ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.161.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
29 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/360/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

1

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2010 tat-28 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

2

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2010 tat-28 ta’ Ġunju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

4

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/42/UE tat-28 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) bħala sustanza attiva ( 1 )

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/361/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-Iżrael rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4227)

9

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi ( ĠU L 309, 4.11.2009 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2010/360/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-5 ta’ Mejju 2006 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/426/KE (1).

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lill-Bosnja-Ħerzegovina fir-rigward tal-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-president tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim u li jagħmel din in-notifika:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO LÓPEZ


(1)  ĠU L 169, 22.6.2006, p. 47.

(2)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ġie ppubblikat fil-ĠU L 169, 22.6.2006, p. 48 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


REGOLAMENTI

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 562/2010

tat-28 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

44,4

MK

36,4

TR

53,0

ZZ

44,6

0707 00 05

MK

41,0

TR

118,1

ZZ

79,6

0709 90 70

TR

98,7

ZZ

98,7

0805 50 10

AR

75,8

TR

97,3

US

84,1

ZA

94,4

ZZ

87,9

0808 10 80

AR

109,9

BR

92,1

CA

95,4

CL

94,5

CN

57,9

NZ

114,3

US

114,3

UY

160,6

ZA

91,3

ZZ

103,4

0809 10 00

TR

232,5

ZZ

232,5

0809 20 95

SY

178,6

TR

297,6

US

700,6

ZZ

392,3

0809 30

AR

133,5

TR

158,2

ZZ

145,9

0809 40 05

AU

258,9

EG

218,2

IL

210,4

US

319,2

ZZ

251,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 563/2010

tat-28 ta’ Ġunju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 552/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 157, 24.6.2010, p. 9.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

42,47

0,00

1701 11 90  (1)

42,47

2,16

1701 12 10  (1)

42,47

0,00

1701 12 90  (1)

42,47

1,87

1701 91 00  (2)

44,41

4,15

1701 99 10  (2)

44,41

1,01

1701 99 90  (2)

44,41

1,01

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/42/UE

tat-28 ta’ Ġunju 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fl-24 ta’ Ġunju 2003 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand is-Société occitane de fabrications et de technologies, għall-inklużjoni tas-sustanza attiva FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew żerriegħa tal-fienu mitħuna) fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/131/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li, fil-prinċipju, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dejta u tagħrif tal-Annessi II u III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew evalwati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru maħtur bħala relatur ippreżenta abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni fit-18 ta’ Frar 2005.

(3)

L-abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA) fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA dwar ir-reviżjoni inter pares tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva żerriegħa tal-fienu mitħuna (FEN 560) fit-18 ta’ Diċembru 2009 (3). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fil-11 ta’ Mejju 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna).

(4)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) jiġi inkluż fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għall-obbligi definiti fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Għalhekk jixraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dak li ntqal.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u skont id-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) bħala sustanza attiva sat-30 ta’ April 2011. Sa dik id-data, huma għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari, li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva relatati mal-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) sew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sal-iktar tard il-31 ta’ Ottubru 2010, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I mad-Direttiva dwar il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna). Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2012; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ April 2012 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi relevanti mal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda hi l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 34.

(3)  The EFSA Journal (2010) 8(1):1448, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għas-sustanza attiva żerriegħa tal-fienu mitħuna (FEN 560). doi:10.2903/j.efsa.2010.1448. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda fi tmiem it-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“313

FEN 560 (magħruf ukoll bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna)

Nru tal-CAS

Xejn

Nru tas-CIPAC)

Xejn

Is-sustanza attiva hija preparata miż-żerriegħa mitħuna tat-Trigonella foenum-graecum L. (fienu).

Mhux applikabbli

100 % żerriegħa tal-fienu mitħuna bla ebda addittivi u l-ebda estrazzjoni; iż-żerriegħa hija tajba għall-konsum mill-bniedem.

L-1 ta’ Novembru 2010

Il-31 ta’ Ottubru 2020

PARTI A

Użi bħala stimulant tal-mekkaniżmi ta’ awtodifiża tal-għelejjel biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-FEN 560 (żerriegħa tal-fienu mitħuna) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Mejju 2010.

F’dan l-assessjar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema u l-osservaturi.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju fejn ikun xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ġunju 2010

dwar ir-rikonoxximent tal-Iżrael rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4227)

(2010/361/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-ittra tat-13 ta' Mejju 2005 mill-Awtoritajiet Ċiprijotti li fiha qed jitolbu r-rikonoxximent tal-Iżrael sabiex jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikati ta' kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż,

Billi:

(1)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japprovaw iċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz rilevanti huwa rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala pajjiż li jiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978, kif emendata (il-Konvenzjoni STCW) (2).

(2)

Wara t-talba tal-Awtoritajiet Ċiprijotti, il-Kummissjoni vvalutat l-edukazzjoni marittima, it-taħriġ u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni fl-Iżrael sabiex tivverifika jekk dan il-pajjiż jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex ikunu evitati l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta' spezzjonijiet għat-tfittxija tal-fatti li għamlu l-Esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'Marzu 2007.

(3)

Meta kienu identifikati nuqqasijiet matul il-valutazzjoni ta' konformità mal-Konvenzjoni STCW, l-Awtoritajiet Iżraeljani pprovdew lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti mitluba dwar l-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex tindirizza l-biċċa l-kbira ta' dawn il-kwistjonijiet.

(4)

In-nuqqasijiet li baqa' rigward it-taħriġ tal-baħħara u l-proċeduri ta' ċertifikazzjoni jikkonċernaw prinċipalment dispożizzjonijiet legali neqsin dwar aspetti minuri tat-taħriġ ipprovdut mill-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Marittimu, id-denominazzjoni tal-objettivi rilevanti għall-applikazzjoni tas-Sistema ta' Standards ta' Kwalità u r-rekwiżiti tat-taħriġ dwar tekniki ta' salvataġġ personali u l-użu ta' inġenji ta' salvataġġ. Għalhekk l-Awtoritajiet Iżraeljani kienu mistiedna biex jimplimentaw iktar l-azzjoni korrettiva f'dan ir-rigward. Madanakollu, dawn in-nuqqasijiet ma jqajmux dubji dwar il-livell ġenerali ta' konformità tas-sistemi Iżraeljani rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara mal-Konvenzjoni STCW.

(5)

L-eżitu tal-valutazzjoni ta' konformità u l-evlawazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Iżraeljani juru li l-Iżrael jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ ta' ċertifikati u għalhekk għandu jkun rikonoxxut mill-Unjoni.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iżrael huwa rikonoxxut rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara, għall-iskop tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta' kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tan-notifika tagħha lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


Rettifika

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/11


Rettifika għad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 309 tal-24 ta' Novembru 2009 )

F’paġna 75, Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“2.   Sal-14 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom …”;

aqra:

“2.   Sas-26 ta’ Novembru 2012, l-Istati Membri għandhom …”.

F’paġna 75, Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“3.   Sal-14 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq …”;

aqra:

“3.   Sas-26 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq …”.

F’paġna 75, Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu:

minflok:

“Sal-14 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tressaq …”;

aqra:

“Sas-26 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni għandha tressaq …”.

F’paġna 75, Artikolu 5(2):

minflok:

“2.   Sal-14 ta’ Diċembru 2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu …”;

aqra:

“2.   Sas-26 ta’ Novembru 2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu …”.

F’paġna 76, Artikolu 6(4):

minflok:

“4.   Il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu stabbiliti sal-14 ta’ Diċembru 2015.”;

aqra:

“4.   Il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu stabbiliti sas-26 ta’ Novembru 2015.”.

F’paġna 76, Artikolu 7(3):

minflok:

“… il-Kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa fi żmien sal-14 ta’ Diċembru 2012 …”;

aqra:

“… il-Kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa fi żmien sas-26 ta’ Novembru 2012 …”.

F’paġna 76, Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“2.   Sal-14 ta’ Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jiżguraw …”;

aqra:

“2.   Sas-26 ta’ Novembru 2016, l-Istati Membri għandhom jiżguraw …”.

F’paġna 80, Artikolu 17, it-tieni paragrafu:

minflok:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Diċembru 2012 u …”;

aqra:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Novembru 2012 u …”.

F’paġna 81, Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-14 ta’ Diċembru 2011.”;

aqra:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-26 ta’ Novembru 2011.”.