ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.102.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 330/2010
tal-20 ta’ April 2010
dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta' Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim u prattiċi miftiehma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament,
Wara li kkunsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Nru 19/65/KEE jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*) permezz ta' regolament għal ċerti kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma korrispondenti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (2) jiddefinixxi kategorija ta’ akkordji vertikali li l-Kummissjoni kkunsidrat li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Fid-dawl tal-esperjenza globalment pożittiva fl-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2010, u b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza ulterjuri miksuba mill-adozzjoni tiegħu, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ta' eżenzjoni ta’ kategorija ġdid. |
(3) |
Il-kategorija ta’ akkordji li tista’ titqies li normalment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat tinkludi akkordji vertikali għax-xiri jew il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi fejn dawk l-akkordji jiġu konklużi bejn impriżi li ma jikkompetux bejniethom, bejn ċerti kompetituri jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ oġġetti. Hija tinkludi wkoll akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet anċillari dwar iċ-ċessjoni jew l-użu ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali. It-terminu “akkordji vertikali” għandu jinkludi l-prattiċi miftiehma korrispondenti. |
(4) |
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu definiti dawk l-akkordji vertikali li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-istima individwali tal-akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jitqiesu diversi fatturi u, b'mod partikolari, l-istruttura tas-suq min-naħa tal-forniment u tax-xiri. |
(5) |
Il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-akkordji vertikali li fir-rigward tagħhom wieħed jista' jassumi b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(6) |
Ċerti tipi ta’ akkordji vertikali jistgħu jtejbu l-effiċjenza ekonomika fi ħdan katina ta' produzzjoni jew distribuzzjoni billi jiffaċilitaw koordinament aħjar bejn l-impriżi parteċipanti. B'mod partikolari, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' tranżazzjoni u distribuzzjoni tal-partijiet u għall-ottimizzar tal-livelli tal-bejgħ u tal-investiment tagħhom. |
(7) |
Il-probabbiltà li dawn l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza jkunu akbar minn kull effett antikompetittiv minħabba restrizzjonijiet li jinsabu f’akkordji vertikali tiddependi fuq il-grad ta' poter fis-suq tal-partijiet fl-akkordju u, għalhekk, fuq safejn dawk l-impriżi jaffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri oħra ta' oġġetti jew servizzi li l-klijenti tagħhom iqisu li jkunu skambjabbli jew sostitwibbli għal xulxin, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom. |
(8) |
Jista’ jkun preżunt li, meta s-sehem mis-suq ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu partijiet fl-akkordju fis-suq rilevanti ma jkunx jaqbeż it-30 %, l-akkordji vertikali li ma jkunux jinkludu ċerti tipi ta' restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni ġeneralment iwasslu għal titjib fil-produzzjoni jew id-distribuzzjoni u jirriżervaw lill-konsumaturi sehem ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw. |
(9) |
’Il fuq mil-limitu tas-sehem mis-suq ta' 30 %, ma jista’ jkun hemm l-ebda preżunzjoni li akkordju vertikali li jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat ġeneralment se jwassal għal vantaġġi oġġettivi ta' tali natura u daqs li jkunu jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li joħolqu għall-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, ma hemm l-ebda preżunzjoni li dawk l-akkordji vertikali jew jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(10) |
Dan ir-Regolament ma għandux jeżenta akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet li x’aktarx iwasslu għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni u jikkawżaw dannu lill-konsumaturi jew mhumiex indispensabbli biex jinkisbu l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza. B'mod partikolari, akkordji vertikali li jinkludu ċerti tipi ta' restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni bħalma huma prezzijiet minimi jew fissi għall-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll ċerti tipi ta' protezzjoni territorjali, għandhom ikunu esklużi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b'dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati. |
(11) |
Sabiex ikun assigurat l-aċċess għas-suq rilevanti jew sabiex tiġi impedita l-kollużjoni fih, għandhom jintrabtu ċerti kondizzjonijiet mal-eżenzjoni ta’ kategorija. Għal dan il-għan, l-eżenzjoni ta' obbligi li wieħed ma jikkompetix għandha tkun limitata għal obbligi li ma jissuperawx perjodu ta' żmien definit. Għall-istess raġunijiet, kull obbligu dirett jew indirett li jwaqqaf lill-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva milli jbiegħu prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari għandu jkun eskluż mill-benefiċċju ta' dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-limitazzjoni tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta' eżenzjoni ta' ċerti akkordji vertikali u l-kondizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li tapplika għalihom l-eżenzjoni ta’ kategorija ma jippermettux lill-impriżi parteċipanti jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti kkonċernati. |
(13) |
Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (3), meta ssib li f'każ partikolari akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(14) |
L-awtorità tal-kompetizzjoni ta' Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu, meta, f'każ partikolari, akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, jew f'parti minnu, u fejn tali territorju jkollu l-karetteristiċi kollha ta' suq ġeografiku distint. |
(15) |
Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti simili li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-aċċess għas-suq rilevanti jew il-kompetizzjoni fl-istess suq. Tali effetti kumulattivi jistgħu pereżempju jirriżultaw fil-każ ta’ distribuzzjoni selettiva jew obbligi li wieħed ma jikkompetix. |
(16) |
Sabiex issaħħaħ is-superviżjoni ta' netwerks paralleli ta' akkordji vertikali b’effetti antikompetittivi simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ suq partikolari, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li dan ir-Regolament ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi relatati mas-suq ikkonċernat, biex b'hekk l-Artikolu 101 tat-Trattat jerġa' japplika bis-sħiħ għal dawn l-akkordji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma konkluż bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi; |
(b) |
“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 10(1) tat-Trattat; |
(c) |
“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali; “kompetitur attwali” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti; “kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-akkordju vertikali, f'każ li jkun hemm żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi, x’aktarx tagħmel, għal raġunijiet realistiċi u mhux sempliċiment bħala possibbiltà teoretika, fi ħdan perjodu qasir ta' żmien, l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew spejjeż oħra meħtieġa għal konverżjoni biex tidħol fis-suq rilevanti; |
(d) |
“obbligu li wieħed ma jikkompetix” tfisser kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80% mix-xiri totali tax-xerrej tal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u oġġetti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq relevanti, ikkalkulat abbażi tal-valur tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti; |
(e) |
“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jaċċetta li jbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula abbażi ta' kriterji speċifikati biss u fejn dawn id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbiegħux dawn l-oġġetti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju rriżervat mill-fornitur li jopera dik is-sistema; |
(f) |
“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tinkludi d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, in-know-how, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet assoċjati; |
(g) |
“know-how” tfisser pakkett ta' informazzjoni prattika li ma tkunx suġġetta għal privattiva, li tirriżulta minn esperjenza u testjar mill-fornitur, li tkun sigrieta, sostanzjali u identifikata: f’dan il-kuntest, “sigrieta” tfisser li n-know-how ma tkunx ġeneralment magħrufa jew faċilment aċċessibbli; “sostanzjali” tfisser li n-know-how tkun sinifikanti u utli għax-xerrej għall-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid tal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt; “identifikata” tfisser li n-know-how tkun deskritta b’mod komprensiv biżżejjed sabiex ikun possibbli li jkun ivverifikat li tissodisfa l-kriterji ta’ segretezza u sostanzjalità; |
(h) |
“xerrej” tinkludi impriża li, taħt akkordju li jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, tbiegħ oġġetti jew servizzi f’isem impriża oħra; |
(i) |
“klijent tax-xerrej” tfisser impriża li ma tkunx parti fl-akkordju li tixtri l-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt minn xerrej li jkun parti fl-akkordju. |
2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini “impriża”, “fornitur” u “xerrej” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.
“Impriżi konnessi” tfisser:
(a) |
impriżi li fihom parti fl-akkordju, direttament jew indirettament:
|
(b) |
impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju; |
(c) |
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); |
(d) |
impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); |
(e) |
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:
|
Artikolu 2
Eżenzjoni
1. Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, qed jiġi ddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali.
Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn tali akkordji jkunu jinkludu restrizzjonijiet vertikali.
2. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn assoċjazzjoni ta' impriżi u l-membri tagħha, jew bejn tali assoċjazzjoni u l-fornituri tagħha, biss jekk il-membri tagħha kollha jkunu bejjiegħa bl-imnut ta' oġġetti u jekk l-ebda membru individwali tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-impriżi konnessi tiegħu, ma jkollu fatturat annwali totali ta' aktar minn EUR 50 miljun. Akkordji vertikali konklużi minn tali assoċjazzjonijiet għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat għal akkordji orizzontali konklużi bejn il-membri tal-assoċjazzjoni jew deċiżjonijiet adottati mill-assoċjazzjoni.
3. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet relatati maċ-ċessjoni lix-xerrej jew mal-użu mix-xerrej ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux is-suġġett primarju ta' tali akkordji u jkunu relatati direttament mal-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu. L-eżenzjoni tapplika bil-kundizzjoni li, fil-konfront tal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, dawk id-disposizzjonijiet ma jkunux jinkludu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni bl-istess għan bħal restrizzjonijiet vertikali li mhumiex eżentati taħt dan ir-Regolament.
4. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn impriżi konkorrenti. Madankollu, għandha tapplika meta impriżi konkorrenti jikkonkludu akkordju vertikali li ma jkunx reċiproku u:
(a) |
il-fornitur ikun manifattur u distributur ta' oġġetti, filwaqt li x-xerrej ikun distributur u ma jkunx impriża konkorrenti fil-livell tal-manifattura; jew |
(b) |
il-fornitur ikun jipprovdi servizzi f’bosta livelli tal-kummerċ, filwaqt li x-xerrej ikun jipprovdi l-oġġetti u s-servizzi tiegħu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u ma jkunx impriża konkorrenti fil-livell tal-kummerċ fejn jixtri s-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt. |
5. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li s-suġġett tagħhom ikun jaqa’ fl-ambitu ta' xi regolament ta' eżenzjoni ta’ kategorija ieħor, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'tali regolament.
Artikolu 3
Limitu tas-sehem mis-suq
1. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika bil-kundizzjoni li s-sehem mis-suq miżmum mill-fornitur ma jaqbiżx it-30% tas-suq rilevanti li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u s-sehem mis-suq miżmum mix-xerrej ma jaqbiżx it-30% tas-suq relevanti li fih jixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt.
2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, meta f’akkordju bejn għadd ta' partijiet, impriża tixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt mingħand impriża li tkun parti fl-akkordju u tbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt lil parti oħra fl-akkordju, is-sehem mis-suq tal-ewwel impriża għandu jirrispetta l-limitu tas-sehem mis-suq previst f’dak il-paragrafu kemm bħala xerrejja kif ukoll bħala fornitriċi sabiex tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Restrizzjonijiet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma' fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala għan:
(a) |
ir-restrizzjoni tal-ħila tax-xerrej li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ tiegħu, bla ħsara għall-possibbiltà tal-fornitur li jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkommanda prezz ta’ bejgħ, sakemm dawn ma jammontawx għal prezz tal-bejgħ iffissat jew minimu b’riżultat ta’ pressjoni minn, jew inċentivi offruti minn, xi waħda mill-partijiet; |
(b) |
ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-klijenti li lilhom, xerrej li jkun parti fl-akkordju jkun jista’ jbiegħ l-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, ħlief:
|
(c) |
ir-restrizzjoni ta' bejgħ attiv jew passiv lil utenti finali minn membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-kummerċ ta' bejgħ bl-imnut, bla ħsara għall-possibbiltà li membru tas-sistema jkun projbit milli jopera minn post ta' stabbiliment li ma jkunx awtorizzat; |
(d) |
ir-restrizzjoni ta' cross-supplies bejn distributuri fi ħdan sistema ta' distribuzzjoni selettiva, inkluż bejn distributuri li joperaw f'livelli differenti tal-kummerċ; |
(e) |
ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, tal-ħila tal-fornitur li jbiegħ il-komponenti bħala spare parts lil utenti finali jew lil min isewwi jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew il-manutenzjoni tal-oġġetti tiegħu. |
Artikolu 5
Restrizzjonijiet esklużi
1. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordji vertikali:
(a) |
kull obbligu dirett jew indirett li wieħed ma jikkompetix, għal perjodu indefinit jew għal perjodu li jissupera l-ħames snin; |
(b) |
kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi; |
(c) |
kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva ma jbiegħux il-prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari. |
Għall-iskopijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, obbligu li wieħed ma jikkompetix li jiġġedded taċitament lil hinn minn perjodu ta’ ħames snin għandu jitqies li ġie konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit.
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a), il-limitu ta’ żmien ta’ ħames snin ma għandux japplika fejn l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt jinbiegħu mix-xerrej minn bini u art li jkunu proprjetà tal-fornitur jew mikrija mill-fornitur mingħand terzi li ma jkunux konnessi max-xerrej, sakemm il-perjodu li matulu japplika l-obbligu li wieħed ma jikkompetix ma jissuperax il-perjodu li matulu x-xerrej jokkupa l-bini u l-art.
3. B’deroga mill-paragrafu 1(b), l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-obbligu jkun relatat ma’ oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt; |
(b) |
l-obbligu jkun limitat għall-bini u l-art li minnhom ix-xerrej ikun opera matul il-perjodu tal-kuntratt; |
(c) |
l-obbligu jkunu indispensabbli biex jipproteġi n-know-how trasferit mill-fornitur lix-xerrej; |
(d) |
il-perjodu li matulu jkun japplika l-obbligu jkun limitat għal perjodu ta’ sena wara l-iskadenza tal-akkordju. |
Il-paragrafu 1(b) huwa bla ħsara għall-possibbiltà li tiġi imposta restrizzjoni li ma jkollhiex limitu ta’ żmien dwar l-użu u l-kxif ta' know-how li ma tkunx daħlet fid-dominju pubbliku.
Artikolu 6
Nuqqas ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50% ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.
Artikolu 7
Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem mis-suq
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem mis-suq previsti fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw r-regoli li ġejjin:
(a) |
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq u s-sehem mis-suq tax-xerrej għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ dejta dwar il-valur tax-xiri fis-suq. Jekk ma tkunx disponibbli dejta dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew dwar il-valur tax-xiri fis-suq, jistgħu jintużaw stimi bbażati fuq informazzjoni tas-suq oħra li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ u tax-xiri fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-impriża kkonċernata; |
(b) |
l-ishma mis-suq għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta' dejta relatata mas-sena kalendarja ta' qabel; |
(c) |
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jinkludi kull oġġett jew servizz fornut lil distributuri integrati vertikalment għall-iskopijiet ta' bejgħ; |
(d) |
jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30% iżda sussegwentement jitla’ għal aktar minn dak il-livell mingħajr ma jaqbeż il-35%, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta' sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu tas-sehem mis-suq ta' 30%; |
(e) |
jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30% iżda sussegwentement jitla’ għal aktar minn 35%, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal sena kalendarja wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba il-livell ta' 35%; |
(f) |
il-benefiċċji tal-punti (d) u (e) ma jistgħux jingħaqdu sabiex jiġi ssuperat perjodu ta' sentejn kalendarji; |
(g) |
is-sehem mis-suq tal-impriżi msemmijin fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b'mod ugwali lil kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2). |
Artikolu 8
Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat
1. Biex jiġi kkalkulat il-fatturat annwali totali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-fatturat miksub matul is-sena finanzjarja preċedenti mill-parti rilevanti fl-akkordju vertikali u l-fatturat miksub mill-impriżi konnessi tagħha fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kollha, esklużi t-taxxi u d-dazji l-oħra kollha, għandhom jingħaddu flimkien. Għal dan il-għan, m’għandhomx jitqiesu tranżazzjonijiet bejn il-parti fl-akkordju vertikali u l-impriżi konnessi tagħha jew bejn l-impriżi konnessi tagħha.
2. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tibqa’ tapplika fejn, għal kwalunkwe perjodu ta' sentejn finanzjarji konsekuttivi, il-limitu tal-fatturat annwali totali jinqabeż b'mhux aktar minn 10%.
Artikolu 9
Perjodu tranżitorju
Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2010 sal-31 ta' Mejju 2011 fir-rigward ta’ akkordji li jkunu diġà fis-seħħ fil-31 ta' Mejju 2010 u li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li, fil-31 ta' Mejju 2010, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 2790/1999.
Artikolu 10
Perjodu ta' validità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2010.
Għandu jiskadi fil-31 ta' Mejju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(*) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE.
(2) ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 331/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007, fir-rigward tal-volumi li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, minbarra ċ-ċirasa qarsa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Urugwaj, u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, l-2008 u l-2009, għandhom jiġu adattati l-livelli li fihom jiġu attivati d-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċirasa, minbarra ċ-ċirasa qarsa. |
(3) |
B’riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jkun emendat. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVII
DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies indikattiva biss. għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-ambitu tad-dazji addizzjonali huwa determinat minn dak tal-kodiċi NM kif kien fi żmien l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu ta' applikazzjoni |
Livell tal-iskattar (tunnellati) |
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
415 907 |
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
40 107 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
11 879 |
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
18 611 |
||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
8 866 |
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
55 369 |
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
355 386 |
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
529 006 |
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inkluż it-tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
96 377 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
334 680 |
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
62 311 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-ikel |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
89 140 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
829 840 |
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
884 648 |
||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
224 927 |
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
38 957 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
5 785 |
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
90 511 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
131 459 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
129 925 ” |
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 332/2010
tat-22 ta' April 2010
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għall-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti dderivati minnhom, maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dik id-Direttiva tistipula li għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi, filwaqt li titqies il-qagħda ta' saħħa tal-annimali tagħhom. |
(2) |
Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. Dik id-Direttiva tistipula li t-tjur għandu jiġi minn pajjiżi terzi ħielsa mill-influwenza tat-tjur jew li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dik il-marda, japplikaw miżuri biex jikkontrollawha li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3), jistipula li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss ġo u jgħaddu mill-Unjoni minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(4) |
Skont dak ir-Regolament, fejn isseħħ tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) f'pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment li qabel kien ħieles minn dik il-marda, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment għandu jerġa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet; dawn il-kundizzjonijiet jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' politika ta' qerda biex tiġi kkontrollata l-marda, inkluż tindif u diżinfettar adegwat imwettaq fuq l-istabbilimenti kollha li qabel kienu infettati. Barra minn hekk, is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur trid tkun ġiet imwettqa skont il-Parti II tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament matul perjodu ta' tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta' qerda u tat-tindif u d-diżinfettar. |
(5) |
L-Iżrael bħalissa jinsab imniżżel fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz ħieles mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta' prodotti tat-tjur li għalihom japplika dak ir-Regolament huma awtorizzati mit-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz. |
(6) |
L-Iżrael innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-territorju tiegħu. |
(7) |
Minħabba li ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju tal-Iżrael ma jistax jibqa’ jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael, għaldaqstant, issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' ċerti prodotti tat-tjur. L-Iżrael implimenta wkoll politika ta' qerda biex jikkontrolla l-marda u jillimita t-tixrid tagħha. |
(8) |
It-tagħrif dwar il-miżuri ta' kontroll ġie ppreżentat lill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Iżrael ġew ivvalutati mill-Kummissjoni. |
(9) |
L-azzjoni deċiżiva u fil-pront meħuda mill-Iżrael biex jikkontrolla l-marda u r-riżultat pożittiv tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika jippermettu li r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni jiġu limitati għal ċerti prodotti tat-tjur għaż-żoni milquta mill-marda, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Iżrael poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. |
(10) |
Barra minn hekk, l-Iżrael qed iwettaq attivitajiet ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(11) |
Meta jitqies l-iżvilupp favorevoli tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-attivitajiet ta' sorveljanza relatati għall-influwenza tat-tjur biex tinstab soluzzjoni għat-tifqigħa, huwa xieraq li l-perjodu ta' żmien li matulu l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tkun sospiża, jiġi limitat sal-1 ta' Mejju 2010. |
(12) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti fl-organizzazzjoni taż-żoni u b'hekk il-kummerċ ikun jista' jerġa’ jibda kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt 1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mis-26 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed titbiddel b'dan li ġej:
“PARTI 1
Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
||||||||||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
|||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6A |
6B |
7 |
8 |
9 |
||||||||
AL – L-Albanija |
AL-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||
AR – L-Arġentina |
AR-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
POU, RAT, EP, E |
|
|
|
|
A |
|
S4 |
|||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
AU – L-Awstralja |
AU-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BPP, DOC, HEP, SRP |
|
|
|
|
|
|
S0, ST0 |
|||||||||||
BPR |
I |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
DOR |
II |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
HER |
III |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
POU |
VI |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
RAT |
VII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
BR – Il-Brażil |
BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
BR-1 |
L-Istati ta’: Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul |
RAT, BPR, DOR, HER, SRA |
|
N |
|
|
A |
|
|
|||||||||
BR-2 |
L-Istati ta’: Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo |
BPP, DOC, HEP, SRP |
|
N |
|
|
|
S5, ST0 |
||||||||||
BR-3 |
Distrito Federal u l-Istati ta’: Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo |
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||
EP, E, POU |
|
N |
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BW – Il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BPR |
I |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
DOR |
II |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
HER |
III |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
RAT |
VII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
BY – Il-Bjelorussja |
BY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP u E (it-tnejn ‘biss għat-tranżitu minn ġol-UE’) |
IX |
|
|
|
|
|
|
||||||||
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S1, ST1 |
|||||||||||
DOC, HEP |
|
L, N |
|
|
|
|||||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
|||||||||||
CH – L-Isvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
|
|
|
|
A |
|
||||||||||
CL – Iċ-Ċili |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S0, ST0 |
|||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
|||||||||||
CN – Iċ-Ċina |
CN-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
CN-1 |
Il-Provinċja ta’ Shandong |
POU, E |
VI |
P2 |
6.2.2004 |
— |
|
|
S4 |
|||||||||
GL – Il-Groenlandja |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, WGM |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
HK – Ħong Kong |
HK-0 |
It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
HR – Il-Kroazja |
HR-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S2, ST0 |
|||||||||||
EP, E, POU, RAT, WGM |
|
N |
|
|
|
|
|
|||||||||||
IL – L-Iżrael |
IL-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
IL-1 |
Parti mill-Iżrael minbarra IL-2 |
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S5, ST1 |
|||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
|
IL-2 |
Parti mill-Iżrael ġewwa l-fruntieri li ġejjin:
|
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP |
|
N, P2 |
26.1.2010 |
1.5.2010 |
A |
|
S5, ST1 |
||||||||
WGM |
VIII |
P2 |
26.1.2010 |
1.5.2010 |
|
|
|
|||||||||||
POU, RAT |
|
N, P2 |
26.1.2010 |
1.5.2010 |
|
|
S4 |
|||||||||||
IN – L-Indja |
IN-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
IS – L-Islanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
KR – Ir-Repubblika tal-Korea |
KR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||
ME – Il-Montenegro |
ME-O |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
MG – Il-Madagaskar |
MG-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E, WGM |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
MY – Il-Malażja |
MY-0 |
— |
— |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
MY-1 |
Il-Peninżulari tal-Punent |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
E |
|
P2 |
6.2.2004 |
|
|
|
S4 |
|||||||||||
|
MK-0 (4) |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
MX – Il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
NA – In-Namibja |
NA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
BPR |
I |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
DOR |
II |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
HER |
III |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
RAT, EP, E |
VII |
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
NC – Il-Kaledonja Ġdida |
NC-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
NZ – In-New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP |
|
|
|
|
|
|
S0, ST0 |
|||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
EP, E, POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
PM – Saint Pierre u Miquelon |
PM-0 |
It-territorju kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
RS – Is-Serbja (5) |
RS-0 (5) |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
RU – Ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
SG – Singapor |
SG-0 |
Il-pajjiż kollu |
EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
TH – It-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF, EP |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
WGM |
VIII |
P2 |
23.1.2004 |
|
|
|
|
|||||||||||
E, POU, RAT |
|
P2 |
23.1.2004 |
|
|
|
S4 |
|||||||||||
TN – It-Tuneżija |
TN-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
DOR, BPR, BPP, HER |
|
|
|
|
|
|
S1, ST0 |
|||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
EP, E, POU, RAT |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
TR – It-Turkija |
TR-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S3, ST1 |
|||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||
EP, E, POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E, RAT |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
ZA – L-Afrika t’Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||||||||||
BPR |
I |
|
|
|
A |
|
|
|||||||||||
DOR |
II |
|
|
|
|
|
||||||||||||
HER |
III |
|
|
|
|
|
||||||||||||
RAT |
VII |
|
|
|
|
|
||||||||||||
ZW – Iż-Żimbabwe |
ZW-0 |
Il-pajjiż kollu |
RAT |
VII |
|
|
|
|
|
|
||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
(1) Prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.
(2) Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi importat fl-Unjoni.
(3) Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(4) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2010
tat-22 ta’ April 2010
dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi ġiet awtorizzata għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2). |
(5) |
Tressqet dejta ġdida b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnienes miftuma. Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2009 (3), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li hija parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi żootekniċi”, u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti tal-batterja fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.
(3) The EFSA Journal 2010; 8(1):1426.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU /kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||
4b1820 |
Calpis Co. Ltd. li-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office, Franza |
Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) |
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
3 × 108 |
— |
|
13 ta’ Mejju 2020 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 721/2008 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 721/2008 (2) jawtorizza preparazzjoni tal-batterju li fih ħafna karotenojdi ħomor Paracoccus carotinifaciens bħala addittiv fl-għalf tas-salamun u tat-troti sal-15 ta' Awwissu 2018. Dan l-addittiv fl-għalf huwa kklassifikat fil-kategorija ta' “addittivi sensorji”, grupp funzjonali “a (ii). Koloranti; sustanzi li meta jingħataw lill-annimali jżidu l-kuluri lill-ikel li jkun ġej mill-annimali”. |
(2) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li talbet modifika tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta relevanti ta' appoġġ. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità). |
(3) |
Fl-opinjoni tagħha ta' Jannar 2010, l-Awtorità kkonkludiet li l-modifika mitluba ma kinetx se taffettwa s-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott (3). |
(4) |
L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni mmodifikata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 721/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 721/2008, fit-tielet kolonna, “Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku”,
|
il-kliem
|
|
jinbidel bil-kliem
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 23.
(3) Il-Ġurnal tal-EFSA (2010); 8(1):1428.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 335/2010
tat-22 ta' April 2010
dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
(4) |
Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fil-11 ta' Novembru 2009 (2) li nqrat flimkien ma' dik tas-16 ta’ April 2008 (3) u tat-2 ta' April 2009 (4) jirriżulta li l-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Skont l-opinjoni tas-16 ta’ April 2008, l-użu ta' din il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' żingu disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (5) din il-preparazzjoni kienet diġà awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu jitħassar. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 888/2009 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Il-Ġurnal EFSA (2009) 7(11): 1381.
(3) Il-Ġurnal EFSA (2008) 694, 1.
(4) Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1042:1.
(5) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 71.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti mikroelementi |
|||||||||||||||||||||
3b6.10 |
— |
Kelat taż-żingu tal-analogu idrossilat tal-metjonina |
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
|
Annimali domestiċi: 250 (totali) Ħut: 200 (totali) Speċijiet oħra: 150 (totali) Sostituti tal-ħalib kompluti u komplementarji: 200 (totali) |
|
It-13 ta’ Mejju 2020 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 336/2010
tal-21 ta’ April 2010
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
3919 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 3919 u 3919 90 00 . Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din. Peress li l-artikolu hu oġġett ta’ konsum, għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal li minnu hu magħmul taħt il-kodiċi NM 3919 90 00 bħala lastra jew folja li teħel magħmula mill-plastik. |
||
|
5911 90 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(a) għatTaqsima XI, Nota 1(e) għat-Taqsima XVI, Nota 7(b) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 5911 , 5911 90 u 5911 90 90 . Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din. Il-prodott jikkostitwixxi artikolu għall-użu tekniku skont it-tifsira tan-Nota 1(e) tat-Taqsima XVI, peress li hu użat ma’ magni għall-manifattura tad-diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi sabiex jiċċatja/jagħmel livell u jġib ileqq id-diski (wafer). Għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt kodiċi NM 5911 90 90 bħala artikolu tat-tessut (materjal li minnu hu magħmul) użat għal raġunijiet tekniċi, (ara Nota 7(b) tal-Kapitolu 59). |
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 337/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
94,2 |
MA |
90,1 |
|
TN |
106,8 |
|
TR |
99,1 |
|
ZZ |
97,6 |
|
0707 00 05 |
MA |
45,9 |
TR |
111,1 |
|
ZZ |
78,5 |
|
0709 90 70 |
MA |
86,8 |
TR |
91,8 |
|
ZZ |
89,3 |
|
0805 10 20 |
EG |
45,1 |
IL |
54,0 |
|
MA |
52,3 |
|
TN |
48,9 |
|
TR |
57,7 |
|
ZZ |
51,6 |
|
0805 50 10 |
EG |
65,6 |
IL |
58,2 |
|
TR |
63,3 |
|
ZA |
63,4 |
|
ZZ |
62,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
94,2 |
BR |
79,8 |
|
CA |
113,4 |
|
CL |
86,0 |
|
CN |
78,5 |
|
MK |
24,7 |
|
NZ |
120,7 |
|
US |
134,1 |
|
UY |
78,3 |
|
ZA |
82,2 |
|
ZZ |
89,2 |
|
0808 20 50 |
AR |
95,6 |
CL |
102,2 |
|
CN |
76,1 |
|
NZ |
167,4 |
|
ZA |
93,8 |
|
ZZ |
107,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 338/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), l-aħħar subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 162 sa 164 u 167 sa 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu minn ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/1359 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità. |
(6) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2010 jitħassar (6) u li jeħodlu postu Regolament ġdid. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b'mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b'7 EUR/100 kg.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 62/2010 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.
(6) ĠU L 17, 22.1.2010, p. 33.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-23 ta’ April 2010
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
||||||||||||
0102 10 10 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
25,9 |
||||||||||||
0102 10 30 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
25,9 |
||||||||||||
0201 10 00 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|||||||||||||
0201 10 00 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
48,8 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
28,7 |
|||||||||||||
0201 20 20 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
48,8 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
28,7 |
|||||||||||||
0201 20 30 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|||||||||||||
0201 20 50 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
61,0 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
35,9 |
|||||||||||||
0201 20 50 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
36,6 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
21,5 |
|||||||||||||
0201 30 00 9050 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
|||||||||||||
0201 30 00 9060 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
22,6 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
7,5 |
|||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
84,7 |
|||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
49,8 |
|||||||||||||
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
103,4 |
|||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
50,8 |
|||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
29,9 |
|||||||||||||
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
62,0 |
|||||||||||||
0202 10 00 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|||||||||||||
0202 20 30 9000 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|||||||||||||
0202 20 50 9900 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|||||||||||||
0202 20 90 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
16,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
5,4 |
|||||||||||||
0202 30 90 9100 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
6,5 |
|||||||||||||
0202 30 90 9200 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
22,6 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
7,5 |
|||||||||||||
1602 50 31 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
23,3 |
||||||||||||
1602 50 31 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
20,7 |
||||||||||||
1602 50 95 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
23,3 |
||||||||||||
1602 50 95 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
20,7 |
||||||||||||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:
|
(*) Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.
(1) L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).
(2) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).
(3) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).
(4) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).
(5) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).
(6) Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).
It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 339/2010
tat-22 ta’ April 2010
li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ April 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fl-20 ta’ April 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 340/2010
tat-22 ta’ April 2010
li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-20 ta’ April 2010. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fl-20 ta’ April 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 341/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
ANNESS
Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-23 ta’ April 2010
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità tal-kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
|||||||||
0407 00 11 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
0,39 |
|||||||||
0407 00 19 9000 |
A02 |
EUR/100 biċċa |
0,20 |
|||||||||
0407 00 30 9000 |
E09 |
EUR/100 kg |
0,00 |
|||||||||
E10 |
EUR/100 kg |
22,00 |
||||||||||
E19 |
EUR/100 kg |
0,00 |
||||||||||
0408 11 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
84,72 |
|||||||||
0408 19 81 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
42,53 |
|||||||||
0408 19 89 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
42,53 |
|||||||||
0408 91 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
53,67 |
|||||||||
0408 99 80 9100 |
A03 |
EUR/100 kg |
9,00 |
|||||||||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:
|
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/37 |
REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-23 ta’ April 2010
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità ta’ kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
||
0105 11 11 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 19 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 91 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 99 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 12 00 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0105 19 20 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0207 12 10 9900 |
V03 |
EUR/100 kg |
40,00 |
||
0207 12 90 9190 |
V03 |
EUR/100 kg |
40,00 |
||
0207 12 90 9990 |
V03 |
EUR/100 kg |
40,00 |
||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:
|
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-23 ta’ April 2010
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
0210 11 31 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 11 31 9910 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9300 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
1601 00 91 9120 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,50 |
1601 00 99 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
15,20 |
1602 41 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
29,00 |
1602 41 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 42 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
22,80 |
1602 42 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 49 19 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. |
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/41 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 344/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
114,5 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
124,2 |
0 |
BR |
108,7 |
3 |
AR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
217,9 |
25 |
BR |
223,1 |
23 |
AR |
||
291,5 |
3 |
CL |
||
0207 14 50 |
Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati |
190,1 |
7 |
BR |
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
110,3 |
10 |
BR |
0207 25 10 |
Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati |
146,0 |
4 |
BR |
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
262,6 |
10 |
BR |
286,8 |
3 |
CL |
||
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd |
318,2 |
0 |
AR |
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
325,9 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
300,8 |
0 |
BR |
311,4 |
0 |
TH |
||
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
531,4 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 345/2010
tat-22 ta’ April 2010
li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat. |
(4) |
L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fl-Artikolu 1(1)(s) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.
ANNESS
rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-23 ta’ April 2010 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat
(EUR/100 kg) |
||||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Destinazzjoni (1) |
Rata tar-rifużjoni |
|
0407 00 |
Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar: |
|
|
|
– Tat-tjur: |
|
|
||
0407 00 30 |
– – Oħra: |
|
|
|
|
02 |
0,00 |
||
03 |
22,00 |
|||
04 |
0,00 |
|||
|
01 |
0,00 |
||
0408 |
Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le: |
|
|
|
– L-isfar tal-bajd: |
|
|
||
0408 11 |
– – Imnixxef: |
|
|
|
ex 0408 11 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
84,72 |
||
0408 19 |
– – Oħra: |
|
|
|
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
||
ex 0408 19 81 |
– – – – Likwidu: |
|
|
|
Mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
42,53 |
||
ex 0408 19 89 |
– – – – Iffriżat: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
42,53 |
||
– Oħra: |
|
|
||
0408 91 |
– – Imnixxef: |
|
|
|
ex 0408 91 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
53,67 |
||
0408 99 |
– – Oħra: |
|
|
|
ex 0408 99 80 |
– – – Tajjeb għall-konsum uman: |
|
|
|
mhux miżjud bi ħlewwa |
01 |
9,00 |
(1) Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:
01 |
Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, |
02 |
Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja, |
03 |
Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini, |
04 |
kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03. |
DEĊIŻJONIJIET
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ April 2010
dwar il-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2363)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/227/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10b(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 rigward mezzi mediċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 14a (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttivi 90/385/KEE, 93/42/KEE u 98/79/KE fihom dispożizzjonijiet dwar bank tad-dejta Ewropew għall-mezzi mediċi li jirrikjedu t-twaqqif ta’ dak il-bank tad-dejta. |
(2) |
L-għan tal-bank tad-dejta Ewropew għall-mezzi mediċi huwa li jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq billi jipprovdi l-awtoritajiet kompetenti b’aċċess rapidu għall-informazzjoni dwar manifatturi u rappreżentanti awtorizzati, mezzi u ċertifikati u għal dejta tal-viġilanza, li tinqasam l-informazzjoni dwar dejta tal-investigazzjonijiet kliniċi, kif ukoll li jikkontribwixxi lejn applikazzjoni uniformi ta’ dawk id-Direttivi, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni. |
(3) |
Il-bank tad-dejta għandu għalhekk ikun fih id-dejta rikjesta skont id-Direttivi 90/385/KEE, 93/42/KEE u 98/79/KE, partikolarment dwar ir-reġistrazzjoni tal-manifatturi u l-mezzi, dejta marbuta maċ-ċertifikati maħruġa jew imġedda, modifikati, issupplimentati, sospiżi, irtirati jew miċħuda, dejta miksuba skont il-proċedura tal-viġilanza u dejta dwar l-investigazzjonijiet kliniċi. |
(4) |
Ġie żviluppat bank tad-dejta bħal dan mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Istati Membri bl-isem ta’ “Bank tad-Dejta Ewropew għall-Mezzi Mediċi (Eudamed – European Databank for Medical Devices)” u qed jintuża minn diversi Stati Membri fuq bażi volontarja. |
(5) |
Id-dejta għandha tiddaħħal fil-bank tad-dejta permezz tal-metodi preskritti għat-trasferiment tad-dejta. |
(6) |
Jixraq li tintuża nomenklatura rikonoxxuta fuq livell internazzjonali għall-mezzi mediċi meta tiddaħħal id-dejta f’Eudamed sabiex ikun hemm deskrizzjoni uniformi tal-mezzi kkonċernati u jsir użu effiċjenti minn dak il-bank tad-dejta. Billi d-dejta tista’ tiddaħħal fil-lingwi uffiċjali Komunitarji kollha, għandu jintuża kodiċi numeriku għal tiftixa faċli tal-mezzi. |
(7) |
In-Nomenklatura Globali tal-Mezzi Mediċi li ġiet żviluppata fuq il-bażi ta’ EN ISO 15225:2000 Nomenclature — Specification for a nomenclature system for medical devices for the purpose of regulatory data exchange (Nomenklatura – Speċifikazzjoni għal sistema tan-nomenklatura għall-mezzi mediċi għall-iskambju tad-dejta regolatorja) hija nomenklatura rikonoxxuta fuq livell internazzjonali. Il-ħtieġa li jiġi stabbilit u miżmum Eudamed u li tibda tiġi implimentata in-Nomenklatura Globali tal-Mezzi Mediċi bħala bażi għal dak il-bank tad-dejta tfakkret fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar il-Mezzi Mediċi (4). |
(8) |
Għandu jingħata perjodu tranżizzjonali xieraq biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħejju għall-użu mandatorju ta’ Eudamed u minħabba l-bidliet introdotti mid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar il-mezzi mediċi u d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (5). |
(9) |
L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati biss idaħħlu d-dejta eżistenti qabel l-1 ta’ Mejju 2011 sal-punt neċessarju għat-tħaddim ta’ Eudamed fil-ġejjieni. Għall-kompletezza ta’ Eudamed hu meħtieġ li tiddaħħal id-dejta eżistenti qabel l-1 ta’ Mejju 2011 dwar il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat u dwar ir-reġistrazzjoni tal-mezz, li huma rikjesti mid-Direttivi 93/42/KEE u 98/79/KE, fl-għamla li fiha din id-dejta hija disponibbli fil-livell nazzjonali. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Mezzi Mediċi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Bank tad-Dejta Ewropew tal-Mezzi Mediċi (Eudamed) bħala l-bank tad-dejta għall-iskopijiet tal-Artikolu 10b(3) tad-Direttiva 90/385/KEE, l-Artikolu 14a(3) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 98/79/KE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 90/385/KEE, fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 14a(1) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 98/79/KE, tiddaħħal f’Eudamed skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Għall-investigazzjonijiet kliniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li estratt min-notifiki msemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 90/385/KEE u fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 93/42/KEE, kif ukoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) u (4) tad-Direttiva 90/385/KEE u fl-Artikolu 15(6) u (7) tad-Direttiva 93/42/KEE jiddaħħal f’Eudamed skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Eudamed għandu juża l-Protokoll Sikurizzat tat-Trasferiment tal-Hypertext (HTTPS) u l-Lingwa Mark-up Estensibbli (XML).
Artikolu 4
Huma u jdaħħlu d-dejta f’Eudamed, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jdaħħlu d-dejta onlajn jew li japplowdjaw il-fajls XML.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma u jdaħħlu d-dejta f’Eudamed, il-mezzi mediċi jiġu deskritti bil-kodiċi ta’ nomenklatura għall-mezzi mediċi rikonoxxuta fuq livell internazzjonali.
Artikolu 5
Fir-rigward tad-dejta li tkun teżisti qabel id-data msemmija fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta fir-reġistrazzjoni tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati u l-mezzi jiddaħħlu f’Eudamed skont l-Artikolu 14a(1)(a) tad-Direttiva 93/42/KEE u l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 98/79/KE.
Din id-dejta għandha tiddaħħal qabel it-30 ta’ April 2012.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.
(2) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
(3) ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.
(5) ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21.
ANNESS
Tabella bid-dejta mandatorja fil-modulu rispettiv tad-database Eudamed skont l-obbligi li jirriżultaw mid- Direttivi 93/42/KEE, 90/385/KEE u 98/79/KE
Id-Direttiva 93/42/KEE |
Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed |
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 14a(1)(a) u l-Artikolu 14(1) u (2) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 14a(1)(b) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 14a(1)(c) u l-Artikolu 10(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 14a(1)(d) u l-Artikolu 15(1), (6) u (7) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 90/385/KEE |
Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed |
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 10b(1)(a) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 10b(1)(b) u l-Artikolu 8(3) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
l-Artikolu 10b(1)(c), l-Artikolu 10(1),(3) u (4) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
Id-Direttiva 98/79/KE |
Dejta minima rikjesta għal entrata tad-dejta f’Eudamed |
||||||||||||||||||||||||||||
l-Artikolu 12(1) (a) u l-Artikolu 10(1), (3) u (4) u l-Anness VIII (4) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 12(1)(b) |
|
||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 12(1)(c) u l-Artikolu 11(3) |
|
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ April 2010
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ polpa u konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2397)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2010/228/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ April 2006 Tahitian Noni International Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-polpa u l-konċentrat tal-frott tal-Morinda citrifolia fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel. |
(2) |
Fit-28 ta’ Frar 2007, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport dan wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia bħala ingredjent alimentari kien aċċettabbli. |
(3) |
Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar it-28 ta’ Marzu 2007. |
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni. |
(5) |
Għalhekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fis-7 ta’ Novembru 2007. |
(6) |
Fit-13 ta’ Marzu 2009, l-EFSA fl-“Opinjoni Xjentifika tal-Bord fuq in-Nutriment u l-Allerġiji tal-Prodotti tad-Dieta fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-polpa u l-konċentrat tal-frott ‘Morinda citrifolia (Noni)’ ” bħala ingredjent tal-ikel ġdid waslet għall-konklużjoni li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Noni kien sigur għall-popolazzjoni ġenerali. |
(7) |
Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia (Noni) kif speċifikat fl-Anness I jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 2
L-isem tal-polpa tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom din il-polpa għandu jkun “polpa tal-frott Morinda citrifolia” jew “polpa tal-frott Noni”.
L-isem tal-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan il-konċentrat għandu jkun “konċentrat tal-frott Morinda citrifolia” jew “konċentrat tal-frott Noni”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Tahitian Noni International Inc., 333 West River Park Drive, Provo, Utah 84604, l-Istati Uniti tal-Amerika.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia
Deskrizzjoni:
Il-frott Morinda citrifolia nħasad bl-idejn. Iż-żerriegħa u l-qoxra jinfirdu b’mod mekkaniku mill-frott f’polpa. Wara l-pasturizzazzjoni, il-polpa tiġi ppakkjata f’kontenituri li mhumiex settiċi u maħżuna f’kundizzjonijiet kesħin.
Il-konċentrat tal-Morinda citrifolia jitħejja mill-polpa tal-M. citrifolia permezz ta’ trattament b’enżimi pektinolitiċi (50-60 °Ċ għal siegħa-sagħtejn). Imbagħad il-polpa tissaħħan biex tmewwet il-pectinases imbagħad titkessaħ mill-ewwel. Il-meraq jinfired f’karaffa ċentrifuga. Wara, il-meraq jinġabar u jiġi pasturizzat, qabel ma jiġi kkonċentrat f’evaporatur vakwu minn brix ta’ 6 sa 8 għal brix ta’ 49 sa 51 fil-konċentrat finali.
Kompożizzjoni tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia |
||
Indewwa |
89 – 93 % |
48 – 53 % |
Proteina |
< 0,6 g/100 g |
3 – 3,5 g/100 g |
Xaħam |
< 0,2 g/100 g |
< 0,04 g/100 g |
Irmied |
< 1 g/100 g |
4,5 – 5 g/100 g |
Karboidrati totali |
5 – 10 g/100 g |
37 – 45 g/100 g |
Fruttosi |
0,5 – 2 g/100 g |
9 – 11 g/100 g |
Glukożju |
0,5 – 2 g/100 g |
9 – 11 g/100 g |
Fibra tad-dieta |
1,5 – 3 g/100 g |
1,5 – 5 g/100 g |
5,15-dimethylmorindol (*) |
0,19 – 0,20 μg/mL |
0,11 – 0,77 μg/mL |
Lucidin (*) |
Ma jistax jinstab |
Ma jistax jinstab |
Alizarin (*) |
Ma jistax jinstab |
Ma jistax jinstab |
Rubiadin (*) |
Ma jistax jinstab |
Ma jistax jinstab |
(*) Permezz ta’ metodu HPLC-UV żviluppat u vvalidat mill-applikant għall-analiżi ta’ antrakinoni fil-polpa u l-konċentrat tal-Morinda citrifolia
Il-limiti ta’ detezzjoni: 2,5 ng/mL (5,15 dimethylmorindol); 50,0 ng/mL (lucidin); 6,3 ng/mL (alizarin) u 62,5 ng/mL (rubiadin).
ANNESS II
Użi tal-polpa u l-konċentrat tal-frott Morinda citrifolia
Grupp ta’ Użu |
Livell ta’ użu massimu tal-frott Morinda citrifolia |
|
polpa |
konċentrat |
|
Ħelu |
45 g/100 g |
10 g/100 g |
Bars taċ-ċereali |
53 g/100 g |
12 g/100 g |
Taħlitiet tax-xorb nutrittiv bi trab (piż xott) |
53 g/100 g |
12 g/100 g |
Xorb bil-karbonat |
11 g/100 g |
3 g/100 g |
Ġelat u sorbet |
31 g/100 g |
7 g/100 g |
Jogurt |
12 g/100 g |
3 g/100 g |
Biskuttini |
53 g/100 g |
12 g/100 g |
Pannozzi, kejkijiet u pastini |
53 g/100 g |
12 g/100 g |
Ċereali għall-fatra (qamħ sħiħ) |
88 g/100 g |
20 g/100 g |
Ġammijiet u ġelijiet (preżervati tal-frott) |
(*) 133 g/100 g |
30 g/100 g |
Pejst tal-ħelu, mili u ġelu |
31 g/100 g |
7 g/100 g |
Zlazi mħawwra, pikles, grejvi u kondimenti |
88 g/100 g |
20 g/100 g |
Supplimenti tal-ikel (skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)) |
26 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
6 g f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
(*) Imsejjes fuq il-kwantità ta’ qabel l-ipproċessar biex jiġi magħmul prodott finali ta’ 100 g.
23.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ April 2010
rigward l-abbozz tad-Digriet tal-Italja li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2436)
(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/229/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
B’konformità mal-proċedura stipulata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2000/13/KE, fil-25 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tad-Digriet Ministerjali li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib. |
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, dan japplika għall-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, għall-ħalib UHT, għall-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u għall-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib. |
(3) |
L-Artikolu 2 tad-Digriet notifikat jitlob li t-tikketti tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib li jkun ġie ttrattat b’dawn il-modi msemmijin. |
(4) |
L-Artikolu 3(1) tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-prodotti tal-ħalib għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib li ġie użat biex isiru dawn il-prodotti. |
(5) |
L-Artikolu 3(3) tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-ġobnijiet, inkluża r-rikotta, li jkun fihom sustanzi miksubin mill-ipproċessar tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib għandhom jinkludu lil dawn is-sustanzi fil-lista tal-ingredjenti, u referenza għall-post minn fejn ikun oriġina l-ħalib użat fl-ipproċessar ta’ dawn is-sustanzi. |
(6) |
L-Artikolu 4 tad-Digriet notifikat jistipula li t-tikketti tal-ġobnijiet miksubin mill-baqta għandhom juru minn fejn oriġina l-ħalib użat fil-baqta. |
(7) |
Id-Direttiva 2000/13/KE tarmonizza r-regoli li jirregolaw it-tikkettar tal-prodotti tal-ikel billi tipprevedi, min-naħa, l-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-arranġamenti għal dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati. L-ambitu tal-armonizzazzjoni huwa mfisser fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, li jelenka l-partikularitajiet li huma obbligatorji fuq it-tikkettar tal-prodotti tal-ikel, skont l-Artikoli 4 sa 17 u soġġetti għall-eċċezzjonijiet li jinsabu fihom. |
(8) |
B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(1)(8) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini jew tal-provenjenza hija obbligatorja fejn in-nuqqas ta’ dan id-dettall jista’ fi grad materjali jqarraq bil-konsumatur rigward l-oriġini jew il-provenjenza awtentika tal-prodott tal-ikel. Id-dispożizzjoni tistabbilixxi mekkaniżmu xieraq biex jevita r-riskju li l-konsumaturi jitqarrqu f’każijiet fejn xi elementi jimplikaw li xi ikel partikolari jkun oriġina jew għandu provenjenza differenti minn dik ta’ vera. |
(9) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jistipula li jistgħu jkunu meħtieġa xi dettalji oħra flimkien ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva fil-każ ta’ prodotti tal-ikel speċifikati, minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fin-nuqqas tagħhom, minn miżuri nazzjonali. |
(10) |
L-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jippermetti l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati jekk ikunu ġġustifikati skont waħda mir-raġunijiet elenkati fih, inklużi inter alia l-prevenzjoni ta’ frodi u l-ħarsien tas-saħħa pubblika, u sakemm ma jkunux ta’ natura li jwaqqfu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE. Għaldaqstant, meta fi Stat Membru jkun ġie propost abbozz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tat-tikkettar, jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibilità tagħhom mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. |
(11) |
L-awtoritajiet Taljani jsostnu li d-Digriet notifikat huwa meħtieġ biex jiddefinixxu u jirregolaw is-sistema ta’ traċċabilità għall-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, għall-ħalib UHT, għall-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u għall-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib. Jiddikjaraw ukoll li d-Digriet notifikat huwa meħtieġ għar-regolarizzazzjoni tat-tikketti tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Artikolu 1 tiegħu biex jiżgura li jiġu mħarsin l-interessi tal-konsumaturi kemm jista’ jkun possibbli. |
(12) |
Rigward it-traċċabilità tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (2), jitlob li, f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, għandha tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ traċċabilità mill-intrapriżi tal-ikel biex ikun jista’ jsir irtirar iffokat u preċiż, jew ikun jista’ jingħata tagħrif lill-konsumaturi jew lill-uffiċjali tal-kontroll. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 18 tiegħu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jidentifikaw il-persuni li fornewlhom kull ikel, u l-intrapriżi li jkunu xtraw il-prodotti mingħandhom. Barra dan, l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi obbligazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. L-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini fuq it-tikketta tal-prodotti lesti kkonċernati mhijiex tagħrif meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ traċċabilità. |
(13) |
Barra minn hekk, apparti referenza ġenerika lejn il-ħtieġa li jitħarsu l-interessi tal-konsumatur, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdew ebda ġustifikazzjoni li twassal għall-konklużjoni li, fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tad-Digriet notifikat, l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini hija meħtieġa, minbarra fl-obbligu stipulat fl-Artikolu 3(1) punt 8 tad-Direttiva 2000/13/KE. |
(14) |
Għaldaqstant l-awtoritajiet Taljani ma rnexxielhomx juru li l-indikazzjoni tal-oriġini kif stipulat fid-Digriet notifikat huwa meħtieġ biex jinkiseb wieħed mill-miri elenkati fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE. |
(15) |
Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva dwar id-dispożizzjonijiet tad-Digriet imsemmijin hawn fuq, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19, tad-Direttiva 2000/13/KE. |
(16) |
L-awtoritajiet Taljani għandhom, għaldaqstant, jintalbu li ma jadottawx id-dispożizzjonijiet tad-Digriet notifikat ikkonċernat. |
(17) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Italja ma għandhiex tadotta l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u (3) u l-Artikolu 4 (sa fejn jikkonċerna l-obbligu li jiġi indikat il-post minn fejn oriġina l-ħalib użat fil-baqta) tad-Digriet notifikat li jwaqqaf l-istandards li jirregolaw it-tikkettar tal-ħalib li jibqa’ tajjeb fil-ħażna, tal-ħalib UHT, tal-ħalib ippasturizzat mikrofiltrat u tal-ħalib ippasturizzat b’temperatura għolja, kif ukoll tal-prodotti tal-ħalib.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.