DK_DN, DH, DO

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Prezzijiet tas-sena ta’ qabel u l-volumi marbuta mill-qrib:

 

 

 

 

Il-varjabbli B.1G għall-industriji B, CA_CB, DB_DE, DH_DN, J_K, O_P

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli K.1 għall-industriji B, CA_CB, DC_DD, DH_DI, DK_DN, H_O

Snin 1980-1995 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1995

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Il-prezzijiet kurrenti:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53 analiżi skont l-industrija

Snin 1980-1994 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1994

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli P.51 għall-industriji B, CA_CB, DC_DD, DI

Snin 1980-1986 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Prezzijiet tas-sena ta’ qabel u l-volumi marbuta mill-qrib:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53 analiżi skont l-industrija

Snin 1988-1995 m’għandhiex tiġi trażmessa

1988-1995

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli P.51 għall-industriji B, CA_CB, DC_DD, DI

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

u huma sostitwiti b’dan li gej:

3

Il-prezzijiet kurrenti:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.1, P.2, B.1.G, D.29-D.39, għall-industriji 03, 13-16, 23, 28

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli B.2N+B.3.N għall-industriji, 03, 05-09, 13-16, 22-23, 27-32

Snin 1980-1986: m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Prezzijiet tas-sena ta’ qabel u l-volumi marbuta mill-qrib:

 

 

 

 

Il-varjabbliB.1G għall-industriji 03, 05-09, 13-17, 22-33, 64-68, 96-98

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il varjabbli K.1 għall-industriji 03, 05-09, 13-16, 22-23, 27-32, 55-96

Snin 1980-1995 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1995

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Il-prezzijiet kurrenti:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53 analiżi skont l-industrija

Snin 1980-1994 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1994

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il- varjabbli P.51 għall-industriji 03, 05-09, 13-16, 23

Snin 1980-1986 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1986

M’għandhiex tiġi trażmessa

3

Prezzijiet tas-sena ta’ qabel u l-volumi marbuta mill-qrib:

 

 

 

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli P.5, P.52, P.53 analiżi skont l-industrija

Snin 1988-1995 m’għandhiex tiġi trażmessa

1988-1995

M’għandhiex tiġi trażmessa

 

Il-varjabbli P.51 għall-industriji 03, 05-09, 13-16, 23

Snin 1980-1987 m’għandhiex tiġi trażmessa

1980-1987

M’għandhiex tiġi trażmessa

l-Isvezja: it-Tabella 26.2 “Derogi għal oġġetti/varjabbli individwali fit-tabelli” it-terminu “Taqsim tal-industriji 50-52” qed jitħassar u huwa sostitwit b’ “Taqsim tal-industriji 45-47”.

(28)

Fl-Anness B, dan li ġej huwa miżjud wara t-Tabella 26:

“TRAŻMISSJONI TAD-DEJTA

1.

L-analiżi A*3, A*10, A*21, A*38, A*64 li ġejjin min-NACE Rev. 2 u P*3, P*10, P*21, P*38 u P*64 li ġejjin minn CPA 2008 għandhom jintużaw għal kull dejta trażmessa wara l-31 ta’ Awwissu 2011, bl-eċċezzjonijiet elenkati fit-tieni sottoparagrafu.

L-Istati Membri li ngħataw deroga għat-trażmissjonijiet għat-Tabelli 15 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 sal-2011 jew aktar tard għandhom japplikaw l-analiżi A3, A6, A17, A31, A60, P3, P6, P17, P31 u P60 għal perjodi ta’ referenza sal-2007 u l-analiżi A*3, A*10, A*21, A*38, A*64, P*3, P*10, P*21, P*38 u P*64 għal perjodi ta’ referenza mill-2008 ’il quddiem, irrilevanti mill-ħin tat-trażmissjoni tad-dejta.

2.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, it-trażmissjoni tat-Tabella 10 għandha tuża jew in-NACE Rev. 2 analiżi A*10 jew il-pożizzjonijiet aggregati tan-NACE Rev. 2 analiżi A*10:

(G, H, I u J) minflok (G, H u I) u (J),

(K, L, M u N) minflok (K), (L) u (M u N),

(O, P, Q, R, S, T u U) minflok (O, P u Q) u (R, S, T u U).

Mill-1 ta’ Jannar 2015 it-trażmissjoni tat-Tabella 10 għandha tuża n-NACE Rev. 2 analiżi A*10.

3.

It-trażmissjoni tat-Tabella 12 għandha tuża jew in-NACE Rev. 2 analiżi A*10 jew il-pożizzjonijiet aggregati tan-NACE Rev. 2 analiżi A*10:

(G, H, I u J) minflok (G, H u I) u (J),

(K, L, M u N) minflok (K), (L) u (M u N),

(O, P, Q, R, S, T u U) minflok (O, P u Q) u (R, S, T u U).

4.

It-trażmissjoni tad-dejta skont l-analiżi A*38 u A*64 tal-oġġetti 26a u 44a rispettivament ‘minn liema: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien’ speċifikati fit-taqsima RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A*), PRODOTTI (P*) U ASSI FISSI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS) (AN) tal-Anness IV hija obbligatorja biss għall-varjabbli P.1, P.2, B.1g speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 2223/96.

5.

Bl-ewwel trażmissjoni mistennija wara l-31 ta’ Awwissu 2011 skont il-programm tat-trażmissjoni ta’ dejta dwar kontijiet nazzjonali ESA 95 li juża NACE Rev. 2 jew CPA 2008 għandha tiġi pprovduta dejta analizzata skont l-industrija jew il-prodott li tkopri l-perjodi ta’ osservazzjoni li ġejjin:

(a)

:

Tabella 1

:

mill-2000 (2000Q1 għal dejta ta’ kull tliet xhur) ’il quddiem;

(b)

:

Tabella 3

:

mill-2000 ’il quddiem;

(c)

:

Tabella 10

:

2009;

(d)

:

Tabella 12

:

2009;

(e)

:

Tabella 20

:

mill-2000 ’il quddiem;

(f)

:

Tabella 22

:

mill-2000 ’il quddiem.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu dejta annwali għat-Tabella 1, flimkien mal-ewwel trażmissjoni ta’ Tabella 1 kull tliet xhur għall-Q2 tal-2011 u mhux akar tard mit-30 ta’ Settembru 2011.

6.

Bl-ewwel trażmissjoni mistennija wara l-31 ta’ Awwissu 2012 ta’ Tabelli skont il-programm ta’ trażmissjoni ta’ dejta dwar kontijiet nazzjonali ESA 95 li juża NACE Rev. 2 jew CPA 2008 għandha tiġi pprovduta dejta analizzata skont l-industrija jew il-prodott li tkopri minn tal-inqas il-perjodi ta’ osservazzjoni li ġejjin:

(a)   Tabella 1 (ħlief għal varjabbli elenkati taħt ‘Popolazzjoni, Impjieg, Kumpens tal-impjegati’):

1990 (1990Q1 għal dejta ta’ kull tliet xhur) ’il quddiem għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit,

1995 (1995Q1 għal dejta ta’ kull tliet xhur(Stati Membri ġodda tfisser il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, s-Slovakkja;

(b)   Tabella 3 (ħlief għal varjabbli elenkati taħt “Impjieg u Kumpens tal-impjegati”): 1995 ’il quddiem għal A*10 u A*38;

(c)   Tabella 10: mill-2000 ’il quddiem;

(d)   Tabella 12: mill-2000 ’il quddiem.

7.

Għat-Tabelli 15, 16, 17, 18 u 19, l-ebda dejta b’lura li tuża NACE Rev. 2 jew CPA 2008 hija meħieġa.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

(4)  ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.


ANNESS

A*3

Nru. tas-Sekwenza

It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

1

A

Agrikoltura, forestrija u sajd

2

B, C, D, E u F

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; il-manifatturar; provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni; kostruzzoni

3

G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T u U

Servizzi


A*10

Nru. tas-Sekwenza

It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

1

A

Agrikoltura, forestrija u sajd

2

B, C, D u E

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; il-manifatturar; provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni

2a

C

Li minnhom: il-manifatturar

3

F

Kostruzzjoni

4

G, H u I

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; trasportazzjoni u ħażna; akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel

5

J

Informazzjoni u komunikazzjoni

6

K

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

7

L

Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

8

M u N

Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

9

O, P, u Q

Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; edukazzjoni; attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

10

R, S, T u U

Arti, divertiment u rikreazzjoni, tiswija ta’ oġġetti tad-dar u servizzi oħra


A*21

Nru. tas-Sekwenza

It-taqsima tan-NACE Rev. 2

Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

1

A

01-03

Agrikoltura, forestrija u sajd

2

B

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

3

C

10-33

Il-manifatturar

4

D

35

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

5

E

36-39

Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni

6

F

41-43

Kostruzzjoni

7

G

45-47

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

8

H

49-53

Trasport u ħażna

9

I

55-56

Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel

10

J

58-63

Informazzjoni u komunikazzjoni

11

K

64-66

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

12

L

68

Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

13

M

69-75

Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

14

N

77-82

Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

15

O

84

Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja

16

P

85

Edukazzjoni

17

Q

86-88

Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

18

R

90-93

Arti, divertiment u rikreazzjoni

19

S

94-96

Attivitajiet oħra ta’ servizz

20

T

97-98

Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

21

U

99

Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


A*38

Nru. tas-Sekwenza

Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

1

01-03

Agrikoltura, forestrija u sajd

2

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

3

10-12

Manifatturar ta’ prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

4

13-15

Manifatturar ta’ tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu, u prodotti tal-ġilda

5

16-18

Manifatturar ta’ prodotti tal-injam u tal-karti, u stampar

6

19

Manifatturar ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

7

20

Manifatturar ta’ kimiċi u prodotti kimiċi

8

21

Manifatturar ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

9

22-23

Manifatturar ta’ prodotti tal-lakstu u tal-plastik, u prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi

10

24-25

Manifatturar ta’ metalli bażiċi u ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir

11

26

Manifatturar ta’ kompjuter, ta’ prodotti elettroniċi u ottiċi

12

27

Manifatturar ta’ tagħmir elettriku

13

28

Manifatturar ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c.

14

29-30

Manifatturar ta’ tagħmir għat-trasport

15

31-33

Manifatturar ta’ għamara; manifatturar ieħor; tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

16

35

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

17

36-39

Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni

18

41-43

Kostruzzjoni

19

45-47

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

20

49-53

Trasport u ħażna

21

55-56

Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel

22

58-60

Pubblikazzjoni, attivitajiet awdjoviżivi u dawk marbuta max-xandir

23

61

Telekomunikazzjonijiet

24

62-63

Programmar ta’ kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati; attivitajiet ta’ servizz tal-informatika

25

64-66

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

26

68

Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

26a

 

Li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien

27

69-71

Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità; attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta’ konsulenza dwar ġestjoni; attivitajiet ta’ arkitettura u ta’ inġinerija; ittestjar u analiżi tekniċi

28

72

Riċerka xjentifika u żvilupp

29

73-75

Reklamar u riċerka dwar is-suq; attivitajiet oħra professjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet veterinarji

30

77-82

Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

31

84

Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja

32

85

Edukazzjoni

33

86

Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem

34

87-88

Attivitajiet ta’ ħidma soċjali

35

90-93

Arti, divertiment u rikreazzjoni

36

94-96

Attivitajiet oħra ta’ servizz

37

97-98

Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

38

99

Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


A*64

Nru. tas-Sekwenza

Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

1

01

Produzzjoni tal-ħxejjex u tal-annimali, kaċċa u attivitajiet ta’ servizz relatati

2

02

Forestrija u qtugħ ta’ siġar għall-injam

3

03

Sajd u akwakultura

4

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

5

10-12

Manifatturar ta’ prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

6

13-15

Manifatturar ta’ tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu, u prodotti tal-ġilda

7

16

Manifatturar ta’ injam u prodotti tal-injam u tas-sufra, ħlief għal għamara; manifatturar ta’ oġġetti tat-tiben u ta’ materjali tat-trizza

8

17

Manifatturar ta’ karta u prodotti tal-karti

9

18

Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata

10

19

Manifatturar ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

11

20

Manifatturar ta’ kimiċi u prodotti kimiċi

12

21

Manifatturar ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

13

22

Manifatturar ta’ prodotti tal-lakstu u tal-plastik

14

23

Manifatturar ta’ prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi

15

24

Manifatturar ta’ metalli bażiċi

16

25

Manifatturar ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir

17

26

Manifatturar ta’ kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi

18

27

Manifatturar ta’ tagħmir elettriku

19

28

Manifatturar ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c.

20

29

Manifatturar ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers

21

30

Manifatturar ta’ tagħmir ieħor ta’ trasport

22

31-32

Manifatturar tal-għamara; manifatturar ieħor

23

33

Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

24

35

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

25

36

Il-ġbir, it-trattament u l-provvista tal-ilma

26

37-39

Sistema ta’ drenaġġi; attivitajiet ta’ ġbir u trattament tal-iskart u disponiment minnu; irkupru ta’ materjali; attivitajiet ta’ rimedjazzjoni u servizzi oħra ta’ ġestjoni tal-iskart

27

41-43

Kostruzzjoni

28

45

Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

29

46

Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

30

47

Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

31

49

Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi

32

50

Trasport fuq l-ilma

33

51

Trasport bl-ajru

34

52

Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta’ sostenn għat-trasportazzjoni

35

53

Attivitajiet ta’ posta u dawk ta’ kurjer

36

55-56

Akkomodazzjoni; attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel u x-xorb

37

58

Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni

38

59-60

Produzzjoni ta’ films, vidjow u programmi televiżivi, attivitajiet ta’ reġistrazzjoni awdjo u pubblikazzjoni ta’ mużika; attivitajiet ta’ programmazzjoni u xandir

39

61

Telekomunikazzjonijiet

40

62-63

Programmar ta’ kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati; attivitajiet ta’ servizz tal-informatika

41

64

Attivitajiet ta’ servizzi finanzjarji, ħlief għal fondi ta’ assigurazzjoni u pensjoni

42

65

Assigurazzjoni, assigurazzjoni mill-ġdid u fondi tal-pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja

43

66

Attivitajiet awżiljarji għal attivitajiet ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

44

68

Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

44a

 

li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien

45

69-70

Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità; attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta’ konsulenza dwar ġestjoni

46

71

Attivitajiet ta’ arkitettura u ta’ inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi

47

72

Riċerka xjentifika u żvilupp

48

73

Reklamar u riċerka dwar is-suq

49

74-75

Attivitajiet oħra professjonali xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet veterinarji

50

77

Attivitajiet ta’ kiri u ta’ twillija

51

78

Attivitajiet marbuta mal-impjieg

52

79

Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta’ riservazzjoni u attivijitajiet relatati

53

80-82

Attivitajiet ta’ sigurtà u ta’ investigazzjoni; servizzi fir-rigward ta’ binjiet u attivitajiet marbuta ma’ pajsaġġ; amministrazzjoni ta’ uffiċċji, sostenn għal uffiċċji u attivitajiet oħra ta’ sostenn għal negozju

54

84

Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja

55

85

Edukazzjoni

56

86

Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem

57

87-88

Attivitajiet ta’ ħidma soċjali

58

90-92

Attivitajiet kreattivi, marbuta mal-arti u divertiment; libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri

59

93

Attivitajiet ta’ sport u attivitajiet ta’ mogħdija ta’ żmien u rikreazzjoni

60

94

Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija

61

95

Tiswija ta’ kompjuters u oġġetti personali u għad-dar

62

96

Attivitajiet oħra ta’ servizz personali

63

97-98

Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jimpjegaw; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

64

99

Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


P*3

Nru. tas-Sekwenza

It-taqsimiet tas-CPA 2008

Deskrizzjoni

1

A

Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd

2

B, C, D, E u F

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; prodotti manifatturati; ġestjoni tal-elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni; kostruzzjonijiet u xogħolijiet ta’ kostruzzjoni

3

G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T u U

Servizzi


P*10

Nru. tas-Sekwenza

It-taqsimiet tas-CPA 2008

Deskrizzjoni

1

A

Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd

2

B, C, D u E

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; prodotti manifatturati; ġestjoni tal-elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista tal-ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni

2a

C

Li minnhom: prodotti manifatturati

3

F

Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

4

G, H u I

Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ muturi; servizzi ta’ trasportazzjoni u ħażna; akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel

5

J

Servizzi tal-informazzjoni u komunikazzjoni

6

K

Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

7

L

Servizzi relatati ma’ bini immobbli

8

M u N

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi amministrattivi u ta’ sostenn

9

O, P, u Q

Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali; servizzi ta’ edukazzjoni; servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

10

R, S, T u U

Servizzi ta’ arti, divertiment u rikreazzjoni, tiswija ta’ oġġetti tad-dar u servizzi oħra


P*21

Nru. tas-Sekwenza

It-taqsima tas-CPA 2008

Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008

Deskrizzjoni

1

A

01-03

Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd

2

B

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

3

C

10-33

Prodotti manifatturati

4

D

35

Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata

5

E

36-39

Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni

6

F

41-43

Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

7

G

45-47

Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

8

H

49-53

Servizzi ta’ trasportazzjoni u ta’ ħażna

9

I

55-56

Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel

10

J

58-63

Servizzi tal-informazzjoni u komunikazzjoni

11

K

64-66

Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

12

L

68

Servizzi relatati ma’ bini mmobbli

13

M

69-75

Servizzi prrofessjonali, xjentifiċi u tekniċi

14

N

77-82

Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn

15

O

84

Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali

16

P

85

Servizzi fl-edukazzjoni

17

Q

86-88

Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

18

R

90-93

Arti, divertiment u rikreazzjoni

19

S

94-96

Servizzi oħra

20

T

97-98

Servizzi tal-persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati prodotti mill-persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

21

U

99

Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


P*38

Nru. tas-Sekwenza

Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008

Deskrizzjoni

1

01-03

Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd

2

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

3

10-12

Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

4

13-15

Tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu u prodotti tal-ġilda

5

16-18

Prodotti tal-injam u tal-karti, u servizzi tal-istampar

6

19

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

7

20

Kimiċi u prodotti kimiċi

8

21

Prodotti bażiċi farmaċewtiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

9

22-23

Prodotti tal-lakstu u tal-plastik, u prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi

10

24-25

Prodotti ta’ metalli bażiċi u ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir

11

26

Kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi

12

27

Tagħmir tal-elettriku

13

28

Makkinarju u tagħmir n.e.c.

14

29-30

Tagћmir ta’ trasport

15

31-33

Gћamara; oġġetti manifatturati oħrajn; servizzi ta’ tiswija u ta’ installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

16

35

Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata

17

36-39

Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni

18

41-43

Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

19

45-47

Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

20

49-53

Servizzi ta’ trasportazzjoni u ħażna

21

55-56

Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel

22

58-60

Pubblikazzjoni, servizzi awdjoviżivi u dawk marbuta max-xandir

23

61

Servizzi ta’ telekomunikazzjoni

24

62-63

Programmar tal-kompjuter, konsulenza u servizzi relatati; servizzi ta’ informazzjoni

25

64-66

Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

26

68

Servizzi relatati ma’ bini immobbli

26a

 

Li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien

27

69-71

Servizzi legali u ta’ kontabilità servizzi tal-kwartieri ġenerali; servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni; servizzi ta’ arkitettura u inġinerija; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

28

72

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi

29

73-75

Servizzi ta’ reklamar u riċerka dwar is-suq; servizzi oħrajn professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi veterinarji

30

77-82

Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn

31

84

Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali

32

85

Servizzi fl-edukazzjoni

33

86

Servizzi mas-saħħa tal-bniedem

34

87-88

Servizzi ta’ ħidma soċjali

35

90-93

Servizzi ta’ arti, divertiment u rikreazzjoni

36

94-96

Servizzi oħra

37

97-98

Servizzi ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati prodotti mill-persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

38

99

Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


P*64

Nru. tas-Sekwenza

Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008

Deskrizzjoni

1

01

Prodotti tal-agrikoltura, il-kaċċa u servizzi relatati

2

02

Prodotti tal-forestrija, u qtugħ ta’ siġar għall-injam u servizzi relatati

3

03

Ħut u prodotti tas-sajd oħrajn; prodotti tal-akwakultura; servizzi ta’ sostenn għas-sajd

4

05-09

Xogħol fil-minjieri u l-barrieri

5

10-12

Prodotti tal-ikel; xorb; prodotti tat-tabakk

6

13-15

Tessuti; ħwejjeġ li jintlibsu; prodotti tal-ġilda u oħrajn relatati

7

16

Injam u prodotti tal-injam u s-sufra, ħlief għal għamara; oġġetti tat-tiben u materjali tat-trizza

8

17

Karta u prodotti tal-karta

9

18

Servizzi tal-istampar u tar-reġistrazzjoni

10

19

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

11

20

Kimiċi u prodotti kimiċi

12

21

Prodotti bażiċi farmaċewtiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

13

22

Prodotti tal-lastku u tal-plastik

14

23

Prodotti oћra minerali li m’humiex metallici

15

24

Metalli bażiċi

16

25

Prodotti fabbrikati mill-metall, ħlief għall-makkinarju u tagħmir

17

26

Kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi

18

27

Tagħmir tal-elettriku

19

28

Makkinarju u tagħmir n.e.c.

20

29

Vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers

21

30

Tagħmir ieħor tat-trasport

22

31-32

Gћamara; oġġetti manifatturati oħrajn

23

33

Servizzi ta’ tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

24

35

Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata

25

36

Ilma naturali; trattament tal-ilma u servizzi ta’ provvista

26

37-39

Servizzi ta’ sistemi ta’ drenaġġi; tajn tad-drenaġġ; servizzi tal-ġbir u trattament tal-iskart u disponiment minnu; servizzi ta’ rkupru ta’ materjali; servizzi ta’ rimedjazzzjoni u servizzi oħrajn tal-ġestjoni tal-iskart

27

41-43

Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

28

45

Servizzi ta’ negozju bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

29

46

Servizzi fil-qasam tan-negozju bl-ingrossa, ħlief għal vetturi bil-mutur u muturi

30

47

Servizzi ta’ negozju bl-imnut, ħlief għal vetturi bil-mutur u muturi

31

49

Servizzi ta’ trasport bl-art u servizzi ta’ trasport permezz ta’ linji ta’ pajpijiet

32

50

Servizzi ta’ transport fuq l-ilma

33

51

Servizzi tat-trasport bl-ajru

34

52

Il-ħżin tal-merkanzija u servizzi ta’ sostenn għat-trasportazzjoni

35

53

Servizzi ta’ posta u dawk tal-kurjer

36

55-56

Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel

37

58

Servizzi ta’ pubblikazzjoni

38

59-60

Servizzi ta’ produzzjoni ta’ films vidjow u programmi televiżivi, reġistrazzjoni awdjo u pubblikazzjoni tal-mużika; servizzi tal-ipprogrammar u dawk marbuta max-xandir

39

61

Servizzi ta’ telekomunikazzjoni

40

62-63

Programmar tal-kompjuter, konsulenza u servizzi relatati; servizzi ta’ informazzjoni

41

64

Servizzi finanzjarji, ħlief għal fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni

42

65

Servizzi ta’ assigurazzjoni, assigurazzjoni mill-ġdid u fondi tal-pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja

43

66

Servizzi awżiljarji għal servizzi finanzjarji u servizzi tal-assigurazzjoni

44

68

Servizzi relatati ma’ bini immobbli

44a

 

li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien

45

69-70

Servizzi legali u ta’ kontabilità; servizzi ta’ kwartieri ġenerali; servizzi ta’ konsulenza fil-ġestjoni

46

71

Servizzi ta’ arkitettura u inġinerija; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

47

72

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi

48

73

Servizzi ta’ reklamar u riċerka dwar is-suq

49

74-75

Servizzi oħrajn professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi veterinarji

50

77

Servizzi ta’ kiri u ta’ twillija

51

78

Servizzi ta’ impjieg

52

79

Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta’ riservazzjoni u servizzi relatati

53

80-82

Servizzi ta’ sigurtà u investigazzjoni; servizzi fir-rigward ta’ binjiet u pajsaġġ; amministrazzjoni ta’ uffiċċji, sostenn għal uffiċċji u negozju ieħor

54

84

Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali

55

85

Servizzi fl-edukazzjoni

56

86

Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem

57

87-88

Servizzi ta’ kura residenzjali; servizzi ta’ ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni

58

90-92

Servizzi kreattivi, fl-arti u d-divertiment; servizzi ta’ libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħrajn; servizzi tal-logħob tal-flus u l-imħatri

59

93

Servizzi sportivi u servizzi ta’ żmien u rikreazzjoni

60

94

Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet ta’ sħubija

61

95

Servizzi ta’ tiswija ta’ kompjuters u oġġetti personali u tad-dar

62

96

Servizzi personali oħrajn

63

97-98

Servizzi ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati pprodotti minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom

64

99

Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali


AN_F6: Analiżi tal-assi fissi

Kategorija tal-assi

Deskrizzjoni

AN.1111

djar

AN.1112

bini u l-istrutturi l-oħra

AN.11131

tagħmir tat-trasport

AN.11132

makkinarju u tagħmir ieħor

AN.1114

assi kkultivati

AN.112

assi fissi li mhumiex tanġibbli


AN_F6†: Analiżi tal-assi fissi

Kategorija tal-assi

Deskrizzjoni

AN.1111

djar

AN.1112

bini u l-istrutturi l-oħra

AN.11131

tagħmir tat-trasport

AN.11132

makkinarju u tagħmir ieħor

li minnhom: AN.111321

makkinarju u tagħmir goff tal-uffiċċju

li minnhom AN.111322

tagħmir tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni

AN.1114

assi kkultivati

AN.112

assi fissi li mhumiex tanġibbli

li minnhom: AN.1122

softwer tal-kompjuter”


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2010

tas-6 ta' Awwissu 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott magħmul minn:

lampa li tarmi l-fwar tal-merkurju li taħdem bi pressa għolja b’riflettur mhux siġillat li jiffoka d-dawl,

għadd ta’ kejbils

toqob għall-ventilazzjoni

inkwadru għall-installazzjoni b’ħolder, u

sokit

Il-prodott huwa ddiżinjat għall-użu fil-projetturi.

8539 32 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 8539 , 8539 32  u 8539 32 10 .

Peress li l-prodott jitqies bħala parti minn projettur, tapplika n-Nota 2 tas-Sezzjoni XVI

Bis-saħħa tan-nota 2(a) tas-Sezzjoni XVI, partijiet li huma oġġetti inklużi fi kwalunkwe mill-intestaturi tal-Kapitolu 84 jew 85 għandhom jiġu kklassifikati fl-intestaturi rispettivi tagħhom.

B’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tiegħu, il-prodott jissodisfa t-termini tal-intestatura 8539 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8529 hija eskluża.

Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8539 32 10 bħala lampa li taħdem bir-rimi ta’ fwar tal-merkurju.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2010

tas-6 ta' Awwissu 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Janusz LEWANDOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost”) magħmul minn:

termistur b’kapaċità li jlaħħaq ma’ vultaġġ tal-elettriku li ma jaqbiżx 20 W, magħluq ġo kontenitur propju tiegħu.

bolt biex ikun jista’ jitwaħħal,

mekkaniżnu biex jiffaċilita t-twaħħil tax-xaft fis-sistema tal-egżost tal-vettura, u

kejbil tal-elettriku, imdawwar b’materjal reżistenti għas-sħana, li bih il-prodott jista’ jitqabbad ma’ plakka li tippermetti konnessjoni bejnu u bejn is-sistema tal-vettura li timmaniġġja l-magna.

It-termistru huwa kapaċi jbiddel ir-reżistenza li għandu skont it-temperatura. Meta mqabbad, dan il-bdil fir-reżistenza jipproduċi bdil fil-kurrent tal-elettriku, li huwa trażmess lis-sistema li timmaniġġja l-magna.

Il-prodott ma jistax jikkonverti l-eżitu tal-kurrent tal-elettriku f’kejl tat-temperatura jew juri t-temperatura.

8533 40 10

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kitba fil-kodiċi NM 8533 , 8533 40  u 8533 40 10 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9025 bħala termometru jew bħala parti minnu hija eskluża peress li l-prodott la jista’ jkejjel t-temperatura u lanqas ma jista’ juriha.

Il-prodott huwa reżistur mhux lineari li jiddependi fuq it-temperatura (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata. Noti għall-intestatura 8533 (A)(5)) u għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt is-sottointestatura 8533 40 bħal reżisturi varjabbli oħra.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2010

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

TR

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

125,5

ZZ

125,5

0709 90 70

TR

107,3

ZZ

107,3

0805 50 10

AR

129,3

TR

136,8

UY

152,7

ZA

98,1

ZZ

129,2

0806 10 10

CL

129,8

EG

153,2

IL

187,4

MA

129,1

PE

77,2

TR

122,2

ZA

88,7

ZZ

126,8

0808 10 80

AR

87,8

BR

69,9

CL

90,2

CN

63,9

NZ

104,8

US

105,2

UY

100,6

ZA

90,0

ZZ

89,1

0808 20 50

AR

70,1

CL

150,5

CN

58,2

NZ

140,9

TR

147,7

ZA

100,6

ZZ

111,3

0809 30

TR

160,9

ZZ

160,9

0809 40 05

IL

144,1

ZA

90,0

ZZ

117,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 719/2010

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 203, 5.8.2010, p. 19.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ Awwissu 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

41,00

0,00

1701 11 90  (1)

41,00

2,60

1701 12 10  (1)

41,00

0,00

1701 12 90  (1)

41,00

2,31

1701 91 00  (2)

39,65

5,57

1701 99 10  (2)

39,65

2,44

1701 99 90  (2)

39,65

2,44

1702 90 95  (3)

0,40

0,28


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/30


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/50/UE

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex id-dazomet ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi [bijoċidali] (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi d-dazomet.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, id-dazomet ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif definit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Il-Belġju nħatar bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressaq ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fis-16 ta’ April 2007 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-11 ta’ Marzu 2010, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom id-dazomet jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għaldaqstant huwa f’loku li d-dazomet jiddaħħal fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Ma ġewx evalwati l-użi potenzjali kollha fil-livell tal-UE. Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-UE tindrizza biss l-użu professjonali fil-beraħ għat-trattament ta’ rimedju tal-arbli tal-injam, bħall-arbli tat-trażmissjoni, permezz tal-inseriment tal-granuli. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Istati Membri jivvalutaw dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskju li saret fil-livell tal-UE, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jittaffew għal livelli aċċettabbli.

(7)

Meta jitqiesu s-sejbiet tar-rapport ta’ valutazzjoni, huwa f’loku li, għall-prodotti li fihom id-dazomet u li jintużaw bħala preservattivi tal-injam, ikun hemm l-esiġenza li jittieħdu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju fil-livell tal-awtorizzazzjoni tal-prodott, biex jiġi żgurat li r-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha.

(8)

B’mod partikolari, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-prodotti maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali jintużaw bit-tagħmir protettiv personali xieraq, sakemm ma jintweriex li r-riskji għall-utenti industrijali jew professjonali jistgħu jitnaqqsu mod ieħor.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva dazomet u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti, u biex jiġi żgurat li l-applikanti li jkunu ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data tal-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE, għandha tiżdied l-annotazzjoni li ġejja għad-dazomet:

Nru

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqiegħed fis-suq

Data tal-inklużjoni

Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda, li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza tal-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“34

Dazomet

Tetraidro-3,5-dimetil-1,3,5-tiadiażina-2-tione

Nru tal-KE: 208-576-7

Nru tal-CAS: 533-74-4

960 g/kg

fl-1 ta’ Awwissu 2012.

fil-31 ta’ Lulju 2014.

fil-31 ta’ Lulju 2022.

8

Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi evalwata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu jew esponiment u dawk ir-riskji għall-kompartimenti jew popolazzjonijiet li ma ġewx indirizzati rappreżentattivament fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-UE. Partikolarment, fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kwalunkwe użu ieħor għajr l-użu professjonali fil-beraħ għat-trattament ta’ rimedju għal arbli tal-injam permezz tal-inseriment tal-granuli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali u/jew professjonali għandhom jintużaw flimkien ma’ tagħmir protettiv personali xieraq, sakemm fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ma jistax jintwera li r-riskji għall-utenti industrijali u/jew għal dawk professjonali jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli b’mezzi oħra.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/437/PESK

tat-30 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1).

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/907/PESK li temenda l-Azzjoni Konġunta msemmija hawn fuq (2).

(3)

Bil-piraterija pprevenuta b’mod dejjem aktar effettiv fil-Golf ta’ Aden u żoni oħra qrib ix-xatt tas-Somalja, il-pirati qed jestendu dejjem aktar l-attivitajiet tagħhom f’żoni marittimi aktar minn 500 mil nawtiku ‘l barra mix-xatt tas-Somalja u f’pajjiżi ġirien.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-forzi skjerati għal dik il-fini għandhom joperaw ’il barra mix-xatt tas-Somalja u pajjiżi ġirien fiż-żoni marittimi fir-reġjun tal-Oċean Indjan, f’konformità mal-objettiv ta’ operazzjoni marittima tal-UE, kif definit fil-kunċett ta’ maniġġar ta’ kriżijiet approvat mill-Kunsill fil-5 ta’ Awwissu 2008.”

2.

L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘ir-RGħ’), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-KPS’) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-operazzjoni militari tal-UE. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti ta’ ppjanar, inkluż il-Pjan tal-Operazzjoni, il-Linja ta’ Kmand u r-Regoli tal-Ingaġġ. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew il-Kmandant tal-Forza tal-UE. Is-setgħat ta’ deċiżjoni rigward l-objettivi u t-terminazzjoni tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill, assistit mir-RGħ.”;

3.

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Koerenza tar-rispons tal-UE

Ir-RGħ, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kmandant tal-Forza tal-UE għandhom jikkoordinaw mill-qrib l-attivitajiet rispettivi tagħhom rigward l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.”;

4.

L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Ir-RGħ għandu jaġixxi bħala l-punt primarju ta’ kuntatt man-Nazzjonijiet Uniti, l-awtoritajiet Somali, l-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien u atturi rilevanti oħra. Fil-kuntest tal-kuntatt tiegħu mal-Unjoni Afrikana, ir-RGħ għandu jiġi assistit mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Unjoni Afrikana.”;

5.

L-Artikolu 10(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni minn Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehimiet konklużi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat. Fejn l-UE u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UE, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni.”;

6.

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Status tal-forzi mmexxija mill-UE

L-istatus tal-forzi mmexxija mill-UE u l-persunal tagħha, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, li:

jinsabu fuq it-territorju terrestri ta’ Stati terzi,

jaħdmu fl-ilmijiet territorjali jew interni ta’ Stati terzi,

għandu jiġi miftiehem f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat.”;

7.

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni lin-Nazzjonijiet Uniti u partijiet terzi oħra

1.   Ir-RGħ huwa b’dan awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti u lil partijiet terzi oħra assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti maħluqa għall-finijiet tal-operazzjoni militari tal-UE sal-livell ta’ klassifikazzjoni adegwat għal kull wieħed minnhom u f’konformità mar-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill (*).

2.   Ir-RGħ huwa b’dan awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti u lil partijiet terzi oħra assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, dokumenti tal-UE mhux klassifikati rigward deliberazzjonijiet dwar l-operazzjoni li huma koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1)."

(**)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tad-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 322, 9.12.2009, p. 27.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li testendi l-perjodu ta’ deroga għall-Bulgarija biex toġġezzjona għal vjeġġi ta’ ċertu skart fil-Bulgarija għall-irkupru skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5434)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/438/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 63(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Bulgarija tista’ toġġezzjona għal vjeġġi ta’ ċertu tipi ta’ skart għall-irkupru għal perjodu ta’ żmien li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2009.

(2)

Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Diċembru 2009, il-Bulgarija talbet l-estenjoni ta’ dak il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(3)

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-ħarsien ambjentali jibqa’ f’livelli għoljin fl-Unjoni, b’mod partikolari fejn l-irkupru ta’ ċertu vjeġġi ta’ skart jibqa’ ma jkunx skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-irkupru tal-iskart fil-pajjiż minn fejn jintbagħat. Għalhekk, il-Bulgarija għandha żżomm il-possibbiltà li toġġezzjona għal vjeġġi ta’ skart pjanati mhux mixtieqa ddestinati għall-irkupru fit-territorju tagħha. B’konsegwenza ta’ dan, jeħtieġ li tkun estiża d-deroga applikabbli għall-Bulgarija sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(4)

Sabiex ikompli jkun żgurat ħarsien ambjentali aħjar kif ukoll sabiex tkun preservata ċ-ċertezza legali relatata mas-sistema legali applikabbli għal vjeġġi ta’ skart destinati għall-irkupru fil-Bulgarija skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010. Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-perjodu li fih l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu joġġezzjonaw għal vjeġġi għall-Bulgarija ta’ skart għall-irkupru elenkat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(4) ta’ dak ir-Regolament u skont ir-raġunijiet għal oġġezzjoni stipulati fl-Artikolu 11 tiegħu, għandu jkun estiż sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


Rettifika

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/36


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/397/UE tat-3 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190, tat-22 ta’ Lulja 2010 )

Fit-titolu tad-Deċiżjoni kemm fuq il-paġna tal-qoxra kif ukoll fl-1 paġna, kif ukoll fil-formula tal-għeluq f'paġna 2:

minflok:

“3 ta’ Ġunju 2010”

aqra:

“11 ta’ Ġunju 2010”