ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.107.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 363/2010
tas-26 ta’ April 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter alia, mill-Malażja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-miżuri eżistenti
(1) |
F’Ottubru 2008, ġew imposti mill-ġdid miżuri anti-dumping definittivi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (“ATP” jew il- “prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u l-Malażja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Id-dazji kontra d-dumping fis-seħħ għall-Malażja huma 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha. |
1.2. Talba għal reviżjoni
(2) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex tniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd (“l-applikant”), produttur esportatur fil-Malażja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
(3) |
L-applikant jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri kontra d-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2000 sal-31 ta’ Marzu 2001 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imsemmija fil-premessa 1. |
(4) |
Barra minn hekk l-applikant allega li huwa daħal f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-futur qrib. |
1.3. Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ esportatur ġdid
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza prima facie mressqa mill-applikant u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 692/2009 (3), reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 rigward l-applikant. |
(6) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 692/2009, id-dazju kontra d-dumping ta’ 75 % impost bir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 ġie mħassar fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernat u mibjugħ għal esportazzjonijiet lill-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2009 iddeterminat li jekk l-investigazzjoni turi li l-applikant ssodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi emendata r-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008. |
1.4. Il-prodott ikkonċernat
(8) |
Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (minbarra aċċessorji tal-ħadid fondut, flanġijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina mill-Malażja (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90. |
1.5. Il-partijiet ikkonċernati
(9) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-industrija tal-Unjoni, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jingħataw smigħ. |
(10) |
Il-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-butt-welding fittings tal-azzar tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni (“l-industrija tal-Unjoni”) ta l-opinjonijiet tiegħu bil-miktub lis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tad-Difiża sfida l-affidabbiltà tal-bażi tal-prezz għal esportazzjoni. Id-dokumenti ġew ipprovduti wkoll u wrew allegatament tentattivi ta’ evażjoni tal-miżuri u l-informazzjoni li ngħatat dwar il-livell ta’ prezz tal-prodott ikkonċernat disponibbli għall-importaturi tal-UE. |
(11) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-antidumping lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan. |
(12) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji dwar l-antidumping lill-importaturi mhux relatati li jinsabu fl-Unjoni Ewropea iżda ma nkisbet l-ebda kooperazzjoni. |
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur ġdid u d-dumping, u saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant u ta’ kumpanija relatata fil-Malażja:
|
1.6. Il-perjodu tal-investigazzjoni
(14) |
L-investigazzjoni ta’ reviżjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew “PIR”). |
2. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kwalifika tal-esportatur il-ġdid
(15) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma kinitx esportat il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u li kienet bdiet tesporta lejn l-Unjoni Ewropea wara dan il-perjodu. Il-kumpanija daħlet f'obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta matul il-PIR. Din ħadet il-formola ta’ tliet ordnijiet mill-istess grupp ta’ importazzjoni fl-UE. |
(16) |
Dawn l-ordnijiet kienu kompluti wara l-PIR, permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni taħt, bejn wieħed u ieħor, l-istess kundizzjonijiet b’differenzi negliġibbli fil-prezz u l-kwantitajiet. Filwaqt li l-kwantitajiet involuti kienu limitati, dawn kienu minkejja kollox, instabu li kienu biżżejjed biex jiġi stabbilit marġini ta’ dumping affidabbli. Dan minħabba li l-livelli ta’ prezzijiet mitluba kienu appoġġati b’mod ulterjuri minn informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-esportatur ikkonċernat lil pajjiżi terzi, li kkonfermaw it-tendenza ta’ mġiba li nstabet fit-tranżazzjonijiet taħt skrutinju. |
(17) |
F’dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet l-oħra għar-rikonoxximent ta’ status ta’ esportatur ġdid, il-kumpanija setgħet turi li ma kellhiex rabtiet, diretti jew indiretti, ma’ xi produtturi mill-Malażja li jesportaw soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. |
(18) |
Għalhekk, huwa ikkonfermat li l-kumpanija għandha tkun ikkunsidrata bħala “esportatriċi ġdida” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk għandu jiġi stabbilit marġini individwali għaliha. |
2.2. Dumping
Id-determinazzjoni tal-valur normali
(19) |
L-applikant jipproduċi l-aċċessorji u jbiegħ il-prodott ikkonċernat domestikament u fis-swieq ta’ esportazzjoni. L-investigazzjoni żvelat organizzazzjoni kumplessa ta’ bejgħ fis-suq domestiku li tinvolvi distributuri mhux relatati u kumpaniji ta’ kummerċ relatati, fejn distributuri mhux relatati jixtru l-prodott ikkonċernat mill-produttur u mbagħad jerġgħu jbiegħuh lin-negozjanti relatati li mbagħad jkompli jbiegħu l-oġġetti lill-klijenti mhux relatati fis-suq domestiku. Fil-fatt, id-distributuri mhux relatati jaġixxu bħala aġenti għall-applikant. |
(20) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, u meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-bejgħ tal-kumpaniji ta' negozju relatati jista' jerġa' jiġi konness mal-applikant, il-prezzijiet mitluba lill-klijent finali minn dawn il-kumpaniji ta’ kummerċ relatati huma kkunsidrati bħala l-ewwel prezz fil-proċess ordinarju ta’ negozju u għaldaqstant jifforma l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
(21) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet kienu nbiegħu domestikament mill-applikant f’volumi rappreżentattivi ġenerali. |
(22) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa domestikament mill-kumpaniji ta’ negozju, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea. |
(23) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul il-proċess normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil klijenti indipendenti. Minħabba li kien instab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali ordinarju, il-valur normali kien ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. |
(24) |
F’uħud mill-każijiet fejn it-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fis-suq domestiku matul il-PIR, il-valur normali ġie kostrutt billi żdiedu, mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġini ta' qliegħ raġjonevoli. |
Prezz tal-esportazzjoni
(25) |
Il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas imsemmi fil-premessa 16. |
Tqabbil
(26) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ ex fabbrika. |
(27) |
Għall-iskop li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li affettwaw il-paragunabbilità tal-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ġew konċessi aġġustamenti għall-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, u għal spejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati minn evidenza vverifikata. |
(28) |
L-applikant stqarr li jekk il-Kummissjoni tuża l-valur normali bbażat fuq il-bejgħ domestiku tal-kumpaniji relatati ta’ kummerċ, għandu jingħata aġġustament għal differenzi fil-livell ta’ kummerċ bejn is-suq domestiku u s-suq tal-UE. Dan żied billi qal li l-bejgħ lis-suq tal-UE kien sar fil-livell ta’ distributur filwaqt li, fis-suq domestiku, l-applikant kien ibiegħ parti importanti ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet bħali parti minn kunsinni akbar fis-swieq tal-proġetti taż-żejt u l-gass fejn l-aċċessorji ta’ spiss ikollhom rwol anċillari biss għal dak tal-pajpijiet, valvijiet ewlenin u komponenti maġġuri oħrajn, u li dan is-suq kien f’livell differenti ta’ kummerċ. |
(29) |
Wara li analizzat il-kundizzjonijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku u b’mod partikolari x-xejriet tal-prezz tal-bejgħ, l-investigazzjoni wriet li l-applikant ma wriex, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti ta’ kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. Għaldaqstant ma ġie kkunsidrat l-ebda aġġustament. |
Marġini tad-dumping
(30) |
Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, u meta wieħed iqis li kien hemm biss tliet ordnijiet f’virtwalment l-istess żmien matul il-PIR u li l-prezz tal-materja prima, li jammonta għall-biċċa l-kbira tal-ispiża tal-produzzjoni, varja b’mod sinifikanti matul il-PIR, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit abbażi ta' tqabbil fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
(31) |
It-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping f’livell ta’ 49,9 %, espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF. |
(32) |
Barra minn dan, l-investigazzjoni kkonfermat li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-applikant għal pajjiżi terzi oħrajn fi kwantitajiet importanti huma sinifikament aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni Ewropea, li jissuġġerixxu l-eżistenza tad-dumping fi swieq terzi. |
3. EMENDI FIL-MIŻURI LI QEGĦDIN JIĠU RIVEDUTI
(33) |
Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, qiegħed jiġi kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv skont il-livell ta' marġini ta' dumping misjub. |
(34) |
Il-marġini ta’ dumping, stabbilit għall-PIR, ta’ 49,9 % huwa taħt il-livell ta’ 75 % tal-eliminazzjoni ta’ ħsara mal-pajjiż kollu li ġie stabbilit għall-Malażja fl-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant huwa propost li jiġi impost dazju li hu bbażat fuq il-marġini ta’ dumping ta’ 49,9 % u li r-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiġi emendat kif xieraq. |
4. L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TAD-DAZJU ANTIDUMPING
(35) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, id-dazju antidumping applikabbli għall-applikant għandu jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009. |
5. KLAWŻOLA TA’ MONITORAĠĠ U REVIŻJONI POSSIBBLI ULTERJURI
(36) |
Għandu jiġi nnotat li l-kumpaniji kkonċernati għandhom sistema kumplessa ta’ tqassim li tinvolvi wkoll li l-prodott ikkonċernat jiġi impurtat minn pajjiżi oħrajn taħt miżuri. Barra minn dan, hemm ċertu riskju ta’ evitar ta’ dazju minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju bejn kumpaniji esportaturi differenti fil-Malasja. Għaldaqstant, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping. |
(37) |
Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn fattura tali għandhom ikunu soġġetti għad-dazju residwu ta’ antidumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha. |
(38) |
Barra minn hekk, il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni infurmatu li din se tistieden il-kumpanija kkonċernata biex tressaq rapporti regolari lill-Kummissjoni biex tiżgura segwitu xieraq tal-bejgħ tagħha tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni u l-prezz u kundizzjonijiet oħrajn relatati magħhom, kif ukoll informazzjoni dwar żviluppi fil-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija. Il-Kunsill jinnota, b’mod partikolari, li jekk rapporti bħal dawn ma jiġux ippreżentati, jew fejn ir-rapporti jiżvelaw li l-miżuri mhumiex adegwati biex jeliminaw l-effetti ta' dumping inġurjuż, jista' jkun neċessarju li tinbeda reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kunsill jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li ex officio tniedi reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari ladarba tkun għaddiet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (għalkemm tista’ wkoll issir reviżjoni minn qabel). Huwa nnotat ukoll li f’dan iż-żmien il-Kummissjoni tistenna li jkun xieraq li tmexxi reviżjoni tali wara sena minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jkun innotat li d-dazju stabbilit għall-kumpanija kkonċernata permezz ta’ dan ir-Regolament hu bbażat biss fuq għadd limitat ta’ ordnijiet. |
6. L-IŻVELAR U T-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI
(39) |
Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom sar il-ħsieb li jiġi impost, fuq importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet mill-applikant, dazju anti-dumping definittiv emendat u li dan id-dazju jiġi impost retroattivament fuq l-importazzjonijiet li saru suġġetti għar-reġistrazzjoni. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħed kont tagħhom fejn kien il-każ. |
(40) |
Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fil-Malażja:
“Pajjiż |
Kumpanija |
Rata ta’ dazju (%) |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
Malażja |
Pantech Steel Industries Sdn Bhd |
49,9 |
A961 ” |
2. Id-dazju b’dan impost għandu jkun applikat retroattivament fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li ġew reġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 692/2009.
L-awtoritajiet tad-dwana b’dan huma ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Malażja prodott minn Pantech Steel Industries Sdn Bhd.
3. Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan il-paragrafu li ġej:
“3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћal Pantech Steel Industries Sdn Bhd gћandha tkun suġġetta għall-kundizzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.”
4. Iż-żieda tal-paragrafu t’hawn fuq fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 timplika li l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 1(4).
5. Fir-Regolament (KE) Nru 1001/2008 għandu jiġi miżjud dan l-Anness li ġej:
“ANNESS
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tkun tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
(1) |
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali. |
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' [prodott ikkonċernat] bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hi kompluta u korretta u li l-prezz iffatturat hu finali u mhux se jiġi kkumpensat, parzjalment jew għal kollox, permezz ta’ kwalunkwe prassi. |
Data u firma’.”.
6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18.
(3) ĠU L 199, 31.7.2009, p. 9.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 364/2010
tas-26 ta’ April 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti importazzjonijiet ta' ċerti tessuti lesti magħmulin minn filamenti tal-polyester li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 (2),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea ta' tessuti minsuġa minn ħajt sintetiku mibrum li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ filament ta’ polyester tessili u/jew mhux tessili, miżbugħa (inklużi miżbugħa bajda) jew stampati, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90, ex 5407 69 10, u ex 5407 69 90 (“il-prodott ikkonċernat”). |
(2) |
Billi kien hemm numru kbir ta’ partijiet li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri. |
(3) |
Il-kumpaniji fil-kampjun ġew attribwiti rati individwali tad-dazju li ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni. Dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma li ma kinux fil-kampjuni li ngħataw trattament ta' ekonomija tas-suq (“MET”), b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (3), ġew attribwiti d-dazju medju differenzjat ta’ 14, % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw MET. Il-kumpaniji li kkooperaw li ma ttiħdux fil-kampjun u li ngħataw trattament individwali (“IT”), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament, irċevew id-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li ngħataw l-IT. Rata ta' dazju komuni għall-pajjiż kollu ta' 56,2 % ġiet imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha. |
(4) |
Wara investigazzjoni mill-ġdid għall-antiassorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1087/2007 (4) żied id-dazju mal-pajjiż kollu għal 74,8 %. B'żieda ma' dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi b'rati ta' dazju individwali li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid ġew attribwiti dazji ogħal tal-anti-dumping b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96. |
(5) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 jagħti l-possibilità lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw l-erba' kriterji stipulati fl-istess Artikolu li jingħataw l-istess trattament bħal dak stabbilit fil-premessa 3 għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (“Trattament ta’ Produttur Esportatur Ġdid” jew “NEPT”). |
2. IT-TALBA TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI L-ĠODDA
(6) |
Grupp ta' kumpaniji magħmul minn żewġ kumpaniji relatati, jiġifieri AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. (“l-applikant”), talab li jingħata NEPT. |
(7) |
Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, billi ġie vverifikat li:
|
(8) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-applikant li ntalab jipprovdi evidenza sabiex juri li ssodisfa l-ewwel, it-tieni u t-tielet kriterju. |
(9) |
Peress li r-raba' kriterju jimplika li l-applikanti jibagħtu talba għal MET u/jew IT, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' rikjesta għal MET u IT lill-applikant. L-applikant talab għal MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
(10) |
Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET huma elenkati f’forma mqassra hawn taħt:
|
(11) |
Il-produtturi esportaturi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-premessa 7 jistgħu, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, jingħataw jew ir-rata tad-dazju ta’ 14,1 % li tapplika għall-kumpaniji li ngħataw l-MET b’konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, jew ir-rata tad-dazju medju differenzjat ta’ 37,1 % applikabbli għall-kumpaniji li ngħataw IT b’konformità mal-Artikolu 9(5) tal-istess Regolament. |
(12) |
Il-Kummissjoni Ewropea fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk ġewx sodisfatti l-erba’ kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
3. IS-SEJBIET
(13) |
L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza biex jipprova li ssodisfa l-erba' kriterji msemmija fil-premessa 7. L-applikant seta' fil-fatt juri li i) ma kienx esporta il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, ii) mhux konness mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1487/2005, iii) kien effettivament esporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea mis-sena 2008, iv) issodisfa r-rekwiżiti kollha għal MET u għalhekk jista' jingħata dazju individwali skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-applikant jista' jingħata r-rata tad-dazju medju differenzjat applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li ngħataw MET (jiġifieri 14,1 %) skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005, u għandu jiżdied mal-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament. |
4. IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU
(14) |
Wara li ġew ikkunsidrati s-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikati fil-premessa 13, ġie konkluż li l-kumpaniji AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd, u Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kumpaniji individwali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 b'rata tad-dazju ta' 14,1 %. |
(15) |
L-applikant u l-industrija tal-Unjoni ġew informati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Ma ngħata l-ebda tagħrif addizzjonali li seta' jwassal għal kwalunkwe konklużjonijiet differenti għall-appliakant, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi emendat billi jiżdiedu l-kumpaniji li ġejjin fit-tabella tal-kumpaniji b'rati ta' dazju individwali:
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
“AlbaChiara Printing and Dyeing (Jiaxing) Co. Ltd |
14,1 % |
A617 |
Jiaxing E. Boselli Textile Trading Co. Ltd. |
14,1 % |
A617 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.
(4) ĠU L 246, 21.9.2007, p. 1.
(5) L-istandards internazzjonali tal-kontabilità jirreferu għall-istandards internazzjonali tal-kontabilità ewlenin kollha li huma rikonoxxuti, inklużi US GAAP u x-xogħol tal-International Accounting Standard Committee Foundation (“IASCF”) użati mill-International Accounting Standards Board (“IASB”), li jkopri l-International Accounting Standard Board Framework (“IASBF”), l-International Accounting Standard (“IAS”), l-International Financial Reporting Standards (“IFRS”) u l-International Financial Reporting Interpretations Committee publications (“IFRIC”).
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 365/2010
tat-28 ta’ April 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti tal-ikel fir-rigward ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib ippasturizzat u Listeria monocytogenes fil-melħ tajjeb għal mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għall-oġġetti ta' l-ikel (2) jistipula l-kriterji mikro-bijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur ta' l-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. |
(2) |
Skont l-artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 il-kriterji mikrobijoloġiċi għandhom jiġu riveduti sabiex iqisu l-progress fix-xjenza, t-teknoloġija u l-metodoloġija, il-mikroorganiżmi patoġeniċi li qed jitfaċċaw fl-oġġetti tal-ikel, u l-informazzjoni minn valutazzjonijiet ta’ riskju. |
(3) |
Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula kriterji ta’ sikurezza tal-ikel għal Listeria monocytogenes f’ċertu ikel lest biex jittiekel. Il-Parti 1.3 tipprovdi limiti għal ikel lest biex jittiekel mhux favorevoli għall-iżvilupp ta' L. Monocytogenes, għajr dak maħsub għat-trabi u għal skopijiet mediċi speċjali. Operaturi tan-negozju tal-ikel huma meħtieġa li jipprovdu evidenza tal-konformità mal-kriterji fi mqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' konservabilità tagħhom. |
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3), il-melħ tajjeb għal mal-ikel huwa ikel lest biex jittiekel. Skont evidenza xjentifika, il-preżenza u s-sopravivenza ta’ L. monocytogenes fil-melħ mhix probabbli f’ċirkostanzi normali. Għaldaqstant, il-melħ tajjeb għal mal-ikel għandu jiżdied man-nota 4 f’qiegħ il-paġna tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li jistipula ikel lest biex jittiekel li ma jeħtieġx ittestjar regolari ta' L. monocytogenes. |
(5) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005, kriterju ta’ iġjene ta’ proċess japplika għal Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat inkluż metodu analitiku ta’ referenza u limiti. |
(6) |
Il-metodu analitiku ta’ referenza stipulat għal Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat ISO 21528-1 wera li hu diffiċli biex jintuża għal analiżi ta’ rutina fil-kontrolli tiegħu stess minħabba li fih ħafna xogħol u jieħu ħafna ħin. Minħabba żvilupp metodoloġiku l-metodu analitiku ta’ referenza ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat għandu jinbidel għal ISO 21528-2 li hu eħfef u iżjed faċli biex isir. |
(7) |
Metodi analitiċi ta’ referenza għandhom effett fuq ir-riżultati tat-testijiet. Għaldaqstant, il-limitu tal-kriterju ta’ Enterobacteriaceae fil-ħalib pasturizzat u prodotti oħrajn ta’ likwidi tal-ħalib pasturizzat jeħtieġ. Il-bidla xorta għandha tiggarantixxi limitu biżżejjed ta’ tkixxif għall-iġjene ta’ proċess minħabba li problemi simili fil-proċess ta’ manifattura jikkawżaw żvilupp ħafna akbar ta’ Enterobacteriaceae. |
(8) |
Minħabba bidla riċenti fit-tassonomija l-isem ta’ Enterobacter sakazakii fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jinbidel għal Cronobacter spp. (Enterobacter sakazakii). |
(9) |
Uħud mid-dispożizzjonijiet kienu applikabbli sal-1 ta’ Jannar 2010 u dawk ġodda diġà stabbiliti fir-Regolament se japplikaw minn hemm 'il quddiem. Biex tkun iffaċilitata l-leġġibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li jitħassru l-antiki. |
(10) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 qed jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-Kapitolu 1 jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
Fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna tal-Kapitolu 1 jiżdied dan il-punt li ġej:
|
3. |
Parti 2.2 tal-Kapitolu 2 hi emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 366/2010
tat-28 ta’ April 2010
li jemenda għall-125 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-12 ta’ April 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemeda d-dejta ta’ identifikazzjoni ta’ seba’ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni,
f'isem il-President,
João VALE DE ALMEIDA
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni “Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Qarabagh, fil-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabagh, fil-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Allegatament miet f'Diċembru tal-2001. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(2) |
L-annotazzjoni “Ahmad Jan Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Urazgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada). Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan fil-bidu tal-2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(3) |
L-annotazzjoni “Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala Hassan Turki). Titolu: Sheikh. Data tat-twelid: madwar l-1944. Post tat-twelid: Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somali. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: Mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (magħruf ukoll bħala (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (b) Maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(4) |
L-annotazzjoni “Khairullah Khairkhwah (alias Khairullah Mohammad Khairkhwah) Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala Mullah Khairullah Khairkhwah). Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Funzjoni: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Herat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: F’kustodja f’Ġunju 2007. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(5) |
L-annotazzjoni “Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta' Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta' Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: membru tat-Taliban responsabbi għall-provinċja ta’ Ħerat. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(6) |
L-annotazzjoni “Nooruddin Turabi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala Noor ud Din Turabi). Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) id-distrett ta’ Chora fil-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001. |
(7) |
L-annotazzjoni “Shams Ur-Rahman. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: Shams Ur-Rahman Sher Alam (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman). Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: id-distrett ta' Suroobi, il-provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.2.2001. |
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 367/2010
tat-28 ta’ April 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
98,8 |
MA |
92,8 |
|
TN |
108,1 |
|
TR |
95,1 |
|
ZZ |
98,7 |
|
0707 00 05 |
MA |
80,4 |
TR |
118,2 |
|
ZZ |
99,3 |
|
0709 90 70 |
MA |
86,8 |
TR |
87,5 |
|
ZZ |
87,2 |
|
0805 10 20 |
EG |
47,9 |
IL |
57,8 |
|
MA |
45,8 |
|
TN |
61,8 |
|
TR |
51,6 |
|
ZZ |
53,0 |
|
0805 50 10 |
IL |
58,2 |
TR |
69,0 |
|
ZA |
72,5 |
|
ZZ |
66,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
89,8 |
BR |
80,3 |
|
CA |
80,5 |
|
CL |
83,9 |
|
CN |
83,7 |
|
MK |
22,1 |
|
NZ |
104,5 |
|
US |
120,8 |
|
UY |
68,9 |
|
ZA |
83,3 |
|
ZZ |
81,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
87,5 |
CL |
104,8 |
|
CN |
96,0 |
|
NZ |
167,4 |
|
ZA |
90,4 |
|
ZZ |
109,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 368/2010
tat-28 ta’ April 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 325/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-29 ta’ April 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
33,32 |
1,29 |
1701 11 90 (1) |
33,32 |
4,91 |
1701 12 10 (1) |
33,32 |
1,16 |
1701 12 90 (1) |
33,32 |
4,61 |
1701 91 00 (2) |
35,01 |
7,73 |
1701 99 10 (2) |
35,01 |
3,83 |
1701 99 90 (2) |
35,01 |
3,83 |
1702 90 95 (3) |
0,35 |
0,31 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ April 2010
li taħtar membru supplenti Olandiż tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2010/241/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1). |
(2) |
Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Harry DIJKSMA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
Is-Sur M.F.A. (René) van DIESSEN, Gedeputeerde (Deputy Queen’s Commissioner) tal-Provinċja ta’ Flevoland,
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ April 2010
li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaki fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2010/242/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1). |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Herbert SAUSGRUBER sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sur Markus WALLNER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu is-26 ta’ April 2010.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ April 2010
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2010/243/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1). |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Anna TERRÓN I CUSÍ, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015, bħala membru supplenti:
— |
D. Albert MORENO HUMET Secretario para la Unión Europea de la Generalitat de Catalunya. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ April 2010
li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà tal-inklużjoni tal-1,4-dimethylnaphthalene u s-cyflumetofen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2518)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/244/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta' lista tal-Unjoni Ewropea ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. |
(2) |
Il-fajl għas-sustanza attiva 1,4-dimethylnaphthalene intbagħat minn DormFresh Ltd. lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-25 ta' Ġunju 2009 mal-applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Il-fajl għas-sustanza attiva cyflumetofen intbagħat minn Otsuka Chemical Co. Ltd. lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-21 ta' Lulju 2009 mal-applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(4) |
L-awtoritajiet Olandiżi indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, il-fajls għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajls imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti f'AnnessoIII tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. B'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, sussegwentement il-fajls tressqu mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferuti lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
(5) |
Permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea li l-fajls jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-fajls li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li kienu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jinkiseb id-dħul ta' dawn is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jilħqu r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva.
Il-fajls ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' wieħed mill-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru relatur għandu jissokta bl-eżami dettaljat tal-fajls imsemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-eżamijiet li jkun għamel, akkumpanjati bi kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar jekk is-sustanzi attivi msemmija fl-Arikolu 1 għandhomx jiddaħħlu jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u flimkien ma' kwalunkwe kundizzjonijiet relatati ma' dawk l-inklużjonijiet, mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
IS-SUSTANZI ATTIVI KKONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI
Nru |
L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC |
L-applikant |
Id-data tal-applikazzjoni |
L-Istat Membru Relatur |
1 |
1,4-dimethylnaphthalene Nru CIPAC: mhux assenjat |
DormFresh Ltd. |
Il-25 ta’ Ġunju 2009 |
NL |
2 |
Cyflumetofen Nru CIPAC: 821 |
Otsuka Chemical Co. Ltd. |
Il-21 ta’ Lulju 2009. |
NL |
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ April 2010
li tagħti lil Franza deroga parzjali mid-Deċiżjoni 2006/66/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali) u mid-Deċiżjoni 2006/861/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (traduzzjoni mhux uffiċjali)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2588)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2010/245/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba li ressqet Franza fis-27 ta’ Awwissu 2009,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-Direttiva 2008/57/KE, fis-27 ta’ Awwissu 2009 Franza ressqet talba għal deroga parzjali mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/66/KE (2) (TSI għall-Istorbju) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (3) (TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija), għal vaguni tat-tip NA u AFA tal-kumpanija LOHR. |
(2) |
Din it-talba għal deroga tikkonċerna l-vaguni tal-merkanzija użati għat-trasport ta’ trakkijiet tat-triq u li saru skont diżinn li kien jeżisti qabel id-dħul fis-seħħ taż-żewġ TSIs. |
(3) |
Fis-24 ta’ Novembru 2009 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tat l-opinjoni teknika tagħha dwar it-talba għal deroga parzjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
L-opinjoni tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ sitt taqsimiet tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija li jiddeskrivu l-armar tal-ġbid, l-irfigħ u l-iġġakkjar, żjidiet għal tagħmir, il-qisien ċinematiki, ir-reazzjoni dinamika tal-vettura u l-brejk tal-ipparkjar (fit-taqsimiet 4.2.2.1.2.2, 4.2.2.3.2.4, 4.2.2.3.2.5, 4.2.3.1, 4.2.3.4 u 4.2.4.1.2.8 rispettivament) ma jistgħux jiġu applikati għall-vaguni konċernati minħabba l-limitazzjonijiet fl-għamla tagħhom implikati mit-tip speċjalizzat ta’ merkanzija ttrasportata. Fir-rigward tat-TSI għall-Istorbju u sabiex jilħqu l-prestazzjoni meħtieġa tal-brejkijiet, il-vaguni konċernati għandhom jużaw, flimkien ma’ pads magħmula minn materjal kompost, pads tal-brejkijiet tal-ħadid fondut li huma aktar storbjużi. Għalhekk sakemm tkun disponibbli teknoloġija anqas storbjuża, il-limiti tal-istorbju waqt it-transitu (taqsima 4.2.1.1 tat-TSI) ma jistgħux jintlaħqu. |
(5) |
L-impatt ekonomiku kumplessiv tal-applikazzjoni taż-żewġ TSIs, aktar speċifikament tat-taqsimiet 4.2.3.1 u 4.2.3.4 tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija, għall-vaguni tat-tip NA u AFA tal-kumpanija LOHR huwa stmat għal kważi EUR 204 miljuni. Dan l-ammont flimkien ma’ rekwiżiti oħra li jkun jeħtiġilhom jiġu applikati sabiex ikunu ssodisfati t-TSIs mhux biss jikkomprometti bil-kbir il-vijabbiltà ekonomika tal-proġett iżda jdewwem ħafna jew iġib fi tmiemha l-implimentazzjoni tiegħu. |
(6) |
Id-deroga qed tingħata għal perjodu ta’ żmien limitat li għandu jintuża minn Franza sabiex tħaffef l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi xprunati mill-ispeċifikazzjonijiet armonizzati u f’konformità mat-TSIs konċernati. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga parzjali mit-TSI għall-Istorbju u mit-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija mitluba minn Franza fis-27 ta’ Awwissu 2009 għall-vaguni LOHR tat-tip NA u AFA skont l-Artikolu 9(1)(d) tad-Direttiva 2008/57/KE qed tingħata bil-limitazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 4.2.1.1 tat-TSI għall-Istorbju, sakemm ma tkunx disponibbli soluzzjoni teknika sabiex tinkiseb il-konformità; |
(b) |
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 4.2.2.1.2.2, 4.2.2.3.2.4, 4.2.2.3.2.5 (it-tip NA biss), 4.2.3.1, 4.2.3.4, 4.2.4.1.2.8 tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija, sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni riveduta tat-TSI għall-Vaguni tal-Merkanzija. |
Fi kwalunkwe każ, din id-dergoa parzjali mhix valida għall-vaguni ta’ dawn iż-żewġ tipi li jidħlu fis-servizz wara l-1 ta’ Jannar 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(3) ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.