ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.119.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2010 tat-12 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
2010/275/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 413/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’Diċembru 2005, fit-tmien laqgħa tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prevenzjoni tal-Iskart u tar-Riċiklaġġ (WGWPR) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) qabel li jiċċara t-test tal-annotazzjoni nru B1030 tal-Anness IX għall-Konvenzjoni ta’ Basel. L-emenda ta’ dik l-annotazzjoni ġiet adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 u għadha trid tiġi maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basel. Approvazzjoni pendenti fil-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Basel u l-emenda tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma xierqa sabiex tkun tista’ tkun inkorporata dik il-kjarifika fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
F’April 2008, fil-ħdax-il laqgħa tiegħu, il-WGWPR tal-OECD qabel li jemenda t-test tal-annotazzjoni nru AA010 tal-lista l-ambra ta’ skart perikoluż maħruġa mill-OECD. L-emenda ta’ dik l-annotazzjoni ġiet adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156. Huwa għalhekk xieraq li dik l-emenda tiġi inkorporata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva Nru 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
L-Annessi III, IV u IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:
1. |
Fil-Parti I tal-Anness III, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Għall-finijet ta’ dan ir-Regolament:
|
2. |
Fil-Parti II tal-Anness IV, l-annotazzjoni Nru AA010 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
3. |
Fil-lista B tal-Parti 3 tal-Anness V, l-annotazzjoni Nru AA010 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 414/2010
tat-12 ta' Mejju 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Nieheimer Käse (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Nieheimer Käse” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 234, 29.9.2009, p. 15.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Il-klassi 1.3. Ġobnijiet
IL-ĠERMANJA
Nieheimer Käse (IĠP)
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 415/2010
tat-12 ta' Mejju 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Tettnanger Hopfen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Tettnanger Hopfen” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 222, 15.9.2009, p. 8.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat
Klassi 1.8 Prodotti oħra fl-Anness I tat-Trattat: (ħwawar; eċċ.)
IL-ĠERMANJA
Tettnanger Hopfen (IĠP)
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 416/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament. L-Anness II fih listi ta' qrati u awtoritajiet kompetenti li għandhom ġuriżdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw l-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni. L-Anness III jelenka l-qrati li lilhom jisgħu jiġu ppreżentati appelli kontra deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni. |
(2) |
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġew emendati diversi drabi, l-aħħar darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/2009 (2) sabiex jiġu aġġornati r-regoli ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali, il-listi tal-qrati jew tal-awtoritajiet kompetenti u l-proċeduri ta' rimedju applikabbli. |
(3) |
L-Istati Membri nnotifikaw il-Kummissjoni b’emendi addizzjonali għall-listi li jinsabu fl-Annessi I, II u III. Għaldaqstant jidher xieraq li jiġu ppubblikati verżjonijiet konsolidati tal-listi li jinsabu f'dawn l-annessi. |
(4) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka ma għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tal-emendi għar-Regolament Brussell I u emendi bħal dawn m'għandhom la jorbtu lid-Danimarka u lanqas ma jkunu applikabbli għaliha. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT AN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 huma ssostitwiti bl-Annessi korrispondenti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
ANNESS I
Regoli ta' ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2)
— |
fil-Belġju: l-Artikoli 5 sa 14 tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 2004 dwar id-dritt internazzjonali privat, |
— |
fil-Bulgarija: l-Artikolu 4(1) (2) tal-Kodiċi dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, |
— |
fir-Repubblika Ċeka: l-Artikolu 86 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (občanský soudní řád), kif emendat, |
— |
fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozeßordnung), |
— |
fl-Estonja: l-Artikolu 86 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik), |
— |
fil-Greċja: l-Artikolu 40 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Κώδικας Πολιτικής Δικονομίας), |
— |
fi Franza: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil), |
— |
fl-Irlanda: ir-regoli li jippermettu li l-ġurisdizzjoni tkun bbażata fuq il-fatt li d-dokument li bih jitressqu l-proċedimenti jkun ġie nnotifikat lill-konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fl-Irlanda, |
— |
fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 tal-Liġi 218 tal-31 ta' Mejju 1995, |
— |
f′Ċipru: is-sezzjoni 21(2) tal-Liġi tal-Qrati tal-Ġustizzja Nru 14 tal-1960, kif emendata, |
— |
fil-Latvja: is-Sezzjoni 27 u l-paragrafi 3, 5, 6, u 9 tas-Sezzjoni 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), |
— |
fil-Litwanja: l-Artikolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas), |
— |
fil-Lussemburgu: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil), |
— |
fl-Ungerija: l-Artikolu 57 tad-Digriet tal-Liġi Nru 13 tal-1979 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (a nemzetközi magánjogról szóló 1979. évi 13. törvényerejű rendelet), |
— |
f’Malta: L-Artikoli 742, 743 u 744 tal-Kodiċi ta′ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap. 12 u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Kummerċ – Kap. 13, |
— |
fl-Awstrija: l-Artikolu 99 Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati (Jurisdiktionsnorm), |
— |
fil-Polonja: l-Artikolu 1103(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Kodeksu postępowania cywilnego), |
— |
fil-Portugall: l-Artikolu 65(1a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil), safejn dan jista’ jinkludi raġunijiet għal ġurisdizzjoni eżorbitanti, bħall-qrati tal-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor (jekk ikunu jinsabu fil-Portugall) meta l-amministrazzjoni ċentrali (jekk tkun tinsab fi Stat barrani) tkun il-parti nnotifikata, u l-Artikolu 10 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo do Trabalho), safejn din tkun tista’ tinkludi raġunijiet għal ġurisdizzjoni eżorbitanti, bħall-qrati tal-post fejn l-attur ikun domiċiljat fi proċedimenti relatati ma' kuntratti individwali ta' impjieg li jitressqu mill-impjegat kontra min iħaddmu, |
— |
fir-Rumanija: l-Artikoli 148-157 tal-Liġi Nru 105/1992 dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Dritt Internazzjonali Privat, |
— |
fis-Slovenja: l-Artikolu 48(2) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b’rabta mal-Artikolu 47(2) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku) u l-Artikolu 58 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b’rabta mal-Artikolu 59 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku), |
— |
fis-Slovakkja: l-Artikoli 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta’ Proċedura relatati miegħu, |
— |
fil-Finlandja: il-paragrafi 1 u 2 tas-Sezzjoni 18(1) tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari/rättegångsbalken), |
— |
fl-Isvezja: l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tas-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), |
— |
fir-Renju Unit: regoli li jippermettu li l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq:
|
ANNESS II
Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li lilhom tista’ tiġi ppreżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 huma s-segwenti:
— |
fil-Belġju, ir-“tribunal de première instance” jew ir-“rechtbank van eerste aanleg” jew l-“erstinstanzliches Gericht”, |
— |
fil-Bulgarija il-“окръжния съд”, |
— |
fir-Repubblika Ċeka, l-“okresní soud” or “soudní exekutor”, |
— |
fil-Ġermanja,
|
— |
fl-Estonja, il-“maakohus” (il-qorti tal-kontea), |
— |
fil-Greċja, il-“Μονομελές Πρωτοδικείο”, |
— |
fi Spanja, il-“Juzgado de Primera Instancia”, |
— |
fi Franza:
|
— |
fl-Irlanda, il-“High Court”, |
— |
fl-Italja, il-“corte d'appello”, |
— |
f’Ċipru, il-“Επαρχιακό Δικαστήριο” jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment il-“Οικογενειακό Δικαστήριο”, |
— |
fil-Latvja, il-“rajona (pilsētas) tiesa”, |
— |
fil-Litwanja, il-“Lietuvos apeliacinis teismas”, |
— |
fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi t-“tribunal d'arrondissement”, |
— |
fl-Ungerija, il-“megyei bíróság székhelyén működő helyi bíróság”, u f’Budapest il-“Budai Központi Kerületi Bíróság”, |
— |
f’Malta, il-“Prim'Awla tal-Qorti Ċivili” jew il-“Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha”, jew, fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment, ir-“Reġistratur tal-Qorti” wara li tintbagħtlu mill-“Ministru responsabbli għall-Ġustizzja”, |
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-“voorzieningenrechter van de rechtbank”, |
— |
fl-Awstrija, il-“Bezirksgericht”, |
— |
fil-Polonja, is-“sąd okręgowy”, |
— |
fil-Portugall, it-“Tribunal de Comarca”, |
— |
fir-Rumanija, it-“Tribunal”, |
— |
fis-Slovenja, l-“okrožno sodišče”, |
— |
fis-Slovakkja, l-“okresný súd” |
— |
fil-Finlandja, il-“käräjäoikeus/tingsrätt”, |
— |
fl-Isvezja, is-“Svea hovrätt”, |
— |
fir-Renju Unit:
|
ANNESS III
Il-qrati li lihom l-appelli msemmijin fl-Artikolu 43(2) jistgħu jkunu ppreżentati huma dawn li ġejjin:
— |
fil-Belġju,
|
— |
fil-Bulgarija, l-“Апелативен съд — София”, |
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti tad-distrett, |
— |
fil-Ġermanja, il-“Oberlandesgericht”, |
— |
fl-Estonja, ir-“ringkonnakohus”, |
— |
fil-Greċja, l-“Εφετείο”, |
— |
fi Spanja, il-“Juzgado de Primera Instancia” li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata, bl-appell li għandu jiġi deċiż mill-“Audiencia Provincial”, |
— |
fi Franza:
|
— |
fl-Irlanda, il-“High Court”, |
— |
fl-Islanda, il-“heradsdomur”, |
— |
fl-Italja, il-“corte d'appello”, |
— |
f’Ċipru, il-“Επαρχιακό Δικαστήριο” jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment il-“Οικογενειακό Δικαστήριο”, |
— |
fil-Latvja, il-“Apgabaltiesa” permezz tar-“rajona (pilsētas) tiesa”, |
— |
fil-Litwanja, il-“Lietuvos apeliacinis teismas”, |
— |
fil-Lussemburgu, il-“Cour supérieure de justice” bħala qorti tal-appell (ċivili), |
— |
fl-Ungerija, il-qorti lokali li tkun tinsab fis-sede tal-qorti tal-kontea (f’Budapest, il-Qorti tad-Distrett Ċentrali ta’ Burda); l-appell huwa deċiż mill-qorti tal-kontea (f′Budapest, il-“Fÿvárosi Bíróság” il-Qorti tal-Belt Kapitali), |
— |
f’Malta, il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura stabbilita għall-appelli mill-Kodiċi ta′ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap.12 jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment, permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-Prim′ Awla tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta′ Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha, |
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-“rechtbank”, |
— |
fl-Awstrija, the “Landesgericht” permezz tal-“Bezirksgericht”, |
— |
fil-Polonja, is-“sąd apelacyjny” permezz tas-“sąd okręgowy”, |
— |
fil-Portugall, it-“Tribunal da Relação” huwa l-qorti kompetenti. Skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ, l-appelli jitressqu permezz ta' talba indirizzata lil-qorti li tat id-deċiżjoni kkontestata, |
— |
fir-Rumanija il-“Curte de Apel”, |
— |
fis-Slovenja, l-“okrožno sodišče”, |
— |
fis-Slovakkja, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti tad-distrett li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata, |
— |
fil-Finlandja, il-“hovioikeus/hovrätt”, |
— |
fl-Isvezja, is-“Svea hovrätt”, |
— |
fir-Renju Unit:
|
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 417/2010
tat-12 ta' Mejju 2010
li jemenda għall-127 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-5 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
João VALE DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:
(1) |
“Fathur Rohman Al-Ghozhi (alias (a) Al Ghozi, Fathur Rohman, (b) Al Ghozi, Fathur Rahman, (c) Al-Gozi, Fathur Rohman, (d) Al-Gozi, Fathur Rahman, (e) Alghozi, Fathur Rohman, (f) Alghozi, Fathur Rahman, (g) Al-Gozhi, Fathur Rohman, (h) Al-Gozhi, Fathur Rahman, (i) Randy Alih, (j) Randy Ali, (k) Alih Randy, (l) Randy Adam Alih, (m) Sammy Sali Jamil, (n) Sammy Salih Jamil, (o) Rony Azad, (p) Rony Azad Bin Ahad, (q) Rony Azad Bin Ahmad, (r) Rony Azad Bin Amad, (s) Edris Anwar Rodin, (t) Abu Saad, (u) Abu Sa’ad, (v) Freedom Fighter). Data tat-twelid: 17.2. 1971. Post tat-twelid: Madiun, Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana. Numru tal-passaport: Il-Filippini GG 672613. Tagħrif ieħor: Allegatament inqatel f'Ottubru 2003 fil-Filippini.” |
(2) |
“Huda bin Abdul Haq (alias (a) Ali Gufron, (b) Ali Ghufron, (c) Ali Gufron al Mukhlas, (d) Mukhlas, (e) Muklas, (f) Muchlas, (g) Sofwan). Data tat-twelid: (a) 9.2.1960, (b) 2.2.1960. Post tat-twelid: Is-sottodistrett ta' Solokuro fid-distrett ta' Lamongan, il-provinċja ta' Java tal-Lvant, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Novembru tal-2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.” |
(3) |
“Imam Samudra (alias (a) Abdul Aziz ben Sihabudin, (b) Faiz Yunshar, (c) Abdul Azis, (d) Kudama, (e) Hendri, (f) Heri, (g) Fatih, (h) Abu Omar. Data tat-twelid: 14.1.1970. Post tat-twelid: Serang, Banten, l-Indoneżja. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Novembru tal-2008. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.” |
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 418/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
65,7 |
TN |
108,2 |
|
TR |
70,6 |
|
ZZ |
81,5 |
|
0707 00 05 |
EG |
140,2 |
MA |
29,7 |
|
MK |
51,8 |
|
TR |
118,8 |
|
ZZ |
85,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
105,1 |
ZZ |
105,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
48,4 |
IL |
56,6 |
|
MA |
49,0 |
|
TN |
46,4 |
|
TR |
49,3 |
|
US |
67,7 |
|
ZZ |
52,9 |
|
0805 50 10 |
TR |
73,7 |
ZA |
78,4 |
|
ZZ |
76,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
76,4 |
BR |
78,4 |
|
CA |
119,3 |
|
CL |
84,7 |
|
CN |
85,3 |
|
CR |
59,1 |
|
MK |
22,1 |
|
NZ |
119,0 |
|
US |
122,2 |
|
UY |
72,1 |
|
ZA |
86,6 |
|
ZZ |
84,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 419/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Mejju 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Mejju 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2010
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
24,35 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
7,49 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
7,49 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
24,35 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed, |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
30.4.2010-11.5.2010
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 420/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
(3) |
Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-offerti kkomunikati mit-30 ta’ April sat-12 ta’ Mejju 2010, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 10,17 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 33 000 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.
DEĊIŻJONIJIET
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/274/PESK
tat-12 ta' Mejju 2010
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1). |
(2) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/862/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u testendiha sal-24 ta’ Novembru 2009. |
(3) |
Fl-20 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/854/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u testendiha sal-24 ta’ Mejju 2010. |
(4) |
L-EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment sal-24 ta’ Mejju 2011 fuq il-bażi tal-mandat attwali tagħha. |
(5) |
Hu meħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2010 sal-24 ta’ Mejju 2011. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-għan tal-EU BAM Rafah hu li tipprovdi preżenza ta’ Parti Terza fil-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah sabiex tikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mal-isforzi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet, għall-ftuħ tal-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah u biex tinbena l-fiduċja bejn il-Gvern tal-Iżreal u l-Awtorità Palestinjana.”; |
(2) |
L-Artikolu 4a(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku.”; |
(3) |
L-Artikolu 5 huwa mħassar u l-paragrafi rimanenti huma numerati mill-ġdid kif meħtieġ; |
(4) |
L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn meħtieġ, l-istatus tal-persunal tal-EU BAM Rafah, inkluż, fejn adatt, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel tal-EU BAM Rafah għandu jkun suġġett għal ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”; |
(5) |
L-Artikolu 9(3) u (4) huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, huwa l-kmandant tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ struzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu pariri u appoġġ tekniku. 4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.”; |
(6) |
L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan l-għan konformement mal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħa għall-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u għall-emendar tal-OPLAN. Hija għandha tinkludi wkoll is-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-missjoni għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Kunsill.”; |
(7) |
L-Artikolu 11(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Meta l-UE u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EU BAM Rafah.”; |
(8) |
L-Artikolu 13(1) huw sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2010 sal-24 ta’ Mejju 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 950 000.”; |
(9) |
L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, it-tnejn konformement mas-setgħat rispettivi tagħhom, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-azzjoni esterna tal-Unjoni konformement mal-Artikolu 21(3) tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għal dan l-għan.”; |
(10) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata 1. Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, kif ikun adatt u konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE’ ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. 2. Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RĠħ huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħra kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali konformement mal-proċeduri adatti għal-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom mal-UE. 3. Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-missjoni koperti bl-obbligu ta’ segretezza professjonali b’segwitu għall-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (4). (4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”;" |
(11) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fl-24 ta’ Mejju 2011.”; |
(12) |
L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Reviżjoni Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sal-15 ta’ April 2011.”; |
(13) |
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 18 għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) ĠU L 306, 15.11.2008, p. 98.
(3) ĠU L 312, 27.11.2009, p. 73.
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/24 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2010
dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7
(BĊE/2010/4)
(2010/275/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 17 tal-Istatut tas-SEBĊ, sabiex iwettaq il-ħidmiet tiegħu, il-BĊE jista’ jiftaħ kontijiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, entitajiet pubbliċi u parteċipanti oħra fis-suq. |
(2) |
Skont l-Artikolu 21.1 u 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jagħmilha ta’ aġent fiskali għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew pubbliċi oħra, korpi oħra rregolati bil-liġi amministrattiva, jew intrapriżi pubbliċi tal-Istati Membri. |
(3) |
Qed issir referenza għal ftehim dwar faċilità ta’ self (minn hawn ’il quddiem il-‘Ftehim dwar Faċilità ta’ Self’) bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ħlief għar-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja) u KfW li taġixxi fl-interess pubbliku, skont l-istruzzjonijiet ta’ u bil-benefiċċju tal-garanzija tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (minn hawn ’il quddiem is-‘Selliefa’) mar-Repubblika Ellenika (minn hawn ’il quddiem ‘Min qed jissellef’) u mal-Bank tal-Greċja bħala aġent ta’ Min qed jissellef. |
(4) |
Qed issir referenza għal ftehim bejn il-kredituri (minn hawn ’il quddiem il-‘Ftehim ta’ bejn il-Kredituri’) li sar bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ħlief għar-Repubblika Ellenika, li jafda l-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv li jsir taħt dan il-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self lill-Kummissjoni Ewropea. |
(5) |
Taħt il-Ftehim ta’ bejn il-Kredituri, l-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro ħlief għar-Repubblika Ellenika jawtorizzaw lill-Kummissjoni Ewropea biex torganizza self bilaterali kollettiv lir-Repubblika Ellenika, u biex tirrappreżentahom fil-ġestjoni ta’ dan is-self. L-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Kredituri jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tiftaħ kont mal-BĊE, f’isem is-Selliefa, biex jintuża għall-ipproċessar tal-ħlasijiet kollha f'isem is-Selliefa u Min qed jissellef fil-kuntest tal-Ftehim dwar Faċilità ta' Self. Il-Ftehim ta’ bejn il-Kredituri jipprovdi d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar l-iżburżar u r-radd lura. |
(6) |
Huwa meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet ta’ kontanti li għandhom jinfetħu fil-BĊE għat-tħaddim tal-Ftehim ta’ Faċilità ta’ Self u l-Ftehim ta’ bejn il-Kredituri. |
(7) |
Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-patti u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (1) l-BĊE jista’ jaċċetta biss bħala klijenti banek ċentrali u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. It-tħaddim tal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self u l-Ftehim ta’ bejn il-Kredituri jeħtieġ estensjoni tal-kategoriji ta’ persuni eliġibbli sabiex ikunu klijenti tal-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2007/7
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 jinbidel b’dan li ġej:
‘2. Il-BĊE jista’ jaċċetta biss bħala klijenti banek ċentrali, organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, u, skont deċiżjoni ad hoc tal-Kunsill Governattiv, gvernijiet ċentrali tal-Unjoni Ewropea, Stati Membri jew entitajiet pubbliċi inkarigati mill-gvernijiet ċentrali sabiex jaġixxu f’isimhom bħala klijenti.’
Artikolu 2
Ftuħ ta’ kont
Il-BĊE għandu, b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self, u fuq talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea, jiftaħ kont f’isem is-Selliefa.
Artikolu 3
Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kont
Il-BĊE għandu jaċċetta biss ħlasijiet li jsiru minn jew lill-kont f’isem is-Selliefa, jekk dawk il-ħlasijiet isiru b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self.
Artikolu 4
Aċċettazjoniji ta’ struzzjonijiet
Il-BĊE għandu, fir-rigward tal-kont f’isem is-Selliefa, jaċċetta u jaġġixxi biss skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u m’għandu jaċċetta l-ebda struzzjonijiet minn Sellief individwali.
Artikolu 5
Remunerazzjoni
Il-BĊE għandu jħallas l-imgħax fuq il-bilanċ tal-kont f’isem is-Selliefa f’ammont ekwivalenti għar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tal-BĊE applikabbli fuq bażi attwali/360.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2010.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fl-10 ta’ Mejju 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.