ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.166.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
1 ta' Lulju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7 ( 1 )

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 576/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/364/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizz tal-ajru

16

 

 

2010/365/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

17

 

 

2010/366/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2010 li taħtar membru Rumen tal-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

 

2010/367/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4190)  ( 1 )

22

 

 

2010/368/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4313)  ( 1 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 573/2010

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u tal-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Jekk ikun fihom miżuri ta’ sigurtà sensittivi, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala tagħrif tal-UE ikklassifikat fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, il-KEFA, il-Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-proċedura (2), kif ipprovdut bl-Artikolu 18, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u għalhekk ma għandhomx jiġu ppubblikati. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati separatament, permezz ta’ Deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu japplika bis-sħiħ mid-data speċifikata fir-regoli tal-implimentazzjoni adottati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4(2) u 4(3) ta’ dak ir-Regolament iżda mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2010. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-29 ta’ April 2010 sabiex tiġi armonizzata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti li jimplimentawh.

(4)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 tal-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta’ kontroll ta’ kwalità għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali (3), (KE) Nru 1486/2003 tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (4), (KE) Nru 1138/2004 tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi tifsira komuni għal partijiet kritiċi taż-żoni ta’ sigurtà ristretta fl-ajruporti (5), u (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (6), li kollha implimentaw ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (7) għandhom għalhekk jiġu rrevokati.

(5)

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jippermetti li, minkejja r-regola ġenerali li l-Kummissjoni għandha tippubblika miżuri li għandhom impatt dirett fuq il-passiġġieri, ċerti miżuri li jkun fihom informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni jistgħu jiġu kklassifikati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, u ma jiġux ippubblikati. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati separatament, permezz ta’ Deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri. Il-parti tad-Deċiżjoni li fiha miżuri u proċeduri sensittivi ta’ sigurtà m’għandhiex tiġi ppubblikata u trid tkun disponibbli biss lil dawk l-operaturi u entitajiet b’interess leġittimu. Dawn il-miżuri jinkludu, b’mod partikolari, ċerti proċeduri u eżenzjonijiet dettaljati, li jikkonċernaw il-mod kif l-inġenji tal-ajru, il-vetturi, il-persuni, il-bagalji, il-posta u l-merkanzija jiġu kkontrollati huma u deħlin jew ġewwa żoni ta’ sigurtà ristretti, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tagħmir ta’ skrinjar.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tkun issalvagwardjata kontra atti illeġittimi ta’ interferenza li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni.

Artikolu 2

Regoli ta’ implimentazzjoni

1.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 huma stipulati fl-Anness.

2.   Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-programmi nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom iqisu dan ir-Regolament kif xieraq.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika mill-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 44.

(4)  ĠU L 213, 23.8.2003, p. 3.

(5)  ĠU L 221, 22.6.2004, p. 6.

(6)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.

(7)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 185/2010 (1) huwa emendat kif ġej:

A.

Fil-Kapitolu 4, jiżdied il-punt 4.1.1.2 (c):

“(c)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).”

B.

Fil-Kapitolu 4, jiżdied il-punt 4.1.1.9:

“4.1.1.9.

Il-klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi jistgħu biss jintużaw bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar.”

C.

Fil-Kapitolu 4, jiżdied il-punt 4.1.2.3.(d)

“(d)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).”

D.

Fil-Kapitolu 5, jiżdied il-punt 5.1.1.(e):

“(e)

klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi.”

E.

Fil-Kapitolu 12, jiżdied il-punt 9:

“12.9   KLIEB GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-ISPLUSSIVI

12.9.1   Prinċipji Ġenerali

12.9.1.1

Kelb għall-individwazzjoni tal-isplussiv (KIS) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika kwantitajiet individwali speċifikati u ogħla ta’ materjal splussiv.

12.9.1.2

L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla, il-pożizzjoni jew l-orjentament tal-materjal splussiv.

12.9.1.3

KIS iwissi, fil-forma ta’ rispons passiv, meta jindividwa materjali splussivi kif stipulati fl-Hemża 12-D ta’ -Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.1.4

KIS u min imexxih jistgħu jintużaw għall-iskrinjar jekk it-tnejn ikunu ġew approvati indipendentament u flimkien bħala tim.

12.9.1.5

KIS u min imexxih għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ inizjali u rikorrenti sabiex jiżguraw li l-kompetenzi meħtieġa jintgħallmu u jinżammu u, fejn xieraq, jitgħallmu kompetenzi ġodda.

12.9.1.6

Sabiex jiġi approvat, tim KIS, li jikkonsisti minn KIS u persuna(i) jmexxih, għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn kors ta’ taħriġ.

12.9.1.7

Tim KIS għandu jiġi approvat minn jew f’isem l-awtorità x-xierqa skont l-Hemżiet 12-E u 12-F ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.1.8

Wara approvazzjoni mill-awtorità x-xierqa, tim KIS jista’ jintuża għal skrinjar ta’ sigurtà bl-użu ta’ ġiri ħieles jew tal-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm.

12.9.2   Standards għall-KIS

12.9.2.1

Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għal KIS huma stipulati fl-hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.2.2

Tim KIS użat għall-iskrinjar ta’ persuni, bagalji fil-kabini, oġġetti li jġorru persuni oħra għajr passiġġieri, vetturi, inġenji tal-ajru, provvisti għal fuq it-titjira u provvisti tal-ajruport, u żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ ajruport għandu jilħaq l-istandard 1 ta’ individwazzjoni.

12.9.2.3

Tim KIS użat għall-iskrinjar ta’ bagalji fl-istiva, posta tat-trasportaturi bl-ajru, materjali tat-trasportatur bl-ajru, merkanzija u posta għandu jilħaq l-istandard 2 ta’ individwazzjoni.

12.9.2.4

Tim KIS approvat biex jindividwa materjal splussiv bl-użu tal-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm jista’ biss jintuża fl-iskrinjar tal-merkanzija, iżda fl-ebda qasam ieħor inkluż fl-istandard 2.

12.9.2.5

KIS użat għall-iskrinjar tal-materjali splussivi għandu jiġi armat b’mezzi xierqa li jippermettu l-identifikazzjoni unika tal-KIS.

12.9.2.6

Meta jkun qed iwettaq dmirijiet ta’ individwazzjoni tal-isplussiv, KIS għandu dejjem ikun akkumpanjat minn min imexxih li jkun approvat biex jaħdem mal-KIS.

12.9.2.7

KIS approvat għall-metodu tal-ġiri ħieles jista’ jkollu persuna waħda biss tmexxih. Persuna waħda tista’ tiġi approvata biex tmexxi massimu ta’ żewġt KIS.

12.9.2.8

KIS approvat għall-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm għandu jkollu massimu ta’ żewġ persuni jmexxuh għal kull KIS.

12.9.3   Ħtiġijiet tat-taħriġ

Obbligi ta’ taħriġ ġenerali

12.9.3.1

It-taħriġ ta’ tim KIS għandu jinkludi taħriġ teoretiku, prattiku u fuq il-lant tax-xogħol.

12.9.3.2

Il-kontenut tal-korsijiet ta’ taħriġ għandu jiġi speċifikat jew approvat mill-awtorità xierqa.

12.9.3.3

It-taħriġ għandu jitmexxa minn jew f’isem l-awtorità x-xierqa bl-użu ta’ għalliema kkwalifikati skont il-punt 11.5 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010.

12.9.3.4

Il-klieb imħarrġa għall-individwazzjoni tal-isplussiv għandhom ikunu klieb li jintużaw għal għan uniku.

12.9.3.5

Waqt it-taħriġ, għandhom jintużaw għajnuniet għat-taħriġ li jirrappreżentaw materjali splussivi.

12.9.3.6

It-taħriġ għandu jingħata lil kwalunkwe persuna li qed taħdem bl-għajnuniet tat-taħriġ sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.

Taħriġ inizjali għal timijiet KIS

12.9.3.7

Tim KIS għandu jkun suġġett għal taħriġ inizjali li jkun imsejjes fuq il-kriterji stipulati fil-punt 12.9.3 ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.3.8

It-taħriġ inizjali għat-tim KIS għandu jinkludi taħriġ prattiku fl-ambjent tax-xogħol li t-taħriġ huwa maħsub għalih.

Taħriġ rikorrenti għal timijiet KIS

12.9.3.9

KIS u min imexxih għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ taħriġ rikorrenti, sew individwalment sew flimkien bħala tim.

12.9.3.10

It-taħriġ rikorrenti għandu jżomm il-kompetenzi eżistenti kif meħtieġa mit-taħriġ inizjali u dawk miksuba skont żviluppi fis-sigurtà.

12.9.3.11

It-taħriġ rikorrenti għal tim KIS għandu jitwettaq mill-inqas kull 6 ġimgħat It-tul minimu tat-taħriġ rikorrenti għandu jkun ta’ mhux inqas minn 4 sigħat fi kwalunkwe perjodu ta’ 6 ġimgħat.

12.9.3.12

Il-Punt 11 m’għandux japplika fil-każ fejn KIS huwa soġġett għal taħriġ tal-għarfien tal-materjali kollha mniżżla fl-hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni mill-inqas darba dil-ġimgħa.

Reġistri tat-taħriġ għal timijiet KIS

12.9.3.13

Ir-reġistri sew għat-taħriġ inzjali sew rikorrenti għandhom jinżammu sew għall-KIS sew għal min imexxih għal mill-inqas it-tul tal-kuntratt tal-impjieg tagħhom u għandhom ikunu disponibbli lill-awtorità xierqa fuq talba.

Taħriġ Operattiv għal timijiet KIS

12.9.3.14

Meta KIS jintuża fid-dimirijiet tal-iskrinjar, il-KIS għandu jkun suġġett għal taħriġ operattiv sabiex jiġi żgurat li jilħaq il-prestazzjoni stipulata fl-Hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.3.15

It-taħriġ operattiv għandu jsir fuq bażi aleatorja kontinwa waqt il-perjodu tal-użu, u għandu jkejjel il-prestazzjoni tal-individwazzjoni tal-KIS bis-saħħa ta’ għajnuniet għat-taħriġ approvati.

12.9.4   Proċeduri tal-Approvazzjoni

12.9.4.1

Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha tiżgura li jitkejlu l-kompetenzi li ġejjin:

(a)

il-ħila tal-KIS li jilħaq il-prestazzjoni tal-individwazzjoni stipulata fl-Hemża 12-D tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni;

(b)

il-ħila tal-KIS li jagħti indikazzjoni passiva dwar il-preżenza ta’ materjali splussivi;

(ċ)

il-ħila ta’ KIS u min imexxih li jaħdmu effettivament bħala tim; u

(d)

il-ħila ta’ min imexxi l-kelb li jmexxih korrettament, u jinterpreta u jwieġeb kif xieraq għar-reazzjoni tal-KIS għall-preżenza ta’ materjal splussiv.

12.9.4.2

Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha tissimula kull waħda mill-oqsma ta’ ħidma li se jaħdmu fihom it-tim KIS.

12.9.4.3

It-tim KIS għandu jkun lesta b’suċċess it-taħriġ f’kull qasam li għalih tintalab l-approvazzjoni.

12.9.4.4

Il-proċeduri tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Hemżiet 12-E u 12-F tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.4.5

Il-validità ta’ kull perjodu ta’ approvazzjoni m’għandhiex tkun itwal minn 12-il xahar.

12.9.5   Kontroll tal-Kwalità

12.9.5.1

It-tim EDD għandu jkun suġġett għal miżuri ta’ kontroll tal-kwalità stipulati fl-Hemża 12-G tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.6   Metodoloġija tal-Iskrinjar

Aktar rekwiżiti dettaljati jinsabu f’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.”


(1)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2010

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-28 ta’ Jannar 2010, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emenda għall-Istandard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, minn hawn ′il quddiem “l-emenda għall-IFRS 1”. L-għan ta' din l-amenda għall-IFRS 1 huwa li tingħata eżenzjoni fakultattiva lil dawk l-entitajiet li qed japplikaw l-IFRS għall-ewwel darba peress li ġie nnotat li f'każ li l-perjodi komparattivi jagħlqu qabel il-31 ta' Diċembru 2009 dawn l-entitajiet ma jgawdux mill-eżenzjoni fir-rigward ta' dikjarar mill-ġdid tal-iżvelar komparattiv fl-IFRS 7 li jikkonċerna l-istima tal-valur ġust u r-riskji tal-likwidità.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IFRS 1 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-emenda għall-IFRS 1 timplika, b'konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 7 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-IFRS 7 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 1 u l-IFRS 7, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRS 1

Emenda għall-IFRS 1 Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba

IFRS 7

Emenda għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org

EŻENZJONI LIMITATA MINN ŻVELAR KOMPARATTIV SKONT L-IFRS 7 GĦAL MIN JADOTTA GĦALL-EWWEL DARBA

(Emendi għall-IFRS 1)

Emenda għall-IFRS 1

Adozzjoni għall-Ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju

Il-paragrafu 39C huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

39C

Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010 żiedet il-paragrafu E3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt.

Appendiċi E

Eżenzjonijiet mill-IFRSs għal żmien qasir

Żdiedu intestatura, il-paragrafu E3 u nota ta' qiegħ il-paġna.

Żvelar dwar strumenti finanzjarji

E3

Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 44G tal-IFRS 7. (*)

Appendiċi

Emenda għall-IFRS 7

Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Il-paragrafu 44G huwa emendat (it-test il-ġdid huwa sottolinjat u t-test imħassar huwa maqtugħ) u impoġġi f'noti ta' qiegħ il-paġna.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44G

It-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A-B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi l-iżvelar meħtieġ mill-emendi għal:

(a)

kwalunkwe perjodu annwali jew interim, fosthom kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ippreżentata f'perjodu annwali komparattiv li jispiċċa qabel il-31 ta' Diċembru 2009, jew

(b)

kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja hekk kif kienet fil-bidu tal-abkar perjodu komparattiv fi żmien qabel il-31 ta' Diċembru 2009

Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt. (**)


(*)  Il-paragrafu E3 żdied b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Biex ikun evitat l-użu potenzjali tat-tagħlimiet mill-passat u biex jiġi żgurat li min jadotta għall-ewwel darba ma jkunx fi żvantaġġ meta mqabbel ma' min diġà juża l-IFRSs, il-Bord iddeċieda li min jadotta għall-ewwel darba jkun jista' juża l-istess dispożizzjonijet tranżitorji permessi lil min diġà jħejji r-rapporti finanzjarji skont l-IFRSs li huma inklużi fit-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).

(**)  Il-paragrafu 44G ġie emendat b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Il-Bord emenda l-paragrafu 44G biex jikkjarifika l-konklużjonijiet tiegħu u t-tranżizzjoni intenzjonata għat-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 575/2010

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,4

MK

31,8

TR

53,0

ZZ

43,1

0707 00 05

MK

41,0

TR

118,9

ZZ

80,0

0709 90 70

TR

106,7

ZZ

106,7

0805 50 10

AR

85,3

TR

97,3

US

84,1

ZA

94,5

ZZ

90,3

0808 10 80

AR

107,5

BR

90,2

CA

118,4

CL

95,2

CN

60,1

NZ

112,2

US

102,5

ZA

100,8

ZZ

98,4

0809 10 00

TR

231,7

ZZ

231,7

0809 20 95

TR

303,6

ZZ

303,6

0809 30

AR

133,5

TR

155,8

ZZ

144,7

0809 40 05

AU

258,9

IL

210,4

US

319,2

ZZ

262,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 576/2010

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

11,79

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

5,34

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

5,34

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

11,79


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.6.2010-29.6.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

170,70

111,08

Prezz FOB USA

139,88

129,88

109,88

86,97

Tariffa fuq il-Golf

14,26

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

40,50

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

26,36  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

58,26  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 577/2010

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 572/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 163, 30.6.2010, p. 39.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

41,21

0,00

1701 11 90  (1)

41,21

2,54

1701 12 10  (1)

41,21

0,00

1701 12 90  (1)

41,21

2,24

1701 91 00  (2)

42,49

4,72

1701 99 10  (2)

42,49

1,59

1701 99 90  (2)

42,49

1,59

1702 90 95  (3)

0,42

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizz tal-ajru

(2010/364/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew ,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biexi tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-5 ta’ Mejju 2006 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/716/KE (1).

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lir-Repubblika tal-Albanija fir-rigward tal-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim u li jagħmel din in-notifika:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”.

Magħmul(a) fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 294, 25.10.2006, p. 51.

(2)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ġie ppubblikat fil-ĠU L 294, 25.10.2006, p. 52 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2010

dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(2010/365/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, minbarra dawk imsemmija fl-Anness II ta’ dak l-Att, għandhom japplikaw fil-Bulgarija u r-Rumanija (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Istati Membri kkonċernati”) biss skont Deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-effett, wara verifika li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak l-acquis.

(2)

Il-Kunsill ivverifika li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw livelli sodisfaċenti ta’ protezzjoni tad-data billi segwa l-passi li ġejjin:

Bit-trażmissjoni ta’ kwestjonarju sħiħ lill-Istati Membri kkonċernati, li t-tweġibiet tagħhom ġew reġistrati, u bi żjajjar ta’ verifika u evalwazzjoni magħmula lil dawk l-Istati Membri, skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li stabbilixxiet Kumitat Permanenti dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.) (2), fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data.

(3)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f’dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mill-Istati Membri kkonċernati. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta’ Schengen relatat mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) jista’ japplika f’dawk l-Istati Membri.

(4)

Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jippermetti li tiġi trasferita data reali tas-SIS lill-Istati Membri kkonċernati. L-użu konkret ta’ din id-data għandu jippermetti lill-Kunsill, permezz tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni applikabbli ta’ Schengen kif imniżżel fl-SCH/Com-ex (98) 26 def., biex jivverifika l-applikazjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS fl-Istati Membri kkonċernati. Ladarba dawn l-evalwazzjonijiet jkunu ġew mwettqa, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma’ dawk l-Istati Membri.

(5)

Huwa meħtieġ li tiġi addottata Deċiżjoni tal-Kunsill, separata, li tistabbilixxi data għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Sa meta tasal id-data stabbilita f’dik id-Deċiżjoni, huwa meħtieġ li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fuq l-użu tas-SIS.

(6)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(7)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (6) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/146/KE (7),

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Mill-15 ta’ Ottubru 2010, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness I, għandhom japplikaw għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Repubblika Ċeka, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika tal-Estonja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Repubblika ta’ Spanja, mar-Repubblika ta’ Franza, mar-Repubblika Taljana, mar-Repubblika tal-Latvja, mar-Repubblika tal-Litwanja, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mar-Repubblika tal-Ungerija, ma’ Malta, mar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mar-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Polonja, mar-Repubblika tas-Slovenja u mar-Repubblika Slovakka, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju tal-Iżvezja kif ukoll mar-Repubblika tal-Iżlanda, mar-Renju tan-Norveġja u mal-Konfederazzjoni Żvizzera.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness II, għandhom japplikaw mid-data speċifikata fih għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Repubblika Ċeka, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika tal-Estonja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta’ Spanja, mar-Repubblika ta’ Franza, mar-Repubblika Taljana, mar-Repubblika tal-Latvja, mar-Repubblika tal-Litwanja, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mar-Repubblika tal-Ungerija, ma’ Malta, mar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mar-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Polonja, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tas-Slovenja u mar-Repubblika Slovakka, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju tal-Iżvezja kif ukoll mar-Repubblika tal-Iżlanda, mar-Renju tan-Norveġja u mal-Konfederazzjoni Żvizzera.

3.   Mid-29 ta’ Ġunju 2010, tista’ tiġi ttrasferita data reali tas-SIS lill-Istati Membri kkonċernati.

Mill-15 ta’ Ottubru 2010, l-Istati Membri kkonċernati, bħall-Istati Membri li fir-rigward tagħhom l-acquis ta’ Schengen diġà ġie implimentat, għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu d-data fis-SIS u jużaw id-data fis-SIS, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

4.   Sad-data tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Istati Membri kkonċernati, dawk l-Istati Membri:

(a)

m’għandhomx ikunu obbligati jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom jew li jkeċċu ċittadini ta’ Stati terzi li għalihom ikun ħareġ allert tas-SIS minn Stat Membru ieħor għall-finijiet tar-rifjut għad-dħul;

(b)

għandhom jiddeżistu milli jdaħħlu d-data koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-unjoni ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (minn hawn ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Schengen”) (8).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Ġunju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(5)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.


ANNESS I

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS fis-sens tal-Artikou 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 li għandhom isiru applikabbli għall-Istati Membri kkonċernati

1.

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen:

l-Artikolu 64 u l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;

2.

Dispożizzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw is-SIS:

(a)

Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen:

Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar C.SIS (SCH/Com-ex (97) 35) (1);

(b)

Dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen:

(i)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-18 ta’ April 1996 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ barrani (SCH/Com/Ex (96) dikj. 5) (2),

(ii)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-istruttura tas-SIS (SCH/Com-ex (99) dikj. 2 rev) (3),

(ċ)

strumenti oħra:

(i)

Deċiżjoni tal-Kunsill (2000/265/KE) tas-27 ta’ Marzu 2000 dwar it-twaqqif ta’ regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-budget tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta’ kuntratti konklużi f’ismu, f’isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-installazzjoni u l-ħidma tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, “Sisnet” (4),

(ii)

Il-Manwal SIRENE (5),

(iii)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 tad-29 ta’ April 2004 li għandu x’jaqsam ma’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (6), u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet,

(iv)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 li għandu x’jaqsam ma’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (7), u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet,

(v)

Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward tal-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għal vetturi (8),

(vi)

L-Artikolu 5(4)(a) u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II u l-Annessi miegħu li jirriferu għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (9),

(vii)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (10),

(viii)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11).


(1)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 444.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 458.

(3)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 459.

(4)  ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12.

(5)  Xi partijiet mill-Manwal Sirene ġew pubblikati fil-ĠU C 38, 17.2.2003, p. 1. Il-Manwal ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/757/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1) u 2006/758/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41).

(6)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.

(7)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

(8)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18.

(9)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

(11)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.


ANNESS II

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS fis-sens tal-Artikou 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 li għandhom isiru applikabbli għall-Istati Membri kkonċernati mid-data prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet

1.

Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (1);

2.

Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2);

3.

Deċiżjoni 2007/533/ĠAI tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (3).


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li taħtar membru Rumen tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/366/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar battal wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Cristian ANGHEL.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fil-25 ta' Jannar 2015:

Dl Romeo STAVARACHE

Primarul municipiului Bacău, județul Bacău

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2010

dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4190)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/367/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur, inkluż it-tjur domestiku. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku jagħtu lok għal żewġ forom tal-marda li d-differenza bejniethom tidher mill-kapaċità ta’ tixrid tagħhom. Il-forma ta’ patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta’ patoġeniċità għolja tirriżulta f’rati ferm għoljin ta’ mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċi tat-tjur domestiku. Din il-marda jista’ jkollha impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur.

(2)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistabbilixxi miżuri għall-kontroll ta’ tifqigħ, fit-tjur domestiku u tjur ieħor mhux selvaġġ, tal-influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja (HPAI) u influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità baxxa kkawżati mill-vajrusis tal-influwenza tat-tjur tas-sottotipi H5 u H7 (LPAI), kif iddefinit f’din id-Direttiva. Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula wkoll ċerti miżuri preventivi marbuta mas-sorveljanza u s-sejba minn kmieni tal-vajrusis tal-influwenza tat-tjur.

(3)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula li jridu jiġu implimentati programmi ta’ sorveljanza obbligatorji mill-Istati Membri. Dawn il-programmi ta’ sorveljanza għandhom l-għan li jidentifikaw iċ-ċirkolazzjoni tal-vajrusis LPAI fit-tjur domestiku, b’mod partikolari fl-ispeċi ta’ tjur li jgħix fl-ilma, qabel ma jinxterdu fil-popolazzjoni tat-tjur, biex jistgħu jittieħdu miżuri ta’ kontroll biex tiġi evitata mutazzjoni fil-vajrus HPAI li jista’ jkollha konsegwenzi devastanti.

(4)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula wkoll programmi ta’ sorveljanza li jridu jitwettqu fit-tjur selvaġġ sabiex isir kontribut, fuq il-bażi ta’ assessjar tar-riskju aġġornat regolarment, f’dak li huwa tagħrif attwali dwar it-theddid li ġej mit-tjur selvaġġ fir-rigward ta’ kull vajrus tal-influwenza fit-tjur li joriġina mit-tjur.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ li jridu jitwettqu fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE (3) ġiet adottata biex jiġu stabbiliti linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi ta’ sorveljanza.

(6)

Mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-esperjenza li nkisbet fl-Istati Membri fit-twettiq tal-programmi ta’ sorveljanza u l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u l-konklużjonijiet li ħarġu mir-riċerka, dawn kollha jindikaw li ċerti speċi ta’ tjur u kategoriji ta’ produzzjoni tat-tjur jinsabu f’riskju ogħla li jiġu infettati bil-vajrusis tal-influwenza tat-tjur minn oħrajn, mingħajr ma wieħed jinsa wkoll il-post fejn tinsab l-azjenda u fatturi oħra ta’ riskju.

(7)

It-theddida tal-introduzzjoni tal-vajrus HPAI tas-sottotip H5N1 mill-Xlokk tal-Ażja lejn l-Ewropa permezz tal-firxa tiegħu lejn il-lvant matul l-2005 tat lok għall-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali biex wieħed ikun lest u jinduna mill-ewwel bit-tip ta’ dan il-vajrus fit-tjur domestiku u dak selvaġġ.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/731/KE tas-17 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur fit-tjur selvaġġ (4) tistipula li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar xi mwiet anormali jew tifqigħ sinifikanti ta’ mard li jseħħ fit-tjur selvaġġ u b’mod partikolari tjur selvaġġ li jgħix fuq l-ilma. Irid isir ukoll teħid ta’ kampjuni u ttestjar fil-laboratorju għall-vajrus tal-influwenza tat-tjur.

(9)

Huwa xieraq li r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/731/KE jiġu inklużi fid-Deċiżjoni attwali.

(10)

Mill-2006 sal-2009, ittieħdu kampjuni minn aktar minn 350 000 tajra selvaġġa u ġew ttestjati għall-influwenza tat-tjur. Bħala medja, is-sorveljanza fl-Istati Membri saret bit-teħid ta’ kampjunita’ 75 % ta’ tjur ħaj u 25 % ta’ tjur marid jew mejjet.

(11)

Aktar minn 1 000 tajra misjuba mejta jew morda nstabu pożittivi f’testijiet għall-HPAI tas-sottotip H5N1, filwaqt li madwar ħames tajriet biss mill-kampjun ta’ tajriet ħajjin u b’saħħithom instabu pożittivi għal dan il-vajrus matul dak il-perjodu ta’ erba’ snin. Is-sottotipi LPAI ġew kważi esklużivament iżolati minn kampjuni meħuda minn tajriet ħajjin.

(12)

Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rapporti annwali dwar is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur (5) fl-Unjoni kkompilati mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE (LRUE) għall-influwenza tat-tjur, l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) (6)  (7)  (8) u l-ħidma tal-Grupp ta’ Azzjoni dwar is-Sorveljanza tal-Mard fl-Annimali (TFADS) enfasizzaw li għandhom jiġu introdotti ċerti emendi fl-istrateġija attwali ta’ sorveljanza fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ biex jitrawwem aktar approċċ ibbażat fuq ir-riskju meqjus bħala l-iktar strateġija ta’ sorveljanza xierqa biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu mgħarrfa għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard bil-ħsieb li jitħares it-tjur domestiku u l-azjendi tat-tjur mhux selvaġġ.

(13)

Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju għandha tikkomplementa s-sistemi ta’ twissija minn kmieni għall-infezzjoni tal-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku, bħal dawk li kienu diġà stipulati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta’ bijosigurtà biex jonqos ir-riskju ta’ tixrid tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mill-vajrus tal-Influwenza A tas-sottotip H5N1 minn tjur li jgħix fil-beraħ għat-tjur domestiku u tjur ieħor mhux selvaġġ u li tipprovdi għal sistema ta’ twissija minn kmieni f’żoni ta’ riskju partikolari (9) u fil-Kapitolu II(2) tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/94/KE (10).

(14)

Il-linji gwida għas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u tjur selvaġġ stipulati fid-Deċiżjoni 2007/268/KE għandhom għalhekk jiġu riveduti fid-dawl tal-esperjenza u l-għarfien xjentifiku miksuba u jiġu sostitwiti mil-linji gwida stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(15)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju għandhom isiru skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/437/KE, għajr għal indikazzjonijiet mod ieħor.

(16)

Fl-interessi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, waqt l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza fit-tjur selvaġġ, għandhom jitqiesu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar it-tħaris tat-tjur selvaġġ (11) b’mod partikolari fir-rigward tal-pjan ta’ sorveljanza u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni deskritti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(17)

Id-Deċiżjonijiet 2005/731/KE u 2007/268/KE għandhom jitħassru.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu arranġamenti xierqa ma’ għaqdiet ta’ osservazzjoni u ta’ twaħħil ta’ ċrieki tat-tjur, għaqdiet ta’ kaċċaturi u għaqdiet oħrajn rilevanti sabiex jiġi żgurat li dawn l-għaqdiet jintalbu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar xi mwiet anormali jew tifqigħ sinifikanti ta’ mard li joħroġ fit-tjur selvaġġ u b’mod partikolari fit-tjur selvaġġ li jgħix fuq l-ilma.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minnufih wara li l-awtorità kompetenti tkun irċeviet in-notifika, kif stipulat fl-Artikolu 1, u kull meta ebda kawża ċara oħra ta’ mard ma tkun identifikata għajr l-influwenza tat-tjur, l-awtorità kompetenti għandha tara li:

(a)

jinġabru kampjuni xierqa mit-tajriet mejta u jekk ikun possibbli minn tajriet oħra li ġew f’kuntatt mat-tajriet mejta;

(b)

dawn il-kampjuni jkunu suġġetti għal testijiet tal-laboratorju għall-investigazzjoni tal-vajrus tal-influwenza tat-tjur.

2.   Il-proċeduri ta’ ttestjar u ta’ teħid ta’ kampjuni għandhom isiru skont il-Kapitoli minn II sa VIII tal-Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur approvat bid-Deċiżjoni 2006/437/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien f’każ li t-testijiet tal-laboratorju stipulati fil-paragrafu 1(b) jagħtu riżultati pożittivi għal vajrus tal-infuwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

Artikolu 3

Il-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u selvaġġ li għandhom isiru mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jikkonformaw mal-linjigwida stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-riżultati kollha pożittivi u negattivi kemm tal-investigazzjoni seroloġika kif ukoll dik viroloġika għall-influwenza tat-tjur miksuba bħala parti mill-programmi ta’ sorveljanza għat-tjur domestiku u selvaġġ jitħabbru kull sitt xhur lill-Kummissjoni. Għandhom jintbagħtu permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Lulju għas-sitt xhur li jiġu qabel din id-data (mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju) u sal-31 ta’ Jannar għas-sitt xhur li jiġu qabel din id-data (mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru).

Artikolu 5

Id-Deċiżjonijiet 2005/731/KE u 2007/268/KE huma revokati.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(3)  ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 93.

(5)  Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/controlmeasures/avian/eu_resp_surveillance_en.htm

(6)  The EFSA Journal (2005) 266, 1-21; Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of Avian Influenza.

(7)  The EFSA Journal (2008) 715, 1-161, Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of avian influenza and the risks of its introduction into the EU poultry holdings.

(8)  The EFSA Journal (2006) 357, 1-46, Opinion on Migratory birds and their possible role in the spread of highly pathogenic Avian Influenza.

(9)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105.

(10)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.


ANNESS I

Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku

1.   Għanijiet tal-programmi ta’ sorveljanza

L-għanijiet tal-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku huma li l-awtorità kompetenti tkun infurmata dwar il-vajrus tal-influwenza tat-tjur li jkun qed jiċċirkola bil-ħsieb li l-marda tiġi kkontrollata skont id-Direttiva 2005/94/KE bis-saħħa tal-investigazzjoni annwali permezz ta’ sorveljanza attiva għal:

(a)

l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAI) tas-sottotipi H5 u H7 fit-tjur ta’ ġens it-tiġieġ (jiġifieri tiġieġ, dundjani, fargħun, faġan, perniċi u summien) u r-ratiti biex b’hekk jiġu kkomplementati sistemi oħra attwali ta’ twissija minn kmieni;

(b)

l-LPAI tas-sottotipi H5 u H7 u l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fit-tjur domestiku li jgħix fuq l-ilma (jiġifieri papri, wiżż u kuluvert għall-provvista ta’ ħażna mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa);

2.   Pjan ta’ sorveljanza

It-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar seroloġiku fl-azjendi tat-tjur għandu jsir biex tinstab il-preżenza ta’ antikorpi għall-influwenza tat-tjur, kif iddefinit fid-Direttiva 2005/94/KE.

Din is-sorveljanza attiva tikkomplementa s-sistemi ta’ twissija minn kmieni li diġà teżisti fl-Istati Membri, kif stipulat fid-Deċiżjoni 2005/734/KE u fil-Kapitolu II tal-Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE (“il-Manwal Dijanjostiku”); b’mod partikolari dawk implimentati fl-azjendi tat-tjur li jitqiesu li jinsabu f’riskju ogħla għall-introduzzjoni tal-influwenza tat-tjur.

Jeżistu żewġ metodi ewlenin ta’ sorveljanza li għandhom għarfien internazzjonali għas-sorveljanza tal-mard fl-annimali: (a) is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju; u (b) is-sorveljanza bbażata fuq teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi.

2.1.   Sorveljanza Bbażata fuq ir-Riskju (SBR)

L-SBR għandu jkun il-metodu ppreferut għat-twettiq tas-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur b’mod immirat u effiċjenti fir-rigward tar-riżorsi.

L-Istati Membri li jagħżlu dan il-metodu għandhom jispeċifikaw il-mogħdijiet ta’ riskju rilevanti għall-infezzjoni tal-qatgħat ta’ tjur domestiku u l-qafas ta’ teħid ta’ kampjuni għall-azjendi tat-tjur domestiku li jiġu identifikati li jinsabu f’riskju ogħla ta’ infezzjoni mill-influwenza tat-tjur.

Il-kriterji u l-fatturi ta’ riskju elenkati fit-Tqasima 4.1. mhumiex eżawrjenti, iżda jagħtu indikazzjoni ta’ kif jiġi mmirat it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar tal-ispeċijiet tat-tjur domestiku u l-kategoriji ta’ produzzjoni tat-tjur fis-sistemi differenti ta’ trobbija. Skont il-qagħda tas-saħħa individwali tal-annimali fl-Istati Membri kkonċernati, dawn jistgħu jeħtieġu differenzazzjoni individwali.

2.2.   Sorveljanza bbażata fuq Teħid ta’ Kampjuni Rappreżentattiv

Jekk Stat Membru ma jkunx f’qagħda li jwettaq stima biżżejjed bbażata fuq l-evidenza tal-mogħdijiet ta’ riskju għall-infezzjoni tal-qatgħat ta’ tjur domestiku fit-territorju tiegħu, dan għandu jimplimenta sorveljanza bbażata fuq skema ta’ teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi. L-għadd ta’ azjendi ta’ tjur domestiku li minnhom irid jittieħdu l-kampjuni jrid jikkorrispondi mal-għadd fit-Tabelli 1 u 2, skont l-ispeċi ta’ tjur.

It-teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar seroloġiku għall-influwenza tat-tjur għandu jkun stratifikat f’kull parti mit-territorju tal-Istat Membru kollu, sabiex il-kampjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-Istat Membru kollu.

3.   Popolazzjonijiet fil-mira

It-teħid ta’ kampjuni għall-ispeċijiet ta’ tjur li ġejjin u l-kategoriji ta’ produzzjoni għandhom jiġu inklużi fil-programm ta’ sorveljanza:

(a)

tiġieġ li jbidu;

(b)

tiġieġ li jbidu mhux tal-batteriji;

(c)

qrejjaq tat-tiġieġ;

(d)

qrejjaq tad-dundjani;

(e)

qrejjaq tal-papri;

(f)

qrejjaq tal-wiżż;

(g)

dundjani tas-simna;

(h)

papri tas-simna;

(i)

wiżż tas-simna;

(j)

tjur tal-kaċċa fl-azjendi (tal-ispeċi tat-tiġieġ) b’attenzjoni fuq tjur adult bħat-tjur għat-tnissil;

(k)

tjur tal-kaċċa fl-azjendi (tjur li jgħix fuq l-ilma);

(l)

ratiti.

Iżda, fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali speċifikati kif ġej, jistgħu jiġu inklużi wkoll il-kategoriji ta’ tjur li ġejjin:

(m)

kapuċċelli, iżda biss f’każ li: (i) jinżammu f’għadd sinifikanti fi produzzjoni mhux tal-batteriji u (ii) meta jitqies li jistgħu jkunu ta’ riskju ogħla ta’ infezzjoni mill-influwenza tat-tjur;

(n)

qatgħat privati: dawn ġeneralment għandhom rwol iżgħar fiċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tal-vajrus u li jittieħdu kampjuni minnhom huwa ħela ta’ riżorsi; iżda, f’ċerti Stati Membri l-qatgħat privati jistgħu jkun fihom riskju ogħla ta’ influwenza tat-tjur minħabba l-preżenza tagħhom f’għadd sinifikanti, il-viċinanza tagħhom qrib azjendi kummerċjali tat-tjur, l-involviment tagħhom fil-kummerċ lokali/reġjonali u kriterji u fatturi ta’ riskju oħra kif elenkat fit-Taqsima 4.1. b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet.

Madankollu, fejn ikun hemm każijiet ta’ ġustifikazzjoni raġonevoli għal dak li huwa livell ta’ riskju għal kategorija ta’ produzzjoni tat-tjur (bħal qrejjaq tat-tiġieġ li jinżammu taħt kundizzjonijiet ta’ bijosigurtà għolja), dawn jistgħu jitħallew barra mill-kampjuni.

4.   Metodu ta’ Sorveljanza Bbażata fuq ir-Riskju (RBS)

L-għażla tal-RBS trid tiġi ddeterminata bi stima fuq livell ta’ Stat Membru, li għandha tqis tal-inqas il-kriterji u l-fatturi ta’ riskju li ġejjin:

4.1.   Kriterji u Fatturi ta’ riskju

4.1.1.   Kriterji u fatturi ta’ riskju għall-introduzzjoni tal-vajrus fl-azjendi tat-tjur minħabba espożizzjoni diretta jew indiretta għat-tjur selvaġġ b’mod partikolari dawk ta’ “l-ispeċi fil-mira” identifikati

(a)

Il-post fejn tinsab l-azjenda tat-tjur qrib żoni tal-ilma, għadajjar, artijiet mistagħdra, lagi, xmajjar jew xtut fejn jista’ jinġabar it-tjur selvaġġ tal-passa li jgħix fuq l-ilma.

(b)

Il-post fejn tinsab l-azjenda tat-tjur f’żoni b’densità għolja ta’ tjur selvaġġ tal-passa, b’mod partikolari ta’ dak it-tjur kkaratterizzat bħala “speċi fil-mira” (SM) għall-osservazzjoni tal-HPAI H5N1 u elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II.

(c)

Il-post fejn tinsab l-azjenda tat-tjur qrib postijiet ta’ mistriħ u trobbija ta’ frieħ tat-tjur selvaġġ tal-passa li jgħix fuq l-ilma, b’mod partikolari fejn dawn iż-żoni huma konnessi permezz ta’ ċaqliq ta’ tjur tal-passa ma’ żoni fejn l-HPAI H5N1 huwa magħruf li jfeġġ fit-tjur selvaġġ jew domestiku.

(d)

Azjendi tat-tjur bi produzzjoni mhux tal-batteriji, jew azjendi tat-tjur fejn jinżamm tjur domestiku jew tjur ieħor mhux selvaġġ fil-beraħ fi kwalunkwe post fejn il-kuntatt ma’ tjur selvaġġ ma jistax jiġi pprevenut biżżejjed.

(e)

Livell ta’ bijosigurtà baxx fl-azjenda tat-tjur, inkluż il-metodu ta’ ħażna tal-għalf u l-użu tal-ilma tal-wiċċ.

4.1.2.   Kriterji u fatturi ta’ riskju ta’ tixrid tal-vajrus ġewwa l-azjenda tat-tjur u bejn azjenda u oħra, kif ukoll il-konsegwenzi (l-impatt) tat-tixrid tal-influwenza tat-tjur minn azjenda għal oħra u bejn l-azjendi

(a)

Il-preżenza ta’ aktar minn speċi waħda ta’ tjur fl-istess azjenda tat-tjur, b’mod partikolari l-preżenza ta’ papri domestiċi u wiżż flimkien ma’ speċijiet oħra ta’ tjur.

(b)

It-tip ta’ produzzjoni ta’ tjur u l-ispeċijiet ta’ tjur fl-azjenda li d-dejta ta’ sorveljanza dwarhom uriet rata ta’ osservazzjoni ogħla ta’ infezzjoni tal-influwenza tat-tjur fl-Istat Membru, bħall-azjendi tal-papri u tjur intiż għall-provvista ta’ ħażna mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa (b’mod partikolari l-kuluvert tal-azjendi).

(c)

Il-post fejn tinsab l-azjenda tat-tjur f’żoni li għandhom densitajiet għoljin ta’ azjendi tat-tjur.

(d)

Mudelli kummerċjali, inklużi importazzjonijiet u l-intensità ta’ movimenti marbuta magħhom, kemm diretti kif ukoll indiretti, ta’ tjur u fatturi oħra inklużi vetturi, tagħmir u persuni.

(e)

Il-preżenza ta’ kategoriji ta’ tjur ta’ għomor twil u gruppi ta’ tjur ta’ età differenti fl-azjenda (bħat-tjur li jbid).

4.2.   L-immirar ta’ popolazzjonijiet fir-riskju

Il-livell ta’ mmirar irid jirrifletti l-għadd u d-differenzazzjoni lokali tal-fatturi ta’ riskju preżenti fuq l-azjenda tat-tjur.

L-awtorità kompetenti tista’ tqis fatturi oħra ta’ riskju fl-istima tat-tfassil tal-pjan ta’ sorveljanza li jrid jiġi indikat sewwa u ġġustifikat fil-programm tagħhom ta’ sorveljanza.

4.3.   Immirar ta’ azjendi tat-tjur minn fejn għandu jsir it-teħid ta’ kampjuni

It-Tabelli 1 u 2 jistgħu jintużaw bħala bażi biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ azjendi tat-tjur li minnhom iridu jittieħdu l-kampjuni għal kull popolazzjoni fir-riskju.

5.   Metodu ta’ teħid ta’ Kampjuni Rappreżenttattiv

Fejn isir teħid ta’ kampjuni rappreżenttattiv kif imsemmi fit-Taqsima 2.2, l-għadd ta’ azjendi tat-tjur li minnhom jittieħed kampjun għandu jkun ikkalkulat abbażi taċ-ċifri stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 skont l-ispeċi tat-tjur preżenti fl-azjenda tat-tjur.

5.1.   Għadd ta’ azjendi tat-tjur li minnhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar seroloġiku għall-influwenza tat-tjur

5.1.1.   Għadd ta’ azjendi tat-tjur (għajr azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert) li minnhom iridu jittieħdu kampjuni

Għal kull kategorija ta’ produzzjoni ta’ tjur, għajr dawk tal-papri, wiżż u kuluvert, l-għadd ta’ azjendi tat-tjur li minnhom jittieħed kampjun għandu jiġi ddefinit sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas azjenda infettata waħda tat-tjur fejn il-prevalenza tal-azjendi tat-tjur infettati hija tal-inqas 5 %, b’intervall ta’ fiduċja ta’ 95 %.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir skont it-Tabella 1:

Tabella 1

Għadd ta’ azjendi tat-tjur (għajr azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert) li minnhom iridu jittieħdu kampjuni f’kull kategorija ta’ produzzjoni ta’ tjur

Għadd ta’ azjendi għal kull kategorija ta’ produzzjoni ta’ tjur għal kull Stat Membru

Għadd ta’ azjendi tat-tjur li minnhom isir teħid ta’ kampjuni

Sa 34

Kollha

35-50

35

51-80

42

81-250

53

> 250

60

5.1.2.   Għadd ta’ azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom isir teħid ta’ kampjuni  (1)

L-għadd ta’ azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom jittieħdu kampjuni għandu jiġi ddefinit biex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ mill-inqas azjenda waħda infettata tat-tjur fejn il-prevalenza tal-azjendi infettati hi tal-inqas 5 %, b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir skont it-Tabella 2:

Tabella 2

Għadd ta’ azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom isir teħid ta’ kampjuni

Għadd ta’ azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert għal kull Stat Membru

Għadd ta’ azjendi ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom isir teħid ta’ kampjuni

Sa 46

Kollha

47-60

47

61-100

59

101-350

80

> 350

90

5.2.   Għadd ta’ tjur domestiku (tajriet) li minnhom jittieħdu kampjuni fl-azjenda tat-tjur

Iċ-ċifri msemmija fil-punti 5.2.1 u 5.2.2 japplikaw kemm għall-azjendi tat-tjur li minnhom ittieħdu kampjuni abbażi ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskju kif ukoll abbażi ta’ teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi.

5.2.1.   Għadd ta’ tajriet (għajr papri, wiżż u kuluvert) li minnhom isir teħid ta’ kampjuni fl-azjenda tat-tjur

L-għadd ta’ tajriet li minnhom irid isir teħid ta’ kampjuni fl-azjenda tat-tjur għandu jiġi definit sabiex tkun żgurata probabbilità ta’ 95 % li tiġi identifikata għall-inqas tajra waħda li tirriżulta sero-pożittiva għall-influwenza tat-tjur, jekk il-prevalenza ta’ tajr sero-pożittivi hija ta’ ≥ 30 %.

Kampjuni tad-demm għal eżami seroloġiku għandhom jinġabru mill-kategoriji kollha ta’ produzzjoni tat-tjur u speċijiet ta’ tjur minn tal-inqas 5 sa 10 tajriet (għajr papri, wiżż u kuluvert) għal kull azjenda tat-tjur, u minn barrakki differenti, jekk fl-azjenda jkun hemm iktar minn barrakka waħda.

F’każ li jkun hemm bosta barrakki, il-kampjuni għandhom jittieħdu minn tal-inqas ħames tajriet kull barrakka.

5.2.2.   Għadd ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom isir teħid ta’ kampjuni fl-azjenda

L-għadd ta’ papri, wiżż u kuluvert li minnhom irid isir teħid ta’ kampjuni fl-azjenda tat-tjur għandu jiġi definit sabiex tkun żgurata probabbilità ta’ 95 % li tiġi identifikata għall-inqas tajra waħda li tirriżulta sero-pożittiva għall-influwenza tat-tjur fejn il-prevalenza ta’ tajr sero-pożittivi hija ta’ ≥ 30 %.

Għandhom jittieħdu għoxrin kampjun (2) ta’ demm għall-ittestjar seroloġiku għal kull azjenda tat-tjur magħżula.

6.   Proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar seroloġiku

Il-perjodu ta’ żmien għat-teħid ta’ kampjuni fl-azjenda tat-tjur għandu jkun fl-istess perjodu tal-produzzjoni staġunali għal kull kategorija ta’ produzzjoni ta’ tjur u t-teħid ta’ kampjuni jista’ wkoll isir fil-biċċeriji. Din il-prassi ta’ teħid ta’ kampjuni ma għandhiex tikkomprometti l-approċċ li għandu fil-mira r-riskju skont il-krierji u l-fatturi ta’ riskju elenkati fit-Taqsima 4.1.

Sabiex ikun hemm l-aqwa effiċjenza u biex jiġi evitat ukoll dħul ta’ persuni għal xejn fl-azjendi tat-tjur, it-teħid ta’ kampjuni sa fejn huwa possibbli għandu jsir flimkien ma’ teħid ta’ kampjuni għal finijiet oħra, bħal dak li jsir fil-qafas tal-kontroll tas-Salmonella u l-Mycoplasma. Iżda dan l-abbinament ma għandux ikun ta’ ħsara għar-rekwiżiti għas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju.

7.   Teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar viroloġiku

It-teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar viroloġiku għall-influwenza tat-tjur ma għandux jintuża bħala alternattiva għall-ittestjar seroloġiku u għandu jsir biss fil-qafas tal-investigazzjonijiet bħala segwitu għar-riżultati tal-ittestjar seroloġiku pożittiv għall-influwenza tat-tjur.

8.   Frekwenza u perjodu għall-ittestjar

It-teħid ta’ kampjuni mill-azjendi tat-tjur għandu jsir kull sena. Iżda, fuq bażi ta’ stima tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu teħid ta’ kampjuni u ttestjar aktar spiss. Il-ġustifikazzjoni għal dan trid issir fid-dettall fil-programm ta’ sorveljanza.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir skont il-programm ta’ sorveljanza approvat mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-programm.

9.   Testijiet fil-laboratorju

L-ittestjar tal-kampjuni għandu jsir fil-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza għall-influwenza tat-tjur (LNR) fl-Istati Membri jew f’laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u taħt il-kontroll tal-LNR.

It-testijiet fil-laboratorju għandhom jitwettqu skont il-Manwal Dijanjostiku li jistabbilixxi l-proċeduri għall-konferma u d-dijanjostika differenzjali tal-influwenza tat-tjur.

Iżda jekk Stat Membru jixtieq juża testijiet laboratorji li ma jkunux inklużi fil-Manwal Dijanostiku, jew li mhumiex deskritti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), dawn it-testijiet iridu l-ewwel jitqiesu bħala xierqa għal dan il-għan mil-LRUE, abbażi ta’ dejta li tkun ġiet kkonvalidata, qabel ma jintużaw.

Ir-riżultati seroloġiċi pożittivi kollha għandhom jiġu kkonfermati mil-LNR permezz ta’ test tal-inibizzjoni tal-emoagglutinazzjoni, bl-użu ta’ varjanti razzjali magħżula apposta fornuti mil-LRUE:

(a)

għas-sottotip H5:

(i)

ittestjar inizjali bl-użu tat-teal/England/7894/06 (H5N3);

(ii)

ittestjar tal-pożittivi kollha permezz taċ-chicken/Scotland/59(H5N1) sabiex jiġu eliminati l-antikorpi kross-reattivi N3;

(b)

għas-sottotip H7:

(i)

ittestjar inizjali bl-użu tat-turkey/England/647/77 (H7N7);

(ii)

ittestjar tal-pożittivi kollha bl-African Starling/983/79 (H7N1) biex jiġu eliminati l-antikorpi kross-reattivi N7.

Ir-riżultati seroloġiċi pożittivi kollha jridu jiġu segwiti minn investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fl-azjenda tat-tjur u minn aktar teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar bil-metodi viroloġiċi sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx infezzjoni attiva tal-vajrus tal-influwenza tat-tjur fl-azjenda tat-tjur. Il-konklużjonijiet ta’ dawn l-investigazzjonijiet kollha għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

L-iżolati kollha tal-vajrus tal-influwenza tat-tjur għandhom jintbagħtu lil-LRUE bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza kif preskritt fl-Anness VIII tad-Direttiva 2005/94/KE, sakemm ma tkunx ingħatat deroga kif stipulat fil-paragrafu 4(d) tal-Kapitolu V tal-Manwal Dijanjostiku. Il-vajrusis tas-sottotip H5/H7 għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lil-LRUE u għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet ta’ karatterizzazzjoni standard (nucleotide sequencing/IVPI) skont il-Manwal Dijanjostiku.

Għandhom jintużaw il-protokolli speċifiċi pprovduti mil-LRUE biex jintbagħtu l-kampjuni u l-materjal dijanjostiku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm skambju tajjeb ta’ informazzjoni bejn l-LRUE u l-LNR.


(1)  Jiġi applikat livell ogħla ta’ fiduċja fl-osservazzjoni ta’ azjendi ta’ papri u wiżż li jirriżultaw pożittivi minħabba l-evidenza li l-azjendi ta’ papri u wiżż infettati x’aktarx li jinstabu inqas mit-tjur tal-ispeċi tat-tiġieġ bi programmi ta’ sorveljanza passiva jew b’sistemi ta’ osservazzjoni minn kmieni.

(2)  Iż-żieda fid-daqs tal-kampjun meta mqabbel ma’ 5.2.1. hija meħtieġa minħabba s-sensitività tat-test dijanostiku meta jintuża fit-tajr li jgħix fuq l-ilma.


ANNESS II

PARTI 1

Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur selvaġġ

1.   Għanijiet ta’ sorveljanza

L-għan tal-programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur selvaġġ huwa l-osservazzjoni f’waqtha tal-HPAI tas-sottotip H5N1 fit-tjur selvaġġ sabiex jitħares it-tjur fl-azjendi tat-tjur u tiġi ssalvagwardata s-saħħa pubblika veterinarja.

2.   Pjan ta’ sorveljanza

(a)

Sorveljanza bbażata fuq ir-riskju (SBR) għandha tiġi implimentata bħala sistema ta’ sorveljanza ‘passiva’ permezz ta’ investigazzjoni fil-laboratorju ta’ tjur selvaġġ moribond jew tjur li jinstab mejjet u għandha tiġi speċjalment diretta lejn speċijiet ta’ tjur li jgħixu fuq l-ilma.

(b)

Tjur selvaġġ, b’mod partikolari tjur li jpassi u jgħix fuq l-ilma, li jkun ġie ppruvat li huwa f’riskju ogħla li jiġi infettat bil-vajrus HPAI H5H1 u li jittrażmetti dan il-vajrus, l-‘ispeċijiet fil-mira’ (SM), għandu jkun fil-mira b’mod speċifiku.

(c)

Żoni qrib tal-baħar, għadajjar u kanali tal-ilma fejn instab tjur mejjet; u b’mod partikolari meta dawn iż-żoni jkunu qrib ħafna ta’ azjendi tat-tjur, speċjalment f’żoni fejn hemm densità għolja ta’ azjendi tat-tjur, għandhom ikunu fil-mira.

(d)

Kooperazzjoni mill-qrib ma’ epidemjoloġi u ornitologi u l-awtorità kompetenti għall-konservazzjoni tan-natura għandha tiġi żgurata waqt it-tfassil tal-programm ta’ sorveljanza, b’għajnuna fl-identifikazzjoni tal-ispeċijiet u l-ottimizzazzjoni tat-teħid ta’ kampjuni adattat skont is-sitwazzjoni nazzjonali.

(e)

Jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika għall-vajrus HPAI H5N1 tkun teħtieġ hekk, għandhom jittejbu l-attivitajiet ta’ sorveljanza biż-żieda tal-għarfien u t-tfittxija attiva u l-monitoraġġ għal tjur selvaġġ moribond jew mejjet, b’mod partikolari għal dawk li huma fl-SM. Din tista’ tkun ġejja mis-sejba tal-vajrus HPAI H5N1 fit-tjur domestiku u/jew tjur selvaġġ fl-Istati Membri ġirien u pajjiżi terzi jew pajjiżi li huma konnessi permezz tal-moviment ta’ tjur selvaġġ li jpassi, b’mod partikolari dak tal-SM lejn l-Istat Membru kkonċernat. F’dan il-każ għandhom jitqiesu r-rotot ta’ passa speċifiċi u l-ispeċijiet ta’ tjur selvaġġ, li jistgħu jvarjaw fl-Istati Membri differenti.

3.   Proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni

(a)

Il-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandhom jitwettqu skont il-Manwal Dijanjostiku.

(b)

Kampjuni mill-kloaka u trakeali/orofarinġali u/jew kampjuni mit-tessuti ta’ tjur selvaġġ li jinstab mejjet jew moribond għandhom jittieħdu għall-osservazzjoni molekolari (PCR) u/jew għall-iżolazzjoni virali.

(c)

Trid tingħata attenzjoni speċifika għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni skont il-paragrafi 5 u 6 tal-Kapitolu IV tal-Manwal Dijanostiku. L-iżolati kollha tal-vajrus tal-influwenza tat-tjur ta’ każijiet fit-tjur selvaġġ għandhom jintbagħtu lil-LRUE, sakemm ma tkunx ingħatat deroga kif stipulat fil-paragrafu 4(d) tal-Kapitolu V tal-Manwal Dijanostiku. Il-vajrusis tas-sottotip H5/H7 għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-EURL u għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet ta’ karatterizzazzjoni standard (nucleotide sequencing/IVPI) skont il-Manwal Dijanjostiku.

(d)

It-teħid ta’ kampjuni ma għandux jibqa’ sejjer lil hinn mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza.

4.   Testijiet fil-laboratorju

It-testijiet fil-laboratorju għandhom jitwettqu skont il-Manwal Dijanjostiku.

L-ittestjar ta’ kampjuni għandu jsir fl-LRN fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u taħt il-kontroll tal-LRN.

Iżda jekk Stat Membru jixtieq juża testijiet laboratorji li ma jkunux inklużi fil-Manwal Dijanostiku jew li mhumiex deskritti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE, dawn it-testijiet iridu l-ewwel jitqiesu bħala xierqa għal dan il-għan mill-EURL, abbażi ta’ dejta li tkun ġiet kkonvalidata, qabel ma jintużaw.

Għandu jsir skrining inizjali bl-użu tal-ġene M tal-PCR, segwit minn ittestjar rapidu tar-riżultati pożittivi għall-H5 li għandhom isiru fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn ġimagħtejn. F’każ ta’ riżultat pożittiv għall-H5, għandha ssir analiżi kemm jista’ jkun malajr tas-sit tal-fissura biex jinstab jekk għandhiex motif ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) jew influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAI). Fejn jiġi kkonfermat l-H5 HPAI, trid issir malajr analiżi ulterjuri biex jiġi determinat it-tip N, minkejja li dan jista’ jipproduċi biss evidenza biex jiġi eliminat l-N1.

5.   Azzjoni ta’ segwitu

Fil-każ ta’ konferma ta’ każijiet pożittivi ta’ HPAI H5 (N1) (1), għandhom japplikaw il-miżuri ta’ kontroll stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur selvaġġ fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/115/KE (2).

Bħala parti mill-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, huwa importanti li jiġu identifikati żoni konnessi ma’ dawn il-każijiet biex possibbilment jitbassru attakki ulterjuri ta’ influwenza tat-tjur, b’mod partikolari f’żoni ta’ rilevanza għall-produzzjoni tat-tjur, bħal żoni b’densità għolja ta’ azjendi tat-tjur.

PARTI 2

Lista ta’ speċijiet ta’ tjur selvaġġ li jrid ikun fil-mira għat-teħid ta’ kampjuni u ttestjar għall-influwenza tat-tjur – “speċijiet fil-mira” (SM)

Nru

Isem xjentifiku

Isem Komuni

1.

Accipiter gentilis

Northern Goshawk

2.

Accipiter nisus

Eurasian Sparrowhawk

3.

Anas acuta

Northern Pintail

4.

Anas clypeata

Papra tal-munqar wiesa’

5.

Anas crecca

Sarsella komuni

6.

Anas penelope

Silfjun (Eurasian Wigeon)

7.

Anas platyrhynchos

Kuluvert

8.

Anas querquedula

Sarsella ħamra

9.

Anas strepera

Gadwall

10.

Anser albifrons albifrons

Il-Wiżża l-kbira tal-maskra bajda (Razza Ewropea)

11.

Anser anser

Wiżża Greylag

12.

Anser brachyrhynchus

Wiżża ta’ saqajha roża

13.

Anser erythropus

Il-Wiżża ż-żgħira tal-maskra bajda

14.

Anser fabalis

Wiżża tal-ful

15.

Ardea cinerea

Russett Griż

16.

Aythya ferina

Papra komuni

17.

Aythya fuligula

Papra tal-baħar

18.

Branta bernicla

Wiżża Brent

19.

Branta canadensis

Wiżża tal-Kanada

20.

Branta leucopsis

Wiżża Artika

21.

Branta ruficollis

Wiżża sidirha aħmar

22.

Bubo bubo

Kokka imperjali

23.

Buteo buteo

Bies komuni (buzzard)

24.

Buteo lagopus

Bies saqajh ħorox

25.

Cairina moschata

Papra Muscovy

26.

Ciconia ciconia

Ċikonja

27.

Circus aeruginosus

Bugħadam aħmar

28.

Cygnus columbianus

Bewick’s Swan

29.

Cygnus cygnus

Żinna

30.

Cygnus olor

Ċinju mutu

31.

Falco peregrinus

Bies

32.

Falco tinnunculus

Spanjulett

33.

Fulica atra

Tiġieġa tal-baħar

34.

Larus canus

Gawwija komuni

35.

Larus ridibundus

Gawwija rasha sewda

36.

Limosa limosa

Girwiel

37.

Marmaronetta angustirostris

Sarsella

38.

Mergus albellus

Mergante żgħir Ewroażjatiku

39.

Milvus migrans

Astun iswed

40.

Milvus milvus

Astun aħmar

41.

Netta rufina

Papra bl-għalla ħamra

42.

Phalacrocorax carbo

Margun

43.

Philomachus pugnax

Gerwiel

44.

Pica pica

Ċawla Ewroażjatika

45.

Pluvialis apricaria

Pluviera Ewroażjatika

46.

Podiceps cristatus

Blonġun tal-għalla kbira

47.

Podiceps nigricollis

Blonġun sekond

48.

Porphyrio porphyrio

Tiġieġa ħamra fil-vjola tal-art mistagħdra

49.

Tachybaptus ruficollis

Blonġun terz

50.

Vanellus vanellus

Venewwa


(1)  Il-miżuri ta’ kontroll tal-mard iridu jiġu implimentati fuq bażi ta’ konferma tal-HPAI H5 u suspett tal-N1.

(2)  ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11.


1.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ġunju 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4313)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/368/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispektrum għal varjetà wiesgħa ta’ tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi ta’ allarm, it-tagħmir għall-komunikazzjonijiet lokali, mezzi li jiftħu l-bibien u tagħmir mediku mdaħħal fil-ġisem. It-tagħmir għal meded qosra ikun tipikament prodott għas-suq tal-massa u/jew prodott li jista’ jinġarr u li jista’ jittieħed u jintuża faċilment f’pajjiżi oħra; id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ispektrum għalhekk ma jippermettux il-moviment ħieles tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u joħolqu riskji ta’ interferenza li tagħmel il-ħsara ma’ applikazzjonijiet u servizzi tar-radju oħrajn.

(2)

Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u fil-bżonnijiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari tal-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispektrum.

(3)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE b’reazzjoni għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tat-tagħmir għal meded qosra.

(4)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/432/KE (3) u 2009/381/KE (4) diġà emendaw il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għat-tagħmir għal meded qosra mogħtija fid-Deċiżjoni 2006/771/KE billi ssostitwew l-Anness tagħha.

(5)

Fir-rapport tagħha ta’ Novembru 2009 (5) mibgħut b’reazzjoni għall-mandat imsemmi hawn fuq, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(6)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Tagħmir li jopera skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (6) sabiex l-ispektrum jintuża b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, u dan jintwera jew permezz ta’ lħiq ta’ standards armonizzati jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispektrum tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(3)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(4)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.

(5)  Ir-Rapport tas-CEPT nru 35, RSCOM 09-68.

(6)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi tat-tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta’ frekwenza (1)

Limitu tal-qawwa tat-trażmissjoni/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (2)

Parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom) (3)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (4)

Skadenza tal-implimentazzjoni

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (5)

6 765 -6 795  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

13,553-13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

26,957-27,283 MHz

10 mW ta’ qawwa effettiva rradjata (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

40,660-40,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli)

433,050-434,040 (6) MHz

1 mW ta’ e.r.p.

u – 13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

10 mW ta’ e.r.p.

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

434,040-434,790 (6) MHz

1 mW ta’ e.r.p.

u – 13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

10 mW ta’ e.r.p.

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli)

863,000-865,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

865,000-868,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

868,000-868,600 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

868,700-869,200 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli)

869,400-869,650 (6) MHz

500 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

869,700-870,000 (6) MHz

5 mW ta’ e.r.p.

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-awdjo analogi, għajr tal-vuċi, huma esklużi. Applikazzjonijiet tal-vidjow analogi huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (ikompli)

2 400 -2 483,5  MHz

10 mW ta’ qawwa isotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.)

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

5 725 -5 875  MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

24,150-24,250 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

61,0-61,5 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa

2 400 -2 483,5  MHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità tal-e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

57,0-66,0 GHz

40 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ 13 dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE

L-istallazzjonijiet fissi esterni huma esklużi

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Sistemi ta’ allarm

868,600-868,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 %

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

869,250-869,300 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 %

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

869,300-869,400 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 1,0 %

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

869,650-869,700 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

Sistemi ta’ allarm soċjali (8)

869,200-869,250 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 0,1 %

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

Applikazzjonijiet induttivi (9)

9,000-59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

59,750-60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

60,250-70,000 kHz

69 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

70-119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

119-127 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

127-140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

140-148,5 kHz

37,7 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

148,5-5 000  kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

– 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Applikazzjonijiet induttivi (ikompli)

400-600 kHz

– 8 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10)

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

3 155 -3 400  kHz

13,5 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

5 000 -30 000  kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

– 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ – 5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

6 765 -6 795  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

7 400 -8 800  kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

10 200 -11 000  kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Applikazzjonijiet induttivi (ikompli)

13 553 -13 567  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ġunju 2007.

60 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (10) u għall-EAS (11)

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

26 957 -27 283  kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem (12)

9-315 kHz

30 dBμA/m f’10 metri

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

 

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

30,0-37,5 MHz

1 mW ta’ e.r.p.

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal tagħmir mediku li jiddaħħal fil-ġisem, li jkollu membrana ta’ qawwa baxxa ħafna għall-kejl tal-pressjoni tad-demm

fl-1 ta’ Novembru 2010.

402-405 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu qrib xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 300 kHz.

Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispektrum u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenzi ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk iwasslu għal prestazzjoni li tkun tal-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

Tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem u periferali assoċjati miegħu (13)

401-402 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 100 kHz.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

405-406 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet: 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 100 kHz.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7) ta’ 0,1 %

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Tagħmir li jiddaħħal fil-ġisem tal-annimali (14)

315-600 kHz

– 5 dΒμΑ/m f’10 m

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

12,5-20,0 MHz

– 7 dΒμΑ/m f’10 m f’medda ta’ frekwenzi ta’ 10 kHz

Limitu taċ-ċiklu ta’ ħidma (7): 10 %

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal applikazzjonijiet interni

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Trażmettituri FM ta’ qawwa baxxa (15)

87,5-108,0 MHz

50 nW e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Applikazzjonijiet tal-awdjo bla wajers (16)

863-865 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2010.

Applikazzjonijiet ta’ radjudeterminazzjoni (17)

2 400 -2 483,5  MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

17,1-17,3 GHz

26 dBm ta’ e.i.r.p.

Għandhom jiġu użati tekniki għall-aċċess tal-ispektrum u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu tal-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art

fl-1 ta’ Novembru 2009.

Radar li jkejjel il-livell fit-tankijiet (18)

4,5-7,0 GHz

24 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

8,5-10,6 GHz

30 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

24,05-27,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

57,0-64,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

75,0-85,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (19)

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

Kontroll ta’ mudelli (20)

26 990 -27 000  kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

27 040 -27 050  kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

27 090 -27 100  kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

27 140 -27 150  kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

27 190 -27 200  kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID)

2 446 -2 454  MHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

fl-1 ta’ Novembru 2009.

Telematika tat-Trasport u t-Traffiku bl-Art

76,0-77,0 GHz

Massimu ta’ 55 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 50 dBm ta’ e.i.r.p. u medja ta’ 23.5 dBm ta’ e.i.r.p. għal radars bl-impulsi

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi tal-infrastruttura u l-vetturi terrestri

fl-1 ta’ Novembru 2010.


(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-meded ta’ frekwenzi qrib xulxin f’din it-tabella bħala medda ta’ frekwenza waħda sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull waħda mill-meded ta’ frekwenzi qrib xulxin.

(2)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spektrum sal-qawwa tat-trażmissjoni, is-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. B’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas restrittivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spektrum b’qawwa tat-trażmissjoni, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-‘parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)’, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għal u ta’ taffija tal-ispektrum. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-‘parametri addizzjonali (regoli dwar tqassim ta’ stazzjonijiet u/jew aċċess għal stazzjonijiet u l-okkupazzjoni tagħhom)’ f’kaxxa tat-tabella partikolari jew jippermettu valuri ogħla.

(4)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-‘restrizzjonijiet oħra fuq l-użu’, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(5)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ allarm, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn).

(6)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użi kollha possibbli.

(7)  Iċ-‘ċiklu ta’ ħidma’ tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas restrittivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-‘ċiklu ta’ ħidma’.

(8)  Tagħmir ta’ sistemi ta’ allarm soċjali jintuża biex jgħin lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà.

(9)  Din il-kategorija tkopri, pereżempju, it-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ allarm, l-individwazzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi bla wajers, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll bla wajers u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq.

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID).

(11)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (EAS).

(12)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tat-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-periferali tagħhom (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(13)  Din il-kategorija tkopri sistemi ddisinjati speċifikament bil-għan li jipprovdu komunikazzjoni diġitali mingħajr l-użu tal-vuċi bejn tagħmir mediku attiv imdaħħal fil-ġisem, kif definit fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 18, u/jew tagħmir li jitqiegħed f’ġisem il-bniedem jew tagħmir ieħor estern għall-ġisem li jintuża biex jitrasferixxi informazzjoni fiżjoloġika mhux urġenti relatata mal-pazjent individwali.

(14)  Din il-kategorija tkopri tagħmir għat-trażmissjoni, li jitqiegħed fil-ġisem tal-annimali biex iwettaq funzjonijiet dijanjostiċi u/jew biex jagħti trattament terapewtiku.

(15)  Din il-kategorija tinkludi applikazzjonijiet li joħolqu konnessjoni bejn tagħmir tal-awdjo personali, inklużi l-mowbajls, u sistemi ta’ divertiment awtomotivi jew tad-dar.

(16)  Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo bla wajers, fosthom: mikrofoni bla wajers, ‘loudspeakers’ bla wajers; ‘headphones’ bla wajers; ‘headphones’ bla wajers biex jinġarru, bħal CD, cassette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq il-persuna; ‘headphones’ bla wajers għall-użu f’vetturi, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna u mikrofoni bla wajers, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra teatrali.

(17)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri.

(18)  Ir-radars li jkejlu l-livell fit-tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għar-radjudeterminazzjoni li jintuża għall-kejl tal-livelli fit-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit rinfurzat, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jaħżnu xi sustanza.

(19)  Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispektrum ta’ – 41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru.

(20)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment ta’ mudelli (prinċipalment mudelli żgħar ta’ vetturi) fl-arja, fuq l-art jew inkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma.”