ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.131.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 131

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
29 ta' Mejju 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 467/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet tas-silikon kkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 tat-28 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2010 tat-28 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2010 tat-28 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

29

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

29.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 467/2010

tal-25 ta’ Mejju 2010

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet tas-silikon kkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F’Marzu 2004, wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 398/2004 (2), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Ir-rata tad-dazju definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, kienet ta’ 49 %. Il-miżuri oriġinali kienu ġew imposti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/90 (3).

(2)

F’Jannar 2007, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 (4) id-dazju anti-dumping definittiv ġie estiż għal importazzjonijiet ta’ silikon ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat li joriġina mir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le.

2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza u reviżjoni interim parzjali

(3)

Wara l-pubblikazzjoni, f’Ottubru 2008, ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tas-silikon li joriġinaw fir-RPĊ (5), il-Kummissjoni rċeviet fl-1 ta’ Diċembru 2008 talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, fit-18 ta’ Diċembru 2008 l-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba għal reviżjoni tal-iskadenza tressqet minn Euroalliages (Kumitat ta’ Kollegament tal-Ferro-Alloy Industry) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ 100 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tas-silikon. It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(5)

It-talba għal reviżjoni interim parzjali ġiet ippreżentata mill-EUSMET (Utenti Ewropej tal-Metall tas-Silikon), u hi limitata fl-ambitu għall-verifika tad-dumping. It-talba kienet imsejsa fuq evidenza prima facie li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri ġew stabbiliti nbidlu u li ċ-ċirkostanzi l-ġodda kienu għal tul ta’ żmien.

(6)

Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed prova għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza u ta’ reviżjoni interim skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) rispettivament tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ bidu ta’ dawn ir-reviżjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“avviż ta’ bidu”).

3.   Investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-produtturi tal-Unjoni li applikaw, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi/negozjanti, lill-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u lill-għaqdiet tagħhom kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjonijiet.

(8)

Fid-dawl tan-numru li jidher għoli ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina li tagħhom hemm lista fit-talbiet, sar ħsieb biex iseħħ it-teħid tal-kampjuni fl-avviż ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza jew kontinwazzjoni ta’ dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(9)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn 11-il kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji fir-RPĊ. Iżda, wara eżami tal-informazzjoni mibgħuta minn dawn il-kumpaniji kien jidher li għadd żgħir biss ta’ tweġibiet kienu saru minn kumpaniji li jesportaw is-silikon prodott minnhom stess lejn l-Unjoni Ewropea. Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(11)

Il-kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji kollha fir-RPĊ imsemmija hawn fuq stqarru wkoll il-ħsieb tagħhom li jitolbu eżami individwali b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”) lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa li huma kkonċernati. It-talbiet għal TES, jew għal TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li l-produtturi esportaturi ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES, waslu minn tliet esportaturi Ċiniżi. Iżda, wieħed minn dawn l-esportaturi rtira t-talba tiegħu sussegwentement, filwaqt li t-tnejn l-oħra nstabu li ma kinux qed jesportaw silikon prodott minnhom stess lejn l-Unjoni Ewropea matul il-PI. It-talbiet ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji għalhekk ma tqisux.

(13)

Barra minn hekk, sitt kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji oħra Ċiniżi bagħtu l-formoli ta’ talba għal TI. Iżda, matul l-investigazzjoni, tliet kumpaniji waqfu milli jikkooperaw. Mit-tliet gruppi ta’ kumpaniji li jifdal, waħda bigħet il-prodott ikkonċernat lil kummerċjant mhux relatat. L-investigazzjoni ma setgħetx tistabbilixxi b’ċertezza jekk is-suq tal-Unjoni kienx id-destinazzjoni aħħarija tal-bejgħ. Billi dan il-grupp ta’ kumpaniji ma jistax, għalhekk, jitqies bħala produttur esportatur, it-talba għal trattament individwali kellha tiġi miċħuda. Kif deher fil-premessa (30), għal kumpanija waħda fejn il-kooperazzjoni kienet mhux suffiċjenti fit-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, dak li nstab kien imsejjes fuq il-fatti disponibbli. It-talba għal TI tal-kumpanija li jibqa’ nstab li ma tistax tintlaqa’.

(14)

Fl-aħħar nett, miż-żewġ kumpaniji li jibqa’ li qed jitolbu li jkunu inklużi fil-kampjun u li jkollhom eżami individwali, waħda biss bagħtet it-tweġiba tal-kwestjonarju fil-ħin kif indikat fl-avviż ta’ bidu. Din il-kumpanija iżda ma esportatx il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni.

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li talbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(16)

Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet interessati jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(17)

Waslu risposti għall-kwestjonarju mill-produtturi applikanti tal-Unjoni, 12-il utent, żewġ assoċjazzjonijiet tal-utenti, sitt esportaturi/produtturi fiċ-Ċina u tliet produtturi fil-pajjiż analogu.

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-għan tad-determinazzjoni tal-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Seħħu żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Il-produtturi applikanti tal-Unjoni:

Ferroatlantica SL, Madrid, Spanja

Ferropem SAS, Chambery, Franza

RW Silicium GmbH, Pocking, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Jinneng Group

Datong Jinneng Industrial Silicon Co., Datong

Shanghai Jinneng International Trade Co., Ltd, Shanghai

Chongqing Trust-Glory New Metal Group

Sichuan Dechang County Guo Yan Silicon Co. Ltd, Dechang

Chongqing Trust-Glory New Metal Co., Ltd, Chongqing

Bluestar Group

Bluestar Silicon Materials Co., Ltd, Lanzhou

China Bluestar International Chemical Co., Ltd, Beijing

Jingyu Sunny Silicon Co., Ltd, Jingyu

Mudanjiang Group

Mudanjiang Shunda Chemical Co., Ltd, Mudanjiang

Dongning Xinshun Guangfu Material Co., Ltd, Dongning

DC/JYKN group

Dalian DC Silicon Co., Ltd, Dalian- Sichuan Jinyang Kangning Silicon Co. Ltd, Leshan

 

Produtturi fil-pajjiż analogu (Brażil):

Globe Metais Industria e Comercio S.A., Breu Branco

Companhia Brasileira Carbureto de Calcio, Santos Dumont

Rima Industrial S/A, Belo Horizonte

 

Utenti:

 

L-industrija tal-aluminju:

Trimet Aluminium AG, Essen, il-Ġermanja

Raffmetal S.p.A., Brescia, l-Italja

Vedani Carlo Metalli S.p.A., Milan, l-Italja

 

L-industrija tal-kimika:

Momentive Performance Materials GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja

Wacker Chemie AG, Munich, il-Ġermanja

Dow Corning Ltd, Cardiff, ir-Renju Unit

4.   Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni u perjodu meqjus

(19)

L-investigazzjoni li tirrigwarda l-issoktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-31 ta’ Diċembru 2008 (“PIR” jew “Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Reviżjoni”).

(20)

L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ ssoktar jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-aħħar tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(21)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni ta’ qabel, jiġifieri metal tas-silikon li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2804 69 00 (il-kontenut tas-silikon peżat inqas minn 99,99 %). Sempliċement minħabba l-klassifika preżenti stabbilita fin-Nomenklatura Magħquda, għandu jinqara bħala “silikon”. Is-silikon li huwa iktar pur, jiġifieri li jkollu mhux inqas minn 99,99 % ta’ silikon peżat, użat l-iktar fl-industrija elettronika tas-semiconductors, jaqa’ taħt Kodiċi NM differenti u mhux kopert minn din il-proċedura.

(22)

Is-silikon jiġi prodott fi fran bi skarika tal-elettriku forma ta’ ark u bl-elettrodi mgħaddsa permezz tat-tnaqqis karbotermiku tal-kwarz (silika) fil-preżenza ta’ diversi tipi ta’ riduċenti tal-karbonju. Jitqiegħed fis-suq taħt forma ta’ balal, frakk żgħir, granulat jew trabb skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-purità tiegħu aċċettati b’mod internazzjonali.

(23)

Is-silikon huwa primarjament użat minn żewġ industriji: l-industrija tal-kimika għall-produzzjoni tal-metilklorosilani jew it-triklorosilani u t-tetraklorosilikon, u l-industrija tal-aluminju għall-prodotti tal-lieġa tal-aluminju, smelters primarji u sekondarji, maħsuba għall-produzzjoni ta’ lieġi fonduti għal bosta industriji, partikolarment l-industrija tal-karozzi u dik tal-bini.

2.   Prodott simili

(24)

Bħal fir-reviżjonijiet ta’ skadenza ta’ qabel, din l-investigazzjoni wriet li s-silikon prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-Unjoni, is-silikon prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu (il-Brażil) u dak immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni applikanti għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi.

(25)

Għaldaqstant il-konklużjoni kienet li dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq

(26)

Kif imsemmi fil-premessa (12), matul l-investigazzjoni, it-tliet kumpaniji li talbu t-TES jew ma kinux jesportaw silikon prodott minnhom stess lejn l-Unjoni Ewropea jew irtiraw it-talba tagħhom għal TES. Għalhekk it-TES ma ngħatax lill-ebda kumpanija.

2.   Trattament individwali (“TI”)

(27)

Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju fuq skala nazzjonali, jekk jeżisti, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk jistgħu jingħataw TI.

(28)

Fil-qosor, u biss biex ir-referenza tkun eħfef, dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

(a)

Fil-każ ta’ ditti li huma kompletament jew parzjalment ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

(b)

Il-prezzijiet ta’ esportazzjoni u l-kwantitajiet, u l-kundizzjonijiert u t-termini ta’ bejgħ huma determinati liberament;

(c)

Il-maġġoranza tal-ishma huma f’idejn persuni privati, u għandu jintwera li l-kumpanija hi indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat;

(d)

L-operazzjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq;

(e)

L-indħil mill-Istat mhux tali li jkun possibbli li l-esportaturi individwali ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti ta’ dazju.

(29)

Ta’ min l-ewwel jinnota li l-kumpanija msemmija fil-premessa (12) li l-ewwel ressqet talba għal TES imbagħad irtirat it-talba tagħha għal TES irtirat ukoll it-talba tagħha għal TI. Din it-talba għalhekk ma ġietx eżaminata aktar.

(30)

Mis-sit kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li għamlu talba għal TI biss, tlieta ma baqgħux jikkooperaw u waħda ma pprovditx it-tagħrif meħtieġ fiż-żmien stabbilit u għalhekk xekklet b’mod sinifikanti l-investigazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk tqiesu bħala li ma kinux qed jikkooperaw u kull ma nstab dwarhom kien imsejjes fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

(31)

L-erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji kkonċernati ġew notifikati dwar il-probabbiltà tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli u r-raġunijiet l-għala u ngħataw iċ-ċans li jipprovdu aktar spjegazzjonijiet skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Iżda, ma waslet ebda evidenza jew tagħrif ġdid minn ebda waħda mill-erba’ kumpaniji li seta’ jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tat-tweġibiet mibgħuta jew jibdel il-konklużjoni li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(32)

Miż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji li jifdal, kif intwera fil-premessa (13), grupp wieħed ta’ kumpaniji ma jistax jitqies bħala produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat u għalhekk it-talba tiegħu għal trattament individwali ma setgħetx tiġi vvalutata.

(33)

L-esportatur l-ieħor instab li kien jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(34)

Minn dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li għandu jingħata TI lil Jinneng Group.

3.   Valur normali

3.1.   Pajjiż analogu

(35)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu. Għalkemm intużat in-Norveġja bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u fir-reviżjonijiet tal-iskadenza ta’ wara, l-investigazzjoni preżenti wriet li ċ-ċirkustanzi fir-rigward tas-suq Norveġiż kienu nbidlu b’mod sinifikanti. Għalhekk, il-produzzjoni domestika fin-Norveġja naqset b’madwar 20 % bejn l-2005 u l-2008 u l-importazzjonijiet tas-silikon fin-Norveġja kienu jirrappreżentaw 97 % tal-konsum domestiku. Matul il-PI, kien hemm produttur domestiku wieħed biss jissupplixxi s-suq domestiku.

(36)

Għaldaqstant, il-Brażil, kif ġie ssuġġerit miż-żewġ applikanti, tqis bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq xierqa fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-Brażil huwa t-tieni l-akbar produttur tas-silikon fid-dinja wara r-RPĊ u li s-suq Brażiljan huwa kompetittiv ħafna b’seba’ produtturi tas-silikon preżenti, li jipproduċu bosta gradi differenti ta’ silikon. Il-Brażil tqis ukoll li hu suq miftugħ b’volumi ta’ importazzjoni sinifikanti l-aktar mir-RPĊ. Għalkemm intalbu jikkummentaw dwar l-għażla tal-Brażil, ebda waħda mill-partijiet interessati ma għamlet dan.

(37)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli meta kienet qed issir l-għażla, il-konklużjoni kienet li l-Brażil kien l-aktar pajjiż analogu xieraq.

3.2.   Determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu

(38)

Tliet produtturi fil-Brażil ikkooperaw billi bagħtu tagħrif dwar il-kost u l-bejgħ tas-silikon fis-suq domestiku Brażiljan. Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat li ngħata minn dawn il-produtturi kif stabbilit hawn taħt.

(39)

Ġie eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-Brażil setax jitqies li kien qed jinbiegћ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(40)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett ta’ bejgħ daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata rrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, u fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip matul il-PI, sew jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ u sew jekk le.

(41)

Fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien taħt il-kost ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja differenzjata ta’ bejgħ bi profitt ta’ dan it-tip biss.

(42)

Skont it-tip ta’ prodott, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-bejgħ kollu jew il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-bejgħ bi qligħ biss, fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu abbażi tad-data verifikata ta’ tliet produtturi f’dan il-pajjiż.

4.   Prezz ta’ esportazzjoni

Kumpanija TI

(43)

Il-bejgħ kollu ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea mill-produttur esportatur ewlieni li ngħata TI sar permezz ta’ kummerċjant relatat li jinsab fir-RPĊ u sussegwentement inbiegħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. F’dan il-każ il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(44)

L-industrija tal-Unjoni lmentat li l-prezzijjiet ta’ esportazzjoni ma kinux ikkalkolati b’mod ħieles skont it-tifsira tal-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, tressaq l-argument li n-“negozjati” dwar il-prezz kienu għaddejjin bejn l-awtoritajiet doganali Ċiniżi u l-esportaturi minħabba l-kalkolu ta’ livell ta’ prezz “raġonevoli”. Iżda l-evidenza li ntbagħtet f’dan ir-rigward ma kellhiex x’taqsam mas-silikon u tqis ukoll il-fatt li dawn l-hekk imsejħa “negozjati” ma kellhomx impatt fuq il-prezz mitlub lill-konsumatur aħħari, li kien ħareġ minn negozjar ħieles bejn il-partijiet. Dan l-ilment għalhekk kellu jiġi miċħud.

(45)

L-industrija tal-Unjoni lmentat ukoll li l-kumpanija li ngħatat TI kienet kumpanija tal-Istat, kellha s-sussidji u għadd sinifikanti ta’ attivitajiet kummerċjali li setgħu jippermettulha li tevadi l-miżuri. Iżda, l-investigazzjoni żvelat li l-esportatur ikkonċernat ma kienx aktar tal-Istat matul il-PIR u għalhekk ma kienx hemm indħil mill-Istat fl-attivitajiet kummerċjali tagħha b’tali mod li seta’ kien hemm evażjoni tal-miżuri. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ sussidji, l-ilment instab li kien mhux issustanzjat. Dawn l-ilmenti għalhekk kellhom jiġu miċħuda.

5.   Tqabbil

(46)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru l-aġġustamenti kif kien hemm fit-talba għar-rigward tat-trasport, karatteristiċi fiżiċi, spejjeż ta’ spezzjoni, ipproċessar u ppakkjar fejn kien applikabbli u ġġustifikat. Sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) minħabba li l-kummerċjant relatat instab li kellu funzjonijiet ta’ aġent li jaħdem fuq kummissjoni.

(47)

L-investigazzjoni żvelat li nġabru dazji ta’ esportazzjoni fuq bejgħ għall-esportazzjoni tas-silikon matul il-PI. Billi d-dazji kellhom effett fuq it-tqabbil tal-prezz, instab xieraq li jiġi aġġustat il-prezz skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għal fatturi oħra li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz.

(48)

Ta’ min jinnota li l-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tqabblu fl-istess livell ta’ tassazzjoni indiretta, jiġifieri inkluża l-VAT.

(49)

Sar ilment li l-fatt li jingħataw lura l-flus imħallsa fuq il-VAT fuq xiri tal-materja prima tas-silikon għandu jiġi rifless fil-kalkolu tal-valur normali. Iżda, il-VAT imħallsa fuq dan ix-xiri nstab li kienet xorta titnaqqas kienet x’kienet is-sistema ta’ ħlas lura tal-VAT fuq l-esportazzjoni tal-prodotti esportati u kienet x’kienet id-destinazzjoni tal-prodotti. Li jitħallas lura l-VAT fuq xiri ta’ materja prima ta’ silikon huwa għalhekk fattur newtrali li ma għandux impatt fuq it-tqabbil tal-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali. Għalhekk dan l-ilment kellu jiġi miċħud.

(50)

Sar ilment ukoll li l-metodoloġija li ntużat biex titqies it-taxxa indiretta kienet differenti minn dik li ntużat f’każijiet oħra u li l-VAT fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni kellu jitnaqqas mill-prezz ta’ esportazzjoni. Ta’ min jinnota li l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li aġġustament għat-taxxa indiretta jista’ jsir biss lill-valur normali u fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu msemmi hawn fuq, li mhumiex preżenti fil-każ attwali. Dan l-ilment għallhekk kellu jiġi miċħud.

6.   Marġini ta’ dumping

6.1.   Għall-kumpanija TI

(51)

Il-marġni ta’ dumping għall-produttur esportatur ewlieni li ngħata TI ġie stabbilit billi tqabblet il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni kif joħorġu mill-fabbrika, skont in-NKP (numru tal-kodiċi tal-prodott) mal-valur normali rispettiv tal-pajjiż analogu kif stabbilit hawn fuq.

(52)

Il-marġni ta’ dumping għall-produttur esportatur ewlieni li ngħata TI, espress bħala perċentwali tal-prezz ta’ importazzjoni CIF (Cost Insurance Freight) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa 16,3 %.

6.2.   Gћall-produtturi/esportaturi l-oћra kollha

(53)

Sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi/produtturi kollha l-oħra li ma kkooperawx fir-RPĊ, ġie stabbilit l-ewwel il-livell ta’ kooperazzjoni. Il-grad ta’ kooperazzjoni kien baxx, jiġifieri inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Għalhekk, il-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji li ma kkooperawx ġie stabbilit bit-tqabbil tal-valur medju ta’ importazzjoni tas-silikon miċ-Ċina, kif irreġistrat fl-Eurostat, aġġustat kif xieraq wara li tħalla barra l-bejgħ magħmul mill-kumpanija TI bil-valur normali rispettiv tal-pajjiż analogu kif stabbilit hawn fuq.

(54)

Waħda mill-partijiet ilmentat li l-livell ta’ kooperazzjoni ma kienx ivvalutat b’mod korrett billi esportatur li kkoopera kien esporta kwantitajiet sinifikanti ta’ silikon lejn l-Unjoni. F’ċirkostanzi bħal dawn l-informazzjoni ta’ dan l-esportatur kellha tintuża biex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu kif sar fir-reviżjoni msemmija fil-premessa (1). Dawn l-ilmenti kellhom jiġu miċħuda minħabba li nstab li l-prezzijiet mitluba minn din il-kumpanija lill-kumpanija marbuta magħha fl-Unjoni ma sarux b’kundizzjonijiet tas-suq.

(55)

Inkella, tressaq l-argument li d-data pprovduta mill-importaturi li kkooperaw kellha tintuża biex jiġi kkalkulat il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu. Kif jissemma fil-premessa (54), parti kbira tal-kwantitajiet importati minn dawn il-partijiet li kkooperaw ma sarux bil-kundizzjonijiet tas-suq u għalhekk il-prezzijiet tqiesu bħala mhux ta’ min jorbot fuqhom. L-importazzjonijiet li jibqa’ tqiesu li ma kinux biżżejjed rappreżentattivi f’termini ta’ kwantitajiet biex fuqhom jissejjes id-dazju għall-pajjiż kollu. Dan l-argument għalhekk ma ġiex aċċettat.

(56)

Wara l-iżvelar, il-kummenti li waslu dwar it-taħlita tal-prodotti tal-valur normali tqiesu biex jiġi stabbilit il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu. Għalhekk it-tqabbil sar bl-użu tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-importaturi li kkooperaw fir-rigward tat-tipi ta’ prodotti.

(57)

Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu jammonta għal 19,0 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

D.   NATURA PERMANENTI TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA U PROBABBILTÀ TAT-TKOMPLIJA TAD-DUMPING

1.   In-natura permanenti taċ-ċirkostanzi mibdula

(58)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx raġonevoli li wieħed iqis iċ-ċirkustanzi mibdula fir-rigward tad-dumping bħala ta’ natura permanenti.

(59)

Sabiex jiġi eżaminat jekk il-livell tal-marġni ta’ dumping misjub matul il-PIR huwiex ta’ natura permanenti, tqis l-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni u l-valur normali.

(60)

Ta’ min jinnota l-ewwel li l-marġni ta’ dumping li nstab fl-aħħar reviżjoni (7); jiġifieri 12,5 %, huwa eqreb tal-livell li nstab fil-proċedura preżenti milli tal-livell attwali ta’ miżuri.

(61)

Sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ wara l-PIR, id-data tal-Eurostat turi li dawn naqsu b’madwar 15 % matul l-ewwel disa’ xhur tal-2009.

(62)

Sa fejn għandu x’jaqsam il-valur normali, l-investigazzjoni wriet li l-valur normali naqas bi proporzjonijiet simili matul l-istess perjodu. Għaldaqstant, il-marġni ta’ dumping għall-esportazzjonijiet tas-silikon matul l-ewwel disa’ xhur tal-2009 probabbli li huma ta’ livell simili bħal dak li nstab fil-PIR.

(63)

Dan ta’ hawn fuq juri li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi huma eqreb tal-prezzijiet dinjija milli meta ġew imposti oriġinarjament il-miżuri (8).

(64)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni kienet li l-livell ta’ dumping li nstab matul l-PIR huwa ta’ natura permanenti.

2.   Il-probabbiltà tat-tkomplija ta’ dumping fil-livelli li nstabu fir-reviżjoni interim

(65)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie mistħarreġ jekk kienx probabbli li jkompli d-dumping fil-livell misjub fir-reviżjoni interim f’każ li l-miżuri jitneħħew.

(66)

Fir-rigward tal-probabbiltà ta’ tkomplija tad-dumping, ġie mistħarreġ l-iżvilupp tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ produzzjoni kif ukoll l-iżvilupp probabbli tal-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi.

3.   Kapaċità ta’ produzzjoni, volum ta’ produzzjoni u konsum fir-RPĊ

(67)

Kellha ssir stima tal-kapaċità totali ta’ produzzjoni ta’ silikon fir-RPĊ. Filwaqt li l-istatistika (9) pprovduta mill-partijiet ikkonċernati wriet kapaċità totali ta’ 2,2 miljun tunnellata fl-2008, l-investigazzjoni żvelat li din iċ-ċifra kienet sopravvalutata b’mod ċar billi ma qisitx għadd sinifikanti ta’ fran li għalqu (minħabba pereżempju r-ristrutturazzjoni tal-industrija tas-silikon, il-kriżi ekonomika u t-terremot fil-provinċja ta’ Sichuan fl-2008) u ma qisitx ukoll il-provvista ta’ enerġija instabbli f’ċerti reġjuni li fil-fatt twassal għal kapaċità iktar baxxa minn dik reġistrata fl-istatistika disponibbli. Wara l-aġġustamenti meħtieġa, il-kapaċità attwali ta’ produzzjoni nstabet għalhekk li kienet madwar 1,5 miljun tunnellata li jikkorrispondu għal żieda ta’ mill-anqas 25 % meta mqabbla mal-kapaċità fl-2002 (il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza ta’ qabel imsemmija fil-premessa (1)) fejn instabet li kienet bejn 600 000 tunnellata u 1,2 miljun tunnellata (10).

(68)

L-EUSMET ilmentat li kienet bagħtet kalkolu fid-dettall tal-kapaċità ta’ produzzjoni fiċ-Ċina u użat rata ta’ operazzjoni ta’ 40 %. L-istima tal-kapaċità kienet ta’ 1,16-il miljun tunnellata. Dan l-ilment iżda nstab li ma kienx sostanzjat partikolarment billi ma ġewx ipprovduti dokumenti ta’ prova dwar ir-rata ta’ operazzjoni użata. Ir-rata ta’ operazzjoni użata mill-Kummissjoni ġejja minn data vverifikata mill-produtturi ewlenin li kkooperaw fir-RPĊ u għalhekk tqieset bħala l-aktar informazzjoni ta’ min jafda fuqha li kien hemm f’dan ir-rigward. Dan l-ilment għalhekk kellu jiġi miċħud.

(69)

L-istess parti ressqet ukoll l-argument li l-fran li kellhom ċerta kapaċità jew li kienu taħt dan il-livell ta’ kapaċità kienu se jingħalqu minħabba deċiżjoni tal-gvern li jnaqqas dejjem aktar il-kapaċità totali fiċ-Ċina. Iżda l-investigazzjoni żvelat li din il-politika tal-gvern ma kinitx tapplika għaċ-Ċina kollha. L-EUSMET ma pprovditx evidenza li turi l-għadd ta’ fran ikkonċernati u l-impatt fuq il-kapaċità totali. L-investigazzjoni wkoll ma żvelatx xi tnaqqis sinifikanti ta’ kapaċità abbażi ta’ dan. Għalhekk dan l-ilment kellu jiġi miċħud.

(70)

L-EUSMET allegat ukoll li l-kapaċità ta’ produzzjoni hija qrib il-volum ta’ bejgħ tar-RPĊ fl-2008; jiġifieri 960 000 tunnellata mingħajr, iżda, ma ssostanzjat din l-istqarrija b’xi evidenza. Barra minn hekk, bosta fatturi kellhom impatt fuq il-volum ta’ bejgħ (bħall-produzzjoni għall-ħażna tal-prodotti, provvista ta’ materja prima u problemi ta’ loġistika minħabba l-Logħob Olimpiku) u għalhekk tqis li l-volum ta’ bejgħ ma setgħax jitqies li kien daqs il-kapaċità ta’ produzzjoni. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi miċħud.

(71)

Sa fejn għandu x’jaqsam il-volum ta’ produzzjoni tas-silikon, skont it-tagħrif disponibbli, l-investigazzjoni żvelat li l-volum ta’ produzzjoni żdied b’mod sinifikanti b’79 % minn 535 000 tunnellata fl-2002 għal 960 000 tunnellata fil-PIR. Għalhekk skont stima konservattiva l-kapaċitajiet żejda kienu madwar 540 000 tunnellata fil-PIR li huwa qrib il-konsum totali tal-UE matul il-PIR u li kien jirrappreżenta kważi d-doppju tal-konsum domestiku Ċiniż ta’ silikon matul l-istess perjodu (ara l-premessa (72)).

(72)

L-investigazzjoni żvelat fl-istess żmien li l-konsum Ċiniż, li kien jirrappreżenta madwar 280 000 tunnellata fil-PIR, x’aktarx jiżdied fis-snin li ġejjin kif jidher fil-premessa (73). Iż-żieda fil-konsum wieħed irid jaraha bħala taħlita ta’ fatturi u miżuri politiċi fl-industrija tal-silikon u l-industrija tagħha aktar qrib l-istadju tal-bejgħ. L-industrija qrib l-istadju tal-bejgħ fir-RPĊ qed tikber u saru ħafna investimenti u hemm aktar ippjanat għall-ġejjieni qrib biex tiġi sodisfatta l-ħtieġa li dejjem qed tikber ta’ prodotti li fil-proċess industrijali huma qrib l-istadju tal-bejgħ. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiniżi daħħlu restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni għal ħafna sorsi (pereżempju l-Ġermanja, ir-Renju Unit, il-Ġappun u l-Istati Uniti) fir-rigward ta’ prodott importanti li fil-proċess industrijali jinsab qrib l-istadju tal-bejgħ (is-siloxane) li nkiseb fi kwantitajiet sinifikanti minn sorsi ta’ dawn il-pajjiżi.

(73)

Filwaqt li huwa diffiċli li wieħed jivvaluta l-impatt eżatt tal-miżuri politiċi inkluża r-ristrutturazzjoni tal-industrija tas-silikon, ħafna partijiet interessati taw ħjiel li t-talba fir-RPĊ se tilħaq madwar 580 000 tunnellata sa tmiem l-2011. Din l-istima tqieset bħala raġonevoli.

(74)

Madankollu, ukoll jekk jitqies it-tbassir imsemmi hawn fuq dwar it-talba domestika u wkoll jekk l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq oħra jilħqu l-livelli għoljin tagħhom tal-2008 (ara l-premessa (79)) is-soprakapaċità xorta tibqa’ sinifikanti (madwar 240 000 tunnellata fl-2011). Ta’ min jinnota wkoll li minħabba l-proċess ta’ ristrutturazzjoni li għaddej bħalissa mhux biss it-talba x’aktarx li tiżdied fir-RPĊ iżda wkoll il-kapaċitajiet u l-volumi ta’ produzzjoni.

(75)

Fir-rigward taż-żieda probabbli fil-kapaċità ta’ produzzjoni fir-RPĊ, l-EUSMET pprovdiet informazzjoni dwar bosta impjanti ta’ produzzjoni tas-silikon li kienu ppjanati u allegat li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-impjanti ma kinux se jimmaterjalizzaw. L-allegazzjoni kienet ibbażata biss fuq kummenti pprovduti mill-membri tagħha u ma kinitx issustanzjata. Hija wkoll ilmentat li jekk il-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża x’aktarx tiżdied, dan kien se jseħħ l-aktar minħabba proġett ippjanat minn produttur tal-Unjoni li kien se jżid 100 000 MT/sena mal-kapaċità ta’ produzzjoni tar-RPĊ. L-informazzjoni pprovduta mill-EUSMET ma kinitx issostanzjata u għalhekk l-ilment ġie miċħud.

(76)

F’dan ir-rigward l-EUSMET ilmentat li l-konsum domestiku Ċiniż kien issupera bil-wisq iż-żieda fil-produzzjoni u kien se jkompli jiżdied. Għalhekk il-volum ta’ produzzjoni fir-RPĊ ma jistax jissodisfa sewwa t-talba tas-suq domestiku Ċiniż. Kif issemma hawn fuq, ma hemm ebda kwistjoni dwar li t-talba domestika Ċiniżi x’aktarx li tiżdied fil-ġejjieni. Iżda, kif deskritt hawn fuq, is-sejbiet tal-investigazzjoni ma kkonfermawx l-allegazzjonijiet magħmula mill-EUSMET. L-EUSMET la kkwantifikat iż-żieda fit-talba la l-volumi ta’ produzzjoni fil-ġejjieni u lanqas ma pprovdiet xi informazzjoni oħra jew evidenza biex isostni l-ilment tagħha li għalhekk kellu jiġi miċħud. Il-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-UE u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi

4.   Il-volum u l-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-UE u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi

(77)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE żdiedu b’113 % minkejja l-miżuri fis-seħħ. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-prezzijiet u minkejja tendenza dejjem tiżdied matul il-PIR, dawn kienu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, taħt il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-UE. Kif jidher fil-premessa (54) u (62) il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tas-silikon lejn l-UE wkoll kienu fuq livelli ta’ dumping sinifikanti kemm matul kif ukoll wara l-PIR.

(78)

Il-livell tal-prezz fl-UE kien xorta fuq livelli ogħla minn kull suq ieħor ta’ pajjiż terz. Dan jispjega inparti l-interess għoli tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni minkejja l-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota wkoll li l-esportaturi Ċiniżi kienu qed jevadu l-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ bi trasbord fir-Repubblika tal-Korea (11) u dan ikompli jsaħħaħ il-konklużjoni li l-esportaturi Ċiniżi għandhom interess għoli fis-suq tal-Unjoni.

5.   Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi

(79)

L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq oħra ta’ pajjiżi terzi kienu sinifikanti bħala volum u qabżu l-volumi esportati lejn l-Unjoni Ewropea. Iżda, ta’ min jinnota wkoll li l-prezzijiet FOB (frank on board) għal pajjiżi terzi kienu bħala medja bejn 4 % u 14 % iktar baxxi mill-prezz ta’ esportazzjoni lejn l-UE fl-2008 u l-ewwel disa’ xhur tal-2009 (12) rispettivament.

(80)

L-EUSMET ilmentat li s-sejba tal-Kummissjoni dwar prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi ogħla mill-medja lejn l-Unjoni ma kinitx tqis it-taħlita ta’ prodotti fi swieq oħra. Ta’ min jinnota li l-EUSMET ma bagħtet ebda evidenza biex isostni dan l-ilment. Ma pprovditx informazzjoni jew spjegazzjoni dwar sa fejn it-taħlita ta’ prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra hija tabilħaqq differenti. L-evidenza pprovduta dwar id-differenzi fil-prezz bejn it-tipi ta’ prodott kienet marbuta aktar mas-suq tal-UE biss u ma’ perjodu sew qabel il-PIR, jiġifieri l-2001/02. Għalhekk ma setgħetx titqies bħala bażi biżżejjed preċiża biex jiġu kkalkulati d-differenzi fil-prezz bejn it-tipi ta’ prodott matul u wara l-PIR. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni disponibbli marbuta mal-PIR ma biddlitx il-konklużjonijiet fil-premessa (79). Dan l-ilment għalhekk ġie miċħud.

(81)

Għajr għall-Istati Uniti tal-Amerika, li huma mħarsa minn dazji anti-dumping għoljin (139,49 %) kontra s-silikon li joriġina fir-RPĊ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi kellhom aċċess ħieles għal swieq ewlenin oħra ta’ pajjiżi terzi.

(82)

L-EUSMET ressqet ilment li s-suq Ażjatiku huwa d-destinazzjoni ewlenija għas-silikon Ċiniż u li t-tkabbir fis-swieq Ġappuniżi u Koreani huwa sinifikanti. Ma hemmx kwsitjoni dwar li l-Ażja hija d-destinazzjoni ewlenija għas-silikon Ċiniż. Iżda, ukoll jekk il-konsum jista’ jiżdied fis-snin li ġejjin fis-swieq Ġappuniżi u Sudkoreani, din iż-żieda fil-konsum mhiex mistennija li tkun tali li tista’ tassorbi l-kapaċitajiet sinifikanti żejda Ċiniżi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li s-suq Ġappuniż, li huwa s-suq ewlieni ta’ esportazzjoni għaċ-Ċina, huwa mifqugħ bis-silikon Ċiniż.

(83)

L-EUSMET allegat li, jekk jitħallew jiskadu l-miżuri, il-mudelli ta’ provvista għall-utenti kimiċi ma jiġux affettwati. Iżda, l-investigazzjoni ma kkonfermatx din l-allegazzjoni billi bosta utenti (użu fl-industrija kimika u tal-aluminju) stqarrew li tabilħaqq kienu se jiksbu aktar kwantitajiet miċ-Ċina kieku jitħallew jiskadu l-miżuri. Għalhekk dan l-argument ġie miċħud.

(84)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa mistenni li l-kapaċitajiet żejda Ċiniżi se jintbagħtu lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(85)

Billi l-importazzjonijiet lejn l-UE matul il-PIR kienu l-oġġett ta’ dumping, x’aktarx li d-dumping se jissokta wkoll f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Dan huwa mirfud mill-iżvilupp ta’ wara l-PIR fejn l-importazzjonijiet tas-silikon mir-RPĊ ssoktaw b’livelli ta’ prezz taħt dawk matul il-PIR (ara l-premessa (131)).

6.   Konklużjoni

(86)

L-investigazzjoni wriet li l-volumi ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u li l-livell ta’ dumping misjub għal dawn l-importazzjonijiet kien sinifikanti fil-PIR.

(87)

Fid-dawl tal-kapaċitajiet żejda disponibbli fir-RPĊ matul il-PIR u minkejja t-talba domestika li dejjem tiżdied, x’aktarx li kwantitajiet kbar ta’ silikon se jiġu esportati lejn l-UE bi prezzijiet ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Tabilħaqq, it-talba domestika fir-RPĊ mhux se tkun f’qagħda li tassorbi l-kapaċitajiet żejda u s-suq tal-UE huwa l-uniku suq sinifikanti fejn jistgħu jiġu esportati l-kapaċitajiet żejda. Is-suq tal-UE huwa tabilħaqq suq tajjeb għall-esportazzjonijiet Ċiniżi billi l-prezzijiet mitluba lill-klijenti tal-UE huma bħala medja ogħla minn dawk mitluba lill-klijenti ta’ pajjiżi terzi. L-interess tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-UE huwa wkoll ikkonfermat mill-prassi ta’ evażjoni fl-imgħoddi.

(88)

Għalhekk il-konklużjoni hi li x’aktarx id-dumping jissokta.

E.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(89)

It-tliet produtturi tal-Unjoni li lmentaw wieġbu l-kwestjonarju u kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Il-produzzjoni tal-produtturi li lmentaw tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

F.   IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(90)

Data speċifika marbuta mal-industrija u l-konsum tal-Unjoni kellha tiġi indiċizzata, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, billi l-industrija tal-Unjoni għandha biss tliet produtturi, li tnejn minnhom huma fl-istess grupp. Id-data tal-Eurostat kellha tiġi aġġustata biex tqis id-data li għaliha ntalab trattament kunfidenzjali mill-Istati Membri fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ silikon, u għal din ir-raġuni wkoll kellha tiġi indiċizzata.

2.   Konsum tal-Unjoni

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (skont il-volum tal-bejgħ)

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

115

118

121

Xejra S/S

15  %

3  %

3  %

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni u l-istatistika aġġustata tal-Eurostat

(91)

Il-konsum tal-Unjoni kien imsejjes fuq il-volum aggregat ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, skont data aġġustata tal-Eurostat.

(92)

Fuq din il-bażi u kif jidher fit-Tabella 1 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied sewwa matul il-perjodu meqjus, jiġifieri b’21 %.

3.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

Tabella 2

Importazzjonijiet mir-RPĊ bil-volum, is-sehem tas-suq u l-prezz ta’ importazzjoni

Indiċijiet

2005

2006

2007

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet

100

183

168

213

Sehem tas-suq

100

159

143

176

Prezz ta’ importazzjoni CIF EUR/tunnellata

100

106

120

188

Sors: Statistika Eurostat aġġustata

(93)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volumi ta’ importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’113 % filwaqt li l-konsum fl-Unjoni żdied b’21 %. It-totali jinkludu l-importazzjonijiet ta’ silikon mir-Repubblika tal-Korea, billi fl-2007 l-miżuri ġew estiżi għal dan il-pajjiż wara proċedura kontra l-evażjoni. Minkejja l-miżuri ta’ anti-dumping is-sehem tas-suq Ċiniż żdied b’sitta u sebgħin punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u jinsab sew ogħla mis-sehem tas-suq ta’ 3,9 % li kien hemm fl-2002, il-PIR tal-investigazzjoni ta’ qabel din. Iżda, il-biċċa l-kbira, jiġifieri madwar 90 % tal-kwantitajiet importati mir-RPĊ, tqiegħdu taħt is-Sistema ta’ Proċessar Intern bil-ħlas tad-dazji sospiż.

(94)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji mir-RPĊ żdiedu bi 88 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iżda, l-ogħla żieda fil-prezzijiet seħħet bejn l-2007 u l-PIR.

(95)

Il-prezz medju mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni tqabbel mal-prezzijiet medji ta’ importazzjoni CIF Ċiniżi fuq il-fruntiera tal-Unjoni. Dawn il-prezzijiet instabu minn ċifri tal-Eurostat aġġustati u kienu jinkludu spejjeż ta’ wara l-importazzjoni, dazji ta’ dwana u ta’ anti-dumping. It-tqabbil wera li l-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi ma waqqgħux il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji Ċiniżi kienu jinkludu wkoll il-bejgħ tas-silikon Ċiniż iddestinat għall-Ipproċessar Intern. Ta’ min jinnota li l-prezzijiet tas-silikon iddestinati għall-Ipproċessar Intern, li kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet Ċiniżi, instabu, bħala medja, li huma 15 % ogħla matul il-PIR mill-prezzijiet tas-silikon għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

(96)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq instab li kieku l-miżuri ma kinux fis-seħħ il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi għall-kwantitajiet iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni bi 12 %.

4.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Tabella 3

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (volum)

Indiċijiet

2005

2006

2007

PIR

In-Norveġja

100

114

100

113

Il-Brażil

100

113

123

93

Ir-Russja

100

39

114

116

Bożnia Ħerzegovina

100

202

165

174

Pajjiżi terzi oħra

100

110

101

118

Total

100

112

112

110

Sehem tas-suq

100

97

95

91

Sors: Eurostat


Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (prezzijiet medji)

Indiċijiet

2005

2006

2007

PIR

In-Norveġja

100

93

101

128

Il-Brażil

100

98

108

149

Ir-Russja

100

130

116

170

Bożnja Ħerzegovina

100

102

116

163

Pajjiżi terzi oħra

100

112

116

119

Total

100

100

108

145

Sors: Eurostat

(97)

Filwaqt li l-volumi ta’ importazzjoni totali tas-silikon minn pajjiżi terzi għajr għar-RPĊ u r-Repubblika tal-Korea żdiedu b’madwar 10 % matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas b’disa’ punti perċentwali fil-PIR. L-akbar esportaturi lejn l-Unjoni kienu l-Brażil, in-Norveġja u r-Russja, filwaqt li Bożnja Ħerzegovina kien sors ġdid ta’ provvista.

(98)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni minn dawn il-pajjiżi żdiedu b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja kienu 15 % aktar mill-prezzijiet Ċiniżi għajr fil-PIR meta kienu 5 % inqas.

5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-Unjoni

Indiċi

2005

2006

2007

PIR

Produzzjoni

100

94

108

107

Xejra S/S

–6  %

14  %

0  %

Kapaċità ta’ produzzjoni

100

102

112

114

Xejra S/S

2  %

11  %

2  %

Użu ta’ kapaċità

100

92

96

94

Xejra S/S

–8  %

3  %

–2  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(99)

Il-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet żieda ġenerali ta’ 14 % fil-perjodu kkunsidrat bħala riżultat tal-investimenti. Madankollu l-użu tal-kapaċità naqset b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wieħed għandu jħares lejn dan l-iżvilupp fl-isfond taż-żieda sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni b’21 % matul l-istess perjodu.

5.2.   Inventarji

Tabella 6

Inventarji

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

91

82

82

Xejra S/S

–9  %

–9  %

0  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(100)

Il-prodott fl-imħażen naqas bi 18 % matul il-perjodu kunsidrat. Din kien ġej mit-talba għolja, b’mod partikolari matul l-2007 u l-PIR li kienu perjodi favorevoli b’mod eċċezzjonali fiċ-ċiklu ekonomiku. Il-prodott fl-imħażen fl-2005 kien jirrappreżenta 2 7 % tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-UE filwaqt li niżel għal 19 % tal-volum ta’ bejgħ tal-UE matul il-PIR.

5.3.   Bejgħ, sehem tas-suq u prezzijiet

Tabella 7

Volumi u valuri ta’ bejgħ

 

2005

2006

2007

PIR

Volum ta’ bejgħ (indiċi)

100

103

116

118

Xejra S/S

3  %

13  %

2  %

Valur ta’ bejgħ (indiċi)

100

105

132

178

Xejra S/S

5  %

27  %

45  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


Tabella 8

Sehem tas-suq tal-Industrija tal-Unjoni

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

89

98

98

Xejra S/S

–11  %

9  %

–1  %

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni, statistika aġġustata tal-Eurostat


Tabella 9

Prezzijiet ta’ bejgħ tal-unità tal-industrija tal-Unjoni

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

102

114

150

Xejra S/S

2  %

12  %

37  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(101)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess żmien, il-valur ta’ bejgħ żdied bi 78 %, bl-akbar żidiet iseħħu fl-2007 u l-PIR, minħabba ż-żieda fit-talba fis-suq tas-silikon. Madankollu, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’żewġ punti perċentwali fil-PIR. It-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità matul il-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa (99) wera li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tipprofitta ruħa bis-sħiħ minn domanda u konsum akbar fis-suq tas-silikon, b’mod partikolari għal dak li hu sehem tas-suq.

(102)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’mod sostanzjali fl-2007 u fil-PIR billi matul dawn is-sentejn kien hemm talba qawwija fis-suq tas-silikon li wasslet għal prezzijiet eċċezzjonalment għoljin. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’50 %. Iż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet ta’ bejgħ flimkien ma’ żieda iktar baxxa fl-ispejjeż ta’ produzzjoni kellhom rwol ewlieni fit-titjib sinifikanti tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.4.   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Unjoni

(103)

It-talba qawwija matul il-perjodu kkunsidrat wasslet biex il-prezzijiet żdiedu ferm. Il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, inkluża r-RPĊ, kellhom l-istess xejra ta’ żieda tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(104)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-ispejjeż medji ta’ unità ta’ produzzjoni żdiedu b’21 % filwaqt li ż-żieda korrispondenti fil-prezz medju ta’ unità ta’ bejgħ kien ta’ 50 %.

5.5.   Impjieg, produttività u pagi

Tabella 10

Impjieg

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

93

91

100

Xejra S/S

–7  %

–2  %

9  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


Tabella 11

Produttività

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

101

119

108

Xejra S/S

1  %

18  %

–11  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


Tabella 12

Pagi (EUR/impjegat)

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

94

107

117

Xejra S/S

–6  %

13  %

10  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(105)

L-impjieg baqa’ stabbli b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-pagi medji żdiedu bi 17 %. Il-produttività żdiedet bi 8 % matul l-istess perjodu bħala riżultat taż-żieda fil-volum ta’ produzzjoni.

5.6.   Kapaċità ta’ profitt

Tabella 13

Kapaċità ta’ profitt

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

161

389

671

Xejra S/S

61  %

228  %

282  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(106)

Il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni żdiedet kważi sitt darbiet mill-2005 sal-PIR u laħqet livell għoli matul il-PIR. Din iż-żieda ta’ profitti fl-2007 u l-PIR ġew minn żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ minħabba talba qawwija fis-suq tas-silikon bħala riżultat tal-kundizzjonijiet ekonomiċi eċċezzjonalment favorevoli fis-seħħ dakinhar. Dan minkejja żieda ta’ 21 % fl-ispejjeż ta’ produzzjoni matul il-perjodu.

5.7.   Investimenti, qligħ fuq investimenti u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

Tabella 14

Investimenti u dħul fuq l-investimenti (DFI)

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

135

310

717

Xejra S/S

35  %

174  %

408  %

DFI

7  %

14  %

47  %

96  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(107)

L-investimenti żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri b’sitt darbiet u dan jikkorrispondi għal madwar 30 % tal-profitti miksuba. L-industrija tal-Unjoni tat prova tal-impenn tagħha għas-suq tas-silikon tal-Unjoni hekk kif l-investimenti kienu f’rabta waħda mal-kapaċità ta’ produzzjoni, kemm bl-installazzjoni ta’ makkinarju ġdid kif ukoll bl-aġġornament ta’ makkinarju li diġà kien hemm. Barra minn hekk, investew fil-proċess metallurġiku tas-silikon b’safa għolja għall-użu fl-industriji tal-enerġija mix-xemx. Dan il-prodott ġdid għandu prospetti tajbin ħafna fil-ġejjieni.

(108)

L-investigazzjoni wriet ukoll li d-dħul mill-investimenti, jiġifieri l-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott espress bħala perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-assi fissi allokati lill-prodott, żdied notevolment matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni ma kixfitx evidenza li l-industrija tal-Unjoni kellha xi problemi ewlenin biex tiġbor il-kapital.

5.8.   Likwidità

Tabella 15

Likwidità

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

114

348

672

Xejra S/S

14  %

233  %

325  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(109)

Il-likwidità kellha xejra simili bħall-kapaċità ta’ profitt u żdiedet ferm matul il-perjodu kkunsidrat.

5.9.   Tkabbir

(110)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tipprofitta ruħa bis-sħiħ mit-tkabbir sinifikanti fil-konsum filwaqt li kienet qed tipproduċi bi 80 % tal-kapaċità tagħha u tilfet żewġ punti perċentwali mis-sehem tas-suq tagħha. Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi fil-biċċa l-kbira rebħuha huma ż-żieda fil-konsum bil-kwantitajiet kbar li tqiegħdu taħt is-Sistema ta’ Proċessar Intern.

5.10.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(111)

Matul il-PIR, minkejja l-miżuri fis-seħħ, id-dumping kompla f’livelli sostanzjali, għalkemm f’livelli iktar baxxi milli stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, abbażi kemm tad-data mogħtija mill-uniku produttur esportatur li kkoopera u li ngħata TI kif ukoll tal-kalkoli bbażati fuq il-fatti disponibbli.

5.11.   Irkupru mill-effetti ta’ dumping tal-imgħoddi

(112)

L-industrija tal-Unjoni, f’kuntest ekonomiku pożittiv, irnexxielha tirkupra mid-dumping tal-imgħoddi, b’mod partikolari f’termini ta’ volum ta’ bejgħ, prezzijiet ta’ bejgħ u kapaċità ta’ profitt. Ta’ min ifakkar iżda li l-marġnijiet ta’ dumping baqgħu sinifikanti.

5.12.   Attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

Tabella 16

Volum ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2005

2006

2007

PIR

Indiċi

100

72

168

27

Xejra S/S

–28  %

96  %

– 141  %

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

(113)

L-esportazzjonijiet tas-silikon tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’aktar min-nofs matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar fil-PIR. Filwaqt li f’kuntest ta’ tqabbil dan it-tnaqqis jista’ jidher qawwi, f’termini assoluti huwa inqas sinifikanti, billi l-industrija tal-Unjoni mhiex orjentata lejn l-esportazzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni għandhom impenn sħiħ lejn is-suq tal-Unjoni. Ta’ min jinnota iżda li xi uħud mill-produtturi tal-Unjoni għandhom kumpaniji relatati barra mill-Unjoni li jipproduċu u jbiegħu għal dawn is-swieq, u hekk tonqos il-ħtieġa għall-esportazzjoni mill-Unjoni.

5.13.   Il-konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(114)

Il-miżuri ta’ anti-dumping kellhom impatt pożittiv ċar fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-indikaturi kollha ewlenin ta’ ħsara, bħall-produzzjoni, il-produttività, il-prodotti fl-imħażen, il-volum ta’ bejgħ, il-prezzijiet ta’ bejgħ, l-investimenti, il-kapaċità ta’ profitt u l-likwidità, urew żviluppi pożittivi. Il-profitt magħmul fil-PIR jirrifletti l-fatt li dan kien matul perjodu eċċezzjonalment favorevoli fiċ-ċiklu ekonomiku.

(115)

Sa fejn huwa kkonċernat is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, ix-xejra ta’ tnaqqis ħafif tista’ titqies li ġejja mill-ħsara fis-sens li, minkejja l-kapaċità ta’ produzzjoni disponibbli, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tipprofitta ruħha miż-żieda fil-konsum.

(116)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi marbuta mal-industrija tal-Unjoni, mhux meqjus li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk saret analiżi biex jinstab jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

G.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA

1.   Taqsira tal-analiżi ta’ kemm huwa probabbli li jissokta d-dumping u li jkun hemm rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara

(117)

Ta’ min ifakkar li minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod sostanzjali u rebħu l-biċċa l-kbira tas-sehem tas-suq li ntilef mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ baqgħu għaddejjin bid-dumping fuq livelli sinifikanti. Abbażi ta’ dan, ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li ċ-Ċiniżi mhux se jissoktaw bid-dumping. Barra minn hekk, matul il-PIR, kieku ma kienx hemm fis-seħħ il-miżuri, il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi għall-kwantitajiet intiżi għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa kienu jwaqqgħu l-prezz tal-industrija tal-Unjoni bi 12 %.

(118)

Ta’ min jinnota wkoll li fl-2007, wara proċedura kontra l-evażjoni, il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ta’ silikon ikkunsinnat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk hu ddikkjarat li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le. L-estensjoni tal-miżuri kellhom effett pożittiv billi l-importazzjonijiet tas-silikon mir-Repubblika tal-Korea naqqsu f’daqqa.

(119)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi Ċiniżi kellhom kapaċitajiet żejda sinifikanti matul il-PIR, jiġifieri madwar 540 000 tunnellata. Minkejja ż-żieda mistennija fid-domanda fir-RPĊ, il-kapaċità żejda, kif spjegat fil-premessa (74), mistennija li tibqa’ fis-snin li ġejjin.

(120)

Kif imsemmi aktar ‘il fuq, is-suq tal-Unjoni hija destinazzjoni ewlenija għar-RPĊ, billi s-suq ewlieni l-ieħor, dak tal-Istati Uniti, għandu miżuri ta’ anti-dumping għoljin kontra r-RPĊ li huwa għalhekk kważi inaċċessibbli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(121)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi nstabu li kienu iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ pajjiż terz b’medja ta’ 15 % u fil-PIR biss kienu ogħla b’5 %. Fid-dawl tal-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għas-suq tal-Unjoni, huwa mistenni, f’każ li l-miżuri jitneħħew, li volum kbir ta’ esportazzjonijiet bi prezzijiet taħt dawk tal-pajjiżi terzi jkunu fi triqthom lejn is-suq tal-Unjoni, b’effett qawwi ġenerali ta’ tnaqqis tal-prezzijiet.

(122)

L-EUSMET ilmentat li 56 % tas-sehem tas-suq f’idejn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mqabbla mas-sehem tas-suq relattivament baxx f’idejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kien ikollu impatt aktar deċiżiv fuq is-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni fil-PIR partikolarment billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu 5 % iktar baxxi minn dawk Ċiniżi. F’dan ir-rigward instab li minkejja li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu 5 % iktar baxxi fil-PIR minn dawk tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ta’ dawk tal-ewwel niżlu b’4 % bejn l-2007 u l-PIR meta mqabbla ma’ żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ta’ 34 % (ara t-Tabelli 2 u 3 hawn fuq). Fuq l-istess perjodu, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kien stabbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kellhom impatt deċiżiv fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR.

(123)

Sar ilment li l-Kummissjoni ma qisitx iż-żieda probabbli tal-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-iktar minħabba spejjeż ta’ elettriku ogħla, qtugħ ta’ provvista tal-elettriku, spejjeż ikbar ta’ investiment, inflazzjoni għolja, żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u fl-ispejjeż ta’ trasport internazzjonali, meta saret l-istima tal-iżvilupp probabbli tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi. Ukoll jekk l-ispejjeż tal-elettriku jiżdiedu fiċ-Ċina dan mhux l-uniku element sinifikanti ta’ spiża. Barra minn hekk, ma ntbagħtet ebda indikazzjoni dwar kemm kienet din iż-żieda u l-impatt preċiż tagħha fuq il-kost totali u l-prezzijiet ta’ bejgħ li jirriżultaw minn dan. Sa fejn għandhom x’jaqsmu elementi oħra, dawn jew huma kompletament spekulattivi u/jew ma kinux biżżejjed sostanzjati jew kwantifikati biex wieħed jiġbed xi konklużjoni minnhom. Ta’ min jinnota wkoll li huwa żball li tassumi li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni bilfors huma msejsa fuq il-livell tal-kost ta’ produzzjoni, billi bosta fatturi oħra jistgħu wkoll ikollhom impatt fuq il-livell tal-prezz, bħal strateġiji politiċi tal-gvern jew kwistjonijiet ta’ provvista u talba.

(124)

Instab ukoll li fis-swieq tal-pajjiżi terzi fejn mhumiex fis-seħħ dazji ta’ anti-dumping, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi matul il-PIR kienu fuq livelli iktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni.

(125)

Għalhekk il-konklużjoni kienet li kien hemm issoktar ta’ dumping u probabbiltà ta’ żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jagħmlu pressjoni biex jwaqqgħu l-prezzijiet fl-Unjoni, tal-inqas fuq medda qasira ta’ żmien, kieku jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, mhemmx raġuni biex wieħed jaħseb li l-prezzijiet tar-RPĊ se jiżdiedu. Għaldaqstant, hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara billi dan jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-irkupru finanzjarju osservat matul il-PIR.

2.   L-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni – indikazzjonijiet u żvilupp probabbli matul il-perjodu ta’ wara l-PIR

(126)

Matul perjodu ta’ konsum li dejjem jiżdied, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu, filwaqt li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod sinifikanti. Fid-dawl ta’ dawn l-indikaturi mhux ċari (jiġifieri rkupru ġenerali mill-industrija tal-Unjoni, iżda telf tas-sehem tas-suq) u l-fatt li l-PIR kien perjodu eċċezzjonalment favorevoli fiċ-ċiklu ekonomiku, l-iżviluppi ta’ wara l-PIR ġew eżaminati biex ikun hemm stampa iktar ċara tax-xejriet li x’aktarx ikun hemm fil-ġejjieni. Ta’ min ukoll ifakkar li l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara kkawżata minn pressjoni biex il-prezzijiet jonqsu tista’ tkun aċċentwata mill-evoluzzjoni tal-ekonomija globali u l-effetti tagħha fuq it-talba u l-konsum.

(127)

Skont data aġġustata tal-Eurostat u t-tagħrif ipprovdut mill-industrija tal-Unjoni dwar l-iżvilupp tal-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet fl-Unjoni għall-perjodu minn Jannar 2009 sa Settembru 2009, wieħed jista’ josserva xejra ta’ tnaqqis ċara u bla qtugħ fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-volum ta’ bejgħ tela’ għal 52 % tal-kwantità mibjugħa fid-disa’ xhur korrispondenti tal-2008 minkejja li l-prezzijiet medji ta’ bejgħ baqgħu fl-istess livell bħall-2008 minħabba kuntratti fuq medda twila ta’ żmien u tnaqqis fil-produzzjoni.

(128)

Sa fejn kellha x’taqsam il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni l-iżvilupp negattiv kien sinifikanti. Il-livelli ta’ profitt naqsu bla waqfien u niżlu sal-livelli baxxi u anki taħt il-mira ta’ profitt ta’ 6,5 % stabbilita matul l-investigazzjoni oriġinali.

(129)

Ta’ min jinnota li minħabba l-kriżi ekonomika globali, it-talba fl-Unjoni naqset b’mod sinifikanti. Dan kellu impatt negattiv fuq il-volum ta’ bejgħ u l-kapaċità ta’ profitt fis-suq tal-Unjoni. Il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret lura u l-industrija tal-Unjoni saret aktar vulnerabbli. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-industrija tal-Unjoni ma tkunx f’qagħda li tegħleb l-impatt negattiv taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Din il-qagħda x’aktarx li tmur iktar għall-agħar minħabba l-pressjoni minn dawn l-importazzjonijiet.

(130)

L-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu kemm bħala volumi kif ukoll bħala prezzijiet, b’dawk tal-ewwel b’mod iktar sostanzjali. F’termini ta’ prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu aktar mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (8 % fuq 2 % rispettivament). Ma nstabx twaqqigħ ta’ prezzijiet jew bejgħ taħt il-prezz għall-perjodu ta’ wara l-PIR. Iżda, li kieku l-miżuri ma kinux fis-seħħ il-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni bi 3 % u kien ikun hemm bejgħ taħt il-prezz ta’ 11 %. Barra minnhekk, instab li kieku l-miżuri jitneħħew, il-prezzijiet ta’ importazzjoni għall-kwantitajiet destinati għas-suq ħieles kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni bi 22 % u l-bejgħ taħt il-prezz kien ikun ta’ 38 %.

(131)

Instab ukoll li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi mhux protetti minn dazji anti-dumping kienu f’livelli ħafna iktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ dawk li nstabu matul il-PIR, kif imsemmi fil-premessa (123). Dan juri li fi żminijiet ta’ tnaqqis ta’ attività ekonomika tiżdied il-pressjoni biex il-prezzijiet jonqsu.

(132)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u minħabba x-xejra negattiva li tidher biċ-ċar tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjoni hija li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ ħsara f’każ li jitħallew jiskadu l-miżuri.

3.   Il-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

(133)

Il-konsiderazzjoni finali hi li jekk il-miżuri jitneħħew x’aktarx ikun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni, bi pressjoni biex il-prezzijiet jonqsu. Qagħda bħal din mhux biss tqiegħed fil-periklu l-investimenti sostanzjali magħmula mill-industrija tal-Unjoni biex tiżviluppa u taġġorna l-produzzjoni tagħha iżda wkoll l-iżvilupp ta’ produzzjoni ġdida għas-silikon għall-enerġija mix-xemx li huwa suq tajjeb fil-ġejjieni. Barra minn hekk, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara tkompli tikber minħabba t-tnaqqis fl-attività ekonomika ta’ dan l-aħħar.

H.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(134)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie analizzat jekk l-issoktar tal-miżuri attwali ta’ anti-dumping ikunux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-kalkolu tal-interess tal-Unjoni kien imsejjes fuq stima tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti tal-prodott ikkonċernat.

(135)

Ta’ min ifakkar li fir-reviżjonijiet preċedenti l-adozzjoni ta’ miżuri ma kinitx meqjusa bħala li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, billi l-investigazzjoni attwali hija reviżjoni ta’ skadenza, teħtieġ analiżi ta’ qagħda li fiha kienu diġà fis-seħħ il-miżuri anti-dumping u l-istima ta’ kull impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet affettwati mill-miżuri preżenti anti-dumping.

(136)

Abbażi ta’ dan ġie analizzat jekk kienx hemm raġunijiet inevitabbli li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu miżuri f’dan il-każ partikolari, minkejja l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq dwar il-probabbiltà tal-issoktar ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara.

2.   Interessi tal-industrija tal-Unjoni

(137)

Ta’ min ifakkar li l-marġnijiet ta’ profitt għoljin miksuba fl-2007 u fil-PIR kienu riżultat taż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ. Dan il-fattur ma kienx mistenni li jkompli fis-snin li ġejjin.

(138)

L-industrija tal-Unjoni tat prova li hija industrija vijabbli u kompetittiva, kapaċi tadatta għall-kundizzjonijiet li qed jinbidlu tas-suq. Dan kien ikkonfermat b’mod partikolari bl-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi kollha ewlenin ta’ ħsara matul il-perjodu kkunsidrat. L-issoktar tal-miżuri mill-aħħar reviżjoni ta’ skadenza kien ikkontribwixxa biex tinġieb lura l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(139)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tat prova tal-impenn tagħha lejn is-suq tas-silikon tal-Unjoni u tejbet l-effiċjenza tagħha b’mod sinifikanti. L-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti sostanzjali fiż-żieda mhux biss tal-kapaċità ta’ produzzjoni iżda wkoll fl-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija fil-proċess metallurġiku għall-produzzjoni ta’ silikon ta’ safa għolja għall-industriji tal-enerġija mix-xemx.

(140)

Is-suq tas-silikon għall-enerġija mix-xemx huwa suq ġdid bi prospetti eċċellenti għall-ġejjieni fid-dawl taż-żieda mistennija fl-użu tal-enerġija mix-xemx fis-snin li ġejjin. Huwa għalhekk kwistjoni ta’ ħajja u mewt għall-industrija tal-Unjoni li tieħu sehem f’dan is-suq ġdid. F’dan ir-rigward, żewġ produtturi tal-Unjoni għandhom pjanijiet li jibnu żewġ impjanti ġodda għas-silikon għall-użu tal-enerġija mix-xemx fl-Unjoni biex ikopru parti mill-ħtiġijiet tas-suq tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li l-investimenti magħmula f’din in-niċċa l-ġdida tas-suq jiddependu ħafna fuq l-eżistenza tal-produzzjoni tradizzjonali tas-silikon fl-UE li huwa l-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tas-silikon għall-enerġija mix-xemx.

(141)

Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ħabbar pjanijiet biex jinvesti f’faċilitajiet ġodda fir-RPĊ biex ikopru ż-żieda mistennija fil-ħtiġijiet tas-suq Ċiniż kemm għas-silikon tradizzjonali kif ukoll għas-silikon għall-enerġija mix-xemx.

(142)

Kif imsemmi hawn fuq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa probabbli ħafna r-riskju ta’ rikorrenza ta’ ħsara u dan iqiegħed fil-periklu l-investimenti ta’ dan l-aħħar magħmula mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa fl-interessi tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jinżammu.

3.   L-interessi ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati

(143)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi/kummerċjanti kollha magħrufa li mhumiex relatati. Waslu tweġibiet minn żewġ importaturi mhux relatati li kienu wkoll utenti tal-prodott ikkonċernat. Il-kummenti ta’ dawn il-kumpaniji jinsabu taħt it-taqsima dwar l-interessi tal-utenti hawn taħt. Importatur/kummerċjant wieħed ħabbar lilu nnifsu iżda ma weġibx il-kwestjonarju.

(144)

Fid-dawl tal-fatt li, barra milli jiksbu sorsi mir-RPĊ, l-importaturi għandhom ukoll aċċess għal provvista ta’ silikon kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll minn sorsi ta’ pajjiżi terzi li huma ħielsa minn dazji anti-dumping, bħan-Norveġja u l-Brażil, li għandhom iktar minn 56 % tas-sehem tas-suq tal-Unjoni, il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija meqjusa bħala żgurata.

(145)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn xi kummerċjant jew xi sinjal li juri l-kontra ta’ dan, il-konklużjoni hija li l-miżuri attwali fis-seħħ ma kellhom ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom u l-issoktar tal-miżuri ma taffettwax l-importaturi.

4.   L-interessi tal-utenti

(146)

Ta’ min ifakkar li l-EUSMET, għaqda ta’ utenti fis-settur kimiku, ressqu r-reviżjoni interim attwali limitata għad-dumping. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha magħrufa li mhumiex relatati u lill-għaqdiet tagħhom. Tnax-il utent ikkooperaw fl-investigazzjoni, xi wħud minnhom importaturi ewlenin tas-silikon Ċiniż li tqiegħdu taħt is-Sistema ta’ Pproċessar Intern. Barra minn hekk għaqda oħra tal-utenti kkooperat billi bagħtet il-kummenti tagħha.

(147)

L-utenti industrijali ewlenin tas-silikon fl-Unjoni huma l-industriji tal-kimika u tal-aluminju li rispettivament jirrappreżentaw 60 % u 40 % tal-konsum tal-Unjoni.

(148)

Għall-industrija tal-kimika s-silikon huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni kemm tas-silikoni użati f’għadd kbir ta’ applikazzjonijiet, b’mod partikolari fl-industriji tal-karozzi u tal-bini u l-polisilikon użat fl-industriji tal-elettronika u tal-enerġija mix-xemx. Il-proporzjon ta’ silikon fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-ħafna tipi ta’ silikoni u polisilikoni varja minn 2 sa 35 % skont il-proċess ta’ produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott fil-fażi ta’ produzzjoni qrib il-bejgħ. Bħala medja, iżda, il-proporzjon ta’ silikon fl-ispejjeż totali ta’ produzzjoni tas-silikoni kien jinsab f’medda bejn 11 u 21 % filwaqt li għall-polisilikoni l-medda kienet bejn 2 u 10 %. B’dazju ta’ anti-dumping ta’ 19 %, l-impatt fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ dawk l-utenti kimiċi li jiksbu s-silikon kollu tagħhom mir-RPĊ huwa stmat li jinsab bejn 2 u 4 %. Għal utenti oħra kimiċi l-impatt huwa iktar baxx.

(149)

Xi wħud mill-kumpaniji tal-kimika li kkooperaw fl-investigazzjoni kienu l-importaturi ewlenin tas-silikon Ċiniż li tqiegħed taħt is-Sistema ta’ Proċessar Intern u għalhekk ħieles mid-dazji anti-dumping. Iżda, l-argument tagħhom kien li ma setgħux jassorbu d-dazju jew jgħadduh lill-klijenti tagħhom u li s-Sistema ta’ Proċessar Intern ma neħħietx il-piż maħluq bil-miżuri fis-seħħ billi kellhom jiddedikaw ħafna riżorsi sinifikanti fi proċeduri twal ta’ dwana u oħrajn amministrattivi. Barra minn hekk, raw li kellhom bil-fors jinvestu f’faċilitajiet ġodda fir-RPĊ biex ikunu qrib sors ta’ materja prima rħisa u jkunu aktar kompetittivi fis-suq Ażjatiku.

(150)

Għall-industrija tal-aluminju s-silikon huwa wkoll materja prima importanti għall-produzzjoni tal-ligi mir-raffinaturi tal-aluminju. Dawn il-ligi jintużaw l-iktar mill-industriji tal-karozzi u tal-bini. Il-proporzjon ta’ silikon fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom varja minn 8 sa 10 % skont il-kwalità tal-iskart li użaw li kien fih diġà s-silikon. Il-biċċa l-kbira tar-raffinaturi tal-aluminju li kkooperaw fl-investigazzjoni xtraw is-silikon minn pajjiżi terzi oħra li mhumiex soġġetti għal dazji anti-dumping minħabba li l-prodotti tagħhom huma destinati l-aktar għas-suq tal-Unjoni u għalhekk, ma jistgħux jużaw is-Sistema ta’ Pproċessar Intern. B’dazju anti-dumping ta’ 19 %, l-impatt fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-utenti tal-aluminju li jiksbu s-silikon kollu tagħhom mir-RPĊ huwa stmat madwar 2 %. Għall-utenti l-oħra kollha tal-aluminju l-impatt huwa iktar baxx. L-investigazzjoni żvelat li l-kapaċità ta’ profitt tar-raffinaturi tal-aluminju ma kinitx għolja ħafna u għalhekk, iż-żidiet fil-prezzijiet tas-silikon għandhom impatt negattiv fuq il-profitti tagħhom minħabba l-marġni limitat tagħhom.

(151)

L-industrija tal-kimika kellha madwar 14 000 impjegat u l-industrija tal-aluminju 6 000. Matul il-perjodu kkunsidrat l-impjieg fl-industrija tal-kimika żdied bi 8 % filwaqt li fl-industrija tal-aluminju baqa’ stabbli.

(152)

L-utenti kollha kienu kontra l-issuktar tal-miżuri minħabba li l-miżuri kienu fis-seħħ għal żmien twil wisq, li artifiċjalment żiedu l-livelli tal-prezz tas-silikon fis-suq tal-Unjoni, kienet x’kienet l-oriġini, u li l-industrija tal-Unjoni ma ġarbitx ħsara matul il-PIR. Iżda, fid-dawl tas-sehem tas-suq estremament għoli li jinsab f’idejn l-esportaturi Ċiniżi għas-silikon ddestinat għall-ipproċessar intern u l-kompetizzjoni għas-silikon iddestinat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, din l-istqarrija mhiex sostanzjata. Filwaqt li tabilħaq instab li fil-biċċa l-kbira tagħha l-industrija tal-Unjoni ma ġarbitx ħsara, il-kwsitjoni tal-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ ħsara wkoll kellha titqies f’reviżjoni tal-skadenza. Kif intqal hawn fuq (ara l-premessa (133) b’mod partikolari), din il-probabbiltà nstabet f’dan il-każ.

(153)

L-EUSMET allegat li kien hemm skarsezza ta’ silikon fil-PIR fis-suq tal-Unjoni kif intwera fl-ilment tagħha li l-ordnijiet ta’ xi uħud mill-membri tagħha ma ntlaqgħux mill-produtturi tal-pajjiżi terzi. Iżda, dan l-ilment ma kienx issostanzjat. Hija u tivvaluta l-kapaċità disponibbli fis-suq, l-EUSMET qieset biss il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni mingħajr ma qieset l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi inkluża ċ-Ċina li jitqiegħdu taħt is-Sistema ta’ Pproċessar Intern. Il-konklużjoni għalhekk hija li ma kien hemm ebda skarsezza u li t-talba fis-suq setgħet tintlaqa’ abbażi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-volum ta’ importazzjonijiet.

(154)

L-EUSMET ilmentat ukoll li l-industrija tal-Unjoni deliberatament tillimita l-produzzjoni permezz ta’ shutdowns staġonali u għalhekk tillimita l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni biex tikkontrolla l-prezzijiet ta’ bejgħ. Produttur wieħed tal-Unjoni rrikorra għal dawn ix-shutdowns ta’ produzzjoni iżda f’dawn il-perjodi kellhom biżżejjed prodotti maħżuna biex jissupplixxu l-klijenti tagħhom skont il-kuntratti fit-tul li kellhom. Produttur ieħor tal-Unjoni kellu xi qtugħ fil-produzzjoni iżda wara l-perjodu tal-PIR biss u din kienet ħaġa ta’ darba. Għalhekk, l-ilment tal-EUSMET li x-shutdowns kienu maħsuba biex jiġu kkontrollati l-prezzijiet tqis infondat.

(155)

Wieħed jifhem li l-utenti jridu aċċess ħieles għall-materja prima rħisa biex ikunu iktar kompetittivi. Huma jqiesu l-libertà li jiksbu s-sorsi bħala essenzjali billi l-aċċess mhux imxekkel għas-silikon skont il-fehma tagħhom se jsir aktar importanti fil-ġejjieni minħabba ż-żieda mistennija fit-talba għas-silikon sal-2013, l-aktar minħabba l-proġetti marbuta mal-enerġija mix-xemx. L-EUSMET ressqet l-argument li biż-żieda fit-talba mistennija fis-suq tas-silikon tal-Unjoni fis-snin sal-2013, l-iskarsezza allegata se tiżdied. Madankollu, iċ-ċifri pprovduti li fuqhom kienu msejsa s-suppożizzjonijiet, juru li l-konsum tal-Unjoni wkoll fl-2013 se jkun iktar baxx mil-livell li kien hemm matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-libertà tal-ksib tas-sorsi ma tistax minnha nnifisha tiġġustifika li tiġi aċċettata l-prassi tad-dumping. Il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni teħtieġ kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha.

(156)

L-utenti kimiċi wkoll ġibdu l-attenzjoni li l-industrija tal-Unjoni tibqa’ sors importanti ta’ provvista bħala garanzija għad-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fuq medda qasira ta’ żmien, il-kredibbiltà tal-provvista u għal prodott ta’ kwalità ogħla minn dak Ċiniż.

(157)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-miżuri fis-seħħ ma kellhomx xi effetti negattivi sinifikanti fuq in-negozju tagħhom. B’mod partikolari xi utenti fl-industrija tal-kimika żiedu b’mod qawwi l-importazzjonijiet tagħhom ta’ silikon mir-RPĊ matul il-perjodu kkonċernat u l-biċċa l-kbira tagħhom kienu f’qagħda finanzjarja soda. Fil-qosor, il-konsiderazzjoni finali kienet li, bħal fir-reviżjonijiet ta’ skadenza ta’ qabel, l-issoktar tal-miżuri ma jkollux effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti industrijali, meta wieħed iżomm ukoll quddiem għajnejh li l-livell tal-miżuri proposti jonqos b’mod konsiderevoli.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(158)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li mhemmx raġunijiet inevitabbli kontra li l-miżuri ta’ anti-dumping jitwalu.

I.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(159)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm ħsieb li jiġi rakkomandat li l-miżuri jinżammu iżda fuq livelli iktar baxxi. Ingħataw ukoll perjodu ta’ żmien biex jibagħtu l-kummenti u t-talbiet tagħhom wara l-iżvelar tar-riżultati. L-ilmenti rilevanti li ntbagħtu ġew analizzati iżda ma wasslux għal tibdil tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jinżammu l-miżuri ta’ anti-dumping.

(160)

Bħala riżultat tar-reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju ta’ anti-dumping għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-inqas marġni ta’ ħsara li fuqu huma msejsal-miżuri fis-seħħ u l-marġnijiet ta’ dumping li nstabu fir-reviżjoni attwali.

(161)

Għaldaqstant, il-miżuri se jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġnijiet ta’ dumping misjuba; jiġifieri 16,3 % għall-grupp ta’ kumpaniji waħdieni li ngħata TI u għal 19,0 % għall-kumpaniji l-oħra kollha.

(162)

Abbażi ta’ dan, il-miżuri estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 42/2007 (13) għall-importazzjonijiet tas-silikon kkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, wara investigazzjoni bi qbil mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandhom jinżammu iżda fil-livelli stabbiliti fil-premessa (161).

(163)

L-esportaturi fir-Repubblika tal-Korea li beħsiebhom iressqu talba għal eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku jkunu meħtieġa li jimlew kwestjonarju biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi jekk tkunx iġġustifikata eżenzjoni. Din l-eżenzjoni tista’ tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, ix-xiri u l-bejgħ u l-probabbiltà tal-issoktar ta’ prassi li għaliha ma hemmx raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjarat ta’ verifika fuq il-post. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment xi modifiki fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni jew mal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott meqjus.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tas-silikon, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2804 69 00, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manufatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandu jkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta’ dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Datong Jinneng Industrial Silicon Co., Pingwang Industry Garden, Datong, Shanxi

16,3  %

A971

Il-kumpaniji l-oħra kollha

19  %

A999

3.   L-estensjoni tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet minn ‘il-kumpaniji l-oħra kollha’ fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (jiġifieri 19,0 %) għall-importazzjonijiet tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 kkunsinnat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarat bħala li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, hija b’dan miżmuma (Kodiċi TARIC 2804690010).

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż, imsemmi fl-Artikolu 1(3), għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandhom ikunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-applikant.

2.   It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate B

Office: N-105 04/17

1049 Brussels

Belgium

Fax (32-2) 295 65 05

3.   Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tista’ tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri anti-dumping imposti bir-regolament attwali mid-dazju estiż imsemmi fl-Artikolu 1(3).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames snin.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SEBASTIÁN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 15.

(3)  ĠU L 198, 28.7.1990, p. 57.

(4)  ĠU L 13, 19.1.2007, p. 1.

(5)  ĠU C 254, 7.10.2008, p. 9.

(6)  ĠU C 51, 4.3.2009, p. 17.

(7)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 15.

(8)  ĠU L 345, 16.12.1997, p. 1.

(9)  Statistika CRU Marzu 2009.

(10)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 15.

(11)  ĠU L 13, 19.1.2007, p. 1.

(12)  Sors: Statistika dwar l-esportazzjoni Ċiniża.

(13)  ĠU L 13, 19.1.2007, p. 1.


29.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 468/2010

tat-28 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u, jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 27 u 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistipula proċeduri għall-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd involuti f'sajd illegali mhux rappurtat u mhux regolat (bastimenti tas-sajd IUU) kif ukoll proċeduri għall-istabbiliment ta' lista tal-UE ta' dawn il-bastimenti. L-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta' azzjonijiet kontra bastimenti tas-sajd inklużi f'dik il-lista.

(2)

Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-lista tal-UE għandu jkun fiha l-bastimenti tas-sajd IUU identifikati mill-Kummissjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 30 ta' dak ir-Regolament il-lista tal-UE għandha tinkorpora wkoll bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi ta' bastimenti IUU adottati min organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(4)

Sakemm il-Kummissjoni tidentifika direttament bastimenti oħra tas-sajd involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, il-lista tal-UE se jkun fiha biss bastimenti inklużi fil-listi ta' bastimenti IUU adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament “Lista tal-UE ta' bastimenti IUU” tfisser lista ta' bastimenti tas-sajd involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, kif jissemma fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 2

Il-lista tal-UE ta' bastimenti IUU hija stabbilita fl-Anness.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


ANNESS

Lista tal-UE ta' bastimenti IUU

PARTI A

Bastimenti elenkati f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

PARTI B

Bastimenti elenkati f'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Numru tal-OMI (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment/Referenza tal-RFMO

Isem il-bastiment (isem preċedenti) (2)

Stat tal-Bandiera (2)

Elenkat fl-RFMO (2)

20080003

ABDI BABA 1 (EROL BÜLBÜL)

Il-Bolivja (bandiera preċedenti: It-Turkija)

ICCAT

20060010

ACROS NO. 2

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ħonduras)

ICCAT

20060009

ACROS NO. 3

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ħonduras)

ICCAT

7306570

ALBORAN II (WHITE ENTERPRISE)

Il-Panama

NEAFC, NAFO, SEAFO

 

ALDABRA

Togo

CCAMLR, SEAFO

7036345

AMORINN

Togo

CCAMLR, SEAFO

 

BALENA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Vanwatu)

IOTC

 

BHASKARA No 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: L-Indoneżja)

IATTC

 

BHASKARA No 9

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: L-Indoneżja)

IATTC

 

BHINEKA

L-Indoneżja

IATTC

 

BIGARO

Togo

CCAMLR, SEAFO

20060001

BIGEYE

Mhux magħruf

ICCAT

20040005

BRAVO

Mhux magħruf

ICCAT

 

CAMELOT

Mhux magħruf

IATTC

6803961

CARMELA (GOLD DRAGON)

Togo (bandiera preċedenti: Il-Ginea Ekwatorjali)

CCAMLR, SEAFO

20080002

CEVAHIR (SALIH BAYRAKTAR)

Il-Bolivja (bandiera preċedenti: It-Turkija)

ICCAT

 

CHIA HAO No 66

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

8713392

CHU LIM

Togo

CCAMLR, SEAFO

6607666

CONSTANT

Il-Ginea Ekwatorjali

CCAMLR, SEAFO

7322897

CORVUS

Il-Panama

CCAMLR, SEAFO

20080001

DANIAA (CARLOS)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ginea Konakri)

ICCAT

8422852

DOLPHIN (OGNEVKA)

Ir-Russja

NEAFC, NAFO, SEAFO

9042001

DRACO-1

Il-Panama

CCAMLR, SEAFO

 

DRAGON III

Mhux magħruf

IATTC

8604668

EROS DOS (FURABOLOS)

Il-Panama

NEAFC, NAFO, SEAFO

20080005

GALA 1 (MANARA II/ROAGAN)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Libja)

ICCAT

 

GOIDAU RUEY No 1

Il-Panama

IATTC

7020126

GOOD HOPE

In-Niġerja

CCAMLR, SEAFO

6719419

GORILERO (GRAN SOL)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Is-Sjerra Leone)

NEAFC, NAFO, SEAFO

 

GUNUAR MELYAN 21

Mhux magħruf

IOTC

7322926

HEAVY SEA

Il-Panama

CCAMLR, SEAFO

 

HIROYOSHI 17

L-Indoneżja

IATTC

 

HOOM XIANG 11

Il-Malażja

IOTC

7332218

IANNIS 1

Mhux magħruf

NEAFC, NAFO, SEAFO

 

JIMMY WIJAYA 35

L-Indoneżja

IATTC

 

JINN FENG TSAIR No 1

It-Taipei Ċiniża

WCPFC

 

JYI LIH 88

Mhux magħruf

IATTC

20060007

LILA NO. 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Panama)

ICCAT

7815337

LINA (SEIFUKU MARU NO 35)

L-Indoneżja (bandiera preċedenti: Il-Ġappun)

WCPFC

 

LINGSAR 08

L-Indoneżja

IOTC

20040007

MADURA 2

Mhux magħruf

ICCAT

20040008

MADURA 3

Mhux magħruf

ICCAT

8707240

MAINE

Il-Ginea Konakri

NEAFC, NAFO, SEAFO

20060002

MARIA

Mhux magħruf

ICCAT

 

MARTA LUCIA R

Il-Kolombja

IATTC

20060005

MELILLA NO. 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Panama)

ICCAT

20060004

MELILLA NO. 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Panama)

ICCAT

 

MINAKO

L-Indoneżja

WCPFC

 

MING YU SHENG 8

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

7385174

MURTOSA

Togo

NEAFC, NAFO, SEAFO

8721593

NEMANSKIY

Mhux magħruf

NEAFC, NAFO, SEAFO

20060003

No. 101 GLORIA (GOLDEN LAKE)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Panama)

ICCAT

20060008

No. 2 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ħonduras)

ICCAT

20060011

No. 3 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ħonduras)

ICCAT

9230658

NORTH OCEAN

Iċ-Ċina

CCAMLR, SEAFO

20040006

OCEAN DIAMOND

Mhux magħruf

ICCAT

7826233

OCEAN LION

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ginea Ekwatorjali)

IOTC

 

ORCA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

20060012

ORIENTE NO. 7

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Ħonduras)

ICCAT

9404285

PARSIAN SHILA

L-Iran

IOTC

 

PERMATA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: L-Indoneżja)

IATTC

 

PERMATA 1

L-Indoneżja

IATTC

 

PERMATA 138

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: L-Indoneżja)

IATTC

 

PERMATA 2

L-Indoneżja

IATTC

 

PERMATA 6

L-Indoneżja

IATTC

 

PERMATA 8

L-Indoneżja

IATTC

 

PERMATA 102

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: L-Indoneżja)

IATTC

6622642

PERSEVERANCE

Il-Ginea Ekwatorjali

CCAMLR, SEAFO

6706084

RED (KABOU)

Il-Panama

NEAFC, NAFO, SEAFO

6818930

REX

Togo

CCAMLR, SEAFO

 

REYMAR 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

7388267

ROSS

Togo

CCAMLR, SEAFO

8221947

SENTA (SHIN TAKARA MARU)

Il-Panama (bandiera preċedenti: Il-Ġappun)

WCPFC

20080004

SHARON 1 (MANARA I/POSEIDON)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Libja)

ICCAT

20050001

SOUTHERN STAR 136 (HSIANG CHANG)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: St. Vincent u l-Grenadini)

ICCAT

7347407

SUNNY JANE

Mhux magħruf

NEAFC, NAFO, SEAFO

 

TA FU 1

Mhux magħruf

IATTC

 

TCHING YE No 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

9319856

TROSKY (PALOMA V)

Il-Kambodja

CCAMLR, SEAFO

6905408

TYPHOON-1

Togo

CCAMLR, SEAFO

 

WEN TENG No 688

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Il-Beliże)

IATTC

9230672

WEST OCEAN

Iċ-Ċina

CCAMLR, SEAFO

 

YU FONG 168

It-Taipei Ċiniża

WCPFC

 

YU MAAN WON

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ġeorġja)

IOTC

7321374

YUCATAN BASIN (ENXEMBRE)

Il-Panama

NEAFC, NAFO, SEAFO

9037537

ZEUS (TRITON-1)

Togo (bandiera preċedenti: Is-Sjerra Leone)

CCAMLR, SEAFO


(1)  L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Għal kwalunkwe tagħrif ieħor ikkonsulta s-sit tal-RFMO.


29.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 469/2010

tat-28 ta’ Mejju 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

49,9

MK

50,2

TN

87,1

TR

62,4

ZZ

62,4

0707 00 05

AL

41,0

MA

37,3

MK

70,2

TR

119,7

ZZ

67,1

0709 90 70

TR

109,3

ZZ

109,3

0805 10 20

EG

61,8

IL

52,4

MA

57,5

US

60,2

ZA

65,8

ZZ

59,5

0805 50 10

AR

100,8

BR

112,1

TR

74,4

ZA

94,0

ZZ

95,3

0808 10 80

AR

69,2

BR

79,1

CA

113,1

CL

80,0

CN

71,3

MK

26,7

NZ

107,8

US

148,6

ZA

87,8

ZZ

87,1

0809 20 95

TR

541,2

US

328,1

ZZ

434,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 470/2010

tat-28 ta’ Mejju 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 457/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 128, 27.5.2010, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-29 ta’ Mejju 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

39,80

0,00

1701 11 90  (1)

39,80

2,96

1701 12 10  (1)

39,80

0,00

1701 12 90  (1)

39,80

2,67

1701 91 00  (2)

39,23

5,70

1701 99 10  (2)

39,23

2,57

1701 99 90  (2)

39,23

2,57

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.