ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.164.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom quddiem il-panew ta’ wara tal-kabina

1

 

*

Ir-Regolament Nru 80 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ sedili ta’ vetturi kbar għall-passiġġieri u ta’ dawn il-vetturi fir-rigward tas-saħħa tas-sedili u l-ankraġġi tagħhom

18

 

*

Ir-Regolament Nru 87 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għal binhar għal vetturi bil-mutur

46

 

*

Ir-Regolament Nru 91 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

69

 

*

Ir-Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ bozoz ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass

92

 

*

Ir-Regolament Nru 99 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass biex jintużaw f’unitajiet approvati ta’ bozoz li jitfgħu l-gass ta’ vetturi awtomotivi

151

 

*

Ir-Regolament Nru 116 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preksrizzjonijiet tekniċi uniformi dwardwar il-protezzjoni ta’ vetturi awtomotivi kontra l-użu mhux awtorizzat

181

 

*

Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom

231

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/1


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet Uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom quddiem il-panew ta’ wara tal-kabina

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 1 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ottubru 2006

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

Kamp tal-applikazzjoni u ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Rekwiżiti ġenerali

7.

Modifika tat-tip ta’ vettura

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa b’mod definittiv

11.

Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni rigward l-approvazzjoni (jew rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni jew twaqqif definittiv tal-produzzjoni) ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħha, skont ir-Regolament Nru 61

Anness 2 –

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 –

Proċedura għall-istabbiliment tal-punt “H” u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u għall-verifika tar-relazzjoni tagħhom mal-punt “R” u l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil

Anness 4 –

Kejl tal-isporġenzi u d-distanzi

1.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI U AMBITU

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-isporġenza esterna ta’ vetturi tal-merkanzija tal-kategoriji N1, N2 u N3  (1), limitata għall-“wiċċ ta’ barra” kif definit hawn isfel.

Huwa ma japplikax għall-mirja ta’ barra li juru wara, inkluż is-sostenn tagħhom, jew għall-aċċessorji bħalma huma l-antenni u l-ixtillieri tal-bagalji.

1.2.   L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jnaqqas ir-riskju jew il-gravità tal-korrimenti li ssofri persuna li tiġi f’kuntatt mal-wiċċ ta’ barra tal-vettura f’każ ta’ impatt.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Wiċċ ta’ barra” jfisser dik il-parti tal-vettura li tiġi quddiem il-panew ta’ wara tal-kabina kif definit fl-paragrafu 2.5 hawn isfel, bl-eċċezzjoni tal-panew ta’ wara nnifsu, u jinkludi affarijiet bħall-ġwienaħ ta’ quddiem, il-bampers ta’ quddiem u r-roti ta’ quddiem;

2.2.

“Approvazzjoni tal-vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħha;

2.3.

“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi bil-mutur li ma jkunux differenti minn xulxin f’aspetti essenzjali bħalma huma l-“wiċċ ta’ barra”;

2.4.

“Kabina” tfisser dik il-parti tal-bodi tal-vettura li tikkostitwixxi l-kompartiment tax-xufier u tal-passiġġieri, inklużi l-bibien;

2.5.

“Panew ta’ wara tal-kabina” tfisser il-parti l-aktar fuq wara tal-wiċċ ta’ barra tal-kompartiment tax-xufier u tal-passiġġieri. Fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-panew ta’ wara tal-kabina, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandha titqies li tkun il-pjan trasversali vertikali li jinsab 50 ċentimetru fuq wara tal-punt R tas-sedil tax-xufier, mas-sedil, jekk dan ikun jista’ jiġi aġġustat, li jinsab fil-pożizzjoni tas-sewqan l-aktar lura (ara l-Anness 3). Madankollu, il-manifattur, bil-qbil tas-servizzi tekniċi, jista’ jitlob distanza alternattiva jekk ikun jista’ jintwera li 50 ċentimetru mhumiex xierqa għal vettura partikolari (2);

2.6.

“Pjan ta’ referenza” jfisser pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru tar-roti ta’ quddiem jew pjan orizzontali li jinsab fl-għoli ta’ 50 ċentimetru ’l fuq mill-art, skont liema wieħed minnhom ikun l-iżjed baxx;

2.7.

“Linja tal-art” tfisser linja determinata kif ġej:

 

Meta kon ta’ ass vertikali ta’ għoli mhux determinat li jkollu l-ġenb tiegħu f’angolu ta’ 15 ° mal-vertikali jiċċaqlaq madwar il-wiċċ ta’ barra tal-vettura mgħobbija sabiex jibqa’ f’kuntatt mal-wiċċ ta’ barra tal-bodi tal-vettura fl-iżjed punt baxx tiegħu, il-linja tal-art hija t-traċċa ġeografika tal-punti ta’ kuntatt.

 

Fl-istabbiliment tal-linja tal-art, m’għandhomx jitqiesu l-pajpijiet tal-egżost jew ir-roti, jew l-elementi mekkaniċi funzjonali mqabbda mal-qiegħ bħalma huma l-punti ta’ rfigħ, il-mountings tas-suspenxins jew it-tqabbid għall-użu fl-irmunkar jew f’każ ta’ waqfien. Fl-ispazji fuq barra tal-arkati tar-roti għandu jiġi preżunt wiċċ immaġinarju li jestendi l-uċuħ esterni kontigwi mingħajr bdil tal-pożizzjoni. Il-bampers ta’ quddiem għandhom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment tal-linja tal-art. Jiddependi mit-tip ta’ vettura, it-traċċa tal-linja tal-art tista’ tkun jew fix-xifer ta’ barra tal-profil tal-bamper jew fil-panew tal-bodi ’l isfel mill-bamper. Fejn ikun hemm żewġ punti ta’ kuntatt jew aktar fl-istess ħin, għandu jintuża l-iżjed punt ta’ kuntatt baxx biex tiġi stabbilita l-linja tal-art,

2.8.

“Raġġ tal-kurvatura” jfisser ir-raġġ tal-ark ta’ ċirku li jiġi l-eqreb lejn il-forma għat-tond tal-komponent li jkun qed jiġi kkunsidrat.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-isporġenzi esterni għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Hija għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti imsemmija hawn taħt:

3.2.1.

ritratti tal-partijiet ta’ quddiem u tal-ġenb tal-vettura,

3.2.2.

dawk it-tpinġijiet tal-“wiċċ ta’ barra” li fl-opinjoni tas-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ikunu meħtieġa sabiex juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5 u 6 hawn taħt.

3.3.   L-applikant għandu jissottometti lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test tal-approvazzjoni:

3.3.1.

jew vettura rappreżentattiva tat-tip li għandha tiġi approvata jew il-parti(jiet) tal-vettura meqjusa essenzjali sabiex jitwettqu l-kontrolli u t-testijiet meħtieġa f’dan ir-Regolament,

3.3.2.

ċerti partijiet u kampjuni tal-materjali użati, jekk dan ikun meħtieġ mis-servizz tekniku.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk il-vettura ppreżentata għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5 u 6 hawn isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-iżjed emendi tekniċi riċenti importanti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma’ għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta’ vettura li jkollha struttura esterna differenti jew lil tip ieħor ta’ vettura.

4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament u ta’ tpinġijiet u ritratti ċitati fil-paragrafi 3.2.1 u 3.2.2 fornuti mill-applikant għall-approvazzjoni, f’format li ma jaqbiżx l-A4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

4.4.   Ma’ kull tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħal, b’mod li jidher u f’post aċċessibbli faċilment speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3),

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, daxx u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma jkollux għalfejn jiġi ripetut, f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassarx.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titpoġġa qrib jew fuq il-pjanċa ta’ informazzjoni dwar il-vettura mwaħħla mill-manifattura.

4.8.   L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma’ għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tal-“wiċċ ta’ barra” tal-vettura li, bil-vettura fil-kundizzjoni mhux mgħobbija, bil-bibien, it-twieqi, l-għotjien ta’ aċċess, eċċ., fil-pożizzjoni magħluqa jkunu jew:

5.1.1.

barra minn żona li jkollha bħala l-limitu ta’ fuq tagħha pjan orizzontali 2 00 metri ’l fuq mill-art u bħala l-limitu ta’ taħt tagħha jew il-pjan ta’ referenza definit fil-paragrafu 2.6 jew il-linja tal-art definita fil-paragrafu 2.7, kif magħżul mill-manifattur, jew

5.1.2.

ikunu pożizzjonati b’mod li, f’kundizzjoni statika, ma jkunux jistgħu jintmissu minn sfera b’dijametru ta’ 100 mm.

5.1.3.

Meta l-pjan ta’ referenza jkun il-limitu ta’ taħt taż-żona, għandhom jiġu kkunsidrati biss il-partijiet tal-vettura li jkunu bejn żewġ pjanijiet vertikali, wieħed imiss il-wiċċ ta’ barra tal-vettura u l-ieħor parallel miegħu f’distanza ta’ 80 mm lejn il-parti ta’ ġewwa tal-vettura.

5.2.   Il-“wiċċ ta’ barra” tal-vettura ma għandu jkun fih, dirett ’il barra, l-ebda port li jista’ jolqot lin-nies mexjin fit-triq, lis-sewwieqa tar-roti jew lis-sewwieqa tal-muturi.

5.3.   Kwalunkwe komponent speċifikat fil-paragrafu 6 aktar ’l isfel, ma għandux ikun fih, dirett ’il barra, partijiet bil-ponta jew jaqtgħu jew xi sporġenzi ta’ tip, qisien, direzzjoni jew ebusija li jkunu probabbli li jżidu r-riskju jew il-gravità ta’ korriment fil-ġisem ta’ persuna li tintlaqat mill-wiċċ ta’ barra jew tħokk miegħu f’każ ta’ ħabta.

5.4.   Il-partijiet li jisporġu ’l barra mill-wiċċ estern li jkollhom ebusija ta’ mhux aktar minn 60 Shore A, jista’ jkollhom raġġ ta’ kurvatura iżjed baxx mill-valuri preskritti fil-paragrafu 6 hawn isfel.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

6.1.   Ornamenti, simboli kummerċjali, ittri u numri ta’ marki kummerċjali

6.1.1.

L-ornamenti, is-simboli kummerċjali, l-ittri u n-numri tal-marki kummerċjali m’għandux ikollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal dawk il-partijiet jekk dawn ma jisporġux ’il barra aktar minn 5 mm mill-wiċċ tal-madwar; f’dan il-każ, madankollu, ix-xfar tagħhom li jisporġu ’l barra għandhom ikunu ma jaqtgħux.

6.1.2.

Ornamenti, simboli kummerċjali, ittri u numri ta’ marki kummerċjali, li jisporġu ’l barra b’iżjed minn 10 mm mill-wiċċ ta’ madwarhom għandhom jinġibdu lura, jinqalgħu jew jintlewew taħt forza ta’ 10 daN eżerċitata fl-iżjed punt saljenti tagħhom fi kwalunkwe direzzjoni fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel mal-wiċċ li fuqu jkunu mmuntati.

Sabiex tiġi applikata forza ta’ 10 daN, għandu jintuża ram b’tarf ċatt li jkollu dijametru ta’ mhux iżjed minn 50 mm. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandu jintuża metodu ekwivalenti. Wara li l-ornamenti jinġibdu lura, jinqalgħu jew jintlewew, il-porzjon li jifdal ma għandux jisporġi ’l barra b’aktar minn 10 mm u m’għandux ikollu xfar ippuntati, misnuna jew jaqtgħu.

6.2.   Il-viżieri u r-rimmijiet tal-fanali ta’ quddiem

6.2.1.

Viżieri u rimmijiet li jisporġu ’l barra għandhom ikunu permessi fuq il-fanali ta’ quddiem bil-kundizzjoni li l-isporġenza tagħhom, kif imkejla fir-rigward tal-wiċċ ta’ barra trasparenti tal-fanal ta’ quddiem ma taqbiżx it-30 mm u r-raġġ tal-kurvatura tagħhom ikun mill-inqas 2,5 mm kullimkien.

6.2.2.

Il-fanali ta’ quddiem li jersqu lura għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.1 hawn fuq kemm fil-pożizzjoni operattiva u anki meta mressqa ’l ġewwa.

6.2.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 hawn fuq m’għandhomx japplikaw għal fanali ta’ quddiem imdaħħlin ’il ġewwa fil-bodi tal-vettura, jew fejn il-fanal ta’ quddiem ikun iżjed ’l isfel mill-bodi tal-vettura, bil-kundizzjoni li x-xogħol tal-bodi jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2 hawn fuq.

6.3.   Il-gradilji

Il-partijiet tal-gradilji għandhom juru raġġ ta’ kurvatura ta’:

Mhux inqas minn 2,5 mm jekk id-distanza bejn partijiet kontigwi tkun aktar minn 40 mm;

Mhux inqas minn 1 mm jekk id-distanza tkun bejn 25 mm u 40 mm;

Mhux inqas minn 0,5 mm jekk id-distanza tkun inqas minn 25 mm.

6.4.   L-apparat li jnaddaf il-windscreen u l-fanali ta’ quddiem

6.4.1.

L-apparat hawn fuq imsemmi għandu jkun tali li x-xaftijiet tal-wajpers ikollhom kisja protettiva b’raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm u erja tas-superfiċje ta’ mhux inqas minn 150 mm2 imkejla fl-isporġenza ta’ sezzjoni ta’ mhux aktar minn 6,5 mm mill-aktar punt li jisporġi ’l barra.

6.4.2.

Iż-żennuni għall-ħassiela tal-windscreen u l-apparat li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas min 2,5 mm. Dawk li jisporġu inqas minn 5 mm għandu jkollhom xfar iħarsu ’l barra li ma jaqtgħux.

6.5.   L-apparat protettiv (bampers)

6.5.1.

It-truf tal-apparat protettiv ta’ quddiem għandhom ikunu mdawrin ’il ġewwa lejn il-wiċċ ta’ barra tal-bodi tal-vettura.

6.5.2.

Il-komponenti tal-apparat protettiv ta’ quddiem għandhom ikunu mfasslin b’mod li l-uċuħ riġidi kollha li jħarsu ’l barra jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 5 mm.

6.5.3.

It-tagħmir bħal-legaturi u l-vinċijiet tal-irmunkar ma’ għandux jisporġi aktar mill-iżjed wiċċ ’il quddiem tal-bamper. Madankollu, il-vinċijiet jistgħu jisporġu aktar mill-aktar wiċċ ’il quddiem tal-bamper bil-kundizzjoni li meta ma jkunux qegħdin jintużaw ikunu mgħottija b’għata protettiva xierqa li jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

6.5.4.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5.2 ma’ għandhomx japplikaw għal partijiet tal-bamper jew partijiet immuntati fuq jew imdaħħla fil-bamper li jisporġu inqas minn 5 mm. Ix-xfar ta’ apparat li jisporġi ’l barra b’inqas minn 5 mm ma għandhomx ikunu jaqtgħu. Rigward l-apparat immuntat fuq il-bampers u li hemm referenza għalih f’paragrafi oħrajn ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti partikolari li hemm f’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu applikabbli.

6.6.   Il-mankijiet, iċ-ċpiepet, il-buttuni tal-bibien, il-bonits tal-kompartimenti tal-bagalji, il-fetħiet, il-ġwienaħ ta’ aċċess u l-mankijiet li taqbad magħhom

6.6.1.

Il-partijiet hawn fuq imsemmija m’għandhomx jisporġu ’l barra iżjed minn: 30 mm fil-każ tal-buttuni, 70 mm fil-każ tal-mankijiet li taqbad magħhom u l-qfil tal-bonits, u 50 mm fil-każijiet l-oħra kollha. Huma għandu jkollhom raġġi ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

6.6.2.

Jekk il-manki tal-bibien tal-ġenb iduru sabiex jaħdmu, huma għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

6.6.2.1.

Fil-każ ta’ mankijiet li jduru b’mod parallel mal-pjan tal-bieba, it-tarf il-miftuħ tal-manki għandu jħares lura. It-tarf ta’ mankijiet bħal dawn għandu jkun imdawwar lura lejn il-pjan tal-bieba u jkun imwaħħal f’dawra protettiva jew imdaħħal ’il ġewwa;

6.6.2.2.

Il-mankijiet li jduru ’l barra fi kwalunkwe direzzjoni li ma jkunux paralleli mal-pjan tal-bieba għandhom, meta jkunu fil-pożizzjoni magħluqa, ikunu maqfulin f’dawra protettiva jew imdaħħlin ’il ġewwa. It-tarf il-miftuħ għandu jħares jew lura jew ’l isfel.

Madankollu, jistgħu jiġu aċċettati mankijiet li ma jissodisfawx din l-aħħar kundizzjoni jekk:

huma jkollhom mekkaniżmu ta’ ritorn indipendenti,

jekk il-mekkaniżmi ta’ ritorn ma jaħdmux, dawn ma jistgħux jisporġu ’l barra iżjed minn 15 mm,

f’tali pożizzjoni miftuħa, huma jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2.5 mm (dan ir-rekwiżit ma japplikax jekk fl-aktar pożizzjoni miftuħa, l-isporġenza tkun inqas minn 5 mm, f’liema każ, l-angoli tal-partijiet li jħarsu ’l barra ma’ għandhomx ikunu jaqtgħu),

l-erja tas-superfiċje tagħhom, meta mkejla mhux aktar minn 6,5 mm mill-aktar punt li jisporġi ’l barra, ma tkunx inqas minn 150 mm2.

6.7.   L-istafef u t-turġien

Ix-xfar tal-istafef u t-turġien għandhom ikunu għat-tond.

6.8.   Id-difletturi laterali tal-arja u x-xita u d-difletturi tal-arja kontra t-tidlik tat-twieqi

Ix-xfar li kapaċi jintlewew ’il barra għandu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 1 mm.

6.9.   It-truf tax-sheet metal

It-truf tax-sheet metal huma permessi bil-kundizzjoni li t-tarf jintlewa lura lejn il-bodi tal-vettura sabiex ma jkunx jista’ jintmess minn sfera b’dijametru ta’ 100 mm jew ikollu għata protettiva li jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm.

6.10.   L-iskorfini, il-hub caps u l-apparat protettiv

6.10.1.

L-iskorfini, il-hub caps u l-apparat protettiv m’għandux ikollhom sporġenzi forma ta’ xewka.

6.10.2.

Meta l-vettura tkun miexja f’linja dritta, l-ebda parti tar-roti, ħlief it-tajers, li jinsabu fuq il-pjan orizzontali, li jgħaddi mill-ass ta’ rotazzjon tagħhom, ma għandha tisporġi ’l barra mill-isporġenza vertikali fi pjan orizzontali, tax-xifer tal-panew tal-bodi tal-vettura ’l fuq mir-rota. Madankollu, jekk ir-rekwiżiti funzjonali jitolbu dan, l-apparat protettiv li jgħatti l-iskorfini tar-roti u l-hubs jistgħu joħorġu ’l barra mill-isporġenza vertikali tax-xifer tal-panew tal-bodi tal-vettura ’l fuq mir-rota, bil-kundizzjoni li r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-parti li tkun ħierġa ’l barra ma tkunx inqas minn 5 mm u li l-isporġenza lil hinn mill-isporġenza vertikali tax-xifer tal-panew tal-bodi tal-vettura ’l fuq mir-rota fl-ebda każ ma jaqbeż it-30 mm.

6.10.3.

Għandu jitwaħħal apparat protettiv li jikkonforma mal-paragrafu 6.10.2 hawn fuq jekk il-boltijiet u l-iskorfini joħorġu ’l barra iżjed mill-isporġenza tal-wiċċ ta’ barra tat-tajer (il-parti tat-tajer li tinsab fuq il-pjan orizzontali li jgħaddi mill-ass ta’ rotazzjoni tar-rota)

6.11.   Il-punti ta’ rfigħ u l-pajp(ijiet) tal-egżost

6.11.1.

Il-punti ta’ rfigħ (jekk ikun hemm) u l-pajp jew il-pajpijiet tal-egżost ma għandhomx joħorġu ’l barra iżjed minn 10 mm lil hinn mill-isporġenza vertikali tal-linja tal-art jew l-isporġenza vertikali tal-intersezzjoni tal-pjan ta’ referenza mal-wiċċ ta’ barra tal-vettura.

6.11.2.

Minkejja r-rekwiżit ta’ hawn fuq, pajp tal-egżost jista’ jisporġi aktar minn 10 mm bil-kundizzjoni li x-xfar tiegħu jkunu għat-tond fit-tarf għal raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2.5 mm.

7.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ VETTURA

7.1.   Kwalunkwe modifika fit-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ vettura. Imbagħad, id-dipartiment jista’ jew:

7.1.1.

jikkunsidra li mhuwiex probabbli li l-modifiki magħmula jkollhom effett ħażin sinifikanti u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura tkun għadha tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

jitlob rapport ta’ test ieħor mingħand is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Kull vettura li jkollha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament, għandha tikkonforma, fir-rigward tal-isporġenzi esterni, mat-tip ta’ vettura approvat.

8.2.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritt fil-paragrafu 8.1 hawn fuq, għandhom isiru numru suffiċjenti ta’ kontrolli każwali fuq vetturi manifatturati f’serje li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 hawn fuq ma jiġux rispettati jew jekk il-vettura ma tgħaddix mit-test preskritt fl-Anness 3.

9.2.   Jekk xi Parti għall-Ftehim li tkun qiegħda tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tinforma minnufih b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fit-tarf ikollha, b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.

10.   TWAQQIF GĦAL KOLLOX TAL-PRODUZZJONI

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Wara li tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma biha lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li jkunu qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fit-tarf ikollha, b’ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata: “PRODUZZJONI MWAQQFA”.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw, lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom iridu jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definiti fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2 kif emendat l-aħħar bl-Emend.4).

(2)  L-użu ta’ din l-opzjoni ma timmodifikax l-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bosnija u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħata mill-Istati Membri billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċirpu, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja u 53 għat-Tajlandja. In-numri suċċessivi għandhom jiġu assenjati lill-pajjiżi l-oħrajn fl-ordni kronoloġika li biha jirratifikaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi ta’ Approvazzjoni u l-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi bil-Mutur, jew li biha jaderixxu ma’ dak il-Ftehim, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image


(*)  In-numru tal-aħħar huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

Proċedura għall-istabbiliment tal-punt “H” u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u għall-verifika tar-relazzjoni tagħhom mal-punt “R” u d-disinn tal-angolu tad-dahar tas-sedil

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.

Il-punt “H”, li jindika l-pożizzjoni ta’ okkupant bilqiegħda fil-kompartiment tal-passiġġier, huwa t-traċċa, fi pjan vertikali lonġitudinali, tal-ass teoretiku ta’ rotazzjoni bejn is-saqajn u t-torso ta’ ġisem uman irrappreżentat mill-manikin deskritt fil-paragrafu 3 hawn isfel.

1.2.

Il-punt “R” jew il-“punt ta’ referenza bilqiegħda” huwa l-punt ta’ referenza speċifikat mill-manifattur li:

1.2.1.

għandu koordinati determinati fir-rigward tal-istruttura tal-vettura;

1.2.2.

jikkorrispondi mal-pożizzjoni teoretika tal-punt ta’ rotazzjoni torso/saqajn (punt “H”) għall-iżjed pożizzjoni baxxa u l-iżjed pożizzjoni lura tas-sewqan jew pożizzjoni ta’ użu mogħtija lil kull sedil ipprovdut mill-manifattur tal-vettura.

1.3.

“Angolu tad-dahar tas-sedil” ifisser l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sedil fir-rigward tal-vertikali.

1.4.

“Angolu attwali tad-dahar tas-sedil” ifisser l-angolu ffurmat mill-vertikali minn ġol-punt “H” bil-linja ta’ referenza tat-torso tal-ġisem uman rappreżentat mill-manikin deskritt fil-paragrafu 3 hawn isfel.

1.5.

“Angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil” ifisser l-angolu preskritt mill-manifattur li:

1.5.1.

jiddetermina l-angolu tad-dahar tas-sedil għall-iżjed pożizzjoni baxxa u l-iżjed pożizzjoni lura normali tas-sewqan jew il-pożizzjoni tal-użu mogħtija lil kull sedil mill-manifattur tal-vettura;

1.5.2.

huwa ffurmat fil-punt “R” mill-vertikali u l-linja ta’ referenza tat-torso;

1.5.3.

jikkorrispondi teoretikament mal-angolu attwali tad-dahar tas-sedil.

2.   STABBILIMENT TAL-PUNTI “H” U L-ANGOLI ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL

2.1.

Għandu jiġi stabbilit punt “H” u “angolu attwali tad-dahar tas-sedil” għal kull sedil ipprovdut mill-manifattur. Jekk is-sedili fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sedil bank, sedili identiċi, eċċ.), għandu jiġi stabbilit punt “H” wieħed u “angolu attwali tad-dahar tas-sedil” għal kull ringiela ta’ sedili, bil-manikin deskritt fil-paragrafu 3 hawn isfel ikun poġġut bilqiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

2.1.1.

fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sedil tax-xufier;

2.1.2.

fil-każ tar-ringiela jew ir-ringieli ta’ wara, sedil fuq barra.

2.2.

Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-punt “H” u l-“angolu attwali tad-dahar tas-sedil”, is-sedil li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat għandu jitpoġġa fl-aktar pożizzjoni baxxa u fl-iżjed pożizzjoni normali lura tas-sewqan jew il-pożizzjoni tal-użu pprovdut għalih mill-manifattur. Jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi aġġustata, id-dahar tas-sedil għandu jkun illokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għal angolu attwali tad-dahar tas-sedil kemm jista’ jkun viċin il-25° mill-vertikali.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

3.1.

Għandu jintuża manikin tridimensjonali ta’ piż u kurvatura li jikkorrispondu għal dawk ta’ raġel adult ta’ tul medju. Manikin bħal dan huwa ppreżentat fil-figura 1 u 2 hawn isfel.

3.2.

Il-manikin għandu jinkludi:

3.2.1.

Żewġ komponenti, wieħed li jissimula d-dahar u l-ieħor il-warrani tal-ġisem, li jduru fuq ass li jirrappreżenta l-ass ta’ rotazzjoni bejn it-torso u l-koxxa; it-traċċa ta’ dan l-ass fuq il-ġenb tal-manikin huwa punt “H” tal-manikin;

3.2.2.

Żewġ komponenti li jissimulaw is-saqajn u mwaħħlin b’mod pivotali mal-komponent li jissimula l-warrani; u

3.2.3.

Żewġ komponenti li jissimulaw is-saqajn u mqabbda mas-saqajn permezz ta’ ġonot pivotali li jissimulaw l-għekiesi.

3.2.4.

Barra minn hekk, il-komponent li jissimula l-warrani tal-ġisem għandu jkun ipprovdut b’invell li jagħmilha possibbli li tiġi verifikata l-orjentazzjoni trasversali tiegħu.

3.3.

Għandu jintrabat piż ta’ segmenti tal-ġisem f’punti xierqa li jirrappreżentaw iċ-ċentri korrispondenti tal-gravità sabiex il-piż totali tal-manikin jinġieb għal madwar 75,6 kg. Dettalji tad-diversi piżijiet huma mogħtija fit-tabella fil-figura 2 tal-appendiċi għal dan l-Anness.

3.4.

Il-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin hija kkunsidrata minn linja dritta li tgħaddi minn ġol-ġonta bejn is-sieq u l-pelvi u l-ġonta teoretika bejn l-għonq u t-toraċi (ara figura 1 tal-appendiċi għal dan l-Anness).

4.   TQEGĦID TAL-MANIKIN

Il-manikin tridimensjonali għandu jitqiegħed kif ġej:

4.1.

Il-vettura għandha titpoġġa fuq pjan orizzontali u s-sedili jiġu aġġustati kif preskritt fil-paragrafu 2.2 hawn fuq;

4.2.

Is-sedil għall-ittestjar għandu jitgħatta b’biċċa ċarruta sabiex tiffaċilita t-tqegħid tal-manikin;

4.3.

Il-manikin għandu jitpoġġa fuq is-sedil ikkonċernat, bl-ass pivotali tiegħu jkun perpendikulari mal-pjan lonġitudinali tas-simetrija tal-vettura;

4.4.

Is-saqajn tal-manikin għandhom jitpoġġew kif ġej:

4.4.1.

Fis-sedili ta’ quddiem, b’mod li l-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-warrani tal-manikin jinġieb għall-orizzontali;

4.4.2.

Fis-sedili ta’ wara, safejn possibbli sabiex ikun f’kuntatt mas-sedili ta’ quddiem. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet tal-art li jkunu f’livelli differenti, is-sieq li tiġi l-ewwel f’kuntatt mas-sedil ta’ quddiem għandha sservi bħala punt ta’ referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’mod li l-invell li jagħmilha possibbli li tiġi vverifikata l-orjentazzjoni trasversali tal-warrani tal-manikin jinġieb għall-orizzontali;

4.4.3.

Jekk il-punt “H” ikun qiegħed jiġi determinat f’sedil ċentrali, is-saqajn għandhom jitpoġġew waħda fuq kull naħa tal-mina;

4.5.

Il-piżijiet għandhom jitpoġġew fuq il-koxox, l-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-warrani tal-manikin għandu jinġieb għall-orizzontali, u l-piżijiet għandhom jitpoġġew fuq il-komponent li jirrappreżenta l-warrani tal-manikin;

4.6.

Il-manikin għandu jitressaq lil hinn mid-dahar tas-sedil permezz tal-ħadida tal-pern tal-irkoppa u d-dahar tal-manikin għandu jitressaq ’il quddiem. Il-manikin għandu jiġi ppożizzjonat mill-ġdid fuq is-sedil tal-vettura billi jiżżerżaq lura fuq is-sedil tiegħu sakemm jiltaqa’ ma’ reżistenza, imbagħad id-dahar tal-manikin jitpoġġa mill-ġdid mad-dahar tas-sedil;

4.7.

Għandha tiġi applikata tagħbija orizzontali ta’ madwar 10 ± 1 daN fuq il-manikin għal darbtejn. Id-direzzjoni u l-punt tal-applikazzjoni tat-tagħbija huma murija bi vleġġa sewda fil-figura 2;

4.8.

Il-piżijiet għandhom jiġu applikati fuq il-ġnub tal-lemin u tax-xellug u l-piżijiet tat-torso għandhom imbagħad jitpoġġew fil-pożizzjoni. L-invell trasversali tal-manikin għandu jinżamm orizzontali;

4.9.

Billi l-invell trasversali tal-manikin jinżamm orizzontali, id-dahar tal-manikin għandu jitressaq ’il quddiem sakemm il-piżijiet tat-torso jkunu ’l fuq mill-punt “H”, sabiex tiġi eliminata kwalunkwe frizzjoni mad-dahar tas-sedil;

4.10.

Id-dahar tal-manikin għandu jitressaq bil-mod lura sabiex titlesta l-operazzjoni tat-tqegħid. L-invell trasversali tal-manikin għandu jkun orizzontali. Jekk ma jkunx, il-proċedura deskritta hawn fuq għandha tiġi ripetuta.

5.   RIŻULTATI

5.1.

Meta l-manikin ikun tqiegħed kif deskritt fil-paragrafu 4 hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil inkwistjoni huma kostitwiti mill-punt “H” u mill-angolu ta’ inklinazzjoni tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin.

5.2.

Il-koordinati tal-punt “H” fir-rigward ta’ tliet pjani perpendikulari ma’ xulxin, u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil, għandhom jitkejlu għal tqabbil mal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-vettura.

6.   VERIFIKA TAL-POŻIZZJONIJIET RELATTIVI TAL-PUNTI “R” U “H” U R-RELAZZJONI BEJN L-ANGOLU TAD-DISINN TAD-DAHAR TAS-SEDIL U L-ANGOLU ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL

6.1.

Ir-riżultati tal-kejl imwettaq f’konformità mal-paragrafu 5.2 għall-punt “H” u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil għandhom jitqabblu mal-koordinati tal-punt “R” u l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil kif ipprovdut mill-manifattur tal-vettura.

6.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u l-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil għandhom jitqiesu sodisfaċenti għas-sedil inkwistjoni jekk il-punt “H”, kif definit mill-koordinati tiegħu, ikun ġewwa kaxxa b’ġenb ta’ 50 mm li d-dijagonali tagħha jiltaqgħu fil-punt “R”, u jekk l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil ikun sa 5° mill-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil.

6.2.1.

Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil għandhom jintużaw għat-test u, jekk ikun meħtieġ, il-manikin għandu jiġi aġġustat b’mod li l-punt “H” jaqbel mal-punt “R” u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil jaqbel mal-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil.

6.3.

Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2 hawn fuq, il-punt “H” jew l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil għandhom jiġu stabbiliti darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, ir-riżultat tat-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

6.4.

Sakemm mill-inqas tnejn mit-tliet riżultati tat-test ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2, ir-riżultat tat-test għandu jitqies bħala li mhuwiex sodisfaċenti.

6.5.

Jekk tinħoloq is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 6.4 hawn fuq, jew jekk il-verifika ma tkunx tista’ ssir minħabba li l-manifattur ma jkunx ipprovda informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil, tista’ tintuża l-medja tar-riżultati tat-tliet determinazzjonijiet u tintuża bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn il-punt “R” jew l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil jissemma f’dan ir-Regolament.

Appendiċi

IL-KOMPONENTI TAL-MANIKIN TRIDIMENSJONALI

Image

Test ta 'immaġni

DIMENSJONIJIET U PIŻ TAL-MANIKIN

Piż tal-manikin

kg

Komponenti li jissimulaw id-dahar u l-warrani tal-ġisem

16,6

Piż tat-torso

31,2

Piż tal-warrani

7,8

Piż tal-koxxa

6,8

Piż tas-sieq

13,2

Total

75,6

Figura 2

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

KEJL TAL-ISPORĠENZI U D-DISTANZI

1.   METODU TA’ STABBILIMENT TAD-DIMENSJONIJIET TAL-ISPORĠENZI TA’ PARTI MWAĦĦLA FUQ IL-WIĊĊ TA’ BARRA

1.1.

Il-qisien tal-isporġenza ta’ parti mmuntata fuq panew konvess jistgħu jiġu stabbiliti jew direttament jew b’referenza għal tpinġija ta’ sezzjoni xierqa tal-parti fil-pożizzjoni mwaħħla.

1.2.

Jekk l-Isporġenza ta’ parti mmuntata fuq panew li ma jkunx konvess ma tkunx tista’ tiġi stabbilita b’kejl sempliċi, hija għandha tiġi stabbilita mill-varjazzjoni massima fid-distanza bejn il-linja ta’ referenza tal-panew u ċ-ċentru ta’ sfera b’dijametru ta’ 100 mm meta l-isfera tiċċaqlaq f’kuntatt mal-parti. Eżempju tal-użu ta’ dan il-metodu huwa mogħti fil-figura 1.

1.3.

Għall-mankijiet li żżomm magħhom, l-isporġenza għandha titkejjel fir-rigward tal-pjan li jgħaddi minn ġol-punti tat-tqabbid. Eżempju huwa mogħti fil-figura 2.

2.   METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-ISPORĠENZA TAL-VIŻIERI U R-RIMMIJIET TAL-FANALI TA’ QUDDIEM

2.1.

L-isporġenza mill-wiċċ ta’ barra tal-fanal ta’ quddiem għandha titkejjel b’mod orizzontali mill-punt ta’ kuntatt ta’ sfera b’dijametru ta’ 100 mm, kif muri fil-figura 3.

3.   METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAD-DISTANZA BEJN IL-PARTIJIET TA’ GRADILJA

3.1.

Id-distanza bejn il-partijiet ta’ gradilja għandha tkun id-distanza bejn iż-żewġ pjani li jgħaddu minn ġol-punt ta’ kuntatt tal-isfera u perpendikulari mal-linja li tgħaqqad il-punti ta’ kuntatt. Eżempji tal-użu ta’ dan il-metodu huma mogħtija fil-figuri 4 u 5.

Figura 1

Image

Figura 2

Image

Figura 3

Image

Figuri 4 u 5

Image


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/18


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 80 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ sedili ta’ vetturi kbar għall-passiġġieri u ta’ dawn il-vetturi fir-rigward tas-saħħa tas-sedili u l-ankraġġi tagħhom

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: 18 ta’ Ġunju 2007

Corrigendum 1 tas-serje 01 ta' emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 12 ta'Novembru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Rekwiżiti għas-sedili

6.

Rekwiżiti għall-ankraġġi tas-sedili ta’ tip ta’ vettura

7.

Rekwiżiti għal installazzjoni ta’ sedili f’tip ta’ vettura

8.

Konformità tal- produzzjoni

9.

Multi għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tas-sedil u/jew tip tal-vettura

11.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

12.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

13.

Ismijiet u indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi

Appendiċi 1 –

Proċeduri tal-ittestjar għas-sedili skont il-paragrafu 5 u/jew l-ankraġġi skont il-paragrafu 6.1.2.

Appendiċi 2 –

Proċeduri tal-ittestjar għall-ankraġġi ta’ vettura b’applikazzjoni tal-paragrafu 6.1.1

Appendiċi 3 –

Kejl li għandu jsir.

Appendiċi 4 –

Determinazzjoni tal-kriterji tal-aċċettabbiltà

Appendiċi 5 –

Rekwiżiti u proċeduri tat-test statiku

Appendiċi 6 –

Karatteristiċi tal-assorbiment tal-enerġija tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedili.

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip jew tipi ta’ sedili fir-rigward tas-saħħa tiegħu (tagħhom), skont ir-Regolament Nru 80

Anness 2 –

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-saħħa tal-ankraġġi tas-sedili skont ir-Regolament Nru 80

Anness 3 –

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Anness 4 –

Proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi awtomottivi

1.   AMBITU

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Sedili tal-passiġġieri li jitpoġġew iħarsu ’l quddiem f’vetturi tal-kategoriji M2 u M3, tal-Klassijiet II, III u B (1);

(b)

Vetturi tal-kategoriji M2 u M3 tal-Klassijiet II, III u B (1) fir-rigward tal-ankraġġi tas-sedili tal-passiġġieri tagħhom u l-installazzjoni tas-sedili.

1.2.

Fuq talba tal-manifattur, vetturi tal-kategorija M2  (1) approvati fir-Regolament Nru 17 għandhom jiġu kkunsidrati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1.3.

Vetturi fejn xi sedili jibbenefikaw mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 7.4. tar-Regolament Nru 14 għandhom jiġu approvati għal dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

“Approvazzjoni ta’ sedil” tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil bħala komponent b’rabta mal-protezzjoni tal-okkupanti fuq sedili li jħarsu ’l quddiem fir-rigward tas-saħħa tagħhom u d-disinn tad-dahar tas-sedili;

2.2.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-saħħa tal-partijiet tal-istruttura tal-vettura li s-sedili jkunu marbutin magħha, u fir-rigward tal-installazzjoni tas-sedili;

2.3.

“Tip ta’ sedil” tfisser sedili li ma jvarjawx essenzjalment fir-rigward ta’ dawn il-karatteristiċi li probabbli jaffettwaw is-saħħa u l-aggressività tagħhom:

2.3.1.

Struttura, forma, dimensjonijiet u materjali tal-partijiet li jġorru l-piż;

2.3.2.

Tipi u dimensjonijiet tas-sistema tal-aġġustament tad-dahar tas-sedil u tal-illokkjar;

2.3.3.

Dimensjonijiet, struttura u materjali tat-tagħmir u sostenn (eż. is-saqajn);

2.4.

“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx essenzjalment fir-rigward ta’:

2.4.1.

il-karatteristiċi kostruzzjonali rilevanti għal dan ir-Regolament; u,

2.4.2.

it-tip jew tipi ta’ sedil(i) tat-tip approvat imwaħħal(imwaħħla) ġol-vettura, jekk applikabbli.

2.5

“Sedil” tfisser struttura li probabbli tkun ankrata mal-istruttura tal-vettura, inklużi l-finitura u t-tagħmir tal-irbit tagħha, maħsuba biex tintuża f’vettura, u biex tpoġġi fuqha persuna adulta waħda jew iktar minn waħda;

2.6.

“Sedil individwali” tfisser sedil iddisinjat u mibni għall-akkomodazzjoni ta’ passiġġier wieħed bilqiegħda;

2.7.

“Sedil doppju” tfisser sedil iddisinjat u mibni għall-akkomodazzjoni ta’ żewġ passiġġieri bilqiegħda ħdejn xulxin; żewġ sedili ħdejn xulxin u li m’għandhom ebda interkonnessjoni għandhom jiġu kkunsidrati żewġ sedili individwali;

2.8.

“Ringiela ta’ sedili” tfisser sedil iddisinjat u mibni għall-akkomodazzjoni ta’ tliet passiġġieri jew iktar bilqiegħda ħdejn xulxin; diversi sedili individwali jew doppji mpoġġija ma’ ġenb xulxin m’għandhomx jiġu kkunsidrati ringiela ta’ sedili;

2.9.

“Kuxxin ta’ sedil” tfisser il-parti tas-sedil li jkun imqiegħed kważi orizzontalment u ddisinjat biex isostni passiġġier bilqiegħda;

2.10.

“Id-dahar tas-sedil” tfisser il-parti tas-sedil li tkun kważi vertikali, maħsuba biex issostni d-dahar, l-ispallejn u, possibbilment, ir-ras tal-passiġġier;

2.11.

“Sistema ta’ aġġustament” tfisser l-apparat li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati f’pożizzjoni adattata għall-okkupant bilqiegħda;

2.12.

“Sistema ta’ ċaqliq” tfisser apparat li jippermetti li s-sedil jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu mċaqalqa lateralment jew lonġitudinalment mingħajr pożizzjoni intermedjarja fissa tas-sedil jew waħda mill-partijiet tiegħu, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-passiġġieri;

2.13.

“Sistema ta’ llokkjar” tfisser apparat li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu;

2.14.

“Ankraġġ” tfisser parti mill-art jew mill-korp ta’ vettura li s-sedil jista’ jkun imwaħħal magħha;

2.15.

“Tagħmir tat-twaħħil” tfisser boltijiet jew komponenti oħra użati sabiex is-sedil jitwaħħal mal-vettura;

2.16.

“Karru” tfisser it-tagħmir għall-ittestjar magħmul u użat għar-riproduzzjoni dinamika ta’ inċidenti tat-triq li jinvolvu kolliżjoni minn quddiem;

2.17.

“Sedil awżiljarji” tfisser sedil għall-manikin imwaħħal mal-karru fuq wara tas-sedil li għandu jiġi ttestjat. Dan is-sedil għandu jirrappreżenta s-sedil li għandu jintuża fil-vettura wara s-sedil li għandu jiġi ittestjat.

2.18.

“Pjan ta’ referenza” tfisser il-pjan li jgħaddi minn diversi punti ta’ kuntatt tal-għarqbejn tal-manikin, użat għad-determinazzjoni tal-punt H u l-angolu attwali tat-torso għall-pożizzjoni ta’ bilqiegħda ġo vetturi awtomottivi skont il-preskrizzjonijiet tal-Anness 4;

2.19.

“Għoli ta’ referenza” tfisser l-għoli tal-wiċċ ta’ fuq tas-sedil ‘il fuq mill-pjan ta’ referenza;

2.20.

“Manikin”, manikin li jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet għal IBRIDU II jew III (2)

2.21.

“Żona ta’ referenza” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali, 400 mm ‘l bogħod minn xulxin u simetriċi fir-rigward tal-punt-H, u definit permezz ta’ rotazzjoni minn vertikali għal orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, deskritt fir-Regolament Nru 21, anness 1. L-apparat għandu jkun pożizzjonat kif deskritt f’dak l-Anness tar-Regolament Nru 21 u ssettjat fit-tul massimu tiegħu ta’ 840mm u t-tul minimu tiegħu ta’ 736mm għal-limitazzjoni residwa tal-imsemmi spazju.

2.22.

“Ċinturin bi tliet punti” għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament jinkludi wkoll ċinturini b’iktar minn tliet punti tal-ankraġġ.

2.23.

“Spazju bejn is-sedili” tfisser, fil-każ ta’ sedili li jħarsu fl-istess direzzjoni, id-distanza bejn in-naħa ta’ quddiem ta’ kuxxin tas-sedil u n-naħa ta’ wara tal-kuxxin tas-sedil ta’ quddiemu, imkejjel orizzontalment f’għoli ta’ 620 mm ‘l fuq mill-art.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sedil għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tas- sedili jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-vettura għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sedil jew vettura għandha tkun akkumpanjata minn dawn id-dokumenti fi tliet kopji u d-dettalji li ġejjin:

3.3.1.

Għall-approvazzjoni ta’ sedil:

3.3.1.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sedil, it-tagħmir tat-twaħħil tiegħu u s-sistemi tiegħu tal-aġġustament, iċ-ċaqliq u l-illokkjar;

3.3.1.2.

Illustrazzjonijiet, fuq skala adattata u b’dettall suffiċjenti, tas-sedil, it-tagħmir tat-twaħħil tiegħu u s-sistemi tiegħu tal aġġustament, iċ-ċaqliq u l-illokkjar;

3.3.2.

Għall-approvazzjoni ta’ vettura:

3.3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tal-partijiet tal-istruttura tal-vettura użati bħala ankraġġi;

3.3.2.2.

Illustrazzjonijiet, fuq skala adattata u b’dettall suffiċjenti, tal-partijiet tal-vettura użati bħala ankraġġi.

3.4.

Dawn li ġejjin għandhom jiġu sottomessi lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni:

3.4.1.

Żewġ sedili li jirrappreżentaw it-tip li għandu jiġi approvat, fil-każ tal-approvazzjoni ta’ sedil,

3.4.2

Parti mill-istruttura tal-vettura, fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk is-sedil sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafu 5 imsemmi taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ sedil.

4.2.

Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafi 6 u 7 imsemmija taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dik it-tip ta’ vettura.

4.3.

Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (preżentament 01, li jikkorrispondu għas-serje tal-emendi 01) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l- emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil kwalunkwe tip ta’ sedil ieħor jew tip ta’ vettura oħra.

4.4.

Notifika tal-approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil u/jew tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi komunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 u/jew l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

4.5.

Għandu jitwaħħal, b’mod li jidher u f’post disponibbli faċilment speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull sedil li jikkonforma ma’ tip ta’ sedil approvat skont dan ir-Regolament u ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

4.5.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra R, sing u n-numru tal- approvazzjoni, imqiegħed fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.5.1;

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Skont kif ikun il-każ, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq is-sedil jew sedili jew fuq, jew viċin, il-plejt tal-informazzjoni mwaħħal mal-vettura mill-manifattur.

4.8.

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni jingħataw fl-Anness 3.

5.   REKWIŻITI GĦAS-SEDILI

5.1.

Kull tip ta’ sedil għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-ittestjar jew tal-Appendiċi 1 (test dinamiku) jew l-appendiċi 5 u 6 (test statiku) fuq talba tal-manifattur.

5.2.

It-testijiet li t-tip tas-sedil ikun għadda minnhom għandhom jiġu rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil u b’konformità mal-mudell fl-Anness 1.

5.3.

Kull sistema ta’ aġġustament jew ċaqliq provduta għandha tinkorpora sistema ta’ llokkjar, li għandha topera awtomatikament.

5.4.

Is-sistemi tal-aġġustament u l-illokkjar m’għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu jaħdmu kompletament wara t-test.

6.   REKWIŻITI GĦALL-ANKRAĠĠI TAS- SEDILI TA’ TIP TA’ VETTURA

6.1.

L-ankraġġi għas-sedili tal-vettura għandhom ikunu kapaċi li jgħaddu:

6.1.1.

jew it-test deskritt fl-Appendiċi 2;

6.1.2.

jew, jekk is-sedil ikun imwaħħal mal-parti tal-istruttura tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata, it-testijiet preskritti fl-Appendiċi 1. Is-sedil m’għandux neċessarjament ikun sedil approvat sakemm jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.1 tal-appendiċi msemmi qabel.

6.2.

Deformazzjoni permanenti, inkluż ksur, ta’ ankraġġ jew taż-żona tal-madwar għandha tiġi awtorizzata sakemm il-forza preskritta tkun inżammet matul il-perjodu preskritt.

6.3.

Meta jkun hemm iktar minn tip wieħed ta’ ankraġġ fuq vettura, kull varjant għandu jiġi ttestjat sabiex tinkiseb approvazzjoni għall-vettura.

6.4.

Test wieħed jista’ jintuża sabiex jiġu approvati simultanjament sedil u vettura.

6.5.

Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M3, ankraġġi tas- sedili għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.1 u 6.2 jekk l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà tal-pożizzjonijiet tas-sedili korrispondenti jkunu mwaħħla direttament mas-sedili li jkollhom jiġu nstallati u dawn l-ankraġġi taċ-ċinturini jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, jekk meħtieġ bid-deroga provduta fil-paragrafu 7.4.

7.   REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ SEDILI F’TIP TA’ VETTURA

7.1.

Is-sedili kollha installati jħarsu ‘l quddiem għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament u soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

7.1.1.

is-sedil għandu jkollu għoli ta’ referenza ta’ mill-inqas 1 m; u

7.1.2.

il-punt H tas-sedil immedjatament warajh għandu jkun inqas minn 72 mm ogħla mill-punt H tas-sedil in kwistjoni jew, jekk is-sedil ta’ wara jkollu l-punt H iktar minn 72 mm ogħla, is-sedil in kwistjoni għandu jiġi ttestjat u approvat għall-installazzjoni f’dik il-pożizzjoni.

7.2.

Meta approvat skont l-appendiċi 1, għandhom japplikaw test 1 u 2, minbarra dan:

7.2.1.

Test 1 m’għandux japplika meta d-dahar tas-sedil ma jistax jintlaqat minn passiġġier mhux marbut (jiġifieri m’hemm ebda sedil li jħares ’il quddiem direttament wara s-sedil li għandu jiġi ttestjat).

7.2.2.

Test 2 m’għandux japplika

7.2.2.1.

jekk id-dahar tas-sedil ma jistax jintlaqat minn passiġġier mhux marbut; jew

7.2.2.2.

jekk is-sedil ta’ wara jkun mgħammar b’ankraġġi ta’ ċinturin bi tliet punti li jikkonformaw totalment mar-Regolament Nru 14 (mingħajr deroga); jew

7.2.2.3.

jekk is-sedil jissodisfa r-rekwiżiti tal-Appendiċi 6 ta’ dan ir-Regolament.

7.3.

Meta approvati skont l-Appendiċi 5 u 6, it-testijiet kollha għandhom japplikaw, minbarra dan:

7.3.1.

It-test tal-Appendiċi 5 m’għandux japplika jekk id-dahar tas-sedil ma jistax jintlaqat minn passiġġier mhux marbut (jiġifieri m’hemm ebda sedil li jħares ’il quddiem direttament wara s-sedil li għandu jiġi ttestjat).

7.3.2.

It-test tal-appendiċi 6 m’għandux japplika:

7.3.2.1.

jekk id-dahar tas-sedil ma jistax jintlaqat minn passiġġier mhux marbut; jew

7.3.2.2.

jekk is-sedil ta’ wara jkun mgħammar b’ankraġġi ta’ ċinturin bi tliet punti li jikkonformaw totalment mar-Regolament Nru 14 (mingħajr deroga).

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Sedili u/jew vetturi approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b'tali mod sabiex jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifikati bħala dan fl-Artikoli 5, 6 u 7 imsemmija qabel.

8.2.

Sabiex jiġi verifikat li jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1., għandhom jitwettqu kontrolli adattati tal-produzzjoni. F’dan il-każ, kontrolli adattati tfisser il-verifika tad-dimensjonijiet tal-prodott kif ukoll l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti.

8.3.

L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal- produzzjoni u twettaq fuq kampjuni kwalunkwe test li tikkunsidra meħtieġ fost it-testijiet imwettqa għall-approvazzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba f’sena.

9.   MULTI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ sedil u/jew tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti qabel ma jintlaħqux.

9.2.

Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika b’dan immedjatament lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal- komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u/jew l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

10.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAS-SEDIL U/JEW IT-TIP TAL-VETTURA

10.1.

Kull modifika fit-tip tas-sedil u/jew it-tip tal-vettura għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip tas-sedil u/jew it-tip tal-vettura. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

10.1.1.

Jikkunsidra li ma jkunx probabbli li l-modifikazzjonijiet magħmula jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ is-sedil u/jew il-vettura xorta huma konformi mar-rekwiżiti; jew

10.1.2.

Jeħtieġ rapport tat-test addizzjonali mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

10.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi komunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.4 imsemmi fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

10.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal dik l-estensjoni u tinforma lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u/jew l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u/jew l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

12.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 01.

12.2.

Mill-1 ta’ Ottubru 1999 għall-vetturi tal-kategorija M2 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 3 500 kg, u mis-sittin ġurnata wara d-dħul fis-seħħ tas-serje tal-emendi 01 ta’ dan ir-Regolament għall-vetturi tal-kategorija M3, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

12.3.

Mill-1 ta’ Ottubru 2001 għall-vetturi tal-kategorija M2 b’massa massima ta’ mhux aktar minn 3 500 kg, u mill-1 ta’ Ottubru 1999 għall-vetturi tal-kategorija M3, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jiċħdu li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TA' DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3), dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4.

(2)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-illustrazzjonijiet dettaljati ta’ IBRIDU II u III, li jikkorrispondu mad-dimensjonijiet prinċipali ta’ ħamsin fil-mija tal-irġiel fl-Amerka, u l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għal dan it-test huma depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jiġu kkonsultati fuq talba tas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera.

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti) u 56 għal Montenegro. Numri sussegwenti għandhom jiġi assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li biha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u għalhekk in-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu komunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


Appendiċi 1

Proċeduri tal-ittestjar għal sedili skont il-paragrafu 5 u/jew l-ankraġġi skont il-paragrafu 6.1.2.

1.   Rekwiżiti

1.1.   It-testijiet għandhom jiddeterminaw:

1.1.1.

Jekk l-okkupant(i) tas-sedil jinżamm(jinżammu) korrettament mis-sedil(i) ta’ quddiemu(quddiemhom) u/jew permezz tal-użu ta’ ċinturin tas-sigurtà.

1.1.1.1.

Dan ir-rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat li ntlaħaq jekk il-moviment ’il quddiem ta’ kwalunkwe parti mit-tronk u r-ras tal-manikin ma tgħaddix ‘lil hinn mill-pjan vertikali trasversali li qiegħed 1,6 m mill-punt R tas-sedil awżiljari;

1.1.2.

Jekk l-okkupant(i) tas-sedil ma jindarabx(ma jindarbux) serjament.

1.1.2.1.

Dan ir-rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat milħuq jekk jintlaħqu dawn il-kriterji tal-aċċettabbiltà bijomekkanika għall-manikin strumentat, determinati skont l-Appendiċi 4; jiġifieri:

1.1.2.1.1.

il-kriterju tal-aċċettabbiltà tar-ras HAC ikunx inqas minn 500;

1.1.2.1.2.

il-kriterju tal-aċċettabbiltà tat-toraċi (ThAC) ikunx inqas minn 30g minbarra għall-perjodi li jammontaw għal inqas minn 3 ms (g = 9,81 m/s2);

1.1.2.1.3.

il-kriterju tal-aċċettabbiltà tal-femur (FAC) ikunx inqas minn 10kN u l-valur ta’ 8 kN ma jinqabiżx għall-perjodi li jammontaw għal iktar minn 20 ms;

1.1.3.

Jekk is-sedil u t-tagħmir tat-twaħħil tas-sedil ikunux b’saħħithom biżżejjed.

1.1.3.1.

Dan ir-rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat milħuq jekk:

1.1.3.1.1.

ebda parti mis-sedil, it-tagħmir tat-twaħħil jew l-aċċessorji tas-sedil ma tinqala’ kompletament matul it-test;

1.1.3.1.2.

is-sedil jibqa’ mwaħħal b’mod sod, anke jekk ankraġġ wieħed jew iktar minn wieħed jinqalgħu parzjalment, u s-sistemi kollha tal-illokkjar jibqgħu llokkjati matul it-test kollu;

1.1.3.1.3.

wara t-test l-ebda parti strutturali tas-sedil jew aċċessorji ma jkollhom xi xaqq jew truf jew kantunieri jaqtgħu jew ippuntati li jistgħu jikkawżaw xi korriment.

1.2.   It-tagħmir kollu li jifforma parti mid-dahar tas-sedil jew aċċessorji tiegħu għandhom ikunu tali li mhux probabbli jikkawżaw xi korriment lil passiġġier matul l-impatt. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat sodisfatt jekk xi parti kontrattabbli minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm tippreżenta raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 5 mm.

1.2.1.

Jekk kwalunkwe parti mit-tagħmir u l-aċċessorji msemmija qabel tkun magħmula minn materjal ta’ ebusija ta’ inqas minn 50 Shore A fuq dahar iebes, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragarafu 1.2 imsemmi qabel għandhom japplikaw biss għad-dahar iebes.

1.2.2.

Il-partijiet tad-dahar tas-sedil per eżempju apparat tal-aġġustament tas-sedil u l-aċċessorji m’għandhomx jiġu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżiti tal-paragrafu 1.2 jekk fil-pożizzjoni tal-mistrieħ huma jkunu qegħdin taħt pjan orizzontali 400 mm ‘l fuq mill-pjan ta’ referenza, anke jekk l-okkupant ikun jista’ jidħol f’kuntatt magħhom.

2.   Tħejjija tas-sedil li għandu jiġi ttestjat

2.1.   Is-sedil li għandu jiġi ttestjat għandu jitwaħħal:

2.1.1.

jew fuq pjattaforma tal-ittestjar li tirrappreżenta l-korp ta’ vettura,

2.1.2.

jew fuq pjattaforma iebsa tal-ittestjar.

2.2.   L-ankraġġ fuq il-pjattaforma tal-ittestjar provduta għas-sedil(i) tal-ittestjar għandu jiġi identifikat ma’ jew ikollu l-istess karatteristiċi bħal dawk użati fil-vettura(i) li fiha(om) is-sedil huwa maħsub li jintuża.

2.3.   Is-sedil li għandu jiġi ttestjat għandu jkun komplut bit-tapezzerija u l-aċċessorji kollha. Jekk is-sedil ikollu medja mwaħħla miegħu, din għandha tkun fil-pożizzjoni stivata.

2.4.   Jekk aġġustabbli lateralment, is-sedil għandu jitqiegħed għal estensjoni massima.

2.5.   Jekk aġġustabbli, id-dahar tas-sedil għandu jiġi aġġustat sabiex l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin użata għad-determinazzjoni tal-punt-H u l-angolu attwali tat-torso għall-pożizzjonijiet tas-sedili f’vetturi awtomottivi jkunu l-eqreb possibbli ta’ dak rakkomandat mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta’ xi rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta’ xi rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, l-eqreb possibbli ta’ 25° lejn wara b’relazzjoni mal-vertikali.

2.6   Jekk id-dahar tas-sedil ikun mgħammar b’sostenn tar-ras aġġustabbli għall-għoli, dan għandu jkun fl-iktar pożizzjoni baxxa.

2.7.   Ċinturini tas-sigurtà ta’ tip approvat, li jikkonformaw mar-Regolament Nru 16 u mwaħħla fuq ankraġġi installati skont ir-Regolament Nru 14 (inkluż, jekk applikabbli, id-deroga provduta fil-paragrafu 7.4 ta’ dak ir-Regolament) għandhom jitwaħħlu kemm mas-sedil awżiljari kif ukoll mas-sedil li għandu jiġi ttestjat.

3.   Testijiet dinamiċi

3.1.   Test 1

Il-pjattaforma tal-ittestjar għandha titwaħħal ma’ troli troli.

3.2.   Sedil awżiljari

Is-sedil awżiljari jista’ jkun tal-istess tip bħas-sedil li jkun qed jiġi ttestjat u għandu jitqiegħed b’mod parallel ma’ u direttament wara s-sedil li jkun qed jiġi ttestjat. Iż-żewġ sedili għandhom ikunu fl-istess għoli, aġġustati b’mod identiku u b’spazju bejn is-sedili ta’ 750 mm.

3.2.1.

Jekk jintuża sedil awżiljari ta’ tip differenti dan għandu jissemma fil-formola tal-komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil u l-konformità mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

3.3.   Manikin

3.3.1.

Il-manikin għandu jitqiegħed mhux marbut fuq is-sedil awżiljari sabiex il-pjan ta’ simetrija tiegħu jikkorrispondi għall-pjan ta’ simetrija tal-pożizzjoni bilqiegħda in kwistjoni.

3.3.2.

L-idejn tal-manikin għandhom jistrieħu fuq kuxxtejh bil-minkbejn imissu mad-dahar tas-sedil; is-saqajn għandhom jiġu estiżi sal- livell massimu u għandhom, jekk possibbli, ikunu paralleli; l-għarqbejn għandhom imissu mal-art.

3.3.3.

Kull manikin meħtieġ għandu jiġi installat fuq sedil skont din il-proċedura:

3.3.3.1.

il-manikin għandu jitqiegħed fuq is-sedil viċin kemm jista’ jkun tal-pożizzjoni mixtieqa,

3.3.3.2.

superfiċje ċatta u iebsa b’erja ta’ 76 mm x 76 mm għandha titqiegħed fil-baxx kemm jista’ jkun kontra n-naħa ta’ quddiem tat-torso tal-manikin,

3.3.3.3.

is-superfiċje ċatta għandha tingħafas orizzontalment kontra t-torso tal-manikin b’piż ta’ bejn 25 u 35 daN:

3.3.3.3.1.

it-torso għandu jinġibed ‘il quddiem mill-ispallejn għall-pożizzjoni vertikali, imbagħad jitqiegħed lura mad-dahar tas-sedil. Din l-operazzjoni għandha titwettaq darbtejn;

3.3.3.3.2.

mingħajr ma jiċċaqlaq it-torso, ir-ras għandha titqiegħed f’pożizzjoni tali li l-pjattaforma li ssostni l-istrumenti tal-kejl inklużi fir-ras tkun orizzontali u l-pjan medjan saġittali tar-ras ikun parallel ma’ dak tal-vettura.

3.3.3.4.

is-superfiċje ċatta titneħħa b’attenzjoni,

3.3.3.5.

il-manikin għandu jitressaq ‘’il quddiem fuq is-sedil u l-proċedura tal- installazzjoni deskritta qabel tiġi ripetuta,

3.3.3.6.

jekk ikun meħtieġ, il-pożizzjoni tal-aktar membri baxxi għandha tiġi korretta,

3.3.3.7.

l-istrumenti tal-kejl installati m’għandhom jaffettwaw b’ebda mod il-moviment tal-manikin matul l-impatt,

3.3.3.8.

it-temperatura tas-sistema ta’ strumenti ta’ kejl għandha tiġi stabbilizzata qabel it-test u miżmuma safejn ikun possibbli f’medda ta’ bejn 19° u 26°C.

3.4.   Simulazzjoni tal-impatt

3.4.1.

Il-bidla totali fil-veloċità tal-karru li jissimula l-impatt għandha tkun bejn 30 u 32 km/h.

3.4.2.

It-tnaqqis fil-veloċità jew, fuq għażla tal-applikant, l-aċċelerazzjoni tal-karru matul is-simulazzjoni tal-impatt għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet li jidhru fil-Figura 1 taħt. Minbarra għal intervalli li jammontaw għal inqas minn 3 ms, il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità jew l-aċċelerazzjoni tal-karru bħala funzjoni ta’ ħin għandha tibqa’ bejn il-kurvi tal-limitu murija fil-Figura 1.

3.4.3.

Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-veloċità jew l-aċċelerazzjoni medja għandha tkun bejn 6,5 u 8,5g.

3.5.   Test 2

3.5.1.

Test 1 għandu jiġi ripetut b’manikin bilqiegħda fis-sedil awżiljari: il-manikin għandu jkun marbut b’ċinturin tas-sigurtà mwaħħal u aġġustat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. In-numru ta’ punti tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-iskop tat-Test 2 għandhom jiġu rreġistrati fil-formola tal- komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil u li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

3.5.2.

Is-sedil awżiljari għandu jkun jew tal-istess tip bħas-sedil li jkun qed jiġi ttestjat jew ta’ tip differenti, u d-dettalji tiegħu għandhom jiġu rreġistrati fil-formola tal-komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil u tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

3.5.3.

F’każ fejn Test 2 jitwettaq bil-manikin marbut b’ċinturin bi tliet punti u l-kriterji tal-korriment ma jinqabżux, is-sedil awżiljari għandu jiġi kkunsidrat li jkun wettaq ir-rekwiżiti relatati mal-piżijiet tat-test statiku u l-moviment tal-ankraġġ ta’ fuq matul it-test speċifikat fir-Regolament Nru 14 fir-rigward ta’ din l-installazzjoni.

Figura 1

Image


Appendiċi 2

Proċedura tal-ittestjar għall-ankraġġi ta’ vettura b’applikazzjoni tal-paragrafu 6.1.1.

1.   Apparat tal-ittestjar

1.1.

Struttura iebsa li tirrappreżenta b’mod suffiċjenti s-sedil maħsub għall-użu fil-vettura titwaħħal permezz ta’ tagħmir tat-twaħħil (boltijiet, viti, eċċ.) provdut mill-manifattur għall-partijiet tal-istruttura sottomessi għat-testijiet.

1.2.

Jekk diversi tipi ta’ sedili li jvarjaw minn xulxin fir-rigward tad-distanza bejn it-trufijiet ta’ quddiem u ta’ wara tas-saqajn tagħhom jistgħu jitwaħħlu fuq l-istess ankraġġ, it-test għandu jitwettaq bl-iqsar post għas-sieq. Dan il-post għas-sieq għandu jiġi deskritt fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

2.   Proċedura tal-ittestjar

2.1.

Forza F għandha tiġi applikata.

2.1.1.

f’għoli ta’ 750 mm ‘il fuq mill-pjan ta’ referenza u fuq il-linja vertikali li tinkludi ċ-ċentru ġeometriku tas-superfiċje mdawra bil-poligonu li jkollu punti ta’ ankraġġ differenti bħala qċaċet jew, jekk applikabbli, l-ankraġġi estremi tas-sedil, ħdejn l-istruttura iebsa kif definit fil-paragrafu 1.1 imsemmi qabel;

2.1.2.

fid-direzzjoni orizzontali u diretta lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura;

2.1.3.

bl-iqsar dewmien li jista’ jkun u għal tul ta’ ħin ta’ mill-inqas 0,2 s.

2.2.

Il-forza F għandha tiġi determinata jew

2.2.1.

permezz ta’ din il-formula: F = (5 000 ± 50) × i

fejn:

F huwa mogħti f’N u i jirrappreżenta n-numru ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda tas-sedil li għalih l-ankraġġi li se jiġu ttestjati għandhom jiġu approvati; jew, jekk mitlub mill-manifattur,

2.2.2.

skont il-piżijiet rappreżentattivi mkejla matul it-testijiet dinamiċi kif deskritti fl-Appendiċi 1 ta’ dan ir-Regolament.


Appendiċi 3

KEJL LI GĦANDU JSIR

1.   Il-kejl meħtieġ kollu għandu jittieħed b’sistemi tal-kejl li jikkorrispondu għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Istandard Internazzjonali ISO 6487:1987 imsemmi “Tekniki tal- kejl f’testijiet tal-impatt: Strumentazzjoni”.

2.   Test dinamiku

2.1.   Kejl li għandu jittieħed fuq il-karru

Il-karatteristiċi tat-tnaqqis fil-veloċità jew l-aċċelerazzjoni tal-karru għandhom jitkejlu, mit-tnaqqis fil-veloċità jew l-aċċelerazzjonijiet imkejla fuq il-qafas riġidu tat-troli, b’sistemi tal- kejl b’CFC ta’ 60.

2.2.   Kejl li għandu jittieħed fuq il-manikini

Il-qari tal-apparat tal-kejl għandu jiġi reġistrat permezz ta’ kanali indipendenti tad-dejta tas-CFC li ġej:

2.2.1.

Kejl fir-ras tal-manikin

L-aċċelerazzjoni trijassjali li tirriżulta li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità (γr) (1) għandha titkejjel b’CFC ta’ 600.

2.2.2.

Kejl fit-toraċi tal-manikin

L-aċċelerazzjoni li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità għandh titkejjel b’CFC ta’ 180.

2.2.3.

Kejl fil-wirk tal-manikin

Il-forza tal-kompressjoni tal-assi għandha titkejjel b’CFC ta’ 600.


(1)  Espressa f’g (= 9,81 m/s2) li l-valur skalari tagħha jiġi kkalkulat skont din il-formula:

Formula

fejn:

γl

=

valur tal-aċċelerazzjoni lonġitudinali istantanja;

γv

=

valur tal-aċċelerazzjoni vertikali istantanja;

γt

=

valur tal-aċċelerazzjoni trażversali istantanja.


Appendiċi 4

DETERMINAZZJONI TAL-KRITERJI TAL-AĊĊETTABBILTÀ

1.   Il-kriterju tal-aċċettibilità tar-ras (HAC)

1.1.

Dan il-kriterju tal-korriment (HAC) jiġi kkalkuat fuq il-bażi tal-aċċelerazzjoni triassjali riżultanti mkejla skont l-appendiċi 3, il-paragrafu 2.2.1 permezz ta’ din l-espressjoni:

Formula

fejn t1 u t2 ikunu kwalunkwe valuri ta’ ħin matul it-test, HAC ikun il-valur massimu għal u l-intervall t1, t2. Il-valuri ta’ t1 u t2 jiġu espressi f’sekondi.

2.   Kriterju tal-aċċettabbiltà tat-toraċi (ThAC)

2.1.

Dan il-kriterju jiġi determinat mill-valur assolut tal-aċċelerazzjoni riżultanti, espress f’g u mkejjel skont l-Appendiċi 3, il-paragrafu 2.2.2, u mill-perjodu tal-aċċelerazzjoni, espress f’ms.

3.   Kriterju tal-aċċettabbiltà tal-wirk (FAC)

Dan il-kriterju jiġi determinat mill-piż tal-kompressjoni espress f’kN, trażmess assjalment fuq kull wirk tal-manikin u mkejjel skont l-appendiċi 3, il-paragrafu 2.2.3, u bid-dewmien tal-piż tal-kompressjoni, espress f’ms.


Appendiċi 5

REKWIŻITI U PROĊEDURA TAT-TEST STATIKU

1.   Rekwiżiti

1.1.   Ir-rekwiżiti għas-sedili ttestjati skont dan l-appendiċi għandhom jiddeterminaw:

1.1.1.

Jekk l-okkupanti tas-sedili jinżammux tajjeb mis-sedili ta’ quddiemhom;

1.1.2.

Jekk l-okkupanti tas-sedili ma jindarbux serjament; u

1.1.3.

Jekk is-sedil u l-armar tas-sedil ikunux b’saħħithom biżżejjed.

1.2.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.1 imsemmi qabel għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa jekk l-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull forza preskritta fil-paragrafu 2.2.1 imkejjel fil-pjan orizzontali u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda rilevanti ma jaqbiżx l-400 mm.

1.3.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.2 imsemmi qabel għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa jekk jintlaħqu dawn il-karatteristiċi:

1.3.1.

L-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull waħda mill-forzi preskritti fil-paragrafu 2.2.1, imkejjel kif deskritt fil-paragrafu 1.2, ma jkunx inqas minn 100 mm;

1.3.2.

L-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull waħda mill-forzi preskritti fil-paragrafu 2.2.2, imkejjel kif deskritt fil-paragrafu1.2; ma jkunx inqas minn 50 mm.

1.3.3.

It-tagħmir kollu li jifforma parti mid-dahar tas-sedil jew l-aċċessorji tiegħu għandhom ikunu tali li ma jkunux jistgħu jikkawżaw xi korriment lill-passiġġier matul l-impatt. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat milħuq jekk kwalunkwe parti li tagħmel kuntatt ma’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm tippreżenta raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 5 mm.

1.3.4.

Jekk kwalunkwe parti mit-tagħmir u l-aċċessorji msemmija qabel tkun magħmula minn materjal ta’ ebusija ta’ inqas minn 50 shore A fuq dahar iebes, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.3.3 imsemmi qabel għandhom japplikaw biss għad-dahar iebes.

1.3.5.

Il-partijiet tad-dahar tas-sedil bħall-apparat tal-aġġustament għas-sedil u l-aċċessorji m’għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.3 jekk fil-pożizzjoni tal-mistrieħ ikunu qegħdin taħt pjan orizzontali 400 mm ‘l fuq mill-pjan ta’ referenza, anke jekk l-okkupant ikun jista’ jidħol f’kuntatt magħhom.

1.4.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3 għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa jekk:

1.4.1.

Ebda parti mis-sedil, l-armar jew l-aċċessorji tas-sedil ma għandha tinqala’ kompletament matul it-test;

1.4.2.

Is-sedil jinżamm sew, anke jekk ankraġġ wieħed jew iktar minn wieħed ikun(u) parzjalment maqlugħ(a), u s-sistemi tal-illokkjar kollha jibqgħu llokkjati matul it-test kollu;

1.4.3.

Wara t-test ebda parti strutturali tas-sedil jew l-aċċessjorji ma jkollha xi xaqq jew truf jew kantunieri li jaqtgħu jew bil-ponta li jkunu jistgħu jikkawżaw korriment.

2.   Testijiet statiċi.

2.1.   Apparat tal-ittestjar

2.1.1.

Dan jikkonsisti f’superfiċji ċilindriċi b’raġġ ta’ kurvatura ekwivalenti għal 82 ± 3 mm u ta’ wisa’:

2.1.1.1.

mill-inqas daqs il-wisa’ tad-dahar tas-sedil f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil li jkun se jiġi ttestjat għall-forma ta’ fuq,

2.1.1.2.

ekwivalenti għal 320 – 0/+ 10 mm għall-forma ta’ isfel kif jidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Appendiċi.

2.1.2.

Is-superfiċje li tistrieħ mal-partijiet tas-sedil għandha tkun magħmula minn materjal li l-ebusija tiegħu ma tkunx inqas minn 80 Shore A.

2.1.3.

Kull superfiċje ċ wieħed kapaċi jkejjel il-forzi applikati fid-direzzjoni definita fil-paragrafu 2.2.1.1.

2.2.   Proċedura tal-ittestjar

2.2.1.

Forza tal-ittestjar hi ekwivalenti għal

Formula

N għandha tiġi applikata permezz ta’ apparat, li jikkonforma mal-paragrafu 2.1. imsemmi qabel, mal-parti ta’ wara tas-sedil li tikkorrispondi għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil.

2.2.1.1.

Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza għandha tkun fil-pjan medjan vertikali tal-pjan tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda kkonċernata; għandha tkun orizzontali u minn wara lejn in-naħa ta’ quddiem tas-sedil.

2.2.1.2.

Din id-direzzjoni għandha tkun fl-għoli H1 li għandu jkun bejn 0,70 m u 0,80 m u ‘l fuq mill-pjan ta’ referenza. L-għoli eżatt għandu jiġi determinat mill-manifattur.

2.2.2.

Forza ta’ ttestjar ekwivalenti għal

Formula

N għandha tiġi applikata simultanjament mal-parti ta’ wara tas-sedil li tikkorrispondi għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil fuq l-istess pjan vertikali u fl-istess direzzjoni fl-għoli H2 li għandu jkun bejn 0,45 u 0,55 m ‘l fuq mill-pjan ta’ referenza, b’apparat li jikkonforma mal-paragrafu 2.1 imsemmi qabel. L-għoli eżatt għandu jiġi determinat mill-manifattur.

2.2.3.

Il-forma tat-test għandha tinżamm kemm jista’ jkun f’kuntatt mal-parti ta’ wara tas-sedil matul l-applikazzjoni tal-forzi speċifikati fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2. imsemmija qabel. Dawn għandhom ikunu jistgħu jimpernjaw fuq pjan orizzontali.

2.2.4.

Meta sedil jikkonsisti f’iktar minn pożizzjoni ta’ bilqiegħda waħda, il-forzi li jikkorrispondu għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda għandhom jiġu applikati simultanjament u għandu jkun hemm forom ta’ fuq u ta’ isfel daqs kemm ikun hemm pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda.

2.2.5.

Il-pożizzjoni inizjali ta’ kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda ta’ kull waħda mill-forom għandha tiġi determinata billi l-apparat tal-ittestjar jiddaħħlu f’kuntatt mas-sedil b’forza ekwivalenti għal mill-inqas 20 N.

2.2.6.

Il-forzi indikati fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 imsemmija qabel għandhom jiġu applikati malajr kemm jista’ jkun u jinżammu flimkien bil-valur speċifikat, tkun xi tkun id-deformazzjoni, għal mill-inqas 0,2 sekondi.

2.2.7.

Jekk it-test ikun twettaq b’forza waħda jew iktar minn waħda iżda mhux bil-forzi kollha ikbar minn dawk speċifikati fil-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 imsemmija qabel u jekk is-sedil ikun konformi mar-rekwiżiti, it-test għandu jiġi kkunsidrat li twettaq.

Figura 1

Apparat tat-test statiku

Image


Appendiċi 6

Karatteristiċi tal-assorbiment tal-enerġija tal-parti ta’ wara tad- dahar tas- sedili

1.

Elementi tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedili li jkunu fiż-żona ta’ referenza, kif definiti fil-paragrafu 2.21 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu verifikati fuq talba tal-manifattur skont ir-rekwiżiti tal-assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Anness 4, tar-Regolament Nru 21. Għal dan il-għan, l-aċċessorji kollha mwaħħla għandhom jiġu ttestjati fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu, minbarra mwejjed li għandhom jiġu kkunsidrati fil-pożizzjoni magħluqa.

2.

Dan it-test għandu jissemma fil-formola tal-komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil li jikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Għandha tinhemeż llustrazzjoni li turi ż-żona tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil, verifikata mit-test tal-ħela tal-enerġija.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TA' MARKI TAL-APPROVAZZJONI

1.   Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni għal sedil

Image

2.   Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura

Image


ANNESS 4

Proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi awtomottivi

1.   SKOP

Il-proċedura deskritta f’dan l-Anness tintuża biex tistabilixxi l-pożizzjoni tal-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għal pożizzjoni waħda jew iktar minn waħda ta’ bilqiegħda f’vettura awtomotiva u biex tiġi verifikata r-relazzjoni tad-dejta mkejla mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura. (1)

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta’ dan l-Anness:

2.1.

“Dejta ta’ referenza” tfisser waħda jew diversi minn dawn il-karatteristiċi ta’ pożizzjoni bilqiegħda:

2.1.1.

il- punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom;

2.1.2.

l-angolu attwali tat-torso u l-angolu tat-torso tad-disinn u r-relazzjoni tagħhom;

2.2.

“Magna tal-punt ‘H’ tridimensjonali” (magna 3 DH) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u l-angoli attwali tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

2.3.

“ Punt ‘H’ ” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u l-koxxa tal-magna 3 DH installata fis-sedil tal-vettura skont il-paragrafu 4 taħt. Il-punt “H” qiegħed fiċ-ċentru tal-linja tan-nofs tal-apparat li qiegħed bejn il-buttuni tal-punt tal-vista “H” fuq iż-żewġ naħat tal-magna 3 DH. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament mal-punt “R” (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. taħt). Ladarba determinat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” jiġi kkunsidrat fiss b’rabta mal-istruttura tal-kuxxin tas-sedil u li jiċċaqlaq miegħu meta s-sedil jiġi aġġustat;

2.4.

“Punt ‘R’ ” jew “punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda” tifsser punt ta’ disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

2.5.

“Linja tat-torso” tfisser il-linja tan-nofs tas-sonda tal-magna 3 DH bis-sonda kompletament tħares lura;

2.6.

“Angolu attwali tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “H” u l-linja tat-torso billi jintuża l-kwadrant tal-angolu ta’ wara fuq il-magna 3 DH. L-angolu attwali tat-torso jikkorrispondi teoretikament mal-angolu tat-torso tad-disinn (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2. hawn taħt);

2.7.

“Angolu tat-torso tad-disinn” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sedil stabbilita mill-manifattur tal-vettura;

2.8.

“Pjan ċentrali tal-okkupant” (C/LO) tfisser il-pjan medjan tal-magna 3 DH impoġġi f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda stabbilita; dan huwa rappreżentat mill-koordinat tal-punt “H” fuq l-assi “Y”. Għal sedili individwali, il-pjan ċentrali tas-sedil jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għal sedili oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant jiġi speċifikat mill-manifattur;

2.9.

“Sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser sistema kif deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness;

2.10.

“Marki fiduċjali” huma punti fiżiċi (toqob, superfiċji, marki jew għafsiet) fuq il-korp tal-vettura kif definit mill-manifattur;

2.11.

“Pożizzjoni tal-kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif definita mill-koordinati tal-marki fiduċjali fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali.

3.   REKWIŻITI

3.1.   Preżentazzjoni ta’ dejta

Għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda fejn tkun meħtieġa dejta ta’ referenza biex turi konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, din id-dejta kollha jew selezzjoni adattata minnha għandha tiġi ppreżentata fil-formola indikata fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” relatati mas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

3.1.2.

l-angolu tat-torso tad-disinn;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi aġġustat is-sedil (jekk ikun aġġustabbli) mal-pożizzjoni tal-kejl stabbilita fil-paragrafu 4.3 taħt;

3.2.   Relazzjoni bejn dejta mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.   Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu attwali tat-torso miksub bil-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 taħt għandhom jitqabblu, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur tal-angolu tat-torso tad-disinn indikat mill-manifattur tal-vettura;

3.2.2.   Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u l-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso tad-disinn u l-angolu attwali tat-torso għandhom jiġu kkunsidrati sodisfaċenti għall-pożizzjoni bilqiegħda in kwistjoni jekk il-punt “H”, kif definit mill-koordinati tiegħu, ikun f’kwadru ta’ tul ta’ 50 mm bi ġnub vertikali u orizzontali li d-djagonali tagħhom jiltaqgħu fil-punt “R”, u jekk l-angolu attwali tat-torso jkun f’5 ° tal-angolu tat-torso tad-disinn;

3.2.3.   Jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, il-punt “R” u l-angolu tat-torso tad-disinn, għandhom jintużaw biex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

3.2.4.   Jekk il-punt “H” jew l-angolu attwali tat-torso ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 imsemmi qabel, il-punt “H” u l-angolu attwali tat-torso għandhom jiġu determinati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3. imsemmi qabel;

3.2.5.   Jekk ir-riżultati ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4. imsemmi qabel ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2. imsemmi qabel, jew jekk il-verifika ma tkunx tista isseħħ għax il-manifattur tal-vettura ma jkunx ipprovda informazzjoni rigward il-pożizzjoni tal-punt “R” jew rigward l-angolu tad-disinn tat-torso, iċ-ċentru tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla għandu jintuża u jiġi kkunsidrat applikabbli fil-każijiet kollha fejn il-punt “R” jew l-angolu tat-torso tad-disinn jissemma f’dan ir-Regolament.

4.   PROĊEDURA TAL-PUNT “H” U DETERMINAZZJONI TAL-ANGOLU ATTWALI TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tiġi kondizzjonata minn qabel skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10°C sabiex jiġi żgurat li l-materjal tas-sedil jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sedil li jkollu jiġi verifikat ikun għadu ma poġġa ħadd fuqu, persuna jew apparat ta’ 70 sa 80 kg għandha tpoġġi fuq is-sedil darbtejn għal minuta sabiex tilwi l-kuxxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, it-tagħmir kollu tas-sedili għandu jibqa’ mingħajr tagħbija għal perjodu minimu ta’ 30/min. qabel l-installazzjoni tal-magna 3 DH;

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni tal-kejl definita fil-paragrafu 2.11. imsemmi qabel;

4.3.   Is-sedil, jekk ikun aġġustabbli, għandu jiġi aġġustat l-ewwel fil-pożizzjoni normali l-aktar lura tas-sewqan jew l-irkib, kif indikat mill-manifattur tal-vettura, filwaqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sedil, bl-esklużjoni ta’ vjaġġar bis-sedil użat għal skopijiet oħra minbarra pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew l-irkib. Meta jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sedil (vertikali, angolari, dahar tas-sedil, eċċ.) dawn għandhom allura jiġu aġġustati fil-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sedili bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikalli għandha tiġi ffissata b’mod riġidu b’mod korrispondenti ma’ pożizzjoni normali tas-sewqan kif speċifikata mill-manifattur;

4.4.   Iż-żona tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda li tintmiss mill-magna 3 DH għandha tkun koperta minn musulina tal-qoton, ta’ daqs suffiċjenti u nisġa adattata, deskritta bħala drapp tal-qoton sempliċi li għandha 18.9 ħajt għal kull/cm2 u li tiżen 0.228 kg/m2 jew drapp innittjat jew mhux minsuġ li jkollu karatteristiċi ekwivalenti;

Jekk it-test jitwettaq fuq sedil ‘il barra mill-vettura, l-art li fuqha jitqiegħed is-sedil għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha s-sedil huwa maħsub li jintuża;

4.5.   Qiegħed is-sedil u t-tagħmir tad-dahar tal-magna 3 DH sabiex il-pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO) jikkoinċida mal-pjan ċentrali tal-magna 3 DH. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3 DH tista’ titressaq ‘il ġewwa mis-C/LO jekk il-magna 3 DH qegħda tant ‘il barra li t-tarf tas-sedil ma jippermettix livellar tal-magna 3 DH;

4.6.   Waħħal it-tagħmir tas-sieq u tal-parti t’isfel tar-riġel mat-tagħmir tal-bażi tas-sedil, jew individwalment jew billi tuża t-T-bar u t-tagħmir tal-parti t’isfel tar-riġel. Linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tkun parallela mal-art u perpendikolari mal-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil;

4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġlejn tal-magna 3 DH kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda speċifikata: xufier u passiġġier ta’ quddiem fuq barra

4.7.1.1.

Iż-żewġ tagħmir tas-saqajn u r-riġlejn għandhom jitressqu ′l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu pożizzjonijiet naturali fuq l-art, bejn il-pedali operattivi jekk meħtieġ. Fejn possibbli s-sieq tax-xellug għandha tkun bejn wieħed u ieħor fl-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3 DH kif is-sieq tal-lemin qiegħdha fuq il-lemin. L-invell użat biex jivverifika l-orjentazzjoni trażversali tal-magna 3 DH jinġieb f’pożizzjoni orizzontali permezz ta’ aġġustament mill-ġdid tal-bażi tas-sedil, jew billi jiġi aġġustat it-tagħmir tas-saqajn u tar-riġlejn lejn wara. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-visa tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikolati għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sedil;

4.7.1.2.

Jekk ir-riġel tax-xellug ma jistax jinżamm parallel mar-riġel tal-lemin u s-sieq tax-xellug ma tistax tiġi appoġġjata mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq tax-xellug sakemm din tkun appoġġjata. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jinżamm;

4.7.2.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda speċifikati: fuq in-naħa ta’ wara 'l barra

Għal sedili ta’ wara jew sedili awżiljari, ir-riġlejn jitqiegħdu kif speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet tal-art li jkunu fuq livelli differenti, is-sieq li tmiss l-ewwel mas-sedil ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tiġi rranġata b’tali mod li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trażversali tas-sedil tal-apparat jindika l-orizzontali;

4.7.3.   Pożizzjonijiet oħra ta’ bilqiegħda speċifikati:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 imsemmi qabel għandha tiġi segwita minbarra li s-saqajn għandhom jitqegħdu kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika l-piżijiet tar-riġel ta’ isfel u l-koxxa u llivella l-magna 3 DH;

4.9.   Mejjel il-bażi tad-dahar ′il quddiem kontra t-tagħmir li jwaqqaf il-moviment ′il quddiem u iġbed il-magna 3 DH 'l bogħod mid-dahar tas-sedil billi tuża t-T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3 DH fuq is-sedil permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi:

4.9.1.

Jekk il-magna 3 DH ikollha tendenza li tiżżerżaq lura, uża din il-proċedura. Ħalli l-magna 3 DH tiżżerżaq lura sakemm ma tibqax meħtieġa fuq it-T-bar tagħbija orizzontali li trażżan /jiġifieri sakemm il-bażi tas-sedil tmiss mad-dahar tas-sedil. Jekk ikun meħtieġ, ibdel il-pożizzjoni tar-riġel ta’ isfel;

4.9.2.

Jekk il-magna 3 DH ma jkollhiex tendenza li tiżżerżaq lura, uża din il-proċedura. Żerżaq il-magna 3 DH lura billi tapplika tagħbija orizzontali lejn wara mat-T-bar sakemm il-bażi tas-sedil imiss mad-dahar tas-sedil (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness);

4.10.   Applika piż ta’100 ± 10 N mat-tagħmir tad-dahar u l-bażi tal-magna 3 DH fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenb u l-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tinżamm ma’ linja li tgħaddi ħdejn l-intersezzjoni msemmija qabel sa punt ftit ‘il fuq mill-kisi tal-virga tal-koxxa (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad b’attenzjoni erġa’ qiegħed il-bażi tad-dahar mad-dahar tas-sedil. Il-bqija tal-proċedura għandha ssir b’attenzjoni sabiex il-magna 3/DH ma tiżżerżaqx ′il quddiem;

4.11.   Installa l-piżijiet tan-natki tal-lemin u tax-xellug u mbagħad, waħda waħda, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3 DH;

4.12.   Mejjel il-bażi tad-dahar ′il quddiem sabiex tneħħi t-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sedil. Bandal il-magna 3 DH minn naħa għall-oħra ġo arka ta’ 10° (5° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli kompluti sabiex tneħħi kwalunkwe frizzjoni akkumulata bejn il-magna 3 DH u s-sedil;

Matul l-azzjoni tat-tbandil, it-T-bar tal-magna 3 DH jista’ jkollha tendenza li tvarja mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għandu għalhekk jitrażżan billi tiġi applikata tagħbija laterali adattata matul il-movimenti tat- tbandil. Għandha tingħata attenzjoni wkoll meta tinżamm it-T-bar u titbandal il-magna 3 DH sabiex jiġi żgurat li ebda tagħbija esterna ma tiġi applikata bi żball f’direzzjoni vertikali jew lura u ′l quddiem;

Is-saqajn tal-magna 3 DH m’għandhomx jitrażżnu jew jinżammu matul dan l-istadju. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni, għandhom jitħallew joqogħdu f’dik il-pożizzjoni għall-mument.

B’attenzjoni erġa’ ressaq il-bażi tas-sedil mad-dahar tas-sedil u vverifika li ż-żewġ invelli jkunu fil-pożizzjoni żero. Jekk seħħ kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni tat-tbandil tal-magna 3 DH, dawn għandhom jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

Darba waħda u darba l-oħra, erfa’ kull sieq minn mal-art fl-ammont minimu meħtieġ sakemm ma jinkiseb l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u ebda tagħbijiet ′il quddiem jew laterali ma għandhom jiġu applikati. Meta kull sieq terġa’ titqiegħed f’pożizzjoni 'l isfel, l-għarqub għandu jkun imiss mal-istruttura ddisinjata għal dan;

Ivverifika li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk meħtieġ, applika tagħbija laterali fuq il-parti ta’ fuq tal-bażi tad-dahar, biżżejjed biex tillivella l-bażi tas-sedil tal-magna 3 DH fuq is-sedil;

4.13.   Filwaqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix il-magna 3 DH tiżżerżaq ′il quddiem fuq il-kuxxin tas-sedil, kompli kif ġej:

(a)

erġa’ qiegħed il-bażi ta’ wara mad-dahar tas-sedil;

(b)

darba iva u oħra le, waħħal u neħħi tagħbija orizzontali fuq wara, li ma taqbiżx 25 N, mal-ħadida tal-angolu ta’ wara f’għoli bejn wieħed u ieħor fin-nofs tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenb jindika li tkun intlaħqet pożizzjoni stabbli wara t-tneħħija tal-piż. Għandha tittieħed attenzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jitwaħħlu l-ebda tagħbijiet fuq barra 'l isfel jew laterali mal-magna 3 D H. Jekk ikun meħtieġ aġġustament ieħor fil-livell tal-magna 3 D H, dawwar il-bażi ta’ wara 'l quddiem, erġa’ llivellaha, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12;

4.14.   Ħu l-kejl kollu:

4.14.1.

Il-koordinati tal-punt “H” jitkejlu fir-rigward tas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

4.14.2.

L-angolu attwali tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu ta’ wara tal-magna 3 DH bis-sonda fl-aktar pożizzjoni lura tagħha;

4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3 D H, it-tagħmir tas-sedil għandu jibqa’ bla tagħbija għal perjodu minimu ta’ 30 min. qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3 D H ma għandhiex titħalla mgħobbija fuq it-tagħmir tas-sedil għal aktar ħin minn dak meħtieġ sabiex isir it-test;

4.16.   Jekk is-sedili fl-istess filliera jistgħu jitqiesu simili (sedil f’bank, sedili identiċi, eċċ.) punt “H” wieħed biss u “angolu tat-torso attwali” wieħed għandhoim jiġu determinati għal kull ringiela ta’ sedili, bil-magna 3 D H deskritta f’Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness titqiegħed f’post meqjus bħala rappreżentattiv tar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sedil tax-xufier;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew ringieli ta’ wara, sedil fuq barra.


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ bilqiegħda minbarra s-sedili ta’ quddiem meta l-punt “H” ma jkunx jista’ jiġi determinat permezz tal-użu tal-“Magna tal-punt ‘H’ tridimensjonali” jew proċeduri, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jiġi kkunsidrat bħala referenza skont id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.

(2)  Angolu tal-qlib, differenza fl-għoli bl-immuntar tas-sedil, tessut tas-superfiċje, eċċ.

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-magna tal-punt “H” TRIDIMENSJONALI  (*)

(Magna 3 DH)

1.   Bażijiet tad-dahar u tas-sedil

Il-bażijiet tad-dahar u tas-sedil huma mibnija minn plastik imsaħħaħ u metal; huma jissimulaw it-torso u l-koxxa tal-bniedem u huma mekkanikament impernjati fil-punt “H”. Kwadrant jitwaħħal mas-sonda mpernjata fil-punt “H” sabiex tkejjel l-angolu attwali tat-torso. Virga tal-ġenb li tista’ tiġi aġġustata, imwaħħla mal-bażi tas-sedil, tistabbilixxi l-linja tan-nofs tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenb.

2.   Elementi tal-ġisem u tar-riġel

Is-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel ikunu mwaħħla mat-tagħmir tal-bażi tas-sedil fit-T-bar li ġġonġi l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-virga tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata. Kwadranti jiġu inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel sabiex jitkejlu l-angoli tal-irkopptejn. Tagħmir taż-żarbun u tas-saqajn jiġu kkalibrati sabiex ikejlu l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw it-tagħmir fl-ispazju. Piżijiet ta’ elementi tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni tas-sedil ekwivalenti għal raġel li jiżen 76 kg. Il-ġonot kollha tal-magna 3-D H għandhom jiġu verifikati għall-moviment ħieles mingħajr ma jiltaqgħu ma’ frizzjoni evidenti.

Figura 1

Speċifikazzjoni tal-elementi tal-magna 3 DH

Image

Figura 2

Dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3 DH u distribuzzjoni tat-tagħbija

Image


(*)  Għal dettalji dwar il-kostruzzjoni tal-magna 3 DH ikkuntattja lis-Society of Automotive Engineers (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549-1980.

Appendiċi 2

SISTEMA TA’ REFERENZA TRIDIMENSJONALI

1.

Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali tiġi definita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura) (*).

2.

Il-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura tiġi stabbilita billi l-vettura titqiegħed fuq is-superfiċje tas-sostenn b’mod li l-koordinati tal-marki fiduċjali jikkorrispondu mal-valuri indikati mill-manifattur.

3.

Il-koordinati tal-punt “R” u l-punt “H” jiġu stabbiliti b’rabta tal-marki fiduċjali definiti mill-manifattur tal-vettura.

Figura

Sistema ta’ referenza tridimensjonali

Image


(*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130, 1978.

Appendiċi 3

DEJTA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET TA’ BILQIEGĦDA

1.   Kodifikazzjoni tad-dejta ta’ referenza

Id-dejta ta’ riferenza titniżżel b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda. Pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda jiġu identifikati b’kodiċi b’żewġ ċifri. L-ewwel ċifra hija numru Għarbi li jindika r-ringiela tas-sedili, meta dawn jingħaddu minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni ċifra hija ittra kbira li tindika l-post tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda f’ringiela, kif tidher fid-direzzjoni tas-sewqan ‘il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw dawn l-ittri:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   Deskrizzjoni tal-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura

2.1.   Koordinati tal-marki fiduċjali

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.   Lista ta’ dejta ta’ referenza

3.1.   Pożizzjoni ta’ bilqiegħda: …

3.1.1.   Koordinati tal-punt “R”

 

X …

 

Y …

 

Z …

3.1.2.   Angolu tat-torso tad-disinn: …

3.1.3.   Speċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sedil (*)

 

orizzontali: …

 

vertikali: …

 

angolari: …

 

angolu tat-torso: …

Nota: Lista ta’ dejta ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda skont 3.2, 3.3, eċċ.


(*)  Ingassa dak li ma japplikax.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/46


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 87 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għal binhar għal vetturi bil-mutur

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 14 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ottubru 2009

Korrezzjoni 1 tar-Reviżjoni 2 — Data tad-dħul fis-seħħ: il-11 ta' Novembru 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Marki

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Intensità tad-dawl

8.

Wiċċ apparenti

9.

Kulur tad-dawl

10.

Proċedura tat-test

11.

Test tar-reżistenza għas-sħana

12.

Modifikazzjonijiet ta’ tip ta’ fanal għal binhar u estensjoni tal-approvazzjoni

13.

Konformità tal-produzzjoni

15.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

14.

Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

16.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta' tip ta' fanal għal binhar, skont ir-Regolament Nru 87

Anness 2 —

Eżempju ta’ kif tidher il-marka tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Kejl fotometriku

Anness 4 —

Rekwiżiti minimi għall-konformità ta’ proċeduri ta' kontroll tal-produzzjoni

Anness 5 —

Rekwiżiti minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur

Anness 6 —

Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal fanali għal binhar għal vetturi ta’ kategorija L, M, N u T (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Fanal għal binhar” tfisser fanal li jħares f'direzzjoni 'l quddiem li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli b'mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar;

2.2.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament;

2.3.

“Fanali għal binhar ta” tipi differenti’ tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem jew il-marka kummerċjali;

(b)

il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-bozza tal-filament, apparat tas-sors tad-dawl, eċċ.);

Tibdil fil-kulur tal-bozza tal-filament jew il-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwix bidla tat-tip.

2.4.

Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal bozza(bozoz) tal-filament (étalon) standard u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat.

Fuq għażla tal-applikant, din tispeċifika li l-apparat jista’ jitwaħħal mal-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-uċuħ ta’ referenza tal-vettura u tal-art jew idur mal-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti ta’ installazzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-formola ta’ komunikazzjoni.

3.2.   Għal kull tip ta' fanal għal binhar, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

3.2.1.

disinji (fi tliet kopji) li fihom biżżejjed dettall li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-fanal għal binhar u li juru b'mod ġeometriku l-pożizzjoni(jiet) li fiha(fihom) il-fanal għal binhar jista’ jkun immuntat fuq il-vettura, l-assi ta' osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija; u l-wiċċ li jdawwal,

3.2.2.

deskrizzjoni teknika qasira li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritta(i); din il-kategorija ta’ bozza tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

3.2.3.

żewġ fanali.

4.   MARKI

Fanali għal binhar ippreżentati għall-approvazzjoni għandhom,

4.1.   juru fuq il-lenti l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx,

4.2.   bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu, juru marka li tista’ tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, fejn tindika:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritta(i); u/jew

(b)

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

4.3.   fil-każ ta’ fanali b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl u/jew b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jitbiddlu u/jew modulu(i) tas-sors tad-dawl, juru l-marka tal-vultaġġ nominali jew il-medda ta’ vultaġġ u potenza massima nominali.

4.4.   jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 5.2 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.1 hawn fuq.

4.5.   Fil-każ ta' fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu(jkollhom):

4.5.1.

l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx;

4.5.2.

il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx. Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi fil-bidu l-ittri “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.2.1.1 hawn taħt u, fil-każ li jintużaw diversi moduli ta’ sors tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew sinjali addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.1 hawn fuq.

Il-marka ta’ approvazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik fuq il-fanal li fih jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

4.5.3.

il-marka tal-vultaġġ nominali u l-potenza nominali.

4.6.   Il-fanali li jaħdmu b’vultaġġi li mhumiex il-vultaġġi nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, bl-applikazzjoni ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li ma jkunx parti mill-fanal, għandhom juru wkoll marka li tindika vultaġġ nominali sekondarju tad-disinn.

4.7.   It-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li jkun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-qafas tal-fanal, għandu juri l-isem tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.   Ġenerali

5.1.1.   Jekk iż-żewġ fanali ppreżentati skont il-paragrafu 3.2.3 hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

5.1.2.   Fejn il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti annessi mal-Ftehim tal-1958, tista’ tkun applikata marka ta’ approvazzjoni internazzjonali waħda, sakemm dawn il-fanali ma jkunux raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma' fanal jew fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn ir-Regolamenti.

5.1.3.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti dan in-numru lil tip ieħor ta’ fanal kopert minn dan ir-Regolament.

5.1.4.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew it-twaqqif għal kollox tal-produzzjoni ta’ tip ta’ fanal skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.1.5.   Kull fanal li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu juri, fl-ispazju msemmi fil-paragrafi 4.4 hawn fuq, marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 5.2 u 5.3 hawn taħt.

5.1.6.   Il-marka u s-simboli msemmija fil-paragrafu 5.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal ikun immuntat fuq il-vettura.

5.2.   Il-kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti minn:

5.2.1.

marka ta’ approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

5.2.1.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2),

5.2.1.2.

numru tal-approvazzjoni,

5.2.2.

is-simbolu addizzjonali “RL”.

5.2.3.

Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi fis-seħħ fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni, jistgħu jkunu mmarkati qrib is-simboli addizzjonali ta’ hawn fuq.

5.3.   Arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni

5.3.1.   Fanali indipendenti

L-Anness 2, Figura 1, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni bis-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

5.3.2.   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

5.3.2.1.   Fejn il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

5.3.2.1.1.

din tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom.

5.3.2.1.2.

l-ebda parti mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li tittrażmetti d-dawl ma tista’ titneħħa mingħajr ma, fl-istess waqt, titneħħa l-marka tal-approvazzjoni.

5.3.2.2.   Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti għar-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni, u jekk ikun meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, għandhom ikunu mmarkati kif ġej:

5.3.2.2.1.

jew fuq il-wiċċ li jdawwal adattat,

5.3.2.2.2.

jew fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jista’ jkun identifikat b’mod ċar.

5.3.2.3.   Id-daqs tal-komponenti ta’ marka ta’ approvazzjoni waħda ma’ għandux ikun inqas mid-daqs minimu għall-iċken fost il-marki individwali meħtieġ mir-Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni.

5.3.2.4.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax talloka l-istess numru lil tip ieħor ta' fanali raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati li jkunu koperti minn dan ir-Regolament.

5.3.2.5.   L-Anness 2, Figura 2, għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni għall-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija aktar ’il fuq.

5.3.3.   Fanali inkorporati reċiprokament ma’ fanali oħra, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħra ta’ apparat

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.3.2. hawn fuq huma applikabbli.

5.3.3.1.   Barra minn hekk, fejn tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha fuqha marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti prinċipali tal-apparat, anki jekk ma tistax tiġi sseparata mil-lenti, tinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 4.4 hawn fuq u jkollha l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet reali.

Jekk tipi differenti ta’ apparat jinkludu l-istess parti prinċipali, din tal-aħħar jista’ jkollha marki tal-approvazzjoni differenti.

5.3.3.2.   L-Anness 2, Figura 3, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ ta’ hawn fuq.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.   Kull fanal għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt.

6.2.   Il-fanali għal binhar għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b'mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

6.3.   Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi ċċekkjat li:

6.3.1.

Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

(a)

li kull modulu tas-sors tad-dawl jista' jeħel biss fil-post maħsub għalih u korrett u jista' jitneħħa biss permezz tal-għodda;

(b)

Jekk ikun hemm aktar minn modulu tas-sors tad-dawl wieħed fil-qafas għall-modulu, il-moduli tas-sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jitbiddlu fl-istess qafas tal-fanal.

6.3.2.

Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li ma jistax jiġi mittiefes.

6.4.   Modulu tas-sors tad-dawl

6.4.1.   Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li anki fid-dlam, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl ma jista’(jistgħu) jkun(jkunu) fl-ebda pożizzjoni oħra ħlief dik korretta.

6.4.2.   Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li ma jistax jiġi mittiefes.

6.5.   Fil-każ ta’ bozza(bozoz) tal-filament li tista’(jistgħu) titbiddel(jitbiddlu):

6.5.1.

Kull kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru 37 jistgħu jintużaw, sakemm ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u fis-serje ta’ emendi tiegħu, fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

6.5.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni oħra ħlief dik korretta.

6.5.3.

L-apparat li jżomm il-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja bid-dejta dwar l-apparat rilevanti għall-kategorija ta’ bozza tal-filament użata.

7.   INTENSITÀ TAD-DAWL

7.1.   L-intensità luminuża tad-dawl mitfugħ minn kull fanal ma għandhiex tkun inqas minn 400 cd fl-assi ta’ referenza.

7.2.   Barra mill-assi ta’ referenza u fil-meded tal-angoli definiti fid-dijagramma ta’ arranġament fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull fanal għandha tkun:

7.2.1.

F’kull direzzjoni li tikkorrispondi mal-punti fit-tabella tad-distribuzzjoni standard tad-dawl riprodotta fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, ma tkunx anqas mill-minimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 hawn fuq, immultiplikat bil-perċentwali speċifikat fit-tabella msemmija tad-direzzjoni kkonċernata, kif ukoll

7.2.2.

ma taqbiżx 1 200 cd fi kwalunkwe direzzjoni li fiha jkun viżibbli l-fanal.

7.3.   Barra minn hekk, tul il-medda kollha definita fid-dijagramma fl-Anness 6, l-intensità tad-dawl mitfugħ ma tistax tkun inqas minn 1,0 cd.

7.4.   Fil-każ li fanal ikun fih aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta jkun hemm avarija f'xi sors ta’ dawl minnhom u meta s-sorsi kollha ta’ dawl jinxtegħlu, l-intensità massima ma għandhiex tinqabeż.

Grupp ta’ sorsi tad-dawl, b'ċirkwit apposta biex jekk xi wieħed minnhom jaħdem ħażin iwaqqaf lill-oħrajn kollha milli jitfgħu d-dawl, għandu jitqies li hu sors wieħed ta’ dawl.

8.   WIĊĊ APPARENTI

Il-parti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ma għandhiex tkun inqas minn 25 cm2 u mhux aktar minn 200 cm2.

9.   KULUR TAD-DAWL

Il-kulur tad-dawl għandu jkun abjad. Dan għandu jitkejjel fil-kundizzjonijiet kif preskritti fil-paragrafu 10 hawn taħt.

10.   PROĊEDURA TAT-TEST

10.1.   Il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir b’bozza tal-filament standard u bla kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, u l-vultaġġ tal-provvista jkun irregolat b'tali mod li jipproduċi l-fluss luminuż ta' referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta' bozza, meta ma jkunx fornut b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl.

10.2.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li jkun parti mill-fanal (3), il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir billi jiġi applikat fit-terminali ta’ dħul tal-fanal, vultaġġ ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

10.3.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal. Il-laboratorju tat-test għandu jirrikjedi mill-manifattur it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli. Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.4.   Għal kull fanal għajr dawk mgħammra b’bozoz tal-filament, l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma' kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

10.5.   Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.

11.   TEST TAR-REŻISTENZA GĦAS-SĦANA

11.1.   Il-fanal għandu jkun suġġett għal test ta’ tħaddim kontinwu ta’ siegħa wara perjodu ta’ tisħin ta’ 20 minuta. It-temperatura ambjentali għandha tkun 23 °C ± 5°. Il-bozza tal-filament użata għandha tkun bozza tal-filament tal-kategorija speċifikata għall-fanal, u għandha tiġi fornuta b'kurrent ta' vultaġġ li jkun tali li jagħti l-qawwa medja speċifikata fil-vultaġġ tat-test korrispondenti. Iżda, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament u oħrajn), it-test għandu jsir bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 10.2 ta’ dan ir-Regolament.

11.2.   Fejn il-qawwa massima biss tkun speċifikata, it-test għandu jitwettaq billi jirregola l-vultaġġ biex tinkiseb qawwa daqs 90 fil-mija tal-qawwa speċifikata. Il-qawwa medja jew massima speċifikata, imsemmija hawn fuq, għandha fil-każijiet kollha tingħażel mill-medda ta' vultaġġi ta’ 6, 12 jew 24 V li fiha tilħaq l-ogħla valur; għal fanali mgħammra b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament u oħrajn) għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tat-test stabbiliti fil-paragrafu 10.2 ta’ dan ir-Regolament.

11.3.   Wara li l-fanal ikun stabbilizzat għat-temperatura tal-ambjent, l-ebda tagħwiġ, deformazzjoni, qsim jew bdil tal-kulur ma għandu jidher. F’każ ta' dubju għandha titkejjel l-intensità tad-dawl skont il-paragrafu 7 hawn fuq. B’dak il-kejl il-valuri għandhom jilħqu mill-inqas 90 fil-mija tal-valuri miksuba qabel it-test tar-reżistenza għas-sħana fuq l-istess apparat.

12.   MODIFIKAZZJONIJIET TA’ TIP TA’ FANAL GĦAL BINHAR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

12.1.   Kull modifika tat-tip ta’ fanal għandha tkun innotifikata lid-Dipartimenti Amministrattivi li approvaw it-tip ta’ fanal. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

12.1.1.

Iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li xorta waħda l-fanal għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

12.1.2.

Jitlob rapport ta’ test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

12.2.   Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.1.4 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

12.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

13.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

13.1.

Il-fanali approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6, 7, 8 u 9 hawn fuq.

13.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

13.3.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur, kif stabbiliti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

13.4.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull stabbiliment ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

14.   SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

14.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal għal binhar skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk fanal għal binhar li jkollu fuqu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

14.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

15.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tip ta' fanal għal binhar approvat skont dan ir-Regolament, għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

16.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend. 2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojta) u 58 għat-Tuniżija. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(3)  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda fornut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJU TA’ KIF TIDHER IL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

Figura 1

Image

Eżempji ta’ marki possibbli għal fanali raggruppati mqiegħda fuq quddiem tal-vettura

Figura 2

Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-apparat tad-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.

Image

Fanal inkorporat reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem

Figura 3

Image

Il-parti prinċipali tal-fanal ta' quddiem għandu jkollha l-uniku numru validu tal-approvazzjoni, pereżempju:

Image


ANNESS 3

KEJL FOTOMETRIKU

1.   Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa.

2.   F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

2.1.

id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun tgħodd il-liġi tal-invers tal-kwadru tad-distanza:

2.2.

it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-angolu li jiġi quddiem ir-riċevitur miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl ikun bejn 10′ u 1°:

2.3.

il-ħtieġa ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandha tiġi sodisfatta jekk l-intensità meħtieġa tinkiseb f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

3.   Fil-każ fejn il-fanal għal binhar jista’ jiġi installat fuq il-vettura f'aktar minn pożizzjoni waħda jew f'medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.

4.   Kejl fotometriku tal-fanali

Ir-rendiment fotometriku għandha tiġi ċċekkjata:

4.1.

Għal sorsi ta' dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn):

bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 10 ta’ dan ir-Regolament.

4.2.

Għal bozoz tal-filament li jistgħu jitbiddlu:

meta mgħammra b’bozoz tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull bozza tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju. B’mod alternattiv, bozza tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f'kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, operata bil-fluss ta’ referenza tagħha u bil-kejl individwali f'kull pożizzjoni magħdud flimkien.

4.3.

Għal kull fanal għal binhar għajr dawk mgħammra b’bozza(bozoz) tal-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ użu, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma' kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

5.   Tabella tad-distribuzzjoni standard tad-dawl

Image

5.1.

Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura, dan huwa orizzontali, parallel mal-wiċċ lonġitudinali medjan tal-vettura u orjentat fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibilità). Huwa jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri li jidhru fit-tabella jagħtu, fil-każ tad-direzzjonijiet varji ta’ kejl, l-intensitajiet minimi bħala perċentwali tal-minimu meħtieġ fl-assi għal kull fanal (fid-direzzjoni H = 0° u V = 0°).

5.2.

Fi ħdan il-medda ta’ distribuzzjoni ta’ dawl tal-paragrafu 3 hawn fuq, li tidher b’mod skematiku bħala grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri fis-sens li l-intensità tad-dawl f'kull direzzjoni ta’ parti mill-medda ffurmata mil-linji tal-grilja tilħaq tal-anqas il-valur minimu l-aktar baxx li jidher fuq il-linji tal-grilja bħala perċentwali, madwar id-direzzjoni kkonċernata.

Figura 4

Moduli ta' sors ta' dawl

MD E3 17325

Il-modulu ta’ sors ta' dawl li jkollu l-kodiċi ta' identifikazzjoni li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma' fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru ta’ approvazzjoni 17325.


ANNESS 4

Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-produzzjoni proċeduri tal-kontroll

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura fi ħdan ir-rekwiziti ta' dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward tar-rendiment fotometriku, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġi ttestjat ir-rendiment fotometriku ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

1.2.1.

l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jitbiddel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ bozza oħra tal-filament standard.

1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ fanal id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq tal-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Jekk xi teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur irid jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura l-konformità tal-prodott ikkonċernat.

2.1.   Natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet ġeneralment għandhom jitwettqu skont il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jipprova li l-metodi li juża jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1. u 2.2.2. teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn Awtorità Kompetenti.

2.2.4.

F’kull każ, il-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-għan ta’ teħid ta’ kampjuni u verifika amministrattivi.

2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

Il-kampjuni tal-fanali għandhom jintgħażlu b’mod każwali mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ fanali tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni ġeneralment għandha tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta' kwalità u l-istess ġestjoni ta’ kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati

Il-fanal li tiegħu jittieħed il-kampjun għandu jkun suġġett għal kejl fotometriku għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 3 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

2.5.   Il-kriterji ta' x'inhu aċċettabbli

Il-manifattur huwa responsabbli mit-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex ikunu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 13.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 5 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


ANNESS 5

REKWIŻITI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk dawn jeżistu, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura.

1.2.   Fir-rigward tar-rendiment fotometriku, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġi ttestjat ir-rendiment fotometriku ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jitbiddlux (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

1.2.1.

l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jitbiddel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ bozza oħra tal-filament standard.

1.2.3.

Fanali b’difetti evidenti jitwarrbu.

1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni jintgħażlu erba’ fanali b’mod każwali. L-ewwel kampjun ta' tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

2.1.1.

Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli jkunu:

2.1.1.1.

kampjun A

A1:

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

A2:

żewġ fanali aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun B

 

2.1.1.2.

kampjun B

B1:

żewġ fanali

0 fil-mija

2.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu sodisfatti.

2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

2.2.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

2.2.1.1.

kampjun A

A3:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

iżda mhux aktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A ma jkunux sodisfatti.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 14 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

2.3.1.

kampjun A

A4:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

30 fil-mija

A5:

żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jkunux sodisfatti.

3.   TEĦID RIPETUT TA’ KAMPJUNI

Fil-każ ta’ A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

3.1.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.1.1.1.

kampjun C

C1:

fanal wieħed

0 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

C2:

żewġ fanali aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

mur għall-kampjun D

 

3.1.1.2.

kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

żewġ fanali

0 fil-mija

3.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu sodisfatti.

3.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

3.2.1.

Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:

3.2.1.1.

kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

fanal wieħed aktar minn

0 fil-mija

iżda mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux sodisfatti.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 14 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

3.3.1.

kampjun C

C3:

fanal wieħed mhux aktar minn

20 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

C4:

żewġ fanali aktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

fanal wieħed 0 jew aktar minn

0 fil-mija

fanal wieħed aktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux sodisfatti.

Figura 1

Image


ANNESS 6

ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU

Fil-każijiet kollha, l-angoli vertikali minimi tad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju huma 10° ’il fuq u 5° taħt l-orizzontali għall-apparat tad-DRL (Daytime Running Lights) inkluż fir-Regolament.

L-angoli orizzontali minimi għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju:

Image

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/69


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 91 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 11 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta’ Ottubru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Marki

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Intensità tad-dawl mitfugħ

8.

Kulur tad-dawl mitfugħ

9.

Proċedura tal-ittestjar

10.

Modifika ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb u estensjoni tal-approvazzjoni

11.

Konformità tal-produzzjoni

12.

Multi għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

13.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

14.

Ismijiet u indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

15.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

Anness 1 –

Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju

Anness 2 –

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġnub immarkata SM1/SM2

Anness 3 –

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 4 –

Kejl fotometriku

Anness 5 –

Kulur tad-dawl mitfugħ: dawl għall-koordinati trikromatiċi

Anness 6 –

Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni

Anness 7 –

Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi tal-kategorija M, N, O u T (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għat-tip ta’ approvazzjoni għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

2.2.

“Bozza li timmarka l-ġenb” tfisser bozza użata biex tindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb;

2.3.

“Bozoz li jimmarkaw il-ġnub ta’ tipi differenti” tfisser lampi li jvarjaw f’affarijiet essenzjali bħal:

(a)

l-isem jew marka kummerċjali;

(b)

il-karatteristiċi tas-sistema ottika (livell ta’ intensità, angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-bozza tal-filament, modulu tas-sors tad-dawl, eċċ.).

Bidla fil-kulur tal-bozza tal-filament jew il-kulur ta’ xi filtru ma tikkostitwixxix bidla fit-tip.

2.4.

Referenzi magħmula f’dan ir-Regolament għal bozza (bozoz) tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mid-detentur tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

Fuq għażla tal-applikant, għandha tispeċifika li l-apparat jista’ jiġi installat fil-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-pjani ta’ referenza tal-vettura u mal-art jew idur madwar l-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti tal-installazzjoni għandhom jiġu indikati fil-formola tal-komunikazzjoni. Din għandha tispeċifika:

3.1.1.

jekk il-bozza li timmarka l-ġnub hix maħsuba li tarmi dawl isfar jew aħmar.

3.2.

Għal kull tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.1.

Illustrazzjonijiet, fi tliet kopji, b’biżżejjed dettall sabiex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip ta’ bozza u juri ġeometrikament f’liema pożizzjoni(jiet) tista’ titwaħħal fil-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni għandu jittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°); u l-punt li għandu jkun ikkunsidrat bħala ċ-ċentru tar-referenza fit-testijiet imsemmija; it-tanġenti vertikali u orizzontali tas-superfiċje illuminanti u d-distanzi tagħhom miċ-ċentru ta’ referenza tal-bozza. L-illustrazzjonijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali relatati maċ-ċirku tal-marka tal- approvazzjoni.

3.2.2.

deskrizzjoni teknika fil-qosor li tagħti, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ bozoz b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritti; din il-kategorija ta’ bozoz tal-filament għandha tkun waħda minn dawk inklużi fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

(b)

il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għall-modulu tas-sors tad-dawl.

3.2.3.

Żewġ kampjuni; jekk l-applikazzjoni hija magħmula għal bozoz li jimmarkaw il-ġnub li mhumiex identiċi iżda huma simetriċi u adattati sabiex jitwaħħlu wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura u/jew, alternattivament, waħda fuq quddiem u oħra fuq wara, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u adattati sabiex jitwaħħlu fuq il-lemin biss jew fuq ix-xellug biss tal-vettura u/jew, alternattivament, fuq quddiem jew fuq wara biss.

4.   MARKI

4.1.

Bozoz li jimmarkaw il-ġnub sottomessi għall-approvazzjoni:

4.2.

Għandu jkollhom l-isem jew it-trejdmark kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

4.3.

Bl-eċċezzjoni ta’ bozoz b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli għandu jkollhom marki li jinqraw b’mod ċar u li ma jkunux jistgħu jitħassru li jindikaw:

(a)

il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritti; u/jew

(b)

il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għall-modulu tas-sors tad-dawl.

4.4.

Għandhom jinkludu spazju ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 5.4 taħt; dan l-ispazju għandu jintwera fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi fuq;

4.5.

Fil-każ ta’ bozoz b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli jew modulu(i) ta’ sors tad-dawl, għandu jkollhom il-marka tal-vultaġġ stmat jew il-medda ta’ vultaġġi, u l-wattage stmat.

4.6.

Fil-każ ta’ bozoz b’modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu(jkollhom):

4.6.1.

l-isem jew trejdmark kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

4.6.2.

il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni tal-modulu; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tinkludi l-kliem tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.4.1.1. taħt u, f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sorsi tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali; din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tidher fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi qabel.

Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex bilfors tkun l-istess bħal dik fuq il-bozza li jintuża fiha l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

4.6.3.

il-marka tal-vultaġġ stmat (u wattage stmat).

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Jekk iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub sottomessi għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 3.2.3. imsemmi qabel jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

5.2.

Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ bozza li timmarka l-ġenb kopert minn dan ir-Regolament, minbarra f’każ li l-approvazzjoni tiġi estiża għal bozza li timmarka l-ġenb li tkun differenti biss fil-kulur tad-dawl mitfugħ.

5.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew taċ-ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

5.4.

Kull bozza li timmarka l-ġenb li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.4 imsemmi qabel, u flimkien mal-marki preskritti fil-paragrafi 4.2 u 4.3 jew 4.4 rispettivament:

5.4.1.

marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

5.4.1.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2), u

5.4.1.2.

in-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 5.2 imsemmi fuq.

5.4.2.

Is-simbolu addizzjonali “SM1” jew “SM2.”

5.4.3.

Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni jistgħu jiġu mmarkati viċin is-simbolu addizzjonali imsemmi fuq.

5.4.4.

Fuq apparat bid-distribuzzjoni tad-dawl imnaqqsa b’mod konformi mal-paragrafu 2.5. fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament vleġġa vertikali li tibda minn segment orizzontali u diretta ’l isfel.

5.5.

Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 5.4.1 sa 5.4.3 imsemmija qabel għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jistgħux jitħassru anki meta l-apparat jitwaħħal fil-vettura..

5.6.

Meta bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati jirriżultaw li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka internazzjonali tal-approvazzjoni waħda sakemm dawn il-bozoz ma jkunux miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ bozza jew bozoz li ma jissodisfawx xi wieħed minn dawk ir-Regolamenti.

5.6.1.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; marka tal-approvazzjoni tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post fuq il-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati sakemm:

5.6.1.1.

Din tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom;

5.6.1.2.

Ebda parti mill-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati li tittrażmetti d-dawl ma tkun tista’ titneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka tal-approvazzjoni fl-istess ħin.

5.7.

Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull bozza adattata għal kull Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti fir-Regolament fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni għandu jiġi mmarkat;

5.7.1.

jew fuq is-superfiċje adattat li jitfa’ d-dawl, jew

5.7.2.

fi grupp, b’tali mod li kull waħda mill-bozoz tista’ tiġi identifikata b’mod ċar (ara tliet mudelli possibbli fl-eżempju 2 muri fl-Anness 3).

5.8.

Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda m’għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iżgħar waħda mill-marki individwali skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni.

5.9.

Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ tagħmir kopert minn dan ir-Regolament.

5.10.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għal bozza waħda (eżempju 1) u għal tagħmir (eżempju 2).

5.11.

Bozoz miġbura fi grupp ma’ tip ta’ bozza ta’ quddiem li l-lenti tagħha tintuża wkoll għal tip ieħor ta’ bozza ta’ quddiem. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.6 sa 5.9 imsemmija fuq huma applikabbli.

5.11.1.

Madankollu, jekk tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ bozoz li jinkludu bozza ta’ quddiem ikun fihom l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha l-marki differenti tal-approvazzjoni relatati ma’ dawn it-tipi ta’ bozoz ta’ quddiem jew unitajiet ta’ bozoz, sakemm il-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem, anki jekk ma jistax jiġi separat mil-lenti, ikun fih il-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali. Jekk tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jikkonsistu fl-istess korp ewlieni, dan tal-aħħar jista’ jkollu l-marki tal-approvazzjoni differenti.

5.11.2.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni relatati ma’ bozoz li huma miġbura fi grupp ma’ bozza ta’ quddiem (eżempju 3).

5.12.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Tista’ tkun fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma jistax jiġi separat mill-parti trasparenti tal-apparat li jitfa’ d-dawl. Fi kwalunkwe każ il-marka għandha tkun viżibbli meta l-apparat jitwaħħal ġol-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-għatu tal-bonit jew tal-bagoll jew bieba.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

Kull bozza li timmarka l-ġenb sottomessa għall-approvazzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament.

6.2.

Bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għalihom, il-prestazzjoni sodisfaċenti tagħhom tibqa’ tiġi żgurata u huma jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament

6.3.

Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi verifikat li:

6.3.1.

Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

(a)

li kull modulu tas-sors tad-dawl jista’ jitwaħħal biss fil-pożizzjoni maħsuba u korretta u jista’ jitneħħa biss bl-użu ta’ għodod;

(b)

Jekk ikun hemm iktar minn modulu ta’ dawl wieħed użat fil-kisi protettiv ta’ apparat, moduli ta’ sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jiġu skambjati fl-istess kisi protettiv tal-bozza.

6.3.2.

Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun b’tali mod li ma jistax jiġi mbagħbas.

6.4.

Fil-każ ta’ bozza (bozoz) tal-filament sostitwibbli:

6.4.1.

Kwalunkwe kategorija jew kategoriji ta’ bozza (bozoz) tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru 37 tista’ tintuża (jistgħu jintużaw), sakemm ma ssir ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

6.4.2.

Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tkun tista’ titwaħħal f’ebda pożizzjoni ħlief dik korretta.

6.4.3.

It-tagħmir għaż-żamma tal-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni IEC 60061. Għandha tapplika l-karta tad-dejta tad-detentur rilevanti għall-kategorija ta’ bozza tal-filament użata.

7.   INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

7.1.

L-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni sottomessi għandha tkun:

Kategorija tal-bozza li timmarka l-ġenb

SM1

SM2

7.1.1.

Intensità minima

Fl-assi ta’ referenza

4,0  cd

0,6  cd

Fiż-żona angolari speċifikata, minbarra dik imsemmija qabel

0,6  cd

0,6  cd

7.1.2.

Intensità massima

Fiż-żona angolari speċifikata (3)

25,0  cd

25,0  cd

7.1.3.

Żona angolari

Orizzontali

± 45 gradi

± 30 gradi

Vertikali

± 10 gradi

± 10 gradi

7.1.4.

Fil-każ ta’ bozza li jkun fiha iktar minn sors ta’ dawl wieħed:

 

il-bozza għandha tikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta kwalunkwe sors ta’ dawl wieħed ikun falla;

 

meta s-sorsi tad-dawl kollha jkunu mixgħula l-intensità massima speċifikata ma tistax tinqabeż.

Is-sorsi tad-dawl kollha li jkunu konnessi f’serje jiġu kkunsidrati sors ta’ dawl wieħed.

7.2.

Barra mill-assi ta’ referenza u fi ħdan il-meded angolari definiti fid-dijagrammi fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull waħda miż-żewġ bozoz provduti li jimmarkaw il-ġnub:

7.2.1.

F’kull direzzjoni li tikkorrispondi għall-punti fit-tabella tad-distribuzzjoni tad-dawl riprodotta fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun mhux inqas mill-prodott tal-minimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 imsemmi fuq, bil-persentaġġ speċifikat fit-tabella msemmija tad-direzzjoni in kwistjoni;

7.2.2.

F’ebda direzzjoni fl-ispazju li minnu tkun tidher il-bozza li timmarka l-ġenb, ma għandha taqbeż il-massimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 imsemmi fuq;

7.2.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament dwar varjazzjonijiet lokali fl-intensità għandhom jiġu osservati.

7.3.

L-Anness 4, li jirreferi għalih il-paragrafu 7.2.1 imsemmi fuq, jagħti dettalji dwar il-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw.

8.   KULUR TA’ DAWL MITFUGĦ

8.1.

Il-bozza li timmarka l-ġenb għandha titfa’ dawl isfar; madankollu tista’ titfa’ dawl aħmar, jekk il-bozza li timmarka l-ġenb ta’ wara nett tiġi miġbura fi grupp jew ikkombinata jew reċiprokament inkorporata mal-bozza ta’ wara, il-bozza ta’ wara li timmarka l-kontorn tat-tarf, il-bozza ta’ wara taċ-ċpar, il-bozza tal-waqfien, jew tiġi miġbura fi grupp ma’ jew ikollha parti mis-superfiċje li jitfa’ d-dawl komuni mar-retroriflettur ta’ fuq wara.

8.2.

Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-medda tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl definit fil-paragrafu 2. tal-Anness 4 għandu jkun fil-limiti tal-koordinati trikromatiċi preskritti għall-kulur in kwistjoni meta mkejjel skont l-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn din il-medda ebda varjazzjoni preċiża tal-kulur ma’ għandha tiġi osservata.

9.   PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR

9.1.

Għandu jitwettaq kejl b’bozza tal-filament standard bla kulur tat-tip rakkomandat għall-bozza li timmarka l-ġenb u regolata b’tali mod li tipproduċi fluss mudwal tar-referenza preskritt għal dan it-tip ta’ bozza, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9.2 taħt.

9.2.

Il-kejl kollu fuq bozoz mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn) għandu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti minn provvista elettrika speċjali, il-vultaġġi tal-ittestjar imsemmija fuq għandhom jiġu applikati mat-terminali tad-dħul ta’ dik il-provvista tad-dawl. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jeħtieġ mill-manifattur il-provvista elettrika speċjali meħtieġa biex tipprovdi lis-sorsi tad-dawl.

9.3.

Għandhom jiġu determinati l-limiti tas-superfiċje li tidher fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl.

10.   MODIFIKA TA’ TIP TA’ BOZZA LI TIMMARKA L-ĠENB U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

10.1.

Kwalunkwe modifika ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb għandha tiġi notifikata lill-awtorità amministrattiva li tkun approvat il-bozza. L-awtorità tista’ mbagħad jew:

10.1.1.

tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet probabbli ma jkollhomx effett negattiv apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, il-bozza li timmarka l-ġenb xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

10.1.2.

teħtieġ rapport tat-test ulterjuri mid-Dipartiment Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

10.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 imsemmi fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

10.3.

L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola tal-komunikazzjoni mfassla għal din l-estensjoni u tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

11.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), mar-rekwżiti li ġejjin:

11.1.

Kwalunkwe bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata sabiex tikkonforma mat-tip approvat billi tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 7. u 8. imsemmija fuq.

11.2.

Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu sodisfatti.

11.3.

Ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu sodisfatti.

11.4.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-metodi tal-kontroll applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

12.   MULTI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

12.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ bozza li timmarka l-ġenb tista’ tiġi rtirata jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti.

12.2.

Jekk Parti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha immedjatament tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

13.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf għal kollox mill-manifattura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta’ testijiet tal-approvazzjoni u ta’ Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

15.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

15.1.

Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tar-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjoni KEE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3.

15.2.

Minn 24 xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk it-tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb li għandha tiġi approvata tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3.

15.3.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jiċħdu li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni lil dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tiegħu.

15.4.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

15.5.

Approvazzjonijiet KEE mogħtija skont dan ir-Regolament qabel 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inkluż dawk ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi b’mod indefinit. Meta t-tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3, il-Parti Kontraenti li tkun tat l-approvazzjoni għandha tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament.

15.6.

Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont is-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

15.7.

Sa 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tiegħu.

15.8.

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament sakemm bozza li timmarka l-ġenb ma tkunx maħsuba bħala sostituzzjoni għal twaħħil fuq vetturi li qed jintużaw.

15.9.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal bozoz li jimmarkaw it-truf fuq il-bażi ta’ kwalunkwe suppliment preċedenti tar-Regolament, sakemm dawn il-bozoz li jimmarkaw il-ġenb huma maħsuba bħala sostituzzjonijiet għat-twaħħil fuq vetturi li jkunu qed jintużaw.

15.10.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vettura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

15.11.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq vettura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti matul il-perjodu ta’ 48 xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tas-serje 00 tal-emendi.

15.12.

Meta jiskadi perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 fuq vettura ġdida li għaliha tkun ngħatat approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew individwali iktar minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3.

15.13.

Meta jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data tas-dħul fis-seħħ, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 fuq vettura ġdida reġistrata għall-ewwel darba iktar minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti ) u 56 għal Montenegro, 57 (vakanti) u 58 għat-Tuneżija. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li biha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għal Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

(3)  Barra minn hekk, għal bozza ħamra li timmarka l-ġenb, fiż-żona angolari minn 60° sa 90° fid-direzzjoni orizzontali u ± 20° fid-direzzjoni vertikali lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura, l-intensità massima hija limitata għal 0,25 cd.


ANNESS 1

ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU

Angoli vertikali minimi, SM1 u SM2:

Image

L-angolu ta’ 10 ° taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° fil-każ ta’ bozoz b’għoli tat-twaħħil ekwivalenti għal 750 mm jew inqas ’il fuq mill-art.

Angoli orizzontali minimi, SM1:

Image

Angoli orizzontali minimi, SM2:

Image

ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Eżempju 1 (a)

Image

Eżempju 1 (b)

Image

Eżempju 2

Marki simplifikati għal tagħmir ta’ diversi bozoz li huma parti mill-istess unità

MUDELL A

Image

MUDELL B

Image

MUDELL C

Image

Nota: It-tliet eżempji tal-marka tal-approvazzjoni, mudelli A, B, u C jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli ta’ marki ta’ apparat tas-sinjalar bid-dawl meta żewġ bozoz jew iktar minn tnejn ikunu parti mill-istess unità ta’ bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati.

Il-marka tal-approvazzjoni turi li l-apparat ġie approvat fl-Olanda (E4) taħt 3333 u tinkludi:

 

Retroriflettur fuq wara u mal-ġenb tal-klassi IA approvat skont ir-Regolament Nru 3, serje ta’ emendi 02;

 

Bozza ta’ wara li tindika d-direzzjoni tal-kategorija 2a approvata skont ir-Regolament Nru 6, serje ta’ emendi 01;

 

Bozza ta’ wara (R) approvata skont ir-Regolament Nru 7, serje ta’ emendi 01;

 

Bozza ta’ wara għaċ-ċpar (F) approvata skont ir-Regolament Nru 38, serje ta’ emendi 01;

 

Bozza tar-rivers (AR) approvata skont ir-Regolament Nru 23, serje ta’ emendi 01;

 

Bozza tal-waqfien (S1) approvata skont ir-Regolament Nru 7, serje ta’ emendi 01;

 

Bozza li timmarka l-ġenb (SM1) approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

Bozza reċiprokament inkorporata bħala grupp ma’ bozza ta’ quddiem

Eżempju 3

Image

Il-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru validu tal-approvazzjoni, pereżempju:

Image

Eżempju 4

Moduli tas-sors tad-dawl

MD E3 17325

Il-modulu tas-sors tad-dawl li għandu l-kodiċi tal-identifikazzjoni li tidher fuq ġie approvat flimkien ma’ bozza approvata fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.


ANNESS 4

KEJL FOTOMETRIKU

1.   Metodi tal-kejl

1.1.   Matul kejl fotometriku riflessjonijiet ta’ interferenza għandhom jiġu evitati permezz ta’ kopertura adattata.

1.2.   F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jitwettaq b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.1.

Id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li l-liġi tal-invers tal-kwadrant tad-distanza tkun applikabbli;

1.2.2.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-apertura angolari tar-riċevitur meta tidher miċ-ċentru tar-referenza tal-lampa tkun inkluża bejn 10 minuti u grad wieħed;

1.2.3.

Ir-rekwiżit ta’ intensità għal direzzjoni partikolari tal-osservazzjoni għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk dak ir-rekwiżit jintlaħaq f’direzzjoni li tiddevja b’mhux iktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

1.3.   F’każ li l-apparat jista’ jiġi nstallat fuq il-vettura f’iktar minn medda waħda jew f’medda ta’ pożizzjonijiet differenti l-kejl fotometriku għandu jiġi ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi tar-referenza speċifikati mill-manifattur.

1.4.   Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura hija orizzontali, perpendikolari mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura u orjentata fid-direzzjoni meħtieġa tal-viżibbiltà.) Hija tgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza.

2.   Tabelli tad-distribuzzjoni tad-dawl

2.1.   Kategorija SM1 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġenb

Image

2.1.1.

Valuri minimi:

0,6 cd fi kwalunkwe punt li mhux fl-assi ta’ referenza, li fuqu għandu jkun ta’ 4,0 cd.

2.1.2.

Valuri massimi:

25,0 cd fi kwalunkwe punt

2.2.   Kategorija SM2 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġenb

Image

2.2.1.

Valuri minimi:

0,6 cd, fi kwalunkwe punt

2.2.2.

Valuri massimi:

25,0 cd, fi kwalunkwe punt

2.3.   Għall-kategorija SM1 u SM2 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub jista’ jkun suffiċjenti li jiġu verifikati biss ħames punti magħżula mill-awtorità tal-ittestjar.

2.4.   Fil-medda tad-distribuzzjoni tad-dawl li tidher fuq bħal grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri l-intensità tad-dawl f’kull direzzjoni f’parti tal-medda ffurmata mil-linji tal-grilja għandha tilħaq mill-inqas l-inqas valur minimu applikabbli għal-linji rispettivi.

2.5.   Madankollu, fil-każ fejn l-apparat ikun maħsub li jiġi nstallat f’għoli ta’ mmuntar ekwivalenti għal jew inqas minn 750 mm 'il fuq mill-art, l-intensità fotometrika tiġi vverifikata biss sa angolu ta’ 5° 'l isfel.

3.   Kejl fotometriku ta’ bozoz

Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi verifikata:

3.1.   Għal sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn):

bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-bozza, skont il-paragrafu 9.2. ta’ dan ir-Regolament.

3.2.   Għall-bozoz tal-filament sostitwibbli:

meta mgħammra b’bozoz tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri tal-intensità luminuża prodotti għandhom jiġu korretti. Il-fattur tal-korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinstab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull bozza tal-filament użata m’għandhomx jiddevjaw iktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju. Alternattivament bozza tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, imħaddma fil-fluss ta’ referenza tagħha, il-kejl individwali f’kull pożizzjoni jingħaddu flimkien.

3.3.   Għal kwalunkwe tagħmir tas-sinjalar minbarra dawk mgħammra b’bozza(bozoz) tal-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ operazzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ operazzjoni tista’ tiġi kkalkulata mid-distribuzzjoni tal-intensità mudwala wara 30 minuta ta’ operazzjoni billi jiġi applikat f’kull punt tat-test il-proporzjoni tal-intensitajiet mudwala imkejla f’HV wara minuta u wara 30 minuta ta’ operazzjoni.


ANNESS 5

Kulur tad-dawl mitfugħ: dawl għall-koordinati tal- kromatiċità

Għall-verifika tal-karatteristiċi kolorimetriċi, għandu jintuża sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K, li jikkorrispondi għall-mezz tal-illuminazzjoni A tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni (CIE). Madankollu, għall-bozoz mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu verifikati bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-bozza, skont il-paragrafu 9.2 ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 6

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom li jitqiesu li ġew sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward ta’ prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità ta’ bozoz prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar ta’ prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe tagħmir li jimmarka l-ġnub magħżul b'mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-tagħmir li jimmarka l-ġnub ikun mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jittieħed b’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

1.2.1.

ebda valur imkejjel ma jiddevja sfavorevolment b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ bozza li timmarka l-ġenb mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk riżultati tat-test fuq deskritt ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom jiġu ripetuti billi tintuża bozza tal-filament standard oħra.

1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għat-tagħmir li jimmarka l-ġnub mgħammar b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu verifikati bis-sors tad-dawl preżenti fil-bozza li timmarka l-ġenb.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament..

Jekk xi teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati kampjuni addizzjonali. Il-manifattur għandu jieħu passi sabiex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   Natura tat-testijiet

Testijiet tal-konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test ta’ konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur ikun responsabbli sabiex jagħti prova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwetttaq minn Awtorità Kompetenti.

2.2.4.

Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-iskop ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Natura tat-teħid ta’ kampjuni

Kampjuni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom jintgħażlu b'mod każwali mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub tal-istess tip, definit skont il-metodi tal- produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn joperaw skont l-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u reġistrati

Il-bozza meqjusa fil-kampjun għandha tiġi soġġetta għal kejl fotometriku għall-valuri minimi fil-punti mniżżla fl-Anness 4 u l-koordinati tal-kromatiċità meħtieġa.

2.5.   Kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-Awtorità Kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà tal-prodotti tiegħu sabiex jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 11.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima li prodott jgħaddi minn verifika fuq il-post skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid ta’ kampjun) tkun ta’ 0,95.


ANNESS 7

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, wara l-ittestjar tal-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe tagħmir li jimmarka l-ġenb magħżul kif ġie ġie u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikunu mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jittieħed f’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

1.2.1.

ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

1.2.2.

Jekk, fil-każ ta’ bozza li timmarka l-ġenb mgħammra b’sors tad-dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq il-lampi li jimmarkaw il-ġnub għandhom jiġu ripetuti billi tintuża bozza tal-filament standard oħra.

1.2.3.

Lampi li jimmarkaw il-ġnub b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu osservati meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għat-tagħmir li jimmarka l-ġnub mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati bis-sors tad-dawl preżenti fit-tagħmir li jimmarka l-ġenb.

2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ tagħmir li jimmarkaw il-ġnub jintagħżlu b'mod każwali. L-ewwel kampjun minn tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun minn tnejn jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

2.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub fid-direzzjonijiet sfavorevoli jkunu:

2.1.1.1.

kampjun A

A1:

bozza waħda li timmarka l-ġenb

0 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

A2:

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun B

 

2.1.1.2.

kampjun B

B1:

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub

0 fil-mija

2.1.2.

jew, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A.

2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

2.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub iġib il-produzzjoni tiegħu konformi mar-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

2.2.1.1.

kampjun A

A3:

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

20 fil-mija

iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb

0 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

20 fil-mija

iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 12 applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

2.3.1.

kampjun A

A4:

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

30 fil-mija

A5:

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb

0 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B.

3.   RIPETIZZJONI TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 ripetizzjoni tat-teħid ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, tkun meħtieġa fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

3.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

3.1.1.1.

kampjun C

C1:

bozza waħda li timmarka l-ġenb

0 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

C2:

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun D

 

3.1.1.2.

kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub

0 fil-mija

3.1.2.

jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C.

3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

3.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub iġib il-produzzjoni tiegħu konformi mar-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

3.2.1.1.

kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C.

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 12 applikat jekk, wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

3.3.1.

kampjun C

C3:

bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

20 fil-mija

C4:

iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġenb iktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

bozza waħda li timmarka l-ġenb 0 jew iktar minn

0 fil-mija

bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni C u D.

Figura 1

Image


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/92


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 98 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ bozoz ta’ quddiem ta’ vetturi awtomotivi mgħammra b’sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 13 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta' Awissu 2010

WERREJ

REGOLAMENT

A.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

0.

Ambitu

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ bozza ta’ quddiem

3.

Marki

4.

Approvazzjoni

B.   REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-BOZOZ TA’ QUDDIEM

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Illuminazzjoni

7.

Qies tal-iskumdità u/jew diżabbiltà

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ADDIZZJONALI

8.

Modifika tat-tip ta’ bozza ta’ quddiem u estenzjoni tal-approvazzjoni

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penalitajiet għan-nuqqas tal-konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

12.

Ismijiet u indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

13.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ bozza ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 98

Anness 2 —

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Skrins tal-kejl

Anness 4 —

Testijiet tal-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ bozoz ta’ quddiem waqt li qed jitħaddmu

Appendiċi

Ħarsa ġenerali lejn perjodi operattivi li jikkonċernaw it-test għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fototmetrika

Anness 5 —

Rekwiżiti għal bozoz li jinkorporaw lentijiet ta’ materjal tal-plastik – ittestjar ta’ kampjuni tal-lenti jew tal-materjal u ta’ bozoz kompluti

Appendiċi 1— Ordni kronoloġika ta’ testijiet tal-approvazzjoni

Appendiċi 2— Metodu tal-kejl tat-tixrid u t-trażmissjoni tad-dawl

Appendiċi 3— Metodu tal-ittestjar bl-isprej

Appendiċi 4— Test tat-twaħħil tat-tejp adeżiv

Anness 6 —

Ċentru ta’ referenza

Anness 7 —

Marki tal-vultaġġ

Anness 8 —

Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal- produzzjoni

Anness 9 —

Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

Anness 10 —

Verifika strumentali tal-“punt tal-waqfien” għall-bozoz ta’ quddiem b’raġġ għaddieni

Anness 11 —

Rekwiżiti għal moduli LED u bozoz ta’ quddiem li jinkludu moduli LED

A.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

0.   AMBITU (1)

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

bozoz ta’ quddiem, u

(b)

sistemi distribwiti tad-dawl,

li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass, għall-vetturi tal-kategoriji, M, N u L3.

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament,

1.1.   Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmiental-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

1.2.   “Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-bozza ta’ quddiem (unità) li tittrażmetti d-dawl minn ġos-superfiċje li jdawwal;

1.3.   “Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f’saff wieħed jew iktar tal-wiċċ ta’ barra tal-lenti;

1.4.   “Ballast” tfisser il-provvista elettrika tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. Dan il-ballast jista’ jkun parzjalment jew kompletament ġewwa jew barra l-bozza ta’ quddiem;

1.5.   “Par imqabbel” tfisser is-sett ta’ bozoz bl-istess funzjoni fuq ix-xellug u l-lemin tal-vettura;

1.6.   Bozoz ta’ quddiem ta’ “tipi” differenti huma bozoz ta’ quddiem li huma differenti f’aspetti essenzjali bħal:

1.6.1.

l-isem kummerċjali jew trejdmark;

1.6.2.

il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.6.3.

l-inklużjoni jew l-eliminazzjoni ta’ komponenti kapaċi li jibdlu l-effetti ottiċi permezz ta’ riflessjoni, rifrazzjoni, assorbiment u/jew deformazzjoni matul l-użu;

1.6.4.

adattament għal sistemi ta’ traffiku fuq il-lemin jew fuq ix-xellug jew fuq iż-żewġ naħat;

1.6.5.

it-tip ta’ raġġ prodott (raġġ għaddieni jew raġġ għas-sewqan jew it-tnejn li huma);

1.6.6.

il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u l-kisja, jekk applikabbli;

1.6.7.

Madankollu, apparat maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u l-apparat korrispondenti maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura għandu jiġu kkunsidrati tal-istess tip.

1.7.   Referenzi magħmula f’dan ir-Regolament għal bozza (bozoz) tal-filament standard (étalon) u sors(i) tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jirreferu għar-Regolamenti Nru 37 u Nru 99 rispettivament, u għas-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ BOZZA TA’ QUDDIEM (2)

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew trejdmark tal-bozza ta’ quddiem jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu. Dan għandu jispeċifika:

2.1.1.

jekk il-bozza ta’ quddiem tkunx maħsuba li tipprovdi raġġ għaddieni, raġġ għas-sewqan jew it-tnejn li huma;

2.1.2.

jekk, meta l-bozza ta’ quddiem tkun maħsuba li tipprovdi raġġ għaddieni, tkunx maħsuba għat-traffiku kemm fuq in-naħa tax-xellug kif ukoll fuq in-naħa tal-lemin jew inkella għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss jew fuq in-naħa tal-lemin biss;

2.1.3.

jekk il-bozza ta’ quddiem tkunx mgħammra b’riflettur aġġustabbli, il-pożizzjoni(jiet) tal-armar tal-bozza ta’ quddiem mal-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.1.4.

l-angoli massimi vertikali ′l fuq minn u taħt il-pożizzjoni(jiet) nominali li l-apparat tal-aġġustament jkun jista’ jikseb;

2.1.5.

liema sorsi tad-dawl ikunu enerġizzati meta jintużaw id-diversi kombinazzjonijiet tar-raġġ;

2.1.6.

jekk tintużax sistema tad-dawl distribwit u liema tip(i) ta’ raġġ(i) huwa (huma) maħsuba li jiġu provduti minn din is-sistema;

2.1.7.

il-kategorija tas-sors tad-dawl kif imniżżel fir-Regolamenti Nru 37 jew Nru 99 u s-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

Għal sistema tad-dawl distribwit permezz tal-użu ta’ sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jitfa’ l-gass mhux approvat skont ir-Regolament Nru 99, in-numru tal-parti assenjat mill-manifattur tal-ġeneratur tad-dawl lill-ġeneratur tad-dawl.

2.2.   Kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

2.2.1.

illustrazzjonijiet fi tliet kopji b’dettall suffiċjenti biex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip (ara l-Artikoli 3.2 u 4.2 isfel). L-illustrazzjonijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali relatati maċ-ċirku tal-marka tal- approvazzjoni, fil-każ ta’ modulu(i) LED anke l-ispazju riservat għall-kodiċi speċifiku tal- identifikazzjoni tal-modulu(i), u għandhom juru l-bozza ta’ quddiem fis-sezzjoni vertikali (tal-assi) u minn quddiem, bid-dettalji ewlenin tad-disinn ottiku inkluż l-iskanalaturi, jekk applikabbli.

2.2.2.

Speċifikazzjoni teknika fil-qosor li tinkludi, fejn applikabbli, il-marka u t-tip tal-ballasts u, fil-każ fejn il-bozza ta’ quddiem tintuża biex tipproduċi dwal fil-liwja, il-pożizzjonijiet estremi skont l-Artikolul-Artikolu 6.2.7 isfel. Fil-każ ta’ modulu(i) LED dan għandu jinkludi:

(a)

speċifikazzjoni teknika fil-qosor tal-modulu(i) LED;

(b)

illustrazzjoni bid-dimensjonijiet u l-valuri elettriċi u fotometriċi bażiċi u l-fluss mudwal oġġettiv.

Barra minn hekk, għal sistema tad-dawl distribwit, speċifikazzjoni teknika fil-qosor li tinkludi l-lista tal-gwida(i) għad-dawl u komponenti ottiċi relatati u biżżejjed informazzjoni li tiddeskrivi l-ġeneratur(i) tad-dawl biex tippermetti l-identifikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru tal-parti assenjat mill-manifattur tal-ġeneratur tad-dawl, illustrazzjoni b’dimensjonijiet u bil-valuri bażiċi elettriċi u fotometriċi u rapport tat-test uffiċjali relatat mal-Artikolu 5.8 ta’ dan ir-Regolament.

2.2.3.

Kampjuni, kif ġej:

2.2.3.1.

għall-approvazzjoni ta’ bozza ta’ quddiem, żewġ kampjuni ta’ kull tip ta’ bozza ta’ quddiem, kampjun wieħed maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettur u l-ieħor maħsub biex jiġi nstallat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard u ballast wieħed ta’ kull tip li għandu jintuża, fejn applikabbli.

Għall-approvazzjoni ta’ sistema tad-dawl distribwit li tuża sors tad-dal li jitfa’ l-gass mhux sostitwibbli mhux approvat skont ir-Regolament Nru 99, żewġ kampjuni tas-sistema li tinkludi l-ġeneratur tad-dawl u ballast ta’ kull tip li għandu jintuża, fejn applikabbli.

2.2.4.

Għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu jkunu magħmula l-lentijiet:

2.2.4.1.

erbatax-il lenti;

2.2.4.1.1.

għaxra minn dawn il-lentijiet jistgħu jitbiddlu b’għaxar kampjuni tal-materjal, ta’ mill-inqas 60 × 80 mm, li jkollhom superfiċje ta’ barra ċatta jew imqabbża u żona sostanzjalment ċatta (raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs ta’ mill-inqas 15 × 15 mm.

2.2.4.1.2.

kull waħda minn din il-lenti jew kampjun tal-materjal għandhom jiġu prodotti permezz tal-metodu li għandu jintuża fil-produzzjoni fi kwantità kbira;

2.2.4.2.

riflettur li jistgħu jitwaħħlu miegħu l-lentijiet skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.2.5.

Għall-ittestjar tar-reżistenza ultravjola ta’ komponenti li jittrażemttu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik kontra r-radjazzjoni ultravjola ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ġewwa l-bozza ta’ quddiem:

2.2.5.1.

Kampjun kull wieħed tal-materjal rilevanti bħal li jkun qed jintuża fil-bozza ta’ quddiem jew kampjun wieħed ta’ bozza ta’ quddiem li jkun fiha dawn. Kull kampjun tal-materjal għandu jkollu l-istess dehra u trattament tas-superfiċje — jekk applikabbli — kif maħsub għall-użu fil-bozza ta’ quddiem li għandha tiġi approvata.

2.2.5.2.

L-ittestjar tar-reżistenza ultravjola ta’ materjali interni għar-radjazzjoni tas-sors tad-dawl mhuwiex meħtieġ:

2.2.5.2.1.

jekk sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass, tat-tip ultravjola baxx, qed jiġu applikati kif speċifikat fir-Regolament Nru 99, jew;

2.2.5.2.2.

jekk ikunu ttieħdu miżuri biex jipproteġu l-komponenti tal-bozza ta’ quddiem rilevanti minn radjazzjoni ultravjola, e.ż. permezz ta’ filtri tal-ħġieġ.

2.3.   Għal sistema tad-dawl distribwit 10 kampjuni tal-materjal(i) u l-kisja/tarka relatata protettiva, jekk applikabbli, li minnhom ikunu magħmula l-gwida tad-dawl u partijiet ottiċi oħrajn tas-sistema.

2.4.   Il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u, fil-każ ta’ sistema tad-dawl distribwit, il-materjali li jikkostitwixxu l-partijiet ottiċi tas-sistema, u kisjiet/tarki konnessi, jekk applikabbli, għandhom ikunu akkumpanjati mir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u kisjiet jew diġà jkunu ġew ittestjati.

3.   MARKI

3.1.   Bozoz ta’ quddiem jew sistemi distribwiti tad-dawl sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant jinqara b’mod ċar u li ma jkunx jista’ jitħassar.

3.2.   Dawn għandhom jinkludu, fuq il-lenti u l-korp ewlieni, (3) spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4; dawn l-ispazji għandhom jiġu ndikati fuq l-illustrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.2.1 imsemmi qabel.

3.3.   Bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq in-naħa tal-lemin kif ukoll fuq in-naħa tax-xellug għandu jkollhom il-marki li jindikaw iż-żewġ settings tal-unità ottika fuq il-vettura jew tas-sors tad-dawl fuq ir-riflettur li jitfa’ l-gass; dawn il-marki għandhom jikkonsistu fl-ittri “R/D” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tal-lemin u l-ittri “L/G” għall-pożizzjoni ta’ traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

3.4.   Ir-raġġi kollha jista’ jkollhom fuq is-superfiċje tagħhom li tarmi d-dawl ċentru ta’ referenza kif muri fl-Anness 6.

3.5.   Fil-każ ta’ ġeneratur tad-dawl ta’ sistema tad-dawl distribwit li tuża sors tad-dawl mhux sostitwibbli li jitfa’ l-gass mhux approvat skont ir-Regolament Nru 99, il-ġeneratur tad-dawl għandu jkollu l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur tiegħu u n-numru tal-parti msemmi fl-Artikolu 2.2.2 imsemmi qabel.

3.6.   Fil-każ ta’ bozoz b’modulu(i) LED, il-bozza għandu jkollha l-marka tal-vultaġġ stmat u l-wattage stmat u l-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifika tal-modulu tas-sors tad-dawl.

3.7.   Modulu(i) LED sottomess(i) flimkien mal-approvazzjoni tal-bozza:

3.7.1.

għandu jkollu(hom) l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant. Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

3.7.2.

għandu jkollu(hom) il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifika tal-modulu. Din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

Din il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifika għandha tinkludi l-ittri tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fl-Artikolu 4.2.1 isfel u f’każ li jintużaw diversi moduli tas-sors tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali. Din il-kodiċi tal-identifikazzjoni speċifika għandha tintwera fl-illustrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.2.1 imsemmi qabel. Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex neċessarjament tkun l-istess bħal dik fuq il-bozza li fiha jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

3.8.   Jek ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku li ma jkunx parti minn modulu LED jintuża biex iħaddem modulu(i) LED, għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi(jiet) tal-identifikazzjoni speċifika(speċifiċi) tiegħu, il-vultaġġ tad-dħul u l-wattage stmati.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ bozza ta’ quddiem sottomessi skont l-Artikolu 2. imsemmi qabel jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

4.1.2.   Bozoz ta’ quddiem li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ kwalunkwe funzjoni(jiet) oħra tad-dawl jew tas-sinjalar bid-dawl sakemm il-funzjonijiet tad-dawl rispettivi tagħhom ma jiġux ostakolati.

4.1.3.   Meta bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ iktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal sakemm kull waħda mill-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati tissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha.

4.1.4.   Marka tal-approvazzjoni għandha tiġi assenjata lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tagħha (preżentement 00) għandhom jtindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ bozoz ta’ quddiem koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, il-par imqabbel jiġi kkunsidrat tip wieħed.

4.1.5.   Notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ bozza ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.1.6.   Minbarra l-marka preskritta fl-Artikolu 3.1, marka tal-approvazzjoni kif deskritta fl-Artikoli 4.2 u 4.3 isfel għandha titwaħħal fl-ispazji msemmija fl-Artikolu 3.2 imsemmi qabel ma’ kull bozza ta’ quddiem li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

4.2.   Kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’:

4.2.1.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

4.2.1.1.

ċirku madwar l-ittra “E”, segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (4)

4.2.1.2.

in-numru tal-approvazzjoni preskritt fl-Artikolu 4.1.4 imsemmi qabel;

4.2.2.

dan is-simbolu jew simboli addizzjonali:

4.2.2.1.

fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu rekwiżiti ta’ traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss, vleġġa orizzontali li tipponta lejn il-lemin ta’ osservatur li jkun qiegħed faċċata tal-bozza ta’ quddiem, jiġifieri fuq in-naħa tat-triq li fiha jimxi t-traffiku;

4.2.2.2.

fuq bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jilħqu r-rekwiżiti taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament adattat tas-setting tal-unità ottika jew is-sors tad-dawl, vleġġa orizzontali b’ras fuq kull naħa, l-irjus jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin;

4.2.2.3.

fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss, l-itttra “DC”;

4.2.2.4.

fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għas-sewqan biss, l-ittra “DR”;

4.2.2.5.

fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kemm ir-raġġ għaddieni kif ukoll ir-raġġ għas-sewqan, l-ittri “DCR”;

4.2.2.6.

fuq bozoz ta’ quddiem li jinkorporaw lenti tal-plastik, l-ittri “PL” għandhom jitwaħħlu ħdejn is-simboli preskritti fl-Artikoli 4.2.2.3 sa 4.2.2.5 imsemmija qabel;

4.2.2.7.

fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għas-sewqan, indikazzjoni tal-intensità mudwala massima espressa permezz ta’ marka ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 6.3.2.2 isfel, imqiegħda ħdejn iċ-ċirku madwar l-ittra “E”;

Fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem inkorporati reċiprokament, indikazzjoni tal-intensità mudwala massima tar-raġġ għas-sewqan fit-totalità tiegħu għandha tiġi espressa kif jidher fuq.

4.2.2.8.

fuq sistemi tad-dawl distribwit, l-ittri “DLS” għandhom jissostitwixxu l-ittra “D” meħtieġa skont l-Artikoli 4.2.2.3, 4.2.2.4 u 4.2.2.5 bl-applikazzjoni tal-istess kriterji.

4.2.3.

F’kull każ il-mod ta’ tħaddim rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont l-Artikolu 1.1.1.1 tal-Anness 4 u l-vultaġġ(i) awtorizzati skont l-Artikolu 1.1.1.2 tal-Anness 4 għandhom jiġu stipulati fuq il-formoli tal-approvazzjoni u fuq il-formoli tal-komunikazzjoni mibgħuta lill-pajjiżi li huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament.

Fil-każijiet korrispondenti l-apparat għandu jiġi mmarkat kif ġej:

4.2.3.1.

Fuq bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ddisinjati b’tali mod li r-raġġ għaddieni m’għandux jinxtegħel simultanjament ma’ dak ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ dawl ieħor li jista’ jkun inkorporat reċiprokament miegħu: simbolu dijagonali (/) għandu jitqiegħed wara s-simbolu tal-bozza tar-raġġ għaddieni fil-marka tal-approvazzjoni.

4.2.3.2.

Ir-rekwiżit fl-Artikolu 4.2.3.1 imsemmi qabel ma għandux japplika għall-bozoz ta’ quddiem li jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li jkunu ddisinjati b’tali mod li r-raġġ għaddieni u r-raġġ għas-sewqan ikunu provduti mill-istess sors tad-dawl li jitfa’ l-gass.

4.2.4.

Iż-żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni (preżentement 00) li jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi ewlenin tekniċi l-aktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni u, jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa tista’ tiġi mmarkata viċin is-simboli addizzjonali msemmija qabel.

4.2.5.

Il-marki u s-simboli msemmija fl-Artikoli 4.2.1 sa 4.2.3 imsemmija qabel għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Dawn jistgħu jitqegħdu fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-bozza ta’ quddiem, li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-bozza ta’ quddiem li titfa’ d-dawl. Fil-każ ta’ sistema tad-dawl distribwit bil-lenti ta’ barra mibnija fil-gwida tad-dawl, din il-kundizzjoni tiġi kkunsidrata li ntlaħqet jekk il-marka tal-approvazzjoni titqiegħed mill-inqas fuq il-ġeneratur tad-dawl u fuq il-gwida tad-dawl, jew fuq it-tarka protettiva tagħhom. Fi kwalunkwe każ il-marka għandha tkun viżibbli meta l-bozza jew is-sistema titwaħħal fuq il-vettura jew meta parti li tiċċaqlaq bħall-ħud tinfetaħ.

4.3.   Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4.3.1.   Bozoz indipendenti

L-Anness 2, figuri 1 sa 9, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni mas-simboli addizzjonali imsemmija fuq.

4.3.2.   Bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati

4.3.2.1.

Meta bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, marka tal- approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal, li tikkonsisti minn ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal- approvazzjoni tista’ tkun fi kwalunkwe post fuq il-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati sakemm:

4.3.2.1.1.

tkun viżibbli skont l-Artikolu 4.2.5.

4.3.2.1.2.

ebda parti mill-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati li tittrażmetti d-dawl ma tkun tista’ titneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka tal-approvazzjoni fl-istess ħin.

4.3.2.2.

Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull bozza adattat għal kull Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l- emendi ewlenin tekniċi l-aktar riċenti fir-Regolamenti fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni u, jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa għandhom jiġu mmarkati:

4.3.2.2.1.

jew fuq is-superfiċje adatta li tarmi d-dawl;

4.3.2.2.2.

jew fi grupp, b’tali mod li kull waħda mill-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati tista’ tiġi identifikata b’mod ċar (ara erba’ eżempji possibbli fl-Anness 2, Figura 10).

4.3.2.3.

Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda għandu jkun mhux inqas mid-daqs minimu meħtieġ mir-Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni għall-iżgħar waħda mill-marki individwali.

4.3.2.4.

Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati koperti minn dan ir-Regolament.

4.3.2.5.

L-Anness 2, Figura 10 ta’ dan ir-Reoglament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni għal bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati bis-simboli addizzjonali kollha msemmija fuq.

4.3.3.   Bozoz, li l-lenti tagħhom tintuża għal tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem u li jistgħu jiġu reċiprokament inkorporati jew miġbura fi grupp ma’ bozoz oħrajn

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.3.2 imsemmi qabel huma applikabbli.

4.3.3.1.

Barra minn hekk, meta tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha l-marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ bozoz, sakemm il-korp ewlieni jew is-sistema tad-dawl distribwit tal-bozza ta’ quddiem, anke jekk ma jistgħux jiġu separati mil-lenti, ikun jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fl-Artikolu 3.2 imsemmi qabel, u jkollu l-marka tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali.

4.3.3.2.

L-Anness 2, Figura 11, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ imsemmi qabel.

4.3.4.   Sistemi tad-dawl distribwit

Għal sistemi tad-dawl distribwit, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikoli 4.3.1 sa 4.3.3.2, flimkien mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3.4.

B.   REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-BOZOZ TA’ QUDDIEM (5)

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6. sa 8. isfel.

5.2.   Bozoz ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’tali mod sabiex iżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u sabiex jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għalihom.

5.2.1.   Bozoz ta’ quddiem għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jippermetti li dawn jiġu aġġustati b’tali mod fuq il-vettura sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Dan l-apparat m’għandux għalfejn jitwaħħal fuq unitajiet li fihom ir-riflettur u l-lenti tat-tixrid ma jistgħux jiġu separati, sakemm l-użu ta’ dawn l-unitajiet ikun limitat għall-vetturi li s-setting tal-bozoz ta’ quddiem tagħhom jista’ jiġi aġġustat b’mezzi oħra.

Meta bozza ta’ quddiem li tipprovdi raġġ għaddieni prinċipali u bozza ta’ quddiem li tipprovdi raġġ għas-sewqan, kull waħda mgħammra bis-sors(i) tad-dawl tagħha, jiġu mmuntati sabiex jiffurmaw unità kompost, l-apparat ta’ aġġustament għandu jippermetti li kull waħda mis-sistemi ottiċi tiġi aġġustata individwalment. L-istess dispożizzjoni tapplika għall-bozoz ta’ quddiem li jipprovdu raġġ ta’ bozza ta’ quddiem għaċ-ċpar u raġġ għas-sewqan, u għal bozoz ta’ quddiem li jipprovdu raġġ għaddieni prinċipali u raġġ ta’ bozza għaċ-ċpar ta’ quddiem, u għall-bozoz ta’ quddiem li jipprovdu dawn it-tliet raġġi.

5.2.2.   Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal sistemi ta’ bozoz ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom ma jistgħux jiġu diviżi. Għal dan it-tip ta’ sistema, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

5.3.   Bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ traffiku kemm fuq il-lemin kif ukoll fuq ix-xellug jistgħu jiġu adattati għal traffiku fuq naħa partikolari tat-triq jew permezz ta’ setting inizjali adattata meta jitwaħħlu mal-vettura jew permezz ta’ setting selettiv mill-utent. Dan is-setting inizjali jew selettiv jista’ jikkonsisti, pereżempju, fit-twaħħil jew tal-unità ottika f’angolu partikolari fuq il-vettura jew is-sors(i) tad-dawl f’angolu partikolari relatat mal-unità ottika. Fil-każijiet kollha, żewġ settings differenti u distinti b’mod ċar biss, wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin u wieħed għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug, għandhom ikunu possibbli, u d-disinn għandu jipprekludi ċaqliq involontarju minn setting għall-ieħor jew setting f’pożizzjoni intermedja. Meta żewġ pożizzjonijiet differenti jiġu provduti gas-sors tad-dawl, il-komponenti għat-twaħħil tas-sors tad-dawl mar-riflettur għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, f’kull wieħed miż-żewġ settings, is-sors tad-dawl jinżamm fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-bozoz ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq naħa waħda tat-triq biss. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi verifikata permezz ta’ spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, permezz ta’ twaħħil test.

5.4.   Konfigurazzjoni tal-illuminazzjoni għal kundizzjonijiet tat-traffiku differenti

5.4.1.   Fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jilħqu r-rekwiżiti ta’ traffiku li jimxi fuq naħa waħda tat-triq (jew fuq il-lemin jew fuq ix-xellug) biss, għandhom jittieħdu miżuri adatti sabiex jimpedixxu l-iskumdità għal min juża tat-triq f’pajjiż fejn it-traffiku jimxi fuq in-naħa l-oħra tat-triq tal-pajjiż li għalih tkun ġiet iddisinjata l-bozza ta’ quddiem (6). Dawn il-miżuri jistgħu jkunu:

(a)

il-ħabi ta’ parti taż-żona tal-lenti ta’ quddiem ta’ barra;

(b)

il-moviment ′l isfel tar-raġġ. Il-moviment orizzontali huwa awtorizzat;

(c)

kwalunkwe miżura oħra biex tneħħi jew tnaqqas il-parti asimetrika tar-raġġ.

5.4.2.   Wara l-applikazzjoni ta’ din (dawn) il-miżura (miżuri) għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti rigward dawlid-dawl bl-aġġustamenti mhux mibdul meta mqabbel ma’ dak għad-direzzjoni tat-traffiku oriġinali

5.4.2.1.

Raġġ għaddieni ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u adattat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

b’0,86D-1,72L

mill-inqas 5 lux

b’0,57U-3,43R

mhux iktar minn 1,4 lux

5.4.2.2.

Raġġ għaddieni ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u adattat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

b’0.86D-1.72R

mill-inqas 5 lux

b’0.57U-3.43L

mhux iktar minn 1.4 lux

5.5.   Fuq bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu alternattivament raġġ għas-sewqan u raġġ għaddieni jew raġġ għaddieni u/jew raġġ għas-sewqan iddisinjat biex isir dawl għal-liwi, kwalunkwe apparat mekkaniku, elettromekkaniku jew apparat ieħor inkorporat fil-bozza ta’ quddiem għal dawn l-iskopijiet (7) għandu jinbena b’tali mod li:

5.5.1.

l-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed sabiex jiflaħ li jitħaddem għal 50 000 darba taħt kundizzjonijiet normali tal-użu. Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, id-Dipartiment Tekniku responsabbi għat-testijiet tal-approvazzjoni jista’:

(a)

jeħtieġ li l-applikant jipprovdi t-tagħmir neċessarju sabiex iwettwaq it-test;

(b)

jaqbeż it-test jekk il-bozza ta’ quddiem ippreżentata mill-applikant tkun akkumpanjata minn rapport tat-test, maħruġ minn Dipartiment Tekniku responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni għall-bozoz ta’ quddiem tal-istess kostruzzjoni (armar), li jikkonferma l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

5.5.2.

fil-każ ta’ falliment, l-illuminazzjoni 'l fuq mil-linja H-H m’għandhiex taqbeż il-valuri ta’ raġġ għaddieni skont l-Artikolu 6.2.6.; barra minn hekk, fuq bozoz ta’ quddiem iddisinjati biex jipprovdu raġġ għaddieni u/jew għas-sewqan sabiex issir illuminazzjoni għal-liwi, illuminazzjoni minima ta’ mill-inqas 5 lux għandha tinkiseb fil-punt tat-test 25 V (linja VV, D 75 ċm).

Meta jwettaq it-testijiet sabiex jivverifika l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, id-DipartimentTekniku responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni għandu jirreferi għall-istruzzjonijiet provduti mill-applikant.

5.5.3.

jew ir-raġġ għaddieni prinċipali jew ir-raġġ għas-sewqan jistgħu dejjem jinkisbu mingħajr ebda possibbiltà li l-mekkaniżmu jieqaf bejn iż-żewġ pożizzjonijiet;

5.5.4.

l-utent ma jistax, b’għodod ordinarji, jibdel il-forma jew il-pożizzjoni tal-partijiet li jiċċaqilqu.

5.6.   Testijiet kumplementari għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tibdil eċċessiv fil-prestazzjoni fotometrika.

5.7.   Komponenti li jittrażmettu d-dawl magħmula minn materjal tal-plastik għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-Anness 5.

5.8.   Sostitwibbiltà ta’ sorsi tad-dawl

5.8.1.   Is-sors(i) tad-dawl li jitfa′(jitfgħu) l-gass użat f’bozoz ta’ quddiem li jitfgħu l-gass jew f’sistemi tad-dawl distribwit għandhom ikunu sostitwibbli u approvati skont ir-Regolament Nru 99 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Madankollu, sors(i) tad-dawl li jitfa′/jitfgħu l-gass mhux approvat(i) skont ir-Regolament Nru 99 jista'/jistgħu jintuża(w) biss fil-każ fejn ikun(u) parti mhux sostitwibbli ta’ ġeneratur tad-dawl. Madankollu, fil-każ ta’ sistemi tad-dawl distribwit il-ġeneratur tad-dawl jista’ jkun sostitwibbli mingħajr l-użu ta’ għodod speċjali kif ukoll fil-każ fejn is-sors tad-dawl użat ma jkunx approvat.

5.8.2.   Fil-każ fejn sors tad-dawl wieħed jew iktar minn wieħed tal-filament (addizzjonali) jintużaw fil-bozza ta’ quddiem li titfa’ l-gass, dawn is-sorsi tad-dawl tal-filament għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, sakemm ma ssir ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.8.3.   Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament, jekk applikabbli, ma tkun tista’ titwaħħal f’ebda pożizzjoni ħlief dik korretta.

5.8.4.   Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass sostitwibbli u fil-każ ta’ sorsi tad-dawl tal-filament addizzjonali t-tagħmir għaż-żamma tal-bozza għandu jikkonforma mal-karatteristiċi dimensjonali kif stabbiliti fil-karta tad-dejta tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, rilevanti għall-kategorija tas-sors(i) tad-dawl użat(i). Is-sorsi(i) tad-dawl għandu(hom) jkun(ikunu) joqgħod(joqgħodu) faċilment fil-bozza ta’ quddiem.

5.9.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass mhux sostitwibbli mhux approvati skont ir-Regolament Nru 99 użati fis-sistemi tad-dawl distribwit għandhom barra minn hekk ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti (korrispondenti għal dawk speċifikati fir-Regolament Nru 99 għall-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass):

5.9.1.

tqabbid, run-up u hot-restrike kif preskritt fl-Artikolu 3.6 tar-Regolament Nru 99;

5.9.2.

kulur kif preskritt fl-Artikolu 3.9 tar-Regolament Nru 99. Il-kulur għandu jkun abjad;

5.9.3.

Radjazzjoni-UV kif preskritta fl-Artikolu 3.10 tar-Regolament Nru 99, jekk ikun indikat hekk fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni (Artikolu 2.2.2 imsemmi qabel).

5.10.   Il-bozza ta’ quddiem u sistema tal-ballast m’għandhomx jiġġeneraw disturbi radjati jew fil-linja elettrika li jikkawżaw difett fil-funzjoni ta’ sistemi oħra elettriċi/elettroniċi tal-vettura. (8)

5.11.   Jekk ikun meħtieġ għall-proċedura tal-ittestjar, il-kumpanija tal-ittestjar tista’ teħtieġ mill-manifattur kampjuni tal-ittestjar addizzjonali, bankijiet tal-ittestjar (tagħmir taż-żamma) jew provvisti tal-elettriku speċjali.

5.12.   Il-proċedura tal-ittestjar għandha titwettaq skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-immuntar tal-manifattur.

5.13.   Il-bozza ta’ quddiem (jekk mgħammra b’moduli LED) u l-modulu(i) LED infushom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti speċifikati fl-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti għandha tiġi ttestjata.

6.   ILLUMINAZZJONI

6.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Bozoz ta’ quddiem jew sistemi tad-dawl distribwit għandhom ikunu magħmula b’tali mod li b’sors tad-dawl adattat li jitfa’ l-gass jagħtu illuminazzjoni adegwata mingħajr tgħammix meta jitfgħu r-raġġ għaddieni, u illuminazzjoni tajba meta jitfgħu r-raġġ għas-sewqan.

6.1.2.   L-illuminazzjoni prodotta mill-bozza ta’ quddiem għandha tiġi determinata permezz ta’ skrin vertikali ċatt imqiegħed 25 m ′l quddiem mill-bozza ta’ quddiem, f’angoli retti mal-assi tagħha kif jidher fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament; l-iskrin tal-ittestjar għandu jkun wiesa’ biżżejjed biex jippermetti l-eżaminazzjoni u l-aġġustament tal-“punt tal-waqfien” tar-raġġ għaddieni fuq mill-inqas 5o fuq kull naħa tal-linja V-V.

6.1.3.   Il-bozza ta’ quddiem jew is-sistemi tad-dawl distribwit għandhom jiġu kkunsidrati sodisfaċenti jekk ir-rekwiżiti fotometriċi stabbiliti f’dan l-Artikolu 6. jintlaħqu b’sors ta’ dawl wieħed, li jkun intuża mill-inqas matul 15-il ċiklu, skont l-Anness 4, Artikolu 4. tar-Regolament Nru 99.

Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ikun approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl standard (étalon) u l-fluss mudwal tiegħu jista’ jkun differenti mill-fluss mudwal oġġettiv speċifikat fir-Regolament Nru 99. F’dan il-każ, id-dwal għandhom jiġu korretti kif ikun meħtieġ.

Il-korrezzjoni msemmija qabel ma tapplikax għal sistemi tad-dawl distribwiti li jużaw sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mhux sostitwibbli jew għall-bozoz ta’ quddiem bil-ballast(s) (s) totalment jew parzjalment integrat(i).

Meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jkunx approvat skont ir-Regolament Nru 99 għandu jkun sors tad-dawl mhux sostitwibbli tal-produzzjoni.

6.1.4.   Id-dimensjonijiet li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-arka fis-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jidhru fil-karta tad-dejta rilevanti tar-Regolament Nru 99.

6.1.5.   Il-onformità fotometrika għandha tiġi ċċekkjata skont l-Artikolu 6.2.6 jew 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Dan huwa validu wkoll għaż-żona tal-punt tal-waqfien bejn 3 °R u 3 °L (metodu tal-kejl għall-kulur tal-punt tal-waqfien qed jiġi kkunsidrat).

6.1.6.   Il-kulur tad-dawl tar-raġġi mitfugħa mill-bozoz ta’ quddiem li jużaw sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandu jkun abjad.

6.1.7.   Erba’ sekondi wara t-tqabbid ta’ bozza tad-dawl li ma tkunx tħaddmet għal 30 minuta jew iktar:

6.1.7.1.

Mill-inqas 60 lux għandu jinkiseb fil-punt HV, għall-bozza ta’ quddiem li tipproduċi raġġ għas-sewqan biss.

6.1.7.2.

Mill-inqas 10 lux għandu jinkiseb fil-punt 50 V għall-bozoz ta’ qudddiem li jipproduċu raġġ għaddieni biss jew funzjonijiet alternattivi ta’ raġġ għaddieni u raġġ għas-sewqan kif deskritt fl-Artikolu 5.4 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.7.3.

Fi kwalunkwe każ il-provvista tal-elettriku għandha tkun suffiċjenti sabiex tiżgura ż-żieda meħtieġa fl-impuls tal-kurrent għoli.

6.2.   Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw raġġi għaddiena

6.2.1.   Id-distribuzzjoni tal-intensità mudwala tal-bozza ta’ quddiem tar-raġġ għaddieni għandha tinkorpora “punt tal-waqfien” (ara l-figura hawn taħt), lijippermetti li l-bozza ta’ quddiem tiġi aġġustata korrettament għall-qisien fotometriċi u għall-immirar fuq il-vettura.

Il- “punt tal-waqfien” għandu jipprovdi:

(a)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tal-lemin:

(i)

“parti orizzontali” dritta lejn ix-xellug;

(ii)

parti mgħollija “minkeb – spalla” lejn il-lemin.

(b)

Għal raġġi tat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug:

(i)

“parti orizzontali” dritta lejn il-lemin;

(ii)

parti mgħollija “minkeb – spalla” lejn ix-xellug.

F’kull każ il-parti “minkeb – spalla” għandu jkollha tarf ippuntat.

6.2.2.   Il-bozza ta’ quddiem għandha tkun immirata viżwalment permezz tal-“punt tal-waqfien” (ara l-figura 1 isfel) kif ġej:

6.2.2.1.

għal aġġustament vertikali: il-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” titressaq ′il fuq minn taħt il-linja B u tiġi aġġustata għall-pożizzjoni nominali tagħha wieħed fil-mija (25 ċm) taħt il-linja H-H;

Figura 1

Image

6.2.2.2.

għal aġġustament orizzontali: il-parti “minkeb–spalla” tal-“punt tal-waqfien” għandha titressaq:

(a)

għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin mil-lemin għax-xellug u għandha titqiegħed orizzontalment wara ċ-ċaqliq tagħha sabiex:

(b)

′il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A fuq ix-xellug u

(c)

fuq il-linja 0,2° D jew taħtha l-“ispalla” tagħha għandha taqsam il-linja A u

(d)

il-barma tal-“minkeb” għanduha tkun primarjament fuq il-linja V-V;

jew

għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug mix-xellug għal-lemin u għandha titqiegħed orizzontalment wara l-moviment tagħha sabiex:

(a)

′il fuq mil-linja 0,2° D l-“ispalla” tagħha m’għandhiex taqbeż il-linja A fuq il-lemin u

(b)

fuq il-linja 0,2° D jew taħt l-“ispalla” tagħha għandha taqsam il-linja A u

(c)

il-barma tal-“minkeb” għandha primarjament tkun fuq il-linja V-V.

6.2.2.3.

Meta bozza ta’ quddiem immirata hekk ma tilħaqx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6.2.5, 6.2.6 u 6.3, l-allinjament tagħha jista’ jinbidel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq:

Orizzontalment mil-linja A b’iktar minn:

(a)

0,5° lejn ix-xellug jew 0,75° lejn il-lemin, għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin jew

(b)

0,5° lejn il-lemin jew 0,75° lejn ix-xellug, għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug u

Vertikalment mhux iktar minn 0,25° 'il fuq jew 'l isfel mil-linja B.

6.2.2.4.

Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jistax jitwettaq ripetutament lill-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fl-Artikolu 6.2.2.3. imsemmi qabel, il-metodu strumentali tal-Anness 10, Artikoli 2. u 3. għandu jiġi applikat sabiex tiġi ttestjata l-konformità mal-kwalità minima meħtieġa tal-“punt tal-waqfien” u biex jitwettaq l-aġġustament vertikali u orizzontali tar-raġġ.

6.2.3.   Meta mmirata b’dan il-mod, il-bozza ta’ quddiem teħtieġ, jekk l-approvazzjoni tagħha tintalab biss għal raġġ għaddieni, li tikkonforma biss mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 6.2.4 u 6.2.5 isfel; jekk huwa maħsub li jiġu provduti kemm raġġ għaddieni kif ukoll raġġ għas-sewqan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6.2.4 sa 6.2.6 Il-valuri speċifikati għat-Taqsima II fl-Artikolu 6.2.5 ma japplikawx għall-Anness 3, Skrin 2.

6.2.4.   Sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed biss huwa awtorizzat għal kull bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni. Massimu ta’ żewġ sorsi tad-dawl addizzjonali huma awtorizzati kif ġej:

6.2.4.1.

Sors tad-dawl wieħed addizzjonali skont ir-Regolament Nru37 jew modulu wieħed jew iktar minn wieħed addizzjonali LED jistgħu jintużaw fil-bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni biex jikkontribwizzi għad-dawl għal-liwi.

6.2.4.2.

Sors tad-dawl addizzjonali wieħed skont ir-Regolament Nru 37, u/jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed fil-bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni, jista’ jintuża għall- ġenerazzjoni ta’ radjazzjoni infraħamra. Huwa/huma għandu(għandhom) jiġi(jiġu) attivat(i) biss fl-istess ħin bħas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. F’każ li s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jaħdimx, dan is-sors tad-dawl addizzjonali u/jew il-modulu(moduli) LED jintefa/jintfew awtomatikament.

Il-vultaġġ tal-ittestjar għall-kejl b’dan is-sors tad-dawl addizzjonali u/jew modulu(moduli) LED għandu jkun l-istess bħal fl-Artikolu 6.2.4.4.

6.2.4.3.

F’każ ta’ falliment ta’ sors tad-dawl addizzjonali jew modulu LED, il-bozza ta’ quddiem għandha tkompli twettaq ir-rekwiżiti tar-raġġ għaddieni.

6.2.4.4.

Il-vultaġġ applikat lit-terminali tal-ballast(s) ikun:

jew:

13,5 V ± 0,1

għal sistemi 12 V

jew:

speċifikat mod ieħor

(Ara l-Anness 7)

6.2.5.   Wara iktar minn 10 minuti wara t-tqabbid id-dwal prodotti fuq Skrin 1 jew 2 (jew riflessi mal-linja VV għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

Nota: Fit-tabella:

 

L-ittra L tfisser li l-punt jew segment ikun fuq ix-xellug tal-linja VV.

 

L-ittra R tfisser li l-punt jew segment ikun uq il-lemin tal-linja VV.

 

L-ittra U tfisser li l-punt jew segment ikun ‘il fuq mil-linja HH.

 

L-ittra D tfisser li l-punt jew segment ikun taħt il-linja HH.

Punti jew segmenti

Isem

Dwal

(lux)

Distanzi

Orizzontali

Distanzi

vertikali

 

Fuq jew ′il fuq mil-linja H/H2, jew

Fuq jew ′il fuq mil-linja H/H3/H4

1 mass

 

 

1

HV

1 mass.

0

0

2

B 50 L

0.5 mass.

L 150

U 25

3

75 R

20 min.

R 50

D 25

4

50 L

20 mass.

L 150

D 37,5

5

25 L1

30 mass.

L 150

D 75

6

50 V

12 min.

0

D 37,5

7

50 R

20 min.

R 75

D 37,5

8

25 L2

4 min.

L 396

D 75

9

25 R1

4 min.

R 396

D 75

10

25 L3

2 min.

L 670

D 75

11

25 R2

2 min.

R 670

D 75

12

15 L

1 min.

L 910

D 125

13

15 R

1 min.

R 910

D 125

14

 

 (*)

L 350

U 175

15

 

 (*)

0

U 175

16

 

 (*)

R 350

U 175

17

 

 (*)

L 175

U 87,5

18

 

 (*)

0

U 87,5

19

 

 (*)

R 175

U 87,5

20

 

0,1 min.

L 350

0

21

 

0.2 min.

L 175

0

A sa B

Segment I

6 min.

L 225 sa R 225

D 37,5

C sa D

Segment II

6 mass.

R 140 sa R 396

U 45

E sa F

Segment III u taħt

20 mass.

L 417 sa R 375

D 187,5

 

E max R

70 mass.

Lemin tal-linja VV

′Il fuq minn D 75

 

E max L

50 mass.

Xellug tal-linja VV

 

6.2.6.   Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6.2.5 imsemmi qabel għandhom japplikaw ukoll għall-bozoz ta’ quddiem iddisnjati biex jipprovdu dawl għal-liwi u/jew li jinkludu s-sors tad-dawl addizzjonali jew il-modulu(i) LED imsemmija fl-Artikolu 6.2.4.2. Fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem iddisinjata biex tipprovdi dawl għal-liwi l-allinjament tagħha jista’ jitbiddel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq vertikalment b’iktar minn 0,2°.

6.2.6.1.

Jekk dawl għal-liwi jinkiseb permezz ta’:

6.2.6.1.1.

tidwir tar-raġġ għaddieni jew ċaqliq orizzontalment tal-barma tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, il-kejl għandu jitwettaq wara li t-tagħmir komplut tal-bozza ta’ quddiem ikun ġie mmirat mill-ġdid orizzontalment, eż. permezz ta’ gonjometru;

6.2.6.1.2.

ċaqliq ta’ parti ottika waħda jew iktar minn waħda tal-bozza ta’ quddiem mingħajr ma tiġi mċaqalqa orizzontalment il-barma tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dawn il-partijiet fil-pożizzjoni estrema tat-tħaddim tagħhom;

6.2.6.1.3.

mezzi ta’ sors ta’ dawl wieħed addizzjonali jew modulu(i) LED wieħed jew iktar minn wieħed mingħajr ma tiġi mċaqilqa orizzontalment il-barma tal-minkeb tal-punt tal-waqfien, għandu jitwettaq kejl b’dan is-sors tad-dawl jew modulu(i) LED attivati.

6.3.   Dispożizzonijiet dwar raġġi għas-sewqan

6.3.1.   Fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem iddisinjata biex tipprovdi raġġ għas-sewqan u raġġ għaddieni, għandu jittieħed kejl tal-illuminazzjoni prodotta fuq l-iskrin mir-raġġ għas-sewqan bl-istess allinjament tal-bozza ta’ quddiem bħal dak għall-kejl skont l-Artikolu 6.2.5 imsemmi qabel; fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem li tipprovdi raġġ għas-sewqan biss, din għandha tiġi aġġustata b’tali mod biex l-erja tal-illuminazzjoni massima tiġi ċċentrata fuq il-punt ta’ intersezzjoni tal-linji H-H u V-V; din il-bozza ta’ quddiem għandha tilħaq biss ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6.3. Il-vultaġġi tal-ittestjar ikunu l-istess bħal fl-Artikolu 6.2.4.4.

6.3.2.   Huwa possibbli li jintużaw diversi sorsi tad-dawl għal raġġ għas-sewqan, dawn is-sorsi tad-dawl ikunu mniżżla jew fir-Regolament Nru 37 (f’dan il-każ il-bozoz tal-filament għandhom jitħaddmu fil-fluss mudwal ta’ referenza tagħhom) jew fir-Regolament Nru 99.

Huwa possibbli wkoll li parti mir-raġġ għas-sewqan prodott minn waħda minn dawn is-sorsi tad-dawl tintuża esklussivament għal sinjali tal-ħin qosra (flash to pass) kif dikjarat mill-applikant. Dan għandu jiġi indikat fl-illustrazzjoni rilevanti u għandha tiddaħħal nota fil-formola ta’ komunikazzjoni.

6.3.3.   L-illuminazzjoni prodotta fuq l-iskrin mir-raġġ għas-sewqan għandha tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

6.3.3.1.

Il-punt ta’ intersezzjoni (HV) tal-linji HH u VV għandu jkun fi ħdan l-isolux li jirrapreżenta 80 fil-mija dawltad-dawl massimu. dawlDan id-dawl massimu, hawn taħt imsemmi Emax, għandu jkun bejn 70 u 345 lux.

6.3.3.2.

Il-marka ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4.2.2.7 imsemmi fuq għandha tinkiseb permezz tal-formola:

Marka ta’ referenza = 0,146 Emax

Dan il-valur għandu jitqarreb għall-valur: 17,5 – 20 – 25 – 27,5 – 30 – 37,5 – 40.

6.3.3.3.

Mill-punt HV, orizzontalment mil-lemin għax-xellug, l-illuminazzjoni ma għandhiex tkun inqas minn 40 lux sa distanza ta’ 1.125 m u mhux inqas minn 10 lux sa distanza ta’ 2.25 m.

6.4.   Il-valuri tad-dawl tal-iskrin imsemmija fl-Artikoli 6.2.5 sa 6.3.2.3 imsemmija fuq għandhom jitkejlu mkejla permezz ta’ foto-riċevitur, li ż-żona effettiva tiegħu għandu jkun inkluż fi kwadru bil-ġnub ta’ 65 mm.

6.5.   Dispożizzjonijiet dwar rifletturi mobbli

6.5.1.   Bil-bozza mwaħħla skont il-pożizzjonijiet kollha deskritti fl-Artikolu 2.1.4., il-bozza ta’ quddiem għandha tilħaq ir-rekwiżiti fotometriċi tal-Artikolu 6.2. jew 6.3., jew it-tnejn li huma.

6.5.2.   Testijiet addizzjonali jitwettqu wara li r-riflettur ikun ġie mmejjel vertikalment ‘il fuq bl-angolu msemmi fl-Artikolu 2.1.4. jew 2 gradi, skont liema huwa l-iżgħar, permezz tat-tagħmir għall-immirar tal-bozoz ta’ quddiem. Il-bozza ta’ quddiem imbagħad tiġi mmirata mill-ġdid 'l isfel (permezz tal-gonjometru), u l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi għandhom jintlaħqu fil-punti li ġejjin:

Raġġ għaddieni prinċipali: HV u 75 R (75 L rispettivament)

Raġġ għas-sewqan: E max, HV bħala perċentawali ta’ Emax

Jekk l-apparat tal-immirar ma jippermettux moviment kontinwu, tintgħażel il-pożizzjoni l-iktar viċin ta’ 2 gradi.

6.5.3.   Ir-riflettur jerġa jinġieb lura fil-pożizzjoni angolari nominali tiegħu kif definit fl-Artikolu 6.2.2, u l-gonjometru jitressaq lura fil-pożizzjoni oriġinali. Ir-riflettur jixxaqleb vertikalment 'l isfel bl-angolu msemmi fl-Artikolu 2.1.4, jew 2 gradi, skont liema jkun l-iżgħar, permezz tal-apparat li jimmira l-bozza ta’ quddiem. Il-bozza ta’ quddiem mbagħad tiġi mmirata mill-ġdid ′il fuq (permezz tal-gonjometru pereżempju) u jiġu verifikati l-punti bħal fl-Artikolu 6.5.2.

7.   IL-KEJL TAL-ISKUMDITÀ U/JEW ID-DIŻABBILTÀ

L-iskumdità u/jew id-diżabbiltà kkawżati mir-raġġ għaddieni tal-bozoz ta’ quddiem għandhom jitkejlu (9).

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ADDIZZJONALI

8.   MODIFIKA TAT-TIP TAL-BOZZA TA’ QUDDIEM U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

8.1.   Kull modifika tat-tip ta’ bozza ta’ quddiem inkluż il-ballast għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ bozza ta’ quddiem. Id-dipartiment imsemmi jista’ mbagħad jew:

8.1.1.

Jikkunsidra li l-modifikazzjonijiet magħmula mhumiex probabbli li jkollhom effetti negattivi apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-bozza ta’ quddiem xorta tkun għadha konformi mar-rekwiżiti; jew inkella

8.1.2.

Jitlob rapport tal-ittestjar addizzjonali mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

8.2.   Konferma jew ċaħda jew approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tintbagħat permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4.1.5. msemmi qabel lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje li kull waħda mill-formoli ta’ komunikazzjoni mfassla għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   Bozoz ta’ quddiem approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

9.2.   Sabiex jiġi verifikat li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 9.1., għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

9.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

9.3.1.

jiżgura l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti:

9.3.2.

ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat;

9.3.3.

jiżgura li dejta ta’ riżultati tat-testijiet tiġi reġistrata u li dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi determinat b’konformità mad-dipartiment amministrattiv;

9.3.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jagħmel konċessjoni għall-varjazzjoni ta’ produzzjoni industrijali;

9.3.5.

jiżgura li għal kull tip ta’ prodott jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament;

9.3.6.

jiżgura li kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandu jwassal għal teħid ta’ kampjuni ieħor u test ieħor. Il-passi meħtieġa kollha għandhom jittieħdu sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

9.4.   L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

9.4.1.   F’kull spezzjoni, il-kotba tal-ittestjar u r-rekords tas-sorveljanza tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed iżur.

9.4.2.   L-ispettur jista’ jieħu kampjuni kif ġie ġie biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat fid-dawl tar-riżultati tal-verifiki tal-manifattur stess.

9.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li jenħtieġ li tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9.4.2 imsemmi qabel, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni, sabiex jintbagħatu lid-dipartiment tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, permezz tal-kriterji tal-Anness 9.

9.4.4.   L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom ikunu fuq kampjuni magħżulin kif ġie ġie mingħajr ma jikkawżaw disturbi fl-impenni ta’ kunsinna tal-manifattur u skont il-kriterji tal-Anness 9.

9.4.5.   L-awtorità kompetenti għandha taħdem biex tikseb frekwenza ta’ spezzjoni ta’ darba kull sentejn. Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu reġistrati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

9.5.   Bozoz ta’ quddiem b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

9.6.   Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

9.7.   Il-punti ta’ kejl 14 sa 21 mill-Artikolu 6.2.6 ta’ dan ir-Regolament ma jiġux ikkunsidrati.

10.   PENALITAJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ bozza ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti ma jintlaħqux jew jekk bozza ta’ quddiem li jkollha l-marka tal-approvazzjoni ma tikkonformax mat-tip approvat.

10.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament peremzz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ bozza ta’ quddiem approvata skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TAL- APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta’ testijiet tal- approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtu lilhom formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estenzjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 9, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

13.2.   Minn 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 9, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ bozza ta’ quddiem li jkollha tiġi approvata tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

13.3.   Approvazzjonijiet mogħtija skont is-supplimenti preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

13.4.   Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet fuq il-bażi tas-supplimenti preċedenti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-bozoz ta’ quddiem ikunu maħsuba bħala sostituzzjonijiet biex jitwaħħlu fuq vetturi li qed jintużaw.

13.5.   Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta’ approvazzjonijiet għas-supplimenti preċedenti ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf Parti Kontraenti ta’ dan il-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li bozza ta’ quddiem approvata “PL” (Lenti tal-Plastik) skont dan ir-Regolament tingħaqad ma’ apparat mekkaniku li jnaddaf il-bozoz ta’ quddiem (jiġifieri b’wajpers) fuq vetturi li tirreġistra.

(2)  Għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ara r-Regolament Nru 99.

(3)  Jekk il-lenti ma tistax tinqala’ mill-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem, marka unika skont l-Artikolu 4.2.5. għandha tkun suffiċjenti.

(4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Ażerbaijan, 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-Nova Żelandja, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea,. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li biha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim Dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u għalhekk in-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jintbagħtu mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

(5)  Rekwiżiti tekniċi għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass: ara r-Regolament Nru 99.

(6)  Struzzjonijiet dwar l-installazzjoni ta’ bozoz mgħammra b’dawn il-miżuri huma mogħtija fir-Regolament Nru 48.

(7)  Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-iswiċċ tal-kontroll.

(8)  Il-konformità mar-rekwiżiti għall-kumpatibbiltà elettromanjetika hija rilevanti għat-tip ta’ vettura individwali.

(*)  Il-valuri tal-illuminazzjoni fil-punti 14 sa 19 għandhom ikunu tali li:

 

14 + 15 + 16 ≥ 0,3 lux u

 

17 + 18 + 19 ≥ 0,6 lux.

(9)  Dan ir-rekwiżit għandu jkun -suġġett ta’ rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Figura 1

Image

Figura 2

Figura 3a

Image

Il-bozza ta’ quddiem li jkollha l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq hija bozza ta’ quddiem li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament fir-rigward kemm tar-raġġ għaddieni kif ukoll tar-raġġ għas-sewqan u ddisinjata:

Għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss

Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku, permezz ta’ aġġustament kif meħtieġ tas-setting tal-unità ottika jew is-sors tad-dawl fuq il-vettura

Figura 3b

Image

Figura 4

Figura 5

Image

Il-bozza ta’ quddiem li jkollha l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq hija bozza ta’ quddiem li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għar-raġġ għaddieni biss u hija mgħammra b’lenti ta’ materjal tal-plastik, u ddisinjata:

Għaż-żewġ sistemi tat-traffiku

Għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss

Figura 6

Image

Figura 7a

Figura 7b

Image

Il-bozza ta’ quddiem li jkollha l-marka tal-approvazzjoni li tidher fuq hija bozza ta’ quddiem li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:

B’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss u hija ddisinjata għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug biss.

L-istess arranġament bħall-figura 6, iżda l-bozza għaċ-ċpar fuq quuddiem ma tistax tinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan.

Figura 8

Figura 9

Image

Identifikazzjoni ta’ bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,

u kkombinata jew miġbura fi grupp jew reċiprokament inkorporata ma’ raġġ għas-sewqan R 8 tal-aloġenu.

iddisinjata għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku.

Ir-raġġ għaddieni m’għandux jinxtegħel simultanjament mar-raġġ għas-sewqan tal-aloġenu. Ir-raġġ għaddieni huwa ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin biss.

Ir-raġġ għaddieni m’għandux jinxtegħel simultanjament ma’ bozza ta’ quddiem oħra reċiprokament inkorporata.

Figura 10

Image

Figura 11

Eżempji ta’ mmarkar simplifikat possibbli għal bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati mwaħħla fuq quddiem tal-vettura

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma u l-arranġament ġenerali tal-apparat li jagħti sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.)

MUDELL A

Image

MUDELL B

Image

MUDELL C

Image

MUDELL D

Image

NOTA:

L-erba’ kampjuni li jidhru fuq jikkorrispondu ma’ apparat tad-dawl li jkollhom marka tal-approvazzjoni relatata ma’:

 

Bozza li titwaħħal fuq quddiem approvata skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 7, għal installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug;

 

Bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni li jitfa’ l-gass iddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ għas-sewqan li jitfa’ l-gass b’intensità massima inkluża bejn 86 250 u 101 250 candelas (kif indikat min-numru 30), approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u li tinkorpora lenti tal-plastik;

 

Bozza għaċ-ċpar fuq quddiem approvata skont is-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 19 u li tinkorpora lenti tal-plastik;

 

Bozza tal-indikejter ta’ quddiem tal-kategorija 1a approvata skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 6.

Figura 12

L-eżempju li jidher fuq jikkorrispondi mal-marka ta’ lenti maħsuba biex tintuża f’tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jiġifieri:

Eżempju 1

Image

Il-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru tal-approvazzjoni validu, pereżempju:

 

Image

jew

Image

jew

Image

jew

Image

Eżempju 2

Image

Figura 13

Moduli LED

Image

ANNESS 3

Figura A

Skrin tal-kejl 1

*

Tirriduċix għal skala.

Raġġ għaddieni

Image

Figura B:

Skrin tal-kejl 2

*

Tirriduċix għal skala.

Raġġ għaddieni

Image

Figura C

Punti tal-kejl għall-valuri tal-illuminazzjoni

Image


ANNESS 4

Testijiet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika ta’ bozoz ta’ quddiem li qed jitħaddmu

TEST FUQ BOZOZ TA’ QUDDIEM KOMPLUTI

Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont il-preskrizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fil-punt għal Emax għal raġġ għas-sewqan u fil-punti HV, 50 R u B 50 L għal raġġ għaddieni (jew HV, 50 L, B 50 R għal bozoz ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) kampjun ta’ bozza ta’ quddiem kompluta għandu jiġi ttestjat għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt it-tħaddim. “Bozza ta’ quddiem kompluta” għandha tfisser l-bozza kompluta nfisha inkluż(i) il-ballast(s) u dawk il-partijiet tal-bodi u l-bozoz ta’ madwarha li jistgħu jaffettwaw id-diżintegrazzjoni termali tagħha.

It-testijiet għandhom jitwettqu:

(a)

f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C, bil-kampjun tal-ittestjar immuntat fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura;

(b)

fil-każ ta’ sorsi tad-dawl sostitwibbli: billi jintużaw sorsi tad-dawl tal-filament prodotti fi kwantità kbira, li jkunu ntużaw għal mill-inqas siegħa, jew sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass prodotti fi kwantità kbira, li jkunu ntużaw għal mill-inqas 15-il siegħa jew moduli LED prodotti fi kwantità kbira li jkunu ntużaw għal mill-inqas 48 siegħa u mkessħa għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament. Il-moduli LED provduti mill-applikant għandhom jintużaw.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak tużat matul testijiet għall- approvazzjoni tat-tip tal-bozoz ta’ quddiem.

Il-kampjun tal-ittestjat għandu jitħaddem mingħajr ma jiġi żmuntat mill- jew aġġustat mill-ġdid fir-relazzjoni tal-immuntar tal-ittestjar tiegħu. Is-sors tad-dawl użat għandu jkun sors tad-dawl tal-kategorija speċifikata għal dik il-bozza ta’ quddiem.

1.   TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA

It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C, bil-bozza ta’ quddiem kompluta mmuntata fuq bażi li tirrapreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.

1.1.   Bozza ta’ quddiem nadifa

Il-bozza ta’ quddiem għandha titħaddem għal 12-il siegħa skont is-sottoparagrafu 1.1.1. u ċċekkjata kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.1.1.   Proċedura tal-ittestjar

Il-bozza ta’ quddiem għandha titħaddem għal perjodu skont dak il-ħin speċifikat, sabiex

(a)

Fil-każ fejn funzjoni waħda biss tad-dawl (raġġ għas-sewqan jew raġġ għaddieni) għandha tiġi approvata, is-sors tad-dawl korrispondenti għandu jinxtegħel għall-ħin preskritt (1)

(b)

Fil-każ ta’ bozza ta’ raġġ għaddieni u bozza ta’ raġġ għas-sewqan reċiprokament inkorporati jew fil-każ ta’ bozza għaċ-ċpar fuq quddiem u bozza ta’ quddiem b’raġġ għas-sewqan reċiprokament inkorporati:

Jekk l-applikant jiddikjara li l-bozza ta’ quddiem għandha tintuża ma’ sors tad-dawl wieħed mixgħul (2) fl-istess ħin, it-test għandu jitwettaq skont din il-kundizzjoni, bl-attivazzjoni (1) ta’ kull funzjoni speċifikata suċċessivament għal nofs il-ħin speċifikat fl-Artikolu 1.1.,

Fil-każijiet l-oħra kollha, (1)  (2) il-bozza ta’ quddiem għandha tkun soġġetta għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

 

15-il minuta, raġġ għaddieni mixgħul

 

5 minuti, il-funzjonijiet kollha mixgħula;

Fil-każ ta’ raġġ għaddieni u raġġ għas-sewqan provduti mill-istess sors tad-dawl li jitfa’ l-gass, iċ-ċiklu għandu jkun:

 

15-il minuta, raġġ għaddieni mixgħul

 

5 minuti, il-kontributuri kollha tar-raġġ għas-sewqan mixgħula

(c)

Fil-każ ta’ funzjonijiet tad-dawl miġbura fi grupp, il-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu simultanjament għall-ħin speċifikat għall-funzjonijiet tad-dawl individwali (a), b’kunsiderazzjoni wkoll tal-użu ta’ funzjonijiet tad-dawl reċiprokament inkorporati (b), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

(d)

Fil-każ ta’ raġġ għaddieni maħsub biex jipprovdi dawl għal-liwi flimkien ma’ sors tad-dawl, dan is-sors tad-dawl għandu jinxtegħel għal minuta, u jintefa għal 9 minuti matul l-attivazzjoni tar-raġġ għaddieni biss (ara l-Appendiċi 1).

(e)

F’każ li r-raġġ għas-sewqan juża diversi sorsi tad-dawl skont l-Artikolu 6.3.2 u jekk l-applikant jiddikjara li parti mir-raġġ għas-sewqan (wieħed minn dawn is-sorsi tad-dawl addizzjonali) għandu jintuża esklussivament għal sinjali għal ħin qasir (flash to pass), it-test għandu jitwettaq mingħajr din il-parti tar-raġġ għas-sewqan.

1.1.1.2.   Vultaġġ tal-ittestjar

Il-vultaġġ għandu jiġi applikat għat-terminali tal-kampjun tal-ittesjtar kif ġej:

(a)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl tal-filament sostitwibbli mħaddma direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura:

It-test għandu jitwettaq b’ 6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V kif applikabbli minbarra jekk l-applikant jispeċifika li l-kampjun għall-ittestjar jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. F’dan il-każ, it-test għandu jitwettaq bis-sors tad-dawl tal-filament imħaddem bl-ogħla vultaġġ li jista’ jintuża.

(b)

Fil-każ ta’ sors(i) tad-dawl li jitfa’(jitfgħu) l-gass sostitwibbli: Il-vultaġġ tal-ittestjar għall-ger tal-kontrolll tas-sors tad-dawl elettroniku ikun 13,2 ± 0,1 volts għal sistema tal-vultaġġ ta’ vettura ta’ 12 V, jew kif speċifikat mod ieħor fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

(c)

Fil-każ ta’ sors tad-dawl mhux sostitwibbli mħaddem direttament fil-kundizzjonijiet tas-sistema tal-vultaġġ tal-vettura: Il-kejl kollu fuq unitajiet tad-dawl mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (sorsi tad-dawl tal-filament u/jew oħrajn) għandu jsir b’6,3 V, 13,2 V jew 28,0 V jew b’vultaġġi oħra skont is-sistema tal-vultaġġ tal-vettura kif speċifikat mill-applikant rispettivament.

(d)

Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl, sostitwibbli jew mhux sostitwibbli, li jitħaddmu indipendentement mill-vultaġġ tal-provvista tal-vettura u kkontrollati totalment mis-sistema, jew, fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti b’apparat tal-provvista u tat-tħaddim, il-vultaġġi tal-ittestjar kif speċifikati fuq għandhom jiġu applikati lit-terminali tad-dħul ta’ dak l-apparat. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jitlob mill-manifattur l-apparat tal-provvista u tat-tħaddim jew provvista tal-elettriku speċjali meħtieġa biex tipprovdi s-sors(i) tad-dawl.

(e)

Modulu(i) LED għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) b’6,75 V, 13,2 V jew 28,0 V rispettivament, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b’ger tal-kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.

(f)

Meta bozoz tas-sinjali ikunu miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati f’kampjun tal-ittestjar u jaħdmu b’vultaġġi li mhumiex il-vultaġġi stmati nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif iddikjarat mill-manifattur għall-funzjonament fotometriku korrett ta’ dik il-bozza.

1.1.2.   Riżultati tal-ittestjar

1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali:

Ladarba l-bozza ta’ quddiem tkun ġiet stabilizzata għat-temperatura ambjentali, il-lenti tal-bozza ta’ quddiem u l-lenti esterna, jekk applikabbli, għandhom jitnaddfu b’ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Din għandha mbagħad tiġi spezzjonata viżwalment; ebda tgħawwiġ, deformazzjoni, tixqiq jew bidla fil-kulur la tal-lenti tal-bozza ta’ quddiem u lanqas tal-lenti esterna, jekk applikabbli, ma għandhom ikunu jidhru.

1.1.2.2.   Test fotometriku:

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu verifikati għall-punti li ġejjin:

 

Raġġ għaddieni:

 

50 R - B 50 L - HV għall-bozoz ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin

 

50 L - B 50 R - HV għall-bozoz ta’ quddiem iddisinjati għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

 

Raġġ għas-sewqan: Punt ta’ Emax.

Immirar ieħor jista’ jitwettaq sabiex jippermetti kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-bozza ta’ quddiem minħabba s-sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien hija koperta fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Anness).

Diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli nkluż it-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

1.2.   Bozza ta’ quddiem maħmuġa

Wara li tiġi ttestjata kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 imsemmi qabel, il-bozza ta’ quddiem għandha titħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1., wara li tkun ġiet ippreparata kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u verifikata kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.2.1.   Preparazzjoni tal-bozza ta’ quddiem

1.2.1.1.   Taħlita tal-ittestjar

1.2.1.1.1.

Għal bozza ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġġes li għandha tiġi applikata mal-bozza ta’ quddiem għandhha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż tar-ramel tas-silika b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

parti waħda skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3), u

 

ammont xieraq ta’ ilma distillat, b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m.

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.1.2.

Għal bozza ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-plastik:

 

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-bozza ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

 

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

parti waħda skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli ta’ 0-100 μm,

 

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3),

 

13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m, u

 

2 ± 1 partijiet skont il-piż ta’ aġent li jnaqqas it-tensjoni tas-superfiċje (4).

 

Ma jridux ikunu għaddew iktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar fuq il-bozza ta’ quddiem:

It-taħlita tal-ittestjar għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq is-superfiċje kollu li jarmi d-dawl tal-bozza ta’ quddiem u mbagħad jitħalla jinxef. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta sakemm il-valur ta’ dawl ikun naqas għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed minn dawn il-punti fil-kundizzjonijiet deskritti f’dan l-Anness:

 

Punt Emax fir-raġġ għaddieni/ raġġ għas-sewqan u fir-raġġ għas-sewqan biss,

 

50 R u 50 V (5) għal bozza għaddiena biss, iddisinjata għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin,

 

50 L u 50 V (5) għal bozza għaddiena biss, iddisinjata għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

2.   TEST GĦAL TIBDIL FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAl-WAQFIEN TAĦT L-INFLUWENZA TAS-SĦANA

Dan it-test jikkonsisti fil-verifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma taqbiżx valur speċifikat għal bozza għaddiena li tkun qed titħaddem.

Il-bozza ta’ quddiem ittestjata skont l-Artikolu 1. għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fl-Artikolu 2.1., mingħajr ma titneħħa mill- jew tiġi aġġustata mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tagħha.

Jekk il-bozza ta’ quddiem ikollha riflettur jiċċaqlaq, il-pożizzjoni l-iktar viċin il-linja angolari vertikali medja biss għandha tintgħażel għal dan it-test.

2.1.   Test għall-bozoz ta’ quddiem b’raġġ għaddieni

It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq b’temperatura ambjentali ta’ 23 ± 5 °C.

Permezz tal-użu ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gas prodott fi kwantitajiet kbar jkun intuuża għal mill-inqas 15-il siegħa, il-bozza ta’ quddiem għandha titħaddem b’funzjoni ta’ raġġ għaddieni mingħajr ma tiġi żmuntata mill- jew aġġustata mill-ġdid fir-rigward tal-immuntar tal-ittestjar tagħha. (Għall-iskop ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fl-Artikolu 1.1.1.2.). Il-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn VV u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B 50 L għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin jew B 50 R għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug) għandha tiġi verifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) rispettivament wara t-tħaddim.

Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt tal-waqfien kif deskritt qabel għandu jitwettaq permezz ta’ kwalunkwe metodu li jagħti preċiżjoni aċċettabbli u riżultati li jistgħu jistgħu riprodotti.

2.2.   Riżultati tal-ittestjar

2.2.1.   Ir-riżultat f’milliradians (mrad) għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli għal bozza ta’ quddiem b’raġġ għaddieni meta l-valur assolut Formula irreġistrat fuq il-bozza ta’ quddiem ma jkunx iktar minn 1,0 mrad (Δr1 ≤ 1,0 mrad).

2.2.2.   Madankollu, jekk dan il-valur ikun iktar minn 1,0 mrad iżda mhux iktar minn 1,5 mrad (1,0 mrad < Δr1 ≤ 1,5 mrad), bozza ta’ quddiem oħra għandha tiġi ttestjata kif deskritt fl-Artikolu 2.1., wara li tiġi soġġetta tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu kif deskritt isfel, sabiex tiġi stabilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-bozza ta’ quddiem fuq bażi rappreżentattiva tal-installazzjoni korretta fuq il-vettura:

 

Tħaddim tar-raġġ għaddieni għal siegħa (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċfikat fl-Artikolu 1.1.1.2);

 

Perjodu ta’ serħan għal siegħa.

It-tip ta’ bozza ta’ quddiem għandu jiġi kkunsidrat aċċettabbli jekk il-valur medju tal-valuri assoluti ΔrI imkejla fuq l-ewwel kampjun u ΔrII imkejla fuq it-tieni kampjun ma jkunx iktar minn 1,0 mrad.

Formula


(1)  Meta l-bozza ta’ quddiem ittestjata tkun miġbura fi grupp u/jew reċiprokament inkorporata mal-bozoz tas-sinjalar, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu għad-dewmien tat-test, minbarra bozza għas-sewqan bi nhar. Fil-każ ta’ bozza tal-indikejter, din għandha tinxtegħel bil-mod li tteptep fil-proporzjon tal-ħin mixgħula/mitfija ta’ wieħed u wieħed.

(2)  Jekk jinxtegħlu żewġ sorsi tad-dawl jew aktar sinultanjament meta jintuża t-teptip tal-bozoz ta’ quddiem, dan ma għandux jiġi kunsidrat użu normali tas-sorsi tad-dawl simultanjament ż.

(3)  NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodu tal-karbossimetilċelluloża, ġeneralment imsejjaħ CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0.6-0.7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.

(4)  It-tolleranza fuq il-kwantità hija minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex b’mod korrett fuq il-lenti kollha tal-plastik.

(5)  50 V jinsab 375 mm 'l isfel minn HV fuq il-linja vertikali VV fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.

Appendiċi

Ħarsa ġenerali lejn perjodi tat-tħaddim marbuta mat-test għall-istabbilità tal-prestazzjoni fotometrika

Image

ANNESS 5

Rekwiżiti għall-bozoz li jinkorporaw lentijiet tal-plastik — ittestjar ta’ lentijiet jew kampjuni tal-materjal u ta’ bozoz kompluti

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Il-kampjuni provduti skont l-Artikoli 2.2.5 u 2.3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fl-Artikoli 2.1 sa 2.5 isfel.

1.2.   Iż-żewġ kampjuni ta’ bozoz/sistemi kompluti provduti skont l-Artikolu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament u li jinkorporaw lentijiet tal-plastik, għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet isfel.

1.3.   Il-kampjuni ta’ lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni ta’ materjal għandhom jiġu suġġetti, mar-riflettur li huma maħsuba biex jitwaħħlu miegħu (fejn applikabbli), għal testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġika indikata fit-tabella A riprodotta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

1.4.   Madankollu, jekk il-manifattur tal-bozza jkun jista’ jagħti evidenza li l-prodott diġà jkungħadda mit-testijiet preskritti fl-Artikoli 2.1 sa 2.5 isfel, jew it-testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet ma jkollhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet biss preskritti fl-Appendiċi 1, tabella B, għandhom ikunu obbligatorji.

1.5.   Jekk il-bozoz ta’ qudddiem ikunu ddisinjati għall-installazzjoni fuq in-naħa tal-lemin biss, jew għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug biss, testijiet skont dan l-Anness jistgħu jitwettqu fuq kampjun wieħed biss, skont l-għażla tal-applikant.

2.   TESTIJIET

2.1.   Reżistenza għal tibdil fit-temperatura

2.1.1.   Testijiet

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom jiġu soġġetti għal ħames ċikli ta’ tibdil fit-temperatura u fl-umdità (RH = umdità relattiva) skont dan il-programm:

 

3 sigħat f’40 ± 2 °C u 85-95 fil-mija RH;

 

siegħa f’23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH;

 

15-il siegħa f’– 30 ± 2 °C;

 

siegħa f’23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH;

 

3 sigħat f’80 ± 2 °C;

 

siegħa f’ 23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH;

Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’23 ± 5 °C u 60-75 fil-mija RH għal mill-inqas erba’ sigħat.

Nota: Il-perjodi ta’ siegħa f’23 ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li jkunu meħtieġa sabiex jiġu evitati l-effetti ta’ xokk termali.

2.1.2.   Kejl fotometriku

2.1.2.1.   Metodu

Għandu jitwettaq kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.

Dan il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ bozza standard, fil-punti li ġejjin:

 

B 50 L u 50 R għar-raġġ għaddieni ta’ bozza għaddiena jew bozza għaddiena/ għas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug);

 

Emax għar-raġġ għas-sewqan ta’ bozza għas-sewqan jew bozza għaddiena/għas-sewqan.

2.1.2.2.   Riżultati

Il-varjazzjoni bejn il-valuri fotometriċi mkejla fuq kull kampjun qabel u wara t-test m’għandhiex taqbeż l-10 fil-mija inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

2.2.   Reżistenza għal aġenti atmosferiċi u kimiċi

2.2.1.   Reżistenza għal aġenti atmosferiċi

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal) għandhom ikunu esposti għar-radjazzjoni minn sors li jkollu distribuzzjoni tal-enerġija spettrali simili għal dik ta’ korp iswed b’temperatura ta’ bejn 5 500 K u 6 000 K. Filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-radjazzjonijiet b’mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u ikbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom jiġu esposti għal dawl enerġetiku ta’ 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu tali li l-illuminazzjoni enerġetika li jirċievu tkun ekwivalenti għal 4 500 MJ/m2 ± 200 MJ/m2. Fl-ispazju magħluq, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed li jkun qiegħed fuq livell mal-kampjuni għandha tkun ta’ 50 ± 5 °C. Sabiex jiġi żgurat esponiment regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors tar-radjazzjoni b’veloċità ta’ bejn 1 u 5 min–1.

Il-kampjuni għandhom jiġu sprejjati b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 ± 5 °C, skont dan iċ-ċiklu:

Sprejjar

:

5 minuti;

Tnixxif

:

25 minuta.

2.2.2.   Reżistenza għal aġenti kimiċi

Wara li jkunu twettqu t-test deskritt fl-Artikolu 2.2.1. imsemmi qabel u l-kejl deskritt fl-Artikolu 2.2.3.1. isfel, il-wiċċ ta’ barra tal-imsemmija tliet kampjuni għandu jiġi trattat kif deskritt fl-Artikolu 2.2.2.2. bit-taħlita definita fl-Artikolu 2.2.2.1. isfel.

2.2.2.1.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-eptane, 12,5 fil-mija tolwene, 7,5 fil-mija etil tetraklorur, 12,5 fil-mija trikloroetilene u 6 fil-mija xilene (volum fil-mija).

2.2.2.2.   Applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar

Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar fit-taħlita definita fl-Artikolu 2.2.2.1. imsemmi qabel u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressa ta’ 50 N/cm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tal-ittestjar ta’ 14 × 14mm.

Matul dan il-perjodu ta’ 10-minuti, iċ-ċarruta għandha tixxarrab għal darb’oħra bit-taħlita sabiex il-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun kontinwament identika ma’ dik tat-taħlita tal-ittestjar preskritta.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni, huwa permissibbli li tkun ikkompensata l-pressa applikata fuq il-kampjun sabiex ma jitħalliex jixxaqqaq.

2.2.2.3.   Tindif

Fit-tmiem tal-applikazzjoni tat-taħlita tal-ittestjar, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fil-miftuħ u mbagħad jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fl-Artikolu 2.3 (Reżistenza għad-diterġenti) f’ 23 ± 5 °C.

Wara l-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni bl-ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’23 ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’ċarruta ratba.

2.2.3.   Riżultati

2.2.3.1.   Wara t-test ta’ reżistenza għal aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni għandu jkun ħieles minn xquq, grif, tixlif u deformazzjoni, u l-varjazzjoni medja fit-trażmissjoni

Δt = (T2 – T3)/T2, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex taqbeż iż-0,020

(Δtm ≤ 0,020).

2.2.3.2.   Wara t-test ta’ reżistenza għal aġenti kimiċi, il-kampjuni m’għandux ikollhom traċċi ta’ tbajja kimiċi li jistgħu jikkawżaw varjazzjoni fit-tixrid tal-fluss, li l-varjazzjoni medja tiegħu

Δd = (T5 – T4)/T2, mkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandhiex taqbeż iż-0,020

(Δdm ≤ 0,020).

2.2.4.   Reżistenza għal radjazzjonijiet tas-sorsi tad-dawl

Għandu jitwettaq dan it-test:

 

Kampjuni ċatti ta’ kull komponent tal-plastik li jittrażmetti d-dawl tal-bozza ta’ quddiem jiġu esposti għad-dawl tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. Il-parametri bħall-angoli u d-distanzi ta’ dawn il-kampjuni għandhom ikunu l-istess bħal fil-bozza ta’ quddiem. Dawn il-kampjuni għandu jkollhom l-istess kulur u trattament tas-superfiċje, jekk applikabbli, bħall-partijiet tal-bozza ta’ quddiem.

 

Wara 1 500 siegħa ta’ esponiment kontinwu, l-ispeċifikazzjonijiet kulurimetriċi tad-dawl trażmess għandhom ikunu jintlaħqu b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard ġdid, u s-superfiċji tal-kampjuni għandhom ikunu ħielsa minn xquq, grif, laqxiet jew deformazzjoni.

2.3.   Reżistenza għal diterġenti u idrokarbonji

2.3.1.   Reżistenza għal diterġenti

Il-wiċċ ta’ barra ta’ tliet kampjuni (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal 50 ± 5 °C u mbagħad tiġi mgħaddsa għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’23 ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ilma distillat li jkun fih mhux iktar minn 0,02 fil-mija impuritajiet u parti waħda alkjlaril sulfonat.

Fl-aħħar tat-test, il-kampjuni għandhom jitnixxfu f’50 ± 5 °C. Is-superfiċje tal-kampjuni għandha titnaddaf b’ċarruta niedja.

2.3.2.   Reżistenza għal idrokarbonji

Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni għandu mbagħad jingħorok b’mod ħafif għal minuta b’ċarruta tal-qoton imxarrba f’taħlita magħmula minn 70 fil-mija n-eptane u 30 fil-mija tolwene (volum fil-mija), u għandha mbagħad titnixxef fl-arja aperta.

2.3.3.   Riżultati

Wara li ż-żewġ testijiet imsemmija qabel ikunu twettqu suċċessivament, il-valur medju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni

Δt = (T2 – T3)/T2, imkejjel fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness m’għandux jaqbeż 0,010

(Δtm ≤ 0,010).

2.4.   Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika

2.4.1.   Metodu ta’ deterjorazzjoni mekkanika

Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jiġi soġġett għat-test uniformi ta’ deterjorazzjoni mekkanika permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

2.4.2.   Riżultati

Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

fit-trażmissjoni

:

Δt = (T2 – T3)/T2

u fit-tixrid

:

Δd = (T5 – T4)/T2

għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fiż-żona speċifikata fl-Artikolu 2.2.4 imsemmi qabel. Il-valur medju tat-tliet kampjuni għandu jkun tali li:

 

Δtm ≤ 0,100;

 

Δdm ≤ 0,050.

2.5.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

2.5.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

Superfiċje ta’ 20 mm × 20 mm fiż-żona tal-kisja ta’ lenti għandha tinqata’ b’xafra jew labra f’xibka ta’ kwadri ta’ madwar 2 mm × 2 mm. Il-pressa fuq ix-xafra jew labra għandha tkun suffiċjenti sabiex taqta’ mill-inqas il-kisja.

2.5.2.   Deskrizzjoni tat-test

Uża tejp li jwaħħal b’forza ta’ twaħħil ta’ 2 N/(ċm fil-wisa’) ± 20 fil-mija mkejjel fil-kundizzjonijiet standardizzati speċifikati fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. Dan it-tejp adeżiv, li għandu jkun wiesa’ mill-inqas 25 mm, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti mas-superfiċje ppreparata kif preskritt fl-Artikolu 2.5.1.

Imbagħad it-tarf tat-tejp adeżiv għandu jitgħabba b’mod li l-forza tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata tkun ibbilanċjata b’forza perpendikulari għal dik is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jinqala’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ± 0,2 m/s.

2.5.3.   Riżultati

M’għandu jkun hemm ebda ħsara evidenti fiż-żona maqsuma f’kaxex. Ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxex jew fit-truf tal-qatgħat għandhom jiġu permessi, sakemm iż-żona tal-ħsara ma taqbiżx il-15 fil-mija tas-superfiċje maqsuma f’kaxex.

2.6.   Testijiet tal-bozza ta’ quddiem kompluta li tinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik

2.6.1.   Reżistenza għal deterjorazzjoni mekkanika tas-superfiċje tal-lenti

2.6.1.1.   Testijiet

Il-lenti tal-bozza kampjun Nru 1 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fl-Artikolu 2.4.1 imsemmi qabel.

2.6.1.2.   Riżultati

Wara t-test, ir-riżultat tal-kejl fotometriku mwettaq fuq il-bozza ta’ quddiem skont dan ir-Regolament m’għandux jaqbeż b’iktar minn 30 fil-mija l-valuri massimi preskritti fil-punti B 50 L u HV u ma għandux ikun iktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B 50 R, HV u 75 L).

2.6.2.   Test tat-twaħħil tal-kisjiet, jekk applikabbli

Il-lenti tal-bozza kampjun Nru 2 għandha tiġi soġġetta għat-test deskritt fl-Artikolu 2.5 imsemmi qabel.

Appendiċi 1

ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI

A.   Testijiet fuq materjali tal-plastik (lentijiet jew kampjuni ta’ materjal provdut skont l-Artikolu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Kampjuni

Testijiet

Lentijiet jew kampjuni tal-materjal

Lentijiet

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

1.1.

Fotometrija limitata (Art. 2.1.2.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.1.1.

Bidla fit-temperatura (Art. 2.1.1.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.2.

Fotometrija limitata (Art. 2.1.2.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.2.1.

Kejl tat- trażmissjoni

x

x

x

x

x

x

x

x

x

 

 

 

 

 

1.2.2.

Kejl tat-tixrid

x

x

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.3.

Aġenti atmosferiċi (Art. 2.2.1.)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.1.

Kejl tat-trażmissjoni

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

Aġenti kimiċi (Art. 2.2.2.)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.1.

Kejl tat-tixrid

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.5.

Diterġenti (Art. 2.3.1.)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.

Idrokarbonji (Art. 2.3.2.)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

1.7.

Deterjorazzjoni (Art.. 2.4.1.)

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.7.1.

Kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.7.2.

Kejl tat-tixrid

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

1.8.

Twaħħil (Art..2.5.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

1.9.

Reżistenza għar-radjazzjonijiet mis-sors tad-dawl (Art. 2.2.4.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

 


B.   Testijiet fuq bozoz ta’ quddiem kompluti (provduti skont l-Artikolu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament)

Testijiet

Bozza ta’ quddiem kompluta

Kampjun Nru

1

2

2.1.

Deterjorazzjoni (Art. 2.6.1.1.1)

x

 

2.2.

Fotometrija (Art. 2.6.1.2.)

x

 

2.3.

Twaħħil (Art. 2.6.2.)

 

x

Appendiċi 2

Metodu tal-kejl tat-tixrid u t-trażmissjoni tad-dawl

1.   TAGĦMIR (ara l-figura)

Ir-raġġ ta’ kollimatur K b’nofs diverġenza β/2 = 17,4 × 10–4 rd jiġi limitat b’dijaframma DT b’fetħa ta’ 6mm li miegħu jitqiegħed l-istend talkampjun.

Lenti konverġenti akromatika L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi, tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f’kown b’nofs angolu ta’ fuq ta’ β/2 = 14°.

Dijaframma annulari DD bl-angoli α/2 = 1° u αmax/2 = 12° titqiegħed fil-pjan fokali tal-immaġni tal-lenti L2.

Il-parti ċentrali li mhix trasparenti tad-dijaframma tkun meħtieħa biex jiġi eliminat id-dawl li jkun ġej direttament mis-sors tad-dawl. Għandu jkun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ tad-dawl b’tali mod li din tmur lura eżatt għall-pożizzjoni oriġinali tagħha.

Id-distanza L2 DT u t-tul fokali F2  (1) tal-lenti L2 għandhom jintgħażlu b’mod li l-immaġni ta’ DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.

Meta l-fluss inizjali li jolqot is-superfiċje jissemma bħala 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun aħjar minn unità waħda.

2.   KEJL

Għandu jittieħed il-qari li ġej:

Qari

Bil-kampjun

Bil-parti ċentrali ta’ DD

Kwantità rappreżentata

T1

le

le

Fluss li jolqot is-superfiċje fil-qari inizjali

T2

iva

(qabel it-test)

le

Fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24°

T3

iva

(wara t-test)

le

Fluss trażmess mill-materjal ittestjat f’medda ta’ 24°

T4

iva

(qabel it-test)

iva

Fluss imxerred mill-materjal il-ġdid

T5

iva

(wara t-test)

iva

Fluss imxerred mill-materjal ittestjat

Figura 1

L-arranġament ottiku għall-kejl tal-varjazzjonijiet fit-tixrid u t-trażmissjoni

Image


(1)  Għal L2 huwa rakkomandat li tintuża distanza fokali ta’ madwar 80 mm.

Appendiċi 3

METODU TA’ TTESTJAR BL-ISPREJ

1.   Tagħmir tal-ittestjar

1.1.   L-apparat tal-isprejjar

L-apparat użat għall-isprejjar għandu jkun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3mm li tippermetti rata ta’ fluss tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 l/minuta bi pressa operattiva ta’ 6,0 bars - 0, + 0,5 bar.

F’dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim id-disinn ta’ mrewħa miksub għandu jkollu dijametru ta’ 170 mm ± 50 mm fuq is-superfiċje esposta għad-deterjorazzjoni, f’distanza ta’ 380 mm ± 10 mm miż-żennuna.

1.2.   Taħlita tal-ittestjar

It-taħlita tal-ittestjar għandha tkun magħmula minn:

Ramel tas-silika b’ebusija ta’ 7 fuq l-iskala Mohr, bid-daqs taż-żrara ta’ bejn 0 u 0,2 mm u distribuzzjoni kważi normali, b’fattur angolari ta’ 1,8 sa 2;

Ilma b’ebusija li ma taqbiżx il-205 g/m3 għal taħlita li tinkludi 25 g ramel għal kull litru ilma.

2.   Test

Is-superfiċje ta’ barra tal-lentijiet tal-bozza għandha tiġi soġġetta darba jew iktar minn darba għall-azzjoni tal-ġett tar-ramel prodott kif deskritt fuq. Il-ġett għandu jiġi sprejjat kważi b’mod perpendikulari mas-superfiċje li għandu jiġi ttestjat.

Id-deterjorazzjoni għandha tiġi verifikata permezz ta’ kampjun wieħed jew iktar minn wieħed tal-ħġieġ imqiegħed bħala referenza ħdejn il-lentijiet li għandhom jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi sprejjata sakemm il-varjazzjoni fit-tixrid tad-dawl fuq il-kampjun jew kampjuni mkejla permezz tal-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, ikun tali li:

Formula

Diversi kampjuni ta’ referenza jistgħu jintużaw sabiex jiġi verifikat li s-superfiċje kollha li għandha tiġi ttestjata tkun iddeterjorat b’mod omoġenju.

Appendiċi 4

TEST TAT-TWAĦĦIL TAT-TEJP ADEŻIV

1.   SKOP

Dan il-metofu jippermetti li tiġi determinata l-forza lineari tat-twaħħil f’kundizzjonijiet standard tat-tejp adeżiv ma’ plejt tal-ħġieġ.

2.   PRINĊIPJU

Kejl tal-forza meħtieġa biex jinqala’ tejp adeżiv minn ma’ plejt tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.

3.   KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI

Il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom ikunu ta’ 23 ± 5 °C u 65 ± 15 fil-mija umdità relattiva (RH).

4.   BIĊĊIET TAL-ITTESTJAR

Qabel it-test, ir-romblu tal-kampjun tat-tejp li jwaħħal għandu jiġi kundizzjonat għaal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-paragrafu 3 imsemmi qabel).

Ħames biċċiet għall-ittestjar kull waħda twila 400 mm għandhom jiġu ttestjati minn kull romblu. Dawn il-biċċiet tal-ittestjar għandhom jittieħdu mir-romblu wara li l-ewwel tliet dawriet jkunu ntremew.

5.   PROĊEDURA

It-test għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fl-paragrafu 3.

Ħu l-ħames biċċiet tal-ittestjar filwaqt li tħoll it-tejp b’mod radjali b’veloċità ta’ madwar 300 mm/s, imbagħad waħħalhom fi 15-il sekonda b’dan il-mod:

Waħħal it-tejp mal-plejt tal-ħġieġ progressivament billi togħrok b’mod ħafif bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressa eċċessiva, b’tali mod li ma titħalla ebda bużżieqa tal-arja bejn it-tejp u l-plejt tal-ħġieġ.

Ħalli t-tagħmir fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati għal 10 minuti.

Aqla’ madwar 25 mm tal-biċċa tal-ittestjar minn mal-plejt fi pjan perpendikulari mal-assi tal-biċċa tal-ittestjar.

Waħħal il-plejt u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f’angolu ta’ 90°. Applika forza b’tali mod li l-linja ta’ separazzjoni bejn it-tejp u l-plejt tkun perpendikulari ma’ din il-forza u perpendikulari mal-plejt.

Iġbed biex taqla’ b’veloċità ta’ 300 mm/s ± 30 mm/s u rreġistra l-forza meħtieġa.

6.   RIŻULTATI

Il-ħames valur miksuba għandhom jitqegħdu fl-ordni u għandu jittieħed il-valur medju bħala r-riżultat tal-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress f’Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.


ANNESS 6

ĊENTRU TA’ REFERENZA

Dijametru = a

Image


ANNESS 7

MARKI TAL-VULTAĠĠ

Image

Din il-marka għandha titqiegħed fuq il-korp ewlieni ta’ kull bozza ta’ quddiem li tinkludi biss sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass u ballast, u fuq kull parti esterna tal-ballast.

Is-saborra(i) hI(huma) ddisinjata(i) għal sistema ta’ netwerk ta’ ** Volts.

 

Din il-marka għandha titqiegħed fuq il-korp ewlieni ta’ kull bozza ta’ quddiem li tinkludi mill-inqas sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass wieħed u ballast.

Il-ballast(s) hu(ma) ddisinjat(i) għal sistema ta’ netwerk ta’ ** Volts.

Ebda mill-bozoz tal-filament u/jew il-modulu(i) LED li fiha l-bozza ta’ quddiem ma huma ddisinjati għal sistema ta’ netwerk ta’ 24 Volts.


ANNESS 8

Rekwiżiti minimi għall- konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet fil-manifattura inevitabbli skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-bozoz ta’ quddiem prodotti f’kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, waqt l-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe bozza ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,5 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:

 

jew

mgħammra b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard li jista’ jitneħħa skont l-Artikolu 6.1.3. Il-fluss mudwal ta’ dan is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass jista’ jkun differenti mill-fluss mudwal ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru 99. F’dan il-każ, id-dwal għandhom għalhekk jiġu korretti.

 

jew

mgħammra b’sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass tal-produzzjoni tas-serje u l-ballast tas-serje. Il-fluss mudwal ta’ dan is-sors tad-dawl jista’ jiddevja mill-fluss mudwal nominali minħabba tolleranzi tas-sors tad-dawl u tal-ballast kif speċifikat fir-Regolament Nru 99; għalhekk id-dwal imkejla jistgħu jiġu korretti b’20 fil-mija fid-direzzjoni favorevoli.

1.2.1.

ebda valur ta’ dawl, jekk imkejjel u korrett skont l-Artikolu 1.2 imsemmi qabel, ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’iktar minn 20 fil-mijia mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u fuq il-linja H/H2 (jew H/H3/H4) u ‘l fuq, id-devjazzjoni massima sfavorevoli tista’ tkun rispettivament:

B 50 L (jew R) (1)

:

0,20 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,30 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

Fuq il-linja H/H2 (jew il-linja H/H3/H4) u ‘l fuq

:

0,30 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

1.2.2.

jew jekk

1.2.2.1.

għar-raġġ għaddieni, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ + 0,2 lx) u relatati ma’ dak l-immirar lejn punt wieħed ta’ kull żona delimitata fuq l-iskrin tal-kejl (f’25 m) b’ċirku b’raġġ ta’ 15-il ċm madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ + 0,1 lx), 75 R (jew L), 50 V, 25 R1, 25 L2, u fuq is-segment I;

1.2.2.2.

u jekk, għar-raġġ għaddieni, bl-HV fil-linja tal-isolux 0,75 Emax, tolleranza ta’ + 20 fil-mija għall-valuri massimi u – 20 fil-mija għall-valuri minimi tiġi osservata għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fl-Artikolu 6.3. ta’ dan ir-Regolament.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jilħqux ir-rekwiżiti, l-allinjament tal-bozza ta’ quddiem jista’ jitbiddel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq lateralment b’iktar minn 0,5o fuq il-lemin jew fuq ix-xellug u mhux iktar minn 0,2o ‘il fuq jew ‘l isfel.

1.2.4.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jilħqux ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-bozza ta’ quddiem għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jew sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u ballast ieħor, skont liema jkun applikabbli skont l-Artikolu 1.2 imsemmi qabel.

1.3.   Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata:

 

Waħda mill-bozoz ta’ quddiem li hija parti mill-kampjun għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 2.1 tal-Anness 4 wara li tiġi soġġetta tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fl-Artikolu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-bozza ta’ quddiem għandha titqies aċċettabbli jekk Δr (kif definit fl-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament) ma jaqbiżx il-1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jaqbeż il-1,5 mrad iżda ma jkunx iktar minn 2,0 mrad, bozza ta’ quddiem oħra għandha tiġi soġġetta għat-test li warajh il-medja tal-valuri assoluti reġistrati fuq iż-żewġ kampjuni m’għandux jaqbeż il-1,5 mrad.

1.4.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.

1.5.   Jekk, madankollu, aġġustament vertikali fi ħdan it-tolleranzi deskritti fl-Artikolu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fl-Artikoli 2 u 3 tal-Anness 10.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ bozza ta’ quddiem id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas dawn it-testijiet, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, kampjuni addizzjonali għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   Natura tat-testijiet

Testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.3.

L-applikazzjoni tal-Artikoli 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjonijiet regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwettqa minn awtorità kompetenti.

2.2.4.

Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-iskop ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni.

2.3.   Natura ta’ teħid ta’ kampjuni

Kampjuni ta’ bozoz ta’ quddiem għandhom jingħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi ifisser set ta’ bozoz ta’ quddiem tal-istess tip, definit skont il-metodi tal- produzzjoni tal-manifattur.

L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni tas-serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn jaħdmu taħt l-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u reġistrati

Il-bozoz ta’ quddiem parti mill-kampjun għandhom jiġu soġġetti għall-kejl fotometriku fil-punti stabbiliti fir-Regolament, bil-qari limitat għall-punti Emax, HV (2), HL, HR (3) fil-każ ta’ raġġ għas-sewqan, u għall-punti B 50 L (or R) (4), HV, 50 V, 75 R (jew L) u 25 L2 (jew R2) fil-każ tar-raġġ għaddieni(ara l-figura fl-Anness 3).

2.5.   Kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

Il-manifattur huwa responsabbli biex iwettaq studju statistiku tar-riżultati tal-ittestjar u biex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà tal-prodotti tiegħu sabiex jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fl-Artikolu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima li jgħaddu minn verifika fuq il-post skont l-Anness 9 (l-ewwel teħid ta’ kampjuni) tkun ta’ 0,95.


(1)  L-ittri fil-parentesi jirreferu għall-bozoz ta’ quddiem maħsuba għal traffiku fuq in-naħa tax-xellug.

(2)  Meta r-raġġ għas-sewqan ikun inkorporat reċiprokament mar-raġġ għaddieni, HV fil-każ tar-raġġ għas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ għaddieni.

(3)  HL u HR: punti fuq “hh” 1,125 m fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-punt HV rispettivament.

(4)  Ara n–nota f’qiegħ il–paġna nru 1.


ANNESS 9

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati li ntlaħqu minn perspettiva mekkanika u ġeometrika, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux deviazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura.

1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità tal-bozoz ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar tal-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe bozza ta’ quddiem magħżula kif ġie ġie u mkejla f’13,5 V ± 0,1 V jew kif speċifikat mod ieħor u:

 

jew

mgħammra b’sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard li jista’ jitneħħa skont l-Artikolu 6.1.3. Il-fluss mudwal ta’ dan is-sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass jista’ jkun differenti mill-fluss mudwal ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru 99. Għalhekk, f’dan il-każ, id-dwal għandhom jiġu korretti.

 

jew a

mgħammra b’sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass prodott f’serje u l-ballast tas-serje. Il-fluss mudwal ta’ dan is-sors tad-dawl jista’ jiddevja mill-fluss mudwal nominali minħabba t-tolleranzi tas-sors tad-dawl u tal-ballast kif speċifikat fir-Regolament Nru 99, għalhekk id-dwal imkejla jistgħu jiġu korretti b’20 fil-mija fid-direzzjoni favorevoli.

1.2.1.

ebda valur imkejjel ma għandu jiddevja b’mod sfavorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

Fiż-żona tal-leħħa d-devjazzjoni massima tista’ tkun rispettivament:

B 50 L (jew R) (1)

:

0,20 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,30 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

Fuq il-linja H/H2 (jew il-linja H/H3/H4) u ’l fuq

:

0,30 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

1.2.2.

jew jekk

1.2.2.1.

għar-raġġ għaddieni, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ + 0,2 lx) u relatati ma’ dak l-immirar f’punt wieħed ta’ kull żona delimitata fuq l-iskrin tal-kejl (f’25m) b’ċirku ta’ raġġ ta’ 15-il ċm madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ 0,1 lx), 75 R (jew L), 50 V, 25 R1, 25 L2, u fuq segment I;

1.2.2.2.

u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, bil-HV fl-isolux 0,75 Emax, tolleranza ta’ + 20 fil-mija għall-valuri massimi u – 20 fil-mija għall-valuri minimi tiġi osservata għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fl-Artikolu 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Il-marka ta’ referenza ma tiġix ikkunsidrata.

1.2.3.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jilħqux ir-rekwiżiti, l-allinjament tal-bozza ta’ quddiem jista’ jitbiddel, sakemm l-assi tar-raġġ ma jiġix imċaqlaq lateralment b’iktar minn 0,5° fuq il-lemin jew ix-xellug u mhux iktar minn 0,2° ‘il fuq jew ‘l isfel.

1.2.4.

Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti fuq ma jilħqux ir-rekwiżiti, testijiet fuq il-bozza ta’ quddiem għandhom jiġu ripetuti billi jintuża sors tad-dawl li jitfa’ l-gass standard jew sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u ballast ieħor, skont liema jkun applikabbli skont l-Artikolu 1.2 imsemmi qabel.

1.3.   Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjoni vertikali tal-linja tal-punt tal-waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

 

Waħda mill-bozoz ta’ quddiem parti mill-kampjun għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 2.1 tal-Anness 4 wara li tiġi soġġetta tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fl-Artikolu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-bozza ta’ quddiem għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk Dr (kif definit fl-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament) ma jaqbiżx il-1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jaqbeż il-1,5 mrad iżda ma jkunx iktar minn 2,0 mrad, bozza ta’ quddiem oħra għandha tiġi soġġetta għat-test li warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati fuq iż-żewġ kampjuni m’għandux jaqbeż il-1,5 mrad.

1.4.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità.

1.5.   Jekk, madankollu, aġġustament vertikali ma jkunx jista’ jitwettaq ripetutament fil-pożizzjoni meħtieġa fi ħdan it-tolleranzi deskritti fl-Artikolu 6.2.2.3 ta’ dan ir-Regolament, kampjun wieħed għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fl-Artikoli 2 u 3 tal-Anness 10.

2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ bozoz ta’ quddiem jintagħżlu kif ġie ġie. L-ewwel kampjun minn tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun minn tnejn jiġi mmarkat B.

2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

2.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-bozoz ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem fid-direzzjonijiet sfavorevoli jkunu:

2.1.1.1.

kampjun A

A1:

bozza ta’ quddiem waħda

0 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

A2:

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun B

 

2.1.1.2.

kampjun B

B1:

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem

0 fil-mija

2.1.2.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għall-kampjun A jintlaħqu.

2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

2.2.1.

Wara l-proċedura ta’ teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tilħaq ir-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem ikunu:

2.2.1.1.

kampjun A

A3:

bozza ta’ quddiema waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

20 fil-mija

iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.1.2.

kampjun B

B2:

fil-każ ta’ A2

 

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

B3:

fil-każ ta’ A2

 

bozza ta’ quddiem waħda

0 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

20 fil-mija

iżda mhux iktar minn

30 fil-mija

2.2.2.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għall- kampjun A ma jintlaħqux.

2.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-Artikolu 10 applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem ikunu:

2.3.1.

kampjun A

A4:

bozza ta’ quddiem waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

30 fil-mija

A5:

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

2.3.2.

kampjun B

B4:

fil-każ ta’ A2

 

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

20 fil-mija

B5:

fil-każ ta’ A2

 

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

B6:

fil-każ ta’ A2

 

bozza ta’ quddiem waħda

0 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda iktar minn

30 fil-mija

2.3.3.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jintlaħqux.

3.   TEĦID TA’ KAMPJUNI RIPETUT

Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 teħid ta’ kampjuni ripetut, it-tielet kampjun C ta’ żewġ bozoz ta’ quddiem u u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ bozoz ta’ quddiem, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, ikun meħtieġ fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

3.1.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-miżuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem ikunu:

3.1.1.1.

kampjun C

C1:

bozza ta’ quddiem waħda

0 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

C2:

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

ara l-kampjun D

 

3.1.1.2.

kampjun D

D1:

fil-każ ta’ C2

 

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem

0 fil-mija

3.1.2.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għall-kampjun C jintlaħqu.

3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

3.2.1.

Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Firgura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz ta’ quddiem prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz li l-produzzjoni tiegħu tilħaq ir-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem ikunu:

3.2.1.1.

kampjun D

D2:

fil-każ ta’ C2

 

bozza ta’ quddiem iktar minn

0 fil-mija

iżda mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza ta’ quddiem waħda mhux iktar minn

20 fil-mija

3.2.1.2.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għal kampjun C ma jintlaħqux:

3.3.   Approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-Artikolu 11 applikat jekk, wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem ikunu:

3.3.1.

kampjun C

C3:

bozza waħda ta’ quddiem mhux iktar minn

20 fil-mija

bozza waħda ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

C:4

iż-żewġ bozoz ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

3.3.2.

kampjun D

D3:

fil-każ ta’ C2

 

bozza waħda ta’ quddiem 0 jew iktar minn

0 fil-mija

bozza waħda ta’ quddiem iktar minn

20 fil-mija

3.3.3.

jew jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jintlaħqux.

4.   BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TAL-PUNT TAL-WAQFIEN

Fir-rigward tal-verifika tal-bidla fil-pożizzjonijiet vertikali tal-linja tal-punt tal- waqfien taħt l-influwenza tas-sħana, din il-proċedura għandha tiġi applikata:

 

Waħda mill-bozoz ta’ quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 2.1 tal-Anness 4 wara li tiġi soġġetta tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fl-Artikolu 2.2.2 tal-Anness 4.

 

Il-bozza ta’ quddiem għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk Dil-1,5 mrad.

 

Jekk dan il-valur jaqbeż il-1,5 mrad iżda ma jkunx iktar minn 2,0 mrad, it-tieni bozza ta’ quddiem tal-kampjun A għandha tiġi soġġetta għat-test u warajh il-medja tal-valuri assoluti rreġistrati fiż-żewġ kampjuni m’għandux jaqbeż il-1,5 mrad.

 

Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ bozoz ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu soġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Dr għal kull wieħed minnhom m’għandux jaqbeż il-1,5 mrad.

Figura 1

Image


(1)  L-ittri fil-parenteżi jirreferu għall-bozoz ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku fuq in-naħa tax-xellug.


ANNESS 10

Verifika strumentali tal- “punt tal-waqfien” għall-bozoz ta’ quddiem b’raġġ għaddieni

1.   ĠENERALI

Fil-każ fejn japplika l-Artikolu 6.2.2.4 ta’ dan ir-Regolament, il-kwalità tal- “punt tal-waqfien” għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 isfel u l-aġġustament strumentali vertikali u orizzontali tar-raġġ għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 isfel.

Qabel ma jitwettaq il-kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien” u l-proċedura tal-immirar strumentali, tenħtieġ mira viżwali minn qabel skont l-Artikoli 6.2.2.1 u 6.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament.

2.   KEJL TAL-KWALITÀ TAL- “PUNT TAL-WAQFIEN”

Sabiex tiġi determinata l-aktuezza minima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0,05° f’distanza tal-kejl ta’ jew:

(a)

10 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 10 mm jew inkella ta’

(b)

25 m b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Id-distanza tal-kejl li fiha jkun twettaq it-test għandha tkun reġsitrata fil-punt 9. tal-formola tal-komunikazzjoni (ara l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament).

Sabiex tiġi determinata l-akutezza massima, għandu jitwettaq kejl permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’passi angolari ta’ 0.05° esklussivament f’distanza tal-kejl ta’ 25m u b’ditekter li jkollu dijametru ta’ madwar 30 mm.

Il-kwalità tal-“punt tal-waqfien” għandha tiġi kkunsidrata aċċettabbli jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 2.1 sa 2.3 isfel ikunu konformi ma’ mill-inqas sett wieħed ta’ kejl.

2.1.   Mhux iktar minn “punt tal-waqfien” wieħed ma għandu jkun viżibbli (1).

2.2.   Akutezza tal-“punt tal-waqfien”

Il-fattur tal-akutezza G jiġi determinat permezz ta’ skannjar vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° ‘il fuq mill-V-V fejn:

G = (log Eβ - log E(β + 0.1°)) fejn β = il-pożizzjoni vertikali fi gradi.

Il-valur ta’ G m’għandux ikun inqas minn 0,13 (akutezza minima) u mhux iktar minn 0.40 (akutezza massima).

2.3.   Linearità

Il-parti tal-“punt tal-waqfien” orizzontali li sservi għall-aġġustament vertikali għandha tkun orizzontali bejn 1,5° u 3,5° mil-linja V-V (ara figura 1 isfel).

(a)

Il-punti ta’ inflezzjoni tal-gradjent tal-“punt tal-waqfien” fil-linji vertikali f’1,5°, 2,5° u 3,5° għandhom jiġu determinati bl-ewkwazzjoni:

(d2 (log E) / dβ2 = 0).

(b)

Id-distanza vertikali massima bejn il-punti tal-inflezzjoni determinati m’għandhiex taqbeż iż-0,2 °.

3.   AĠĠUSTAMENT VERTIKALI U ORIZZONTALI

Jekk il-“punt tal-waqfien” ikun konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-Artikolu 2 ta’ dan l-Anness, l-aġġustament tar-raġġ jista’ jitwettaq strumentalment.

Figura 1:

Kejl tal-kwalità tal-“punt tal-waqfien”

Image

3.1.   Aġġustament vertikali

Permezz ta’ moviment 'il fuq minn taħt il-linja B (ara l-figura 2 isfel), jitwettaq skan vertikali minn ġol-parti orizzontali tal-“punt tal-waqfien” f’2,5° mill-V-V. Il-punt tal-inflezzjoni (fejn d2 (log E)/dv2 = 0) jiġi determinat u jitqiegħed fuq il-linja B li tkun wieħed fil-mija taħt H-H.

3.2.   Aġġustament orizzontali

L-applikant għandu jispeċifika wieħed minn dawn il-metodi tal-mira orizzontali:

(a)

Il-metodu tal-“linja 0,2 D” (ara l-figura 2 isfel).

Linja waħda orizzontali f’0,2° D għandha tiġi skannjata minn 5° fuq ix-xellug sa 5° fuq il-lemin wara li l-bozza tkun ġiet immirata vertikalment. Il-gradjent massimu “G” determinat permezz tal-formola G = (log Eβ – log E(β + 0.1°)) fejn β tkun il-pożizzjoni orizzontali fi gradi, m’għandux ikun inqas minn 0.08.

Il-punt tal-inflezzjoni li jinstab fuq il-linja 0,2 D għandu jkun fuq il-linja A.

Figura 2

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali – metodu ta’ skannjar tal-linja orizzontali

Image

(b)

Il-metodu tat-“3 linji” (ara l-figura 3 isfel)

Tliet linji vertikali għandhom jiġu skannjati minn 2° D sa 2° U f’1°R, 2°R, u 3°R wara li l-bozza tkun ġiet immirata vertikalment. Il-gradjenti massimi rispettivi “G” determinati permezz tal-formola:

G = (log Eβ – log E(β + 0,1°))

fejn β tkun il-pożizzjoni vertikali fi gradi, m’għandhomx ikunu inqas minn 0.08. Il-punti tal-inflezzjoni li jinsabu fuq it-tliet linji għandhom jintużaw biex tinkiseb linja dritta. L-intersezzjoni ta’ din il-linja u l-linja B li tinsab waqt it-twettiq tal-mira vertikali għandha titqiegħed fuq il-linja V.

Figura 3

Aġġustament strumentali vertikali u orizzontali-metodu tal-iskannjar tat-tliet linji

Image


(1)  Dan l-Artikolu għandu jiġi emendat meta metodu tal-ittestjar oġġettiv ikun disponibbli.


ANNESS 11

Rekwiżiti għall-moduli LED u l-bozoz ta’ quddiem li jinkludu moduli LED

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Kull kampjun ta’ modulu LED sottomess għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament meta ttestjat bil-ger(ijiet) ta’ kontroll tas-sors tad-dawl elettroniċi provduti, jekk applikabbli.

1.2.   Il-modulu/i LED għandu (għandhom) jkun(ikunu) iddisinjat(ddisinjati) b’tali mod li jkun(u) u jibqa’(jibqgħu) jaħdem(jaħdmu) sew waqt l-użu normali. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett fid-disinn jew il-manifattura.

1.3.   Il-modulu/i LED ma jistax(jistgħux) ikun(u) jista’(jistgħu) jitbagħbas(jitbagħbsu).

1.4.   Id-disinn tal-modulu/i LED li jista’(jistgħu) jinqala’(għu) għandu jkun tali li:

1.4.1.

meta l-modulu LED jinqala’ u jitbiddel b’modulu ieħor provdut mill-applikant u li jkollu l-istess kodiċi tal-identifikazzjoni tas-sors tad-dawl, l-ispeċifikazzjonijiet fotometriċi tal-bozza ta’ quddiem għandhom jintlaħqu;

1.4.2.

Il-moduli LED b’kodiċi tal-identifikazzjoni tas-sors tad-dawl differenti fl-istess kisi protettiv tal-bozza, m’għandhomx ikunu jistgħu jitbiddlu bejniethom.

1.5.   Ger(ijiet) tal-kontroll tas-sors tad-dawl elettroniku(ċi) jista’(jistgħu) jkun(u) parti mill-modulu/i LED.

2.   MANIFATTURA

2.1.   L-LED(s) fuq il-modulu LED għandhom ikunu mgħammra b’elementi tat-twaħħil adattati.

2.2.   L-elementi ta’ twaħħil għandhom ikunu mwaħħla b’mod sod u b’saħħtu mal-LED(s) u l-modulu LED.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

3.1.   Applikazzjoni

3.1.1.   Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati kif speċifikat fl-Artikolu 4. isfel;

3.1.2.   It-tip ta’ sorsi tad-dawl fuq MODULU LED għandhom ikunu dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs) kif definit fir-Regolament Nru 48 Artikolu 2.7.1. b’mod partikolari fir-rigward tal-element ta’ radjazzjoni viżibbli. Tipi oħra ta’ sorsi tad-dawl ma jiġux awtorizzati.

3.2.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim

3.2.1.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-modulu LED

Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet kif speċifikat fl-Artikoli 6.2.4.4. ta’ dan ir-Regolament. Jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, il-moduli LED għandhom jiġu ttestjati fil-bozza ta’ quddiem kif sottomessi mill-manifattur.

3.2.2.   Temperatura ambjentali

Għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, il-bozza ta’ quddiem għandha titħaddem f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23°C ± 5 °C.

3.3.   Użu minn qabel

Fuq talba tal-applikant il-modulu LED għandu jitħaddem għal 15-il siegħa u jitberred għal temperatura ambjentali qabel ma jinbdew it-testijiet kif speċifikat f’dan ir-Regolament.

4.   REKWIŻITI U TESTIJIET SPEĊIFIĊI

4.1.   Radjazzjoni UV

Ir-radjazzjoni UV ta’ modulu LED għandha tkun tali li:

Formula

fejn:

 

S(l)(unità: 1) tkun il-funzjoni ta’ peżazzjoni spettrali;

 

km = 683 lm/W ikun il-valur massimu tal-effiċjenza mudwala tar-radjazzjoni.

(Għad-definizzjonijiet tas-simboli l-oħra ara l-Artikolu 4.1.1. tal-Anness 9 tar-Regolament Nru 112).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed. Ir-radjazzjoni UV għandha titwieżen skont il-valuri kif indikat fit-Tabella UV isfel:

l

S(l)

250

0,430

255

0,520

260

0,650

265

0,810

270

1,000

275

0,960

280

0,880

285

0,770

290

0,640

295

0,540

300

0,300

305

0,060

310

0,015

315

0,003

320

0,001

325

0,00050

330

0,00041

335

0,00034

340

0,00028

345

0,00024

350

0,00020

 

 

355

0,00016

360

0,00013

365

0,00011

370

0,00009

375

0,000077

380

0,000064

385

0,000530

390

0,000044

395

0,000036

400

0,000030

 

 

Tabella UV: Valuri skont il-“Linji Gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar-radjazzjoni ultravjola”. Mewġiet elettromanjetiċi (f’nanometri) magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/151


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 99 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass biex jintużaw f’unitajiet approvati ta’ bozoz li jitfgħu l-gass ta’ vetturi awtomotivi

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 5 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta' Awwissu 2010

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Dispożizzjonijiet amministrattivi

3.

Rekwiżiti tekniċi

4.

Konformità tal-produzzjoni

5.

Penalitajiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

6.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

7.

Ismijiet u indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Folji għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass

Anness 2 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni (jew l-estenzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox) ta’ tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass skont ir-Regolament Nru 99

Anness 3 —

Eżempju ta’ tip ta’ marka tal-approvazzjoni

Anness 4 —

Metodu ta’ kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi

Anness 5 —

Tagħmir ottiku għall-kejl tal-pożizzjoni u l-forma tal-ark u tal-pożizzjoni tal-elettrodi

Anness 6 —

Rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-kwalità mill-manifattur

Anness 7 —

Teħid ta’ kampjuni u livelli ta’ konformità għar-rekords tal-ittestjar tal-manifattur

Anness 8 —

Rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass li jidhru fl-Anness 1 u maħsuba biex jintużaw f’unitajiet approvati ta’ bozoz li jitfgħu l-gass ta’ vetturi awtomotivi.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

2.1.   Definizzjonijiet

2.1.1.   It-terminu “kategorija” jintuża f’dan ir-Regolament biex jiddeskrivi d-disinn bażiku ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass standardizzati. Kull kategorija għandha isem speċifiku, pereżempju: “D2S”.

2.1.2.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass ta’ “tipi” differenti (1) huma sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass fl-istess kategorija li jvarjaw f’xi aspetti essenzjali bħal:

2.1.2.1.

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark; jiġifieri:

(a)

Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass li jkollhom l-istess isem kummerċjali jew trejdmark iżda prodotti minn manifatturi differenti jiġu kkunsidrati ta’ tipi differenti.

(b)

Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass prodotti mill-istess manifattur li jvarjaw biss fl-isem kummerċjali jew it-trejdmark jistgħu jiġu kkunsidrati tal-istess tip;

2.1.2.2.

disinn tal-bozza u/jew tat-tapp, sa fejn dawn id-differenzi jaffettwaw ir-riżultati ottiċi;

2.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

2.2.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew it-trejdmark, jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

2.2.2.   Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (ara wkoll l-Artikolu 2.4.2) minn:

2.2.2.1.

illustrazzjonijiet fi tliet kopji, dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip;

2.2.2.2.

deskrizzjoni teknika inkluż l-identifikazzjoni tal-ballast;

2.2.2.3.

tliet kampjuni ta’ kull kulur li kien hemm applikazzjoni għalih;

2.2.2.4.

kampjun wieħed tal-ballast.

2.2.3.   Fil-każ ta’ tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass li jvarja biss fl-isem kummerċjali jew it-trejdmark minn tip li jkun diġà ġie approvat għandu jkun biżżejjed li wieħed jissottometti:

2.2.3.1.

dikjarazzjoni mill-manifattur li t-tip sottomess ikun identiku għal (minbarra fl-isem kummerċjali jew it-trejdmark) u jkun ġie prodott mill-istess manifattur bħal, it-tip diġà approvat, dan tal-aħħar ikun identifikat mill-kodiċi tal- approvazzjoni tiegħu;

2.2.3.2.

żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali jew it-trejdmark ġodda.

2.2.4.   L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti speċifiċi sabiex tiżgura l-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

2.3.   Skrizzjonijiet

2.3.1.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass sottomessi għall-approvazzjoni għandu jkollhom fuq it-tapp jew il-bozza:

2.3.1.1.

l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-applikant;

2.3.1.2.

l-isem internazzjonali tal-kategorija rilevanti;

2.3.1.3.

il-wattage stmat; dan m’għandux għalfejn jiġi indikat separatament jekk ikun parti mill-isem internazzjonali tal-kategorija rilevanti;

2.3.1.4.

spazju ta’ daqs suffiċjenti biex jakkomoda l-marka tal-approvazzjoni.

2.3.2.   L-ispazju msemmi fl-Artikolu 2.3.1.4 għandu jiġi indikat fl-illustrazzjonijiet li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni.

2.3.3.   Skrizzjonijiet oħra minbarra dawk koperti fl-Artikoli 2.3.1 u 2.4.4 jistgħu jitwaħħlu fuq it-tapp.

2.3.4.   Il-ballast użata għall-approvazzjoni tat-tip tas-sors tad-dawl għandha tiġi mmarkata bit-tip u l-identifikazzjoni tat- trejdmark u bil-vultaġġ u l-wattaġġ stmati, kif indikat fuq il-folja ta’ dejta rilevanti tal-bozza,

2.4.   Approvazzjoni

2.4.1.   Jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass jiġu sottomessi skont l-Artikoli 2.2.2.3 jew 2.2.3.2 ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta ttestjati bil-ballast skont l-Artikolu 2.2.2.4, għandha tingħata l-approvazzjoni.

2.4.2.   Kodiċi tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel karattru tiegħu għandu jindika s-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

Dan għandu jkun segwit minn kodiċi tal-identifikazzjoni li tikkonsisti f’mhux iktar minn żewġ karattri. In-numri Għarab u l-ittri kapitali mniżżla fin-nota (2) biss għandhom jintużaw.

L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess kodiċi lil tip ieħor ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass. Jekk l-applikant jixtieq dan, l-istess kodiċi ta’ approvazzjoni tista’ tiġi assenjata liż-żewġ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass li jarmu dawl abjad u dawl isfar selettiv (ara l-Artikolu 2.1.2).

2.4.3.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estenzjoni jew ċaħda jew irtirar jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament u ta’ illustrazzjoni, provduta mill-applikant għall-approvazzjoni f’format li ma jaqbiżx l-A4 (210 × 297mm) u fuq skala ta’ mill-inqas 2:1.

2.4.4.   Ma’ kull sors tad-dawl li jitfa’ l-gass li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jitwaħħal fl-ispazju msemmi fl-Artikolu 2.3.1.4., minbarra l-iskrizzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 2.3.1., marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

2.4.4.1.

ċirku maqtugħ madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

2.4.4.2.

il-kodiċi tal-approvazzjoni, imqiegħed viċin iċ-ċirku maqtugħ.

2.4.5.   Jekk l-applikant ikun kiseb l-istess kodiċi tal-approvazzjoni għal diversi ismijiet kummerċjali jew trejdmarks, wieħed jew iktar minn wieħed minnhom ikun biżżejjed biex jilħaq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2.3.1.1.

2.4.6.   Il-marki u l-iskrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 2.3.1. u 2.4.3. għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jistgħux jiġu mħassra.

2.4.7.   L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ arranġament tal-marka tal- approvazzjoni.

3.   REKWIŻITI TEKNIĊI

3.1.   Definizzjonijiet

3.1.1.   “Sors tad-dawl li jitfa’ l-gass”: sors tad-dawl li fih id-dawl jiġi prodott permezz ta’ ark ta’ tfigħ ta’ ċarġis stabilizzat.

3.1.2.   “Ballast”: Provvista elettrika speċifika għas-sors ta’ dawl li jitfa’ l-gass.

3.1.3.   “Vultaġġ stmat”: Vultaġġ tad-dħul immarkat fuq il-ballast.

3.1.4.   “Wattage stmat”: Wattage immarkat fuq is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u fuq il-ballast.

3.1.5.   “Vultaġġ tal-ittestjar”: Vultaġġ, fit-terminali tad-dħul tal-ballast li għalihom ikunu maħsuba l-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass u li għandhom jiġu ttestjati.

3.1.6.   “Valur oġġettiv”: Il-valur tad-disinn ta’ karatteristika elettrika jew fotometrika. Għandu jinkiseb, fit-tolleranzi speċifikati, meta s-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass jingħata l-enerġija permezz tal-ballast mħaddma bil-vultaġġ tal-ittestjar.

3.1.7.   “Sors tad-dawl standard (etalon) li jitfa’ l-gass ”: Sors tad-dawl speċjali li jitfa’ l-gass, użat għall-ittestjar tal-bozoz ta’ quddiem. Dan għandu karatteristiċi mnaqqsa dimensjonali, elettriċi u fotometriċi kif speċifikat fid-dokument tad-dejta rilevanti.

3.1.8.   “Assi ta’ referenza”: Assi definit b’referenza għat-tapp u li jirreferu għalih ċerti dimenzjonijiet tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass.

3.1.9.   “Pjan ta’ referenza”: pjan definit b’referenza għat-tapp u li jirreferu għalih ċerti dimensjonijiet tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-ġass.

3.2.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

3.2.1.   Kull kampjun sottomess għandu jikkonform mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament meta jiġi ttestjat bil-ballast skont l-Artikolu 2.2.2.4.

3.2.2.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu u jibqgħu jaħdmu sew meta jintużaw normalment. Barra minn hekk m’għandu jkollhom ebda difett fid-disinn jew il-manifattura.

3.3.   Manifattura

3.3.1.   Il-bozza tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass m’għandu jkollha ebda barxiet jew daqqiet li jistgħu jostakolaw l-effiċjenza u l-prestazzjoni ottika tagħha.

3.3.2.   Fil-każ ta’ bozza (esterna) kkulurita, wara perjodu ta’ tħaddim ta’ 15-il siegħa bil-ballast bil-vultaġġ tal-ittestjar, is-superfiċje tal-bozza għandu jintmesaħ ħafif b’ċarruta tal-qoton imxarrba f’taħlita ta’ 70 volum fil-mija n-eptane u 30 volum fil-mija tolwol. Wara madwar ħames minuti, is-superfiċje għandu jiġi eżaminat viżwalment. M’għandux juri tibdil evidenti.

3.3.3.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom ikunu mgħammra b’tappijiet standard li jikkonformaw mad-dokumenti tad-dejta tat-tappijiet tal-Pubblikazzjoni IEC 60061, it-tielet edizzjoni, kif speċifikat fuq id-dokumenti tad-dejta individwali fl-Anness 1.

3.3.4.   It-tapp għandu jkun sod u mwaħħal sew mal-bozza.

3.3.5.   Sabiex jiġi determinat jekk is-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3.3.3. sa 3.3.4., għandhom jitwettqu spezzjoni viżwali, verifika tad-dimensjonijiet u, fejn applikabbli, twaħħil ta’ prova.

3.4.   Testijiet

3.4.1.   Is-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jintużaw biex jidher xi deterjorament skont kif indikat fl-Anness 4.

3.4.2.   Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati bil-ballast, skont l-Artikolu 2.2.2.4.

3.4.3.   Il-kejl elettriku għandu jitwettaq permezz ta’ strumenti ta’ mill-inqas il-klassi 0,2. (0,2 fil-mija preċiżjoni tal-iskala kollha).

3.5.   Pożizzjoni u dimesjonijiet tal-elettrodi, l-ark u l-istrixxi

3.5.1.   Il-pożizzjoni ġeometrika tal-elettrodi għandha tkun kif speċifikat fid-dokument tad-dejta rilevanti. Eżempju ta’ metodu tal-kejl tal-pożizzjoni tal-ark u l-elettrodi jingħata fl-Anness 5. Metodi oħra jistgħu jintużaw.

3.5.1.1.

Il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet tal-elettrodi tas-sors tad-dawl għandhom jitkejlu qabel il-perjodu tal-użu biex jidher xi deterjorament, bis-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass mitfi u bl-użu ta’ metodi ottiċi minn ġol-envelowp tal-ħġieġ.

3.5.2.   Il-forma u l-ispostament tal-ark għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fid-dokument tad-dejta rilevanti.

3.5.2.1.

Il-kejl għandu jsir wara l-użu biex jidher xi deterjorament bis-sors tad-dawl provdut mill-ballast bil-vultaġġ tal-ittestjar.

3.5.3.   Il-pożizzjoni u d-dimensjoni u t-trażmissjoni tal-istrixxi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbilit fid-dokument tad-dejta rilevanti.

3.5.3.1.

Il-kejl għandu jsir wara l-użu biex jidher xi deterjorarment, bis-sors tad-dawl provdut mill-ballast fil-vultaġġ tal-ittestjar.

3.6.   Karatteristiċi tat-tqabbid, ir-run-up u t-tqabbid mill-ġdid waqt li jkun sħun

3.6.1.   Tqabbid

Meta ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl li jitfgħua’ l-gass għandu jixgħel direttament u jibqa’ mixgħul.

3.6.2.   Run-up

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jarmi mill-inqas:

 

Wara sekonda: 25 fil-mija tal-fluss mudwal oġġettiv tiegħu;

 

Wara 4 sekondi: 80 fil-mija tal-fluss mudwal oġġettiv tiegħu.

Il-fluss mudwal oġġettiv kif indikat fid-dokument ta’ dejta rilevanti.

3.6.3.   Tqabbid mill-ġdid meta jkun sħun

Meta ttestjat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jerġa’ jixgħel direttament wara li jintefa għal perjodu kif indikat fuq id-dokument tad-dejta. Wara sekonda waħda s-sors tad-dawl għandu jarmi mill-inqas 80 fil-mija tal-fluss mudwal oġġettiv tiegħu.

3.7.   Karatteristiċi elettriċi

Meta mkejla skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, il-vultaġġ u l-wattage tas-sors tad-dawl għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fid-dokument tad-dejta rilevanti.

3.8.   Fluss mudwal

Meta mkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, il-fluss mudwal għandu jkun fil-limiti stabbiliti fid-dokument tad-dejta rilevanti. Fil-każ fejn abjad u isfar selettiv ikunu speċifikati għall-istess tip, il-valur oġġettiv għandu japplika għas-sorsi tad-dawl li jarmu dawl abjad, filwaqt li l-fluss mudwal tas-sors tad-dawl li jarmi dawl isfar għandu jkun mill-inqas 68 fil-mija tal-valur speċifikat.

3.9.   Kulur

3.9.1.   Il-kulur tad-dawl mormi għandu jkun abjad jew isfar selettiv. Barra minn hekk, il-karatteristiċi kulurimetriċi, espressi f’koordinati tal-kromatiċità CIE, għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fid-dokument tad-dejta rilevanti.

3.9.2.   Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl mormi, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

3.9.3.   Il-kulur għandu jitkejjel skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 4, Artikolu 10.

3.9.4.   Il-kontenut aħmar minimu ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jkun tali li:

Formula

fejn:

Ee (λ)

[W/nm]

hija d-distribuzzjoni spettrali tal-fluss radjanti;

V (λ)

[1]

hija l-effiċjenza mudwala spettrali;

λ

[nm]

hija l-mewġa elettromanjetika.

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed.

3.10.   Radjazzjoni UV

Ir-radjazzjoni UV tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandha tkun tali li:

Formula

fejn:

S (λ)

[1]

hija l-funzjoni mwieżnaspettrali;

km = 683

[lm/W]

hija l-ekwivalenti ta’ radjazzjoni fotometrika;

(Għal definizzjonijiet ta’ simboli oħra ara l-Artikolu 3.9.4 imsemmi qabel).

Dan il-valur għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw intervalli ta’ nanometru wieħed.

Ir-radjazzjoni UV għandu titwieżen skont il-valuri kif indikat f’din it-tabella.

λ

S(λ)

250

0,430

255

0,520

260

0,650

265

0,810

270

1,000

275

0,960

280

0,880

285

0,770

290

0,640

295

0,540

300

0,300

305

0,060

310

0,015

315

0,003

320

0,001

325

0,00050

330

0,00041

335

0,00034

340

0,00028

345

0,00024

350

0,00020

 

 

355

0,00016

360

0,00013

365

0,00011

370

0,000090

375

0,000077

380

0,000064

385

0,000053

390

0,000044

395

0,000036

400

0,000030

 

 

L-imwieġ elettromanjetiċi magħżula huma rappreżentattivi; valuri oħra għandhom jiġu interpolati.

Valuri skont il- “Linji gwida IRPA/INIRC dwar il-limiti tal-esponiment għar- radjazzjoni ultravjola”.

3.11.   Sorsi tad-dawl standard li jitfgħu l-gass

Sorsi tad-dawl standard (etalon) li jitfgħu l-gass għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għal sorsi tad-dawl tal- approvazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti speċifiċi kif iddikjarat fid-dokument tad-dejta rilevanti. Fil-każ ta’ tip li jarmi dawl abjad u isfar selettiv, is-sors tad-dawl standard għandu jarmi dawl abjad.

4.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

4.1.   Sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw l-iskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 3. imsemmi qabel u l-Annessi 1 u 3 ta’ dan ir-Regolament.

4.2.   Sabiex jiġi verifikat li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 4.1, għandhom jitwettqu kontrolli adattati tal-produzzjoni.

4.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

4.3.1.

jiżgura l-eżistenza tal-proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti,

4.3.2.

ikollu aċċess għat-tagħmir tal-kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat,

4.3.3.

jiżgura li d-dejta tar-riżultati tal-ittestjar jiġu reġistrati u li dokumenti relatati jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi determinat b’konformità mad-dipartiment amministrattiv,

4.3.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, billi japplika l-kriterji tal-Anness 7, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbilità tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jagħmel konċessjoni għall-varjazzjoni ta’ produzzjoni industrijali,

4.3.5.

jiżgura li għal kull tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass, mill-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament,

4.3.6.

jiżgura li kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni li jagħtu evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandu jwassal għal teħid ta’ kampjuni ieħor u test ieħor. Il-passi neċessarji kollha għandhom jittieħdu biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

4.4.   L-Awtorità Kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta’ produzzjoni.

4.4.1.   F’kull spezzjoni, il-kotba tal-ittestjar u r-rekords tas-servej tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed jagħmel iż-żjara.

4.4.2.   L-ispettur jista’ jieħu kampjuni kif ġie ġie li għandhom jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

4.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher meħtieġ li tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa b’applikazzjoni tal-Artikolu 4.4.2 imsemmi qabel, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni, li għandhom jintbagħtu lid-Dipartiment Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

4.4.4.   L-Awtorità Kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe testijiet preskritti f’dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni magħżula kif ġie ġie mingħajr ma jikkawżaw distorzjoni fl-impenni tal-kunsinna tal-manifattur u skont il-kriterji tal-Anness 8.

4.4.5.   L-Awtorità Kompetenti għandha tipprova tikseb frekwenza ta’ spezzjoni ta’ darba kull sentejn. Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità Kompetenti u skont il-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal- konformità tal-produzzjoni. Fil-każ fejn jiġu reġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista’ jkun.

5.   PENALITAJIET GĦAN-NUQQAS TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

5.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk il-konformità preskritta tar-rekwiżiti tal-produzzjoni ma tintlaħaqx.

5.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinforma immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

6.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

7.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtu lilhom il-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Bozza safra selettiva jew bozza safra selettiva ta’ fuq barra addizzjonali, maħsuba biss biex tibdel il-kulur iżda mhux il-karatteristiċi l-oħra ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass li jarmi dawl abjad, ma tikkostitwix bidla fit-tip tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass.

(2)  0 1 2 3 4 5 6 7 8 9

A B C D E F G H J K L M N P R S T U V W X Y Z

(3)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31 għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Ażerbaijan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-Nova Żelanda, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti), 56 għall-Montenegro, 57 (vakant) u 58 għat-Tuniżija. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.


ANNESS 1

DOKUMENTI GĦAL SORSI TAD-DAWL LI JITFGĦU L-GASS

Lista ta’ kategoriji ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass u n-numri tad-dokumenti tagħhom:

Kategorija tas-sors tad-dawl

Numri tad-dokumenti

D1R

DxR/1 sa 7

D1S

DxS/1 sa 6

D2R

DxR/1 sa 7

D2S

DxS/1 sa 6

D3R

DxR/1 sa 7

D3S

DxS/1 sa 6

D4R

DxR/1 sa 7

D4S

DxS/1 sa 6

Lista ta’ dokumenti għal sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass u s-sekwenza tagħhom f’dan l-anness:

Numri tad-dokumenti

DxR/1 sa 7

DxS/1 sa 6

Kategoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/1

L-illustrazzjonijiet huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass

Figura 1

Kategorija D1R – Tip bil-kejbils - Tapp PK32d-3

Image

Figura 2

Kategorija D2R – Tip b’konnettur - Tapp P32d-3

Image

(1)

Il-pjan ta’ referenza huwa definit permezz tal-pożizzjonijiet fuq is-superfiċje ttat-tagħmir taż-żamm li fuqu jistrieħu t-tliet sporġenzi li jirfdu ċ-ċirku tat-tapp.

(2)

Ara d-dokument DxR/3.

(3)

Fir-rigward tal-assi te’ referenza, meta mekejjel f’distanza ta’ 27,1 mm mill-pjan ta’ referenza l-eċċentriċità tal-bozza ta’ barra għandha tkun inqas minn ± 0,5 mm fid-direzzjoni B u inqas minn + 1 mm /– 0,5 mm fid-direzzjoni A.

Kategoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/2

L-illustrazzjonijiet huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass

Figura 3

Kategorija D3R – Tip b’starter – Tapp PK32d-6

Image

Figura 4

Kategorija D4R – Tip b’konnettur – Tapp P32d-6

Image

(1)

Il-pjan ta’ referenza huwa definit bil-pożizzjonijiet fuq is-superfiċje tat-tagħmir taż-żamm li fuqu għandhom iserrħu t-tliet sporġenzi taċ-ċirku tat-tapp.

(2)

Ara d-dokument DxR/3.

(3)

Fir-rigward tal-assi ta’ referenza, meta mkejla f’distanza ta’ 27,1 mm mill-pjan ta’ referenza l-eċċentriċità tal-bozza ta’ barra għandha tkun inqas minn ± 0,5 mm fid-direzzjoni B u inqas minn + 1mm /– 0,5 mm fid-direzzjoni A.

Katekoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/3

Figura 5

Definizzjoni tal-assi ta’ referenza  (1)

It-tapp għandha jiġi mbuttata f’din id-direzzjoni

Image

Figura 6

Profil massimu tal-bozza  (2)

Image

Kategoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/4

Dimensjonijiet

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

Pożizzjoni tal-elettrodi

Dokument DxR/5

Pożizzjoni u forma tal-ark

Dokument DxR/6

Pożizzjoni tal-istrixxi suwed

Dokument DxR/7

α1 (3)

45° ± 5°

α2 (4)

45° min.

D1R: Tapp PK32d-3

D2R: Tapp P32d-3

D3R: Tapp PK32d-6

D4R: Tapp P32d-6

skont il-Pubblikazzjoni IEC 60061 (dokument 7004-111-3)

KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI

 

D1R/D2R

D3R/D4R

D1R/D2R

D3R/D4R

Vultaġġ stmat tal-ballast

V

12  (4)

12

Wattage stmat

W

35

35

Vultaġġ tal-ittestjar

V

13,5

13,5

Vultaġġ tal-bozza

Oġġettiv

V

85

42

85

42

Tolleranza

± 17

± 9

± 8

± 4

Wattage tal-bozza

Oġġettiv

W

35

35

Tolleranza

± 3

± 0,5

Fluss mudwal

Oġġettiv

lm

2 800

2 800

Tolleranza

± 450

± 150

Koordinati tal- kromatiċità fil-każ ta’ dawl abjad

Oġġettiv

 

x = 0,375

y = 0,375

Parti tat-tolleranza (5)

Konfini

x = 0,345

y = 0,150 + 0,640 x

x = 0,405

y = 0,050 + 0,750 x

Punti tal- intersezzjoni

x = 0,345

y = 0,371

x = 0,405

y = 0,409

x = 0,405

y = 0,354

x = 0,345

y = 0,309

Ħin tat- tifi tat-tqabbid mill-ġdid meta jkun sħun

s

10

10

Kategoriji D1R, D2R, D3R U D4R Dokument DxR/5

Pożizzjoni tal-elettrodi

Dan it-test jintuża biex jiddeterma jekk l-elettrodi humiex imqiegħda korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza.

Image

Direzzjoni tal-kejl: sors tad-dawl perspettiva mill-ġenb u minn fuq

Dimensjoni f’mm

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

a1

d + 0,5

d + 0,2

a2

d + 0,7

d + 0,35

b1

0,4

0,15

b2

0,8

0,3

c

4,2

4,2

d = dijametru tal-elettrodu

d < 0,3 għal D1R u D2R

d < 0,4 għal D3R u D4R

Il-parti ta’ fuq tal-elettrodu l-iktar viċin tal-pjan ta’ referenza għandha titqiegħed fil-parti definita minn a1 u b1. Il-parti ta’ fuq tal-elettrodu l-iktar ‘il bogħod mill-pjan ta’ referenza għandha titqiegħed fil-parti definita minn a2 u b2.

Kategoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/6

Pożizzjoni u forma tal-ark

Dan it-test jintuża biex jiddetermina l-forma u r-reqqa tal-ark u l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-assi u l-pjan ta’ referenza billi jitkejjel it-tgħawwiġ u t-tixrid tiegħu fil-parti trasversali ċentrali D u billi jitkejlu l-intensitajiet tad-dawl ta’tal- interferenza fiż-Żona A u fil-linji B u C.

Image

Meta titkejjel id-distibuzzjoni relattiva tad-dawl fil-parti trasversali ċentrali D kif indikat fl-illustrazzjoni li tidher fuq, il-valur massimu Lmax għandu d-distanza r mill-assi ta’ referenza. Il-punti ta’ 20 % ta’ Lmax għandhom id-distanza s, kif jidher fl-illustrazzjoni isfel.

Dimensjoni f’mm

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

D1R/D2R

D3R/D4R

r

0,50 ± 0,25

0,50 ± 0,25

0,50 ± 0,20

s

1,10 ± 0,25

1,10 + 0,25/– 0,40

1,10 ± 0,25

Image

Meta jitkejlu d-dwal mid-direzzjoni tal-kejl B kif definit fid-dokument DxR/7 b’muntaġġ kif mogħti fl-Anness 5, imma b’kamp ċirkulari ta’ dijametru ta’ 0,2 Mmm, id-dawl relattiv kif espress bħala persentaġġ ta’ L max (fil-parti trasversali D) għandu jkun:

Żona A

≤ 4,5 %

Linja B

≤ 15 %

Linja C

≤ 5,0 %

L-erja taż-Żona A hija definita permezz tal-kisja sewda, il-bozza ta’ barra u pjan 24,5 mm mill-pjan ta’ referenza.

Kategoriji D1R, D2R, D3R u D4R Dokument DxR/7

Pożizzjoni tal-istrixxi suwed

Dan it-test jintuża biex jiddetermina jekk l-istrixxi suwed humiex imqiegħda korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza.

Image

Meta titkejjel id-distribuzzjoni tad-dawl tal-ark fil-parti trasversali ċentrali kif definit fid-dokument DxR/6, wara li s-sors tad-dawl jiddawwar sabiex l-istrixxa sewda tkun qed tgħatti l-arkid-dawl imkejjel għandu jkun ≤ 0,5 % ta’ Lmax.

Fil-parti definita minn α1 u α3 il-kisja sewda tista’ tiġi sostitwita b’kwalunkwe mezz ieħor li jimpedixxi t-trażmissjoni tad-dawl minn dik il-parti speċifikata.

Dimensjonijiet

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

α1

45° ± 5°

α3

70° min.

α4

65° min.

β1/24, β1/30, β2/24, β2/30

25° ± 5°

f1/24, f2/24 (6)

0,15 ± 0,25

0,15 ± 0,20

f1/30

f1/24 mv ± 0,15 (7)

f1/24 mv ± 0,1

f2/30

f2/24 mv ± 0,15 (7)

f2/24 mv ± 0,1

f1/24 mv – f2/24 mv

± 0,3 max.

± 0,2 max.

d

9 ± 1

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/1

L-illustrazzjonijiet huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass

Figura 1

Kategorija D1S – Tip bil-kejbils - Tapp PK32d-2

Image

Figura 2

Kategorija D2S – Tip b’konnettur - Tapp P32d-2

Image

(1)

Il-pjan ta’ referenza jiġi definit bil-pożizzjonijiet fuq is-superfiċje tat-tagħmir taż-żamm li għandhom jistrieħu fuqu t-tliet sporġenzi taċ-ċirku tat-tapp.

(2)

Ara d-dokument DxS/3.

(3)

Meta mkejla f’distanza ta’ 27,1 mm mill-pjan ta’ referenza u fir-rigward tal-punt tan-nofs tal-bozza ta’ ġewwa, il-bozza ta’ barra għandu jkollha eċċentriċità ta’ massimu 1mm.

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/2

L-illustrazzjonijiet huma maħsuba biss biex juru d-dimensjonijiet essenzjali (f’mm) tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass

Figura 3

Kategorija D3S – Tip bi starter - Tapp PK32d-5

Image

Figura 4

Kategorija D4S – Tip b’konnettur - Tapp P32d-5

Image

(1)

Il-pjan ta’ referenza jiġi definit bil-pożizzjonijiet fuq is-superfiċje tat-tagħmirtaż-żamm li jistrieħu fuqu t-tliet sporġenzi taċ-ċirku tat-tapp.

(2)

Ara l-dokument DxS/3.

(3)

Meta mkejla f’distanza ta’ 27,1 mm mill-pjan ta’ referenza u fir-rigward tal-punt tan-nofs tal-bozza ta’ ġewwa, il-bozza ta’ barra għandu jkollha eċċentriċità ta’ massimu 1mm.

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/3

Figura 5

Definizzjoni tal-assi ta’ referenza  (8)

It-tapp għandu jiġi mbuttat f’din id-direzzjoni

Image

Figura 6

Profil massimu tal-bozza  (9)

Image

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/4

Dimensjonijiet

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

Pożizzjoni tal-elelttrodi

Dokument DxS/5

Pożizzjoni u forma tal-ark

Dokument DxS/6

α1, α2 (10)

55° min.

55° min.

D1S: Tapp PK32d-2

D2S: Tapp P32d-2

D3S: Tapp PK32d-5

D4S: Tapp P32d-5

skont il-Pubblikazzjoni IEC 60061 (dokument 7004-111-3)

KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI

 

D1S/D2S

D3S/D4S

D1S/D2S

D3S/D4S

Vultaġġ stmat tal-ballast

V

12  (11)

12

Wattage stmat

W

35

35

Vultaġġ tal-ittestjar

V

13,5

13,5

Vultaġġ tal-bozza

Oġġettiv

V

85

42

85

42

Tolleranza

± 17

± 9

± 8

± 4

Wattage tal-bozza

Oġġettiv

W

35

35

Tolleranza

± 3

± 0,5

Fluss mudwal

Oġġettiv

lm

3 200

3 200

Tolleranza

± 450

± 150

Koordinati tal-kromatiċità fil-każ ta’ dawl abjad

Oġġettiv

 

x = 0,375

y = 0,375

Erja tat-tolleranza (12)

Konfini

x = 0,345

y = 0,150 + 0,640 x

x = 0,405

y = 0,050 + 0,750 x

Punti tal- intersezzjoni

x = 0,345

y = 0,371

x = 0,405

y = 0,409

x = 0,405

y = 0,354

x = 0,345

y = 0,309

Ħin tat-tifi tat-tqabbid mill-ġdid meta għadu sħun

s

10

10

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/5

Pożizzjoni tal-elettrodi

Dan it-test jintuża biex jiddetermina jekk l-elettrodi humiex ippożizzjonati korrettament fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza.

Image

Direzzjoni tal-kejl: perspettiva tas-sors tad-dawl mill-ġenb u minn fuq

Dimensjoni f’mm

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

a1

d + 0,2

d + 0,1

a2

d + 0,5

d + 0,25

b1

0,3

0,15

b2

0,6

0,3

c

4,2

4,2

d = dijametru tal-elettrodu

d < 0,3 għal D1S u D2S

d < 0,4 għal D3S u D4S

Il-parti ta’ fuq tal-elettrodu l-iktar viċin il-pjan ta’ referenza għandha titqiegħed fil-parti definita minn a1 u b1. Il-parti ta’ fuq tal-elettrodu l-iktar ‘il bogħod mill-pjan ta’ referenza għandha titqiegħed fil-parti definita minn a2 u b2.

Kategoriji D1S, D2S, D3S u D4S Dokument DxS/6

Pożizzjoni u forma tal-ark

Dan it-test jintuża biex jiddetermina l-forma tal-ark u l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-assi ta’ referenza u l-pjan ta’ referenza permezz tal-kejl tat-tgħawwiġ u t-tixrid tagħha fil-parti trasversali f’distanza ta’ 27,1 mm mill-pjan ta’ referenza.

Il-forma tal-ark hija għall-illustrazzjoni biss.

Direzzjoni tal-kejl: perspettiva tas-sors tad-dawl mill-ġenb

Image

Meta titkejjel id-distribuzzjoni relattiva tad-dawl fil-parti trasversali ċentrali kif indikat fl-illustrazzjoni li tidher fuq, il-valur massimu għandu jkun fid-distanza r mill-assi ta’ referenza. Il-punt ta’ 20 % tal-valur massimu għandu jkun f’s.

Dimensjoni f’mm

Sorsi tad-dawl tal-produzzjoni

Sorsi tad-dawl standard

r

0,50 ± 0,40

0,50 ± 0,20

s

1,10 ± 0,40

1,10 ± 0,25

Image


(1)  L-assi ta’ referenza huwa perpendikulari mal-pjan ta’ referenza u jaqsam l-intersezzjoni taż-żewġ linji paralleli kif indikat fil-figura 5.

(2)  Il-bozza tal-ħġieġ u r-riffieda m’għandhomx jaqbżu l-envelop, kif indikat fil-figura 6. L-envelop huwa konċentriku mal-assi ta’ referenza.

(3)  Il-parti tal-bozza fl-angoli ± 1 u ± 2 għandha tkun il-parti li tarmi d-dawl. Din il-parti għandu jkollha forma omoġenja kemm jista’ jkun u ma jkollhiex distorzjoni viżwali. Dan japplika għaċ-ċirkunferenza kollha tal-bozza fl-angoli ± 1 u ± 2 minbarra l-istrixxi s-suwed.

(4)  Il-vultaġġi tal-applikazzjoni tas-saborri jistgħu jvarjaw minn 12 V.

(5)  Ara l-Anness 4.

(6)  “f1/..” tfisser id-dimensjoni f1 li għandha titkejjel fid-distanza mill-pjan ta’ referenza indikat f’mm wara l-linja djagonali.

(7)  “../24 mv” tfisser il-valur imkejjel f’distanza ta’ 24mm mill-pjan ta’ referenza.

(8)  L-assi ta’ referenza huwa perpendikulari mal-pjan ta’ referenza u jaqsam l-intersezzjoni taż-żewġ linji paralleli kif indikat fil-figura 5.

(9)  Il-bozza tal-ħġieġ u l-irfid m’għandhomx jaqbżu l-envelop, kif indikat fil-figura 6. L-envelop huwa konċentriku mal-assi ta’ referenza.

(10)  Il-parti tal-bozza fl-angoli ± 1 u ± 2 għandha tkun il-parti li tarmi d-dawl. Din il-parti għandu jkollha forma omoġenja kemm jista’ jkun u ma jkollhiex distorzjonijiet ottiċi. Dan japplika għaċ-ċirkunferenza tal-bozza kollha fl-angoli ± 1 u ± 2.

(11)  Vultaġġi tal-applikazzjoni tas-saborri jistgħu jvarjaw minn 12 V.

(12)  Ara l-Anness 4.


ANNESS 2

KOMMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

EŻEMPJU TAL-ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

(ara l-Artikolu 2.4.3)

Image


ANNESS 4

METODU TAL-KEJL TAL-KARATTERISTIĊI ELETTRIĊI U FOTOMETRIĊI

1.   Ġenerali

Għal testijiet ta’ tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun u għall-kejl tal-karatteristiċi elettriċi u fotometriċi, is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jitħaddem fil-ftuħ b’temparatura ambjentali ta’ 25° ± 5 °C.

2.   Ballast

It-testijiet u l-kejl kollu għandhom jitwettqu bil-ballast skont il-Artikolu 2.2.2.4 ta’ dan ir-Regolament. Il-provvista tal-enerġija użata għat-testijiet ta’ tqabbid u ta’ run-up għandha tiġi kkwalifikata sabiex tiżgura ż-żieda malajr tal-vibrazzjoni b’kurrent għoli.

3.   Il-pożizzjoni tal-ħruq

Il-pożizzjoni tal-ħruq għandha tkun orizzontali fi ± 10° bil-konduttur ‘l isfel. Il-pożizzjonijiet tal-użu biex jidher xi deterjorament u tal-ittestjar għandhom ikunu identiċi. Jekk il-bozza titħaddem bi żball fid-direzzjoni żbaljata, għandha tintuża mill-ġdid biex jidher xi deterjorament qabel ma jibda l-kejl. Matul l-użu biex jidher xi deterjorament u l-kejl ebda oġġetti ta’ konduzzjoni elettrika ma għandhom ikunu awtorizzati f’ċilindru li jkollu dijametru ta’ 32 mm u tul ta’ 60 mm konċentriku mal-assi ta’ referenza u simettriku mal-ark. Barra minn hekk kampi manjetiċi ta’ interferenza għandhom jiġu evitati.

4.   Użu biex jidher xi deterjorament

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bis-sorsi tad-dawl li jkunu ntużaw biex jidher xi deterjorament għal minimu ta’ 15-il ċiklu li jkollu dan iċ-ċiklu ta’ swiċċjar: 45 minuti mixgħul, 15-il sekonda mitfi, 5 minuti mixgħul, 10 minuti mitfi.

5.   Vultaġġ ta’ provvista

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu bil-vultaġġ tal-ittestjar kif indikat fuq id-dokument rilevanti tad-dejta.

6.   Test tat-tqabbid

It-test tat-tqabbid għandu jiġi applikat lis-sorsi tad-dawl li ma jkunux intużaw biex jidher xi deterjorament u ma jkunux intużaw għal perjodu ta’ mill-inqas 24 siegħa qabel it-test.

7.   Test ta’ run-up

It-test ta’ run-up għandu jiġi applikat lis-sorsi tad-dawl li ma jkunux intużaw għal perjodu ta’ mill-inqas siegħa qabel it-test.

8.   Test ta’ tqabbid mill-ġdid meta jkun sħun

Is-sors tad-dawl għandu jitqabbad u jitħaddem bil-ballast fil-vultaġġ tal-ittestjar għal perjodu ta’ 15-il minuta. Imbagħad il-vultaġġ tal-provvista lill-ballast għandu jintefa għal perjodu ta’ tifi kif indikat fid-dokument rilevanti tad-dejta u jinxtegħel mill-ġdid.

9.   Test elettriku u fotometriku

Qabel kwalunkwe kejl, is-sors tad-dawl għandu jiġi stabilizzat għal perjodu ta’ 15-il minuta.

10.   Kulur

Il-kulur tas-sors tad-dawl għandu jitkejjel fi sfera ta’ integrazzjoni permezz ta’ sistema ta’ kejl li turi l-koordinati tal-kromatiċità CIE tad-dawl irċevut b’riżoluzzjoni ta’ ± 0,002. Din il-figura li ġejja turi l-erja ta’ tolleranza tal-kulur għall-kulur abjad u l-erja tat-tolleranza limitata għas-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass D1R, D1S, D2R, D2S, D3R, D3S, D4R u D4S.

Image

ANNESS 5

Tagħmir ottiku għall-kejl tal-pożizzjoni u l-forma tal-ark u tal-pożizzjoni tal-elettrodi (1)

Is-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jitqiegħed kif jidher isfel:

 

fil-figura 1 jew il-figura 2 fuq id-dokument DxR/1 jew id-dokument DxS/1;

 

fil-figura 3 jew il-figura 4 fuq id-dokument DxR/2 jew id-dokument DxS/2.

Image

Sistema ottika għandha tipproġetta stampa reali A′ tal-ark A bi tkabbir ta’ prefereibbilment M = s′/s = 20 fuq skrin. Is-sistema ottika għandha tkun aplanatika u akromatika. Fit-tul tal-punt fokali f tas-sistema ottika dijaframma d għandha tikkawża projezzjoni fuq l-ark bid-direzzjonijiet tal-osservazzjoni kważi paralleli. Sabiex jinkiseb l-angolu tan-nofs diverġenza mhux ikbar minn μ = 0,5°, id-dijametru tad-dijaframma tal-punt fokali fir-rigward tat-tul tal-punt fokali tas-sistema ottika għandu jkun mhux iktar minn d = 2f tan(μ). Id-dijametru attiv tas-sistema ottika għandu jkun mhux iktar minn:

D = (1 + 1/M)d + c + (b1 + b2)/2. (c, b1 u b2 jingħataw fid-dokument DxS/5, rispettivament id-dokument DxR/5).

Skala fuq l-iskrin għandha tippermetti l-kejl tal-pożizzjoni tal-elettrodi. Il-kalibrazzjoni tal-arranament b’vantaġġ tista’ ssir permezz tal-użu ta’ proġekter separat b’raġġ parallel b’konnessjoni ma’ gejġ li d-dell tiegħu jiġi pproġettat fuq l-iskrin. Il-gejġ għandu juri l-assi ta’ referenza u l-pjan parallel mal-pjan ta’ referenza u f’distanza ta’ “e”mm minnu (e = 27,1 għal D1R, D1S, D2R, D2S, D3R, D3S, D4R u D4S).

Fil-pjan tal-iskrin għandu jintrama’ riċevitur mobbli f’direzzjoni vertikali fuq linja li tikkorrispondi mal-pjan f’“e” mill-pjan ta’ referenza tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass.

Ir-riċevitur għandu jkollu s-sensittività spettrali relattiva tal-għajn tal-bniedem. Id-daqs tar-riċevitur għandu jkun mhux iktar minn 0,2 M mm fid-direzzjoni orizzontali u mhux iktar minn 0,025 M mm fid-direzzjoni vertikali (M = it-għal tkabbir). Il-medda tal-moviment li jista’ jitkejjel għandha tkun tali li l-kejl meħtieġ tat-tgħawwiġ tal-ark r u t-tixrid tal-ark s jistgħu jitkejlu.


(1)  Dan il-metodu huwa eżempju ta' metodu ta' kejl, jista' jintuża kwalunkwe metodu ieħor bl-istess eżattezza ta' kejl.


ANNESS 6

Rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità mill-manifattur

1.   ĠENERALI

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati sodisfatti minn perspettiva fotometrika (inkluż radjazzjoni UV), ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni li jitfgħu l-gass fid-dokument rilevanti tad-dejta tal-Anness 1 u d-dokument rilevanti tad-dejta għat-tappijiet.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Għal kull tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass il-manifattur jew id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq it-testijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, f’intervalli adattati.

2.1.   Natura tat-testijiet

It-testijiet tal-konformità ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi, ġeometriċi u ottiċi tagħhom.

2.2.   Metodi użati fit-testijiet

2.2.1.

It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.

L-applikazzjoni tal-Artikolu 2.2.1. teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwettaq minn Awtorità Kompetenti.

2.3.   Natura tat-teħid ta’ kampjuni

Kampjuni ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jintgħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass tal-istess tip, definit skont il-metodi tal-produzzjoni tal-manifattur.

2.4.   Karatteristiċi spezzjonati u rreġistrati

Is-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom ikunu spezzjonati u r-riżultati tal-ittestjar irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif imniżżel fl-Anness 7, tabella 1.

2.5.   Kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

Il-manifattur jew id-detentur tal-approvazzjoni huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tal-ittestjar sabiex tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni stabbilita għall-verifika tal-konformità ta’ prodotti fl-Artikolu 4.1. ta’ dan ir-Regolament.

Il-konformità għandha tiġi żgurata jekk ma jinqabiżx il-livell ta’ nuqqas ta’ konformità aċċettabbli għal kull iggruppar tal-karatteristiċi stabbiliti fit-tabella 1 tal-Anness 7. Dan ifisser li n-numru tas-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass li ma jikkonformawx mar-rekwiżit għal kwalunkwe ggruppar tal-karatteristiċi ta’ kwalunkwe tip ta’ sors tad-dawl li jitfa’ l-gass ma jaqbiżx il-limiti ta’ kwalifika fit-tabelli rilevanti 2, 3 jew 4 tal-Anness 7.

Nota: Kull rekwiżit individwali tas-sors tad-dawl li jitfa’ l-gass għandu jiġi kkunsidrat bħala karatteristika.


ANNESS 7

Teħid ta’ kampjuni u livelli ta’ konformità għar-rekords tal-ittestjar tal-manifattur

Tabella 1

Karatteristiċi

Iggruppar tal-karatteristiċi

Iggruppar (*) tar-rekords tal-ittestjar bejn tipi ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass

Kampjun minimu ta’ kull 12-il xahar għal kull grupp (*)

Livell aċċettabbli ta’ nuqqas ta’ konformità għal kull grupp ta’ karatteristiċi (%)

Immarkar, leġibbiltà u durabbiltà

It-tipi kollha bl-istess dimensjonijiet esterni

315

1

Kwalità tal-bozza

It-tipi kollha bl-istess bozza

315

1

Dimensjonijiet esterni (minbarra t-tapp)

It-tipi kollha tal-istess kategorija

315

1

Pożizzjoni u dimensjonijiet tal-ark u l-istrixxi

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

6,5

Tqabbid, run-up u tqabbid mill-ġdid meta jkun għadu sħun

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Vultaġġ u wattage tal-bozza

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Fluss mudwal, kulur u

radjazzjoni UV

It-tipi kollha tal-istess kategorija

200

1

Il-limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni bażati fuq numri differenti ta’ riżultati tal-ittestjar għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma mniżżla fit-tabella 2 bħala numru massimu ta’ nuqqasijiet ta’ konformità. Il-limiti huma bbażati fuq livell aċċettabbli ta’ 1 fil-mija ta’ nuqqasijiet ta’ konformità, bis-suppożizzjoni ta’ probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.

Tabella 2

Numru ta’ riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika

Limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni

200

5

201 - 260

6

261 - 315

7

316 - 370

8

371 - 435

9

436 - 500

10

501 - 570

11

571 - 645

12

646 - 720

13

721 - 800

14

801 - 860

15

861 - 920

16

921 - 990

17

991 - 1 060

18

1 061 - 1 125

19

1 126 - 1 190

20

1 191 - 1 249

21

Il-limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni bbażati fuq numri differenti ta’ riżultati tal-ittestjar għal kull grupp ta’ karatteristiċi huma mniżżla fit-tabella 3 mogħtija bħala numru massimu ta’ nuqqasijiet ta’ konformità. Il-limiti huma bażati fuq livell aċċettabbli ta’ 6,5 fil-mija ta’ nuqqas ta’ konformità, bis-suppożizzjoni ta’ probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.

Tabella 3

Numru ta’ bozoz fir-rekords

Limitu tal- kwalifikazzjoni

200

21

201 - 213

22

214 - 227

23

228 - 240

24

241 - 254

25

255 - 268

26

269 - 281

27

282 - 295

28

296 - 308

29

309 - 322

30

323 - 336

31

337 - 349

32

350 - 363

33

364 - 376

34

377 - 390

35

391 - 404

36

405 - 417

37

418 - 431

38

432 - 444

39

445 - 458

40

459 - 472

41

473 - 485

42

486 - 499

43

500 - 512

44

513 - 526

45

527 - 540

46

541 - 553

47

554 - 567

48

568 - 580

49

581 - 594

50

595 - 608

51

609 - 621

52

622 - 635

53

636 - 648

54

649 - 662

55

663 - 676

56

677 - 689

57

690 - 703

58

704 - 716

59

717 - 730

60

731 - 744

61

745 - 757

62

758 - 771

63

772 - 784

64

785 - 798

65

799 - 812

66

813 - 825

67

826 - 839

68

840 - 852

69

853 - 866

70

867 - 880

71

881 - 893

72

894 - 907

73

908 - 920

74

921 - 934

75

935 - 948

76

949 - 961

77

962 - 975

78

976 - 988

79

989 - 1 002

80

1 003 - 1 016

81

1 017 - 1 029

82

1 030 - 1 043

83

1 044 - 1 056

84

1 057 - 1 070

85

1 071 - 1 084

86

1 085 - 1 097

87

1 098 - 1 111

88

1 112 - 1 124

89

1 125 - 1 138

90

1 139 - 1 152

91

1 153 - 1 165

92

1 166 - 1 179

93

1 180 - 1 192

94

1 193 - 1 206

95

1 207 - 1 220

96

1 221 - 1 233

97

1 234 - 1 249

98

Il-limiti tal-kwalifikazzjoni għall-aċċettazzjoni bbażati fuq numri differenti ta’ riżultati tat-testijiet għal kull grupp ta’ karatteristiċi jidhru fit-tabella 4 mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati, bis-suppożozzjoni ta’ probabbiltà ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 0,95.

Tabella 4

Numru tar-riżultati tal-ittestjar ta’ kull karatteristika

Limiti ta’ kwalifikazzjoni li jidhru bħala persentaġġ tar-riżultati.

Livell aċċettabbli ta’ 1 fil-mija ta’ nuqqasijiet ta’ konformità

Limiti tal-kwalifikazzjoni mogħtija bħala persentaġġ tar-riżultati.

Livell aċċettabbli ta’ 6,5 fil-mija ta’ nuqqasijiet ta’ konformità

1 250

1,68

7,91

2 000

1,52

7,61

4 000

1,37

7,29

6 000

1,30

7,15

8 000

1,26

7,06

10 000

1,23

7,00

20 000

1,16

6,85

40 000

1,12

6,75

80 000

1,09

6,68

100 000

1,08

6,65

1 000 000

1,02

6,55


(*)  The assessment shall in general cover series production gas-discharge light sources from individual factories. A manufacturer may group together records concerning the same type from several factories, provided these operate under the same quality system and quality management.


ANNESS 8

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.

Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jiġu kkunsidrati milħuqa minn perspettiva fotometrika, ġeometrika, viżwali u elettrika jekk jintlaħqu t-tolleranzi speċifikati għal sorsi tad-dawl tal-produzzjoni li jitfgħu l-gass fid-dokument rilevanti tad-dejta tal-Anness 1 u ddokument rilevanti tad-dejta għat-tappijiet.

2.

Il-konformità ta’ sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk ir-riżultati jaqblu mal-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness.

3.

Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub jagħmel mezz biex il-produzzjoni tilħaq ir-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jkunux jaqblu mal-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness.

4.

Jekk l-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness jiġi applikat, kampjun addizzjonali ta’ 250 sors tad-dawl li jitfgħu l-gass, magħżula kif ġie ġie minn produzzjoni riċenti, għandu jittieħed fi żmien xahrejn.

5.

Il-konformità approvata jew diżapprovata għandha tiġi deċiża skont il-valuri fit-tabella 1. Għal kull grupp ta’ karatteristiċi sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom ikunu jew aċċettati jew rifjutati skont il-valuri fit-tabella 1 (1).

Tabella 1

Kampjun

1 fil-mija (*)

6.5 fil-mija (*)

Aċċetta

Irrifjuta

Aċċettat

Irrifjuta

Id-daqs tal-ewwel teħid ta’ kampjuni: 125

2

5

11

16

Jekk in-numru ta’ unitajiet li ma jikkonformawx ikun ikbar minn 2 (11) u inqas minn 5 (16) ħu daqs ta’ kampjun ieħor ta’ 125 u evalwa l-250

6

7

26

27


(1)  L-iskema proposta hija ddisinjata biex tevalwa l-konformità tas-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass fuq livell ta’ aċċettazzjoni tan-nuqqas tal-konformità ta’ 1 fil-mija u 6,5 fil-mija rispettivament u hija bbażata fuq il-Pjan għat-Teħid ta’ Kampjuni Doppju għal Spezzjoni Normali skont il-Pubblikazzjoni IEC 60410: Pjanijiet ta’ Teħid ta’ Kampjuni u Proċeduri tal-Ispezzjoni permezz ta’ Attribwiti.

(*)  Is-sorsi tad-dawl li jitfgħu l-gass għandhom jiġu spezzjonati u r-riżultati tal-ittestjar irreġistrati wara l-iggruppar tal-karatteristiċi kif jidher fl-Anness 7, tabella 1.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/181


It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali pubblika. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 116 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preksrizzjonijiet tekniċi uniformi dwardwar il-protezzjoni ta’ vetturi awtomotivi kontra l-użu mhux awtorizzat

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 15 ta’ Ottubru 2008

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet: Ġenerali

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA TAL-KATEGORIJA M1 U N1 FIR-RIGWARD TAL-APPARAT TAGĦHA LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

5.1.

Definizzjonijiet

5.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

5.4.

Apparat elettromekkaniku u elettroniku li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

6.

PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMI TAL-ALLARM TAL-VETTURI

6.1.

Definizzjonijiet

6.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

6.4.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tal-ittestjar

6.5.

Struzzjonijiet

7.

PARTI III: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAL-ALLARM TAGĦHA

7.1.

Definizzjonijiet

7.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

7.4.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar

7.5.

Struzzjonijiet

8.

PARTI IV: APPROVAZZJONI TA’ IMMOBILIZZATURI U APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA

8.1.

Definizzjonijiet

8.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

8.3.

Speċifikazzjonijiet partikolari

8.4.

Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tal-ittestjar

8.5.

Struzzjonijiet

9.

Modifika tat-tip u estenzjoni tal-approvazzjoni

10.

Konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni

11.

Pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

12.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

14.

Ismijiet u indirizzi ta’ dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Dokument tal-informazzjoni:

Parti 1:

skont l-Artikoli 5., 7. u 8. tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

Parti 2:

skont il-paragafu 6. tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ komponent ta’ sistema tal- allarm

Parti 3:

skont l-Artikolu 8. tar-Regolament Nru 116 relatat mal-approvazzjoni mill-KEE ta’ tip ta’ komponent ta’ sistema ta’ immobilizzatur

Anness 2 —

Komunikazzjoni dwar approvazzjoni mogħtija, estiża, miċħuda, irtirata, produzzjoni mwaqqfa għal kollox:

Parti 1:

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat skont ir-Regolament Nru 116

Parti 2:

ta’ tip ta’ komponent bħala sistema tal-allarm skont ir-Regolament Nru 116

Parti 3:

tip ta’ komponent bħala immobilizzatur skont ir-Regolament Nru 116

Anness 3 —

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Anness 4 —

Parti 1

:

Proċedura tal-ittestjar li tipproduċi effetti tal-użu għal apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxi fuq l-istering

Parti 2

:

Proċedura tal-ittestjar għal apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat u li jaġixxi fuq l-istering permezz ta’ apparat li jillimita t-torque

Anness 5 —

(Riżervat)

Anness 6 —

Mudell ta’ ċertifikat tal-konformità

Anness 7 —

Mudell ta’ ċertifikat tal-installazzjoni

Anness 8 —

Test ta’ sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

Anness 9 —

Kumpatibbiltà elettromanjetika

Anness 10 —

Speċifikazzjonijiet għal swiċċijiet mekkaniċi biċ-ċavetta

1.   AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-:

1.1.

PARTI I – Approvazzjoni ta’ vettura tal-kategorija M1 u N1 (1) fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

1.2.

PARTI II – Approvazzjoni ta’ sistemi tal-allarm ta’ vettura (VAS) li huma maħsuba biex jitwaħħlu b’mod permanenti ġo vetturi tal-kategorija M1 u dawk tal-kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 2 tunnellati (1).

1.3.

PARTI III – Approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M1 u dawk tal-kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 2 tunnellati, fir-rigward tas-sistema/sistemi tal-allarm tagħhom (2).

1.4.

PARTI IV – Approvazzjoni ta’ immobilizzaturi u ta’ vetturi tal-kategorija M1 u vetturi tal-kategorija N1 b’massa massima ta’ mhux iktar minn 2 tunnellati fir-rigward ta’ immobilizzaturi (1)  (2).

1.5.

It-twaħħil tal-apparat speċifikat fil-Parti I ġo vetturi ta’ kategoriji oħra huwa fakultattiv iżda kwalunkwe apparat imwaħħal bħal dan jeħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

1.6.

It-twaħħil ta’ apparat speċifikat skont il-Partijiet III u IV ġo vetturi ta’ kategoriji oħra, jew ġo vetturi tal-kategorija N1 b’massa massima li taqbeż iż-2 tunnellati, huwa fakultattiv iżda kwalunkwe apparat imwaħħal bħal dan jeħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

1.7.

Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet skont il-Partijiet I sa IV lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lill-apparat għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi.

1.8.

Fiż-żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddikjaraw liema partijiet tar-Regolament għandhom il-ħsieb li jagħmlu obbligatorji fit-territorju tagħhom għal kull kategorija ta’ vetturi (3).

2.   DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

2.1.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li jkun responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u sabiex jiżgura l-konformità fil-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikun direttament involut fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal- approvazzjoni.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

3.2.

Din għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-informazzjoni skont il-mudell li jidher fl-Anness 1, Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli.

3.3.

Vettura(vetturi)/komponent(komponenti) li jirrapreżenta(w) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu sottomess(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jilħaq ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.

Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (preżentement 00, li jikkorrispondu mar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l- emenda teknika [ewlenija] l-iktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew komponent kif definit f’dan ir-Regolament.

4.3.

In-notifika tal-approvazzjoni jew ta’ estenzjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandha tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, Parti 1, 2 jew 3 skont dan ir-Regolament.

4.4.

Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal- approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

4.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (4), u

4.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fl-Artikolu 4.4.1, u

4.4.3.

simbolu addizzjonali:

4.4.3.1.

“A” fil-każ ta’ sistema tal-allarm (Parti II);

4.4.3.2.

“I” fil-każ ta’ immobilizzatur (Parti IV);

4.4.3.3.

“AI” fil-każ ta’ taħlita ta’ sistema tal-allarm u immobilizzatur;

4.4.3.4.

“L” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (Parti I);

4.4.3.5.

“LA” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (Parti I) flimkien ma’ sistema tal-allarm;

4.4.3.6.

“LI” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (Parti I) flimkien ma’ immobilizzatur;

4.4.3.7.

“LAI” fil-każ tal-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-apparat tagħha li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat (Parti I) flimkien ma’ sistema tal-allarm u immobilizzatur.

4.5.

Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat, skont wieħed jew iktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1 ma għandux jiġi ripetut; f’dan il-każ, ir-Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fl-Artikolu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin ta’ jew fuq il-plejt tad-dejta tal-vettura imwaħħla mill-manifattur.

4.8.

Fil-każ ta’ komponent approvat separatament bħala sistema tal-allarm jew immobilizzatur jew it-tnejn li huma, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mill-manifattur mal-element(i) ewlieni(ewlenin) tal-apparat.

4.9.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

4.10.

Bħala alternattiva għall-marka tal-approvazzjoni deskritta fl-Artikolu 4.4. imsemmi qabel, ċertifikat ta’ konformità għandu jinħareġ għal kull VAS u immobilizzatur offrut għall-bejgħ.

Meta manifattur ta’ VAS u/jew ta’ immobilizzaturi jipprovdi VAS u/jew immobiliżatur approvat mhux immarkat lil manifattur tal-vetturi, sabiex jitwaħħlu minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vetturi, il-manifattur tal-VAS u/jew tal-immobilizzatur għandu jipprovdi numru ta’ kopji taċ-ċertifikat ta’ konformità lill-manifattur tal-vettura, biżżejjed biex dak il-manifattur jikseb l-approvazzjoni tal-vettura skont il-Partijiet II, III u IV, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament.

Jekk il-VAS jew l-immobilizzatur ikunu magħmula minn komponenti separati, il-komponent(i) ewlieni(ewlenin) tagħhom għandu jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza.

Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jingħata fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

5.   PARTI I: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA TAL-KATEGORIJA M1 U N1 FIR-RIGWARD TAL-APPARAT TAGĦHA LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

5.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,

5.1.1.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi awtomotivi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

5.1.1.1.

l-isem tat-tip mogħti mill-manifattur,

5.1.1.2.

l-arranġament u d-disinn tal-komponent jew komponenti tal-vettura li fuqhom jaġixxi l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat,

5.1.1.3.

it-tip ta’ apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

5.1.2.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat tfisser sistema ddisinjata biex timpedixxi l-attivazzjoni normali mhux awtorizzata tal-magna jew sors ieħor tal-enerġija tal-magna ewlenija tal-vettura flimkien ma’ mill-inqas sistema waħda li:

(a)

tillokkja l-istering; jew

(b)

tillokkja t-trażmissjoni; jew

(c)

tillokkja l-kontroll tal-gerijiet; jew

(d)

tillokkja l-brejkijiet

Fil-każ ta’ sistema li tillokkja l-brejkijiet, id-diżattivazzjoni tal-apparat ma għandhiex awtomatikament tirrilaxxja l-brejkijiet għall-kuntrarju tal-intenzjoni tas-sewwieq.

5.1.3.

“Stering” tfisser il-kontroll tal-istering, il-kolonna tal-istering u l-aċċessorji li tkun miksija bihom, ix-xaft tal-istering, il-gearbox tal-istering u l-komponenti l-oħra kollha li jaffettwaw direttament l-effettività tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

5.1.4.

“Kombinazzjoni” tfisser waħda mill-varjazzjonijiet ta’ sistema tal-illokkjar speċifikament żviluppata u mibnija li, meta attivata kif xieraq, tippermetti t-tħaddim tas-sistema tal-illokkjar.

5.1.5.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar li jkun iddisinjat u mibni biex jitħaddem biss minn dak l-apparat.

5.1.6.

“Kodiċi tat-tidwir” tfisser kodiċi elettronika li tikkonsisti f’diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel kif jinzerta wara kull tħaddim tal-unità ta’ trażmissjoni.

5.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.2.1.

L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi ddisinjat b’tali mof li jkun meħtieġ li jintefa sabiex jippermetti li:

5.2.1.1.

il-magna titqabbad permezz tal-kontroll normali, u

5.2.1.2.

il-vettura timxi, tinsaq jew tiċċaqlaq ‘il quddiem bil-forza tagħha stess.

5.2.1.3.

Ir-rekwiżit tal-Artikolu 5.2.1 jista’ jintlaħaq fl-istess ħin jew qabel l-azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 5.2.1.1 u 5.2.1.2

5.2.2.

Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5.2.1. għandhom jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta waħda.

5.2.3.

Minbarra fil-każ stabbilit fl-Artikolu 5.3.1.5, sistema mħaddma b’ċavetta mdaħħla f’serratura ma għandhiex tippermetti t-tneħħija taċ-ċavetta qabel ma l-apparat imsemmi fl-Artikolu 5.2.1 ikun tħaddem jew tħejja biex jaħdem.

5.2.4.

L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 5.2.1 imsemmi qabel, u l-komponenti tal-vettura li jaħdem fuqhom, għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li ħadd ma jkun jista’ jiftaħhom, jagħmilhom ineffettivi jew jeqridhom b’mod rapidu u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni permezz ta’, pereżempju, l-użu ta’ għodod, tagħmir jew prodotti rħas u li jinħbew faċilment, disponibbli faċilment għall-pubbliku ġenerali.

5.2.5.

L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jitwaħħal ġol-vettura bħala oġġett ta’ tagħmir oriġinali (jiġifieri tagħmir installat mill-manifattur tal-vettura qabel l-ewwel bejgħ bl-imnut). Għandu jitwaħħal b’tali mod li anke wara t-tneħħija tal-kisi protettiv tiegħu ma jkunx jista’, meta jkun fil-pożizzjoni llokkjata, jiżżarma ħlief b’għodod speċjali. Jekk ikun possibbli li l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat isir ineffettiv permezz tat-tneħħija ta’ viti, dawk il-viti għandhom, sakemm ma jkunux tat-tip li ma jitneħħewx, jitgħattew minn partijiet tal-apparat protettiv illokkjat.

5.2.6.

Sistemi mekkaniċi ta’ llokkjar għandhom jipprovdu mill-inqas 1 000 kombinazzjoni differenti taċ-ċavetta jew numru ekwivalenti għan-numru totali ta’ vetturi manifatturati annwalment jekk dan ikun inqas minn 1 000. F’vetturi ta’ tip wieħed il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ kull kombinazzjoni għandha tkun bejn wieħed u ieħor waħda għal kull 1 000.

5.2.7.

Sistemi tal-illokkjar elettriċi/elettroniċi, eż. rimowts, għandu jkollhom mill-inqas 50 000 varjant u għandhom jinkorporaw kodiċi tat-tidwir u/jew ikollhom żmien minimu tal-iskannjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

5.2.8.

Rigward in-natura tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, għandu jiġi applikat l-Artikolu 5.2.6 jew 5.2.7.

5.2.9.

Iċ-ċavetta u s-serratura ma għandhomx ikunu kkodifikati viżibbilment.

5.2.10.

Is-serratura għandha tkun iddisinjata, mibnija u mwaħħla b’tali mod li t-tidwir taċ-ċilindru tas-serratura, meta fil-pożizzjoni llokkjata, b’torque ta’ inqas 2,45 Nm ma jkunx possibbli bi kwalunkwe ċavetta oħra li mhix iċ-ċavetta ta’ pariġġha, u

5.2.10.1.

għal ċilindri tas-serratura b’pin tumblers mhux iktar minn żewġ tumblers identiċi li jaħdmu fl-istess direzzjoni ma għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm iktar minn 60 fil-mija ta’ tumblers identiċi;

5.2.10.2.

għal ċilindri tas-serratura b’disc tumblers mhux iktar minn żewġ tumblers identiċi li joperaw fl-istess direzzjoni ma għandhom jitqiegħdu ħdejn xulxin, u f’serratura ma għandux ikun hemm iktar minn 50 fil-mija ta’ tumblers identiċi.

5.2.11.

L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun tali li jeskludi kwalunkwe riskju ta’ waqfien tat-tħaddim aċċidentali waqt li l-magna tkun imqabbda, b’mod partikolari fil-każ ta’ llokkjar li x’aktarx jikkomprometti s-sikurezza.

5.2.11.1.

Ma għandux ikun possibbli li jiġi attivat apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat mingħajr ma l-ewwel jiġu ssettjati l-kontrolli tal-magna fil-pożizzjoni tal-waqfien u mbagħad titwettaq azzjoni li ma tkunx kontinwazzjoni mhux interrotta tal-waqfien tal-magna jew mingħajr ma l-ewwel jiġu ssettjati l-kontrolli tal-magna fil-pożizzjoni tal-waqfien u meta l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-parkeġġ imtella’ jew il-veloċità ma taqbiżx l-4 km/h.

5.2.11.2.

Fil-każ ta’ apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, jekk l-azzjoni tat-tneħħija taċ-ċavetta tattiva l-apparat għandu jkun meħtieġ jew moviment minimu ta’ 2mm qabel l-attivazzjoni tal-apparat jew inkella għandha tkun inkorporata faċilità ta’ prijorità sabiex timpedixxi t-tneħħija aċċidentali jew it-tneħħija parzjali taċ-ċavetta.

5.2.11.3.

L-Artikoli 5.2.10, 5.2.10.1 jew 5.2.10.2, u 5.2.11.2 huma applikabbli biss għal apparat li jinkludi ċwievet mekkaniċi.

5.2.12.

Assistenza mekkanizzata tista’ tintuża biss biex tattiva l-azzjoni tal-lokkjar u/jew tat-tneħħija tal-lokkjar tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat. L-apparat għandu jinżamm fil-pożizzjoni tat- tħaddim tiegħu b’kwalunkwe mezz adattat li ma jkunx jeħtieġ provvista elettrika.

5.2.13.

Ma għandux ikun possibbli li wieħed jattiva l-enerġija motiva tal-vettura b’mezzi normali sakemm l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ma jkunx diżattivat.

5.2.14.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat permezz tal-impediment tar-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura għandu jiġi awtorizzat biss meta l-partijiet tal-ħidma tal-brejkijiet jinżammu f’pożizzjoni llokkjata permezz ta’ apparat purament mekkaniku. F’dan il-każ il-preskrizzjonijiet tal-Artikolu 5.2.13. ma japplikawx.

5.2.15.

Jekk l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun mgħammar b’allarm għas-sewwieq hu għandu jiġi attivat meta l-operatur jiftaħ il-bieba tal-ġenb tas-sewwieq, sakemm l-apparat ma jkunx ġie attivat u ċ-ċavetta mneħħija mill-operatur.

5.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali preskritti fl-Artikolu 5.2, l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jilħaq il-kundizzjonijiet partikolari preskritti hawn taħt:

5.3.1.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaħdem fuq l-istering

5.3.1.1.

Apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaħdem fuq l-istering għandu jagħmel l-istering inoperattiv. Qabel ma tkun tista’ titqabbad il-magna, it-tħaddim normali tal-istering għandu jiġi restitwit.

5.3.1.2.

Meta l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaħdem, ma għandux ikun possibbli li jimpedixxi lill-apparat milli jiffunzjona.

5.3.1.3.

L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkompli jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.11, 5.3.1.1, 5.3.1.2 u 5.3.1.4 wara li jkun għamel 2 500 ċikli ta’ llokkjar f’kull direzzjoni tat-test li jixbaħ l-użu speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.4.

L-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu, fil-pożizzjoni attivata tiegħu, jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

5.3.1.4.1.

Għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ, mmingħajr ħsara lill-mekkaniżmu tal-istering li x’aktarx jikkomprometti s-sigurtà, l-applikazzjoni ta’ torque ta’ 300 Nm madwar l-assi tal-pern tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet taħt kundizzjonijiet statiċi.

5.3.1.4.2.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu ddisinjat biex jagħti jew iċedi, b’tali mod li s-sistema tkun tiflaħ, jew kontinwament jew inkella b’mod intermittenti, l-applikazzjoni ta’ torque ta’ mill-inqas 100 Nm. Is-sistema tal-illokkjar għandha xorta tiflaħ l-applikazzjoni ta’ dan it-torque wara t-test speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.4.3.

Għandu jinkorpora mekkaniżmu ddisinjat biex jippermetti li l-istering idur b’mod ħieles fuq il-pern imblukkat tal-istering. Il-mekkaniżmu tal-imblukkar għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ l-applikazzjoni ta’ torque ta’ 200 Nm madwar l-assi tal-pernb vdc tal-istering fiż-żewġ direzzjonijiet f’ kundizzjonijiet statiċi.

5.3.1.5.

Jekk l-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni li mhix dik il-pożizzjoni li fiha l-istering ikun inoperattiv, dan għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tkunx tista titwettaq b’mod involontarju.

5.3.1.6.

Jekk komponent ma jaħdimx b’mod li r-rekwiżiti tat-torque speċifikati fl-Artikoli 5.3.1.4.1, 5.3.1.4.2 u 5.3.1.4.3 ma jkunux jistgħu jiġu applikati faċilment, iżda s-sistema tal-istering tibqa’ mblukkata, is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti.

5.3.2.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq it-trażmissjoni jew fuq il-brejkijiet

5.3.2.1.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq it-trażmissjoni għandu jimpedixxi r-rotazzjoni tar-roti tas-sewqan tal-vettura.

5.3.2.2.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat billi jaġixxi fuq il-brejkijiet għandu jibbrejkja mill-inqas rota waħda fuq kull naħa ta’ mill-inqas fus wieħed.

5.3.2.3.

Meta l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun issettjat biex jaħdem, ma għandux ikun possibbli li wieħed jimpedixxi l-apparat milli jiffunzjona.

5.3.2.4.

Ma għandux ikun possibbli li t-trażmissjoni jew il-brejkijiet jiġu mblukkati b’mod involontarju meta ċ-ċavetta tkun fis-serratura tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, anke jekk l-apparat li jimpedixxi t-tqabbid tal-magna ikun ġie attivat jew issettjat biex jaħdem. Dan ma japplikax kull meta r-rekwiżiti tal-Artikolu 5.3.2 ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu minn apparat użat għal skop ieħor apparti dan u s-serratura fil-kundizzjonijiet imsemmija qabel tkun meħtieġa għal din il-funzjoni addizzjonali (eż. brejk elettriku tal-parkeġġ).

5.3.2.5.

L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anke wara xi grad ta’ deterjorazzjoni bħala riżultat ta’ 2 500 ċikli tal-illokkjar f’kull direzzjoni. Fil-każ ta’ apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, kull parti sekondarja mekkanika jew elettrika tal-apparat tkun ikkonċernata.

5.3.2.6.

Jekk l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni minbarra l-pożizzjoni li fiha t-trażmissjoni jew il-brejkijiet ikunu llokkjati, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa biex tintlaħaq dik il-pożizzjoni u titneħħa ċ-ċavetta ma tkunx tista titwettaq b’mod involontarju.

5.3.2.7.

Fil-każ fejn jintuża l-apparat protettiv li jaġixxi fuq it-trażmissjoni, dan għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ, mingħajr ħsara li x’aktarx tikkomprometti s-sigurtà, l-applikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet u f’kundizzjonijiet statiċi ta’ torque 50 fil-mija ikbar mit-torque massimu li jista’ jiġi applikat normalment lit-trażmissjoni. Fid-determinazzjoni tal-livell ta’ dan it-torque tal-ittestjar għandu jiġi kkunsidrat, mhux it-torque massimu tal-magna, iżda t-torque massimu li jista’ jiġi trażmess permezz tal-klaċċ jew tat-trażmissjoni awtomatika.

5.3.2.8.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, l-apparat għandu jkun kapaċi jżomm il-vettura mgħobbija wieqfa fuq gradjent ta’ 20 fil-mija ‘l fuq jew ‘l isfel.

5.3.2.9.

Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’apparat protettiv li jaġixxi fuq il-brejkijiet, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu interpretati bħala nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 13 jew 13-H anke fil-każ ta’ falliment.

5.3.3.   Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq il-kontroll tat-tibdil tal-gerijiet

5.3.3.1.

Apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li jaġixxi fuq il-kontroll tal-gerijiet għandu jkun kapaċi li jimpedixxi kwalunkwe tibdil tal-ger.

5.3.3.2.

Fil-każ ta’ gearboxes manwali għandu jkun possibbli li l-lieva tat-tibdil tal-ger tkun illokkjata fir-rivers biss; barra minn hekk illokkjar fin-newtrali għandu jkun awtorizzat.

5.3.3.3.

Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi provduti b’pożizzjoni ta’ “parkeġġ” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokkjat fil-pożizzjoni tal-parkeġġ biss; barra minn hekk illokkjar fin-newtrali u/jew fir-rivers għandhom ikunu awtorizzati.

5.3.3.4.

Fil-każ ta’ gearboxes awtomatiċi li mhumiex provduti b’pożizzjoni ta’ “parkeġġ” għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jiġi llokjat f’dawn il-pożizzjonijiet biss: newtrali u/jew rivers.

5.3.3.5.

L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anke wara xi grad ta’ deterjorazzjoni bħala riżultat ta’ 2 500 ċikli ta’ llokkjar f’kull direzzjoni.

5.4.   APPARAT ELETTROMEKKANIKU U ELETTRONIKU LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT

Apparat elettromekkaniku li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, meta mwaħħal, għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5.2 u 5.3 imsemmija qabel u l-Artikolu 8.4 hawn taħt, mutatis mutandi.

Jekk it-teknoloġija tal-apparat tkun tali li l-Artikoli 5, 6, u 8.4 ma jkunux applikabbli għandu jiġi verifikat li tkun ngħatat attenzjoni biex tinżamm is-sigurtà tal-vettura. Il-proċess tat-tħaddim ta’ dan l-apparat għandu jinkorpora mezzi sikuri sabiex jimpedixxu kwalunkwe riskju ta’ mblukkar jew nuqqas ta’ tħaddim aċċidentali li jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tal-vettura.

6.   PARTI II: APPROVAZZJONI TA’ SISTEMI TAL-ALLARM TAL-VETTURI

6.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

6.1.2.

“Sistema tal-allarm tal-vetturi” (VAS) tfisser sistema maħsuba għall-installazzjoni fuq tip(i) ta’ vettura/i, iddisinjati biex jindikaw id-dħul u/jew it-tbagħbis fil-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

6.1.3.

“Senser” tfisser apparat li jħoss bidla li tista’ tkun ikkawżata minn dħul jew tbagħbis f’vettura.

6.1.4.

“Apparat tat-twissija” tfisser apparat li jindika li seħħ dħul jew tbagħbis.

6.1.5.

“Tagħmir tal-kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar, it-tifi u l-ittestjar ta’ VAS u biex tintbagħat kundizzjoni ta’ allarm lill-apparat tat-twissija.

6.1.6.

“Issettjata” tfisser l-istat ta’ VAS li fih kundizzjoni ta’ allarm tista’ tiġi trażmessa lill-apparat tat-twissija.

6.1.7.

“Mitfija” tfisser l-istat ta’ VAS li fih kundizzjoni ta’ allarm ma tistax tiġi trażmessa lill-apparat tat-twissija.

6.1.8.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar li tkun iddisinjata u mibnija biex titħaddem biss minn dak l-apparat.

6.1.9.

“Tip ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur,

(b)

it-tip ta’ senser,

(c)

it-tip ta’ apparat tat-twissija,

(d)

it-tip ta’ tagħmir tal-kontroll.

6.1.10.

“Approvazzjoni ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ VAS fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6.2., 6.3. u 6.4. hawn taħt.

6.1.11.

“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jimpedixxi li l-vettura tinsaq bil-forza tal-magna tagħha stess.

6.1.12.

“Allarm ta’ paniku” tfisser apparat li jippermetti li persuna tuża allarm, installat fuq il-vettura, biex issejjaħ l-assistenza f’emerġenza.

6.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.2.1.

VAS għandha, f’każ ta’ dħul jew tbagħbis f’vettura, tipprovdi sinjal ta’ twissija. Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat tat-twissija ottiku, jew ikun allarm bir-radju jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk imsemmija qabel.

6.2.2.

Il-VASs għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li l-vettura meta mgħammra għandha tkompli tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, l-aktar fir-rigward tal-kumpatibbiltà elettromanjetika (EMC).

6.2.3.

Jekk il-VAS tinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew it-tifi tal-allarm jew għat-trażmissjoni tal-allarm, din għandha tkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (5), eż. EN 300 220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300 220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301 489-3 V1.2.1. (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u l-qawwa massima rradjata ta’ trażmissjonijiet bir-raddju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm għanshom ikunu konformi mar- Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) tas-CEPT/ERC (6) dwar l-użu tal-apparat ta’ medda qasira. (7)

6.2.4.

L-installazzjoni ta’ VAS ġo vettura ma għandhiex tkun tista’ tinfluwenza l-prestazzjoni tal-vettura (fl-istat mitfi), jew it-tħaddim sikur tagħha.

6.2.5.

Il-VAS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod involontarju, b’mod partikolari waqt li l-magna tkun qiegħda taħdem.

6.2.6.

Falliment tal-VAS, jew falliment tal-provvista elettrika tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim sikur tal-vettura.

6.2.7.

Il-VAS, il-komponenti tagħha u l-partijiet kkontrollati minnhom għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’tali mod li jnaqqsu r-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi juża għodod jew prodotti irħas, li jinħbew malajr u faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

6.2.8.

Il-mezz tal-issettjar u t-tifi tal-VAS għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jinvalidax ir-rekwiżiti tal-Parti I imsemmija qabel. Il-konnessjonijiet elettriċi ma’ komponenti koperti mill-Parti I ta’ dan ir-Regolament huma awtorizzati.

6.2.9.

Is-sistema għandha tkun irranġata b’tali mod li l-ixxortjar ta’ kwalunkwe ċirkuwitu ta’ sinjal ta’ twissija ma jirrendi inpoerattivi ebda aspetti tas-sistema tal-allarm, ħlief iċ-ċirkuwitu li jkun ixxortjat.

6.2.10.

VAS tista’ tinkludi immobilizzatur li għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament.

6.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

6.3.1.   Medda ta’ protezzjoni

6.3.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

Il-VAS għandha mill-inqas tiskopri u tissinjala l-ftuħ ta’ kwalunkwe bieba tal-vettura, il-bonit tal-magna u l-kompartiment tal-bagalji. Il-falliment jew it-tifi tas-sorsi tad-dawl, eż. id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġiera, ma għandux itellef it-tħaddim tal-kontroll.

Sensers effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/wiri, eż:

(i)

ta’ dħul fil-vettura, eż. il-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġieri, il-kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi, ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(ii)

ta’ attentat ta’ serq tal-vettura, eż. senser tal-inklinazzjoni

huma awtorizzati, wara li jiġu kkunsidrati miżuri li jimpedixxu kwalunkwe daqq tal-allarm bla bżonn (= allarm falz, ara l-Artikolu 6.3.1.2 hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal ta’ allarm anke wara li jseħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ ksur ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (eż. riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija qabel, għandu jiġi attivat mhux iktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tal-VAS.

F’dan il-każ il-perjodu ta’ attivazzjoni għandu jiġi limitat permezz tat-tifi awtorizzat tas-sistema bħala riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera (ultrasoniku, infraħmar) jew senser tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati intenzjonalment. F’dan il-każ, tista’ tittieħed azzjoni intenzjonata separata kull darba qabel ma tiġi ssettjata l-VAS. Ma għandhiex tkun possibbli d-diżattivazzjoni tas-sensers meta s-sistema tal-allarm tkun fi stat issettjat.

6.3.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz

6.3.1.2.1.

Permezz ta’ miżuri adegwati, eż.

(i)

disinn mekkaniku u disinn taċ-ċirkuwitu elettriku skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi awtomotivi,

(ii)

għażla u applikazzjoni ta’ prinċipji tat-tħaddim u tal-kontroll għas-sistema tal-allarm u l-komponenti tagħha,

għandu jiġi żgurat li l-VAS kemm fil-pożizzjoni ssettjata kif ukoll f’dik mitfija, ma tkunx tista tikkawża d-daqq tas-sinjal tal-allarm bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.13,

(b)

kumpatibbiltà elettromanjetika: testijiet speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.12,

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batteija permezz ta’ ħruġ kontinwu tal-enerġija: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.14,

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera: test speċifikat fil-paragrafu 6.4.2.15.

6.3.1.2.2.

Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ dejta teknika, li s-sigurta kontra l-allarm falz tkun żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jkunx jeħtieġ uħud mit-testijiet imsemmija qabel.

6.3.2.   Allarm akustiku

6.3.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u jkun rikonoxxut b’mod ċar u għandu jvarja b’mod sinifikanti mis-sinjali jinstemgħu l-oħra użati fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-apparat tat-twissija akustika tat-tagħmir oriġinali, apparat separat ta’ twissija akustika jista’ jitwaħħal fil-parti tal-vettura li tkun ikkontrollata mill-VAS, fejn ikun protett kontra aċċess faċli u ta’ malajr.

Jekk jintuża apparat separat ta’ twissija akustika skont l-Artikolu 6.3.2.3.1. hawn taħt, l-apparat standard ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġinali jista’ jiġi attivat addizzjonalment mill-VAS, sakemm kwalunkwe tbagħbis fl-apparat standard ta’ twissija akustika (ġeneralment iktar aċċessibbli) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat ta’ twissija akustika addizzjonali.

6.3.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jindaqq għal darb’oħra biss wara t-tbagħbis li jmiss mal-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi fuq (Restrizzjonijiet: ara l-Artikoli 6.3.1.1 u 6.3.1.2 imsemmija qabel).

It-tifi tas-sistema tal-allam għandu immedjatament jaqta’ s-sinjal.

6.3.2.3.   Speċifikazzjonijiet għas-sinjal akustiku

6.3.2.3.1.

Apparat li jipproduċi sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ., dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 %

6.3.2.3.2.

Apparat ta’ sinjal akustiku b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustika, eċċ., dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I iżda passaġġ ekwivalenti ta’ medda ta’ frekwenza sinifikanti fi ħdan il-medda msemmija qabel (1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

6.3.2.3.3.

Livell tal-ħoss

Is-sors tal-ħoss għandu jkun:

(i)

jew apparat ta’ twissija akustika approvat skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I

(ii)

jew inkella apparat li jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolament KEE Nru 28, Parti I, Artikoli 6.1 u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors ta’ ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustika tat-tagħmir oriġnali, il-livell ta’ ħoss minimu jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel fil-kundizzjonijiet tar-Regolament KEE Nru 28, Parti I.

6.3.3.   Allarm ottiku — jekk imwaħħal

6.3.3.1.   Ġenerali

Fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis fil-vettura, l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fl-Artikoli 6.3.3.2 u 6.3.3.3 hawn taħt.

6.3.3.2.   Tul tas-sinjal ottiku

Is-sinjal ottiku għandu jkun twil bejn 25 s u 5 min wara li l-allarm ikun ġie attivat. It-tifi tas-sistema tal-allarm għandu jwaqqaf is-sinjal immedjatament.

6.3.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

It-teptip tal-indikejters kollha u/jew id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġiera tal-vettura, inkluż il-bozoz kollha fl-istess ċirkuwitu elettriku.

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, sinjali mhux sinkroniċi huma awtorizzati wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

6.3.4.   Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal

Il-VAS tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal ta’ allarm permezz ta’ trażmissjoni bir-radju.

6.3.5.   Serratura tal-issettjar tas-sistema tal-allarm

6.3.5.1.

Meta l-magna tkun qiegħda taħdem, ikun impossibbli l-issettjar tas-sistema ta’ allarm apposta jew bi żball.

6.3.6.   L-issettjar u t-tifi tal-VAS

6.3.6.1.   Issettjar

Kwalunkwe mezz adattat għall-issettjar tal-VAS huwa awtorizzat, sakemm dan il-mezz ma jikkawżax allarmi foloz b’mod involontarju.

6.3.6.2.   Tifi

It-tifi tal-VAS għandu jinkiseb permezz ta’ apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ dan l-apparat. Apparat ieħor li jagħti prestazzjoni ekwivalenti huwa awtorizzat.

6.3.6.2.1.

Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi konnessa ma’ sistema ċentralizzata ta’ llokkjar tal-vettura li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, imħaddma minn fuq barra.

6.3.6.2.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora kodiċi għat-tidwir u/jew ikollu perjodu minimu tal-iskannjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

6.3.6.2.3.

Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġiera, b’dewmien imkejjel għall-ħruġ/id-dħul.

6.3.7.   Dewmien għall-ħruġ

Jekk l-apparat tal-iswiċċ biex jissettja l-VAS ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien għall-ħruġ għandu jiġi provdut. Għandu jkun possibbli li d-dewmien għall-ħruġ ikun issettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li l-iswiċċ ikun tħaddem. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli sabiex jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operaturi.

6.3.8.   Dewmien għad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tal-VAS ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien ta’ minimu ta’ 5 sekondi u massimu 15-il sekonda għandu jitħalla qabel l-attivazzjoni tas-sinjali li jinstemgħu u dawk ottiċi. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli sabiex jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi individwali tal-operaturi.

6.3.9.   Wiri tal-istatus

6.3.9.1.

Sabiex tkun provduta informazzjoni dwar l-istatus tal-VAS (issettjata, mitfija, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, allarm attivat), huma awtorizzati displejs ottiċi fuq ġewwa u fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġieri. L-intensità tad-dawl tas-sinjali ottiċi installati barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

6.3.9.2.

Jekk indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal bidliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċe versa tiġi provduta, din għandha tkun ottika, skont l-Artikolu 6.3.9.1 Din l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll permezz tat-tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew tal-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġiera, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika mill-indikejters ma taqbiżx it-3 sekondi.

6.3.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-enerġija għall-VAS għandha tkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ tiġi ċċarġjata. Fejn tkun provduta, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ tiġi ċċarġjata jew le. Dawn il-batteriji ma għandhom b’ebda mod jipprovdu enerġija lill-partijiet l-oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

6.3.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

6.3.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatika ta’ falliment

Malli tiġi ssettjata l-VAS, sitwazzjonijiet irregolari, eż. bibien miftuħa, eċċ., jistgħu jiġu skoperti permezz ta’ funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll ta’ plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

6.3.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew bir-radju huwa awtorizzat indipendentement mill-istat (mixgħul jew mitfi) u/jew il-funzjoni tal-VAS. Dan l-allarm għandu jitqabbad minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (mixgħul jew mitfi) tal-VAS. Għandu jkun possibbli wkoll li l-utent tal-vettura ikun jista’ jitfi l-allarm ta’ paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobbilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun imqabbda.

6.4.   PARAMETRI TAT-TĦADDIM U KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR (8)

6.4.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tal-VAS għandhom jaħdmu ebda falliment fil-kundizzjonijiet li ġejjin.

6.4.1.1.   Kundizzjonijiet klimatiċi

Żewġ klassijiet ta’ temperatura ambjentali huma definiti kif ġej:

(a)

– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġiera jew tal-bagalji,

(b)

– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

6.4.1.2.   Livell ta’ protezzjoni għall-installazzjoni

Il-livelli ta’ protezzjoni li ġejjin skont il-Pubblikazzjoni IEC 529-1989 għandhom jiġu provduti:

(i)

IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġiera,

(ii)

IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġiera ta’ vetturi miftuħin mingħajr sedili fuq wara/vetturi konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jiċċaqilqu jekk il-post tal-installazzjoni jeħtieġ livell ta’ protezzjoni ogħla minn IP 40,

(iii)

IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha.

Il-manifattur tal-VAS għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe restrizzjonijiet dwar it-tqegħid ta’ xi parti tal-installazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.

6.4.1.3.   Esponiment għat-temp

7 ijiem skont l-IEC 68-2-30-1980.

6.4.1.4.   Kundizzjonijiet elettriċi

Vultaġġ stmat tal-provvista: 12 V

Medda tal-vultaġġ ta’ provvista waqt it-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperatura skont l-Artikolu 6.4.1.1.

Konċessjoni ta’ ħin għal vultaġġi żejda f’23 °C:

U = 18 V, mass. siegħa

U = 24 V, mass. minuta

6.4.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

6.4.2.1.   Testijiet tat-tħaddim

6.4.2.1.1.

Għandha tiġi kkontrollata l-konformità tal-VAS ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet:

 

Id-dewmien tal-allarm skont l-Artikoli 6.3.2.2 u 6.3.3.2;

 

Il-frekwenza u l-proporzjon ta’ mixgħul/mitfi skont l-Artikoli 6.3.3.3 u 6.3.2.3.1 jew 6.3.2.3.2 rispettivament;

 

Numru ta’ ċikli tal-allarm skont l-Artikolu 6.3.1.1, jekk applikabbli;

 

Verifika tal-lokkjar tal-issettjar tas-sistema tal-allarm skont l-Artikolu 6.3.5.

6.4.2.1.2.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar normali

Vultaġġ U = (12 ± 0,2) V

Temperatura … T = (23 ± 5) °C

6.4.2.2.   Reżistema għal tibdil fit-temperatura u l-vultaġġ

Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fl-Artikolu 6.4.2.1.1. għandha tiġi verifikata wkoll fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.4.2.2.1.

Temperatura tal-ittestjar … T (– 40 ± 2) °C

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (9 ± 0,2) V

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.2.

Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġier jew tal-bagalji:

 

Temperatura tal-ittestjar … T = (+ 85 ± 2) °C

 

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (15 ± 0,2) V

 

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.3.

Għal partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

 

Temperatura tal-ittestjar … T = (+ 125 ± 2) °C

 

Vultaġġ tal-ittestjar … U = (15 ± 0,2) V

 

Dewmien tal-ħażna … 4 siegħat

6.4.2.2.4.

Il-VAS, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mitfi, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (18 ± 0,2) V għal siegħa.

6.4.2.2.5.

Il-VAS, kemm fl-istat issettjat kif ukoll mitfi, għandha tiġi sottomessa għal vultaġġ żejjed ekwivalenti għal (24 ± 0,2) V għal minuta.

6.4.2.3.   Tħaddim sikur wara ttestjar għall-korpi estranji u għall-issiġillar mill-ilma

Wara t-test għall-issiġillar mill-korpi estranji u mill-ilma skont l-IEC 529-1989, għal-livelli ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 6.4.1.2, it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti.

6.4.2.4.   Tħaddim sikur wata ttestjar bl-ilma kkondensat

Wara test ta’ reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont l-IEC 68-2-30 (1980) it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti.

6.4.2.5.   Test għas-sigurtà kontra l-polarità maqluba

Il-VAS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jinqerdu minn polarita maqluba sa 13 V matul 2 minuti. Wara dan it-test it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti bil-fjusijiet mibdula, jekk meħtieġ.

6.4.2.6.   Test għas-sigurta kontra l-ixxortjar

Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tal-VAS għandhom ikunu protetti kontra l-ixxortjar mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus. Wara dan it-test it-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1 għandhom jiġu ripetuti, bil-fjusijiet mibdula jekk meħtieġ.

6.4.2.7.   Konsum tal-elettriku meta ssettjata

Il-konsum tal-elettriku meta ssettjata fil-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 6.4.2.1.2 ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-allarm inkluż il-wiri tal-istat.

6.4.2.8.   Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni

6.4.2.8.1.

Għal dan it-test, il-komponenti jiġu suddiviżi f’żewġ tipi:

Tip 1

:

komponenti normalment immuntati fuq il-vettura,

Tip 2

:

komponenti maħsuba sabiex jitwaħħlu mal-magna.

6.4.2.8.2.

Il-komponenti/VAS għandhom jiġu sottomessi għal mod ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tiegħu huma kif ġej:

6.4.2.8.2.1.

Għat-tip 1

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 10 Hz sa 500 Hz b’estenzjoni massima ta’ ± 5 mm u aċċelerazzjoni massima ta’ 3 g (0-massimu).

6.4.2.8.2.2.

Għat-tip 2

Il-frekwenza għandha tkun varjabbli minn 20 Hz sa 300 Hz b’estenzjoni massima ta’ ± 2 mm u aċċelerazzjoni massima ta’ 15 g (0-massimu).

6.4.2.8.2.3.

Kemm għat-tip 1 kif ukoll għat-tip 2

Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta

In-numru taċ-ċiklu huwa 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-3 assi.

Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’estenzjoni kostanti massimu u f’aċċelerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għolja.

6.4.2.8.3.

Matul it-test il-VAS għandha tkun imqabbda mal-elettriku u l-kejbil għandu jkun sostnut wara 200 mm.

6.4.2.8.4.

Wara t-test tal-vibrazzjoni t-testijiet tat-tħaddim skont l-Artikolu 6.4.2.1. għandhom jiġu ripetuti.

6.4.2.9.   Test tad-durabbiltà

Fil-kundizzjonijiet tat-test speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.1.2, it-tqabbid ta’ 300 ċiklu tal-allarm kompluti (li jinstemgħu u/jew ottiċi) b’ħin ta’ serħan tal-apparat akustiku ta’ 5 minuti.

6.4.2.10.   Testijiet għall-iswiċċ taċ-ċavetta estern (installat fuq barra tal-vettura)

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu biss jekk iċ-ċilindru tal-illokkjar tas-serratura tal-bieb tat-tagħmir oriġinali ma jkunx intużat.

6.4.2.10.1.

L-iswiċċ taċ-ċavetta għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li jibqa’ kompletament effettiv anke wara 2 500 ċiklu ssettjat/mitfi f’kull direzzjoni, segwiti minn minimu ta’ 96 siegħa esponiment għal test bi sprej tal-melħ skont l-IEC 68-2-11-1981, test tar-reżistenza għall-korrużjoni.

6.4.2.11.   Test ta’ sistemi għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri

L-allarm għandu jiġi attivat, meta pannell vertikali ta’ 0,2 × 0,15 m jiddaħħal għal 0,3 m (imkejla miċ-ċentru tal-pjan vertikali) minn tieqa miftuħa tal-bieba ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġiera, lejn il-parti ta’ quddiem u b’mod parallel mat-triq b’veloċità ta’ 0,4 m/s u f’angolu ta’ 45° mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. (Ara l-illustrazzjonijiet fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament).

6.4.2.12.   Kumpatibbiltà elettromanjetika

Il-VAS għandha tiġi sottomessa għat-testijiet deskritti fl-Anness 9.

6.4.2.13.   Sigurtà kontra allarm falz f’każ ta’ impatt fuq il-vettura

Għandu jiġi verifikat li impatt sa 4,5 Joules ta’ korp emisferiku b’dijametru ta’ 165 mm u 70 ± 10 Shore A applikat fi kwalunkwe post fuq il-bodi tal-vettura jew il-ħġieġ bis-superfiċje mdawra tiegħu ma joħloqx allarmi foloz.

6.4.2.14.   Sigurtà kontra allarm falz fil-każ ta’ tnaqqis fil-vultaġġ

Għandu jiġi verifikat li tnaqqis bil-mod fil-vultaġġ tal-batterija ewlenija permezz ta’ ħruġ kontinwu ta’ 0,5 V fis-siegħa sa 3 V ma jikkawżax allarmi foloz.

Kundizzjonijiet tal-ittestjar: ara l-Artikolu 6.4.2.1.2. imsemmi qabel.

6.4.2.15.   Test għas-sigurtà kontra allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera

Sistemi maħsuba għall-protezzjoni tal-kompartiment tal-passiġġiera skont l-Artikolu 6.3.1.1 imsemmi qabel għandhom jiġu ttestjati flimkien ma’ vettura fil-kundizzjonijiet normali (Artikolu 6.4.2.1.2).

Is-sistema, installata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma għandhiex tixgħel meta tiġi soġġetta ħames darbiet għat-test deskritt fl-Artikolu 6.4.2.13 imsemmi qabel f’intervalli ta’ 0,5 s.

Il-preżenza ta’ persuna li tmiss jew tiċċaqlaq barra l-vettura (bit-twieqi magħluqin) ma għandhiex tikkawża allarm falz.

6.5.   STRUZZJONIJIET

Kull VAS għandha tkun akkumpanjata minn:

6.5.1.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni:

6.5.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli ta’ vetturi li għalihom ikun maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magni tal-petrol u batteriji ta’ 12-il V bl-ert negattiv”.

6.5.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni illustrat minn ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna.

6.5.1.3.

Fil-każ ta’ VAS li tinkludi immobilizzatur, struzzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament.

6.5.2.

Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu jingħata fl-Anness 7.

6.5.3.

Stqarrija ġenerali lix-xerrej tal-VAS li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għal dawn il-punti:

 

il-VAS għandha tiġi installata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

 

l-għażla ta’ installatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-VAS jista’ jiġi kkuntattjat biex jindika installaturi tajbin);

 

iċ-ċertifikat tal-installazzjoni provdut mal-VAS għandu jimtela mill-installatur.

6.5.4.

Struzzjoni għall-użu.

6.5.5.

Struzzjoni għall-manutenzjonimanutenzjoni.

6.5.6.

Twissija ġenerali rigward il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew żidiet fis-sistema; dawn it-tibdiliet jew żidiet awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal- installazzjoni msemmi fl-Artikolu 6.5.2 imsemmi qabel.

6.5.7.

Indikazzjoni tal-post(ijiet) tal-marka tal-approvazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 4.4 ta’ dan ir-Regolament u/jew iċ-ċertifikat internazzjonali tal-konformità msemmi fl-Artikolu 4.10 ta’ dan ir-Regolament.

7.   PARTI III: APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TASSISTEMA TAL-ALLARM TAGĦHA

Meta VAS approvata skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament tkun qiegħda tintuża ġewwa vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont il-Parti IV ta’ dan ir-Regolament, testijiet li trid tgħaddi minnhom VAS sabiex tinkiseb l-approvazzjoni skont il-Parti III ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ripetuti.

7.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti III ta’ dan ir-Regolament,

7.1.1.

“Sistema/i tal-allarm” (AS) tfisser arranġament ta’ komponenti imwaħħla bħala tagħmir oriġinali f’tip ta’ vettura, iddisinjata biex tindika dħul jew tbagħbis fil-vettura; dawn is-sistemi jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali kontra l-użu mhux awtorizzat tal-vettura.

7.1.2.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-allarm tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew trejdmark tal-manifattur,

(b)

il-karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-prestazzjonijiet tal-AS,

(c)

it-tip u disinn tal-AS jew VAS.

7.1.3.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7.2, 7.3 u 7.4 hawn taħt.

7.1.4.

Definizzjonijiet oħra applikabbli għall-Parti III jinsabu fl-Artikolu 6.1 ta’ dan ir-Regolament.

7.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

7.2.1.

ASs għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li, fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis f’vettura, jipprovdu sinjal ta’ twissija, u jistgħu jinkludu immobilizzatur.

Is-sinjal ta’ twissija għandu jkun jinstema’ u barra minn hekk jista’ jinkludi apparat ottiku ta’ twissija, jew ikun allarm bir-radju, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk imsemmija qabel.

7.2.2.

Vetturi mgħammra b’sistemi tal-allarm għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi rilevanti, l-iktar fir-rigward tal-kumpatibbiltà elettromanjetika (EMC).

7.2.3.

Jekk l-AS tinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, eż. għall-issettjar jew it-tifi tal-allarm jew għat-trażmissjoni tal-allarm, din għandha tkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (ara n-nota 5 pertinenti għall-Artikolu 6.2.3.), eż. EN 300220-1 V1.3.1. (2000-09), EN 300220-2 V1.3.1. (2000-09), EN 300220-3 V1.1.1. (2000-09) u EN 301489-3 V1.2.1. (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u l-forza massima rradjata ta’ trażmissjonijiet bir-radju għall-issettjar u t-tifi tas-sistema tal-allarm għandhom ikunu konformi mas-CEPT/ERC (ara n-nota 6 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3.) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-nota 7 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3.).

7.2.4.

L-AS u l-komponenti tagħha ma għandhomx jiġu attivati b’mod involontarju, b’mod partikolari filwaqt li l-magna tkun imqabbda.

7.2.5.

Falliment tal-AS, jew qtugħ tal-provvista tal-elettriku tagħha ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim sikur tal-vettura.

7.2.6.

Is-sistema tal-allarm, il-komponenti tagħha u l-partijiet ikkontrollati minnhom għandhom jiġu nstallati b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju li xi ħadd jagħmilhom inoperabbli jew jeqridhom malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, eż. billi jintużaw għodod u prodotti irħas u li jinħbew malajr disponibbli faċilment lill-pubbliku ġenerali.

7.2.7.

Is-sistema għandha tkun irranġata b’tali mod li x-xortjar ta’ kwalunkwe ċirkuwitu ta’ sinjal ta’ twissija ma għandux irendi inoperattivi kwalunkwe aspetti tas-sistema tal-allarm, ħlief iċ-ċirkuwitu li jkun xxortjat.

7.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

7.3.1.   Medda ta’ protezzjoni

7.3.1.1.   Rekwiżiti speċifiċi

L-AS għandha mill-inqas tiskopri u tissinjala l-ftuħ ta’ kull bieba tal-vettura, il-bonit tal-magna u l-kompartiment tal-bagalji. Il-falliment jew it-tifi tas-sorsi tad-dawl, eż. id-dawl tal-kompartiment tal-passiġġiera, ma għandux jostakola t-tħaddim tal-kontroll.

L-installazzjoni ta’ sensers effiċjenti addizzjonali għall-informazzjoni/il-wiri, eż.:

(i)

ta’ dħul fil-vettura, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera, kontroll tal-ħġieġ tat-twieqi ksur ta’ kwalunkwe parti bil-ħġieġ, jew

(ii)

ta’ attentat ta’serq tal-vettura, eż. senser tal-inklinazzjoni

huma awtorizzati, wara li jiġu kkunsidrati miżuri biex jimpedixxu kwalunkwe daqq tal-allarm bla ħtieġa (= allarm falz, ara l-Artikolu 7.3.1.2 hawn taħt).

Sakemm dawn is-sensers addizzjonali jiġġeneraw sinjal tal-allarm anke anke wara li jkun seħħ dħul mhux awtorizzat (eż. permezz ta’ ksur ta’ parti bil-ħġieġ) jew taħt influwenzi esterni (eż. ir-riħ), is-sinjal tal-allarm, attivat minn wieħed mis-sensers imsemmija fuq, għandu jiġi attivat mhux iktar minn 10 darbiet fl-istess perjodu ta’ attivazzjoni tal-AS.

F’dan il-każ il-perjodu ta’ attivazzjoni għandu jiġi limitat mit-tifi awtorizzat tas-sistema bħala riżultat tal-azzjoni tal-utent tal-vettura.

Xi tipi ta’ sensers addizzjonali, eż. kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera (ultrasoniċiku, infraħmar) jew senser tal-inklinazzjoni, eċċ., jistgħu jiġu diżattivati intenzjonalment. F’dan il-każ, għandha tittieħed azzjoni deliberata separata qabel ma l-AS tiġi ssettjata. Id-diżattivazzjoni tas-seners ma għandhiex tkun possibbli waqt li s-sistema tal-allarm tkun issettjata.

7.3.1.2.   Sigurtà kontra allarm falz

7.3.1.2.1.

Għandu jiġi żgurat li l-AS kemm fil-pożizzjoni ssettjata kif ukoll mitfija, ma tkunx tista tikkawża li sinjal tal-allarm jindaqq bla bżonn, fil-każ ta’:

(a)

impatt fuq il-vettura: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.13,

(b)

kumpatibbiltà elettromanjetika: testijiet speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.12,

(c)

tnaqqis fil-vultaġġ tal-batterija permezz ta’ ħruġ kontinwu tal-enerġija: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.14,

(d)

allarm falz tal-kontroll tal-kompartiment tal-passiġġiera: test speċifikat fl-Artikolu 6.4.2.15.

7.3.1.2.2.

Jekk l-applikant għall-approvazzjoni jkun jista’ juri, eż. permezz ta’ dejta teknika, li s-sigurtà kontra allarm falz ġiet żgurata b’mod sodisfaċenti, id-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni jista’ ma jeħtieġx uħud mit-testijiet imsemmija qabel.

7.3.2.   Allarm akustiku

7.3.2.1.   Ġenerali

Is-sinjal tat-twissija għandu jkun jinstema’ u jkun rikonoxxibbli b’mod ċar u għandu jvarja b’mod sinifikanti mis-sinjali l-oħra li jinstemgħu ntużati fit-traffiku tat-toroq.

Minbarra l-apparat tat-twissija akustiku tat-tagħmir oriġinali, apparat separat ta’ twissija akustika jista’ jitwaħħal fil-parti tal-vettura kkontrollata mill-AS, fejn għandu jkun protett minn aċċess faċli u malajr.

Jekk jintuża apparat separat tat-twissija akustiku skont l-Artikolu 7.3.2.2 hawn taħt, it-tagħmir akustiku standard tat-twissija tat-tagħmir oriġinali jista’ addizzjonalment jiġi attivat mill-AS, sakemm kwalunkwe tbagħbis fl-apparat standard tat-twissija akustiku (ġeneralment iktar aċċessibbli) ma jaffettwax it-tħaddim tal-apparat addizzjonali akustiku tat-twissija.

7.3.2.2.   Tul tas-sinjal akustiku

Minimu

:

25 s

Massimu

:

30 s

Is-sinjal akustiku jista’ jerġa’ jindaqq biss wara t-tbagħbis l-ieħor fil-vettura, jiġifieri wara t-tul ta’ żmien imsemmi qabel. (Restrizzjonijiet: ara l-Artikoli 7.3.1.1 u 7.3.1.2 imsemmija qabel).

It-tifi tas-sistema tal-allarm għandu immedjatament jaqta’ s-sinjal.

7.3.2.3.   Speċifikazzjonijiet għas-sinjal akustiku

7.3.2.3.1.

Apparat ta’ sinjal b’ton kostanti (spettru ta’ frekwenza kostanti), eż. ħornijiet: akustiċi, eċċ., dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I.

Sinjal intermittenti (mixgħul/mitfi):

Frekwenza ta’ tqabbid … (2 ± 1) Hz

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

7.3.2.3.2.

Apparat akustiku tas-sinjalar b’modulazzjoni tal-frekwenza: akustika, eċċ., dejta skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I iżda passaġġ ekwivalenti ta’ medda ta’ frekwenza sinifikanti fi ħdan il-medda msemmija fuq (1 800 sa 3 550 Hz) fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenza tal-passaġġ … (2 ± 1) Hz

7.3.2.3.3.

Livell tal-ħoss

Il-livell tal-ħoss għandu jkun:

(i)

jew apparat tat-twissija akustiku approvat skont ir-Regolament KEE Nru 28, Parti I

(ii)

jew apparat li jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolament KEE Nru 28, Parti I, Artikoli 6.1 u 6.2.

Madankollu, fil-każ ta’ sors ta’ ħoss differenti mill-apparat ta’ twissija akustiku tat-tagħmir oriġinali, il-livell minimu tal-ħoss jista’ jitnaqqas għal 100 dB(A), imkejjel fil-kundizzjonijiet tar-Regolament KEE Nru 28, Parti I.

7.3.3.   Allarm ottiku – jekk imwaħħal

7.3.3.1.   Ġenerali

Fil-każ ta’ dħul jew tbagħbis fil-vettura l-apparat għandu jattiva sinjal ottiku kif speċifikat fl-Artikoli 7.3.3.2 u 7.3.3.3 hawn taħt.

7.3.3.2.   Tul tas-sinjal ottiku

Is-sinjal ottiku għandu jkollu tul ta’ bejn 25s u 5min wara li l-allarm ikun ġie attivat. It-tifi tas-sistema tal-allarm għandu immedjatament iwaqqaf is-sinjal.

7.3.3.3.   Tip ta’ sinjal ottiku

It-teptip tal-indikejters kollha u/jew tad-dawl tal-kompartiment tal-passiġġiera tal-vettura, inkluż il-bozoz kollha fl-istess ċirkuwitu elettriku.

Frekwenza tat-tqabbid … (2 ± 1) Hz

Fir-rigward tas-sinjal akustiku, sinjali mhux sinkroniċi huma awtorizzati wkoll.

Ħin mixgħul = ħin mitfi ± 10 fil-mija

7.3.4.   Allarm bir-radju (pager) – jekk imwaħħal

L-AS tista’ tinkludi faċilità li tiġġenera sinjal tal-allarm permezz ta’ trażmissjoni bir-radju.

7.3.5.   Protezzjoni kontra l-issettjar tas-sistema tal-allarm

7.3.5.1.

Meta l-magna tkun imqabbda, l-issettjar maħsub jew mhux volontarju tas-sistema tal-allarm għandu jkun impossibbli.

7.3.6.   L-issettjar u t-tifi tal-AS

7.3.6.1.   Issettjar

Kwalunkwe mezz adattat għall-issettjar tal-AS huwa awtorizzat, sakemm dak il-mezz ma jikkawżax b’mod involontarju allarmi foloz.

7.3.6.2.   Tifi

It-tifi tal-AS għandu jinkiseb permezz ta’ apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ dan l-apparat. Apparat ieħor li jagħti prestazzjoni ekwivalenti huwa awtorizzat.

7.3.6.2.1.

Ċavetta mekkanika (li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament) li tista’ tiġi konnessa ma’ sistema ta’ llokkjar tal- vettura ċentralizzata li tinkludi mill-inqas 1 000 varjant, li titħaddem minn barra.

7.3.6.2.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u għandu jinkorpora kodiċi tat-tidwir u/jew ikollu żmien tal-iskannjar minimu ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

7.3.6.2.3.

Ċavetta mekkanika jew apparat elettriku/elettroniku fil-kompartiment protett tal-passiġġiera, b’dewmien imkejjel ta’ ħruġ/dħul.

7.3.7.   Dewmien tal-ħruġ

Jekk l-apparat tal-iswiċċ biex jissettja l-AS ikun imwaħħal fil-parti protetta, għandu jiġi provdut d-dewmien tal-ħruġ. Għandu jkun possibbli li d-dewmien tal-ħruġ jiġi ssettjat bejn 15-il sekonda u 45 sekonda wara li l-iswiċċ ikun tħaddem. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli biex ikun adattat għaċ-ċirkostanzi tal-operaturi individwali.

7.3.8.   Dewmien tad-dħul

Jekk l-apparat għat-tifi tal-VAS ikun imwaħħal fil-parti protetta, dewmien ta’ minimu ta’ 5 sekondi u massimu ta’ 15-il sekonda għandu jiġi awtorizzat qabel l-attivazzjoni tas-sinjali akustiċi u ottiċi. Il-perjodu ta’ dewmien jista’ jkun aġġustabbli biex jiġi adattat għaċ-ċirkustanzi tal-operaturi individwali.

7.3.9.   Wiri tal-istatus

7.3.9.1.

Sabiex tiġi provduta informazzjoni dwar l-istatus tal-AS (issettjata, mitfija, perjodu ta’ ssettjar tal-allarm, l-allarm ġie attivat), installazzjoni ta’ displejs ottiċi hija awtorizzata fuq ġewwa u fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġiera. L-intensità tad-dawl tas-sinjali ottiċi installati fuq barra tal-kompartiment tal-passiġġiera ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

7.3.9.2.

Jekk indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdiliet minn “issettjata” għal “mitfija” u viċe versa tiġi provduta, din għandha tkun ottika skont l-Artikolu 7.3.10.1. Din l-indikazzjoni ottika tista’ tkun prodotta wkoll permezz tat-tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew il-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġiera, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika mill-indikejters ma jaqbiżx it-3 sekondi.

7.3.10.   Provvista tal-enerġija

Is-sors tal-enerġija għall-AS għandu jkun jew il-batterija tal-vettura jew batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata. Fejn ipprovdut, tista’ tintuża batterija addizzjonali li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata jew li ma tistax terġa’ tiġi ċċarġjata. Dawn il-batteriji ma għandhom b’ebda mod jipprovdu enerġija lil partijiet oħra tas-sistema elettrika tal-vettura.

7.3.11.   Speċifikazzjonijiet għal funzjonijiet fakultattivi

7.3.11.1.   Awtokontroll, indikazzjoni awtomatiku tal-waqfien

Meta tiġi ssettjata l-AS, sitwazzjonijiet irregulari, eż. bibien miftuħa, eċċ., jistgħu jiġu skoperti permezz ta’ funzjoni ta’ awtokontroll (kontroll tal- plawżibbiltà), u din is-sitwazzjoni tiġi indikata.

7.3.11.2.   Allarm ta’ paniku

Allarm ottiku u/jew akustiku u/jew bir-radju huwa awtorizzat indipendentement mill-istat (issettjat jew mitfi) u/jew il-funzjoni tal-AS. Dan l-allarm għandu jinxtegħel minn ġewwa l-vettura u ma għandux jaffettwa l-istat (issettjat jew mitfi) tal-AS. Barra minn hekk għandu jkun possibbli għall-utent tal-vettura li jitfi l-allarm tal-paniku. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux ikun limitat. Fil-każ ta’ allarm akustiku, it-tul tal-ħoss tiegħu għal kull attivazzjoni ma għandux jiġi limitat. Allarm ta’ paniku ma għandux jimmobbilizza l-magna jew iwaqqafha jekk tkun mixgħula.

7.4.   KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

Il-komponenti kollha tal-VAS jew l-AS għandhom jiġu ttestjati skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 6.4.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

7.4.1.

Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u jiġu ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk VAS/AS tkunx imwaħħla jew le (eż. bozoz); jew,

7.4.2.

Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet provduta evidenza dokumentarja.

7.5.   STRUZZJONIJIET

Kull vettura għandha tkun akkumpanjata minn:

7.5.1.

Struzzjonijiet għall-użu.

7.5.2.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

7.5.3.

Twissija ġenerali rigward il-periklu li jsiru xi tibdiliet jew addizzjonijiet fis-sistema.

8.   PARTI IV: APPROVAZZJONI TA’ IMMMOBILIZZATURI U APPROVAZZJONI TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAL-IMMOBILIZZATUR TAGĦHA

8.1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop tal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament,

8.1.1.

“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub li jimpedixxi li l-vettura tinsaq bil-forza tal-magna tagħha stess (prevenzjoni ta’ użu mhux awtorizzat).

8.1.2.

“Tagħmir tal-kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar u/jew it-tifi ta’ immobilizzatur.

8.1.3.

“Displej tal-istatus” tfisser kwalunkwe apparat maħsub biex jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, bidla minn issettjat għal mitfi u viċe versa).

8.1.4.

“Stat issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinsaq normalment bil-qawwa tal-magna tagħha stess.

8.1.5.

“Stat mitfi” tfisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinsaq normalment.

8.1.6.

“Ċavetta” tfisser kwalunkwe apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema ta’ llokkjar, li tkun maħsuba u mibnija biex titħaddem biss minn dak l-apparat.

8.1.7.

“Override” tfisser karatteristika tad-disinn li tillokkja l-immobilizzatur fil-kundizzjoni mitfija.

8.1.8.

“Kodiċi tat-tidwir” tfisser kodiċi elettronika li tikkonsisti f’diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel kif ġie ġie wara kull tħaddim tal-unità ta’ trażmissjoni.

8.1.9.

“Tip ta’ immobilizzatur” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur,

(b)

it-tip tat-tagħmir tal-kontroll,

(c)

id-disinn tat-tħaddim tagħhom fuq is-sistema(i) ta’ vetturi rilevanti (kif imsemmi fl-Artikolu 8.3.1 hawn taħt).

8.1.10.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’aspetti essenzjali bħal:

(a)

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur,

(b)

karatteristiċi tal-vettura li jinfluwenzaw b’mod sinifkanti l-prestazzjonijiet tal-immobilizzatur,

(c)

it-tip u d-disinn tal-immobilizzatur.

8.2.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

8.2.1.

Għandu jkun possibbli li l-immobilizzatur jiġi ssettjat u mitfi skont dawn ir-rekwiżiti.

8.2.2.

Jekk l-immobilizzatur jinkludi l-possibbiltà ta’ trażmissjoni bir-radju, eż. għall- issettjar jew it-tifi, dan għandu jkun konformi mal-Istandards ETSI rilevanti (ara n-nota 5/ pertinenti għall-paragrafu 6.2.3), eż. EN 300220-1 V1.3.1 (2000-09), EN 300220-2 V1.3.1 (2000-09), EN 300220-3 V1.1.1 (2000-09) u EN 301489-3 V1.2.1 (2000-08) (inkluż kwalunkwe rekwiżiti rakkomandati). Il-frekwenza u forza massima rradjata tat-trażmissjonijiet bir-radju għall-issettjar u t-tifi immobilizzatur għandhom ikunu konformi mas-CEPT/ERC (ara n-nota 6 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3) Rakkomandazzjoni 70-03 (17 ta’ Frar 2000) dwar l-użu ta’ apparat ta’ medda qasira (ara n-nota 7 pertinenti għall-paragrafu 6.2.3).

8.2.3.

Immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li kwalunkwe vettura mgħammra tkompli tilħaq ir-rekwiżiti tekniċi.

8.2.4.

Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jiġi ssettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna, minbarra meta:

(a)

il-vettura tkun mgħammra jew maħsuba li tiġi mgħammra għal skopijiet ta’ ambulanza, vettura għat-tifi tan-nar jew pulizija; jew

(b)

il-magna tkun meħtieġa biex:

(i)

issuq makkinarju li jifforma parti minn, jew ikun immuntat fuq, il-vettura għal skopijiet oħra minbarra s-sewqan tal-vettura; jew

(ii)

iżżomm l-enerġija elettrika tal-batteriji tal-vettura f’livell meħtieġ għas-sewqan ta’ dak il-makkinarju jew l-apparat;

u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-parkeġġ imtella’. Meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi ddikjarat fil-punt 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (Anness 2 ta’ dan ir-Regolament).

8.2.5.

Ma għandux ikun possibbli li wieħed jagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur.

8.2.6.

L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjar u mibni b’tali mod li meta jiġi installat ma jkollux effetti negattivi fuq il-funzjoni maħsuba u t-tħaddim sikur tal-vettura, anke fil-każ ta’ tħaddim ħażin.

8.2.7.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li, meta jiġi installat ġo vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ħadd ma jkun jita’ jirrendih ineffettiv jew jeqirdu permezz ta’, eż. L-użu ta’ għodod, tagħmir jew prodotti irħas u li jinħbew malajr, faċilment disponibbli lill-pubbliku ġenerali. Għandu jkun diffiċli u jieħu ħafna ħin biex wieħed jibdel komponiment jew tagħmir sabiex jaqbeż l-immobilizzatur.

8.2.8.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jiġi installat kif speċifikat mill-manifattur ikun kapaċi jiflaħ l-ambjent fil-vettura għal tul ta’ żmien raġonevoli (għall-ittestjar ara l-Artikolu 8.4.). B’mod iżjed partikolari l-proprjetajiet elettriċi tas-sistema taċ-ċirkuwiti abbord ma għandhiex tiġi affettwata b’mod negattiv biż-żieda tal-immobilizzatur (cross-sections tal-wajers, sigurtà tal-kuntatti, eċċ.)

8.2.9.

Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħra tal-vettura jew jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna, sistemi tal-allarm).

8.2.10.

Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jimpedixxi r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura, minbarra fil-każ ta’ immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku (9) u jiffunzjona b’tali mod li fi tħaddim normali, jew f’kundizzjonijiet ta’ falliment, jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 13 fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

Il-konformità ma’ dan l-Artikolu ma teżentax lil immobilizzatur li jimpedixxi r-rilaxx ta’ brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku mir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

8.2.11.

Ma għandux ikun possibbli li immobilizzatur jaħdem b’tali mod li japplika l-brejkijiet tal-vettura.

8.3.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

8.3.1.   Livell ta’ diżattivazzjoni

8.3.1.1.

Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat sabiex jimpedixxi t-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess b’mill-inqas wieħed minn dawn il-metodi:

8.3.1.1.1.

jiddiżattiva, fil-każ ta’ twaħħil wara l-bejgħ, jew vettura mgħammra b’magna diżil, mill-inqas żewġ ċirkuwiti tal-vetturi separati li jkunu meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess (eż. mutur biex tisstartja, ignixin, provvista tal-fjuwil, brejkijiet tal-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku, eċċ.);

8.3.1.1.2.

interferenza minn kodiċi ta’ mill-inqas unità tal-kontroll waħda meħtieġa għat-tħaddim tal-vettura.

8.3.1.2.

Immobilizzatur għat-twaħħil ġo vettura mgħammra b’konvertitur katalittiku ma għandux jikkawża li l-fjuwil mhux maħruq jidħol fl-egżost.

8.3.2.   Kredibbiltà tat-tħaddim

Il-kredibbiltà tat-tħaddim għandha tinkiseb permezz ta’ disinn adattat tal-immobilizzatur, wara li jkunu ġew ikkunsidrati il-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi fil-vettura (ara l-Artikoli 8.2.8 u 8.4).

8.3.3.   Sigurtà tat-tħaddim

Għandu jiġi żgurat li l-immobilizzatur ma jbiddilx l-istat tiegħu (issettjat/mitfi) bħala riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet fl-Artikolu 8.4.

8.3.4.   Issettjar tal-immobilizzatur

8.3.4.1.

L-immobilizzatur għandu jiġi ssettjat mingħajr azzjoni supplimentari mis-sewwieq permezz ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-metodi:

(a)

b’tidwir taċ-ċavetta tat-tqabbid fil-pożizzjoni “0” fis-serratura tal-ignixin u l-attivazzjoni ta’ bieba; barra minn hekk, immobilizzaturi li jintfew immedjatament qabel jew matul il-proċedura normali tat-tqabbid tal-vettura jkunu awtorizzati biex jiġu ssettjati meta tintefa’ l-vettura,

(b)

massimu ta’ minuta wara t-tneħħija taċ-ċavetta tas-serratura tal-ignixin.

8.3.4.2.

Jekk l-immobilizzatur jista’ jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna kif stabbilit fl-Artikolu 8.2.4, l-immobilizzatur jista’ jiġi ssettjat ukoll billi tinfetaħ il-bieba tas-sewwieq u/jew billi l-utent awtorizzat iwettaq azzjoni apposta.

8.3.5.   Tifi

8.3.5.1.

It-tifi għandu jinkiseb billi jintuża apparat wieħed jew kombinazzjoni ta’ apparat minn dawn li se nsemmgħu. Apparat ieħor b’livell ekwivalenti ta’ sigurtà li jagħtu prestazzjoni ekwivalenti huma awtorizzati.

8.3.5.1.1.

Tastiera sabiex tiddaħħal kodiċi magħżula individwalment li jkollha mill-inqas 10 000 varjant.

8.3.5.1.2.

Apparat elettriku/elettroniku, eż. rimot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora kodiċijiet tat-tidwir u/jew ikollu żmien minimu ta’ skannjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant għal 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant.

8.3.5.1.3.

Jekk it-tifi jista’ jinkiseb permezz ta’ rimot, l-immobilizzatur għandu jirritorna għall-kundizzjoni ssettjat 5 minuti wara t-tifi jekk ma tkun ittieħdet ebda azzjoni supplimentari fuq iċ-ċirkuwitu tat-tqabbid.

8.3.6.   Displej tal-istatus

8.3.6.1.

Sabiex tiġi provduta informazzjoni dwar l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mitfi, tibdil minn issettjat għal mitfi u viċe versa), displejs ottiċi ġewwa u barra l-kompartiment tal-passiġġieri huma awtorizzati. L-intensità tad-dawl ta’ sinjali ottiċi installati barra l-kompartiment tal-passiġġier ma għandhiex taqbeż iż-0,5 cd.

8.3.6.2.

Jekk tiġi provduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdil minn “issettjat” għal “mitfi” u viċe versa, din għandha tkun ottika, skont l-Artikolu 8.3.6.1. Din l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll permezz ta’ tħaddim simultanju tal-indikejters u/jew il-bozza/bozoz tal-kompartiment tal-passiġġiera, sakemm it-tul tal-indikazzjoni ottika permezz tal-indikejters ma jaqbiżx it-3 sekondi.

8.4.   PARAMETRI TAT-TĦADDIM U KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR

8.4.1.   Parametri tat-tħaddim

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 6.4. ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

(i)

dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u jiġu ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk immobilizzatur ikunx imwaħħal jew le (eż. bozoz), jew

(ii)

dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet provduta evidenza dokumentarja.

8.4.2.   Kundizzjonijiet tal-ittestjar

It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-ittestjar, kampjuni oħra jistgħu jintużaw jekk dan ma jiġix ikkunsidrat li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.

8.4.3.   Test ta’ tħaddim

Meta jkunu kompluti t-testijiet kollha speċifikati hawn taħt, l-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet tal-ittestjar normali speċifikati fl-Artikolu 6.4.2.1.2 ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi verifikat li jibqa jaħdem normali. Fejn meħtieġ, jistgħu jitbiddlu l-fjusijiet qabel it-test.

Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom ikunu konformi mal-preskrizzjonijiet mogħtija fl-Artikoli 6.4.2.2 sa 6.4.2.8 u 6.4.2.12 ta’ dan ir-Regolament.

8.5.   STRUZZJONIJIET

(l-Artikoli 8.5.1 sa 8.5.3 għall-iskopijiet ta’ installazzjoni wara l-bejgħ biss).

Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat minn:

8.5.1.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni.

8.5.1.1.

Il-lista ta’ vetturi u mudelli tal-vetturi li għalihom ikun maħsub l-apparat. Din il-lista tista’ tkun speċifika jew ġenerika, eż. “il-karozzi kollha b’magni tal-petrol u batteriji 12 V bl-ert negattiv”.

8.5.1.2.

Il-metodu tal-installazzjoni illustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet ċari ħafna.

8.5.1.3.

Struzzjonijiet dettaljati tal-installazzjoni provduti mill-fornitur għandhom ikunu tali li meta segwiti korrettament minn installatur kompetenti, is-sigurta u l-kredibbiltà tal-vettura ma jiġux affettwati.

8.5.1.4.

L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni provduti għandhom jidentifikaw ir-rekwiżiti tal-enerġija elettrika tal-immobilizzatur u, fejn rilevanti, għandhom jirrakkomandaw żieda fid-daqs tal-batterija.

8.5.1.5.

Il-fornitur għandu jipprovdi proċeduri ta’ wara l-installazzjoni sabiex tiġi verifikata l-vettura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-karatteristiċi relatati mas-sigurtà.

8.5.2.

Ċertifikat tal-installazzjoni vojt, li eżempju tiegħu jingħata fl-Anness 7.

8.5.3.

Stqarrija ġenerali lix-xerrej tal-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu lejn dawn il-punti:

8.5.3.1.

l-immobilizzatur għandu jiġi installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

8.5.3.2.

l-għażla ta’ installatur tajjeb hija rakkomandata (il-manifattur tal-immobilizzatur jista’ jiġi kkuntattjat biex isemmi installaturi tajbin);

8.5.3.3.

iċ-ċertifikat tal-installazzjoni provdut mal-immobilizzatur għandu jimtela mill-installatur.

8.5.4.

Struzzjonijiet għall-użu.

8.5.5.

Struzzjonijiet għall-manutenzjoni.

8.5.6.

Twissija ġenerali dwar il-perikli li jsiru xi tibdiliet jew addizzjonijiet fl-immobilizzatur; dawn it-tibdiliet u addizzjonijiet awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 8.5.2 imsemmi qabel.

9.   TIBDIL TAT-TIP U ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

9.1.

Kull tibdil ta’ tip ta’ vettura jew komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi notifikat lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip ta’ vettura jew komponent. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

9.1.1.

iqis li t-tibdil imwettaq mhux probabbli li jkollu effett negattiv apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-komponent jew il-vettura xorta jkunu konformi mar-rekwiżiti, jew

9.1.2.

jeħtieġ rapport addizzjonali mid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

9.2.

Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdil, għandha tintbagħat permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 4.3 imsemmi qabel lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

9.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estenzjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni miktuba għal din l-estenzjoni.

10.   KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-PRODUZZJONI

Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandha taqbel ma’ dawk stiipulati fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), b’dawn ir-rekwiżiti:

10.1.

Vetturi/komponenti skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jilħqu r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

10.2.

Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

10.3.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe mument tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

11.   PIENI GĦAN-NUQQAS TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

11.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 imsemmi qabel ma jintlaħqux.

11.2.

Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura/komponent approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma dwar dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Wara li tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2, Parti 1, 2 jew 3 kif applikabbli.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jiċħdu approvazzjonijiet eżistenti jew estenzjonijiet għal dawn l-approvazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolamenti Nru 18 u Nru 97, ħlief skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifikati f’dawk ir-Regolamenti.

13.1.   Approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur

13.1.1.

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ komponent jew unità teknika separata li għandhom jiġu approvati jilħqu r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

13.1.2.

Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet li dawk it-tipi ta’ komponent jew unità teknika separata li jkunu konformi mar-rekwżiti tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, sakemm il-komponent jew unità teknika separata ikunu maħsuba bħala parti tat-tibdil għat-twaħħil fuq vetturi li jkunu qed jintużaw u ma jkunx teknikament possibbli li jitwaħħal komponent jew unità teknika separata li jissodisfaw ir-rekwżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament.

13.2.   Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li jappplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal- approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtu lilhom il-formuli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estenzjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1, kif emendat).

(2)  Vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 12 volts biss jiġu kkunsidrati.

(3)  Huwa rakkomandat li l-Partijiet Kontraenti japplikaw Partijiet I u IV għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M1 u Parti I biss għall-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriija N1, u r-rekwiżiti l-oħra jibqgħu fakultattivi. Il-Partijiet II, III u IV għandhom japplikaw meta dan it-tagħmir jitwaħħal ġol-vetturi tal-kategoriji li jidhru li jidherfl-Artikoli 1.3 sa 1.5

(4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għal Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31 għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Ażerbaijan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-Nova Żelanda, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, it-Tagħmir u l-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu komunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

(5)  ETSI: Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni. Jekk dawn l-Istandards ma jkunux disponibbli meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti domestiċi rilevanti.

(6)  CEPT: Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet

ERC: Kumitat tar-Radjukomunikazzjonijiet Ewropej

(7)  Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprokbixxu l-frekwenza u/jew l-enerġija u jistgħu jippermettu l-użu ta’ frekwenza u/jew enerġija oħra.

(8)  Il-lampi li huma użati bħala parti mill-apparati ta’ twissija ottika u li huma inklużi fis-sistema tad-dwal standard tal-karozza ma hemmx għalfejn ikunu konformi mal-parametri tal-operazzjoni fil-paragrafu 6.4.1 u ma għandhomx ikunu sottomessi għat-testijiet elenkati fil-paragrafu 6.4.2.

(9)  Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament KEE Nru. 13, kif emendat.


ANNESS 1

Parti 1

(Format massimu: A4 (210mm × 297mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikoli 5, 7 u 8 kif applikabbli tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE ta’ tip ta’ sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat

mingħajr/b’sistema tal-allarm (1)

mingħajr/b’immobilizzatur (1)

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (2) :

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Kategorija tal-vettura (3):

1.5.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.6.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.7.   Indirizz(i) tal-impjant/i tal-immuntar:

2.   KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

2.1.   Ritratti u/jew illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

2.2.   Naħa tas-sewwieq: xellug/lemin (1)

3.   3. MIXXELLANJA

3.1.   Apparat biex jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat tal-vettura

3.1.1.   Apparat protettiv:

3.1.1.1.   Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament u d-disinn tal-kontroll jew tal-unità li fuqha jaġixxi l-apparat protettiv:

3.1.1.2.   Illustrazzjonijiet tal-apparat protettiv u tal-immuntar tiegħu fuq il-vettura:

3.1.1.3.   Deskrizzjoni teknika tal-apparat:

3.1.1.4.   Dettalji tal-użu tal-kombinazzjonijiet tas-serratura:

3.1.2.   Immobilizzatur tal-vettura:

3.1.2.1.   numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

3.1.2.2.   Għal immobilizzaturi li għadhom ma ġewx approvati

3.1.2.2.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:

3.1.2.2.2.

Is-sistema(i) li fuqha(om) jaġixxi l-immobilizzatur tal-vettura:

3.1.2.2.3.

Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

3.1.3.   Sistema tal-allarm, jekk applikabbli:

3.1.3.1.   numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

3.1.3.2.   Għal sistemi tal-allarm li għadhom mhumiex approvati

3.1.3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u l-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema tal-allarm installata:

3.1.3.2.2.

Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

Parti 2

(Format massimu: A4 (210mm × 297mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikolu 6. tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE tat-tip ta’ komponent ta’ sistema tal-allarm

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (4):

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.5.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

2.   DESKRIZZJONI TAL-APPARAT

2.1.   Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-allarm u tal-partijiet tal-vettura relatati mas-sistema tal-allarm installata:

2.1.1.   Lista tal-komponenti ewlenin li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

2.1.2.   Il-miżuri meħuda kontra allarmi foloz:

2.2.   Medda protettiva offruta mill-apparat:

2.3.   Metodu ta’ ssettjar/tifi tal-apparat:

2.4.   Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

2.5.   Lista ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw l-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:

3.   ILLUSTRAZZJONIJIET

3.1.   Illustrazzjonijiet tal-komponenti ewlenin tal-apparat (l-illustrazzjonijiet għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip jew il-marka ta’ referenza KEE, kif applikabbli):

4.   STRUZZJONIJIET

4.1.   Lista ta’ vetturi li l-apparat huwa maħsub biex jitwaħħal fihom:

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-installazzjoni ilustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet:

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu:

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk applikabbli:

Parti 3

(Format massmu: A4 (210mm × 297mm))

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI

skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 116 dwar l-approvazzjoni KEE tat-tip ta’ komponent ta’ sistema ta’ immobilizzatur

1.   ĠENERALI

1.1.   Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip:

1.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq l-apparat (5):

1.3.1.   Post ta’ dik il-marka:

1.4.   Isem u indirizz tal-manifattur:

1.5.   Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:

1.6.   Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

2.   DESKRIZZJONI TAL-APPARAT

2.1.   Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kotnra attivazzjoni mhux volontarja:

2.2.   Is-sistema(i) tal-vettura li fuqha(om) jaħdem l-immobilizzatur tal-vettura:

2.3.   Metodu ta’ ssettjar/tifi tal-apparat:

2.4.   Numru ta’ kodiċijiet effettivi li jistgħu jitbiddlu bejniethom, jekk applikabbli:

2.5.   Lista ta’ komponenti ewlenin li jiffurmaw l-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:

3.   ILLUSTRAZZJONIJIET

3.1.   Illustrazzjonijiet tal-komponenti ewlenint tal-apparat (l-illustrazzjonijiet għandhom juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KEE):

4.   STRUZZJONIJIET

4.1.   Lista ta’ vetturi li l-apparat huwa maħsub li jitwaħħal fihom:

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni illustrat permezz ta’ ritratti u/jew tpinġijiet:

4.3.   Struzzjonijiet għall-użu:

4.4.   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk applikabbli:


(1)  Ingassa dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn xejn ma jkun meħtieġ li jitħassar, meta iktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli).

(2)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, il-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3) (dokument RANS/WP.29/78/Rev.1, kif emendat).

(4)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, tal-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(5)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jinkludi karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-vettura, il-komponent jew l-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).


ANNESS 2

Parti 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-apparat kontra l-użu mhux awtorizzat u l-partijiet tal-vettura li jaġixxi fuqha:

1.2.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:

1.3.

Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tal-allarm, jekk applikabbli, inkluż il-provvista stmata tal-vultaġġ (1):

2.

Rimarki:

Parti 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tal-allarm tal-vetturi fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema tal-allarm, jekk applikabbli, inkluż il-provvista stmata tal-vultaġġ (2):

1.2.

Lista tal-vetturi li fihom hija maħsuba li titwaħħal is-sistema tal-allarm:

1.3.

Tipi ta’ vetturi li ġiet ittestjata fuqhom is-sistema tal-allarm:

1.4.

Lista ta’ komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jiffurmaw is-sistema tal-allarm:

2.

Osservazzjonijiet:

Parti 3

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE Nru …

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur fir-rigward tar-Regolament Nru 116

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:

1.2.

Lista ta’ vetturi li l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal fihom:

1.3.

Tipi ta’ vetturi li kien ittestjat fuqhom l-immobilizzatur:

1.4.

Lista ta’ komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jiffurmaw l-immobilizzatur:

2.

Osservazzjonijiet:


(1)  Għandu jiġi indikat biss għal sistemi tal-allarm tal-vetturi (VAS) li għandhom jintużaw f’vetturi li l-provvista stmata tal-vultaġġ mhix ta’ 12 Volts.

(2)  Għandu jiġi indikat biss għal sistemi tal-allarm tal-vetturi (VAS) li għandhom jintużaw f’vetturi li l-provvista stmata tal-vultaġġ stmat mhix ta’ 12 Volts.


ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-Artikolu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)

Figura 1

(ara l-Artikolu 4.4.3.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Figura 2

(ara l-Artikolu 4.4.3.1 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Figura 3

(ara l-Artikolu 4.4.3.2 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Figura 4

(ara l-Artikolu 4.4.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Figura 5

(ara l-Artikolu 4.4.3.6 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Figura 6

(ara l-Artikolu 4.4.3.7 ta’ dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(ara l-Artikolu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)

Figura 7

(eżempju)

Image


ANNESS 4

Parti I

PROĊEDURA LI TIPPRODUĊI EFFETTI TA’ DETERJORAZZJONI FUQ L-APPARAT LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT LI JAĠIXXI FUQ L-ISTERING

1.   Tagħmir tal-ittestjar

It-tagħmir tal-ittestjar għandu jikkonsisti f’:

1.1.

Apparat adattat għall-immuntar tal-kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat imwaħħal, kif definit fl-Artikolu 5.1.2 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Mezz għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat li għandu jinkludi l-użu taċ-ċavetta.

1.3.

Mezz għat-tidwir tax-xaft tal-istering relatat mal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

2.   Metodu tal-ittestjar

2.1.

Kampjun tal-istering komplut bl-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat jitwaħħal mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1.1 imsemmi qabel.

2.2.

Ċiklu wieħed tal-proċedura tal-ittestjar għandu jikkonsisti fil-proċeduri li ġejjin:

2.2.1.

Pożizzjoni ta’ tqabbid. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat u x-xaft tal-istering għandu jkun jiddawwar f’pożizzjoni li timpedixxi t-tqabbid tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, sakemm ma jkunx tat-tip li jippermetti l-illokkjar tal-istering fi kwalunkwe pożizzjoni.

2.2.2.

Issettjat biex jiġi attivat. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi mċaqlaq mill-pożizzjoni ta’ diżattivazzjoni għal dik ta’ attivazzjoni, permezz taċ-ċavetta.

2.2.3. (1)

Attivat. Il-pern tal-istering għandu jiddawwar b’tali mod li t-torque fuqu, fil-ħin tal-ingaġġ tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat, għandu jkun ta’ 40 Nm ± 2 Nm.

2.2.4.

Diżattivat. L-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat għandu jiġi diżattivat bil-mezzi normali, bit-torque imnaqqas għal żero sabiex iħaffef id-diżingaġġ.

2.2.5. (1)

Ritorn. Il-pern tal-istering għandu jiddawwar f’pożizzjoni li timpedixxi l-ingaġġ tal-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat.

2.2.6.

Rotazzjoni opposta. Il-proċeduri ripetuti deskritti fl-Artikoli 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4 u 2.2.5, iżda fid-direzzjoni opposta tar-rotazzjoni tal-pern tal-istering.

2.2.7.

L-intervall bejn żewġ ingaġġi suċċessivi tal-apparat għandu jkun ta’ mill-inqas 10 sekondi.

2.3.

Iċ-ċiklu li jipproduċi l-effetti tad-deterjorazzjoni għandu jiġi ripetut għan-numru ta’ drabi speċifikat fl-Artikolu 5.3.1.3 ta’ dan ir-Regolament.

Parti 2

PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR GĦAL APPARAT LI JIMPEDIXXI L-UŻU MHUX AWTORIZZAT LI JAĠIXXI FUQ L-ISTERING PERMEZZ TA’ APPARAT LI JILLIMITA T-TORQUE

1.   Tagħmir tal-ittesjtar

It-tagħmir tal-ittestjar għandu jikkonsisti f’:

1.1.

Tagħmir adattat biex iżomm il-partijiet rilevanti ta’ sistema ta’ stering jew, jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, sistema ta’ ġġakkjar kapaċi tgħolli r-roti kollha li jiġu sterjati minn mal-art, u

1.2.

Apparat kapaċi jipproduċi, u jkejjel, torque imwaħħal mal-kontroll tal-istering kif preskritt fl-Artikolu 2.3 Il-preċiżjoni tal-kejl għandu jkun inqas minn jew ekwivalenti għal 2 fil-mija.

2.   Deskrizzjoni tal-proċedura tal-ittestjar

2.1.

Jekk it-test jitwettaq fuq vettura kompluta, it-test għandu jitwettaq bir-roti kollha tal-vettura li jiġu sterjati miżmuma 'l fuq mill-art.

2.2.

Is-serratura tal-istering għandha tiġi attivata b’tali mod li l-istering jiġi mblukkat.

2.3.

Torque għandu jiġi applikat fuq il-kontroll tal-istering b’tali mod li jdur.

2.4.

Iċ-ċiklu tal-ittestjar jinkludi rotazzjoni tal-kontroll tal-istering ta’ 90° segwit minn rotazzjoni fid-direzzjoni opposta ta’ 180°, u rotazzjoni ġdida ta’ 90° fid-direzzjoni oriġinali (ara l-figura);

ċiklu wieħed = + 90° / – 180° / + 90° b’tolleranza ta’ ± 10 fil-mija.

Image

2.5.

Tul ta’ ċiklu huwa ekwivalenti għal 20 s ± 2 s.

2.6.

Għandhom jitwettqu ħames ċikli tal-ittestjar.

2.7.

Matul kull wieħed miċ-ċikli tal-ittestjar il-valur minimu rreġistrat tat-torque għandu jkun ogħla minn dak mogħti fl-Artikolu 5.3.1.4.2. ta’ dan ir-Regolament.


(1)  Jekk l-apparat li jimpedixxi l-użu mhux awtorizzat jippermetti l-illokkjar tal-istering fi kwalunkwe pożizzjoni, il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 2.2.3 u 2.2.5 għandhom jitħallew barra.


ANNESS 5

(Riżervat)


ANNESS 6

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KONFORMITÀ

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 7

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-INSTALLAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

Artikoli 6.4.2.11. u 7.4

TEST TA’ SISTEMI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERA

Image


ANNESS 9

KUMPATIBBILTÀ ELETTROMANJETIKA

Nota: Sabiex tiġi ttestjata l-kumpatibbiltà elettromanjetika, għandu jintuża jew l-Artikolu 1 jew inkella l-Artikolu 2, skont il-faċilitajiet tal-ittestjar.

1.   Metodu ISO

Immunità kontra d-disturbi kondotti tul il-linji tal-provvista

Applika l-vibrazzjonijiet tal-ittestjar 1, 2, 3a, 3b, 4 u 5 skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-1:1990 fuq il-linji tal-provvista kif ukoll fuq konnessjonijiet oħra tal-VAS/l-AS li jistgħu jitqabbdu b’mod operattiv mal-linji tal-provvista.

VAS/AS meta mitfija

Il-vibrazzjonijiet tal-ittestjar 1 sa 5, għandhom jiġu applikati b’livell ta’ severità III. L-istatus funzjonali meħtieġ għall-vibrazzjonijiet tal-ittestjar kollha għandu jkun A.

VAS/AS meta ssettjata

Il-vibrazzjonijiet tal-ittestjar 1 sa 5 għandhom jiġu applikati. L-istatus funzjonali meħtieġ għall-vibrazzjonijiet tal-ittestjar kollha applikati jidhru fit-tabella 1.

Tabella 1

Severità/status funzjonali (għal-linji tal-provvista)

Numru tal-vibrazzjonijiet tal-ittestjar

Livell tal-ittestjar

Status funzjonali

1

III

C

2

III

A

3a

III

C

3b

III

A

4

III

B

4

I

A

5

III

A

Immunità kontra disturbi konnessi fuq il-linji tas-sinjali

Il-kondutturi li ma jkunux imqabbda mal-linji tal-provvista (eż. linji speċjali tas-sinjali) għandhom jiġu ttestjati skont l-Istandard Internazzjonali ISO7637-3:1995 (u Corr.1). L-istatus funzjonali meħtieġ għall-vibrazzjonijiet kollha tal-ittestjar applikati jidhru fit-tabella 2.

Tabella 2

Livell tal-ittestjar/status funzjonali (għal-linji tas-sinjali)

Numru tal-vibrazzjonijiet tal-ittestjar

Livell tal-ittestjar

Status funzjonali

3a

III

C

3b

III

A

Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja

L-ittestjar tal-immunità ta’ VAS/AS f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet fir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u metodi tal-ittestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi u Anness 9 għal unità teknika separata.

Disturb elettriku minn ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi

L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata skont ir-Rapport Tekniku ISO/TR 10605-1993.

Emissjonijiet irradjati

It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tar-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u skont il-metodi tal-ittestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal unità teknika separata.

2.   Metodu IEC

Kamp elettromanjetiku

Il-VAS/AS għandha tiġi sottoposta għat-test bażiku. Għandha tiġi soġġetta għat-test tal-kamp elettromanjetiku deskritt fil-Pubblikazzjoni IEC 839-1-3-1998 test A-13 b’medda ta’ frekwenza minn 20 sa 1 000 MHz, u għal livell ta’ forza tal-kamp ta’ 30 V/m.

Barra minn hekk, il-VAS/AS għandha tiġi soġġetta għat-testijiet temporanji tal-elettriku kondotti u konnessi deskritti fl-Istandard Internazzjonali ISO 7637 Partijiet 1:1990, 2:1990 u 3:1995, kif applikabbli.

Disturb elettriku minn ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi

Il-VAS/AS għandja tiġi sottoposta għat-test bażiku. Għandha tiġi soġġetta għall-ittestjar tal-immunità kontra l-ħruġ ta’ ċarġis elettrostatiċi kif deskritt jew f’EN 61000-4-2, jew inkella ISO/TR 10605-1993, skont l-għażla tal-manifattur.

Emissjonijiet irradjati

Il-VAS/AS għandha tiġi soġġetta għall-ittestjar għat-trażżin ta’ interferenzi fil-frekwenzi tar-radju skont it-testijiet preskritti fir-Regolament Nru 10, serje ta’ emendi 02 u skont il-metodi tal-ittestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi u l-Annessi 7 u 8 għal unità teknika separata.


ANNESS 10

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ISWIĊĊIJIET MEKKANIĊI TAĊ-ĊAVETTA

1.

Iċ-ċilindru tal-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux jisporġi iktar minn 1mm mill-kaver, u l-parti li tisporġi għandha tkun konika.

2.

Il-ġonta bejn il-qalba taċ-ċilindru u l-kejsing taċ-ċilindru għandha tkun kapaċi tiflaħ forza tat-tensjoni ta’ 600 N u torque ta’ 25 Nm.

3.

L-iswiċċ taċ-ċavetta għandu jkun provdut b’ostaklu kontra t-titqib taċ-ċilindru.

4.

Il-profil taċ-ċavetta għandu jkollu mill-inqas 1 000 permutazzjoni effettiva.

5.

L-iswiċċ taċ-ċavetta ma għandux ikun jista’ jitħaddem b’ċavetta li tkun tvarja b’permutazzjoni waħda biss miċ-ċavetta li taqbel mal-iswiċċ taċ-ċavetta.

6.

Il-fetħa ewlenija għal swiċċ estern taċ-ċavetta għandha tkun magħluqa b’xater jew protetta b’mod ieħor kontra d-dħul ta’ ħmieġ u/jew ilma.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/231


It-testi oriġinali KEE/NU biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus KEE/NU TRANS/WP.29/343, disponibbli f’:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Corrigendum 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament, suġġett għan-Notifika lid-Depożitarju C.N.1156.2006.TREATIES-2 bid-data tat-13 ta’ Diċembru 2006

 

Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta' Lulju 2009

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Ambitu

2.

Definizzjonijiet: Ġenerali

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha

6.

Parti II: Approvazzjoni ta’ sistema tas-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha

7.

Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew komponent

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Ismijiet u indirizzi ta' servizzi tekniċi li jwettqu testijiet ta' approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Dokumenti ta’ tagħrif u formoli ta’ komunikazzjoni

Anness 2 —

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bis-sħana rkuprata- ARJA

Anness 4 —

Proċedura tat-test għall-kwalità tal-arja

Anness 5 —

Proċedura tat-test għat-temperatura

Anness 6 —

Proċedura tat-test għall-emissjoni tal-egżost tal-ħiters tal-kombustjoni

Anness 7 —

Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni

Anness 8 —

Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG

Anness 9 —

Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR

1.   AMBITU

1.1.

Dan ir-regolament japplika għall-vetturi kollha fil-kategoriji M, N u O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin.

L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

1.2.

Parti I – Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha.

1.3.

Parti II – Approvazzjoni ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha.

2.   DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Vettura” tfisser vettura tal-kategorija M, N jew O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin.

2.2.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew l-entità li hija responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b'mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew il-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni.

2.3.

“Intern” tfisser il-partijiet ta’ ġewwa tal-vettura użati għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti tal-vettura u/jew għat-tagħbija.

2.4.

“Sistema tat-tisħin għall-kompartiment tal-passiġġier” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura tal-kompartiment tal-passiġġier.

2.5.

“Sistema tat-tisħin għaż-żona tat-tagħbija” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura taż-żona tat-tagħbija.

2.6.

“Żona tat-tagħbija” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda t-tagħbija, esklużi l-passiġġieri.

2.7.

“Kompartiment tal-passiġġier” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda lix-xufier u lill-passiġġieri.

2.8.

“Fjuwil gassuż” tinkludi l-fjuwils li huma gassużi f'temperatura u pressjoni normali (288,2 K u 101,33 kPa), bħalma hu l-gass tal-petroleum likwidifikat (LPG) u l-gass naturali kkompressat (CNG).

2.9.

“Tisħin żejjed” tirreferi għall-kundizzjoni li teżisti meta l-fetħa tal-arja li ssaħħan li tagħti għall-ħiter tal-kombustjoni tkun totalment ibblukkata.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA

3.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-limitazzjoni tas-sistema tat-tisħin tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat b’mod xieraq.

3.1.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fejn għandhom x'jaqsmu l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.1.2.2.

tfassil tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

3.1.3.

Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness I, il-Parti 1, l-Appendiċi 1.

3.1.4.

Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip.

3.1.5.

Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter b’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip tal-manifattur ta’ din it-tip ta’ ħiter għandhom jintbagħtu flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.

3.1.6.

Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter li ma għandux l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, għandu jintbagħat lis-servizz tekniku kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni.

3.2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ ĦITER

3.2.1.

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ ħiter bħala komponent għandha titressaq mill-manifattur tas-sistema tat-tisħin.

3.2.2.

Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

3.2.2.1.

deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' sistema tat-tisħin fejn għandhom x'jaqsmu l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-konfigurazzjoni u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.2.2.2.

tfassiliet tas-sistema tat-tisħin u l-arranġament ġenerali tagħha

3.2.3.

Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 2.

3.2.4.

Kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni għandu jitressaq lis-servizz tekniku.

3.2.5.

Il-kampjun għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip imressaq għal approvazzjoni għal dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) relevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.

4.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tat-tisħin kif definiti f'dan ir-Regolament.

4.3.

Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola minn dawk li jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament.

4.4.

Fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u għal kull komponent manifatturat separatament li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b'mod li jispikka u f'post li huwa aċċessibbli malajr u speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta' distinzjoni tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip (2).

4.5.

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4.2.

4.6.

Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat skont Regolament wieħed jew aktar minn dawk annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. ma għandux għalfejn jerġa' jintwera; f'dak il-każ, ir-Regolament(i) li taħthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.8.

Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur, jew inkella fuqha.

4.9.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.   PARTI I — APPROVAZZJONI TA' TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA

5.1.   Definizzjoni

Għall-fini tal-Parti I ta' dan ir-Regolament,

5.1.1.

“Tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma hu l-prinċipju/i tas-sistema tat-tisħin.

5.2.   Speċifikazzjonijiet

5.2.1.

IL-kompartiment tal-passiġġier ta' kull vettura għandu jkollu sistema tat-tisħin. Jekk fiż-żona tat-tagħbija ta’ vettura jkun hemm sistema tat-tisħin, din għandha tkun waħda konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.2.2.

Is-sistema tat-tisħin tal-vettura li titressaq għall-approvazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Rekwiżiti għall-Istallazzjoni tal-Vettura tal-Ħiters tal-Kombustjoni.

5.3.1.   Ambitu

5.3.1.1.

Suġġett għall-paragrafu 5.3.1.2, il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jiġu stallati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

5.3.1.2.

Vetturi tal-kategorija O bil-ħiter bil-fjuwil likwidu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.

5.3.2.   Il-pożizzjonar tal-ħiter tal-kombustjoni

5.3.2.1.

Sezzjonijiet tal-body u tal-komponenti l-oħrajn viċin il-ħiter għandhom jiġu protetti minn sħana żejda u mill-possibilità ta' kontaminazzjoni bil-fjuwil jew biż-żejt.

5.3.2.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux jikkostitwixxi riskju ta’ nar, anki f'każ ta' tisħin żejjed. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk l-istallazzjoni taċċerta distanza adegwata għall-partijiet kollha kif ukoll ventilazzjoni xierqa, bl-użu ta' materjali reżistenti għan-nar u bl-użu ta' kisi kontra s-sħana.

5.3.2.3.

Fil-każ ta' vetturi M2 u M3, il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier. B'danakollu, tista’ tintuża stallazzjoni f'kisi ssiġillat b’mod effettiv li jkun konformi wkoll mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5.3.2.2.

5.3.2.4.

It-tikketta msemmija fl-Anness 7, il-paragrafu 4, jew kopja tagħha, għandha tkun pożizzjonata b’mod li tkun tista’ tinqara faċilment meta l-ħiter ikun stallat fil-vettura.

5.3.2.5.

Waqt il-pożizzjonar tal-ħiter għandha tittieħed kull prekawzjoni neċessarja biex jiġi kkontrollat ir-riskju ta' xi inċident jew ħsara lill-proprjetà personali.

5.3.3.   Il-forniment tal-fjuwil

5.3.3.1.

Il-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier u għandu jkun fornut b’għatu effettiv biex jipprevjeni t-tixrid tal-fjuwil.

5.3.3.2.

Fil-każ ta' ħiters bil-fjuwil likwidu, meta jsir forniment separat minn dak tal-vettura, għandu jkun indikat b’mod ċar it-tip ta’ fjuwil u l-punt minn fejn ikun ittieħed.

5.3.3.3.

Mal-punt fejn jingħata l-fjuwil għandu jitwaħħal avviż li jindika li l-ħiter għandu jintefa qabel ma jerġa’ jingħata l-fjuwil. Barra minn hekk, fil-ktejjeb tat-tħaddim maħruġ mill-manifattur għandha tkun inkluża struzzjoni xierqa.

5.3.4.   Is-sistema tal-egżost

5.3.4.1.

Il-fetħa tal-egżost għandha tkun pożizzjonata b’mod li ma tħallix l-emissjonijiet jidħlu fil-vettura mill-ventilaturi, il-fetħiet tal-arja msaħħna jew mit-twieqi li jinfetħu.

5.3.5.   Il-fetħa tal-arja tal-kombustjoni

5.3.5.1.

L-arja għall-kompatiment tal-kombustjoni tal-ħiter ma għandhiex tinġibed mill-kompartiment tal-passiġġier tal-vettura.

5.3.5.2.

Il-fetħa tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji.

5.3.6.   Fetħa tal-arja tat-tisħin

5.3.6.1.

L-arja tat-tisħin li toħroġ tista’ tkun arja friska jew iċċirkolata mill-ġdid u, fejn ma teżistix il-probabbiltà li tkun ikkontaminata mid-dħaħen tal-egżost maħruġa mill-magna tal-propulsjoni, mill-ħiter tal-kombustjoni jew minn xi sors ieħor tal-vettura, għandha tinġibed minn arja nadifa.

5.3.6.2.

Il-kanal mnejn tidħol l-arja għandu jkun protett b’xibka jew b’mezz xieraq ieħor.

5.3.7.   Fetħa għall-ħruġ tal-arja tat-tisħin

5.3.7.1.

Il-kanali użati biex titwassal l-arja sħuna fil-vettura għandhom ikunu pożizzjonati jew protetti b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ inċident jew ħsara kemm-il darba dawn kellhom jintmessu.

5.3.7.2.

Il-fetħa għall-ħruġ tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji.

5.3.8.   Kontroll awtomatiku tas-sistema tat-tisħin

5.3.8.1.

Is-sistema tat-tisħin trid tkun waħda li tintefa awtomatikament u l-forniment tal-fjuwil irid jieqaf fi żmien ħames sekondi minn meta tieqaf taħdem il-magna tal-vettura. Jekk ikun diġà attivat mezz manwali, is-sistema tat-tisħin tista' tibqa' taħdem.

6.   PARTI II — APPROVAZZJONI TA' SISTEMA TAT-TISĦIN FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA OPERAZZJONALI TAGĦHA

6.1.   Definizzjonijiet

Għall-fini tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,

6.1.1.

“Sistema tat-tisħin” tirreferi għal kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura interna tal-vettura, inkluża kwalunkwe żona tat-tagħbija.

6.1.2.

“Ħiter tal-kombustjoni” tirreferi għall-mezz li juża direttament fjuwil likwidu jew gassuż u li ma jużax is-sħana rkuprata tal-magna użata biex imexxi l-vettura.

6.1.3.

“Tip ta' ħiter tal-kombustjoni” tfisser il-mezzi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma huma:

it-tip ta' fjuwil (eż. likwidu jew gassuż),

il-mezz tat-trasferiment (eż. l-arja jew l-ilma),

il-post fil-vettura (eż. il-kompartiment tal-passiġġier jew iż-żona tat-tagħbija).

6.1.4.

“Sistema tat-tisħin bl-użu tas-sħana rkuprata” tirreferi għal kull tip ta' mezz li juża s-sħana rkuprata mill-magna użata biex tmexxi l-vettura biex iżid it-temperatura fl-intern tal-vettura, u dan jista' jinkludi l-ilma, iż-żejt jew l-arja bħala mezz tat-trasferiment.

6.2.   Speċifikazzjonijiet: Ġenerali

Ir-rekwiżiti għal sistemi tat-tisħin huma li:

l-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma tkunx aktar imniġġsa mill-arja fil-punt tal-fetħa tal-vettura,

ix-xufier u l-passiġġieri, waqt li jkunu fit-triq, ma jkunux jistgħu jiġu f'kuntatt ma' partijiet tal-vettura jew mal-arja msaħħna li tista' tikkawża xi ħruq,

l-emissjonijiet tal-egżost minn ħiters tal-kombustjoni jkunu fil-limiti aċċettabbli.

Il-proċeduri tat-test għall-verifika ta' kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Annessi 4, 5 u 6.

6.2.1.

It-tabella li ġejja tindika liema annessi japplikaw għal kull tip ta' sistema tat-tisħin f'kull kategorija ta’ vettura:

Is-sistema tat-tisħin

Kategorija tal-vettura

Anness 4

Kwalità tal-arja

Anness 5

Temperatura

Anness 6

Egżost

Anness 8

sikurezza tal-LPG

Is-sħana rkuprata mill-magna — ilma

M

 

 

 

 

N

 

 

 

 

O

 

 

 

 

Is-sħana rkuprata mill-magna — arja

Ara n-Nota 1.

M

Iva

Iva

 

 

N

Iva

Iva

 

 

O

 

 

 

 

Is-sħana rkuprata mill-magna — żejt

M

Iva

Iva

 

 

N

Iva

Iva

 

 

O

 

 

 

 

Ħiter tal-fjuwil gassuż —

Ara Nota 2

M

Iva

Iva

Iva

Iva

N

Iva

Iva

Iva

Iva

O

Iva

Iva

Iva

Iva

Ħiter tal-fjuwil Likwidu —

Ara n-Nota 2.

M

Iva

Iva

Iva

 

N

Iva

Iva

Iva

 

O

Iva

Iva

Iva

 

Nota 1:

Sistemi tat-tisħin li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness III huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti tat-test.

Nota 2:

Ħiters tal-kombustjoni li jinsabu ’l barra mil-kompartiment tal-passiġġieri u li jużaw l-ilma bħala l-mezz tat-trasferiment jitqiesu li huma konformi mal-Annessi 4 u 5.

6.3.   Speċifikazzjonijiet: Ħiters tal-kombustjoni

Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni huma stipulati fl-Anness 7.

7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TA’ TIP TA’ KOMPONENT

7.1.

Kull modifika tat-tip għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li kien approva t-tip. Id-dipartiment imbagħad jista':

7.1.1.

jew iqis li mhuwiex probabbli li l-modifiki li saru se jkollhom effett kuntrarju konsiderevoli u li, f'kull każ, il-vettura jew il-komponent xorta għadhom konformi mar-rekwiżiti; jew inkella

7.1.2.

jitlob lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet biex jagħmel rapport ieħor dwar it-test.

7.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3.

7.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kull vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 hawn fuq.

8.2.

L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata kemm-il darba ma jitħarsux ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta' hawn fuq.

9.2.

Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bożnja u l-Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħhom billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom KEE), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.


ANNESS 1

PARTI 1

Appendiċi 1

MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF

(għal tip ta’ vettura skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin u ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha)

Jekk is-sistema jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

0.3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: …

0.4.

Fejn jinsab l-immarkar: …

0.5.

Il-kategorija tal-vettura (1): …

0.6.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.7.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

1.   KARATTERISTIĊI TA’ KONSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.

Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

2.   L-IMPJANT TAL-ENERĠIJA

2.1.

Kodiċi tal-magna tal-manifattur: … (hekk kif immarkat fuq il-magna, jew mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni)

2.2.

Prinċipju ta’ tħaddim: ignition pożittiva/ignition ta’ kompressjoni, b’erba’ strokes/b’żewġ strokes (2)

2.3.

Numru u arranġament taċ-ċilindri: …

2.4.

Qawwa massima netta: … kW b’ … min-1 (valur dikjarat mill-manifattur)

2.5.

Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (2)

2.6.

Issettjar nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: …

2.7.

Kompressur: Iva/Le (2)

2.7.1.

Tip(i) …

2.7.2.

Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-charge: … kPa, wastegate jekk japplika)

3.   KAROZZERIJA

3.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin jekk is-sistema tat-tisħin tuża s-sħana tal-fluwidu tat-tkessiħ tal-magna …

3.2.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tat-tisħin jekk l-arja tat-tkessiħ jew il-gassijiet tal-egżost tal-magna jintużaw bħala fonti ta' sħana, inkluż: …

3.2.1.

Dehra ta’ kif inhi mqassma s-sistema tat-tisħin li turi l-pożizzjoni tagħha fil-vettura: …

3.2.2.

Id-disinn kif inhu mqassam il-heat exchanger għas-sistemi tat-tisħin li jużaw il-gassijiet tal-egżost għas-sħana, jew tal-partijiet fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana (għas-sistemi tat-tisħin li jużaw l-arja tat-tkessiħ tal-magna għas-sħana): …

3.2.3.

Disinn sezzjonali tal-heat exchanger jew tal-partijiet, rispettivament, fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana, b'indikazzjoni tal-ħxuna tal-kisja, il-materjali użati u l-karatteristiċi tal-wiċċ: …

3.2.4.

Għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet għal komponenti importanti ulterjuri tas-sistema tat-tisħin bħal, pereżempju, il-fann tal-ħiter, fir-rigward tal-metodu ta' kostruzzjoni tagħhom u dejta teknika: …

3.3.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni u l-kontroll awtomatiku: …

3.3.1.

dehra ġenerali tal-ħiter tal-kombustjoni, is-sistema tad-dħul tal-arja, is-sistema tal-egżost, it-tank tal-fjuwil, is-sistema ta’ forniment tal-fjuwil (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi b’mod li tidher il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura.

3.4.

Konsum elettriku massimu: …kW

Appendiċi 2

MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF

(għal tip ta’ sistema tat-tisħin skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha)

Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.4.

Fil-każ ta’ komponenti, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE: …

1.5.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

2.   ĦITER TAL-KOMBUSTJONI (JEKK DAN JEŻISTI)

2.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.2.

It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

2.3.

Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq is-sistema tat-tisħin: …

2.4.

Fejn jinsab l-immarkar: …

2.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

2.6.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

2.7.

Il-pressjoni tat-test (fil-każ ta’ ħiter tal-kombustjoni li taħdem bi fjuwil fil-forma ta’ gass ta’ petroleum likwifikat jew xi ħaġa simili, il-pressjoni applikata fil-konnettur tad-dħul tal-gass tal-ħiter): …

2.8.

Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta’ kif inhi mqassma u deskrizzjoni tal-immuntar tal-ħiter tal-kombustjoni u l-komponenti tagħha kollha: …

PARTI 2

Appendiċi 1

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

KOMUNIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

KOMUNIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

(2)  Aqta’ fejn ma japplikax.


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

MUDELL C

(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)

Image


(*)  Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TAT-TISĦIN LI JAĦDMU BIS-SĦANA RKUPRATA – ARJA

1.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti fir-rigward ta’ sistemi tat-tisħin li jinkludu heat exchanger li minn fuq iċ-ċirkwit ewlieni tiegħu jgħaddu gassijiet tal-egżost jew arja mniġġsa, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.

il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jippermetti nixxija fi pressjoni li tilħaq u li tinkludi ż-2 bars;

3.

il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jinkludi komponenti li jinqalgħu minn posthom;

4.

il-kisi tal-heat exchanger fejn isir l-iskambju tas-sħana għandu jkun oħxon mill-inqas 2 mm jekk magħmul minn azzar mhux liegi;

4.1.

fil-każi meta jintużaw materjali oħrajn (inklużi materjali komposti jew miksija), il-ħxuna tal-kisja għandha tkun tali li taċċerta li l-heat exchanger ikollu l-istess tul ta' żmien li jibqa' tajjeb bħal fil-każ riferit fil-paragrafu 4;

4.2.

jekk il-kisja tal-heat exchanger fejn isir l-iskambju tas-sħana tkun żmaltata, il-kisja fejn ikun ġie applikat l-iżmalt għandha tkun mhux anqas minn 1 mm ħoxna u dan l-iżmalt għandu jkun sod, ma jippermettix nixxija u ma jkunx poruż.

5.

it-tubu li jgħaddu minnu l-gassijiet tal-egżost għandu jinkludi żona tat-test għall-korrużjoni twila mill-inqas 30 mm, u din iż-żona tkun eżattament fin-naħa t’isfel tal-heat exchanger, ma tkunx mgħottija u tkun aċċessibbli malajr;

5.1.

il-kisja ta' din iż-żona tat-test tal-korrużjoni ma tridx tkun eħxen mit-tubi għall-gassijiet tal-egżost ġewwa l-heat exchanger u l-materjali u l-proprjetajiet tal-wiċċ ta' din il-parti għandhom ikunu komparabbli ma' dawk ta' dawn it-tubi;

5.2.

jekk il-heat exchanger jifforma unità waħda mas-silencer tal-egżost tal-vettura, il-kisja barranija ta' dan tal-aħħar għandha titqies bħala ż-żona konformi mal-punt 5.1 fejn tista’ sseħħ xi korrużjoni.

6.

Fil-każ ta' sistemi tat-tisħin bis-sħana rkuprata li jużaw l-arja li tkessaħ il-magna biex jarmu s-sħana, il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti mingħajr l-użu ta' heat exchanger, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.1.

l-arja li tkessaħ li tintuża biex issaħħan tiġi f'kuntatt biss mal-uċuħ tal-magna li ma jinkludux partijiet li jinqalgħu, u

6.2.

il-konnessjonijiet bejn il-kisi ta' dan iċ-ċirkwit tal-arja li tkessaħ u l-uċuħ użati għat-trasferiment tas-sħana ma jkunux jippermettu l-ħruġ tal-gass u jkunu reżistenti għaż-żejt.

Dawn il-kundizzjonijiet jitqiesu sodisfatti jekk, pereżempju:

madwar kull sparking plug ikun hemm ilqugħ li jattira xi nixxija ta’ gass ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan;

il-ġonta bejn ras iċ-ċilindru u l-pajp tal-egżost tkun ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan;

ikun hemm protezzjoni doppja kontra xi nixxija bejn ras iċ-ċilindru u ċ-ċilindru, u kwalunkwe nixxija li tirriżulta mill-ewwel ġonta tinġibed ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan, jew il-protezzjoni minn xi nixxija bejn ras iċ-ċilindru u ċ-ċilindru tibqa’ hemm meta l-iskorfini ta' ras iċ-ċilindru jkunu ssikkati fil-kiesaħ f'terz tat-torque nominali preskritt mill-manifattur, jew

iż-żona fejn ras iċ-ċilindru hija teħel maċ-ċilindru tkun ’il barra miċ-ċirkwit tal-arja li ssaħħan.


ANNESS 4

PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA

1.

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jitwettaq it-test li ġej:

1.1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f’kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin u, fil-każ ta' ħiter tal-kombustjoni, bil-magna tal-propulsjoni mitfija. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.

1.2.

Il-proporzjon ta’ CO fl-arja ambjentali għandu jitkejjel billi jittieħdu kampjuni minn:

1.2.1.

punt barra l-vettura viċin kemm jista’ jkun għall-fetħa tal-arja li ssaħħan, u

1.2.2.

punt fl-intern tal-vettura inqas minn 1 m mill-fetħa fejn toħroġ l-arja msaħħna.

1.3.

Għandu jittieħed qari għal ħin rappreżentattiv ta' 10 minuti.

1.4.

Il-qari mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.2 għandu jkun inqas minn 20 ppm CO ogħla mill-pożizzjoni deskritta fil-paragrafu 1.2.1.

2.

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip ta’ ħiters bħala komponenti, it-test li ġej għandu jitwettaq wara t-testijiet tal-Annessi 5, 6 u l-paragrafu 1.3 tal-Anness 7.

2.1.

Iċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger għandu jkun suġġett għal test taċ-ċarċir biex jiġi aċċertat li l-arja mniġġsa ma titħallatx mal-arja msaħħna intiża għall-kompartiment tal-passiġġieri.

2.2.

Dan ir-rekwiżit għandu jitqies sodisfatt jekk, fi pressjoni mkejla ta' 0,5 hPa, ir-rata tan-nixxija mill-heat exchanger tkun inqas minn 30 dm3/s, jew ekwivalenti għal dan.


ANNESS 5

PROĊEDURA TAT-TEST GĦAT-TEMPERATURA

1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista' jsir aktar kmieni. Jekk l-arja msaħħna tinġibed minn barra l-vettura, it-test għandu jitwettaq f'temperatura ambjentali ta' mhux inqas minn 15 °C.

2.

It-temperatura tal-wiċċ ta' kull parti tas-sistema tat-tisħin li x'aktarx tiġi f'kuntatt max-xufier tal-vettura waqt l-użu normali fit-triq għandha titkejjel b'termometru tal-kuntatt. L-ebda parti jew partijiet minn dawn ma għandhom jaqbżu t-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

2.1.

Fil-każ li parti jew partijiet tas-sistema tat-tisħin wara s-sedil tax-xufier, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

2.2.

Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M1 u N, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq, bl-eċċezzjoni l-gradilja tal-fetħa għal barra, ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 110 °C.

2.3.

Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn.

3.

Fil-każ li jkun partijiet tas-sistema tat-tisħin esposti barra mill-kompartiment tal-passiġġieri, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C.

It-temperatura tal-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma għandhiex taqbeż il-150 °C li trid titkejjel fiċ-ċentru tal-fetħa.


ANNESS 6

PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-EMISSJONI TAL-EGŻOST TAL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI

1.

Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), u temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa.

2.

L-emissjonijiet xotti u konċentrati tal-egżost, imkejla bl-użu ta' arloġġ adegwat, ma għandhomx jaqbżu l-valuri indikati fit-tabella li ġejja:

Parametru

Ħiters li jużaw fjuwils gassużi

Ħiters li jużaw fjuwil likwidu

CO

0,1 % vol.

0,1 % vol.

NOx

200  ppm

200  ppm

HC

100  ppm

100  ppm

Unità ta’ referenza Bacharach (1)

1

4

3.

It-test għandu jkun ripetut f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal veloċità tal-vettura ta’ 100 km/s (jew il-veloċità massima tal-vettura f'każijiet fejn il-veloċità massima hija inqas minn 100 km/s). Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-valur tal-CO ma għandux jaqbeż iż-0,2 % vol. Jekk it-test ikun twettaq fuq il-ħiter bħala komponent, ma għandux għalfejn jiġi ripetut fil-każ tat-tip ta' vettura li jkun immuntat fiha l-ħiter.


(1)  Tintuża l-unità ta’ referenza “Bacharach” ASTM D 2156.


ANNESS 7

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI

1.

L-istruzzjonijiet dwar l-operat u l-manutenzjoni għandhom ikunu fornuti ma' kull ħiter u, fil-każ ta' ħiters intiżi għas-suq ta’ wara l-bejgħ, għandhom jiġu pprovduti wkoll struzzjonijiet għall-istallazzjoni.

2.

Għandu jkun stallat (jew bħala parti mill-ħiter tal-kombustjoni jew bħala parti mill-vettura) tagħmir ta' sigurtà biex jikkontrolla l-operat ta' kull ħiter tal-kombustjoni f'emerġenza. Dan għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jekk ma tinkiseb l-ebda fjamma meta titqabbad il-magna, jew inkella l-fjamma tintefa waqt l-operat, il-ħin tal-ignition u tal-bidu tal-forniment tal-fjuwil ma jaqbiżx l-erba' minuti f'każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil likwidu jew, fil-każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, ma jaqbiżx il-minuta jekk il-mezz li jissorvelja l-fjamma huwa termoelettriku, jew 10 sekondi jekk huwa awtomatiku.

3.

Il-kompartiment tal-kombustjoni u l-heat exchanger ta' ħiters li jużaw l-ilma bħala mezz ta' trasferiment għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw pressjoni ta’ darbtejn akbar mill-pressjoni normali tal-operat jew ta’ żewġ bars (gauge), skont liema hi l-akbar. Il-pressjoni tat-test għandha tkun annotata fid-dokument ta' tagħrif.

4.

Il-ħiter għandu jkollu tikketta tal-manifattur li turi l-isem tal-manifattur, in-numru tal-mudell u t-tip flimkien mal-produzzjoni ratata tagħha f'kilowatts. It-tip tal-fjuwil għandu jidher ukoll u, meta rilevanti, il-vultaġġ tal-operat u l-pressjoni tal-gass.

5.

Għeluq imdewwem tal-combustion air blowers

5.1.

Jekk hemm immuntat combustion air blower, għandu jkun ipprovdut ukoll għeluq imdewwem fil-każ ta' tisħin żejjed u f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-fjuwil.

5.2.

Miżuri oħrajn biex jipprevjenu d-danni minħabba d-deflagrazzjoni u l-korrużjoni tal-egżost jistgħu jiġu applikati jekk il-manifattur iforni provi għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni tal-effetti ekwivalenti tagħhom.

6.

Rekwiżiti għall-provvista tal-elettriku

6.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi kollha affettwati mill-vultaġġ għandhom ikunu fl-iskala tal-vultaġġ ta' ±16 % taċ-ċifra ratata. Madankollu, jekk tkun ipprovduta protezzjoni għall-vultaġġ baxx u/jew għall-vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għandhom jintlaħqu f’vultaġġ ratat u fil-viċinanza immedjata tal-punti tal-għeluq.

7.

Dawl tat-twissija

7.1.

Sinjalatur li jidher ċar fil-firxa viżiva tal-operatur għandu jinforma meta l-ħiter tal-kombustjoni jinxtegħel jew jintefa.


ANNESS 8

Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG

1.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ FIL-VETTURI BIL-MUTUR

1.1.

Jekk sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura bil-magna tista’ tintuża wkoll meta l-vettura tkun qed timxi, il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema tagħha ta’ forniment għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.1.1.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 624:2000 (Speċifikazzjonijiet għal apparati bl-LPG partikulari Tagħmir ta’ tisħin b’ċirkwit magħluq li jaħdem bl-LPG għall-istallazzjoni fil-vetturi u d-dgħajjes).

1.1.2.

F’każijiet ta’ kontenitur tal-LPG stallat b’mod permanenti, il-komponenti kollha tas-sistema li huma f’kuntatt mal-LPG fil-fażi likwida (il-komponenti kollha mill-unità tal-mili għal vaporizzatur/ir-regolatur tal-pressjoni) u l-istallazzjoni tal-fażi likwida assoċjata għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament Nru 67, il-Partijiet I u II u mill-Annessi minn 3 sa 10, 13 u minn 15 sa 17.

1.1.3.

L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandard armonizzat EN 1949:2002 (1) (Speċifikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta’ sistemi bl-LPG għall-finijiet ta’ abitazzjoni f’vetturi b’akkomodazzjoni bi skop ta’ divertiment u f’vetturi oħra tat-triq).

1.1.4.

Is-sistema ta’ forniment bl-LPG għandha tkun imfassla b’tali mod li l-LPG ikun fornut bil-pressjoni meħtieġa u fil-fażi korretta għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG li tkun stallata. Huwa awtorizzat li l-LPG jitneħħa mill-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti, u dan kemm fil-fażi gassuża kif ukoll f’dik likwida.

1.1.5.

Il-fetħa tal-likwidu tal-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti biex iforni l-LPG lill-ħiter għandha tkun ipprovduta b’service valve ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv kif mitlub mill-paragrafu 17.6.1.1. tar-Regolament Nru 67. Is-service valve ikkontrollat mill-bogħod b’valv għall-fluss eċċessiv għandu jkun ikkontrollat b’mod li jingħalaq awtomatikament fi żmien ħames minuti minn meta tieqaf il-magna tal-vettura, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ tal-ignition. Jekk fi żmien dawn il-ħames sekondi jkun attivat is-swiċċ “on” tal-ħiter jew tas-sistema tal-forniment tal-LPG, is-sistema tat-tisħin tista’ tibqa’ għaddejja. It-tisħin dejjem jista’ jerġa’ jitqabbad.

1.1.6.

Jekk l-LPG ikun fornut fil-fażi gassuża mill-kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti jew miċ-ċilindru(i) portabbli tal-LPG separat, għandhom jittieħdu provviżjonijiet xierqa sabiex ikun żgurat li:

1.1.6.1.

ebda LPG likwidu ma jista’ jidħol fir-regolatur tal-pressjoni jew fil-ħiter tal-kombustjoni tal-LPG. Ikun jista’ jintuża separatur, u

1.1.6.2.

ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ skonnettjar aċċidentali. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jwaqqfu l-fluss tal-LPG permezz tal-istallazzjoni ta’ apparat eżatt wara, f’ċilindru jew f’regolatur immuntat fl-għamla ta’ kontenitur, jew, jekk ir-regolatur jintrama ’l bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi stallat apparat eżatt quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur u għandu jiġi stallat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur.

1.1.7.

Jekk l-LPG huwa fornut fil-fażi likwida, l-unità tal-vaporizzatur u tar-regolatur tal-pressjoni għandha tissaħħan kif suppost permezz ta' sors ta’ sħana adegwat.

1.1.8.

Fil-vetturi bil-magna li jużaw l-LPG fis-sistemi a’ propulsjoni tagħhom, il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG jista' jiġi mqabbad mal-istess kontenitur tal-LPG li jkun stallat b’mod permanenti li jforni l-LPG lill-magna, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ sikurezza tas-sistema ta’ propulsjoni. Jekk għat-tisħin ikun qed jintuża kontenitur tal-LPG separat, dan il-kontenitur għandu jkun ipprovdut b’unità ta’ mili għalih.

2.   SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI BIL-MAGNA U T-TREJLERS TAGĦHOM

2.1.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ forniment tagħha ta’ sistema tat-tisħin bl-LPG li hija intiża biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.

2.1.1.

Għandhom jitwaħħlu tikketti permanenti fuq il-kompartiment fejn ikunu maħżuna ċ-ċilindri portabbli tal-LPG u viċin ħafna tal-mezz li jikkontrolla s-sistema tat-tisħin. Dawn ikunu jagħtu struzzjonijiet li meta l-vettura tkun miexja, il-ħiter bl-LPG ma għandhiex titħaddem u l-valv taċ-ċilindru portabbli tal-LPG għandu jingħalaq.

2.1.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.1. hawn fuq.

2.1.3.

L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tat-tisħin tal-LPG għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1.3 hawn fuq.


(1)  Imħejji mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) (http://www.cenorm.be/CENORM/index.htm).


ANNESS 9

Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR

1.   Ambitu

Dan l-anness japplika għal ċerti vetturi li l-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-Tagħbija Internazzjonali tal-Oġġetti Perikolużi fuq it-Triq (ADR) jinkludi rekwiżiti speċifiċi għalihom fir-rigward ta’ ħiters tal-kombustjoni u l-istallazzjoni tagħhom.

2.   Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan l-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL, OX u MEMU huma kif definiti fil-Kapitolu 9.1 tal-ADR.

Vetturi approvati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi EX/III skont dan l-Anness għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi MEMU.

3.   Dispożizzjonijiet Tekniċi

3.1.   Ġenerali (il-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL OX u MEMU)

3.1.1. (1)

Il-ħiters tal-kombustjoni u l-passaġġ tal-egżost tal-gass għandhom jiġu ddisinjati, pożizzjonati, protetti u koperti b’tali mod li jilqgħu kontra kull riskju inaċċettabbli ta’ tisħin jew ta’ qbid tan-nar tat-tagħbija. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk it-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-egżost tal-apparat jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Kull tank tal-fjuwil għall-forniment tal-apparat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Fil-każ ta’ xi nixxija, il-fjuwil għandu jitbattal f’livell mal-art mingħajr ma jiġi f’kuntatt ma’ partijiet jaħarqu tal-vettura jew tat-tagħbija;

(b)

It-tankijiet tal-fjuwil li jkun fihom il-petrol għandhom ikunu mgħammra bi flame trap effettiva fil-fetħa tal-filler jew b’għata li tippermetti li l-ftuħ jibqa’ ssiġillat ermetikament.

Is-sistema tal-egżost kif ukoll il-pajpijiet tal-egżost għandhom ikunu diretti u protetti biex jevitaw kull periklu lit-tagħbija minħabba tisħin jew nar. Partijiet mis-sistema tal-egżost pożizzjonati direttament taħt it-tank tal-fjuwil (diżil) għandu jkollhom spazju ta’ mill-inqas 100 mm jew ikunu protetti minn kisja termali.

3.1.2.

Il-ħiter tal-kombustjoni għandu jinxtegħel manwalment. Il-mezzi ta’ pprogrammar għandhom ikunu pprojbiti.

3.2.   Vetturi EX/II, EX/III u MEMU

Ħiters tal-kombustjoni li jużaw fjuwils gassużi mhumiex awtorizzati.

3.3.   Vetturi FL

3.3.1.

Il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jitwaqqfu milli joperaw tal-anqas b'dawn il-metodi:

(a)

Tifi intenzjonat, manwali, mill-kabina tas-sewwieq;

(b)

It-twaqqif tal-magna tal-vettura; f’dan il-każ il-mezz tat-tisħin jista’ jerġa’ jitqabbad manwalment mis-sewwieq;

(c)

Startjar ta’ feed pump fuq il-vettura bil-magna għat-tagħbija perikoluża li tinġarr.

3.3.2.

L-after running huwa awtorizzat wara li l-ħiters tal-kombustjoni jkunu twaqqfu mill-operat tagħhom. Għall-metodi tal-paragrafu 3.3.1. (b) u (c) il-provvista tal-arja tal-kombustjoni għandha tiġi interrotta b’miżuri addattati wara ċiklu ta’ tħaddim ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss dawk il-ħiters li tkun ingħatatilhom prova li l-heat exchanger huwa reżistenti għaċ-ċiklu tal-after-running imnaqqas ta’ 40 sekonda għall-ħin tal-użu normali tagħhom.


(1)  Il-konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.