ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.187.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/404/PESK
tal-14 ta’ Ġunju 2010
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-“TUE”), b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-“TFUE”), b’mod partikolari l-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu fid-9 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza biex tiftaħ negozjati, skont dak li kien l-Artikolu 24 tat-TUE, mal-Prinċipat tal-Liechtenstein sabiex jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. |
(2) |
Wara dik l-awtorizzazzjoni, il-Presidenza nnegozjat ftehim mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. |
(3) |
Dan il-ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata b’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jinnomina il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni” u
Il-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Liechtenstein”,
Minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
WAQT LI JQISU LI l-Partijiet jikkondividu l-istess għanijiet li jsaħħu s-sigurtà tagħhom stess bil-modi kollha u li jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’livell għoli ta’ sigurtà f’żona ta’ sigurtà,
WAQT LI JQISU LI l-Partijiet jaqblu li għandhom jiġu żviluppati konsultazzjonijiet u kooperazzjoni bejniethom dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni relatati mas-sigurtà,
WAQT LI JQISU LI, f’dan il-kuntest, teżisti għalhekk ħtieġa permanenti għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet,
WAQT li JIRRIKONOXXU LI konsultazzjoni u koperazzjoni sħaħ u effettivi jistgħu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u materjal klassifikati tal-UE u l-Liechtenstein, kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u materjal relatat bejn il-Partijiet,
KONXJI LI tali aċċess għal, u skambju ta’, informazzjoni klassifikata u materjal relatat jeħtieġu miżuri ta’ sigurtà adegwati,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ tisħiħ tas-sigurtà ta’ kull waħda mill-Partijiet b’kull mod, dan il-Ftehim bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) għandu japplika għal informazzjoni klassifikata jew materjal fi kwalunkwe forma jew ipprovduti jew skambjati bejn il-Partijiet.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “informazzjoni klassifikata” għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni (jiġifieri, għarfien li jista’ jiġi komunikat fi kwalunkwe forma) jew materjal determinat minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet bħala wieħed li jeħtieġ protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat u li jkun ġie kwalifikat bħala tali minn klassifikazzjoni ta’ sigurtà.
Artikolu 3
L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE li għalihom japplika dan il-Ftehim huma: il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kunsill”), is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn hawn ‘il quddiem: “is-SEAE”) u l-Kummissjoni Ewropea. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, dawn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għandhom jissejħu “l-UE”.
Artikolu 4
Kull Parti għandha:
(a) |
tipproteġi u tissalvagwarda l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata mill-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim; |
(b) |
tiżgura li l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim iżżomm il-marka tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà mogħtija lilha mill-Parti provvidenti. Il-Parti riċeventi għandha tipproteġi u tissalvagwarda l-informazzjoni klassifikata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti ta’ sigurtà tagħha għal informazzjoni jew materjal bi klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti, kif speċifikat fl-arranġamenti ta’ sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 11; |
(c) |
ma tużax tali informazzjoni klassifikata għal finijiet li mhumiex dawk stabbiliti mill-oriġinatur jew dawk li għalihom tiġi pprovduta jew skambjata l-informazzjoni; |
(d) |
ma tiżvelax tali informazzjoni klassifikata lil partijiet terzi, jew lil kwalunkwe istituzzjoni jew entità tal-UE mhux imsemmija fl-Artikolu 3, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvidenti; |
(e) |
ma tippermettix l-aċċess għal tali informazzjoni klassifikata lil individwi sakemm ma jkollhomx għalfejn ikunu jafu u jkunu ngħataw l-approvazzjoni adatta tas-sigurtà. |
Artikolu 5
1. Informazzjoni klassifikata tista’ tiġi żvelata jew rilaxxata, skont il-prinċipju tal-kontroll tal-oriġinatur, minn Parti waħda (il-Parti provvidenti) lill-Parti l-oħra (il-Parti riċeventi).
2. Sabiex isir rilaxx lil riċevituri oħra li mhumiex il-Partijiet, ser tittieħed deċiżjoni dwar l-iżvelar jew ir-rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata mill-Parti riċeventi wara li jingħata l-kunsens bil-miktub tal-Parti provvidenti, skont il-prinċipju tal-kontroll mill-oriġinatur kif definit fir-regolamenti ta’ sigurtà ta’ dan tal-aħħar.
3. Fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, m’għandu jkun possibbli l-ebda rilaxx ġeneriku sakemm ma jkunux ġew stabbiliti u miftiehma proċeduri bejn il-Partijiet dwar ċerti kategoriji ta’ informazzjoni li jkunu rilevanti għar-rekwiżiti operattivi tagħhom.
Artikolu 6
Kull waħda mill-Partijiet, u l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, għandhom jiżguraw li jkollhom stabbiliti sistema ta’ sigurtà u miżuri ta’ sigurtà, ibbażati fuq il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti fir-regoli u r-regolamenti tas-sigurtà rispettivi tagħhom, u riflessi fl-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 11, sabiex ikun żgurat li qed jiġi applikat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għal informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim.
Artikolu 7
1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li, fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, jeħtieġu aċċess, jew li d-dmirijiet jew funzjonijiet tagħhom jistgħu jagħtuhom aċċess, għal informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim ikunu ngħataw l-approvazzjoni adatta tas-sigurtà qabel ma jingħataw aċċess għal tali informazzjoni.
2. Il-proċeduri għall-approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jitfasslu biex jiġi determinat jekk individwu jistax ikollu aċċess għal informazzjoni klassifikata, b’kont meħud tal-lealtà u l-affidabbiltà tiegħu jew tagħha.
Artikolu 8
Il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim u materji ta’ interess komuni ta’ sigurtà. Konsultazzjonijiet u spezzjonijiet reċiproċi ta’ sigurtà għandhom jitmexxew mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 biex tiġi stmata l-effettività tal-arranġamenti tas-sigurtà fil-qasam tar-responsabbiltà rispettiva tagħhom stabbiliti skont dak l-Artikolu.
Artikolu 9
1. Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
Fir-rigward tal-UE, il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat permezz tal-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill u għandha u tintbagħat minnu lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3, soġġett għall-paragrafu 2. |
(b) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat lill-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Ministeru tal-Intern tal-Liechtenstein u tintbagħat, fejn adatt, permezz tal-Missjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein lill-UE. |
2. B’mod eċċezzjonali, il-korrispondenza minn Parti waħda li tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi ta’ dik il-Parti tista’, għal raġunijiet operattivi, tiġi indirizzata u tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi tal-Parti l-oħra magħżula b’mod speċifiku bħala riċevituri, b’kont meħud tal-kompetenzi tagħhom u skont il-prinċipju ta’ ħtieġa ta’ tagħrif. Sa fejn jikkonċerna l-UE, tali korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tal-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill, l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kummissjoni Ewropea jew l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tas-SEAE, kif xieraq. Sa fejn jirrigwarda l-Liechtenstein, tali korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tal-Missjoni tal-Liechtenstein għall-UE.
Artikolu 10
Il-Ministru tal-Intern tal-Liechtenstein, is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill u l-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal kwistjonijiet ta’ siġurtà għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 11
1. Sabiex dan il-Ftehim jiġi implimentat, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ sigurtà bejn it-tliet awtoritajiet indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 sabiex jiġu stabbiliti l-istandards għall-protezzjoni tas-sigurtà reċiproka ta’ informazzjoni klassifikata taħt dan il-Ftehim.
2. Il-Ministru tal-Intern tal-Liechtenstein għandu jiżviluppa l-arranġamenti tas-sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja ta’ informazzjoni klassifikata provduta lill-Liechtenstein taħt dan il-Ftehim.
3. L-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, taħt id-direzzjoni u f’isem is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem il-Kunsill u taħt l-awtorità tiegħu, għandu jiżviluppa l-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja ta’ informazzjoni klassifikata pprovduta lill-UE taħt dan il-Ftehim.
4. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għal kwistjonijiet ta’ sigurtà, għandu jiżviluppa l-arranġamenti tas-sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja ta’ informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim fil-Kummissjoni Ewropea u fil-bini tagħha.
5. Għall-UE, l-arranġamenti ta’ sigurtà msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill.
Artikolu 12
L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jistabbilixxu proċeduri li jridu jiġu segwiti fil-każ li jiġi ppruvat jew suspettat li l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim ġiet kompromessa.
Artikolu 13
Kull Parti għandha tkun responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha stess fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 14
Qabel ma tiġi pprovduta jew skambjata informazzjoni klassifikata bejn il-Partijiet taħt dan il-Ftehim, l-awtoritajiet tas-sigurtà responsabbli msemmijin fl-Artikolu 11 għandhom jaqblu li l-Parti riċeventi tkun tista’ tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni b’mod konsistenti mal-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti skont dak l-Artikolu.
Artikolu 15
Dan il-Ftehim m’għandux iżomm lill-Partijiet milli jikkonkludu Ftehimiet oħra relatati mal-provvista jew l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bil-kondizzjoni li ma jkunux f’kunflitt mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 16
Kwalunkwe tilwim bejn il-Liechtenstein u l-UE li jinqala’ mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi indirizzata biss permezz ta’ negozjar bejn il-Partijiet.
Artikolu 17
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-għan.
2. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe tibdil fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha li jista’ jaffettwa l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata msemmija f’dan il-Ftehim.
3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi rivedut sabiex jiġu kkunsidrati emendi possibbli fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.
4. Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim għandha ssir biss bil-miktub u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet. Għandha tidħol fis-seħħ man-notifika reċiproca kif previst taħt il-paragrafu 1.
Artikolu 18
Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b’notifika bil-miktub ta’ denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha ssir effettiva sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet in-notifika, iżda m’għandhiex taffettwa l-obbligi li jkunu diġà assumew taħt dan il-Ftehim. B’mod partikolari, kull informazzjoni klassifikata provduta jew skambjata skont dan il-Ftehim għandha tibqa’ tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawnhekk.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, debitament awtorizzati rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, fis-sitt jum ta’Lulju tas-sena elfejn u għaxra f’żewġ kopji, kull waħda bl-Ingliż.
Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein
Għall-Unjoni Ewropea
REGOLAMENTI
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 642/2010
tal-20 ta’ Lulju 2010
dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 dwar regoli ta’ applikazzjoni (dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi sabiex japplikaw ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni meta l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tiegħu jiġu impurtati. Madankollu, għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 136(1) tal-imsemmi Regolament, id-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz ta’ intervent validu għal dawn il-prodotti dak il-ħin tal-importazzjoni, miżjud b’55 % u mbagħad imnaqqas bil-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna. |
(3) |
Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti impurtati, il-prodotti koperti bl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom f’ċerti każijiet ikunu kklassifikati f’bosta kwalitajiet standard. Il-kwalitajiet standard li għandhom jiġu użati għandhom għalhekk ikunu stabbiliti billi jkunu użati kriterji oġġettivi ta’ kklassifikar u r-rati ta’ tolleranza għandhom ikunu stabbiliti wkoll sabiex iħallu li l-prodotti jingħataw l-aktar klassifikazzjoni ta’ kwalità addattata. Mill-kriterji oġġettivi ta’ klassifikazzjoni ta’ kwalità possibbli għal qamħ komuni, il-kontenut ta’ proteini, il-piż speċifiku u l-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) huma dawk l-aktar użati fin-negozju u l-aktar faċli li jintużaw ukoll. Għall-qamħ durum dawn il-kriterji huma l-piż speċifiku, il-kontenut ta’ impurità varja (Schwarzbesatz) u l-kontenut ta’ żerriegħa żġiġija. Għaldaqstant, l-oġġetti impurtati għandhom ikunu soġġetti għal analiżi sabiex ikunu stabbiliti dawn il-parametri għal kull kwantità impurtata. Iżda fejn l-Unjoni stabbiliet proċedura ta’ rikonoxximent uffiċjali għal ċertifikati ta’ kwalità maħruġa minn awtorità fil-pajjiż minn fejn oriġinaw l-oġġetti, dawn l-analiżi għandhom ikunu jistgħu jsiru biss permezz ta’ verifika fuq numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ oġġetti impurtati. |
(4) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jispeċifika li sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti minn żmien għal żmien prezzijiet ta’ importazzjoni cif għall-prodotti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 tiegħu. Sabiex ikunu stabbiliti dawn il-prezzijiet għandu jkun stipulat l-użu ta’ kwotazzjonijiet għall-bosta kwalitajiet ta’ qamħ u għaċ-ċereali l-oħra. Is-sorsi ta’ kwotazzjoni attwali li għandhom jiġu użati għandhom ikunu speċifikati. |
(5) |
L-użu ta’ kwotazzjonijiet għal varji tipi ta’ qamħ u għal ċereali oħra fil-boroż ta’ materji primi tal-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jipprovdu bażi kemm trasparenti u kemm oġġettiva sabiex ikunu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Iż-żieda tal-primjum kummerċjali allokat fis-suq tal-Istati Uniti għal kull waħda mill-kwalitajiet varji ta’ ċereali tippermetti li l-kwotazzjoni fil-borża għal kull ċereali tkun mibdula fi prezz ta’ esportazzjoni fob mill-Istati Uniti tal-Amerika. Biż-żieda tal-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u port Unjoni li huma kkwotati fis-swieq tal-merkanzija dawn il-prezzijiet fob jistgħu jiġu mibdula fi prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif. Fid-dawl tal-volum ta’ merkanzija għaddejja u tal-ammont ta’ negozju fil-port ta’ Rotterdam, din hija d-destinazzjoni fl-Unjoni li għaliha l-kwotazzjonijiet ta’ ġarr bil-baħar huma l-aktar magħrufa, l-aktar trasparenti u l-aktar faċilment disponibbli. Il-port ta’ destinazzjoni li għandu jintgħażel għall-Unjoni għandu għalhekk ikun Rotterdam. |
(6) |
Għaldaqstant, sabiex ikun hemm trasparenza l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif indikati fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu stabbiliti minn kwotazzjonijiet fil-borża ta’ materji primi għaċ-ċereali inkwistjoni miżjuda bil-primjum kummerċjali allokat għaċ-ċereali u bl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar bejn il-Golf tal-Messiku jew il-Great Lakes u l-port ta’ Rotterdam. Iżda d-differenzi fl-ispiża tal-ġarr skont il-port ta’ destinazzjoni jiġġustifikaw aġġustament b’rata fissa tad-dazju ta’ importazzjoni għall-portijiet tal-Unjoni li qegħdin fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, fil-Kosta Atlantika tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit u fl-Irlanda, fil-pajjiżi Nordiċi, fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja. Il-fatturi li bihom jiġu kkalkulati l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif hekk stabbiliti għandhom ikunu kkontrollati kuljum sabiex l-andament ta’ dawn il-prezzijiet jista’ jkun segwit. Fil-każ ta’ sorghum u segala, il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ikkalkulat għax-xgħir jippermetti li tkun stmata s-sitwazzjoni fis-suq għal dawk iż-żewġ prodotti u konsegwentement il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif stabbilit għax-xgħir ikun japplika wkoll għal dawn iċ-ċereali. |
(7) |
Għall-għan li jiġi ffissat id-dazju ta’ importazzjoni fuq iċ-ċereali indikat fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għal kull ċereali għandu jirrifletti l-andament tas-suq mingħajr ma jdaħħal inċertezzi. Dazji ta’ importazzjoni għal dawn il-prodotti jistgħu b’hekk ikunu stabbiliti fil-ħmistax-il ġurnata u l-aħħar ġurnata ta’ xogħol ta’ kull xahar bl-użu tal-prezz medju rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif irreġistrat matul ġimgħatejn. Id-dazju ta’ importazzjoni b’hekk ikkalkulat jista’ jkun applikat għal ġimgħatejn mingħajr ma jseħħ l-ebda effett ta’ tgħawwiġ apprezzabbli fuq il-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas. Madankollu, jekk l-ebda kwotazzjoni fil-borża ma tkun disponibbli matul il-perijodu ta’ kalkolu għall-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif jew jekk b’konsegwenza ta’ bidliet f’daqqa fil-komponenti tagħhom għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni, il-prezzijiet rapprezentattivi ta’ importazzjoni cif ivarjaw b’mod sostanzjali ħafna matul il-perijodu ta’ kalkolu, għandha tittieħed azzjoni sabiex iżżomm prezz li jirrappreżenta b’mod xieraq il-prezz tal-importazzjoni cif tal-prodott inkwistjoni. Fil-każ ta’ varjazzjonijiet kbar jew fil-kwotazzjoni fil-borża, jew fil-primjums kummerċjali marbuta mal-kwotazzjoni, jew fl-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar jew fir-rata tal-kambju użata sabiex ikun ikkalkulat il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif tal-prodott, il-prezz użat sabiex ikun ikkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandu jinżamm rappreżentattiv permezz ta’ aġġustament li jikkorrispondi għad-devjazzjoni minnu li dawn il-bidliet huma responsabbli għalihom. Anki fejn isir dan it-tip ta’ aġġustament, iż-żmien tal-iffissar li jmiss m’għandux ikun affettwat. |
(8) |
Fil-każ ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum iebes, minħabba l-kwalità partikolari tal-merkanzija jew minħabba li l-prezz tagħha jinkludi primjum għall-kwalità fuq il-prezz normali, il-kwotazzjoni fil-borża użata għall-kalkolu tal-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ma tiħux inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ tali primjum fuq kundizzjonjiet tas-suq normali. Sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan il-primjum għall-kwalità fuq prezzijiet jew kwotazzjonijiet, importaturi li juru li użaw il-merkanzija sabiex jagħmlu prodotti ta’ kwalità għolja li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ tali kumpens għandhom jitħallsu lura, b’rata fissa, parti mid-dazju ta’ importazzjoni mħallas. |
(9) |
Sabiex ikun assigurat li l-importaturi jirrispettaw il-klawsoli ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita sistema ta’ garanziji addizzjonali għal dik li għandha x’taqsam mal-liċenzi. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni indikati fl-Artikolu 135 u fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu dawk applikabbli fid-data stipulata bl-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4).
Artikolu 2
1. Id-dazji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-prodotti tal-Kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja), 1002 00 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, minbarra l-ibridu għaż-żriegħ għandhom jiġu kkalkulati kuljum imma jkunu ffissati fil-15-il jum u l-aħħar jum ta’ xogħol ta’ kull xahar mill-Kummissjoni għal applikazzjoni mis-16-il jum tax-xahar u mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara, rispettivament. Fejn il-15 ma jkunx jum ta’ xogħol għall-Kummissjoni, id-dazji għandhom jiġu ffissati fil-jum ta’ xogħol li jiġi wara l-15 tax-xahar inkwistjoni.
Madankollu, jekk matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tad-dazji hekk iffissati, ikun hemm differenza fid-dazju ta’ importazzjoni medju kkalkulat ta’ EUR 5 għal kull tunnellata jew aktar minn dak iffissat, għandu jsir aġġustament korrispondenti.
2. Il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ta’ kuljum, iffissat kif stipulat fl-Artikolu 5. Għall kull iffissar, id-dazju ta’ importazzjoni huwa l-medja ta’ dazji ta’ importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ qabel. Għall-iffissar u aġġustamenti, il-Kummissjoni m’għandhiex tieħu kont ta’ dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-iffissar ta’ qabel.
Il-prezz ta’ intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni.
3. Dazji ta’ importazzjoni ffissati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli sakemm jidħol fis-seħħ iffissar ġdid.
Fl-okkazjoni ta’ kull iffissar jew aġġustament, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dazji ta’ importazzjoni u l-informazzjoni użata sabiex dawn ikunu kkalkulati.
4. Meta l-port tal-ħatt fl-Unjoni jinsab:
(a) |
fil-Mediterran (lil hinn mill-istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tkun ġejja mill-Oċean Atlantiku jew għaddejja mill-kanal ta’ Suez, il-Kummissjoni tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni għal 3 EUR it-tunnellata; |
(b) |
fil-portijiet Atlantiċi tal-Peninsula Iberika, fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja u fl-Isvezja, u jekk il-merkanzija tasal mill-Oċean Atlantiku, il-Kummissjoni għandha tnaqqas id-dazju ta’ importazzjoni bl-ammont ta’ EUR 2 għal kull tunnellata. |
L-awtorità doganali fil-port fejn isir il-ħatt għandha toħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fl-Anness I li jafferma l-kwantità ta’ kull prodott li nħatt. Biex jingħata t-tnaqqis tad-dazju previst fl-ewwel subparagrafu dan irid jakkumpanja l-oġġetti sat-tmiem tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni.
Artikolu 3
1. Id-dazji ta’ importazzjoni għandhom jitnaqqsu b’EUR 24 kull tunnellata fuq qamħirrum iebes li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II.
2. Sabiex igawdi mit-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, qamħirrum iebes għandu jkun ipproċessat fi prodott tal-Kodiċijiet NM 1904 10 10, 1103 13 jew 1104 23 fi żmien sitt xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera.
3. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet dwar l-użu finali previsti fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5).
4. B’deroga mill- Artikolu 293(1)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanzija addizzjonali ta’ EUR 24 għall kull tunnellata ta’ qamħirrum iebes, ħlief meta l-liċenza ta’ importazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta’ konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Algroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina, skont l-Artikolu 7(2)(a) ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.
Jekk madankollu d-dazju li jkun japplika fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera jkun anqas minn EUR 24 kull tunnellata ta’ qamħirrum, il-garanzija għandha tkun ekwivalenti għall-ammont tad-dazju.
Artikolu 4
L-istandards ta’ kwalità li għandhom jintlaħqu mal-importazzjoni fl-Unjoni u t-tolleranzi li għandhom jitħallew għandhom ikunu dawk murija fl-Anness II.
Artikolu 5
1. Għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum, qamħirrum u qmuħ għall-għalf ieħor imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif imsemmija fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu:
(a) |
il-kwotazzjoni fil-borża rappreżentattiva fuq is-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika; |
(b) |
il-primjums kummerċjali u l-iskontijiet magħrufa marbuta ma’ din il-kwotazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika fil-jum tal-kwotazzjoni u b’mod partikolari, fil-każ ta’ qamħ durum, marbuta mal-kwalità tas-smid; |
(c) |
il-ġarr bil-baħar u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta’ Rotterdam għal bastiment ta’ mhux anqas minn 25 000 tunnellata. |
2. Il-Kummissjoni għandha tirreġistra kull jum ta’ xogħol:
(a) |
il-komponent imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 abbażi tal-boroż u billi jintużaw il-kwalitajiet ta’ referenza murija fl-Anness III; |
(b) |
komponenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament. |
3. Sabiex ikun jista’ jiġi kkalkulat il-komponent imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew il-kwotazzjoni fob rilevanti, għandhom japplikaw il-primjums u l-iskontijiet li ġejjin:
(a) |
primjum ta’ EUR 14 kull tunnellata għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja; |
(b) |
skont ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità medja; |
(c) |
skont ta’ EUR 30 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa. |
4. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum, qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħirrum għandhom ikunut-total tal-komponenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għas-segala u s-sorghum għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw il-kwotazzjonijiet għax-xgħir fl-Istati Uniti tal-Amerika, skont id-disposizzjonijiet tal-Anness III.
5. Il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għaż-żerriegħa tal-qamħ komuni tal-Kodiċi NM 1001 90 91 u għażżerriegħa tal-qamħirrum tal-Kodiċi NM 1005 10 90 għandhom ikunu dawk ikkalkulati għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u għall-qamħirrum rispettivament.
Artikolu 6
1. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:
(a) |
iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni; |
(b) |
jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (6). |
Il-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun ta’ EUR 95 kull tunnellata. Madankollu, f’każijiet fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7(2)(b) jew (c), m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-applikazzjoni għal liċenza ta’ importazzjoni u tal-liċenza ta’ importazzjoni għandhom jissemmew it-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.
2. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni għall-qamħ durum għandhom ikunu validi biss jekk l-applikant:
(a) |
iniżżel il-kwalità li ser tkun impurtata fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni; |
(b) |
jintrabat bil-miktub li jipprovdi lill-korp kompetenti rilevanti, fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, garanzija speċifika u addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 12 tar- Regolament (KE) Nru 1342/2003, jekk id-dazju ta’ importazzjoni dwar il-kwalità li tidher fil-kaxxa 20 tal-liċenza ta’ importazzjoni mhijiex l-ogħla dazju għall-kategorija tal-prodott inkwistjoni. |
L-ammont tal-garanzija addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun id-differenza fil-jum tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-ogħla dazju u dak li japplika għall-kwalità indikata, flimkien ma’ suppliment ta’ EUR 5 kull tunnellata. Madankollu, fejn id-dazju ta’ importazzjoni li jkun japplika għall-kwalitajiet differenti ta’ qamħ huwa żero, ir-rabta mniżżla fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandhiex tkun mitluba.
Fejn il-liċenza ta’ importazzjoni għandu jkollha magħha ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont l-Artikolu 7, m’għandha tintalab ebda garanzija addizzjonali. F’dan il-każ, fil-kaxxa 24 tal-liċenza ta’ importazzjoni għandu jissemma t-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità.
3. Fil-każ ta’ sospensjoni tad-dazji doganali għall-importazzjoni tal-kategoriji kwalitattivi kollha tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-garanzija addizzjonali ta’ EUR 95 kull tunnellata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tintalab għall-perijodu kollu li matulu tapplika s-sospensjoni tad-dazji.
Artikolu 7
1. L-uffiċċju tad-dwana tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jieħu kampjuni rappreżentattivi, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 (7), ta’ kull kunsinna ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja, ta’ qamħ durum u ta’ qamħirrum iebes. Madankollu, m’għandux ikun hemm teħid ta’ kampjuni fejn id-dazju ta’ importazzjoni għall-kwalitajiet differenti huwa l-istess.
Jekk, madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b’mod uffiċjali ċertifikat ta’ kwalità għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum jew qamħirrum iebes maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini taċ-ċereali, għandhom jittieħdu kampjuni għall-verifika tal-kwalità ċċertifikata biss minn numru suffiċjentement rappreżentattiv ta’ kunsinni.
2. Iċ-ċertifikati ta’ konformità li ġejjin għandhom ikunu rikonoxxuti b’mod uffiċjali mill-Kummissjoni skont il-prinċipji mniżżla fl-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93:
(a) |
ċertifikati maħruġa mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina għall-qamħirrum iebes; |
(b) |
ċertifikati maħruġa mill-Federal Grains Inspection Services (FGIS) tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja; |
(c) |
ċertifikati maħruġa mill-Canadian Grain Commission (CGC) tal-Kanada għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħ durum ta’ kwalità għolja. |
Mudell taċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa minn Senasa jinsab fl-Anness IV. Riproduzzjoni tat-timbri awtorizzati mill-gvern tal-Arġentina ser tigi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità u timbri maħruġa mill-FGIS jinsabu fl-Anness V.
Mudelli taċ-ċertifikati ta’ konformità, speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni u timbri maħruġa mis-CGC jinsabu fl-Anness VI.
Fejn il-parametri analitiċi li jitniżżlu fiċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu juru li hemm konformità mal-istandards ta’ kwalità dwar qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes imsemmija fl-Anness II, għandhom jittieħdu kampjuni ta’ mhux anqas minn 3 % tat-tagħbijiet li jaslu f’kull port ta’ dħul matul is-sena tas-suq.
Il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata skont il-kwalità standard li għaliha r-rekwiżiti indikati fl-Anness II jkunu ġew sodisfatti.
3. Il-metodi standard għall-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (8).
Qamħirrum iebes huwa qamħirrum tal-ispeċi Zea mays indurata li ż-żrieragħ tiegħu fihom endosperma żġigija dominanti (tinħass iebsa jew qisha qarn). Ġeneralment dawn ikunu oranġjo jew ħomor. Il-parti ta’ fuq (faċċata tal-ġerma), jew il-kuruna, ma turi l-ebda xaqq.
Żrieragħ żġiġin tal-qamħirrum iebes huma definiti bħala żrieragħ li jissodisfaw żewġ kriterji:
(a) |
il-kuruna tagħhom ma turi l-ebda xaqq, u |
(b) |
meta maqtugħa mit-tul l-endosperma tagħhom turi parti ċentrali mlaħħma mdawwra għal kollox b’parti li qisha qarn. Il-parti li qisha qarn trid tammonta għall-parti dominanti mit-total tal-wiċċ tal-qatgħa. |
Il-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija għandu jiġi stabbilit billi jingħadd, f’kampjun rappreżentattiv ta’ 100 żerriegħa, in-numru ta’ żerrigħat li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fit-tielet subparagrafu.
Il-metodu ta’ referenza għall-kalkolu tal-indiċi ta’ kemm f’wiċċ l-ilma huwa mogħti fl-Anness VII.
4. Jekk ir-riżultati tal-analiżi juru li l-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, qamħ durum u qamħirrum iebes li ġew impurtati huma ta’ kwalità standard aktar baxxa minn dik li tniżżlet fuq il-liċenza ta’ importazzjoni, l-importatur għandu jħallas id-differenza bejn id-dazju ta’ importazzjoni li japplika għall-prodott muri fuq il-liċenza u dak fuq il-prodott li attwalment ġie impurtat. F’dan il-każ, il-garanzija għall-liċenza ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u l-garanzija addizzjonali msemmija fl-Artikolu 3(4), u fl-Artikolu 6 (1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu rilaxxati, ħlief għas-suppliment ta’ EUR 5 msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2).
Jekk id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma titħallasx fi żmien xahar, il-garanzija addizjonali msemmija fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 6(1) u (2) tintilef.
5. Kampjuni rappreżentattivi ta’ ċereali impurtati meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandhom jinżammu għal sitt xhur.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa mħassar.
Ir-referenzi magħmula għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007. p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) Ara l-Anness VIII.
(4) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(5) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(6) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.
(8) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
ANNESS II
Standard ta’ klassifikazzjoni għal prodotti impurtati
(fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)
Prodott |
Qamħ komuni u spelt (1) minbarra meslin |
Qamħ durum |
Qamħirrum iebes |
Qamħirrum ieħor minbarra iebes |
Qmuħ oħra |
||||||
Kodiċi NM |
1001 90 |
1001 10 00 |
1005 90 00 |
1005 10 90 u 1005 90 00 |
1002 , 1003 u 1007 00 90 |
||||||
Kwalità (2) |
Għoli |
Medju |
Baxx |
Għoli |
Medju |
Baxx |
|
|
|
||
|
14,0 |
11,5 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
77,0 |
74,0 |
— |
76,0 |
76,0 |
— |
76,0 |
— |
— |
||
|
1,5 |
1,5 |
— |
1,5 |
1,5 |
— |
— |
— |
— |
||
|
— |
— |
— |
75,0 |
62,0 |
— |
95,0 |
— |
— |
||
|
— |
— |
— |
— |
— |
— |
25,0 |
— |
— |
Tolleranzi
Tolleranza permessa |
Qamħ komuni/durum |
Qamħirrum iebes |
Perċentwal ta’ proteina |
–0,7 |
— |
Piż speċifiku |
–0,5 |
–0,5 |
Perċentwal ta’ impurità |
+0,5 |
— |
Perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija |
–2,0 |
–3,0 |
Indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma |
— |
+1,0 |
(1) Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.
(2) Il-metodi ta’ analiżi preskritti fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 huma applikabbli.
ANNESS III
Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza
Prodott |
Qamħ komuni |
Qamħ durum |
Qamħirrum |
Qmuħ għall-għalf oħra |
||
Kwalità standard |
Għoli |
Medju |
Baxx |
|
|
|
Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża |
Hard Red Spring Nru 2 |
Hard Red Winter Nru 2 |
Soft Red Winter Nru 2 |
Hard Amber Durum Nru 2 |
Yellow Corn Nru 3 |
US Barley Nru 2 |
Borża ta’ kwotazzjoni |
Minneapolis Grain Exchange |
Kansas City Board of Trade |
Chicago Board of Trade |
Minneapolis Grain Exchange (1) |
Chicago Board of Trade |
Minneapolis Grain Exchange (2) |
(1) Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.
(2) Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’ tintuża għall-kalkolu ta’ prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif, għandhom jintużaw il-kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.
ANNESS IV
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAL-KWALITÀ MINN SENASA AWTORIZZAT MILL-GVERN ARĠENTIN (ARTIKOLU 7(2))
Test ta 'immaġni
ANNESS V
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ KOMUNI
Test ta 'immaġni
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ DURUM
Test ta 'immaġni
ANNESS VI
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-KANADA GĦAL DAK LI JIRRIGWARDAL- ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ GRADI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ QAMĦ KOMUNI U DURUM
Test ta 'immaġni
Speċifikazzjonijiet ta’ gradi għall-esportazzjoni ta’ qamħ komuni u durum Kanadiż
QAMĦ KOMUNI
Kanada Western Red Spring (CWRS) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CWRS |
(Min.) 79,0 kg/eL |
(Mass.) 0,4 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CWRS |
(Min.) 77,5 kg/eL |
(Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 3 CWRS |
(Min.) 76,5 kg/eL |
(Mass.) 1,25 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Kanada Western Extra Strong Red Spring (CWES) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CWES |
(Min.) 78,0 kg/eL |
(Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CWES |
(Min.) 76,5 kg/eL |
(Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Kanada Prairie Spring Red (CPSR) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CPSR |
(Min.) 77,0 kg/eL |
(Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CPSR |
(Min.) 75,0 kg/eL |
(Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Kanada Prairie Spring White (CPSW) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CPSW |
(Min.) 77,0 kg/eL |
(Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CPSW |
(Min.) 75,0 kg/eL |
(Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Kanada Western Red Winter (CWRW) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CWRW |
(Min.) 78,0 kg/eL |
(Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CWRW |
(Min.) 74,0 kg/eL |
(Mass.) 2,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Kanada Western Soft White Spring (CWSWS) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
Nru 1 CWSWS |
(Min.) 78,0 kg/eL |
(Mass.) 0,75 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 2 CWSWS |
(Min.) 75,5 kg/eL |
(Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
Nru 3 CWSWS |
(Min.) 75,0 kg/eL |
(Mass.) 1,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
QAMĦ DURUM
Kanada Western Amber Durum (CWAD) |
Piż speċifiku minimu |
Kontenut totali ta’ impurità inklużi żrieragħ ta’ ċereali oħra |
|||||||||
Nru 1 CWAD |
(Min.) 80,0 kg/eL |
(Mass.) 0,5 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
|||||||||
Nru 2 CWAD |
(Min.) 79,5 kg/eL |
(Mass.) 0,8 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
|||||||||
Nru 3 CWAD |
(Min.) 78,0 kg/eL |
(Mass.) 1,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
|||||||||
Nru 4 CWAD |
(Min.) 75,0 kg/eL |
(Mass.) 3,0 % inkluż 0,2 % żrieragħ oħra |
|||||||||
Noti:
|
ANNESS VII
METODU STANDARD GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TA’ KEMM JITILGĦU F’WIĊĊ L-ILMA (ARTIKOLU 7(3))
Ħejji taħlita bl-ilma ta’ nitrat tas-sodju tal-piż speċifiku ta’ 1,25 u kkonservaha f’temperatura ta’ 35 °C.
Poġġi fit-taħlita 100 żerriegħa tal-qamħirrum minn kampjun rappreżentattiv bil-kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 14,5 %.
Ħawwat it-taħlita b’intervalli ta’ 30 sekonda għal ħames minuti sabiex telimina l-bżieżaq tal-arja.
Ifred iż-żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma miż-żerrigħat imgħarrqa u għoddhom.
L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma jiġi kkalkulat kif ġej:
Indiċi ta’ kemm jitilgħu fwiċċ l-ilma għall-prova = (numru ta’ żerrigħat li jitilgħu f’wiċċ l-ilma)/(numru ta’ żerrigħat imgħarrqa) × 100
Irrepeti għal ħames darbiet.
L-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma huwa l-medja aritmetika għall-ħames provi minbarra ż-żewġ valuri estremi.
ANNESS VIII
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/97 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/97 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/98 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 (1) |
Artikolu 2 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2002 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1900/2002 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004 |
Artikolu 5 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1074/2008 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2009 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2010 |
|
(1) Dan ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/2001 (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 31).
ANNESS IX
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 1249/96 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1), it-tielet sentenza |
Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(5), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2a |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 4(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 5(3)(a), (b) u (c) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(1a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 6(1a), mit-tieni sas-sitt subparagrafi |
Artikolu 7(2), mit-tieni sas-sitt subparagrafi |
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 7(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b) |
Artikolu 6(2), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 7(3), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 6(2), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 7(3), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
— |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness III |
— |
Anness IV |
Anness IV |
Anness IVa |
Anness V |
Anness IVb |
Anness VI |
Anness V |
Anness VII |
Anness VI |
Anness I |
— |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 643/2010
tal-20 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
41,0 |
TR |
77,3 |
|
ZZ |
59,2 |
|
0707 00 05 |
MK |
41,0 |
TR |
105,8 |
|
ZZ |
73,4 |
|
0709 90 70 |
TR |
90,3 |
ZZ |
90,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
86,8 |
UY |
75,9 |
|
ZA |
82,1 |
|
ZZ |
81,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
85,4 |
BR |
79,9 |
|
CA |
99,3 |
|
CL |
88,8 |
|
CN |
81,0 |
|
NZ |
110,6 |
|
US |
121,1 |
|
UY |
111,6 |
|
ZA |
94,9 |
|
ZZ |
97,0 |
|
0808 20 50 |
AR |
82,0 |
CL |
109,0 |
|
CN |
98,4 |
|
NZ |
176,5 |
|
ZA |
97,4 |
|
ZZ |
112,7 |
|
0809 10 00 |
TR |
195,5 |
ZZ |
195,5 |
|
0809 20 95 |
CL |
150,0 |
TR |
256,7 |
|
US |
769,6 |
|
ZZ |
392,1 |
|
0809 30 |
AR |
75,9 |
TR |
160,0 |
|
ZZ |
118,0 |
|
0809 40 05 |
BR |
123,2 |
IL |
165,9 |
|
TR |
133,7 |
|
ZZ |
140,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2010
tal-20 ta’ Lulju 2010
li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 tal-kwota tariffarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 242 074 tunnellata qamħirrum (numru tas-serje 09.4131). |
(2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 121 037 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 2/ għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
(3) |
Min-notifika konformi mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għas-perjodu kurrenti tal-kwota. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 40,231108 %.
2. Il-ħruġ ta' liċenzji għal kwantitajiet mitluba mis-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għas-perjodu kurrenti tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 645/2010
tal-20 ta’ Lulju 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 186, 20.7.2010, p. 27.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-21 ta’ Lulju 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
41,21 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
41,21 |
2,54 |
1701 12 10 (1) |
41,21 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
41,21 |
2,24 |
1701 91 00 (2) |
41,32 |
5,07 |
1701 99 10 (2) |
41,32 |
1,94 |
1701 99 90 (2) |
41,32 |
1,94 |
1702 90 95 (3) |
0,41 |
0,27 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
Rettifika
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/28 |
Rettifika għar-Regolament Nru 637/2010 tal-Kummissjoni (UE) li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji
( Il Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 186, tal-20 ta’ Lulju 2010 )
F’paġna 25, fl-Anness, it-tabella “Iz-Zokkor mill-Balkani” għandha taqra hekk:
“Iz-zokkor mill-Balkani”
Is-sena tas-suq 2009/2010
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.7.2010 sas-7.7.2010
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’perċentwal) |
Iktar applikazzjonijiet |
|||
09.4324 |
L-Albanija |
— |
|
|||
09.4325 |
Il-Bożnija u Ħerzegovina |
Sospiżi |
||||
09.4326 |
Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo (*) |
|
||||
09.4327 |
L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
|
|||
09.4328 |
Il-Kroazja |
|
||||
|
(*) Il-Kosovo taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.
(1) Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.