ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.163.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament (UE, Euratom) Nru 564/2010 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u impjegati l-oħra tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 565/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2

 

*

Regolament tal-Kunsill (EU) Nru 566/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

4

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 567/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-projbizzjoni mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, ta’ prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira tal-varjetà Candida kkultivata fuq n-alkani ( 1 )

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 569/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ta' butir u tat-trab tal-ħalib xkumat provdut fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 u r-Regolament (UE) Nru 447/2010 rispettivament.

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' modems bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 572/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/362/UE

 

*

Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Ġunju 2010 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

41

 

 

2010/363/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-Alġerija rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4226)

42

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2007 tal-20 ta’ Frar 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju (Formi LHS) bħala addittiv tal-għalf ( ĠU L 63, 1.3.2007 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 564/2010 TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u impjegati l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-impjegati l-oħra tal-Unjoni, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 259/68 tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64, l-Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ impjegati oħra,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-għoli tal-ħajja fil-Latvja u l-Litwanja fil-perijodu bejn Ġunju u Diċembru 2009, u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra għandhom għalhekk jiġu adattati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi jew il-lokalitajiet imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

Latvja 79.6,

Litwanja 73.4.

Artikolu 2

B’effett mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-koeffiċjent korrettiv applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għal trasferimenti minn uffiċjali u impjegati oħra huwa dan li ġej:

Latvja 73.3.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Luxembourgl, 29 ta’ Ġunju 2010.

Ghall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


REGOLAMENTI

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 565/2010

tad-29 ta' Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 (1). Il-prodotti fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati b'rata tad-dazju żero jew rata mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li tinfetaħ, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għal ċerti prodotti kwoti tariffarji ġodda b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq.

(2)

Il-volumi tal-kwota għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2814, 09.2816 u 09.2807 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu.

(3)

Id-deskrizzjoni tal-prodott għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2907 għandha tiġi riveduta.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Peress li l-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament għandu jkollhom effett mill-1 ta' Lulju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli li jinsabu fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma miżjuda;

(2)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2814, 09.2907 09.2816 u 09.2807 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Luxembourgl, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p.1.


ANNESS I

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2636

ex 8411 82 80

20

Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

1.7.-31.12.

5 unitajiet

0  %

09.2635

ex 9001 10 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

1.7.-31.12.

1 150 000  km

0  %


ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

2 200 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

58 500 tunnellata

0  %

09.2807

ex 3913 90 00

86

Sodju jaluronat mhux sterili

1.1.-31.12.

150 000  g

0  %


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EU) Nru 566/2010

tad-29 ta' Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Huwa fl-interess tal-Unjoni li tissospendi totalment id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq numru ta' prodotti ġodda li ma ġewx elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 (1).

(2)

Il-kodiċijiet tan-NM u tat-TARIC 1518009910, 3907202091, 7410110010, 7410210060 u 9031908530 għal erba’ prodotti li huma attwalment elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitħassru peress illi ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tmantni s-sospensjoni fuq id-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għal dawn il-prodotti.

(3)

Jinħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni ta' tnax-il sospensjoni fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u x-xejriet ekonomiċi fis-suq. Dawk is-sospensjonijiet għandhom jitħassru mil-lista f'dak l-Anness u mdaħħla mill-ġdid bħala sospensjonijiet ġodda bl-użu ta' deskrizzjonijiet ġodda. Għal raġunijiet ta' ċarezza dawk is-sospensjonijiet għandhom ikunu mmarkati b'asterisk fl-ewwel kolonna tal-Anness I u tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-esperjenza turi l-ħtieġa ta' data ta' skadenza fir-rigward tas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex ikun żgurat li tibdiliet teknoloġiċi u ekonomiċi jkunu ġew ikkunsidrati. Dan ma għandux jeskludi t-terminazzjoni qabel il-waqt ta' ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dak il-perjodu, jekk dan ikun ġustifikat minn raġunijiet ekonomiċi, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 li tikkonċerna s-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi (2).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Ladarba s-sospensjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett mill-1 ta’ Lulju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħlu r-ringieli ta’ prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

jitħassru r-ringieli għall-prodotti li għalihom il-kodiċijiet ta' NM u TARIC ġew stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.


ANNESS I

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)

Kodiċi NM

TARIC

Deskrizzjoni

Rata ta' dazji awtonomi

Perjodu ta’ validità

ex 1515 19 10

10

Żejt tal-kittien b’indiċi ta’ jodju 190 jew aktar imkejjel skont l-istandard tal-ISO 150-2006

0  %

1.7.2010-31.12.2010

ex 1516 20 96

10

Żejt li ġej mill-fażola tas-soja idroġinat, raffinat, blijċjat fil-forma ta’ frak tat-tip użat fil-manifattura tal-kożmetiċi

0  %

1.7.2010-31.12.2010

ex 1516 20 96

20

Żejt tal-jojoba, idroġenat u interesterifikat, mingħajr ebda modifika kimika ulterjuri u mhux suġġet għal ebda proċess ta’ testurizzazzjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2008 99 49

20

Cranberries niexfa b’togħma ħelwa

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2008 99 49

30

Polpa tal-boysenberry mingħajr żerriegħa li ma fihiex spirtu miżjud, kemm jekk fiha zokkor miżjud u kemm jekk le

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2008 99 99

40

 

 

 

ex 2805 30 90

20

Samarium ta' purità bil-piż ta' 99,90 % jew ogħla

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2904 10 00

30

Sodium p-styrenesulfonate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2904 10 00

50

2-Metilprop-2-en-1-solfonat tas-sodju

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2905 19 00

40

2,6-Dimetileptan-2-ol

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2905 29 90

20

Dec-9-en-1-ol

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2909 30 90

10

2-(Phenylmethoxy)naphthalene

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2909 30 90

20

1,2-Bis(3-methyl-phenoxy)ethane

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2915 90 00

50

Allyl heptanoate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2917 11 00

30

Ossalat tal-kobalt

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2917 19 10

10

Dimethyl malonate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2917 19 90

30

Ethylene brassylate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2918 99 90

20

Methyl 3-methoxyacrylate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2918 99 90

70

Allyl-(3-methylbutoxy)acetate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2921 19 50

10

Diethylamino-triethoxysilane

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2929 90 00

20

 

 

 

ex 2922 19 85

40

2-(Dimethylamino) ethyl benzoate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2922 49 85

15

Aċtu aspartiku DL użat fil-manifattura tal-integraturi tal-ikel

(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2922 50 00

20

1-[2-Amino-1-(4-methoxyphenyl)-ethyl]-cyclohexanol hydrochloride

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2924 29 98

20

2-Chloro-N-(2-ethyl-6-methylphenyl)-N-(propan-2-yloxymethyl)acetamide

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2926 90 95

70

Methacrylonitrile

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2926 90 95

75

Ethyl 2-cyano-2-ethyl-3-methylhexanoate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2929 10 00

15

Diisoċjanat ta’ 3,3'-dimetilbifenil-4,4'-diil

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2930 90 99

81

Disodju essametilene-1,6-betjoiosulfat diidrat

3  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2930 90 99

84

2-Chloro-4-(methylsulphonyl)aċtu benzoiku

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2931 00 99

92

Trimetilboranu

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 39 99

20

Trab tal-piritjon tar-ramm

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 39 99

30

Fluazinam (ISO)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 39 99

45

5-Difluoromethoxy-2-[[(3,4-dimethoxy-2-pyridyl)methyl]thio]-1H-benzimidazole

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 39 99

47

(-)-trans-4-(4’-Fluorophenyl)-3-hydroxymethyl-N-methylpiperidine

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 39 99

48

Flonicamid (ISO)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 59 95

45

1-[3-(Hydroxymethyl)pyridin-2-yl]-4-methyl-2-phenylpiperazine

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 59 95

50

2-(2-Piperazin-1-ylethoxy)ethanol

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 59 95

55

Thiopental (INNM)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 59 95

65

Bis(tetrafluworoborat) ta' 1-klorometil-4-fluworo-1,4-diażoniabiċiklo[2.2.2]ottan

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 59 95

75

(2R,3S/2S,3R)-3-(6-Chloro-5-fluoro pyrimidin-4-yl)-2-(2,4-difluorophenyl)-1-(1H-1,2,4-triazol-1-yl)butan-2-ol hydrochloride

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 79 00

60

3,3-Pentamethylene-4-butyrolactam

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 99 80

32

5-[4’-(Bromomethyl)biphenyl-2-yl]-2-trityl-2H-tetrazole

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2933 99 80

37

8-Chloro-5,10-dihydro-11H-dibenzo [b,e] [1,4]diazepin-11-on

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2934 10 00

60

Fosthiazat (ISO)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2934 99 90

20

Thiophene

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2934 99 90

30

Dibenzo[b,f][1,4]thiazepin-11(10H)-on

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 2935 00 90

77

[[4-[2-[[(3-Ethyl-2,5-dihydro-4-methyl-2-oxo-1H-pyrrol-1-yl)carbonyl]amino] ethyl]phenyl]sulfonyl]-carbamic acid ethyl ester

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3701 30 00

20

Pjanċja fotosensittiva magħmula minn filata tal-fotopolimeru fuq folja tal-polijester bi ħxuna totali ta' aktar minn 0,43 mm iżda mhux aktar minn 3,18 mm

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3707 10 00

35

Emulsjoni sensibilizzanti, magħmula minn polimeri tal-akrilat u/jew il-metakrilat, li bil-piż fiha mhux aktar minn 7 % prekursuri ta’ aċidi fotosensittivi maħlulin f’solvent organiku li fih mill-inqas l-aċetat ta’ 2-metossi-1-metiletil

0  %

1.7.2010-31.12.2011

ex 3707 90 90

70

 

 

 

ex 3707 10 00

55

Rombli ta’ film tal-polyethylene terephthalate:

miksija fuq naħa waħda b’saff niexef ta’ raża tal-fotopolimer tal-akriliku,

miksija b’fojl ta’ protezzjoni tal-polyethylene

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3707 90 90

40

Kisja antiriflessi, fil-forma ta’ soluzzjoni ilmija, li f’piż fiha mhux iktar minn:

2 % ta’ aċidu sulfoniku alkyl mingħajr aloġeni, u

5 % ta’ polimeru florinat

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3808 92 90

30

Taħlita li fiha sospensjoni ta’ żingu pyrithione (INN) fl-ilma, li fiha bil-piż:

24 % jew iżjed iżda li ma jabiżx 26 % ta’ żingu pyrithione (INN), jew

39 % jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 41 % ta’ żingu pyrithione (INN)

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 3808 92 90

50

Preparazzjonijiet ibbażati fuq il-piritjon tar-ram

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3808 93 23

10

Erbiċida li fiha flazasulfuron (ISO) bħala ingredjent attiv

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3808 93 90

10

Preparazzjoni, fil-forma ta’ granuli, li fiha bil-piż:

38,8 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 41,2 % Gibberellin A3, jew

9,5 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 10,5 % Gibberellin A4 u A7

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

05

Taħlita ta’ monomeru tal-methylmethacrylate u monomeru tal-butilakrilat f’soluzzjoni ta’ xylene u butilaċetat li fiha bl-użin iktar minn 54 % iżda mhux iktar minn 56 % ta’ solventi

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

06

Pitrolju b'livell ta' klorinazzjoni ta' 70 % jew aktar

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

08

Taħlita ta’ iżomeri tad-divinilbenżin u ta’ iżomeri tal-etilvinilbenżin, li fiha bil-piż 56 % jew iżjed divinilbenżin iżda mhux aktar minn 80 %

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

11

Taħlita ta’ fitosteroli, mhux fil-forma ta’ trab, li fiha bl-użin:

40 % jew aktar, iżda mhux iktar minn 58 % ta’ beta-sitosteroli

20 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 28 % ta’ kampesteroli

14 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 23 % ta’ stigmasteroli

0 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 15 % ta’ steroli oħra

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

21

Taħlita ta’ aċtu 2-propenoic, (1-methylethylidene)bis(4,1-phenyleneoxy-2,1-ethanediyloxy-2,1-ethanediyl)ester with aċtu 2-propenoic, (2,4,6-trioxo-1,3,5-triazine-1,3,5(2H,4H,6H)-triyl)tri-2,1-ethanediyl ester u 1-hydroxy-cyclohexyl-phenyl ketone f’likwidu ta’ methyl ethyl ketone u toluene

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

23

Taħlita ta' urethane acrylates, tripropylene glycoldiacrylate, ethoxylated bisphenol A acrylate u poli(ethyleneglycol) 400 diacrylate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3824 90 97

44

Taħlita ta’ fitosteroli, mhux fil-forma ta’ trab, li fiha, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/sterolijew stanoli/steroli esters

(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2012

ex 3824 90 97

66

Taħlita ta’ tert-alkylamines primarji

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3824 90 97

88

Prodott ta’ reazzjoni oligomerika, li jikkonsisti f’bis(4-hydroxyphenyl) sulfone u 1,1’-oxybis(2-chloroethane)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3901 10 90

20

Polyethylene, f’forma ta’ granuli, bi gravità speċifika ta’ 0,925 (± 0,0015), indiċi tat-tidwib (melt flow index) ta’ 0,3 g/10 min (± 0,05 g/10 min), għall-fabbrikazzjoni ta’ films minfuħa ta’ valur ta’ turbidità ta’ mhux aktar minn 6 % u titwil sal-ksur (elongation at break) (MD/TD) ta’ 210/340(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 3902 90 90

60

100 % raża alifatika mhux idrogenata (polimeru), bil-karatteristiċi li ġejjn:

likwida fit-temperatura tal-ambjent

li tiġi minn polimerizzazzjoni katajonika ta’ monomeri ta’ alkeni C-5

b’numru melokulari medju (Mn) ta’ 370 (± 50)

b’piż molekulari medju (Mw) ta’ 500 (± 100)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3906 90 90

35

Trab abjad ta’ kopolimeru 1,2-ethanediol dimethacrylate-methyl methacrylate ta’ daqs partikolari ta’ mhux akbar minn18 μm, li ma jinħallx fl-ilma

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 3907 91 90

10

Diallyl phthalate prepolymer, f’forma ta’ trab

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3907 99 90

70

Kopolimeru tal-poly(ethylene terephthalate) u cyclohexane dimethanol, li fih iktar minn 10 % bl-użin ta’ cyclohexane dimethanol

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3910 00 00

60

Polydimethylsiloxane, kemm jekk ikun issostitwit bil-polyethylene glycol u t-trifluoropropyl u kemm jekk le, bi gruppi tat-tmiem tal-methacrylate

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3916 20 00

91

Profili magħmulin minn poly(vinyl chloride) tat-tip użati fil-manifattura ta’ folji għal pilastri ta’ appoġġ u faċċati, li fihom l-addittivi li ġejjin:

diossidu tat-titanju

poly(methyl methacrylate)

karbonat tal-kalċju

materjali oħra ta’ twaħħil

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 10 80

23

Film li jirrifletti, magħmul minn diversi filati li jinkludu:

poly(vinyl chloride);

polyurethane li għandu marki kontra l-iffalsifikar, it-tbgħabis jew is-sostituzzjoni ta’ dejta jew kontra il-riproduzzjoni mhux awtorizzata, fuq naħa, u saff mikrosferi tal-ħġieġ fuq naħa oħra;

saff li fih marka għas-sigurtà u/jew uffiċjali li tinbidel fl-apparenza skont l-angolu li wieħed ikun qed iħares minnu;

aluminju metallizzat;

u kolla, koperta fuq naħa b’inforra għar-rilaxx

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 10 80

27

Film tal-polijester:

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 90 00

20

b’kopertura fuq naħa waħda ta’ kolla akrilika li tirrilaxxa bis-sħana li tinħall f’temperatura ta’ 90 °C jew ogħla iżda li ma taqbiżx il-200 °C, u nforra tal-polijester, u

b’kopertura jew mingħajr fuq in-naħa l-oħra ta’ kolla akrilika sensittiva għall-pressa jew kolla akrilika li tirrilaxxa bis-sħana li tinħall f’temperatura ta’ 90 °C jew ogħla iżda li ma taqbiżx il-200 °C, u nforra tal-polijester

 

 

ex 3919 10 80

32

Film tal-polytetrafluoroethylene:

bi ħxuna ta’ 110 μm jew iżjed,

b’reżistenza tal-wiċċ ta’ bejn 102-1014 ohms kif determinat mill-metodu tat-test ASTM D 257,

kopert min-naħa l-oħra b’kolla akrilika sensittiva għall-pressjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 10 80

37

Film tal-polytetrafluoroethylene:

bi ħxuna ta’ 100 μm jew aktar,

li jingħata jekk jiġġebbed iżjed minn 100 % tat-tul tiegħu,

kopert min-naħa waħda b’kolla tas-silikonju sensittiva għall-pressjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3919 10 80

40

Film tal-poly(vinyl chloride) Iswed:

0  %

1.7.2010-31.12.2011

 (*)ex 3919 90 00

43

bl-lostru ta’ aktar minn 30o skont l-ASTM D2457,

kopert jew mhux fuq naħa waħda b’film protettiv tal-polyethylene terephthalate, u b’kolla sensittiva għal pressa b’kanali u inforra għar-rilaxx, fuq in-naħa

 

 

 (*)ex 3919 90 00

19

Film Trasparenti maghmul minn poly(ethylene terephthalate)li jeħel waħdu:

mingħjar impuritajiet jew nuqqasijiet,

kopert fuq naħa waħda b’kolla sensittiva għall-pressa u inforra għar-rilaxx u saff ta’ compound tal-choline organiku bbażat fuq il-joni, fuq in-naħa l-oħra.

kemm jekk b’saff li jiflaħ għat-trab u li jista’ jiġi stampat magħmul minn kompound organiku b’katini twal ta’ alkyl

b’ħxuna totali mingħajr l-inforra ta’ 54 μm jew iżjed iżda li ma taqbiżx 64 μm, u

wisa ta’ aktar minn 1 295  mm ożda li ma taqbiżx 1 305  mm

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 3919 90 00

22

Film tal-polypropylene iswed:

bl-livell ta’ lostru ta’ aktar minn 20 degrees kif determinat mill-metodu tat-test ASTM D2457,

kemm jekk kopert min-naħa waħda b’film prottettiv polyethylene terephthalate u kemm jekk le, u kopert min-naħa l-oħra b’kolla sensittiva għall-pressjoni b’kanali u nforra għar-rilaxx

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 90 00

24

Pjanċa laminata li tirrifletti:

li tikkonsisti minn filata ta’ akrilat tal-epossi, imnaqqxa fuq naħa waħda b’disinn ta’ forma regolari

koperta fuq iż-żewġ naħat b’filata waħda jew iżjed ta’ materjal tal-plastiku u

koperta fuq naħa waħda b’filata kolla u b’folja għar-rilaxx

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 90 00

26

Film tal-ethylene vinyl acetate:

ta’ ħxuna ta’ 100 μm jew iktar,

miksi fuq naħa waħda b’adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa jew għall-UV u film tal-polyester

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3919 90 00

28

Poly(vinyl chloride) jew polyethylene jew kwalunkwe film ieħor tal-polyolefine:

b’ħxuna ta’ 65 μm jew iżjed,

kopert min-naħa waħda b’kolla akrilika sensittiva għar-raġġi UV u inforra tal-polijester

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 3919 90 00

37

Film magħmul minn poly(vinyl chloride) sensittiv għar-raġġi UV:

b’ħxuna ta’ 78 μm jew iżjed,

koperta fuq naħa waħda minn saff li jeħel u b’folja għar-rilaxx,

li jeħel b’saħħa ta’ 1 764  mN/25 mm jew iżjed

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3920 59 90

20

Folja laminata riflettenti, li tikkonsisti fi strat ta’ akrilat tal-epossi ibbuzzat fuq naħa waħda f’forma b’bixra regolari, miksija miż-żewġ naħat bi strat wieħed jew iktar ta’ materjal plastiku

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3920 62 19

24

Film ta’ poli(ethylene terephthalate) ta’ ħxuna ta’ 186 μm jew iżjed iżda mhux aktar minn 191 μm kopert fuq naħa waħda b’filata akrilika f’diżinn matrix

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3920 62 19

26

 

 

 

 (*)ex 3920 62 19

75

Film tal-polyethylene terephthalate trasparenti:

0  %

1.7.2010-31.12.2013

 (*)ex 3920 62 19

77

miksi fuq iż-zewġ naħat b’saffi ta’ sustanzi organiċi fuq il-bażi ta’ akriliku ta’ ħxuna ta’ 7 nm jew iktar iżda mhux iktar minn 80 nm,

b’tensjoni fil-wiċċ ta’ 36 Dyne/cm jew iktar iżda mhux iktar minn 39 Dyne/cm,

li jgħaddi d-dawl minnu b’rata ta’ iktar minn 93 %,

li għandu valur ta’ taħmiġ ta’ mhux iktar minn 1,3 %,

ta’ ħxuna totali ta’ 10 μm jew iktar iżda mhux iktar minn 350 μm,

ta’ wisa’ ta’ 800 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 1 600  mm

 

 

ex 3920 91 00

51

Film tal-polyvinyl butyral li fih bil-piż 25 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 28 % fosfat tri-isobutyl bħala plastifikant

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3920 91 00

52

Film tal-Poly(vinyl butyral):

li fih bil-piż 26 % jew iżjed iżda li ma jaqbiżx it-30 % ta’ triethyleneglycol bis(2-ethyl hexanoate) bħala plastifikant,

b’ħxuna ta’ 0,73 mm jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 1,50 mm

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 3921 90 55

25

Folji jew rombli tal-Prepreg li fihom raża tal-polyimide

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 7019 40 00

20

 

 

 

ex 3921 90 55

30

Folji jew rollijiet Prepreg li fihom reżina epossi brominata msaħħa bit-tessut tal-ħġieġ, li għandhom

fluss ta’ mhux aktar minn 3,6 mm (kif determinat minn IPC-TM 650.2.3.17.2), u

temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg) ta’ aktar minn 170 °C (kif determinat minn IPC-TM 650.2.4.25)

għall-użu fil-manifattura tal-bords taċ-ċirkuwiti stampati

(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 6909 19 00

20

Blalen tan-Nitrid tas-Silikon (Si3N4)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 7019 19 10

55

Korda tal-ħġieg impregnata b’gomma jew plastik, miksuba minn filamenti tal-ħġieġ K jew U, magħmulin minn:

9 % jew aktar imma mhux aktar minn 16 % ta’ ossidu tal-Manjeżju,

19 % jew aktar imma mhux aktar minn 25 % ta’ ossidu tal-Aluminju,

0 % jew aktar imma mhux aktar minn 2 % ta’ ossidu tal-Boron,

mingħajr ossidu tal-Kalċju,

Miksija bil-lattiċe li jinkludi talanqas reżina tal-resorcinol-formaldehyde u chlorosulphonated polyethylene

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 7325 99 10

20

Ras l-ankra tal-ħadid fondut duttili galvanizzat mgħaddas fis-sħana tat-tip użat fil-produzzjoni tal-ankri tal-art

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 7410 21 00

30

Pellikola tal-polimide, fiha jew ma fihiex raża epossida u/jew fibri tal-ħġieġ, mgħottija b’fojl tar-ram fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat

0  %

1.7.2010-31.12.2013

 (*)ex 8108 20 00

20

Ingotti mhux maħduma minn fużjoni ta’ titanju jew liegi tat-titanju, b’dijametru ta’ mhux aktar minn 380 mm

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 8414 30 81

50

Kumpressuri elettriċi ermetiċi jew semiermetiċi forma ta’ sprall b’veloċità varjabbli, b’rata ta’ enerġija nominali ta’ 0.5 kW jew iżjed, imma mhux aktar minn 5 kW, b’volum ta’ spustament li ma jaqbiżx il-35 cm3, tat-tip użat fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8418 99 10

50

Evaporatur magħmul minn ġwienaħ tal-aluminju u kojl tar-ram tat-tip użat fit-tagħmir ta' refriġerazzjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8418 99 10

60

Kondensatur magħmul minn żewġ tubi konċentriċi tar-ram tat-tip użat fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8501 31 00

40

Mutur DC b’eċċitazzjoni permanenti bi

tkebbib b’fażijiet multipli,

djametru estern ta’ 30 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 75 mm,

veloċità mkejla ta’ mhux aktar minn 15 000  rpm,

output ta’ 45 W jew iżjed, imma mhux aktar minn 300 W u

vultaġġ tal-provvista ta’ 9 V jew aktar, imma mhux aktar minn 25 V

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 8504 40 90

40

Moduli tal-enerġija semikondutturi li jinkludu:

tranżisters tal-enerġija,

ċirkwiti integrati,

fihom jew ma fihomx dijodi u bit-thermistors jew mingħajrhom,

vultaġġ operattiv ta’ mhux aktar minn 600 V,

mhux aktar minn tliet outputs elettriċi li kull wieħed fih żewġ swiċċijiet tal-enerġija elettrika (jew tranżisters MOSFET (Metal Oxide Semiconductor Field-Effect Transistor) jew tranżisters IGBT (Insulated Gate Bi-polar Transistors)) u drives interni, u

għerq kwadrat intermedju (root mean square - RMS) klassifikazzjoni preżenti ta’ mhux aktar minn 15.7 A

0  %

1.7.2010-31.12.2013

ex 8516 90 00

60

Sottoassemblaġġ ta’ ventilazzjoni ta’ apparat elettriku tal-qali f’ħafna xaħam

b’mutur li jkollu rata ta’ enerġija ta’ 8 W bi 4 600 rivoluzzjoni kull minuta,

immexxi permezz ta’ ċirkwit elettroniku,

li jaħdem f’remperaturi tal-madwar ta’ 110 °C jew aktar,

b’termoregolatur

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8521 90 00

20

Reġistratur diċitali bil-vidjo:

Mingħajr hard disk drive,

b’DVD-RW jew mingħajrha,

Bi kxif ta’ moviment,

b’port serjali USB,

għal użu fil-manifattura ta’ sistemi ta’ sorveljanza CCTV

(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8522 90 49

60

Assemblaġġ ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati li jinkludu:

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8527 99 00

10

sintonizzatur tar-radju (bil-kapaċità li jirċievi u jiddekodifika sinjali tar-radju u jitrażmetti dawk is-sinjali fi ħdan l-assemblaġġ) mingħajr kapċitajiet ta’ pproċessar ta’ sinjali,

 

 

ex 8529 90 65

25

mikroproċessur bil-kapaċità li jirċievi messaġġi bir-remote control u li jikkontrolla ċ-chipset tas-sintonizzatur

għal użu fl-immanifatturar ta’ sistemi ta’ intratteniment fid-dar

(1)

 

 

ex 8522 90 49

65

Subassemblaġġ ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati li jinkludu:

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8527 99 00

20

sintonizzatur tar-radju bil-kapaċità li jirċievi u jiddekodifika sinjali tar-radju u jitrażmetti dawk is-sinjali fi ħdan l-assemblaġġ, b’dekodifikatur tas-sinjali,

 

 

ex 8529 90 65

40

Riċevitur bir-remote control ta’ frekwenza tar-radju (RF),

Trażmettitur tas-snijali bir-remote control infrared,

Ġeneratur tas-snjali SCART

sonda tal-istat tat-TV

għal użu fl-immanifatturar ta’ sistemi ta’ intratteniment fid-dar

(1)

 

 

ex 8525 80 19

25

Kamera remota bl-infrared (skont l-ISO/TS 16949), b’:

sensittività fiż-żona tal-medda ta’ frekwenza ta’ 8 μm jew iżjed, iżda mhux aktar minn 14 μm,

riżoluzzjoni ta’ 324 × 256 pixels,

piż ta’ mhux aktar minn 400 g,

qisien ta’ mhux aktar minn 70 mm × 67 mm × 75 mm,

għata impermeabbli u plagg iċċertifikat għall-vetturi bil-mutur u

devjazzjoni tas-sinjal tal-output fuq il-firxa kollha tat-temperatura tax-xogħol ta’ mhux aktar minn 20 %

0  %

1.7.2010-31.12.2014

ex 8525 80 19

35

Kameras li jiskennjaw l-immaġni, lu jużaw:

sistema ta’ “Dynamic overlay lines”

sinjal tal-vidjo tal-output NTSC

vultaġġ ta 6,5 V

Illuminazzjoni ta’ 0,5 lux jew iżjed

0  %

1.7.2010-31.12.2014

 (*)ex 8704 23 91

20

Xażi tal-mutur b’kapaċita li jixgħel waħdu ta’ 8 000  cm3 jew iżjed, b’kabina fuq 3, 4 jew 5 roti bil-bażi tar-roti ta’ 480 cm jew iżjed, mingħajr makkinarju operabbli

(1)

0  %

1.7.2010-31.12.2012


(*)  Kodiċi tan-NM jew tat-TARIC jew deskrizzjoni tal-prodott modifikati


ANNESS II

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)

Kodiċi NM

TARIC

ex 1518 00 99

10

 (*)ex 3707 10 00

35

 (*)ex 3808 92 90

30

 (*)ex 3824 90 97

44

 (*)ex 3901 10 90

20

 (*)ex 3906 90 90

35

ex 3907 20 20

91

 (*)ex 3919 10 80

40

 (*)ex 3919 90 00

19

 (*)ex 3919 90 00

37

 (*)ex 3919 90 00

43

 (*)ex 3920 62 19

75

 (*)ex 3920 62 19

77

ex 7410 11 00

10

 (*)ex 7410 21 00

30

ex 7410 21 00

60

 (*)ex 8108 20 00

20

 (*)ex 8504 40 90

40

 (*)ex 8704 23 91

20

ex 9031 90 85

30


(*)  Sospensjoni relatata ma’ prodott fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 li fir-rigward tiegħu l-Kodiċi tan-NM jew tat-TARIC jew id-deskrizzjoni tal-prodott ġew modifikati b’dan ir-Regolament.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/15


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 567/2010

tad-29 ta' Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK tal-20 ta' Novembru 2006 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, ir-Regolament (KE) 329/2007 (2), b'mod partikolari, jirrestrinġi l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Korea ta' Fuq”) ta’ ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, flimkien ma' dawk li ttieħedet deċiżjoni dwarhom mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(2)

Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 u għandhom jiġu riveduti sabiex jibqgħu effettivi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Luxembourgl, 29 ta’ Ġunju 2010.

Ghall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32

(2)  ĠU L 88, 29.3.2007, p.1.


ANNESS

“ANNESS Ia

Prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.

1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna intitolata ‘Deskrizzjoni’ jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 (1).

2.

Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna intitolata “Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009” ifisser li l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’ huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni tal-annotazzjoni b'użu doppju li għaliha qed issir referenza.

3.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ jinsabu f'nota teknika għall-oġġett rilevanti.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti doppji’ jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

NOTI ĠENERALI

1.

L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe prodott mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-prodotti pprovduti.

2.

Prodotti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm prodotti ġodda kif ukoll dawk użati.

NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)

(Li għandha tinqara flimkien mal-Parti C)

1.

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-‘teknoloġija’ li huma ‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, għall-‘produzzjoni’ jew għall-‘użu’ ta' prodotti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Prodotti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti B.

2.

It-‘Teknoloġija’“meħtieġa” għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' prodotti pprojbiti tibqa’ pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

3.

Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t- tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti.

4.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' ‘teknoloġija’ ma japplikawx għall-informazzjoni ‘ta' dominju pubbliku’, għal ‘riċerka xjentifika bażika’ jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi.

A.   PRODOTTI

MATERJALI, FAĊILITAJIET U TAGĦMIR NUKLEARI

I.A0.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A0.001

Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej:

a.

Lampi tal-katodju tal-jodju, vojta minn ġewwa, bit-twieqi tas-silikon jew tal-kwarz;

b.

Lampi tal-katodju tal-uranju, vojta minn ġewwa.

 

I.A0.002

Iżolaturi Faraday li jaqgħu fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm.

 

I.A0.003

Retikoli ottiċi fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm.

 

I.A0.004

Fibbri ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm miksijin b’saffi mhux riflettenti fil-medda ta’ tul ta’ mewġ

ta’ bejn 500 nm – 650 nm u li jkollhom dijametru ċentrali akbar minn 0.4 mm iżda ma jeċċedix 2 mm.

 

I.A0.005

Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej:

a.

Siġilli;

b.

Komponenti interni;

c.

Apparat ta' ssiġillar, ittestjar u kejl.

0A001

I.A0.006

Sistemi ta’ sejba nukleari, minbarra dawk speċifikati f’0A001.j. jew 1A004.c., għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ materjali radjuttivi jew radjazzjoni ta’ oriġini nukleari u komponenti ddisnjati apposta għal dan.

N.B: Għal tagħmir personali rreferi għal I.A1.004 hawn taħt.

0A001.j.

1A004.c.

I.A0.007

Valvi ssiġillati bil-minfaħ minbarra dawk speċifikati f’0B001.c.6, 2A226 jew 2B350, magħmulin minn lega tal-aluminju jew stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L.

0B001.c.6.

2A226

2B350

I.A0.008

Mirja tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża jew żaffir).

Nota:

Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża.

0B001.g.5.

6A005.e.

I.A0.009

Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża).

0B001.g.

6A005.e.2.

I.A0.010

Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikil, jew lega tan-nikil, li jkun fiha minn 40 % nikil bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1

2B350

I.A0.011

Pompi tal-vakum, barra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej:

a.

Pompi turbomolekulari li jkollhom rata ta' fluss ta', jew akbar minn 400 l/s;

b.

Pompi roughing tal-vakum tat-tip tal-għeruq li għandhom rata ta' fluss aspirattiva volumetrika akbar minn 200 m3/h;

c.

Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi vojta minn ġewwa f'forma ta' spiral bil-minfaħ.

0B002.f.2.

2B231

I.A0.012

Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (ċelloli jaħarqu)

0B006

I.A0.013

‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001.

0C001

I.A0.014

Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta' splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2.5 kg TNT.

 

MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

I.A1.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A1.001

Aċidu fosforiku ta’ bis(2-etileżil) (HDEHP jew D2HPA) Numru tal-Astratti Kimiċi (CAS): solvent [CAS 298-07-7] fi kwalunkwe kwantità, b’purità aktar minn 90 %.

 

I.A1.002

Gass fluworin CAS: [7782-41-4], b’purità ta’ mill-inqas 95 %.

 

I.A1.003

Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400 mm u anqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta' struttura kristallina beta mingħajr tiġbid;

b.

Polimidi fluworuati li fihom 10 % bil-piż jew aktar ta' fluworu kkombinat;

c.

Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta' 30 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

d.

Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®);

e.

Fluworoelastomeri (eż. Viton ®, Tecnoflon ®);

f.

Politetrafluworoetilen (PTFE)

1A001

I.A1.004

Tagħmir personali għas-sejba ta’ radjazzjoni ta’ oriġini nukleari, minbarra dak speċifikat f’1A004.c., inklużi dożimetri personali.

1A004.c.

I.A1.005

Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu, minbarra dawk speċifikati f’1B225, b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 100 g ta’ fluworu fis-siegħa.

1B225

I.A1.006

Katalizzaturi, minbarra dawk speċifikati f’1A225 jew 1B231, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.

1A225

1B231

I.A1.007

Aluminju u l-legi tiegħu, barra minn dawk speċifikati f'1C002.b.4. jew 1C202.a., f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi:

a.

‘Kapaċi għal’ limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); jew

b.

B’piż li jiflaħ mingħajr ma jinqata’ ta' 415 MPa jew aktar b’293 K (20 °Ċ).

Nota teknika:

Il-frażi ligi ‘kapaċi għal’ tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C002.b.4.

1C202.a.

I.A1.008

Metalli manjetiċi, ta' kull tip u ta' kull forma, minbarra dawk speċifikati f'1C003.a. li jkollhom ‘permeabbiltà inizjali relattiva’ ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0,05 mm u 0,1 mm.

Nota teknika:

Il-kejl tal-‘permeabilità realttiva inizjali’ għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati.

1C003.a.

I.A1.009

‘Materjali fibrużi u bil-filamenti’ jew prepregs, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., 1C010.b., 1C210.a. jew 1C210.b., kif ġej:

a.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ armidi li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ li jaqbeż l-10 × 106 m; jew

2.

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ ogħla minn 17 × 104 m;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom waħda miż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ li jaqbeż it-3,18 × 106 m; jew

2.

‘Reżistenza għat-tensjoni speċifika’ ogħla minn 76.2 × 103 m;

c.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’‘kontinwi li għandhom fihom reżina tat-termoset wiesa’ 15 mm jew inqas (prepregs), magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ minbarra dawk speċifikati f’I.A1.010.a. hawn taħt;

d.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

e.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’ kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

f.

‘Ħjut’, ‘rovings’, ‘irmunkar’ jew ‘rutelli’ kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN);

g.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ para-armidi (Kevlar ® u tipi oħrajn ta’ fibri tat-tip Kevlar ®).

1C010.a.

1C010.b.

1C210.a.

1C210.b.

I.A1.010

Fibri impregnati bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew ‘preformati tal-fibri tal-karbonju’, kif ġej:

a.

Magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ speċifikati f’I.A1.009 hawn fuq;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju li fih ‘matriċi’ tar-reżina tal-epossi (prepregs), speċifikati f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c., għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew għal-laminati, li d-daqs tal-folji inividwali tagħhom ma jeċċedix 50 cm × 90 cm;

c.

Materjal preimprenjat speċifikat f'1C010.a, 1C010.b. jew 1C010.c. meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °Ċ) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ.

1C010

1C210

I.A1.011

Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'‘missili’, barra minn dawk speċifikati f'1C107.

1C107

I.A1.012

Mhux użat.

 

I.A1.013

Tantalu, karbajd tat-tantalu, tungstenu, karbajd tat-tungstenu u ligi tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Forom b'simetrija ċilindrika jew sfera vojta minn ġewwa (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru fuq in-naħa ta' ġewwa bejn 50 mm u 300 mm; u

b.

Massa ta' aktar minn 5 kg.

1C226

I.A1.014

‘Trabijiet elementali’ tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li jkun fihom minn tal-anqas 20 % bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ anqas minn 200 μm.

Nota teknika:

‘Trab elementali’ tfisser trab ta’ purità għolja ta’ element wieħed.

 

I.A1.015

Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5 % bil-piż.

 

I.A1.016

Azzar maraging, minbarra dawk speċifikati f’1C116 jew 1C216.

1.

Il-frażi azzar maraging ‘b'kapaċità’ li tinkludi azzar maraging qabel jew wara li jingħata trattament tas-sħana.

2.

L-azzar maraging huwa tipi ta’ ligi tal-ħadid ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna tal-karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati biex jipproduċu tisħiħ u t-twebbis bl-età tal-liga.

1C116

1C216

I.A1.017

Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej:

a.

Tangstinn u ligi tat-tangstinn, minbarra dawk speċifikati f’1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm (mikrometru) jew inqas b’kontenut ta’ tangstinn ta' 97 % bil-piż jew ikbar;

b.

Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk speċifikati f'1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ molibdenu ta' 97 % bil-piż jew ikbar;

c.

Materjali tat-tangstinn fil-forma solida, minbarra dawk speċifikati f'1C226 b’kompożizzjonijiet materjali kif ġej:

1.

Tangstinn u ligi b’97 % bil-piż jew aktar tangstinn;

2.

Tangstinn infiltrat bir-ram li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn; jew

3.

Tangstinn infiltrat bil-fidda li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn;

1C117

1C226

I.A1.018

Ligi manjetiċi rotob, minbarra dawk speċifikati f’1C003, b’kompożizzjoni kimika kif ġej:

a.

Kontenut ta’ ħadid bejn 30 % u 60 %; u

b.

Kontenut ta’ kobalt bejn 40 % u 60 %.

1C003

I.A1.019

Mhux użat.

 

I.A1.020

Grafit, minbarra dak speċifikat f’0C004 jew 1C107.a., iddisinjat jew speċifikat biex jintuża fil-Magni tal-Fabbriki għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machining).

0C004

1C107a

IPPROĊĊESSAR TA' MATERJALI

I.A2.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A2.001

Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116:

a.

Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 0.1 g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' 'mejda vojta';

b.

Kontrolluri diġitali, ikkombinati ma’ ‘software’ iddisinjat speċjalment għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b’ ‘faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali’ ikbar minn 5 kHz iddisinjati għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.;

Nota teknika:

‘Faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali’ hija ddefinita bħala r-rata massima fejn kontrollur jista’ juża ċikli ta’ kampjuni, ipproċessar ta’ data u trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll.

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b’mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f'a.;

d.

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b’mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati f'a.

Nota teknika:

‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal.

2B116

I.A2.002

Magni tal-għodda, minbarra dawk speċifikati f'2B001.c. jew 2B201.b., għat-tħin b'ppożizzjonar ta' preċizjoni bil-‘kumpens kollu disponibbli’ ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (2) jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari.

2B001.c.

2B201.b.

I.A2.002a

Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati f’ 2B001, 2B201 jew I.A2.002 hawn fuq.

 

I.A2.003

Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni tal-ibbilanċjar, magħmula jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrun/immuntar b’massa ta’ aktar minn 3 kg;

2.

Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi f'veloċità akbar minn 12 500 rpm;

3.

Kapaċi li jirranaġa żbilanċi f'żewġ pjani jew aktar; u

4.

Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g mm għal kull kg ta' massa tal-iskrun;

b.

‘Irjus indikaturi’ ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a hawn fuq.

Nota teknika:

‘Irjus indikaturi’ huma xi drabi magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar.

2B119

I.A2.004

Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

Kapaċi jidħol 0,3 m jew iktar f’ħajt ta’ ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew

b.

Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta' ċella taħraq b'ħajt bi ħxuna ta' 0.3 m jew iktar (funzjoni over-the-wall).

Nota teknika:

Apparat għall-manipulazzjoni mill-bogħod jipprovdi traduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Huma jistgħu jkunu tat-tip ‘prinċipal/sekondarju’ (master/slave) jew mħaddma b’joystick jew tastiera.

2B225

I.A2.005

Fran għat-trattament bis-sħana f’atmosfera kkontrollata jew fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f’temperaturi ta’ aktar minn 400 °C.

Nota:

Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, iddisinjati speċjalment għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali.

2B226

2B227

I.A2.006

Mhux użat.

 

I.A2.007

‘Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku’ (pressure transducers), minbarra dawk iddefiniti f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn ‘Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6)’; kif ukoll

b.

Li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u ‘preċiżjoni’ aħjar minn ± 1 % tal-iskala sħiħa; jew

2.

Skala sħiħa ta’ 200 KPA jew aktar u ‘preċiżjoni’ aħjar minn 2 kPa.

Nota teknika:

Għall-iskopijiet ta' 2B30 ‘preċiżjoni’ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f'temperatura ambjentali.

2B230

I.A2.008

Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kolonni pjanċa, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej:

a.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’;

e.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

f.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

g.

Titanju jew ligi tat-titanju;

h.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew

i.

Azzar ma jsaddadx (stainless steel).

Nota teknika:

‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż.

2B350.e.

I.A2.009

Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej:

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:

a.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’;

e.

Nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

f.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

g.

Titanju jew ligi tat-titanju;

h.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

i.

Karbur tas-silikon;

j.

Karbur tat-titanju; jew

k.

Stainless steel.

Nota:

Din l-annotazzjoni ma tkoprix ir-radjaturi tal-vetturi.

Nota teknika:

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana.

2B350.d.

I.A2.010

Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, adatti għal fluwidi li jnawru, jew pompi tal-vakwu u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

b.

Ċeramiki;

c.

Ferrosilikon;

d.

Fluworopolimeri;

e.

Ħġieġ (inklużi kisjiet vitrifikati jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

f.

Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’;

g.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

h.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

i.

Titanju jew ligi tat-titanju;

j.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

k.

Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju;

l.

Azzar ma jsaddadx (stainless steel);

m.

Ligi ta’ aluminju; jew

n.

Lastku.

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u implimentazzjonijiet oħrajn ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa.

It-terminu ‘lastku’ jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku.

2B350.i.

I.A2.011

‘Separaturi ċentrifugi’, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.c., b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosols u manufatturati minn:

a.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

d.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

e.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

f.

Titanju jew ligi tat-titanju; jew

g.

Żirkonju jew legi taż-żirkonju;

Nota teknika:

‘Separaturi ċentrifugi’ jinkludu r-reċipjenti.

2B352.c.

I.A2.012

Filtri tal-metall miksijin bil-ġir, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.d., magħmulin min-nikil ligi tan-nikil b’aktar minn 40 % ta’ nikil fil-piż.

2B352.d.

I.A2.013

Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, 2B109 jew 2B209 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom.

Nota teknika:

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, magni li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming jitqiesu bħala magni tat-tip flow-forming.

2B009

2B109

2B209

I.A2.014

Tagħmir u reaġenti, minbarra dawk speċifikati f’2B350 jew 2B352, kif ġej:

a.

Kontenituri użati għall-fermentazzjoni (fermenters) li kapaċi jikkultivaw ‘mikro organiżmi’ jew viruses patoġeniċi, jew kapaċi jipproduċu t-tossina, mingħajr il-propagazzjoni ta’ aerosols, u li għandhom kapaċità totali ta’ 10 l jew aktar;

b.

Aġitaturi għal fermenters kif imsemmi fil-paragrafu a. ta' hawn fuq;

Nota Teknika:

Il-fermentaturi jinkludu bioreatturi, kimostati u sistemi ta' fluss kontinwu.

c.

Tagħmir tal-laboratorju kif ġej:

1.

Tagħmir ta' (PCR) reazzjoni katina bil-polymerase

2.

Tagħmir ta' ssekwenzjar ġenetiku

3.

Sintetizzaturi ġenetiċi;

4.

Tagħmir ta' elettroporazzjoni,

5.

Reaġenti speċifiċi assoċjati mat-tagħmir f'I.A2.014.c. numri 1. sa 4. hawn fuq;

d.

Filtri, mikrofiltri, nanofiltri jew ultrafiltri li jintużaw fil-bijoloġija industrijali jew tal-laboratorju għal filtraġġ kontinwu, minbarra filtri ddisinjati jew modifikati speċjalment għal skopijiet mediċi jew għall-produzzjoni ta' ilma ċar u li jistgħu jintużaw fil-qafas ta' proġetti appoġġjati mill-UE jew mill-NU;

e.

Ultraċentrifugi, skrejjen u adapters għal ċentrifugi;

f.

Tagħmir ta' xxuttar bil-friża.

2B350,

2B352

I.A2.015

Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'2B005, 2B105 jew 3B001.d., għad-depożitu ta’ strati metalliċi kif ġej, u komponenti ddisinjati speċjalment u aċċessorji għalih:

a.

Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni kimika tal-fwar (CVD);

b.

Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni fiżika tal-fwar (PVD);

c.

Tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni permezz tat-tisħin induttiv jew bir-reżistenza.

2B005,

2B105,

3B001.d

I.A2.016

Tankijiet jew kontejners miftuħin, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0.5 m3 (500 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li jkunu qegħdin jiġu pproċessati jew miżmuma jkunu magħmula minn kwalunkwe mill-materjali li ġejjin:

a.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

b.

Fluworopolimeri;

c.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ);

d.

Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż;

e.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

f.

Titanju jew ligi tat-titanju;

g.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

h.

Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju;

i.

Azzar ma jsaddadx (stainless steel);

j.

Injam; jew

k.

Lastku.

Nota teknika:

It-terminu ‘lastku’ jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku.

2B350

ELETTRONIKA

I.A3.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A3.001

Provvisti ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5. jew 3A227, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi li kontinwament jipproduċu, għal perijodu ta’ tmien siegħat, 10 kV jew aktar, bi produzzjoni ta’ kurrent ta’ 5 kW jew aktar, bl-isweeping jew mingħajru; u

b.

Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0.1 % fuq perjodu ta' erba’ sigħat.

0B001.j.5.

3A227

I.A3.002

Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g. jew 3A233, li kapaċi jkejlu joni ta’ 200 unit ta’ massa atomika jew iktar u li għandhom riżoluzzjoni li hija aħjar minn 2 partijiet f’200, kif ġej, u sorsi ta’ joni għalihom:

a.

Spettrometri tal-massa tal-plażma akkoppjati b’mod induttiv (ICP/MS);

b.

Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS);

c.

Spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS);

d.

Spettrometri tal-massa tal-bumbardament tal-elettron li għandhom kamra sorġenti mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’ ‘materjali li jirreżistu għas-sadid mill-eżafluworidu tal-uranju UF6’;

e.

Spettrometri tal-massa tad-dija molekulari li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’azzar li ma jsaddadx jew molibdenu u mgħammra b’sifun kiesaħ li kapaċi jkessaħ sa 193 K (-80°) jew inqas; jew

2.

Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’materjali reżistenti għal UF6;

f.

Spettrometri tal-massa mgħammra b’sors tal-joni ta’ ħafna żidiet ta’ fluworin iddisinnjati għal aktinidi jew fluworidi aktinidi.

0B002.g.

3A233

I.A3.003

Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13. jew 3A225, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software ddisinjati speċjalment għalihom:

a.

Produzzjoni tal-multiphase li kapaċi tipprovdi enerġija ta’ 40 W jew akbar;

b.

Kapaċi jaħdem fuq il-medda ta' frekwenza bejn 600 u 2 000  Hz; u

c.

Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1 %.

1.

Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konverturi, inverturi, ġeneraturi, tagħmir tal-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza.

2.

Il-funzjonalità speċifikata f’dan il-punt tista’ tkun sodisfatta b’ċertu tagħmir li jkun jinsab fis-suq bħala: tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza.

0B001.b.13.

3A225

I.A3.004

Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-liegi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal.

 

SENSURI U LEJŻERS

I.A6.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A6.001

Vireg ta’ granat tal-ittriju aluminju (YAG).

 

I.A6.002

Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002 jew 6A004.b. kif ġej:

Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta’ mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe).

6A002

6A004.b.

I.A6.003

Sistemi ta’ korretturi tal-fronti tal-mewġ, minbarra l-mirja speċifikati f’6A004.a., 6A005.e. jew 6A005.f., biex jintużaw f’raġġ tal-lejżer b’dijametru ta’ aktar minn 4mm, u elementi magħmula speċifikament għalihom, inkluż sistemi ta’ kontroll, sensuri ta’ fronti tal-fażi u ‘mirja diformabbli’ inkluż mirja bimorf.

6A004.a.

6A005.e.

6A005.f.

I.A6.004

‘Lejżers’ tal-joni Argon, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005.a.6. u/jew 6A205.a., li għandhom saħħa tal-ħruġ medja daqs jew ikbar minn 5 W.

0B001.g.5.

6A005.a.6.

6A205.a.

I.A6.005

‘Lejżers’ semikondutturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.b., u komponenti tagħhom, kif ġej:

a.

‘Lejżers’ individwali semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100;

b.

Armaturi tal-‘lejżer’ semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 20 W.

1.

‘Lejżers’ semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- ‘lejżer’.

2.

Din l-annotazzjoni ma tkoprix dijodi tal-‘lejżer’ b’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1,2 μm – 2,0 μm.

0B001.g.5.

0B001.h.6.

6A005.b.

I.A6.006

‘Lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli, minbarra dawk speċifikati f'0B001.h.6. jew 6A005.b., ta’ tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta’ armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi li fihom mill-anqas armatura ‘lejżer’ waħda b’semikondutturi sintonizzabbli ta’ dak it-tul ta’ mewġ.

Nota:

‘Lejżers’ semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- ‘lejżer’.

0B001.h.6.

6A005.b.

I.A6.007

‘Lejżers’‘sintonizzabbli’ fi stat solidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.c.1., u komponenti tagħhom iddisinjati għalihom b'mod speċjali, kif ġej:

a.

Lejżers taż-żaffir-titanju,

b.

Lejżers bl-alessandrite.

0B001.g.5.

0B001.h.6.

6A005.c.1.

I.A6.008

‘Lejżers’ (minbarra dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, minbarra dawk speċifikati f’6A005.c.2.b., li għandhom wavelength tal-ħruġ aktar minn 1.0 μm iżda li ma jaqbiżx 1.1 μm u enerġija tal-ħruġ li taqbeż 10 J kull polz.

6A005.c.2.b.

I.A6.009

Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:

a.

Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li jkollhom frekwenza ta’ rikorrenza ta’ 1kHz jew aktar;

b.

Forniment għal frekwenza ta' rikorrenza;

c.

Ċelluli pockels.

6A203.b.4.

I.A6.010

Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, barra minn dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy (silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva.

Nota teknika:

It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon meta tkun esposta għar-radjazzjoni ionizzanti.

6A203.c.

I.A6.011

Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005 u jew 6A205.c., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

b.

Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 10 W iżda mhux aktar minn 30 W;

c.

Rata ta’ ripetizzjoni li taqbeż 1 kHz; u

d.

Wisa’ ta’ impuls ta' inqas minn 100 ns.

Nota:

Dan il-punt ma jkoprix oxxillaturi monomodi.

0B001.g.5.

6A005

6A205.c.

I.A6.012

‘Lejżers’ bl-impulsi tad-dijossidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.h.6., 6A005.d. jew 6A205.d., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 11 μm;

b.

Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz;

c.

Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 100 W iżda mhux aktar minn 500 W; u

d.

Wisa’ ta’ impuls ta' inqas minn 200 ns.

0B001.h.6.

6A005.d.

6A205.d.

NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI

I.A7.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A7.001

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej:

a.

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq ‘inġenji tal-ajru ċivili’ mill-awtoritajiet ċivili ta’ Stat parteċipant fil-Ftehim ta’ Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall- ‘inġenji tal-ajru’, vetturi tal-art, bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ qiegħ il-baħar) jew ‘vetturi tal-ispazju’ għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom:

a.

Żball ta’ navigazzjoni (inerzjali liberu) sussegwenti għall-alinjament normali ta’ 0.8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP) jew anqas (aħjar); jew

b.

Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta’ aċċelerazzjoni lineari li taqbeż 10 g;

2.

Sistemi ta’ Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f’Sistema/i ta’ Satellita Globali ta’ Navigazzjoni (GNSS) jew ma’ Sistema/i ta’ ‘Navigazzjoni b’Referenzi f’Bażi tad-Data’ (Data-Based Referenced Navigation - ‘DBRN’) għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollhom eżattezza ta’ pożizzjoni ta’ navigazzjoni INS wara t-telf ta’ GNSS jew ‘DBRN’ għall-perijodu sa erbà minuti, ta’ inqas minn (aħjar) 10 metri, ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (Circular Error Probable- CEP);

3.

Tagħmir Inerzjali għall-Indikar tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana, b’waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati speċjalment għalih:

a.

Iddisinjat għal preċiżjoni ta’ indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad; jew

b.

Iddisisinjat li jkollu livell ta’ skoss mhux operattiv ta’ mill-inqas 900 g għal tul ta’ mill-inqas millisekonda waħda.

b.

Sistemi ta’ teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali ddisinjat speċjalment għal sondaġġi ta’ użu ċivili u maħsub li jkollu preċiżjoni ta’ Direzzjoni Azimuth, Rotta jew Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad, flimkien mal-komponenti ddisinjati speċjalment għalih.

c.

Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f’7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri jkunu ddisinjati speċjalment u żviluppati bħala sensuri MWD (Measurement While Drilling – Kejl Waqt it-Tħaffir) għal użu f’operazzjonijiet ta’ servizzi tal-bjar.

Nota:

Il-parametri ta’ a.1. u a.2. huma applikabbli għall-kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

1.

Vibrazzjoni każwali tad-dħul b’kobor globali ta’ 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta’ siegħa u nofs għal kull assi f’kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq dan li ġej:

a.

Densità ta’ qawwa kostanti spektrali (PSD) valur ta’ 0.04 g2/Hz fuq intervall ta’ frekwenza ta’ 15 sa 1 000  Hz; u

b.

Il-PSD jonqos bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0.01 g2/Hz, fuq intervall ta’ frekwenza minn 1 000 sa 2 000  Hz;

2.

Rata ta' roll u yaw ugwali għal jew aktar minn + 2,62 radian/s (150 grad/s); jew

3.

Skont l-istandards nazzjonali, ekwivalenti għal 1 jew 2 hawn fuq.

1.

a.2. tirreferi għal sistemi fejn l-INS u għajnuniet ta’ navigazzjoni indipendenti oħrajn jinbnew f’unit uniku (ġo fih) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba.

2.

‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (Circular Error Probable – CEP) - F’distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-radju taċ-ċirku li jkun ta’ 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkun ittieħed, jew ir-radju taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta’ probabbiltà li jiġi lokalizzat.

7A001

7A003

7A101

7A103

AJRUSPAZJU U PROPULSJONI

I.A9.   Prodotti

Nru

Deskrizzjoni

Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.A9.001

Skorfini splussivi.

 

I.A9.002

Magna b'kombustjoni interna (jiġifieri tat-tip pistuni fuq sistema ta' assi jew pistuni ċirkolari), iddisinjati jew modifikati għal ‘inġenji tal-ajru’ bl-iskrejjen jew ‘inġenji tal-ajru eħfef mill-arja’ u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom.

 

I.A9.003

Trakkijiet, minbarra dawk speċifikati f'9A115, b'aktar minn fus motorizzat wieħed u tagħbija li ma taqbiżx il-5 tunnellati.

Nota:

Din l-annotazzjoni tinkludi trejlers ċatti, semitrejlers u trejlers oħrajn.

9A115

B.   SOFTWER

Nru

Deskrizzjoni

Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.B.001

Softwer meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti).

 

C.   TEKNOLOĠIJA

Nru

Deskrizzjoni

Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

I.C.001

Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti).”

 


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1–269)

(2)  Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skont l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2010

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-projbizzjoni mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, ta’ prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira tal-varjetà Candida kkultivata fuq n-alkani

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jistipula r-rekwiżiti ġenerali għas-sikurezza u t-tqegħid fis-suq tal-għalf. B’mod partikolari, fih lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa ristrett jew ipprojbit.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/382/KEE tal-10 ta’ Lulju 1985 li ma tħallix l-użu f’materjal tal-għalf ta’ prodotti tal-proteini miksuba minn fungi Kandida ikkoltivati fuq l-n-alkani (3), jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu fl-għalf ta’ prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira Candida kkultivata fuq n-alkani. Ir-raġuni għal din il-projbizzjoni hija li ċerti varjanti tal-ħmira tal-varjetà Candida kkultivati fuq n-alkani huma patoġeniċi u, f’xi ċirkostanzi, jistgħu jwasslu għal reazzjonijiet ta’ ipersensittività, u għalhekk jippreżentaw perikli potenzjali għas-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin.

(3)

Billi la hemm żviluppi tekniċi ġodda u lanqas evidenza ġdida li tistabbilixxi li l-użu ta’ tali prodotti tal-proteini għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa sikur, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawk il-prodotti għandu jkompli jiġi pprojbit u r-Regolament (KE) Nru 767/2009 għandu jistabbilixxi dik il-projbizzjoni.

(4)

Il-lista tal-materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa pprojbit, li qabel kienet prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (4), kellha tiġi inkluża fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, sabiex jiġu ġġestiti r-riskji għas-sikurezza tal-għalf.

(5)

Il-punti 5 u 6 tal-Kapitolu 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 għandhom jiġu allinjati mad-Deċiżjoni 2004/217/KE.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 85/382/KEE għandha tiġi mħassra.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kapitolu 1 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.

Kull skart miksub mid-diversi fażijiet tat-trattament tal-ilma mormi urban, domestiku u industrijali, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (*) irrispettivament minn jekk ikunx hemm ipproċessar ulterjuri ta’ dak l-iskart u irrispettivament mill-oriġini tal-ilma mormi (**).

6.

Skart solidu urban (***), bħall-iskart tad-djar.

(*)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40."

(**)  Il-frażi ‘ilma mormi’ ma tirreferix għal ‘ilma għall-ipproċessar’, jiġifieri ilma minn kanen indipendenti integrat fl-ikel jew fl-industriji tal-għalf; fejn dawn il-kanen ikunu fornuti bl-ilma, ma jistax jintuża ilma għall-għalf tal-annimali ħlief jekk dan ikun tajjeb għas-saħħa u nadif kif speċifikat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32). Fil-każ tal-industriji tal-ħut, il-kanen ikkonċernati jistgħu jiġu fornuti wkoll b’ilma baħar nadif kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1). L-ilma għall-ipproċessar ma jistax jintuża għan-nutrizzjoni tal-annimali ħlief jekk dan ikun fih għalf u materjal tal-ikel u jkun teknikament ħieles minn aġenti tat-tindif, diżinfettanti u sustanzi oħra mhux awtorizzati mil-leġiżlazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-annimali."

(***)  Il-frażi ‘skart solidu urban’ ma tirreferix għal skart mill-ikel kif definit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002”."

(2)

Għandu jiżdied il-punt 8 li ġej:

“8.

Il-prodotti tal-proteini miksuba minn ħmira tal-varjetà Candida kkultivata fuq n-alkani.”

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 85/382/KEE hija mħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 213,21.7.1982, p. 8.

(3)  ĠU L 217, 14.8.1985, p. 27.

(4)  ĠU L 67, 5.3.2004, p. 31.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 569/2010

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-bejgħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti ta' butir u tat-trab tal-ħalib xkumat provdut fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 u r-Regolament (UE) Nru 447/2010 rispettivament.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(f) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) ta' miżuri ta' intervent fil-forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabbiltà ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2), il-FAEG jiffinanzja l-ispejjeż għall-operazzjonijiet materjali previsti fl-Anness V għar-Regolament imsemmi hawn, abbażi tal-ammonti standard, dejjem jekk l-ispejjeż ma kinux ġew iffissati bil-leġiżlazzjoni applikabbli għas-settur. F'Settembru tal-2009 kienu ġew iffissati u nnotifikati ammonti standard lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2010. Dawn l-ammonti kienu ġew iffissati wara li ġew ikkunsidrati l-ispejjeż tat-tagħbija fuq it-trakkijiet jew il-vaġuni tal-ferrovija, abbażi tar-Regolament applikabbli dakinhar.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3), jipprovdi għall-bejgħ ta' prodotti li ġejjin mill-intervent, ir-regoli marbutin mat-tressiq tal-offerti u l-istadju tal-kunsinna tal-prodotti, kif ukoll l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-aġenziji ta' intervent u mix-xerrejja. Dawn ir-regoli huma applikabbli għas-settur tal-prodotti tal-ħalib mill-1 ta' Marzu 2010. Fil-każ ta' bejgħ ta' butir u tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' sejħa ta' offerti, miftuħa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 447/2010 (5) rispettivament, ir-regoli applikabbli f'dak li jirrigwarda l-ispejjeż huma dawk provduti fir-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Minħabba li l-ammonti standard ġew iffissati u nnotifikati lill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti msemmija hawn, dawn ġew ikkalkulati skont ir-regoli applikabbli qabel l-1 ta' Marzu 2010. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta applikazzjoni uniformi tar-regoli għas-sena finanzjarja kollha tal-2010.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li d-deroga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 tapplika sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2010.

(4)

Din id-deroga għandha tkun applikabbli mis-sejħa għall-offerti individwali li jmiss. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'deroga għall-Artikolu 42(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għandu jiġi offrut prezz f'euro għall-prodott, li jitwassal fuq palits fiż-żona tat-tagħbija fuq il-post tal-ħżin, jew jekk meħtieġ, fuq palits mgħobbija fuq mezz tat-trasport, sew jekk dan ikun trakk u sew jew ikun vagun tal-ferrovija.

2.   B'deroga għall-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, il-prodott għandu jkun disponibbli għall-operaturi fuq palits fiż-żona tat-tagħbija fuq il-post tal-ħżin, jew jekk meħtieġ, fuq palits mgħobbija fuq mezz tat-trasport, sew jekk dan ikun trakk u sew jew ikun vagun tal-ferrovija.

3.   B'deroga għall-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-ispejjeż imġarrba, skont il-każ, għat-trasport tal-prodotti saż-żona tat-tagħbija jew sa ħdejn il-mezz tat-trasport, għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas u kwalunkwe spiża marbuta mat-tagħbija u t-tneħħija minn fuq il-palits għandha titħallas mix-xerrej.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għal sejħiet għall-offerti individwali, provduti fir-Regolament (UE) Nru 446/2010 u r-Regolament (UE) Nru 447/2010 rispettivament, li għalihom jistgħu jitressqu offerti mis-6 ta' Lulju 2010, fil-ħdax (11) (ħin ta' Brussell) sal-21 ta' Settembru 2010 fil-ħdax (11), (ħin ta' Brussell).

Għandu jiskadi fis-30 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(5)  ĠU L 126, 22.5.2010, p.19.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 570/2010

tad-29 ta' Ġunju 2010

li jagħmel l-importazzjonijiet ta' modems bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4) u 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet talba, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, biex tagħmel l-importazzjonijiet ta’ modems bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina suġġetti għal reġistrazzjoni.

A.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(2)

Il-prodott ikkonċernat b'din ir-reġistrazzjoni huwa modem bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) b'antenna tar-radju u li jipprovdi konnettività tad-dejta tal-Protokoll tal-Internet (PI) għat-tagħmir tal-computing u li jinkludi r-routers Wi-Fi li fihom modem WWAN (WWAN/Wi-Fi routers), li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00.

B.   TALBA

(3)

Wara li rċeviet ilment mingħand Option NV (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”), il-Kummissjoni ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment u għalhekk, b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, ħabbret permezz ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (l-“Avviż ta’ Bidu”) il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ modems bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(4)

Rigward il-kwalità għat-tressiq tal-ilment, l-applikant huwa l-produttur uniku tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea, li tirrappreżenta 100 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Rigward id-dumping, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-pajjiż ikkonċernat qed jitqies li huwa pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq. Fl-assenza tal-produzzjoni magħrufa tal-prodott ikkonċernat barra l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż ikkonċernat, il-kwerelant stabbilixxa valur normali għall-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa fil-fatt jew il-prezzijiet li jridu jitħallsu fl-Unjoni għall-prodott simili aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ biex jinkludu marġini ta' qliegħ raġonevoli. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta' ġbir mill-post tal-manifattura) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi l-marġini kkalkulat ta’ dumping huwa sinifikanti għall-pajjiż esportatur ikkonċernat, jiġifieri b'eċċess ta' 150 %.

(6)

L-applikant jitlob ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku ħalli l-miżuri jkunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

C.   IL-BAŻIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(7)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, ma jistgħux jiġu imposti miżuri provviżorji qabel 60 jum mill-bidu. Madankollu, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku, dazju definittiv anti-dumping jista’ jiġi intaxxat fuq prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu jiġu sodisfatti, u l-importazzjonijiet ikunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 14(5). Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, titlob lill-awtoritajiet tad-dwana jieħdu l-passi meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, ħalli l-miżuri jkunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din.

(8)

It-talba fiha biżżejjed evidenza biex ir-reġistrazzjoni tkun iġġustifikata. Dan huwa appoġġjat iktar minn evidenza minn sorsi oħrajn.

(9)

Fir-rigward tad-dumping, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu dumped, u li l-esportaturi jeżerċitaw id-dumping. L-ilment anti-dumping u t-talba għal reġistrazzjoni fihom evidenza fir-rigward ta' prezzijiet ta' esportazzjoni marbuta mal-perjodu mit-tieni kwart tal-2009 sal-ewwel kwart tal-2010. Barra minn hekk, l-ilment fih tagħrif rigward il-prezzijiet ta' esportazzjoni mill-2006 'l hemm. L-evidenza rigward il-valur normali, li tinsab fl-ilment anti-dumping u t-talba għal reġistrazzjoni, f’dan l-istadju u suġġetta għal aktar dejta li tista’ ssir disponibbli matul l-investigazzjoni, fiha dejta dettaljata li tikkonċerna l-prezzijiet domestiċi u l-ispejjeż tal-produzzjoni mill-produttur uniku tal-Unjoni li jkopru l-perjodu mill-2006 sal-ewwel kwart tal-2010. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe pajjiż analogu magħruf li jista' jservi ta' bażi għall-valur normali affidabbli, dan huwa l-aktar tagħrif eżatt u xieraq li jista' jintuża f'dan l-istadju. Din id-data, aġġustata sew għal spejjeż stmati ta’ trasport u spejjeż oħrajn, tidher fil-wiċċ li għandha x’taqsam mal-istess prodott u żmien u l-istess livell ta’ kummerċ, u għalhekk għandha tidher li hija komparabbli fil-wisgħa. Fuq kollox, u meta jitqies l-estent tal-marġini ta’ dumping allegat, din l-evidenza tipprovdi biżżejjed appoġġ f’dan l-istadju li l-esportaturi meqjusa jeżerċitaw id-dumping, u li kien hemm storja ta' dumping fuq perjodu ta' żmien estiż.

(10)

Fir-rigward tal-ħsara, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-prattiki ta’ dumping tal-esportaturi qed joħolqu ħsara materjali jew jistgħu joħolqu ħsara. Din l-evidenza fiha dejta dettaljata, li tinsab fl-ilment dwar l-anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni u appoġġjata minn tagħrif minn sorsi oħrajn, li jikkonċernaw il-fatturi ewlenin ta' ħsara stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-prattiki tal-esportaturi qed joħolqu ħsara jew jistgħu joħolqu ħsara serja. Dan kollu ġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni ta' salvagwardja. Għandu jkun enfasizzat li t-totalità tal-importazzjonijiet tidher li toriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(11)

Il-Kummissjoni għandha wkoll għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie, fl-ilment anti-dumping u t-talba għar-reġistrazzjoni u appoġġjata minn tagħrif minn sorsi oħrajn, li l-importaturi kienu jafu, jew misshom kienu jafu, li l-esportaturi jeżerċitaw dumping dannuż jew li x'aktarx ikun dannuż lill-industrija tal-Unjoni. Bħala eżempju, bosta artikli fl-istampa speċjalizzata matul perjodu ta' żmien estiż jissuġġerixxu li l-industrija tal-Unjoni tista’ tbati ħsara minħabba importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. Barra minn hekk, meta jitqies l-estent tad-dumping li jidher li jista’ jkun qed jiġri, ikun raġjonevoli li jiġi konkluż li l-importaturi jkunu jafu, jew imisshom ikunu jafu, bis-sitwazzjoni.

(12)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha evidenza prima facie li ħsara bħal din qed tiġi kkawżata jew tista' tiġi kkawżata minn importazzjonijiet ddampjati fi kwantità f'relattivament qasir żmien li fid-dawl ta' ħin u ta' volum tal-importazzjonijiet ddampjati u ta' ċirkostanżi oħra (bħad-deterjorazzjoni rapida tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni (2), il-fatt li produttur uniku jeżisti fl-Unjoni, iċ-ċiklu tan-negozjati ta' kuntratti f'dan is-suq, it-tul ta' ħajja relattivament qasira ta' prodotti fis-settur, l-ammont sinifikanti ta' spejjeż għar-Riċerka u l-Iżvilupp li jridu jiġu implimentati biex jiġġenerawhom) għandha mnejn tissottovaluta b'mod serju l-effett rimedjali ta' kwalunkwe dazji anti-dumping definittivi, sakemm dazji bħal dawn ma jiġux applikati retroattivament. L-evidenza fir-rigward ta' dawn iċ-ċirkostanzi tinstab fl-ilment ta' anti-dumping u fit-talba għar-reġistrazzjoni u appoġġjata mit-tagħrif minn sorsi oħra.

(13)

Minħabba f’hekk, il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni f’dan il-każ ġew sodisfatti.

D.   PROĊEDURA

(14)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba tal-applikant fiha biżżejjed evidenza biex l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(15)

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm ikunu għamlu talba bil-miktub u wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

E.   REĠISTRAZZJONI

(16)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom isiru suġġetti għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f’sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, dawk id-dazji, ikunu jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jiġu sodisfatti, jiġu intaxxati retroattivament skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli.

(17)

Kull responsabilità għall-ġejjieni tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjoni anti-dumping. L-allegazzjonijiet fl-ilment li jitlob il-bidu ta’ investigazzjoni jaqbżu l-150 % għad-dumping u l-150 % għad-danni. Jekk l-investigazzjoni tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet, il-miżura għandha taqbeż is-EUR 60 għal kull unità.

F.   L-IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI

(18)

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet Doganali qed jiġu b'dan mitluba, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) 1225/2009, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjoni lejn l-Unjoni ta' modems bla wajers ta' netwerk ta' żona wiesgħa (WWAN) b'antenna tar-radju u li jipprovdu konnettività tad-dejta tal-Protokoll tal-Internet (PI) għat-tagħmir tal-computing u li jinkludu r-routers Wi-Fi li fihom modem WWAN (WWAN/Wi-Fi routers), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00 (kodiċi TARIC 8471800010, 8517620011 u 8517620091). Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, u li jipprovdu evidenza ta' sostenn jew li jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Eżempji ta' din id-deterjorazzjoni rapida jistgħu’ jinstabu fl-ilment li jirrikjedu l-bidu ta' investigazzjoni anti-dumping. Dawn jinkludu iter alia t-tnaqqis bin-nofs tal-produzzjoni, il-multiplikazzjoni b'fattur ta' madwar 4 ta' telf finanzjarju u l-waqgħa ta' madwar 40 % fil-qgħad mill-2008 sal-2009.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 571/2010

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

35,6

MK

43,1

TR

53,0

ZZ

43,9

0707 00 05

MK

45,6

TR

106,1

ZZ

75,9

0709 90 70

TR

105,1

ZZ

105,1

0805 50 10

AR

97,3

TR

97,3

US

84,1

ZA

98,0

ZZ

94,2

0808 10 80

AR

115,9

BR

86,9

CA

118,4

CL

103,1

CN

57,3

NZ

111,2

US

123,9

ZA

100,3

ZZ

102,1

0809 10 00

TR

244,3

ZZ

244,3

0809 20 95

TR

299,6

ZZ

299,6

0809 30

AR

133,5

TR

155,8

ZZ

144,7

0809 40 05

AU

258,9

IL

210,4

US

319,2

ZZ

262,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 572/2010

tad-29 ta’ Ġunju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 161, 29.6.2010, p. 4.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

41,21

0,00

1701 11 90  (1)

41,21

2,54

1701 12 10  (1)

41,21

0,00

1701 12 90  (1)

41,21

2,24

1701 91 00  (2)

44,41

4,15

1701 99 10  (2)

44,41

1,01

1701 99 90  (2)

44,41

1,01

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/41


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA

tat-23 ta’ Ġunju 2010

li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

(2010/362/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sinjuri Josef AZIZI, Valeriu CIUCĂ, Ottó CZÚCZ, Franklin DEHOUSSE, Sten FRIMODT NIELSEN, Marc JAEGER, Küllike JÜRIMÄE, Heikki KANNINEN, Eugénia MARTINS DE NAZARÉ RIBEIRO, Arjen W. H. MEIJ, Savvas S. PAPASAVVAS, Juraj SCHWARCZ, Mihalis VILARAS, u Irena WISZNIEWSKA-BIAŁECKA, imħallfin fil-Qorti Ġenerali, ser jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2010.

(2)

Il-gvernijiet tal-Istati Membri pproponew it-tiġdid tal-mandati ta’ mħallef fil-Qorti Ġenerali tas-Sinjuri Josef AZIZI, Ottó CZÚCZ, Franklin DEHOUSSE, Sten FRIMODT NIELSEN, Marc JAEGER, Küllike JÜRIMÄE, Heikki KANNINEN, Eugénia MARTINS DE NAZARÉ RIBEIRO, Savvas S. PAPASAVVAS, Juraj SCHWARCZ u Irena WISZNIEWSKA-BIAŁECKA. Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza tal-ħdax-il imħallef imsemmi hawn fuq għall-qadi tad-dmirijiet ta’ mħallef fil-Qorti Ġenerali. Il-kandidatura tas-Sur Ottó CZÚCZ ġiet suċċessivament irtirata.

(3)

Jaqbel li wieħed jipproċedi għall-ħatra tal-għaxar membri tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2016; il-ħatra tal-imħallfin għall-erba’ postijiet li jifdal ser isseħħ aktar tard,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma maħtura bħala mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2016:

 

Is-Sur Josef AZIZI

 

Is-Sur Franklin DEHOUSSE

 

Is-Sur Sten FRIMODT NIELSEN

 

Is-Sur Marc JAEGER

 

Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE

 

Is-Sur Heikki KANNINEN

 

Is-Sinjura Eugénia MARTINS DE NAZARÉ RIBEIRO

 

Is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS

 

Is-Sur Juraj SCHWARCZ

 

Is-Sinjura Irena WISZNIEWSKA-BIAŁECKA

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2010.

Il-President

C. BASTARRECHE SAGÜÉS


30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ġunju 2010

dwar ir-rikonoxximent tal-Alġerija rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4226)

(2010/363/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-ittra tat-13 ta’ Mejju 2005 mill-Awtoritajiet Ċiprijotti li fiha qed jitolbu r-rikonoxximent tal-Alġerija sabiex jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż,

Billi:

(1)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japprovaw iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz rilevanti huwa rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala pajjiż li jiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978, kif emendata (il-Konvenzjoni STCW) (2).

(2)

Wara t-talba tal-Awtoritajiet Ċiprijotti, il-Kummissjoni vvalutat l-edukazzjoni marittima, it-taħriġ u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fl-Alġerija sabiex tivverifika jekk dan il-pajjiż jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex ikunu evitati l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjonijiet għat-tfittxija tal-fatti li għamlu l-Esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’Settembru 2006;

(3)

Meta kienu identifikati nuqqasijiet matul il-valutazzjoni ta’ konformità mal-Konvenzjoni STCW, l-Awtoritajiet Alġerini pprovdew lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti mitluba dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex tindirizza l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-kwistjonijiet;

(4)

In-nuqqasijiet li baqa’ rigward it-taħriġ tal-baħħara u l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni jikkonċernaw prinċipalment dispożizzjonijiet legali speċifiċi neqsin rigward l-użu ta’ simulaturi u korrispondenza espliċita bejn id-denominazzjoni taċ-ċertifikati ta’ kompetenza Alġerini u xi rekwiżiti ta’ taħriġ tal-Konvenzjoni STCW u l-Kodiċi assoċjat. Għalhekk l-Awtoritajiet Alġerini kienu mistiedna biex jimplimentaw iktar l-azzjoni korrettiva f’dan ir-rigward. Madanakollu, dawn in-nuqqasijiet ma jqajmux dubji dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tas-sistemi Alġerini rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara mal-Konvenzjoni STCW;

(5)

L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Alġerini juru li l-Alġerija tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ ta’ ċertifikati u għalhekk għandu jkun rikonoxxut mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri (COSS),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Alġerija huwa rikonoxxut rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara, għall-iskop tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tan-notifika tagħha lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


Rettifika

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/43


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2007 tal-20 ta’ Frar 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju (Formi LHS) bħala addittiv tal-għalf

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 63, tal-1 ta’ Marzu 2007 )

F’paġna 3, fl-Anness, fl-aħħar kolonna tat-tabella “Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni”, iż-żewġ dati:

Minflok:

“21.3.2007”;

aqra:

“21.3.2017”.