ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.135.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
2 ta' Ġunju 2010


Werrej

 

I   Atti leġislattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 477/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom

1

 

 

II   Atti mhux leġislattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 478/2010 tal-1 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Spressa delle Giudicarie (DPO)]

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2011 ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi ( 1 )

38

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 482/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

46

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġislattivi

DEĊIŻJONIJIET

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/1


DEĊIŻJONI Nru 477/2010/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Mejju 2010

li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' bhejjem tal-ifrat, mogħoż u ngħaġ u majjali, kif ukoll ta' laħam frisk jew ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (3) pprevediet li għandha titfassal lista tal-pajjiżi jew tal-partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali.

(2)

Għalhekk, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn l-Unjoni ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4). Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin, esklużi l-ekwidi, u għall-importazzjoni ta' laħam frisk ta’ annimali bħal dawn, inklużi l-ekwidi, iżda li teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam. L-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxu wkoll listi ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li minnhom ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom jistgħu jiġu importati lejn l-Unjoni kif ukoll mudelli ta’ ċertifikati veterinarji.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, għadd ta’ rekwiżiti ġodda tas-saħħa tal-annimali u dik pubblika ġew stabbiliti f’atti oħra Komunitarji, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (5), u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin (6), kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (7), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (8), ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (9), u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (10).

(4)

Dawk l-atti Komunitarji jikkostitwixxu qafas regolatorju ġdid f’dan il-qasam u d-Direttiva 72/462/KEE ġiet ukoll mħassra mid-Direttiva 2004/68/KE.

(5)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/68/KE jipprevedi li r-regoli ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont id-deċiżjonijiet adottati għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ laħam u ta’ prodotti tal-laħam skont id-Direttiva 72/462/KEE, inter alia d-Deċiżjoni 79/542/KEE, għandhom jibqgħu fis-seħħ sa meta jiġu ssostitwiti b' miżuri adottati skont il-qafas regolatorju l-ġdid.

(6)

Addizzjonalment, l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tħassar ċerti Direttivi rigward iġene tal-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem (11) jipprevedi li sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jew tad-Direttiva 2002/99/KE, ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tad-Direttiva 72/462/KEE għandhom ikomplu japplikaw.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u ta’ laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (12), fih rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja u dispożizzjonijiet oħra li jieħdu kont tal-qafas regolatorju l-ġdid u li jissosstitwixxu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament, id-Deċiżjoni 79/542/KEE tkun għalhekk skadiet u ma tapplikax aktar.

(8)

Għall-fini taċ-ċarezza u t-trasparenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi mħassra espliċitament b’effett minn dik id-data,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mid-9 ta’ April 2010.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jittieħdu bħala referenzi għar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-19 ta’ Mejju 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2010.

(3)  ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28.

(4)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

(5)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(10)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(12)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 478/2010

tal-1 ta' Ġunju 2010

li jimponi dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Tnedija

(1)

Fit-8 ta’ Settembru 2009, l-Kummissjoni avżat, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea  (2) (avviż ta’ bidu), il-bidu tal-proċediment ta’ kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ), ir-Repubblika tal-Korea (Korea) u t-Tajwan (il-pajjiżi kkonċernati).

(2)

Il-proċediment tnieda b’riżultat ta’ lment li tressaq fis-27 ta’ Lulju 2009 mis-CIRFS — l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Artifiċjali (il-kwerelant) f’isem il-produtturi ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 60 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-imsemmi prodott u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikata it-tnedija ta’ investigazzjoni.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti tal-Unjoni, lill-produtturi oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti, lill-partijiet oħra magћrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(4)

Il-kwerelant, produtturi oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan, l-importaturi u l-utenti taw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi, ġie previst it-teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ u l-Korea u l-importaturi tal-Unjoni ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009).

(6)

Kif spjegat fil-premessi 22 sa 27 iktar ‘il quddiem, ħdax-il produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f’kampjun. Fir-rigward tal-Korea, erba’ produtturi esportaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun.

(7)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ jew gruppi ta’ kumpaniji relatati li għandhom l-ikbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tagħhom u l-awtoritajiet tar-RPĊ, kienu kkonsultati u qablu dwar l-għażla tal-kampjun.

(8)

Fil-każ tal-Korea erba’ produtturi esportaturi biss ipprovdew l-informazzjoni mitluba għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni. Minħabba l-għadd baxx ta’ produtturi esportaturi li wrew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx neċessarju.

(9)

Sabiex tippermetti lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ jressqu lment dwar it-trattament tal-ekonomija tas-suq (TES) jew it-trattament individwali (TI), jekk din kienet ix-xewqa tagħhom, il-Kummissjoni bagħtet formoli tal-ilmenti lill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ u lill-produtturi esportaturi li talbu dawn il-formoli bl-intenzjoni li japplikaw għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lil-dawk li għamlu l-ilment. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu.

(11)

Żewġ produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun għax ma ssodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku talbu marġni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu ġie kkunsidrat li eżami individwali tal-produtturi esportaturi kkonċernati, seta’ jwassal għal żjarat addizzjonali fuq il-post u analiżijiet speċifiċi, u għaldaqstant seta’ jkun ta’ piż mhux xieraq u seta’ jevita t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni. Għalhekk, ġie konkluż provviżjorjament li t-talba għal eżaminar individwali tal- produtturi imsemmija esportatur ma setgħetx tkun aċċettata.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom sa qabel l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta’ bidu, jiġifieri lil erba’ produtturi tal-Unjoni, għaxar importaturi kif ukoll 68 utent.

(13)

Waslu risposti mill-produtturi tal-Unjoni li għamlu l-ilment u produttur addizzjonali wieħed tal-Unjoni li ta sostenn lil din l-investigazzjoni, żewġ importaturi mhux relatati u 33 utent.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni:

Brilen SA, Barbastro, Spanja,

Performance Fibers, Bascharage, il-Lussemburgu u l-kumpaniji relatati tagħha Performance Fibers Longlaville, Longwy, Franza; Performance Fibers GmbH, Bad Hersfeld il-Ġermanja; Performance Fibers, Bobingen, il-Ġermanja; Performance Fibers, Guben, il-Ġermanja,

Polyester High Performance, Wuppertal, il-Ġermanja,

Sioen, Mouscron, il-Belġju.

 

Importaturi fl-Unjoni:

Protex Advanced Textiles GmbH, Rosendahl, il-Ġermanja.

 

Utenti fl-Unjoni:

Autoliv Romania SA, Brasov, ir-Rumanija,

Guth & Wolf GmbH, Gütersloh, il-Ġermanja,

Michelin, Clermont Ferrand, Franza,

Mitas AS, Praga, ir-Repubblika Ċeka.

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd., Shaoxing,

Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd, Haining,

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd, Huzhou.

 

Produtturi esportaturi fil-Korea:

Hyosung Corporation, Seoul,

Kolon Industries Inc, Seoul,

KP Chemtech Corporation, Ulsan,

Samyang Corporation, Seoul.

 

Produtturi esportaturi fit-Tajwan:

Far Eastern Textiles Co., Ltd, Taipei,

Shinkong Corporation, Tapei.

 

Importaturi relatati fl-Unjoni:

Hyosung Lussemburgu S.A, Lussemburgu.

 

Produtturi f’pajjiż analogu:

Performance Fibers, Inc. and Performance Fibers Operations, Inc., Richmond, USA.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar tal-2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu kkunsidrat).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludi monofilament ta’ anqas minn 67 decitex u li joriġina mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan (‘il-prodott ikkonċernat’ jew HTY), li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00.

(17)

Il-prodott ikkonċernat għandu proprjetajiet eċċezzjonali u jintuża għal għadd ta’ applikazzjonijiet diversi bħal tisħiħ tat-tajer, diversi materjali, conveyor belts, ħbula taċ-ċinturin tas-sikurezza, nets u prodotti ġeosintetiċi.

(18)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, ċerti partijiet qalu li l-ħjut użati fil-produzzjoni tat-tajers, imsejjaħ ħajt “High Modulus Low Shrinkage” (HMLS), għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma qalu li l-HMLS għandhom karatteristiċi u applikazzjonijiet differenti meta mqabbla ma’ HTY oħra.

(19)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li, għalkemm il-ħjut HMLS għandhom karatteristiċi distintivi meta mqabbla ma’ HTY oħra, (eżempju, modulus, tnaqqis, reżistenza tal-materjal u reżistenza għar-reħja), it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed u uniku.

2.2.   Il-prodott simili

(20)

Il-prodott esportat lill-Unjoni mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan, u l-prodott prodott u mibjugħ domestikament fil-Korea u t-Tajwan kif ukoll fir-RPĊ mill-produttur esportatur Ċiniż li ngħata t-TES u dak ukoll immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni minn produtturi tal-Unjoni instab li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użu. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

3.1.   Teħid ta’ kampjuni tal-importaturi

(21)

Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi identifikati mill-ilment, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara l-eżami tal-informazzjoni ppreżentata, u meta wieħed jikkunsidra l-għadd baxx importaturi li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, kien deċiż li ma kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni.

3.2.   It-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(22)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(23)

Sabiex il-Kummissjoni titħalla tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ intalbu jippreżentaw irwieħhom sa 15-il ġurnata mid-data ta’ bidu tal-investigazzjoni u jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku tagħhom, l-attivitajiet preċiżi tagħhom fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati tagħhom kollha involuti fil-produzzjoni u/jew li jbiegħu l-prodott ikkonċernat.

(24)

L-awtoritajiet tar-RPĊ u l-assoċjazzjoni tal-produtturi, jiġifieri l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni tat-Tessuti, ġew ukoll ikkonsultati għall-għażla ta’ kampjun rappreżentattiv.

3.2.1.   Għażla minn qabel ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw

(25)

Bħala total, ħdax-il produttur esportatur, inklużi gruppi ta’ kumpaniji relatati fir-RPĊ, ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita fl-avviż ta’ bidu. Kollha kemm huma rrappurtaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul il-PI u esprimew xewqa li jipparteċipaw fil-kampjun. Għalhekk, dawn il-ħdax-il produttur esportatur ġew ikkunsidrati li jikkooperaw fl-investigazzjoni preżenti (il-produtturi esportaturi li kkopperaw).

(26)

Produtturi esportaturi li ma ppreżentawx irwieħhom sal-iskadenza msemmija jew li ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba fil-ħin, kienu kkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. It-tqabbil bejn dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat u l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat irrappurtat għall-PI mill-kumpaniji msemmija fil-premessa 25 jissuġġerixxi li l-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kien għoli ħafna kif imsemmi fil-premessa 73 iktar ‘il quddiem.

3.2.2.   Għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ

(27)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-HTY lill-Unjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn tliet kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji relatati, li jirrappreżentaw aktar minn 65 % tal-volum totali ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kkonċernati kollha, kif ukoll l-assoċjazzjoni tagħhom u l-awtoritajiet tar-RPĊ, kienu kkonsultati u qablu fuq l-għażla tal-kampjun.

3.3.   L-eżaminar individwali

(28)

Żewġ produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun minħabba li ma ssodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku talbu li marġni individwali ta’ dumping tiġi stabbilita skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(29)

Kif imsemmi fil-premessa 27 hawn fuq, il-kampjun kien limitat għal għadd raġonevoli ta’ kumpaniji li jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-kumpaniji investigati għall-iskop tal-investigazzjoni tad-dumping għall-pajjiżi kkonċernati huma elenkati fil-premessa 14 hawn fuq. Minħabba l-għadd ta’ żjarat tal-verifika li għandhom isiru fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji, li fil-każ tar-RPĊ li tinkorpora l-verifika ta’ talbiet ta’ TES u risposti għall-kwestjonarji ta’ kontra d-dumping, kien ikkunsidrat li eżaminar individwali jkun ta’ piż żejjed u mhux ġustifikat u li jimpedixxi t-twettiq f’waqtu tal-investigazzjoni.

(30)

Għalhekk, kien konkluż provviżjorjament li ż-żewġ talbiet għal eżaminar individwali ma setgħux ikunu aċċettati..

4.   ID-DUMPING

4.1.   Metodoloġija ġenerali

(31)

Il-metodoloġija ġenerali stipulata minn hawn ‘il quddiem ġiet applikata għall-produtturi esportaturi kollha fil-Korea, t-Tajwan, kif ukoll għall-produttur esportatur fir-RPĊ li ngħatalhom TES u, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-kunċett ta’ pajjiż analogu, ukoll għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun fir-RPĊ li ma ngħatawx it-TES. Il-preżentazzjoni tat-tisjib dwar id-dumping għal kull pajjiż ikkonċernat b’din l-investigazzjoni għaldaqstant tiddeskrivi biss dak li hu speċifiku għal kull pajjiz.

4.1.1.   Valur normali

(32)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti minn kull produttur esportatur kienx rappreżentattiv, jiġifieri. jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn l-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa b’mod domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv globali, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(34)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi kkonċernati fis-suq domestiku, li nstab li hu komparabbli direttament mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott kumparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(35)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull kumpanija jistax ikun kkunsidrat bħala magħmul fl-andament ordinarju ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ ta’ kull tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti.

(36)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju b’piż differenzjat kien daqs jew iktar mill-ispiża unitarja, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, kien ikkalkulat bħala l-piż medju tal-prezzijiet kollha tal-bejgħ domestiku tat-tip inkwistjoni.

(37)

Meta l-volum ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 %, jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip ta’ prodott, jew meta l-prezz medju b’piż differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju b’piż differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip inkwisjoni..

(38)

Fejn it-tipi tal-prodotti kienu nbiegħu kollha b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ.

(39)

Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni użat valur normali maħdum, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(40)

Biex taħdem il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) li jsiru tal-bejgħ u l-qligħ medju b’piż differenzjat realizzat minn kull produttur esportatur ikkonċernat li qed jikkoopera fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, żdiedu mal-ispejjeż medji tagħhom tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fejn meħtieġ, l-ispejjeż irrappurtati tal-produzzjoni u tal-SG&A ġew aġġustati, qabel ma ntużaw f’sitwazzjoni normali ta’ test ta’ kummerċ u biex jinħadmu l-valuri normali.

4.1.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(41)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni mħallsa realment jew li għandhom jitħallsu.

(42)

Fil-każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur relatat, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati inbiegħu l-ewwel mill-ġdid lil konsumaturi indipendenti. F’dawn il-każijiet, saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi dazji u taxxi, kif ukoll marġni raġonevoli għal SG&A u l-qligħ. L-ispejjeż tal-SG&A tal-importatur relatat stess intużaw u marġni ta’ qligħ raġonevoli ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ dak li nstab fl-investigazzjoni li kien inkiseb mill-importatur indipendenti tal-prodott ikkonċernat.

4.1.3.   Tqabbil

(43)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(44)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u mirfuda minn xhieda vverifikata.

4.1.4.   Marġni tad-dumping

(45)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għal kull produttur esportatur li kkoopera kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-valur normali medju b’piż differenzjat mal-prezz tal-esportazzjoni medju b’piż differenzjat.

4.2.   Ir-RPĊ

4.2.1.   Valutazzjoni ta’ TES

(46)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet ta’ kontra d-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, valur normali għandu jkun determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fil-qosor, u biss biex ir-referenza tkun eħfef, dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-swieq u mingħajr interferenza sinifikanti min-naħa tal-Istat; l-ispejjeż tal-materjal ewlieni użat fil-produzzjoni jirriflettu sostanzjalment l-valuri tas-suq;

(2)

L-azjendi jkollhom sett wieħed u ċar ta’ reġistrazzjonijiet bażiċi tal-kontabilità li jiġu vverifikati indipendentement skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)u jiġu applikati għall-għanijiet kollha;

(3)

Ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali;

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rata tas-suq.

(48)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun talbu t-TES u wieġbu għall-formola tal-ilment tat-TES fid-dati ta’ skadenza stabbiliti. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni pprovduta fil-formoli ta’ talbiet u l-informazzjoni l-oħra kollha meqjusa neċessarja fl-istabbilimenti tal-kumpaniji inkwistjoni.

(49)

Il-verifika stabbiliet li żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku biex jingħataw TES.

(50)

B’mod partikolari, produttur esportatur fil-kampjun ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterji 1 sa 3. L-ewwel, dan ma setax juri li d-deċiżjonijiet tiegħu saru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat minħabba li stab li jeżistu restrizzjonijiet fl-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu, bħall-obbligu li jbiegħ ċertu ammont tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku. It-tieni, dan ma wriex li r-rekords ta’ kontabilità tiegħu kienu verifikati skont l-IAS. L-investigazzjoni semmiet għadd ta’ inkonsistenzi u nuqqasijiet fil-kontijiet tal-applikant, u investigat għadd ta’ ksur tal-prinċipji tal-IAS. Fl-aħħar nett, tagħwiġ li ġej mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq kien osservat fil-forma ta’ evalwazzjonijiet mhux xierqa ta’ dritt għall-użu tal-art.

(51)

Il-produttur esportatur l-ieħor fil-kampjun ma setax juri li ssodisfa l-kriterji 1 u 3. Dan ma setax juri li d-deċiżjonijiet tiegħu ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat minħabba li nstab li jeżistu restrizzjonijiet fl-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu, simili għal dawk identifikati fil-premessa 50 hawn fuq, u wkoll minkejja ċ-ċertifikazzjoni tal-Istat, parti mill-kapital tiegħu instab li ma ġiex ikkontribwit. Tagħwiġ li ġej mis-sistema ta’ qabel li mhix ta’ ekonomija tas-suq kien osservat wkoll fil-forma ta’ evalwazzjonijiet mhux xierqa ta’ dritt għall-użu tal-art.

(52)

Produttur esportatur fil-kampjun wera li huwa ssodisfa l-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u setgħu jingħataw TES.

4.2.2.   It-Trattament individwali (TI)

(53)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq skala nazzjonali, jekk jeżisti, għandu jkun stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku biex jingħataw IT.

(54)

Fil-qosor, u għal referenza aktar faċli biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

(1)

Fil-każ ta’ kumpaniji jew impriżi konġunti totalment jew parzjalment f’idejn barranin, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-qligħ;

(2)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament;

(3)

Il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fuq il-bord tad-diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet ta’ maniġment ewlenin għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed minn indħil mill-Istat;

(4)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rata tas-suq; u wkoll

(5)

L-indħil mill-Istat mhux tali li jkun possibbli li l-esportaturi individwali ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti tad-dazju.

(55)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun li ma ssodisfawx il-kriterji għal MET talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatawx MET.

(56)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, kien stabbilit proviżjorjament li ż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ li ġejjin li kienu inklużi fil-kampjun jissodisfaw il-kriterji kollha għal TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku:

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd,

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd.

4.2.3.   Il-pajjiż analogu

(57)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, f’ekonomiji fi tranżizzjoni l-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew valur kostrutt f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”).

(58)

Fl-avviż ta’ bidu l-Istati Uniti tal-Amerika ġiet proposta bħala pajjiż analogu xieraq għall-iskop li jiġi stabbilit valur normali fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati kollha biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq din il-proposta.

(59)

Għadd kbir ta’ partijiet oġġezzjonaw għal din il-proposta u ssuġġerew l-użu tat-Tajwan jew il-Korea minħabba li huma qalu li dawn il-pajjiżi kienu aktar xierqa. L-argumenti rilevanti li tressqu kienu:

(a)

Il-proċessi tal-produzzjoni u tal-ispejjeż tal-Istati Uniti tal-Amerika jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tar-RPĊ minħabba li l-makkinarju użat fl-Istati Uniti tal-Amerika huwa antik u m’għadux jintuża filwaqt li t-tagħmir użat mill-maġġoranza tal-produtturi Ċiniżi huwa modern u bbażat fuq l-aktar teknoloġija riċenti. Ħafna mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, tat-Tajwan u tal-Korea jużaw it-teknoloġija riċenti ta’ produzzjoni ta’ stadju wieħed li tagħmilhom aktar effiċjenti mill-kontrapartijiet tagħhom tal-Istati Uniti.

(b)

Il-fatt li l-esportaturi tat-Tajwan u tal-Korea kienu allegati li kienu qed iwettqu d-dumping mhux rilevanti għall-iskop li jintgħażel pajjiż analogu xieraq.

(c)

Il-kwerelanti għandhom kumpaniji relatati fl-Istati Uniti tal-Amerika u ma jkunx xieraq li l-valur normali jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-kumpaniji relatati;

(d)

Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika huma differenti minn dawk li jeżistu fir-RPĊ. Is-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika huwa prattikkament monopolizzat minn produttur wieħed filwaqt li t-Tajwan u l-Korea għandhom għadd kbir ta’ produtturi domestiċi kif inhu l-każ fir-RPĊ.

(60)

Il-Kummissjoni eżaminat il-kummenti t’hawn fuq u kkunsidrat li dawn kienu validi b’mod ġenerali safejn jikkonċernaw l-għażla tal-pajjiż analogu. Saret aktar investigazzjoni dwar jekk it-Tajwan jew il-Korea jikkwalifikawx bħala ekonomija ta’ suq possibbli ta’ pajjiż terz għall-iskop li jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ.

(61)

L-investigazzjoni wriet b’mod partikolari li t-Tajwan kellha grad ogħla ta’ tqabbil ta’ prodotti finali mar-RPĊ. Ġie nnotat li l-produtturi esportaturi fit-Tajwan huma wkoll preżenti fir-RPĊ ma’ produtturi relatati u li dawn bażikament jaħdmu taħt kundizzjonijiet simili fiż-żewġ pajjiżi.

(62)

Abbażi ta’ dan, ġie kkunsidrat li hu aktar xieraq li t-Tajwan jintuża bħala l-pajjiż analogu biex jistabbilixxi l-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(63)

Wara li t-Tajwan intgħażel bħala l-pajjiż analogu, il-valur normali ġie kkalkolat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi esportaturi tat-Tajwan li kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni. Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fuq bejgħ li sar fis-suq domestiku tat-Tajwan għal tipi ta’ prodotti komparabbli, jekk dawn jinstabu li jsiru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Dan kien il-każ għal għadd ta’ tipi ta’ prodotti esportati.

4.2.4.   Valur normali

4.2.4.1.   Produttur esportatur fil-kampjun li ngħata t-TES

(64)

Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur fil-kampjun li ngħata t-TES instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tar-RPĊ, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(65)

Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem kif stipulat fil-premessa 40 hawn fuq.

4.2.4.2.   Produtturi esportaturi fil-kampjun li ma ngħatawx t-TES

(66)

Kif imsemmi fil-premessi 57 sa 63 hawn fuq, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES irid jiġi stabbilit abbażi tal-prezz jew valur maħdum f’ekonomija tas-suq ta’ pajjiż terz, fil-każ tat-Tajwan.

(67)

Għat-tipi ta’ prodotti esportati l-oħrajn, li jew ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ fit-Tajwan jew ma kinux inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produtturi tat-Tajwan fis-suq domestiku tagħhom, kellu jinħadem il-valur normali. Il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq.

4.2.5.   Il-Prezz tal-Esportazzjoni

(68)

Il-bejgħ kollu tal-prodotti kkonċernat li sar minn tliet produtturi esportaturi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni, saru direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

4.2.6.   Tqabbil

(69)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, skonti, rifużjonijiet u tassazzjoni indiretta lill-produtturi esportatuti kollha investigati.

4.2.7.   Il-marġnijiet ta’ dumping

4.2.7.1.   Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun

(70)

Gћall-kumpaniji fil-kampjun, il-valur normali medju b’piż differenzjat ta’ kull tip tal-prodott tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju b’piż differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(71)

Fuq din il-bażi, il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping provviżorju mfisser bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping provviżorju

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd

9,3  %

Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd

0

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd

7,7  %

4.2.7.2.   Għall-produtturi esportaturi oħrajn li kkooperaw

(72)

Il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Din il-marġni ġiet stabbilita abbażi tal-marġnijiet stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, irrilevanti mill-marġni tal-produttur esportatur b’marġni ta’ dumping żero. Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping ikkalkulat għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inkluzi fil-kampjun kien stabbilit proviżorjament għal 8,9 %.

(73)

Fir-rigward tal-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet livell ta’ kooperazzjoni. Sar tqabbil magħmul bejn il-kwantitajiet ta’ esportazzjoni totali indikati fir-risposti ta’ teħid ta’ kampjuni li waslu mill-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw u l-importazzjonijiet totali mir-RPĊ kif jirriżulta mill-istatistiċi ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Instab li l-perċentwal tal-kooperazzjoni kien ta’ 100 %. Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ kooperazzjoni kien meqjus bħala għoli, u għaldaqstant, kien meqjus xieraq li jiġi stabbilit marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fuq l-ogħla livell tal-marġni tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturifil-kampjun.

(74)

Fuq din il-bażi, il-livell nazzjonali ta’ dumping kien stabbilit provviżorjament għal 9,3 %.

4.3.   Il-Korea

4.3.1.   Valur normali

(75)

Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għal esportazzjoni fl-Unjoni mill-erba’ kumpaniji investigati instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tal-Korea, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(76)

Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem. L-erba’ kumpaniji investigati kollha kellhom bejgħ domestiku ta’ ċerti tipi ta’ prodotti li ma kinux saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. F’dawn il-każijiet, il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq.

4.3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(77)

Parti mill-bejgħ ta’ esportazzjoni ta’ produttur esportatur wieħed saru direttament lil importatur relatat fl-Unjoni Konsegwentement, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet li bihom il-prodotti reġgħu inbiegħu l-ewwel lil xerrej indipendenti u skont il-metodoloġija deskritta fil-premessa 42 hawn fuq.

(78)

L-esportazzjonijiet li kien fadal tal-prodott ikkonċernat tal-imsemmi produttur esportatur u l-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi l-oħra sar direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għal dan il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jiġu mħallsa.

4.3.3.   Tqabbil

(79)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq dan il-bażi, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, lill-produtturi espotaturi investigati kollha.

(80)

L-erba’ kumpaniji investigati talbu aġġustament tar-rifużjoni ta’ dazju skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għar-raġunijiet li ħlasijiet tal-importazzjoni kienu allegatament imħallsa mill-prodott simili meta kien maħsub għall-konsum fil-pajjiż esportatur iżda kienu tħallsu lura jew ma tħallsux meta l-prodott kien mibjugħ għal esportazzjoni lill-Unjoni.

(81)

It-talba tqieset bħala waħda bla bażi minħabba li l-erba’ kumpaniji kollha naqsu milli juru li l-ħlasijiet ta’ importazzjoni mogħtija lura lill-kumpaniji kienu konnessi mal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

4.3.4.   Il-marġnijiet ta’ dumping

(82)

Kif previst bl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija l-valur normali medju b’piż differenzjat stabbilit għal kull tip ta’ prodott tqabbel mal-medja b’piż ddiferenzjat tal-prezz ta’ esportazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott korrispondenti.

(83)

Abbażi ta’ dan, l-marġnijiet tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, tal-produtturi esportaturi kollha kkonċernati fil-Korea instabu li kienu taħt il-livell de minimis ta’ 2 % fis-sens tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

(84)

Għandu jiġi nnotat li l-erba’ produtturi esportaturi Koeani jirrappreżentaw l-esportazzjoni kollha li toriġina f’dan il-pajjiż meta mqabbla mad-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea ma kinitx garantita.

(85)

Jekk dawn ir-riżultati jiġu kkonfermati b’aktar investigazzjoni, il-proċediment għandu jintemm fir-rigward tal-Korea.

4.4.   It-Tajwan

4.4.1.   Valur normali

(86)

Il-maġġoranza ta’ bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għal esportazzjoni fl-Unjoni miż-żewġ kumpaniji investigati instab li saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwalment imħallsa jew li jitħallsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku tat-Tajwan, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(87)

Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem. Iż-żewġ kumpaniji investigati kellhom bejgħ domestiku ta’ ċerti tipi ta’ prodotti li ma kinux saru fi kwantitajiet rappreżentattivi u f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. F’dawn il-każijiet il-valur normali nħadem fuq il-bażi stipulata fil-premessa 40 hawn fuq.

4.4.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(88)

Il-bejgħ kollu tal-prodotti kkonċernat li sar miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni, saru direttament lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jiġu mħallsa.

4.4.3.   Tqabbil

(89)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq dan il-bażi, ingħataw aġġustamenti, fejn applikabbli u ġġustifikati, għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, trasport ta’ merkanzija bil-baħar u spejjeż tal-assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, kummissjonijiet, skonti u tnaqqis fil-prezz, lill-produtturi espotaturi investigati kollha.

4.4.4.   Il-marġnijiet ta’ dumping

(90)

Kif previst bl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, għal kull kumpanija l-valur normali medju b’piż differenzjat stabbilit għal kull tip ta’ prodott tqabbel mal-medja ddiferenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni ta’ kull tip ta’ prodott korrispondenti.

(91)

Abbażi ta’ dan, l-marġnijiet tad-dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu kif ġejjin:

Far Eastern Textiles Co., Ltd

3,9 %,

Shinkong Corporation

de minimis

(92)

Fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan, għandu jiġi nnotat li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw l-esportazzjoni kollha li toriġina f’dan il-pajjiż meta mqabbla mad-dejta ta’ importazzjoni tal-Eurostat. Ġiet stabbilita marġni ta’ dumping nazzjonali għat-Tajwan. Dan il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu nstab li kien taħt il-livell de minimis ta’ 2 % stipulata fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan ma kinitx garantita.

(93)

Jekk dawn ir-riżultati jiġu kkonfermati b’aktar investigazzjoni, il-proċediment għandu jintemm fir-rigward tat-Tajwan.

5.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

5.1.   Produzzjoni tal-Unjoni

(94)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(95)

Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li tkun madwar 121 000 tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont kien jinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom u l-produzzjoni stmata ta’ produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment (produtturi siekta). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni. Il-produtturi siekta jirrappreżentaw madwar 22 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. L-ebda produttur magħruf tal-Unjoni ma kien newtrali jew oppona għat-tnedija ta’ din l-investigazzjoni.

(96)

L-ammont tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li appoġġjaw l-ilment kien ta’ 94 000 tunnellata fil-PI, għalhekk jirrappreżenta madwar 78 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni.

5.2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(97)

Kif imsemmi fil-premessa 96 hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni li appoġġjaw l-ilment u qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni rrappreżentaw madwar 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Dawn il-produtturi huma għaldaqstant meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

6.   ID-DANNU

6.1.   Konsum tal-Unjoni

(98)

Il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħud minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi siekta.

(99)

Kif imsemmi skont il-premessa 95 hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar il-produtturi siekta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tal-HTY matul il-perjodu kkunsidrat, minflok intużat id-dejta pprovduta fl-ilment li tappartjeni lil dawn il-produtturi.

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

2005

2006

2007

2008

PI

Tunnellati

221 277

233 969

265 826

241 258

205 912

Indiċi

100

106

120

109

93

Sors: Eurostat, id-dejta mogħtija fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(100)

B’kollox, il-konsum tal-Unjoni tul il-perjodu meqjus naqas b’7 %. Instab li l-konsum l-ewwel żdied bi 20 % bejn l-2005 u l-2007, li wara naqas b’22 % bejn l-2007 u l-PI, it-tnaqqis fir-ritmu tal-konsum fl-2008 u l-PI kien ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa, speċjalment fit-tieni nofs tal-2008, minħabba l-kriżi ekonomika.

6.2.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati

6.2.1.   L-evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijietmill-pajjiżi kkonċernati

(101)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(102)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Korea, kif imsemmi hawn fuq, ġie evalwat b’mod provviżorju li kemm l-importazzjonijiet tat-Tajwan u tal-Korea ma sarux bi prezzijiet ta’ dumping matul il-PI.

(103)

Għaldaqstant ġie konkluż b’mod provviżorju li l-effett ta’ importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan m’għandux ikun kumulat b’importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

6.2.2.   L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

(104)

Għandu jkun osservat li produttur esportatur wieħed fir-RPĊ inkluż fil-kampjun ma nstabx li kellu l-prodotti tiegħu bi prezz ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Skont dan, l-esportazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu esklużi mill-analiżi li tikkonċerna l-iżvilupp ta’ importazzjonijiet bi prezz ta’ dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni.

(105)

Madankollu, sabiex tkun evitata kwalunkwe possibbiltà ta’ żvelar ta’ dejta ta’ negozju delikata tal-imsemmi produttur, kien ikkunsidrat xieraq għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità li ma tiġix eskluża dejta tal-esportatur li ma nstabx li kellu prodotti bi prezz ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni mid-dejta pubblikament disponibbli hawn taħt, bħal Eurostat.

(106)

L-ewwel tabella hawn taħt, għalhekk, tinkludi l-importazzjonijiet kollha tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ filwaqt li t-tieni tabella turi d-dejta fil-forma ta’ indiċi li tirrigwarda l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 2a

Total tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

2005

2006

2007

2008

PI

Volumi (tunnellati)

16 200

23 776

42 249

51 406

48 683

Indiċi

100

147

261

317

301

Sehem tas-suq

7,3  %

10,2  %

15,9  %

21,3  %

23,6  %

Indiċi

100

139

217

291

323

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

1 871

1 622

1 522

1 571

1 548

Indiċi

100

87

81

84

83

Sors: Eurostat.

(107)

L-ammont ta’ importazzjonijiet totali mir-RPĊ żdied b’mod drammatiku bi tliet darbiet aktar matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li fl-istess ħin il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni naqsu bi 17 %. B’riżultat ta’ dan, is-sehem tagħhom fis-suq żdied b’mod sinifikanti minn 7,3 % fl-2005 għal 23,6 % fil-PI. L-investigazzjoni wriet li anki fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI, meta l-konsum naqas bi 22 %, l-ammont ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi 15 %, li jwassal għal żieda ta’ 7,7 punti perċentwali fis-sehem tas-suq tagħhom.

6.2.2.1.   L-ammont, il-prezz u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

Tabella 2b

L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ

2005

2006

2007

2008

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

 

 

 

 

 

Indiċi

100

240

582

728

714

Sehem tas-suq

 

 

 

 

 

Indiċi

100

227

485

667

768

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

 

 

 

 

 

Indiċi

100

67

61

63

61

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji.

(108)

L-ammonti ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, li jwassal għal żieda fis-sehem tas-suq tagħhom b’il fuq minn seba’ darbiet aktar. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ investigazzjoni wera li minkejja t-tnaqqis fil-konsum fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI, importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kisbu sehem konsiderevoli fis-suq matul il-PI.

(109)

Prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ wrew li tnaqqis ta’ 39 % matul il-perjodu kkunsidrat, li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI, kif spjegat hawn taħt fil-premessa 112.

6.2.2.2.   It-twaqqigħ tal-prezzijiet

(110)

Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji bi prezzijiet b’piż differenzjat tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medjib’piż differenzjat korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-drittijiet eżistenti ta’ dazju u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(111)

Il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet għolja u ammontat għal 69 % tal-ammont totali ta’ esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Minħabba l-fatt li produttur esportatur Ċiniż wieħed instab li ma kienx qed ibiegħ il-prodotti tiegħu bi prezzijiet ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni, l-importazzjonijiet tiegħu ma ġewx ikkunsidrati għall-iskop tal-analiżijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(112)

It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat li kien oġġett ta’ dumping li joriġina fir-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’24,2 %.

6.3.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

6.3.1.   Rimarki preliminari

(113)

B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2005 sal-aħħar tal-PI.

6.3.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Tabella 3

 

2005

2006

2007

2008

PI

Produzzjoni (tunnellati)

145 854

145 916

144 053

124 807

94 027

Indiċi

100

100

99

86

64

Kapaċità (tunnellati)

159 813

159 785

159 101

154 783

143 784

Indiċi

100

100

100

97

90

L-użu tal-kapaċità

91  %

91  %

91  %

81  %

65  %

Indiċi

100

100

100

88

72

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(114)

Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 36 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnotat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % bejn l-2005 u l-2007, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu, filwaqt li naqas b’mod sinifikanti bejn l-2007 u l-PI, f’konformità mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni.

(115)

L-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha għal madwar 144 000 tunnellata matul il-PI. Madankollu, fid-dawl tal-bejgħ staġnat u t-tnaqqis fl-ammonti tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 91 % fl-2005 għal 65 % fil-PI. It-tnaqqis ewlieni seħħ fil-perjodu bejn l-2007 u l-PI.

6.3.3.   L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(116)

Iċ-ċifri tal-bejgħ fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 4

 

2005

2006

2007

2008

PI

Volum ta’ bejgħ (tunnellati)

112 998

113 844

117 855

99 495

80 745

Indiċi

100

101

104

88

71

Sehem tas-suq

51,1  %

48,7  %

44,3  %

41,2  %

39,2  %

Indiċi

100

95

87

81

77

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(117)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % matul l-2005 u l-2007, l-ammont ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni żdied b’4 % biss. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum f’dak il-perjodu. Barra minn dan, fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 22 % l-ammont tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’aktar, b’31 %. Konsegwentement l-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament u sinifikament u t-telf fis-sehem tas-suq kien għoli daqs 11,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

6.3.4.   Prezzijiet ta’ unità medja tal-industrija tal-Unjoni

(118)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ex-works medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis ewlieni seħħ bejn l-2007 u l-PI, jiġifieri fl-istess waqt taż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. B’konsegwenza ta’ dan, minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ materja prima l-industrija tal-Unjoni kelli tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod partikolari matul il-PI.

Tabella 5

 

2005

2006

2007

2008

PI

Il-prezz medju (EUR/tunnellata)

2 592

2 595

2 565

2 510

2 350

Indiċi

100

100

99

97

91

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(119)

Fil-fatt, instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’6 % bejn l-2005 u l-PI. Dan prinċipalment minħabba ż-żieda fil-prezz tal-PET chips li huma l-materja prima prinċipali li tintuża fil-produzzjoni tal-HTY. Il-prezz medju tal-PET chips żdied bi 12 % bejn l-2005 u l-2008 li wara naqas għal-livell li huwa ndaqs għal dak li kien jeżisti fl-2005. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi. Konsegwentement, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu b’mod sinifikanti taħt l-ispejjeż tagħhom matul il-PI.

6.3.5.   L-istokks

(120)

L-istokks irrappreżentaw madwar 15 % tal-ammont tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livelli tal-istokks tagħha b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PI. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-istokks jidher fid-dawl ta’ livell aktar baxx ta’ attività wara t-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 6

 

2005

2006

2007

2008

PI

Stokks (tunnellati)

15 004

16 828

17 402

16 844

13 727

Indiċi

100

112

116

112

91

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

6.3.6.   Xogħol, salarji u produttività

Tabella 7

 

2005

2006

2007

2008

PI

Impjiegi – ekwivalenti għal full-time (EFT)

1 727

1 714

1 667

1 498

1 333

Indiċi

100

99

96

87

77

Spiża għall-ħaddiema (EUR/EFT)

41 089

41 996

42 083

48 499

43 538

Indiċi

100

102

102

118

106

Produttività (unità/EFT)

84,4

85,1

86,4

83,3

70,5

Indiċi

100

101

102

99

84

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(121)

Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-produttività għandhu jidher fid-dawl tan-natura ġenerali ta’ tnaqqis fl-attivitajiet, fejn it-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati jsegwi t-tnaqqis fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. Fir-rigward tal-ispejjeż tax-xogħol, dawn jiżdiedu ftit b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat.

6.3.7.   Ir-rendiment, il-likwidità, l-investimenti, id-dħul fuq l-investimenti u l-abilità li jinġabar il-kapital

Tabella 8

 

2005

2006

2007

2008

PI

Il-profittabilità

3,0  %

–0,7  %

–1,1  %

–11,5  %

–13,3  %

Indiċi

100

–22

–37

– 378

– 438

Il-likwidità ‘000 euro

15 936

–1 407

824

–16 311

–14 597

Indiċi

100

–9

5

– 120

– 141

L-investimenti ‘000 euro

6 713

3 305

8 229

1 295

764

Indiċi

100

49

123

19

11

L-introjtu mill-investimenti

12,6  %

–29,4  %

–15,7  %

– 103,3  %

– 130,6  %

Indiċi

100

– 233

– 124

– 819

–1 036

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

(122)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġie stabbilit billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku minn qligħ ta’ 3 % fl-2005 għal telf ta’ 13,3 % fil-PI. Minkejja l-fatt li l-konsum tal-Unjoni kien qed juri żieda fit-tendenza bejn l-2005 u l-2007, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn dan l-iżvilupp favorevoli minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ.

(123)

It-tendenza tal-likwidità, li hija l-abilità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna l-iżviluppi fil-profittabilità. Konsegwenetement, il-likwidità turi tnaqqis sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar id-dħul fuq l-investimenti li wrew żvilupp negattiv simili f’konformità mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(124)

Wara dak li ntqal hawn fuq, l-abilità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti saret limitata minħabba li l-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. B’konsegwenza ta’ dan, l-investimenti niżlu b’89 % matul il-perjodu kkunsidrat.

6.3.8.   Tkabbir

(125)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b’20 % bejn l-2005 u l-2007, l-industrija tal-Unjoni rnexxiela żżid l-ammont ta’ bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni b’biss 4 %, biex ma tħallihiex tieħu vantaġġ mill-espansjoni fil-konsum tal-Unjoni. Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis ta’ 29 % fl-ammont ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna aktar qawwi mit-tnaqqis ta’ 7 % fil-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, is-sehem fis-suq fl-industrija tal-Unjoni naqas ukoll bi 12-il punt perċentwali matul l-istess perjodu.

6.3.9.   Id-daqs tal-marġni reali tad-dumping

(126)

Il-marġini tad-dumping għall-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma ‘l fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-ammonti u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, l-impatt tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

6.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(127)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni –36 %), l-użu tal-kapaċità –28 %), l-ammont ta’ bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni –29 %), is-sehem tas-suq –12 punti perċentwali) u l-produttività –16 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità –241 %), u l-profittabilità –16,3 punti perċentwali) kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija tal-Unjoni biex tiġbor il-kapital naqset ukoll b’mod partikolari matul il-PI.

(128)

Instab li t-telf prinċipali seħħ fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI meta, minkejja tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni, l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ baqgħu preżenti f’ammonti kbar fis-suq tal-Unjoni, u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’il fuq minn 24 % fil-PI.

(129)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2008, l-aktar minħabba ż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija. Matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u tikkontrolla l-ispiża tal-produzzjoni tagħha bi sforzi ta’ razzjonalizzazzjoni u minħabba t-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-PET li seħħ prinċipalment fit-tieni nofs tal-PI. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livell li jista’ jkopri l-ispejjeż tagħha. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha matul il-PI.

(130)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

7.   IL-KAWŻALITÀ

7.1.   Introduzzjoni

(131)

Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(132)

L-investigazzjoni wriet li importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, li żiedu s-sehem tagħhom tas-suq tal-Unjoni b’aktar minn seba’ darbiet bejn l-2005 u l-PI. Instab ukoll li fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI meta l-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 15 %, l-ammont ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ baqa’ għoli u żied ukoll is-sehem tagħhom bi 15 %.

(133)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis sinifikanti ta’ 29 % fl-ammont ta’ bejgħ tagħhom u konsegwentement tilfu s-sehem tagħhom fis-suq minn 51,1 % għal 39,2 %, kważi 12-il punt perċentwali. Fil-perjodu bejn l-2008 u l-PI, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel b’żewġ punti perċentwali, filwaqt li dak ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping żdied, minkejja t-tnaqqis dfid-domanda fis-suq tal-Unjoni.

(134)

Fir-rigwrd ta’ prezzijiet ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, dawn naqsu b’39 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda sħiħa fil-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, il-profittabilità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqset kif spjegat hawn fuq fil-premessa 122, minn profitt ta’ 3 %fl-2005 għal telf ta’ 13,3 % fil-PI.

(135)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-ammonti li qed jiżdiedu ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ kellhom impatt negattiv fis-suq b’mod ġenerali minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet.

(136)

Huwa għalhekk maħsub li t-tensjoni kontinwa li ġejja mill-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għaż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, b’mod partikolari fl-2008, meta l-prezzijiet tal-PET laħqu l-ogħla livell. Dan spjega t-telf fis-sehem tas-suq u t-telf fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(137)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li ż-żieda tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ kellu impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

7.3.1.   L-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni

(138)

Kif imsemmi fil-premessa 100 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-HTY l-ewwel żdied bejn l-2005 u l-2007, li wara naqas fl-2008 u l-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet parti sinifikanti tas-sehem tas-suq tagħha. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li din l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum tal-Unjoni bejn l-2008 u l-PI seta’ kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ta’ min jiġi nnotat li l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom fl-istess ħin iżidu s-sehem tagħhom fis-suq. Skont dan, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ma jistax ikun spjegat bid-domanda mnaqqsa iżda huwa kkawżat l-aktar minħabba ż-żieda f’importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi.

7.3.2.   Il-prezzijiet tal-materja prima

(139)

Il-prezzijiet tal-materja prima, prinċipalment il-PET chips, żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2005 u l-2008 li wara naqsu matul it-tieni nofs tal-PI u laħqu livell indaqs għal dak tas-sena 2005 sa tmiem il-PI.

(140)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi l-HTY segwiet l-istess tendenza tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima, u b’mod ġenerali żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, f’suq irregolat minn kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi, b’mod partikolari fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel dannu, jista’ jkun mistenni li l-prezzijiet ikunu adattai regolarment sabiex jirriflettu l-iżvilupp tal-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Dan ma sarx f’dan il-każ. Fil-fatt l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata biex iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi biex tikkompeti mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ, li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità tagħha. Skont dan, ġie konkluż b’mod provviżorju li t-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi naqqas il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u impedixxa lill-industrija Unjoni milli żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri l-ispejjeż tagħha.

7.3.3.   Il-produzzjoni vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni

(141)

L-investigazzjoni wriet li produttur wieħed tal-Unjoni biss li kkoopera mal-investigazzjoni kien integrat b’mod vertikali u li l-produzzjoni vinkolanti intużat għal ipproċessar ulterjuri fi prodotti ta’ valur miżjud fl-industrija downstream. L-investigazzjoni ma wriet ebda problema fil-produzzjoni li hija realata ma’ dawn il-prodotti downstream. Fil-fatt l-użu vinkolanti baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u rrappreżenta madwar 7 % tal-ammont tal-produzzjoni.

(142)

Fuq dik il-bażi, kien maħsub li l-produzzjoni vinkolanti tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwietx għad-deterjorazzjoni tal-qagħda finanzjarja tagħha, b’mod partikolari matul il-PI.

7.3.4.   Prestazzjoni ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(143)

Għalkemm l-analiżi tad-dannu u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-prestazzjoni ta’ esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega d-dannu misjub. L-analiżi wriet li l-bejgħ esportat lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija tal-Unjoni baqa’ modest (madwar 3 %) matul il-perijodu kkunsidrat. It-tnaqqis fl-ammont ta’ bejgħ esportat, minn madwar 18 000 tunnellata fl-2005 sa madwar 7 000 tunnellata matul il-PI, jista’ jiġi spjegat bit-tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu. Madankollu, il-prezz ta’ esportazzjoni kien aktar għoli mill-prezz li kienet qed toffri l-industrija tal-Unjoni lill-klijenti tagħha fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, kien ikkunsidrat li ż-żieda fl-ammont ta’ esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità matul il-PI.

7.3.5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(144)

It-tendenzi fl-ammonti u l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2005 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 9

Pajjiżi terzi oħra

2005

2006

2007

2008

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

29 940

30 350

29 035

21 590

16 478

Indiċi

100

101

97

72

55

Sehem tas-suq

13,5  %

13,0  %

10,9  %

8,9  %

8,0  %

Indiċi

100

96

81

66

59

Prezz (EUR/tunnellata)

2 635

2 700

2 584

2 606

2 585

Indiċi

100

102

98

99

98

Sors: Eurostat.

(145)

Il-pajjiżi terzi ewlenin l-oħrajn li jesportaw l-HTY lejn l-Unjoni huma l-Isvizzera, il-Belarus, il-Ġappun u t-Tajlandja. Kif muri fit-tabella hawn fuq, l-ammont ta’ importazzjoni kombinat minn dawn il-pajjiżi kien baxx ħafna b’relazzjoni mal-konsum tal-Unjoni u naqas b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni baqgħu stabbli u relattivament għolja matul il-PI.

(146)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma kkontribwewx għad-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

7.3.6.   Importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan

(147)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Korea, kif imsemmi hawn fuq, ġie evalwat b’mod provviżorju li kemm l-importazzjonijiet tat-Tajwan u tal-Korea ma sarux bi prezzijiet ta’ dumping matul il-PI. Dawn l-importazzjonijiet huma murija fit-tabelli 10 u 11 hawn taħt:

Tabella 10

Total ta’ importazzjonijiet mill-Korea

2005

2006

2007

2008

PI

Volumi (tunnellati)

17 542

20 701

27 521

24 908

24 580

Indiċi

100

118

157

142

140

Sehem tas-suq

7,9  %

8,8  %

10,4  %

10,3  %

11,9  %

Indiċi

100

112

131

130

151

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

2 105

1 958

1 912

1 911

1 780

Indiċi

100

93

91

91

85

Sors: Eurostat.

(148)

Kif jidher fit-tabella t’hawn fuq, l-ammonti ta’ importazzjoni mill-Korea kienu segwiti b’mod ġenerali b’tendenza simili għal dik tal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. L-ammonti ta’ importazzjoni żdiedu minn 17 542 tunnellata fl-2005 għal 24 580 tunnellat fil-PI. Dan wassal għal żieda fis-sehem tas-suq tagħhom minn 7,9 % fl-2005 għal 11,9 % fil-PI. Madankollu ta’ min jiġi nnotat li l-ammonti ta’ importazzjoni naqsu b’mod sostanzjali bejn l-2007 u t-tmiem tal-PI.

(149)

Ta’ min jiġi nnotat ukoll li, filwaqt li l-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Korea naqsu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat, dawn baqgħu ogħla mill-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mir-RPĊ matul l-istess perjodu.

Tabella 11

Total ta’ importazzjonijiet mit-Tajwan

2005

2006

2007

2008

PI

Volumi (tunnellati)

7 343

7 761

10 285

11 028

8 163

Indiċi

100

106

140

150

111

Sehem tas-suq

3,3  %

3,3  %

3,9  %

4,6  %

4,0  %

Indiċi

100

100

117

138

119

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

1 968

1 734

1 608

1 678

1 687

Indiċi

100

88

82

85

86

Sors: Eurostat.

(150)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajwan, dawn żdiedu minn 7 343 tunnellata fl-2005 għal 8 163 tunnellata fil-PI, jiġifieri bi 11 %. Fl-istess ħin is-sehem tas-suq tagħhom żdied bi ftit minn 3,3 % fl-2005 għal 4 % fil-PI. Bħall-importazzjonijiet tal-Korea, l-ammont ta’ importazzjoni tat-Tajwan naqas b’mod konsiderevoli bejn l-2007 u t-tmiem tal-PI.

(151)

Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mit-Tajwan naqsu b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet ta’ importazzjoni mir-RPĊ matul l-istess perjodu.

(152)

Skont dak li ntqal hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan setgħu kkontribwew bl-istess mod għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-ammonti ta’ importazzjoni u l-prezzijiet matul il-PI ma jidhrux li huma f’tali livell li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

7.3.7.   Produtturi oħra fl-Unjoni

(153)

L-analiżi ta’ dejta li għandha x’taqsam mas-suq tal-Unjoni ssuġġeriet li l-produtturi tal-Unjoni l-oħra kollha ma akkwistawx is-sehem fis-suq matul il-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni ma indikat ebda problema partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni jew ebda effett ta’ distorsjoni tal-kummerċ li jista’ jispjega d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(154)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-produtturi li mhumiex inklużi fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwewx għad-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

7.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(155)

L-analiżi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet magħmulin bi prezzijiet ta’ dumping li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili.

(156)

Din iż-żieda fl-ammont u s-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ ġrat fl-istess waqt ta’ żieda ġenerali tad-domanda fl-Unjoni matul il-perjodu bejn l-2005 u l-2007 iżda wkoll bi żvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn dan, bejn l-2007 u l-PI, meta d-domanda fis-suq tal-Unjoni naqset, l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżidu is-sehem fis-suq tagħhom. Fl-istess ħin, ġew osservati żvilupp ulterjuri negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fir-RPĊ, li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industruja tal-Unjoni b’mod kostanti, wasslu għal tnaqqis fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 16-il punt perċentwali, li rriżultaw f’telf qawwi fil-PI.

(157)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fir-RPĊ u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni.

(158)

Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

8.   INTERESS TAL-UNJONI

8.1.   Rimarka preliminari

(159)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni temporanja dwar dumping ta’ dannu, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri provviżorji ta’ antidumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

8.2.   L-industrija tal-Unjoni

(160)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn erba’ produtturi li jinsabu f’diversi Stati Membri tal-Unjoni, li jimpjegaw direttament aktar minn 1 300 persuna relatata mal-prodott ikkonċernat.

(161)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li l-indikaturi kollha ta’ dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parikolari l-indikaturi ta’ dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ser tkompli tmur għall-agħar.

(162)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallineja l-prezzijiet tal-HTY biex jirriflettu l-ispejjeż ta’ komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt ulterjuri pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u fuq il-profittabilità.

(163)

Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji għall-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw mill-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

8.3.   L-importaturi

(164)

Il-kwestjonarji ntbagħtu lil għaxar importaturi fl-Unjoni. Żewġ importaturi biss, li jinsabu fil-Ġermanja u Spanja, li jirrappreżentaw 15,4 % u 0,2 % rispettivament tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ, kkooperaw fl-investigazzjoni. Rigward l-ewwel importatur, l-investigazzjoni wriet li dan importa biss mir-RPĊ u kważi d-dħul mill-bejgħ kollu tiegħu kien relatat mal-prodott ikkonċernat. Fl-agħar xenarju possibbli, dazu antidumping ta’ 9 % jwassal għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità tiegħu, u din il-kumpanija tista’ tibda tagħmel it-telf. Madankollu huwa kkunsidrat li dan jista’ jgħaddi għall-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tiegħu, minħabba l-pożizzjoni ta’ suq b’saħħtu fost ċerti utenti kbar. Barra minn dan, dan jista’ jdur għal sorsi oħra ta’ provvista, għall-inqas f’terminu itwal ta’ żmien. Rigward it-tieni importatur, il-prodott ikkonċernat irrappreżenta biss sehem limitat min-negozju totali tiegħu (0—5 %) u kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri proposti aktarx li jkun negliġibbli.

(165)

Skont l-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li għalkemm l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ta’ antidumping ikollhom impatt negattiv fuq wieħed minn dawn l-importaturi msemmija hawn fuq, dan l-importatur għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi għall-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tiegħu/jew jibdel sorsi oħra ta’ provvista. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali m’għandux ikollhom impatt negattiv sinifikanti b’mod ġenerali fuq importaturi oħra.

8.4.   L-utenti

(166)

L-utenti tal-HTY urew interess qawwi f’dan il-każ. Minn 68 utent li ġew ikkuntattjati, 33 ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawk l-utenti li kkooperaw irrappreżentaw 25 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Dawn il-kumpaniji jinsabu madwar l-Unjoni u huma preżenti f’diversi setturi industrijali, bħal tajers u applikazzjonijiet tal-vetturi, ħbula u applikazzjonijiet industrijali.

(167)

Għal fini ta’ ċarezza u minħabba li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali jkollha impatt differenti fuq l-utenti, skont is-settur fejn dawn joperaw, l-impatt ta miżuri fuq l-utenti ġie analizzat billi dawn tqassmu fi gruppi f’setturi industrijali separati kif deskritt hawn taħt.

(168)

Fir-rigward tal-utenti preżenti fis-settur tat-tajers, erba tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand il-fabbrikanti tat-tajers. Skont id-dejta pprovduta mill-fabbrikanti tat-tajers, is-sehem tal-HTY fir-rigward tal-ispiża tal-produzzjoni ta’ tajer kien relattivament limitat, taħt 1 % bħala medja, u l-qligħ medju relatat man-negozju tal-fabbrikazzjoni tat-tajers ammonta għal madwar 2 %. L-ebda wieħed mill-utenti li kkooperaw ma nstab li jimporta l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. Għalhekk, jekk jiġu imposti dazji antidumping provviżorji, huwa meqjus li dawn l-utenti m’għandhomx jiġu affettwati b’miżuri fuq importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, jekk kwalunkwe utent f’dan is-settur jimporta mir-RPĊ, jeżisti għadd ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista.

(169)

Fir-rigward tas-settur tal-vetturi (prinċipalment il-produzzjoni tas-seatbelts u l-airbags) sitt tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mill-utenti. Dawn is-sitt kumpaniji rrappreżentaw 5 % tal-importazzjonijiet totali tal-HTY mir-RPĊ fil-PI. B’mod ġenerali, instab li bħala medja l-prodotti fejn hemm l-użu tal-HTY irrappreżentaw inqas minn 4 % tad-dħul totali mill-bejgħ ta’ dawn il-kumpaniji u li l-qligħ medju li ntlaħaq f’dan in-negozju kien madwar 3 %. Barra minn hekk, instab li sitt kumpaniji xtraw l-HTY prinċipalment mill-produtturi tal-Unjoni, filwaqt li 11 % biss tax-xiri tagħhom kien importat mir-RPĊ. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżjonali fuq importazzjonijiet mir-RPĊ mhux probabbli li taffettwa serjament is-settur tal-vetturi b’mod ġenerali minħabba li dawn il-kumpaniji nstab li għamlu qligħ u r-RPĊ ma kinitx is-sors prinċipali ta’ provvista.

(170)

Fir-rigward tal-fabbrikazzjoni tal-ħbula, kienu waslu tliet tweġibiet għall-kwestjonarju li jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ fil-PI. Is-sehem tan-negozju li juża l-HTY kien madwar 18 % tan-negozju totali u l-marġni ta’ qligħ medju milħuq f’dak in-negozju kien madwar 8 % fil-PI. Abbażi ta’ dan, ġie stmat li l-impożizzjoni fuq dazji antidumping provviżorji fuq importazzjonijiet mir-RPĊ aktarx li tnaqqas biss bi ftit il-marġni ta’ qligħ tagħhom. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet (66 %) kienu mir-RPĊ matul il-PI filwaqt li 20 % kienu joriġinaw mill-Korea. Għaldaqstant, jekk il-miżuri jiġu imposti, dan is-settur mhux probabbli li jkun affettwat serjament minħabba li l-impatt fuq il-marġni ta’ qligħ huwa limitat u jeżistu sorsi oħrajn ta’ provvista.

(171)

Ċerti fabbrikanti tal-ħbula argumentaw li minħabba li l-użu tal-HTY huwa predominati f’setturi oħra, bħas-settur industrijali u l-industrija tal-karozzi, l-impożizzjoni ta’ miżuri tal-antidumping twassal għal nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tipi tal-HTY użati mill-fabbrikanti tal-ħbula, minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jiffokaw allegatament fuq is-swieq kbar l-ewwel u jipprovdu s-setturi li jibqa’ biss jekk teżisti kapaċità żejda. Madankollu għandu jiġi nnotat li sorsi oħra ta’ provvista, inklużi l-industrija tal-Unjoni, il-Korea u t-Tajwan u kif ukoll pajjiżi terzi oħra li mhumiex soġġetti għal miżuri, huma disponibbli. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata.

(172)

Rigward l-utenti preżenti fis-settur tal-applikazzjonijiet industrijali bħal tisqif, ċinturini, is-sawwata u tessuti industrijali, waslu total ta’ 19-il tweġiba għal-kwestjonarju. Dawn l-utenti rrappreżentaw 19 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ matul il-PI. Skont l-informazzjoni disponibbli għal dan is-settur, is-sehem tan-negozju fejn jintużaw l-HTY huwa ta’ 64 % tan-negozju totali u l- qligħ medju milħuq f’dan in-negozju kien ta’ 13 %. L-impatt tad-dazji antidumping aktarx se jnaqqas biss bi ftit il-qligħ medju tal-marġni milħuq f’dan is-settur. L-investigazzjoni wriet ukoll li dawn l-utenti xtraw l-aktar mill-produtturi tal-Unjoni u mir-RPĊ. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet mir-RPĊ m’għandux ikollha impatt negattiv fuq dan is-settur meta wieħed iqis l-impatt limitat fuq il-marġni ta’ qligħ u l-eżistenza ta’ sorsi oħra ta’ provvista.

(173)

Uħud mill-utenti argumentaw li jekk jiġu imposti miżuri antidumping, dawn ikollhom impatt negattiv fuqhom b’żewġ modi. Huma qalu li mhux biss ikun hemm nuqqas ta’ sorsi alternattivi disponibbli, iżda wkoll li l-pajjiżi kkonċernati jibdlu l-esportazzjonijiet tagħhom mill-prodott ikkonċernat għal prodotti fis-suq downstream.

(174)

Rigward it-talba li mhux se jkun hemm sorsi disponibbli, ġie nnotat l-ewwel li l-ebda miżuri provviżorji mhu se jkunu imposti kontra importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan. Barra minn dan, kif imsemmi fil-premessa 171 sorsi oħra ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal miżuri huma disponibbli. It-tieni, rigward il-provvista mill-industrija tal-Unjoni, l-investigazzjoni ma semmietx nuqqasijiet fil-provvista minn uħud mill-produtturi tal-Unjoni lil ċerti utenti. Madankollu, l-analiżi ma wriet ebda evidenza li dawn in-nuqqasijiet ikunu ġraw b’mod regolari. Skont dak li ntqal hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba l-eżistenza ta’ sorsi oħra disponibbli ta’ provvista, din it-talba ġiet irrifjutata.

(175)

Fir-rigward tat-talba li l-produtturi tal-HTY fil-pajjiżi kkonċernati jibdlu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn suq downstream, għandu jiġi nnotat li miżuri provviżorji mhux se jiġu imposti kontra importazzjonijiet mill-Korea u t-Tajwan. Għaldaqstant, anki jekk l-esportaturi Ċiniżi jibdlu uħud mill-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq downstream, huwa meqjus li l-utenti tal-HTY għandhom ikunu kapaċi jibqgħu kompetittivi minħabba li dawn xorta jkunu jistgħu jipprovdu l-HTY minn fornituri oħra li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Għalhekk, din it-talba ġiet irrifjutata.

(176)

Filwaqt li jitqies dak li ntqal hawn fuq, anki jekk uħud mill-utenti aktarx li jkollhom impatt negattiv bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-utenti f’diversi setturi industrijali jidher li hu limitat b’mod ġenerali. Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw fir-RPĊ, aktarx li mhux ser ikollhom impatt materjali fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

8.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(177)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, m’hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-HTY li joriġinaw mill-RPĊ.

9.   DAZJI MHUX IMPOSTI

(178)

Fid-dawl ta’ dan it-tisjib li l-marġnijiet medji b’piż differenzjat nazzjonali ta’ dumping għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea u t-Tajwan huma de minimis, l-ebda dazju antidumping provviżorju fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi mhuwa impost.

10.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

10.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(179)

Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping sabiex ma jitħalliex li jkun ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

(180)

Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, kienu kkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni.

(181)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-qligħ li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2005 li hi l-unika sena fejn inkiseb qligħ i mill-industrija tal-Unjoni u fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ qligħ ta’ 3 % ta’ dħul mill-bejgħ jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħat stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu.

(182)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx dannu tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jagћmilx dannu nkiseb billi ġie miżjud il-marġini ta’ qligħ ta’ 3 % li ssemma aktar ‘il fuq mal-ispejjeż tal-produzzjoni.

(183)

Iż-żieda fil-prezz neċessarju kienet imbagħad determinata fuq il-bażi ta’ tqabbil, għal kull tip ta’ prodott, tal-medja b’piż differenzjat tal-prezz ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, bil-prezz mhux ta’ dannu tat-tipi ta’ prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju ta’ importazzjoni ta’ CIF tat-tipi mqabbla.

10.2.   Miżuri provviżorji

(184)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri ta’ antidumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell l-iktar baxx mill-marġini ta’ dumping u ta’ dannu, skont ir-regola tal-inqas dazji.

(185)

Ir-rati ta’ dazju kontra d-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(186)

Kwalunkwe allegazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju kontra d-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

(187)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju ta’ antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(188)

Il-marġini tad-dumping u dannu stabbiliti huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini tad-dumping

Marġini ta’ dannu

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd

9,3  %

57,1  %

Zhejiang Uniful Industrial Fibre Co., Ltd

7,7  %

57,6  %

Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd

0

M/A

Kumpaniji li kkoperaw li ma kinux fil-kampjun

8,9  %

57,3  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3  %

57,6  %

11.   ŻVELAR

(189)

Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna juru fehmiethom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping provviżorju qiegħed jiġi impost fuq importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludi monofilament ta’ anqas minn 67 deċitex u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00.

2.   Ir-rata ta’ dazju antidumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd

9,3

A974

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd

7,7

A975

Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd

0

A976

Kumpaniji elenkati fl-Anness

8,9

A977

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3

A999

3.   Ir-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 213, 8.9.2009. p. 16.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, il-Belġju.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN

Kodiċi Addizzjonali TARIC A977

L-isem tal-Kumpanija

Belt

Hangzhou Huachun Chemical Fiber Co., Ltd

Hangzhou

Heilongjiang Longdi Co., Ltd

Harbin

Hyosung Chemical Fiber (Jiaxing) Co., Ltd

Jiaxing

Oriental Industies (Suzhou) Ltd

Suzhou

Shanghai Wenlong Chemical Fiber Co., Ltd

Shanghai

Shaoxing Haifu Chemistry Fibre Co., Ltd

Shaoxing

Sinopec Shanghai Petrochemical Company

Shanghai

Wuxi Taiji Industry Co., Ltd

Wuxi


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 479/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 192(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-iskambju bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (3) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

(2)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 562/2005 diġà ġie emendat u jenħtiġulu xi emendi oħra, partikolarment biex jiġu aġġornati r-referenzi għal Regolamenti oħrajn, huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li r-Regolament (KE) Nru 562/2005 jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(3)

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina jistgħu jiġu stabbiliti biss abbażi tal-informazzjoni dwar il-bidliet fil-prezzijiet kemm fis-suq intern kif ukoll fil-kummerċ internazzjonali.

(4)

Huwa meħtieġ li jkun jista’ jsir paragun bejn il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għall-prodotti, partikolarment għall-finijiet li jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet u l-ammonti ta’ għajnuna. Huwa meħtieġ ukoll li tissaħħaħ l-affidabbiltà ta’ dawk il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet, billi tiġi ppiżata d-dejta.

(5)

Sabiex jiġi ssimplifikat u jittaffa l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali, in-notifiki tal-prezzijiet kull ġimgħa għandhom ikunu limitati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni hija meħtieġa għall-monitoraġġ mill-viċin tas-suq tal-ħalib. In-notifiki ta’ kull xahar għandhom jiġu pprovduti għal prodotti oħrajn filwaqt li n-notifiki għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni mhijiex essenzjali, għandhom jitħassru.

(6)

In-notifiki tal-prezzijiet għall-prodotti li jsiru minn inqas minn tliet produtturi f’kull Stat Membru għandhom jiġu mmarkati bħala kunfidenzjali u għandhom jintużaw biss mill-Kummissjoni u ma għandhom jintwerew imkien.

(7)

L-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti li għalihom hija meħtieġa liċenzja tal-importazzjoni hija essenzjali għas-sorveljanza aħjar tas-suq tal-ħalib. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (4), mill-1 ta’ Lulju 2008 l-liċenzji tal-importazzjoni huma meħtieġa biss għall-importazzjonijiet preferenzjali.

(8)

L-Artikolu 11(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) jipprovdi għan-notifiki lill-Kummissjoni tal-kwantitajiet koperti bil-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa u l-kwantitajiet koperti bil-liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew użati parzjalment skont il-kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet orizzontali jirrigwardaw l-istess informazzjoni bħal dik koperta sa issa mill-Artikolu 7(1) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 562/2005. L-obbligu li dik l-informazzjoni tiġi nnotifikata għalhekk ma għandux jiġi inkluż fir-Regolament il-ġdid.

(9)

L-Artikolu 1(2)(a)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (6) jipprovdi għall-każijiet u l-prodotti li jkunu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Il-Parti K tal-Anness II għar-Regolament tistabbilixxi lista tal-prodotti tal-ħalib importati skont il-kundizzjonijiet preferenzjali, li huma differenti mill-kwoti tat-tariffa, u sottomessi għal liċenzja tal-importazzjoni. Għal dawn il-prodotti, in-notifiki jridu jsiru lill-Kummissjoni.

(10)

Il-Kapitolu III tat-Titlu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprovdi għal ċerti kwoti tal-importazzjoni li għandhom jiġu amministrati permezz ta’ ċertifikati “inward-monitoring arrangement” IMA 1 maħruġa mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ prodotti li għaliha jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni abbażi taċ-ċertifikati IMA 1. L-esperjenza wriet li din in-notifika mhux dejjem tkun biżżejjed biex tippermetti dawn l-importazzjonijiet biex jiġu mmonitorjati mill-qrib f’kull stadju. Id-dispożizzjoni għandha tiġi stabbilita għan-notifika tal-informazzjoni addizzjonali.

(11)

Il-monitoraġġ preċiż u regolari tal-fluss tal-kummerċ biex jiġi vvalutat l-effett tar-rifużjonijiet jeħtieġ informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet ta’ prodotti li għalihom ir-rifużjonijiet huma stabbiliti, speċjalment il-kwantitajiet mogħtija taħt il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti.

(12)

L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skont is-Serje tal-Urugwaj tan-negozjati dwar il-kummerċ multilaterali (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (7), titlob li tingħata firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, b’mod partikolari rigward l-applikazzjonijiet għal liċenzja u l-mod li bih jinħarġu l-liċenzji, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-attivitajiet li jsiru skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Hija meħtieġa informazzjoni rapida dwar ix-xejriet tal-esportazzjoni sabiex jagħmlu użu massimu mill-arranġamenti li jsiru.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (8) jistabbilixxi regoli speċjali għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib lejn il-Kanada, l-Istati Uniti u r-Repubblika Dominikana. Għandha ssir dispożizzjoni għall-informazzjoni rilevanti li trid tiġi nnotifikata.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jintroduċi arranġamenti speċifiċi għall-għoti tar-rifużjonijiet fuq ingredjenti li joriġinaw mill-UE f’ġobon ipproċessat iffabbrikat skont l-arranġamenti ta’ proċessar intern. Id-dispożizzjoni għandha ssir għan-notifika tal-informazzjoni rilevanti.

(15)

L-esperjenza miksuba matul is-snin fl-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni wriet li l-frekwenza ta’ xi notifiki tista’ titnaqqas mingħajr ma tintilef l-informazzjoni essenzjali.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

MİŻURI MARBUTA MAL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦALIB XKUMAT U TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

Artikolu 1

1.   Fil-każ tal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 99(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat użat fl-oġġetti tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel komposti koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat;

(b)

il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat imħallat kopert bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat;

(c)

il-kwantitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat użati fil-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel komposti koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ikkonċernat.

2.   Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib xkumat ipproċessat f’kaseina u kaseinati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-20 jum ta’ kull xahar, dwar il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi matul ix-xahar ta’ qabel. Dawn il-kwantitajiet għandhom jinqasmu skont il-kwalità tal-kaseina jew il-kaseinati magħmula.

KAPITOLU II

PREZZIJIET

Artikolu 2

1.   Mhux iktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa f’12 a.m. (ħin ta’ Brussell), u fir-rigward tal-prezzijiet ta’ kif joħorġu mill-fabbrika rreġistrati fil-ġimgħa ta’ qabel għall-prodotti elenkati fl-Anness I.A, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

il-prezzijiet għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 6, fejn il-produzzjoni nazzjonali tirrappreżenta 1 % jew iktar tal-produzzjoni tal-UE;

(b)

il-prezzijiet għall-ġobnijiet li jirrappreżentaw 4 % jew iktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.

Il-produzzjoni nazzjonali u tal-UE tal-butir imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Anness I.A li għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha tkun il-produzzjoni totali għaż-żewġ prodotti msemmijin f’dawk il-punti.

2.   Mhux iktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar, u fir-rigward tal-prezzijiet ta’ kif joħorġu mill-fabbrika rreġistrati fix-xahar ta’ qabel għall-prodotti elenkati fl-Anness I.B, l-Istati Membri għandhom jinnotikaw lill-Kummissjoni:

(a)

il-prezzijiet għal kull prodott, minbarra l-ġobnijiet, fejn il-produzzjoni nazzjonali tirrappreżenta 2 % jew iktar tal-produzzjoni tal-UE.

(b)

il-prezzijiet għall-ġobnijiet, skont it-tip, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1(b), li jirrappreżentaw 8 % jew iktar tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-ġobon.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr imma mhux iktar tard minn tmiem ix-xahar:

(a)

il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat, bil-kontenut ta’ xaħam u ta’ proteini reali, imħallas lill-produtturi tal-ħalib fit-territorju tagħhom, għall-kunsinni fix-xahar ta’ qabel;

(b)

il-prezz stmat għall-kunsinni fix-xahar li jkunu fih, jekk ikun disponibbli.

4.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, “il-prezz ta’ kif joħroġ mill-fabbrika” jfisser il-prezz li bih il-prodott jinxtara mill-intrapriża, minbarra t-taxxi (VAT) u kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, pallets, assigurazzjoni, eċċ.). Il-prezz għandu jirreferi għall-bejgħ li ġie ffatturat fil-perjodu ta’ referenza.

Artikolu 3

1.   Il-prezzijiet innotifikati skont l-Artikolu 2 għandhom jiġu espressi bħala medji ppiżati, bil-munita nazzjonali għal kull 100 kg.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni nnotifikata fuq il-prezzijiet hija rappreżentattiva, preċiża u kompluta. Għal din il-fini, sal-15 ta’ Awwissu 2010 l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport abbażi tal-mudell stabbilit fl-Anness II. Għandu jiġi sottomess rapport ġdid kull darba li jkun hemm bżonn jinbidel xi element mir-rapport ta’ qabel.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa fi ħdan il-limiti taż-żmien rilevanti.

4.   Qabel il-15 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I.A and I.B:

(a)

meta prezz li jrid jiġi nnotifikat ikollu x’jaqsam ma’ prodott li jsir minn inqas minn tliet produtturi fi Stat Membru, il-kelma “kunfidenzjali” għandha tidher fil-kolonna tar-“rimarki” tal-Annessi I.A u I.B. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata kunfidenzjali u għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ aggregazzjoni;

(b)

għall-ġobnijiet, l-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar li għaliha qed jiġi rrappurtat il-prezz;

(c)

għall-prodotti differenti mill-ġobnijiet, meta l-prezz ikun jaqbel ma’ unità ta’ ppakkjar differenti tal-prodott u mhux ma’ dik murija fil-kolonna “unità rappreżentattiva tal-ippakkjar”, l-unità tal-ippakkjar attwali tal-prodott li għalih huwa rrappurtat il-prezz għandha tidher fil-kolonna tar-“rimarki” tal-Annessi I.A u I.B.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull darba li wieħed mill-elementi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu jkun jeħtieġ li jiġi aġġornat.

KAPITOLU III

NEGOZJU

TAQSIMA 1

Importazzjonijiet

Artikolu 4

Sa mhux iktar tard mill-10 jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib importati skont il-kundizzjonijiet preferenzjali li huma differenti mill-kwoti tat-tariffi għax-xahar ta’ qabel, kif imsemmi fil-Parti K tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li għalih ġew skedati l-liċenzji tal-importazzjoni, imqassma skont il-kodiċi tan-NM u l-kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini.

In-notifiki għandhom jinkludu l-prospetti nulli.

Artikolu 5

Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu fir-rigward tas-sena ta’ qabel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dejta li ġejja lill-Kummissjoni, imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li tikkonċerna l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat IMA 1, skont it-Titolu 2, il-Kapitolu III, it-Taqsima 1 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li jispeċifika n-numri taċ-ċertifikat IMA 1:

(a)

il-kwantità ta’ prodotti koperti biċ-ċertifikat u d-data tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni;

(b)

il-kwantità ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom ġiet irrilaxxata s-sigurtà.

In-notifiki għandhom jinkludu l-prospetti nulli.

TAQSIMA 2

Esportazzjonijiet

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni sas-6 p.m. ta’ kull jum ta’ xogħol:

(a)

il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi ta’ destinazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet sottomessi dak il-jum għal liċenzji:

(i)

kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b)(ii) tar-Regolament(KE) Nru 376/2008, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikoli 15 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009,

(ii)

kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(b)

fejn xieraq, li ma tkun ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni dakinhar, minbarra fil-każ meta ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni jew rifużjoni b’rata żero għal kwalunkwe prodott imsemmi fil-Parti 9 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (9);

(c)

il-kwantitajiet, imqassma skont l-applikazzjoni u skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u skont il-kodiċi tad-destinazzjoni, koperti bl-applikazzjonijiet sottomessi dakinhar għal-liċenzji provviżorji msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, b’indikazzjoni ta’:

(i)

id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti, flimkien ma’ kopja tad-dokument li jikkonferma l-istedina għall-offerti għall-kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni,

(ii)

il-kwantità ta’ prodotti koperti bl-istedina għall-offerti;

(d)

il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib u bil-kodiċi ta’ destinazzjoni, li għalihom kienu nħarġu definittivament liċenzji provviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jew ġew imħassra dakinhar, id-data tal-liċenzja provviżorja u l-kwantità li tkopri;

(e)

fejn xieraq, il-kwantità riveduta tal-prodotti koperti bl-istedina għall-offerti msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;

(f)

il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti bil-liċenzji b’rifużjoni maħruġa skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

2.   Fir-rigward tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1(c)(i), fejn ġew sottomessi diversi applikazzjonijiet għall-istess stedina għall-offerti, tkun biżżejjed notifika waħda għal kull Stat Membru.

Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja qabel is-16-il jum ta’ kull xahar għax-xahar ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji mħassra skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(b)

il-kwantitajiet mhux użati fuq liċenzji skaduti u mraddin lura fix-xahar ta’ qabel u li jkunu ilhom li nħarġu mill-1 ta’ Lulju tas-sena GATT attwali, imqassma skont il-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib;

(c)

il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-ħalib, imqassma skont il-kodiċi NM u skont il-kodiċi tal-pajjiż ta’ oriġini, li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) tat-Trattat u li huma importati għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 30, skont l-Artikolu 12(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 (10) u li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009;

(d)

il-kwantitajiet imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li għalihom inħarġu l-liċenzji u fejn ma tapplika ebda rufużjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

2.   Qabel il-31 ta’ Diċembru, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet imqassma skont il-kodiċi tan-NM, li għalihom inħarġu l-liċenzji għas-sena tal-kwota ta’ wara, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 8

1.   Skont dan ir-Regolament, in-notifiki lill-Kummissjoni għandhom isiru mill-Istati Membri b’mezzi elettroniċi billi jużaw il-metodi li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti abbażi ta’ mudelli jew metodi li l-Kummissjoni tkun poġġiet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati, kif xieraq.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha żżomm disponibbli għall-Istati Membri d-dejta, l-informazzjoni u d-dokumenti trażmessi minnhom.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2005 huwa mħassar.

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 562/2005 għandu jibqa’ japplika għat-trażmissjoni tad-dejta u d-dokumenti relatati mal-perjodu ta’ qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi li saru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48.

(4)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

(8)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(10)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.


ANNESS I.A

NOTIFIKA TA’ KULL ĠIMGĦA

Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

 

Stat Membru: …

 

Persuna ta’ kuntatt: …

 

Telefown: …

 

Feks: …

 

Posta elettronika: …


Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.

Trab tax-xorrox

0404 10 02

25  kg

 

2.

Trab tal-ħalib xkumat li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità meħtieġa għal intervent

0402 10 19

25  kg

 

3.

Trab tal-ħalib

0402 21 19

25  kg

 

4.

Butir - mhux immellaħ

0405 10 19

25  kg

 

5.

Butir - mhux immellaħ

0405 10 11

250  g

 

6.

Żejt tal-butir

0405 90 10

200  kg

 

7.

Cheddar, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 21

 (1)

 

8.

Gouda, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 78

 (1)

 

9.

Edam, 40 sa 45 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 23

 (1)

 

10.

Emmental, 45 sa 50 % xaħam fil-materja niexfa

0406 90 13

 (1)

 


(1)  Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.


ANNESS I.B

NOTIFIKI TA’ KULL XAHAR

Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA – DĠ AGRI.C.4 – L-UNITÀ TAL-PRODOTTI TAL-ANNIMALI

Stat Membru: …

Persuna ta’ kuntatt: …

Telefown: …

Feks: …

Posta elettronika: …


Prodott

Kodiċi tan-NM

Unità rappreżentattiva tal-ippakkjar

Rimarki

1.

Trab tal-ħalib xkumat għall-għalf tal-annimali

0402 10 19 ANIM

20  t

 

2.

Każeina

3501 10

25 kg (xkejjer)

 

3.

Ġobnijiet:

 

 

 

 

 (1)

 

 

 (1)

 

 

 (1)

 

 

 (1)

 

 

 (1)

 


(1)  Għall-ġobnijiet, in-notifika għandha tirreferi għall-unità rappreżentattiva tal-ippakkjar.


ANNESS II

L-elementi li se jiddaħħlu fir-rapport dwar il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat u l-prodotti tal-ħalib li għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni  (*) skont l-Artikolu 3

1.

Organizzazzoni u struttura tas-suq:

Stampa ġenerali tal-istruttura tas-suq għall-prodott inkwistjoni

2.

Definizzjoni tal-prodott:

Il-kompożizzjoni (il-kontenut ta’ xaħmijiet, il-kontenut ta’ materja niexfa, il-kontenut tal-ilma fil-materja mhux xaħmija), il-klassifikazzjoni ta’ kwalità, l-età jew l-istadju tal-maturazzjoni, il-preżentazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-ippakkjar (eż. fi kwantità, fi xkejjer ta’ 25 kg), karatteristiċi oħra

3.

Post u proċedura ta’ reġistrazzjoni:

(a)

l-entità responsabbli għall-istatistika tal-prezzijiet (l-indirizz, il-feks, il-posta elettronika);

(b)

l-għadd ta’ punti ta’ reġistrazzjoni u ż-żona ġeografika jew ir-reġjun fejn japplikaw il-prezzijiet;

(c)

il-metodu ta’ stħarriġ (eż. stħarriġ dirett tal-ewwel xerrejja). Jekk il-prezzijiet ikunu stabbiliti minn bord tal-kummerċjalizzazzjoni, għandha tingħata indikazzjoni jekk humiex ibbażati fuq opinjoni jew fuq fatti. Jekk jintuża materjal sekondarju, is-sorsi għandhom jiġu ddikjarati (eż. l-użu ta’ rapporti tas-suq);

(d)

l-ipproċessar statistiku tal-prezzijiet, inklużi l-fatturi ta’ konverżjoni għall-qlib mill-piż tal-prodott għall-piż rappreżentattiv, stipulat fl-Anness I.

4.

Produzzjoni:

Il-produzzjoni (annwali) fl-Istati Membri

5.

Rappreżentattività:

Is-sehem tal-volum irreġistrat (eż. f’% tal-produzzjoni annwali)

6.

Aspetti rilevanti oħra


(*)  Ir-rapport għandu jintbagħat fl-indirizz li ġej: il-Kummissjoni Ewropea – DĠ AGRI.C.4 – il-prodotti li ġejjin mill-annimali.


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 1

Artikolu 6(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 2(3), 3(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 4

Artikolu 7(5)

Artikolu 4

Artikolu 7(6)

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 9(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10

Artikolu 11(a)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 11(b)

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 11(c)

Artikolu 11(d)

Artikolu 7(1)(c)

Artikolu 11(e)

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 11(e)

Artikolu 7(2)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 9

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 17

Artikolu 11

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness I.A u I.B

Anness VII

Anness VIII

Anness IX

Anness X

Anness XI

Anness XII

Anness II

Anness XIII

Anness III


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Spressa delle Giudicarie (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Spressa delle Giudicarie” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2275/2003 (3).

(2)

Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 336, 23.12.2003, p. 44.

(4)  ĠU C 238, 3.10.2009, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Il-klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Spressa delle Giudicarie (DPO)


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 481/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2011 ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwardja l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, li jinkorpora data rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom ikunu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv tal-EU-SILC. Il-lista ta' varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom jiġu inkorporati fil-modulu ta' trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi għandha tiġi stipulata għas-sena 2011. Din għandha tinkludi wkoll il-kodiċijiet u d-definizzjonijiet tal-varjabbli.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet tal-varjabbli u d-definizzjonijiet għall-Modulu tal-2011 dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi li għandhom jiġu inklużi fil-komponent transsettorjali tal-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC), għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unità, il-mod ta' ġbir tal-informazzjoni, il-perjodu ta' referenza u d-definizzjonijiet li ġejjin:

1.   Unità

Għandha tingħata informazzjoni għall-membri attwali kollha tad-dar jew, jekk ikun applikabbli, għall-interpellati kollha ta' età 'il fuq min 24 sena u taħt is-60 sena.

2.   Mod ta' ġbir ta' informazzjoni

Fid-dawl tat-tip ta' informazzjoni li għandha tinġabar, l-intervisti jew l-informazzjoni personali meħudin mir-reġistri biss huma permessi. L-intervisti permezz ta' rappreżentant (proxy) huma permessi b'eċċezzjoni għal persuni li jkunu temporanjament nieqsa jew inkapaċitati.

3.   Il-perjodu ta' referenza

Il-perjodu ta' referenza għandu jkun meta l-intervistat ikollu madwar 14-il sena.

4.   Definizzjonijiet

(1)   Missier: Il-persuna li l-intervistat iqis li jkun missieru meta kellu madwar 14-il sena. Ġeneralment, il-missier ikun il-missier bijoloġiku, iżda jekk l-intervistat iqis lil xi ħadd ieħor bħala missieru waqt il-perjodu ta' referenza, it-tweġibiet għandhom jirreferu għal din il-persuna, anki jekk il-missier bijoloġiku jkun ħaj u magħruf.

(2)   Omm: il-persuna li l-intervistat iqis li jkun ommu meta kellu madwar 14-il sena. Ġeneralment, l-omm tkun l-omm bijoloġika, iżda jekk l-intervistat iqis lil xi ħadd ieħor bħala ommu waqt il-perjodu ta' referenza, it-tweġibiet għandhom jirreferu għal din il-persuna, anki jekk l-omm bijoloġika tkun ħajja u magħrufa.

(3)   Unità domestika: Tirreferi għall-unità domestika li fiha kienet tgħix il-persuna intervistata meta kellha madwar 14-il sena. Jekk il-ġenituri tal-persuna intervistata kienu ddivorzjati u kellhom kustodja maqsuma (50 % tal-ħin għal kull ġenitur), il-persuna intervistata għandha tagħżel l-unità domestika tagħha fuq bażi oġġettiva, bil-kunsiderazzjoni tal-indirizz ewlieni tagħha meta kellha madwar 14-il sena (jiġifieri, dak fir-reġistru tal-popolazzjoni u/jew fuq il-karta tal-identità/passaport), jew fuq bażi suġġettiva skont fejn kienet tħossha l-iktar komda meta kellha madwar 14-il sena. Għal linji gwida jekk jogħġbok irreferi għad-“Deskrizzjoni tal-varjabbli fil-mira: Transsezzjonali u lonġitudinali” (EU-SILC 065 – operazzjoni tal-2010) – Unitajiet.

OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

 

Modulu 2011

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi

Isem tal-fattur varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

Informazzjoni bażika

RB030

 

ID Personali

In-numru tal-ID

Numru ta' identifikazzjoni personali (PID)

PT005

 

Piż trasversali interġenerazzjonali personali

0+(Format 2.5)

Piż

Dejta tal-familja

PT010

 

Preżenza tal-ġenituri

1

Għexet maż-żewġ ġenituri (jew il-persuni meqjusa bħala ġenituri)

2

Għexet mal-missier biss (jew il-persuna meqjusa bħala l-missier)

3

Għexet mal-omm biss (jew il-persuna meqjusa bħala l-omm)

4

Għexet f'unità domestika privata mingħajr ġenituri

5

Għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni

PT010_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT020

 

Għadd ta’ adulti

 

Numru (2 ċifri) 0-99

PT020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT030

 

Għadd ta’ tfal

 

Numru (2 ċifri) 0-99

PT030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT040

 

Għadd ta' persuni fl-unità domestika li jaħdmu

 

Numru (2 ċifri) 0-99

PT040_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT050

 

Is-sena tat-twelid tal-missier

 

Sena (4 ċifri)

– 1

Ma tafx

PT050_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT060

 

Art twelid il-missier

1

Imwieled fil-pajjiż li l-intervistat jgħix fih bħalissa (jiġifieri il-pajjiż tal-istħarriġ)

2

Imwieled f'pajjiż ieħor tal-UE27

3

Imwieled f'pajjiż Ewropew ieħor

4

Imwieled barra l-Ewropa

– 1

Ma tafx

PT060_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT070

 

Ic-Ċittadinanza tal-missier

1

Il-pajjiż li l-intervistat jgħix fih bħalissa (jiġifieri il-pajjiż tal-istħarriġ)

2

Pajjiż ieħor tal-UE27

3

Pajjiż Ewropew ieħor

4

Barra l-Ewropa

– 1

Ma tafx

PT070_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT080

 

Is-sena tat-twelid tal-omm

 

Sena (4 ċifri)

– 1

Ma tafx

PT080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT090

 

Art twelid l-omm

1

Imwielda fil-pajjiż li l-intervistat jgħix fih bħalissa (jiġifieri il-pajjiż tal-istħarriġ)

2

Imwielda f'pajjiż ieħor tal-UE27

3

Imwielda f'pajjiż Ewropew ieħor

4

Imwielda barra l-Ewropa

– 1

Ma tafx

PT090_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT100

 

Ic-Ċittadinanza tal-omm

1

Il-pajjiż li l-intervistat jgħix fih bħalissa (jiġifieri il-pajjiż tal-istħarriġ)

2

Pajjiż ieħor tal-UE27

3

Pajjiż Ewropew ieħor

4

Barra l-Ewropa

– 1

Ma tafx

PT100_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

Dejta dwar l-edukazzjoni

PT110

 

L-ogħla livell ta' edukazzjoni miksub mill-missier

0

Il-missier la kien jaf jaqra u lanqas jikteb b'ebda lingwa

1

Livell baxx (ta' qabel il-primarja, edukazzjoni primarja jew edukazzjoni sekondarja baxxa)

2

Livell medju (edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja)

3

Livell għoli (l-ewwel stadju tal-edukazzjoni terzjarja u t-tieni stadju tal-edukazzjoni terzjarja)

– 1

Ma tafx

PT110_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT120

 

L-ogħla livell ta' edukazzjoni miksub mill-omm

0

L-omm la kienet taf taqra u lanqas tikteb f'ebda lingwa

1

Livell baxx (ta' qabel il-primarja, l-edukazzjoni primarja jew l-edukazzjoni sekondarja baxxa)

2

Livell medju (edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja)

3

Livell għoli (l-ewwel stadju tal-edukazzjoni terzjarja u t-tieni stadju tal-edukazzjoni terzjarja)

– 1

Ma tafx

PT120_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

Dejta dwar ix-xogħol

PT130

 

Status tal-attività tal-missier

1

Impjegat/a

2

Impjegat għal rasu (inkluż ħaddiem mal-familja)

3

Qiegħed/qiegħda

4

Persuna rtirata jew li rtirat kmieni jew refgħet minn negozju

5

Tagħmel xogħol id-dar u responsabbiltajiet ta' kura

6

Persuna mhux attiva oħra

– 1

Ma tafx

PT130_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

M/A (l-omm mejta)

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT140

 

Pożizzjoni maniġerjali tal-missier

1

Superviżjoni

2

Mhux ta' superviżjoni

– 1

Ma tafx

PT140_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

M/A (il-missier ma jaħdimx)

– 3

M/A (il-missier mejjet)

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT150

 

Ix-xogħol ewlieni tal-missier

 

Kodiċi ISCO-08(COM) (ċifra 1)

– 1

Ma tafx

PT150_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

M/A (il-missier ma jaħdimx)

– 3

M/A (il-missier mejjet)

– 4

M/A (missier mhux magħruf)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT160

 

Status tal-attività tal-omm

1

Impjegata

2

Impjegata għal rasha (inkluż ħaddiema mal-familja)

3

qiegħda

4

Persuna rtirata jew li rtirat kmieni jew refgħet minn negozju

5

Tagħmel xogħol id-dar u responsabbiltajiet ta' kura

6

Persuna mhux attiva oħra

– 1

Ma tafx

PT160_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

M/A (l-omm mejta)

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT170

 

Pożizzjoni maniġerjali tal-omm

1

Superviżjoni

2

Mhux ta' superviżjoni

– 1

Ma tafx

PT170_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

M/A (l-omm ma taħdimx)

– 3

M/A (l-omm mejta)

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT180

 

Ix-xogħol ewlieni tal-omm

 

Kodiċi ISCO-08(COM) (ċifra 1)

– 1

Ma tafx

PT180_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

M/A (l-omm ma taħdimx)

– 3

M/A (l-omm mejta)

– 4

M/A (l-omm mhux magħrufa)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

Dejta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja

PT190

 

Sitwazzjoni finanzjarja tal-unità domestika

1

Ħażina ħafna

2

Ħażina

3

Ftit ħażina

4

Mhux ħażina

5

Tajba

6

Tajba ħafna

– 1

Ma tafx

PT190_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT200

 

Kapaċità ta' sopravivenza

1

B’diffikultà kbira

2

B’diffikultà

3

B’xi diffikultà

4

Pjuttost faċilment

5

Faċilment

6

Faċilment ħafna

– 1

Ma tafx

PT200_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)

PT210

 

Status tal-proprjetà

1

Il-Propjetarja

2

Inkwilin

3

L-akkomodazzjoni ngħatat b'xejn

– 1

Ma tafx

PT210_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 4

M/A (għexet f'unità domestika kollettiva jew istituzzjoni)

– 5

Mhix il-“persuna magħżula”

– 6

Mhux fil-firxa ta' etajiet (25-59)


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2010

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

51,1

MK

50,2

TN

92,7

TR

64,5

ZZ

64,6

0707 00 05

AL

41,0

MA

46,5

MK

54,8

TR

120,0

ZZ

65,6

0709 90 70

TR

111,5

ZZ

111,5

0805 50 10

AR

95,7

BR

112,1

TR

93,4

ZA

105,5

ZZ

101,7

0808 10 80

AR

89,4

BR

78,5

CA

80,1

CL

87,2

CN

73,5

IL

49,0

MK

26,7

NZ

121,3

US

140,3

UY

81,7

ZA

86,9

ZZ

83,1

0809 20 95

TR

534,1

ZZ

534,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.