ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.191.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
23 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 648/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 649/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 652/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 653/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għar-raba’ stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għar-raba' stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 659/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 660/2010 tat-22 ta’ Lulju 2010 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

25

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2010/410/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni

28

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 163 tat-30 ta’ Ġunju 2010

35

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 648/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

42,3

TR

66,8

ZZ

54,6

0707 00 05

MK

41,0

TR

114,0

ZZ

77,5

0709 90 70

TR

106,3

ZZ

106,3

0805 50 10

AR

94,5

UY

56,9

ZA

114,7

ZZ

88,7

0806 10 10

CL

98,6

EG

147,8

IL

126,4

MA

162,3

TR

142,4

ZA

130,8

ZZ

134,7

0808 10 80

AR

127,7

BR

80,1

CA

114,8

CL

98,4

CN

73,7

NZ

114,2

US

156,7

UY

111,6

ZA

99,3

ZZ

108,5

0808 20 50

AR

110,6

CL

101,0

CN

98,4

NZ

130,0

ZA

95,1

ZZ

107,0

0809 10 00

TR

193,1

ZZ

193,1

0809 20 95

CL

150,0

TR

239,3

US

520,8

ZZ

303,4

0809 30

AR

75,9

TR

184,3

ZZ

130,1

0809 40 05

BA

78,6

BR

123,2

TR

130,0

XS

91,2

ZZ

105,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 649/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), l-aħħar subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Unjoni jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 162 sa 164 u 167 sa 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu minn ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/1359 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 338/2010 jitħassar (6) u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b'mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b'7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (UE) Nru 338/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 29.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Unjoni).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 650/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fil-Parti XVI tal-Anness għar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak tal-Unjoni tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u skont ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni provduti bl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet provduti bl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-23 ta’ Lulju 2010

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0401 30 31 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 31 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 31 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 39 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 91 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0401 30 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 11 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 19 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 10 99 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 11 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 17 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 19 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 91 9350

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9600

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 21 99 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 15 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 19 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 99 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 29 99 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 10 9370

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 30 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 91 99 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 99 10 9350

L20

EUR/100 kg

0,00

0402 99 31 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 11 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9200

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 13 9900

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 33 9400

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9310

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9340

L20

EUR/100 kg

0,00

0403 90 59 9370

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 21 9120

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 21 9160

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9120

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9130

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9140

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 23 9150

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 81 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9110

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9130

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9150

L20

EUR/100 kg

0,00

0404 90 83 9170

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 11 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 11 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 19 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 19 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9100

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9300

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 30 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 50 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 50 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 10 90 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 20 90 9500

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 20 90 9700

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 90 10 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0405 90 90 9000

L20

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9640

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9650

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9830

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 10 20 9850

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9913

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9915

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9917

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 20 90 9919

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9730

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 31 9950

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9700

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 30 39 9950

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 40 50 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 40 90 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 13 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 15 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 17 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 21 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 23 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 25 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 27 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 29 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 29 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 32 9119

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 35 9190

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 35 9990

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 37 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 61 9000

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 63 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 63 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 69 9910

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 73 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 75 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 76 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 78 9100

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 78 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 79 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 81 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 85 9930

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 85 9970

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9200

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 86 9900

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9400

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9951

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9971

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9973

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9974

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9975

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 87 9979

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 88 9300

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

0406 90 88 9500

L04

EUR/100 kg

0,00

L40

EUR/100 kg

0,00

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma ddefiniti kif ġej:

L20

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti tal-Amerika;

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà;

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).

L04

:

l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, is-Serbja, Kosovo (), il-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

L40

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr:

(a)

pajjiżi terzi: L04, Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kroazja, it-Turkija, l-Awstralja, il-Kanada, New Zealand u l-Afrika t'Isfel;

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(ċ)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jagħmilx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 651/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ Lulju 2010.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fl-20 ta’ Lulju 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 652/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ Lulju 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fl-20 ta’ Lulju 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 653/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Unjoni u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-23 ta’ Lulju 2010

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,39

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,20

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

22,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

84,72

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

53,67

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

9,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

:

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

:

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 654/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Unjoni tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2010

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

0210 11 31 9110

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 11 31 9910

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9100

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9300

A00

EUR/100 kg

54,20

1601 00 91 9120

A00

EUR/100 kg

19,50

1601 00 99 9110

A00

EUR/100 kg

15,20

1602 41 10 9110

A00

EUR/100 kg

29,00

1602 41 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 42 10 9110

A00

EUR/100 kg

22,80

1602 42 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 49 19 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 655/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

137,4

0

BR

137,9

0

AR

122,5

0

TH

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

132,9

0

BR

141,0

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

217,9

25

BR

257,2

13

AR

316,3

0

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

255,0

0

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

147,2

0

BR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

184,0

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

276,4

6

BR

293,9

1

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

323,9

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

341,4

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

339,1

0

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

566,9

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 656/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għar-raba’ stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslu għar-raba’ stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għar-raba’ stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-20 ta’ Lulju 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għandu jkun iffissat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 657/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għar-raba' stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom għar-raba' stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għar-raba' stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fl-20 ta’ Lulju 2010, mhux se jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 658/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 645/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 26.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

42,48

0,00

1701 11 90  (1)

42,48

2,16

1701 12 10  (1)

42,48

0,00

1701 12 90  (1)

42,48

1,86

1701 91 00  (2)

42,48

5,07

1701 99 10  (2)

41,32

1,94

1701 99 90  (2)

41,32

1,94

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 659/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Unjoni jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 578/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 dwar is-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 578/2010, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 578/2010 fl-Artikolu 1(1)(s) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 6.7.2010, p. 1.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2010 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

22,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

84,72

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

53,67

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

9,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 660/2010

tat-22 ta’ Lulju 2010

li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta' dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan l-Unjoni jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta' esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta' rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f'sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont tal-Artikolu 14 (1) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010, ir-rata ta' rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati.

(4)

L-Artikolu 162, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/200 jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta' prodott li jinsab f'oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar.

(5)

Għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta' rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b'rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul. L-iffissar ta' rati ta' rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta' rifużjonijiet b'rigward ta' dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfati dawk iż-żewġ għanijiet.

(6)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jew għal prodotti assimilati.

(7)

L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta' għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni li hu proċessat f'kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta' rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 6.7.2010, p. 1.


ANNESS

Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2010 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat  (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skont il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(c)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/28


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2010

dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni

(2010/410/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Billi:

(1)

It-Trattat jipprovdi li l-Istati Membri għandhom iqisu l-politika ekonomika tagħhom bħala kwistjoni ta’ interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-Unjoni Ewropea żviluppat u implimentat strumenti ta’ koordinazzjoni tal-politika għall-politika fiskali (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir) u linji politiċi makrostrutturali.

(2)

It-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta linji gwida dwar l-impjiegi u linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika bħala gwida għal-linji politiċi tal-Istati Membri.

(3)

L-Istrateġija ta’ Lisbona, varata fis-sena 2000, kienet imsejsa fuq rikonoxximent tal-ħtieġa tal-Unjoni Ewropea li jiżdiedu l-impjiegi, il-produttività u l-kompetittività, waqt li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, fid-dawl ta’ kompetizzjoni globali, tibdil teknoloġiku, sfidi ambjentali u popolazzjoni li qed tixjieħ. L-Istrateġija ta’ Lisbona ġiet varata mill-ġdid fl-2005, wara analiżi ta’ nofs it-terminu li wasslet għal enfasi aktar qawwija fuq it-tkabbir u aktar impjiegi ta’ kwalità aħjar.

(4)

L-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi għenet biex jintlaħaq kunsens dwar id-direzzjoni ġenerali tal-politika ekonomika u tal-impjiegi tal-Unjoni. Taħt din l-istrateġija, fl-2005 (1) l-Kunsill adotta kemm linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika kif ukoll linji gwida dwar l-impjiegi, li ġew riveduti fl-2008 (2). L-24 linja gwida stabbilixxew il-pedament għall-programmi nazzjonali ta’ riforma, u fissru l-prijoritajiet ewlenin tar-riforma makroekonomika, mikroekonomika u tas-suq tax-xogħol għall-Unjoni kollha kemm hi. Madanakollu, l-esperjenza turi li l-linji gwida ma kinux jistabbilixxu prijoritajiet ċari biżżejjed u li r-rabta ta’ bejniethom setgħet kienet aktar b’saħħitha. Dan żamm lura l-impatt tagħhom fuq it-tfassil tal-linji politiċi nazzjonali.

(5)

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li bdiet fl-2008 rriżultat f’telfien sinifikanti ta’ impjiegi u ta’ produttività potenzjali u wasslet għal deterjorament drammatiku fil-finanzi pubbliċi. Madanakollu, il-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (3) għen lill-Istati membri jindirizzaw il-kriżi, fost oħrajn permezz ta’ stimolu fiskali kkoordinat, bl-euro bħala ankra ta’ stabbiltà makroekonomika. Għaldaqstant il-kriżi wriet li, jekk tissaħħaħ u ssir effettiva, il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tista’, fil-livell tal-Unjoni, twassal għal riżultati sinifikanti. Il-kriżi enfasizzat ukoll l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tal-impjiegi.

(6)

Il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi strateġija ġdida għad-deċennju li ġej, l-Istrateġija Ewropa 2020 (4), li tippermetti lill-Unjoni toħroġ aktar b’saħħitha mill-kriżi, u biex tittrasforma l-ekonomija tagħha f’waħda intelliġenti, sostenibbli u ta’ tkabbir inklużiv. Ħames miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida rilevanti, jikkostitwixxu għanijiet komuni li jiggwidaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri, b’kont meħud tal-pożizzjonijiet relattivi tagħhom tal-bidu u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, u tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu l-miri nazzjonali u biex ineħħu l-ostakoli li joħonqu t-tkabbir.

(7)

Bħala parti mill-“istrateġiji ta’ ħruġ” komprensivi għall-kriżi ekonomika, l-Istati Membri għandhom iwettqu programmi ta’ riforma ambizzjużi biex jiżguraw l-istabbiltà makroekonomika u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, itejbu l-kompetittività, u jnaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi u jsaħħu l-prestazzjoni tas-suq tal-impjiegi. Il-miżuri temporanji li ddaħħlu bħala tweġiba għall-kriżi għandhom jitneħħew b’manjiera kkoordinata kif ikun meħtieġ ladarba jkun ġie żgurat l-irkupru. It-tneħħija tal-istimolu fiskali għandha tiġi implimentata u kkoordinata fi ħdan il-qafas tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(8)

Fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw riformi bl-għan ta’ “tkabbir intelliġenti”, jiġifieri tkabbir immexxi mill-konoxxenza u l-innovazzjoni. Ir-riformi għandu jkollhom l-għan tat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni, l-iżgurar tal-aċċess għal kulħadd, it-tisħiħ tar-riċerka u tal-prestazzjoni tan-negozji, u t-titjib ulterjuri tal-qafas regolatorju sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni t-trasferiment tal-konoxxenza fl-Unjoni kollha. Huma għandhom jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u jgħinu biex ideat kreattivi jinbidlu fi prodotti, servizzi u proċessi innovattivi li jkunu jistgħu joħolqu tkabbir, impjiegi ta’ kwalità, koeżjoni territorjali ekonomika u soċjali, u jindirizzaw b’mod aktar effiċjenti l-isfidi tas-soċjetà kemm fuq livell Ewropew kif ukoll globali. F’dan il-kuntest huwa essenzjali li jsir l-aħjar użu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

(9)

Il-linji politiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inklużi l-programmi tagħhom ta’ riforma, għandu jkollhom l-għan ta’ “tkabbir sostenibbli”. Tkabbir sostenibbli jfisser li t-tkabbir ekonomiku jiġi sseparat mill-użu tar-riżorsi, u tinbena ekonomija b’użu effiċjenti ta’ enerġija u riżorsi, sostenibbli u kompetittiva, distribuzzjoni ekwa tal-ispejjeż u l-benefiċċji filwaqt li jittieħed vantaġġ mit-tmexxija Ewropea fit-tellieqa għall-iżvilupp ta’ proċessi u teknoloġiji ġodda, fosthom teknoloġiji ekoloġiċi. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u jużaw ir-riżorsi b’mod effiċjenti, li wkoll jgħin fil-prevenzjoni tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità. Huma għandhom ukoll itejbu l-ambjent kummerċjali, jistimolaw il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi u jgħinu lill-intrapriżi jimmodernizzaw il-bażi industrijali tagħhom.

(10)

Il-linji politiċi tal-Unjoni u l-programmi ta’ riforma tal-Istati Membri għandhom finalment ukoll jimmiraw għal “tkabbir inklużiv”. Tkabbir inklużiv ifisser il-bini ta’ koeżjoni soċjali fejn il-persuni jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u b’hekk jagħtu s-sehem attiv tagħhom fis-soċjetà u fl-ekonomija. Ir-riformi tal-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw aċċess u opportunitajiet għal kulħadd fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu, biex b’hekk jonqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, permezz tal-eliminazzjoni tal-barrieri għall-parteċipazzjoni fis-suq tal-impjiegi b’mod speċjali għan-nisa, ħaddiema anzjani, żgħażagħ, persuni b’diżabbiltà u migranti legali.

F’dawn il-linji politiċi kollha għandhom jieħdu kont tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Għandhom jiżguraw ukoll li l-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku jilħqu liċ-ċittadini kollha u lir-reġjuni kollha. Għaldaqstant, l-iżgurar tal-funzjonament effettiv tas-swieq tal-impjiegi permezz ta’ investiment fi transizzjonijiet ta’ suċċess, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet adegwati, it-titjib fil-kwalità tal-impjiegi u l-ġlieda kontra s-segmentazzjoni, il-qgħad strutturali u l-inattività waqt li jiġi żgurat ħarsien soċjali adegwat u sostenibbli u inklużjoni attiva biex jonqos il-faqar, b’rispett fl-istess ħin tal-konsolidazzjoni fiskali miftiehma, għandhom ikunu fil-qalba tal-programmi ta’ riforma tal-Istati Membri.

(11)

Bħala element essenzjali, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom ikomplu jespandu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-qafas regolatorju tagħhom, speċjalment għall-intrapriżi Ewropej. Billi jsaħħu l-istrumenti tagħhom ta’ regolamentazzjoni intelliġenti, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jiggarantixxu li l-leġislazzjoni tkun imfassla tajjeb, proporzjonata, riveduta regolarment u ma toħloqx piżijiet mhux meħtieġa. Il-kisba tal-miri għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi tibqa’ prijorità.

(12)

Ir-riformi strutturali tal-Unjoni u tal-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tkabbir u l-impjiegi jekk itejbu l-kompetittività tal-Unjoni fl-ekonomija globali, jiftħu opportunitajiet ġodda għall-esportaturi Ewropej u jipprovdu aċċess kompetittiv għall-importazzjonijiet essenzjali. Għaldaqstant ir-riformi għandhom iqisu l-implikazzjonijiet tal-kompetittività esterna tagħhom biex iwasslu għal tkabbir u parteċipazzjoni Ewropea fi swieq miftuħa u ekwi madwar id-dinja.

(13)

L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tkun mirfuda b’ġabra integrata ta’ linji politiċi Ewropej u nazzjonali, li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw b’mod sħiħ u b’pass simili, biex jinkisbu l-effetti pożittivi aktar mifruxa tar-riformi strutturali kkoordinati, u kontribut aktar konsistenti mil-linji politiċi Ewropej għall-objettivi tal-Istrateġija, b’kont meħud tal-pożizzjonijiet nazzjonali tal-bidu.

(14)

Waqt li dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-Istati Membri u l-Unjoni, l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi implimentata bi sħab mal-awtoritajiet kollha nazzjonali, reġjonali u lokali, il-parlamenti assoċjati mill-qrib, kif ukoll l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, li għandhom jikkontribwixxu għall-elaborazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ riforma, l-implimentazzjoni tagħhom u l-komunikazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija.

(15)

L-istrateġija Ewropa 2020 hija mirfuda minn ġabra iżgħar ta’ linji gwida, li jissostitwixxi l-ġabra preċedenti ta’ 24 u jindirizzaw l-impjiegi u l-kwistjonijiet ta’ politika ekonomika ġenerali b’manjiera koerenti. Il-linji gwida għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni, annessi ma’ din ir-Rakkomandazzjoni, huma marbuta intrinsikament mal-linji gwida relevanti għal-linji politiċi dwar l-impjiegi. Flimkien huma jifformaw il-“linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020”.

(16)

Dawn il-linji gwida integrati ġodda huma konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu gwida preċiża lill-Istati Membri dwar id-definizzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom ta’ riforma u l-implimentazzjoni tar-riformi, jirriflettu l-interdipendenza u huma konformi mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-linji gwida ser jifformaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għal pajjiżi partikolari li l-Kunsill jista’ jindirizza lill-Istati Membri, jew, fil-każ tal-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika, għal twissijiet ta’ politika li l-Kummissjon tista’ toħroġ f’każijiet fejn is-segwitu għal rakkomadazzjonijiet speċifiċi għal pajjiżi partikolari jkun insuffiċjenti.

(17)

Dawn il-linji gwida għandhom jibqgħu stabbli sal-2014 biex tiġi żgurata enfasi fuq l-implimentazzjoni,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

L-Istati Membri, u fejn ikun rilevanti l-Unjoni Ewropea, fil-politika ekonomika tagħhom għandhom jieħdu kont tal-linji gwida li jinsabu fl-Anness.

(2)

L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi nazzjonali ta’ riforma li jkunu konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fil-“Linji gwida integrati tal-istrateġija Ewropa 2020”.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  COM(2005) 141.

(2)  COM(2007) 803.

(3)  COM(2009) 615, 19.11.2009.

(4)  COM(2010) 2020, 3.3.2010.


ANNESS

Linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni

Linja gwida 1:   L-iżgurar tal-kwalità u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw vigorożament strateġiji ta’ konsolidazzjoni baġitarja taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) u b’mod partikolari rakkomandazzjonijiet indirizzati lil Stati Membri taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, u/jew f’memoranda ta’ spjegazzjoni, fil-każ ta’ appoġġ għall-bilanċ tal-ħlasijiet. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jiksbu l-konsolidazzjoni b’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u jilħqu l-objettivi tagħhom għal żmien medju b’mod konformi mal-PST. Mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tal-PST, għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri dan ifisser il-kisba ta’ konsolidazzjoni ferm lil hinn mill-punt ta’ riferiment ta’ 0,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) kull sena f’termini strutturali sakemm il-proporzjonijiet tad-dejn ikunu qed jonqsu b’rata sostanzjali. Il-konsolidazzjoni fiskali għandha tibda sa mhux aktar tard mill-2011, u aktar kmieni f’xi Stati Membri fejn iċ-ċirkostanzi ekonomiċi jippermettu dan, dment li l-previżjonijiet tal-Kummissjoni jibqgħu jindikaw li l-irkupru qed jissaħħaħ u jista’ jsostni lilu nnifsu.

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-konsolidazzjoni baġitarja l-istrateġiji għandhom jiffokaw fuq it-trażżin tal-infiq u jagħtu prijorità lill-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir f’oqsma bħall-edukazzjoni, il-ħiliet u l-impjegabbiltà, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-investiment f’netwerks b’impatti pożittivi fuq il-produttività, fejn ikun meħtieġ pereżempju l-Internet b’veloċità qawwija, l-enerġija u l-interkonnessjonijiet u l-infrastruttura tat-trasport. Fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ żiediet fit-taxxi, kemm jista’ jkun dan għandu jsir flimkien ma’ miżuri li jwasslu biex is-sistemi fiskali jkunu aktar favorevoli għall-impjiegi, l-ambjent u t-tkabbir pereżempju billi l-piż fiskali jitmexxa għal fuq attivitajiet li huma ta’ ħsara għall-ambjent. Is-sistemi fiskali u tal-benefiċċji għandhom jipprovdu inċentivi aħjar sabiex iħajru lin-nies jaħdmu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom isaħħu l-oqfsa baġitarji nazzjonali, itejbu l-kwalità tan-nefqa pubblika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, u jimmiraw b’mod partikolari għal tnaqqis determinat tad-dejn, riforma tan-nefqa pubblika marbuta mal-età, bħall-pensjonijiet u n-nefqa għall-kura tas-saħħa, u linji politiċi li jikkontribwixxu għaż-żieda fl-impjiegi u l-etajiet effettivi tal-irtirar biex ikun żgurat li n-nefqa pubblika marbuta mal-età u s-sistemi tal-ħarsien soċjali jkunu finanzjarjament sostenibbli.

L-effiċjenza tal-baġit u l-kwalità tal-finanzi pubbliċi huma wkoll importanti fil-livell tal-Unjoni.

Linja gwida 2:   L-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi

L-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi ekonomiċi insostenibbli, li jirriżultaw l-aktar mill-iżviluppi fil-kontijiet kurrenti, is-swieq tal-assi u l-karti tal-bilanċ tas-setturi tal-entitajiet domestiċi u tal-kumpanniji. L-Istati Membri bi żbilanċi kbar fil-kontijiet kurrenti li għandhom l-għeruq tagħhom f’nuqqas persistenti ta’ kompetittività jew minħabba raġunijiet oħra għandhom jindirizzaw il-kawżi sottostanti billi jieħdu azzjoni dwar, pereżempju, il-politika fiskali, l-iżviluppi tal-pagi, ir-riformi strutturali rigward swieq ta’ prodotti u servizzi finanzjarji (inkluż il-fluss ta’ kapital li jaġevola l-produttività), is-swieq tal-impjiegi, f’konformità mal-linji gwida dwar l-impjiegi, jew kwalunkwe qasam ta’ politika ieħor rilevanti. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-aħjar kundizzjonijiet qafas għal sistemi ta’ negozjar tal-pagi u żviluppi ta’ spejjeż tax-xogħol konsistenti mal-istabbiltà tal-prezzijiet, ix-xejriet tal-produttività fuq tul ta’ żmien medju u l-ħtieġa li jonqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi. F’każijiet adatti, l-iffissar adegwat tal-pagi fis-settur pubbliku għandu jitqies bħala sinjal importanti li jiżgura l-moderazzjoni tal-pagi fis-settur privat f’konformità mal-ħtieġa li titjieb il-kompetittività. Qafas li jiffissa l-pagi, inklużi l-pagi minimi, għandu jippermetti proċessi għall-formazzjoni tal-pagi li jieħdu kont tad-differenzi fil-ħiliet u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali u jwieġbu għad-diverġenzi kbar fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpanniji ġewwa pajjiż. L-imsieħba soċjali għandhom rwol importanti f’dan il-kuntest. L-Istati Membri b’bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti għandhom ifittxu miżuri li jkollhom l-għan jimplimentaw riformi strutturali li jwasslu għat-tisħiħ tat-tkabbir potenzjali u b’hekk ukoll jirfdu d-domanda domestika. L-indirizzar tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inkluż fost l-Istati Membri, ikun qed jgħin ukoll fil-kisba ta’ koeżjoni ekonomika.

Linja gwida 3:   It-tnaqqis tal-iżbilanċi fiż-żona tal-euro

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom iqisu d-diverġenzi kbar u persistenti fil-pożizzjonijiet tal-kontijiet kurrenti u żbilanċi makroekonomiċi oħra bħala kwistjoni ta’ interess komuni u jieħdu azzjoni urġenti biex inaqqsu l-iżbilanċi fejn ikun meħtieġ. Hija meħtieġa azzjoni fl-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro, iżda n-natura, l-importanza u l-urġenza tal-isfidi ta’ politika jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor. Il-vulnerabbiltajiet u l-iskala tal-aġġustament meħtieġ jagħmluha partikolarment urġenti li tittieħed azzjoni ta’ politika fl-Istati Membri li juru żbilanċi fil-kontijiet kurrenti u telfien ta’ kompetittività persistentement kbar. Huma għandhom jiksbu tnaqqis permanenti sostanzjali fl-iżbilanċ tal-kontijiet kurrenti. Dawn l-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom ukoll jimmiraw sabiex jonqsu l-ispejjeż unitarji tax-xogħol b’kont meħud tal-iżviluppi fil-produttività fil-livell reġjonali, tas-setturi u tal-kumpanniji, kif ukoll jaġevolaw il-kompetizzjoni fis-swieq tal-prodotti. L-Istati Membri taż-żona tal-euro b’bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti għandhom ifittxu miżuri li jkollhom l-għan jimplimentaw riformi strutturali li jwasslu għat-tisħiħ tat-tkabbir potenzjali u b’hekk ukoll jirfdu d-domanda domestika. Bl-istess mod, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandhom jieħdu azzjoni dwar kwalunkwe żbilanċ makroekonomiku ieħor bħall-akkumulazzjoni ta’ dejn privat eċċessiv u d-diverġenza fl-inflazzjoni. Il-barrieri istituzzjonali għall-aġġustament flessibbli tal-prezzijiet u l-pagi għall-kundizzjonijiet tas-suq għandhom jitneħħew. Għandu jsir monitoraġġ mill-qrib tal-iżbilanċi makroekonomiċi fil-Grupp tal-euro, li għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju kull fejn meħtieġ.

Linja gwida 4:   L-aħjar użu mill-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-tisħiħ tat-trijanglu tal-konoxxenza u l-isfruttar tal-potenzjal tal-ekonomija diġitali

L-Istati Membri għandhom jirrevedu s-sistemi nazzjonali (u reġjonali) tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u jiżguraw kundizzjonijiet qafas effettivi u adegwati għall-investiment pubbliku fil-limiti tal-istrateġiji ta’ konsolidazzjoni baġitarja taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (Linja gwida 1), u jorjentawhom lejn tkabbir b’rata ogħla waqt li jindirizzaw fejn meħtieġ l-isfidi ewlenin tas-soċjetà (inklużi l-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, il-koeżjoni soċjali u territorjali, ix-xjuħija, il-kura tas-saħħa, u s-sigurtà) b’mod kost-effettiv. B’mod partikolari, l-investiment pubbliku għandu jservi biex iħeġġeġ il-finanzjament privat fir-riċerka u l-iżvilupp. Ir-riformi għandhom iħeġġu l-eċċellenza u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, jippromwovu l-integrità xjentifika, isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, atturi tas-settur pubbliku, privat u dak terzjarju, kemm internament kif ukoll internazzjonalment u jiżguraw l-iżvilupp ta’ infrastrutturi u netwerks li jippermettu t-tixrid tal-konoxxenza. Il-governanza tal-istituzzjonijiet tar-riċerka għandhom jitjiebu biex is-sistemi ta’ riċerka nazzjonali jsiru aktar kost-effettivi u produttivi. Għal dan l-għan għandha tiġi mmodernizzata r-riċerka fl-universitajiet, jiġu żviluppati u jsiru aċċessibbli infrastrutturi fost l-aqwa fid-dinja, u ssir promozzjoni ta’ karrieri attraenti u mobbiltà għar-riċerkaturi u l-istudenti. Għandhom jiġu adattati u ssimplifikati l-iskemi għall-finanzjament u l-akkwist, b’għajnuna fejn meħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali, it-trasferiment tal-konoxxenza u l-kompetizzjoni bbażata fuq il-mertu, li jibnu fuq is-sinerġiji u l-kisba ta’ valur ikbar.

Il-linji politiċi tal-Istati Membri b’rabta mar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandhom jindirizzaw direttament l-opportunitajiet u l-isfidi nazzjonali u jqisu l-kuntest tal-Unjoni sabiex itejbu l-opportunitajiet ta’ ġbir flimkien ta’ riżorsi pubbliċi u privati f’oqsma fejn hemm valur miżjud mill-Unjoni, jisfruttaw is-sinerġiji b’fondi tal-Unjoni, u b’hekk jiksbu skala suffiċjenti waqt li jevitaw il-frammentazzjoni. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jintegraw l-innovazzjoni fil-linji politiċi rilevanti kollha u jippromwovu l-innovazzjoni f’sens wiesa’ (inkluż fl-innovazzjoni mhux teknoloġika). Bl-għan li jippromwovu l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom itejbu l-kundizzjonijiet qafas — speċjalment rigward l-ambjent kummerċjali, swieq kompetittivi u miftuħa, u l-potenzjal ekonomiku kbir tal-industriji kulturali u kreattivi — jikkombinaw, kif meħtieġ, inċentivi fiskali kost-effettivi, li jiddependu minn kemm għandu lok fejn jimmanuvra l-Istat Membru, u strumenti finanzjarji oħra ma’ miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament privat (inkluż kapital ta’ riskju) u jissimplifikaw l-aċċess għall-SMEs, ikabbru d-domanda, b’mod partikolari fl-eko-innovazzjoni (fejn ikun adatt permezz ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u standards interoperabbli), jippromwovu swieq u regolamenti favorevoli għall-innovazzjoni, u jipprovdu protezzjoni u ġestjoni effiċjenti, effettivi u bi prezz li jista’ jintlaħaq għall-proprjetà intellettwali. It-tliet naħat kollha tat-trijanglu (edukazzjoni-riċerka-innovazzjoni) għandhom jappoġġaw u jsostnu lil xulxin. F’konformità mal-linji gwida 8 u 9, l-Istati Membri għandhom jarmaw lill-persuni b’firxa wiesgħa ta’ kapaċitajiet li huma meħtieġa għall-innovazzjoni fis-suriet kollha tagħha, inkluża l-eko-innovazzjoni, u għandhom ifittxu sabiex jiżguraw provvista suffiċjenti ta’ gradwati fix-xjenza, il-matematika u t-teknoloġija.

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom idaħħlu fis-seħħ il-kundizzjonijiet qafas adatti għall-iżvilupp rapidu ta’ suq diġitali uniku li joffri kontenut u servizzi onlajn faċilment aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom jippromwovu t-tifrix u t-teħid tal-Internet b’veloċità qawwija bħala mezz essenzjali ta’ aċċess għall-konoxxenza u l-parteċipazzjoni fil-ħolqien tiegħu. Il-finanzjament pubbliku għandu jkun kost-effiċjenti u mmirat biex jindirizza l-fallimenti tas-suq. Il-linji politiċi għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jnaqqsu l-ispejjeż tat-tifrix tan-netwerk, b’mod partikolari billi jsaħħu l-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jippromwovu l-introduzzjoni u l-użu ta’ servizzi onlajn moderni u aċċessibbli, fosthom permezz tal-iżviluppar ulterjuri tal-gvern elettroniku, il-firma elettronika, l-identità elettronika u ħlas elettroniku; jappoġġaw il-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà diġitali, b’mod partikolari billi jippromwovu l-aċċess għal kontenut u servizzi kulturali inkluż bil-mezzi tal-informazzjoni u l-kompetenza diġitali; u jippromwovu ambjent ta’ sigurtà u fiduċja.

Il-mira ewlenija tal-Unjoni Ewropea, li fuq il-bażi tagħha l-Istati Membri ser jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom, hi li jitjiebu l-kundizzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp, b’mod partikolari bl-għan li sal-2020 il-livell tal-investiment pubbliku u privat flimkien jinġieb għal 3 % tal-PDG. Il-Kummissjoni ser tfassal indikatur li jirrifletti l-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

Linja gwida 5:   It-titjib tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u t-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom idaħħlu fis-seħħ miżuri li jippromwovu s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi, jibdlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet għat-tkabbir u jagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi naturali tagħhom, li wkoll jgħin fil-prevenzjoni tad-degradazzjoni ambjentali u jiżgura l-bijodiversità. Huma għandhom jimplimentaw ir-riformi strutturali meħtieġa biex jirnexxu, taħt restrizzjonijiet globali li qed jiżdiedu fuq il-karbonju u r-riżorsi, fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda għall-kummerċ u l-impjiegi. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu sforzi biex jaċċelleraw il-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija integrat u kompletament funzjonanti biex jippermettu ċ-ċirkolazzjoni mingħajr ostakoli tal-gass u l-elettriku. Biex inaqqsu l-emissjonijiet u jtejbu l-effiċjenza, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv minn strumenti bbażati fuq is-suq, b’appoġġ għall-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, inkluża t-tassazzjoni, u strumenti oħra ta’ appoġġ effettivi biex inaqqsu l-emissjonijiet u jadattaw aħjar għat-tibdil fil-klima, jappoġġaw l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi b’manjiera kost-effettiva, jinċentivaw l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u teknoloġiji b’użu baxx ta’ karbonju u adattabbli għat-tibdil fil-klima, jersqu lejn modi ta’ trasport aktar favorevoli għall-ambjent u interkonnessi, u jippromwovu l-iffrankar tal-enerġija u l-eko-innovazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeliminaw gradwalment is-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u jiżguraw tqassim ġust tal-ispejjeż u l-benefiċċji tagħhom.

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jużaw strumenti regolatorji, non-regolatorji u fiskali, pereżempju standards ta’ prestazzjoni fl-enerġija għall-Unjoni kollha rigward prodotti u bini, tikkettar, u ‘akkwist ekoloġiku’, biex jinċentivaw it-transizzjoni kost-effettiva tal-mudelli tal-produzzjoni u l-konsum, jippromwovu r-riċiklaġġ, iwettqu t-transizzjoni lejn effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi u ekonomija sigura u sostenibbli b’użu baxx ta’ karbonju, u jiżguraw il-progress lejn trasport aktar sostenibbli u produzzjoni ta’ enerġija sigura u nadifa waqt li jimmassimizzaw is-sinerġiji Ewropej f’dan ir-rigward u jieħdu kont tal-kontribut tal-agrikoltura sostenibbli. L-Istati Membri għandhom iħabirku b’mod deċiżiv biex ikollhom infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija li jkunu intelliġenti, modernizzati u kompletament interkonnessi, jużaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, konformement mal-Linja gwida 4, biex jiksbu żieda fil-produttività, jiżguraw l-implimentazzjoni kkoordinata tal-proġetti ta’ infrastruttura u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ swieq ta’ netwerks miftuħa, kompetittivi u integrati.

Il-mira ewlenija tal-Unjoni Ewropea, li fuq il-bażi tagħha l-Istati Membri ser jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom, hija li sal-2020 l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jonqsu b’20 % mqabbel mal-livelli tal-1990; il-perċentwal ta’ għejun ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum totali tagħna tal-enerġija tiżdied għal 20 %; u li noqorbu lejn żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; l-Unjoni hija impenjata li tieħu deċiżjoni li tasal għal tnaqqis ta’ 30 % sal-2020 meta mqabbel mal-livelli tal-1990, bħala l-offerta kondizzjonali tagħha bil-ħsieb ta’ ftehim globali u komprensiv għall-perijodu wara l-2012, dment li pajjiżi żviluppati oħra jimpenjaw ruħhom għal tnaqqis komparabbli fl-emissjonijiet u li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu adegwatament konformement mar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom.

Linja gwida 6:   It-titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-konsum, u l-immodernizzar u l-iżvilupp tal-bażi industrijali biex ikun żgurat il-funzjonament sħiħ tas-suq intern

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq jiffunzjonaw għaċ-ċittadini, il-konsumaturi, u l-intrapriżi. Filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet qafas prevedibbli u jiżguraw swieq tal-prodotti u s-servizzi li jkunu miftuħa, kompetittivi u jiffunzjonaw tajjeb. B’mod partikolari, dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw għall-approfondiment tas-suq uniku u s-sistema ta’ regolamentazzjoni, speċjalment fis-settur finanzjarju, kif ukoll għall-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti fis-swieq finanzjarji f’livell globali, l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tar-regoli tas-suq uniku u tal-kompetizzjoni, u l-iżvilupp tal-infrastruttura fiżika neċessarja, anke bil-ħsieb li jonqsu d-disparitajiet reġjonali.

Id-dimensjoni esterna tas-suq intern għandha tiġi żviluppata aktar bl-għan tat-tisħiħ tal-kummerċ u l-investiment. Fil-kuntest tas-suq uniku għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għar-rispett tal-forniment xieraq tas-servizzi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri għandhom jissoktaw bit-titjib tal-ambjent kummerċjali billi jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi, itejbu l-governanza tal-kumpanniji, ineħħu l-ostakoli li għad fadal għas-suq intern, jeliminaw il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jevitaw piżijiet ġodda mhux meħtieġa billi japplikaw strumenti ta’ regolamentazzjoni intelliġenti, inkluż billi jiżviluppaw aktar servizzi interoperabbli tal-gvern elettroniku, ineħħu l-ostakoli fiskali, jappoġġaw l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), itejbu l-aċċess tagħhom għas-suq uniku konformement mas-‘Small Business Act għall-Ewropa’ u l-prinċipju ‘L-ewwel Aħseb fiż-Żgħir’, jiżguraw swieq tas-servizzi finanzjarji stabbli u integrati, jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi, itejbu l-kundizzjonijiet li jippromwovu l-aċċess għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-protezzjoni tagħhom, jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u jippromwovu l-intraprenditorija, inkluża dik femminili. L-akkwist pubbliku għandu jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, b’mod partikolari għall-SMEs, u jappoġġa t-transizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija (konformement mal-Linja gwida 5), waqt li jirrispetta l-prinċipji ta’ suq miftuħ, trasparenza u kompetizzjoni effettiva.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw bażi industrijali moderna, innovattiva, diversifikata, kompetittiva, b’użu baxx ta’ karbonju, u effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi u enerġija, fost oħrajn billi jiffaċilitaw ir-ristrutturar meħtieġ b’manjiera kost-effettiva u f’konformità sħiħa mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u ma’ regoli rilevanti oħra. F’dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw mill-ġdid il-fondi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-industrija u mal-partijiet interessati biex jikkontribwixxu għar-rwol ewlieni u l-kompetittività tal-Unjoni fi żvilupp globali sostenibbli u inklużiv, b’mod partikolari billi jħeġġu r-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji, jidentifikaw l-ostakoli u jippermettu l-bidla.


Rettifika

23.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/35


Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 163 tat-30 ta’ Ġunju 2010

Fl-indiċi u fl-ewwel paġna:

minflok:

“FTEHIMIET INTERNAZZJONALI”,

aqra:

“REGOLAMENTI”.

Fl-indiċi u f'paġna 2, it-titolu tat-taqsima “REGOLAMENTI” huwa mħassar.