ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.067.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
17 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2010 tas-16 ta’ Marzu 2010 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2013 sal-2015, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ( 1 )

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2010 tas-16 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/156/PESK tas-16 ta’ Marzu 2010 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

6

 

 

2010/157/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2010 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1314)  ( 1 )

9

 

 

2010/158/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2010 dwar ċerti miżuri protettivi interim fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur fir-Rumanija (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1862)  ( 1 )

10

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2010/159/UE

 

*

Rakkomandazzjoni mill-kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2010 dwar miżuri ta’ awtoprotezzjoni u ta’ prevenzjoni ta’ atti ta’ piraterija u ta’ attakki bl-armi kontra l-bastimenti ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2010

tas-16 ta’ Marzu 2010

li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2013 sal-2015, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-funzjonament tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 577/98, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi tal-moduli ad hoc li jkopru s-snin 2013 sa 2015.

(2)

Hemm bżonn ta’ sorsi addizzjonali (2) għal ċerti setturi b’riskji għolja ta’ inċidenti fuq ix-xogħol jew mard ikkaġunat mix-xogħol u problemi oħra relatati mas-saħħa iżda li normalment mhumiex koperti, jew mhux koperti kompletament, minn sistemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali, bħal “Sajd u akkwakultura” (id-Diviżjoni 03 tan-NACE rev. 2), “Minjieri u barrieri” (it-Taqsima B tan-NACE rev. 2) jew “Saħħa tal-bniedem u attivitajiet ta’ ħidma soċjali” (it-Taqsima Q tan-NACE rev. 2).

(3)

Modulu ġdid ad hoc dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol se jipprovdi valur konsiderevoli flimkien mal-informazzjoni li tista’ tinkiseb mingħand l-Istatistika Ewropea tal-Inċidenti fuq ix-Xogħol (ESAW) u l-Istatistika Ewropea dwar il-Mard ġej mix-Xogħol (EODS), u se jippermetti, b’mod partikolari, li d-dejta dwar inċidenti u mard ikkaġunat mix-xogħol tkun direttament marbuta mas-sitwazzjoni ta’ persuni fuq is-suq tax-xogħol u l-informazzjoni li għandha tinkiseb fuq riskji emerġenti (eż. problemi ta’ saħħa marbuta max-xogħol li għadhom mhux magħrufa bħala mard ikkaġunat mix-xogħol fil-leġiżlazzjoni nazzjonali).

(4)

L-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi tirrifletti totalment il-ħtieġa li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-aspetti tax-xogħol tal-immigrazzjoni, b’mod partikolari l-ħtieġa li tittejjeb is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi adottati bid-Deċiżjoni 2008/618/KE (3), li huma parti integrali mill-“Pakkett Integrat ta’ Linji Gwida”, li huwa maħsub biex joħloq tkabbir ekonomiku u impjiegi fl-Ewropa bħala parti mill-Istrateġija ta’ Liżbona li tnediet mill-ġdid, jagħmlu referenza għall-attenzjoni partikolari li għandha tingħata biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti d-distakki fl-impjiegi għall-persuni żvantaġġjati, inkluż id-distakk bejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ċ-ċittadini tal-UE. Huma jistipulaw espliċitament li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-immigranti hija essenzjali u jagħmlu sejħa għal immaniġġjar xieraq tal-migrazzjoni ekonomika biex jitjieb it-taqbil tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Hija importanti ħafna dejta xierqa biex timmonitorja dawn il-kwistjonijiet, speċjalment billi, minħabba li l-forza tax-xogħol fl-UE qiegħda dejjem tikber fl-età u minħabba n-nuqqas ta’ ħiliet imbassra għall-futur, il-ħtieġa ta’ ħaddiema immigranti se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin.

(5)

Fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej dwar il-flessigurtà u l-ħtieġa espressa għal adattabbiltà akbar fl-Ewropa kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-ħaddiema, kwistjoni ewlenija enfasizzata fl-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Linji Gwida tax-Xogħol, hu meħtieġ li jkun hemm dejta miġbura minn stħarriġ fuq skala kbira Ewropea dwar il-firxa tal-applikazzjoni ta’ forom diversi ta’ prassi ġodda tax-xogħol u organizzazzjoni tal-arranġamenti tal-ħin u esperjenzi ma’ dawn il-ħaddiema.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2013 sal-2015, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 77 tal-14.3.1998, p. 3.

(2)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol – Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, adottata fil-21.2.2007 – COM(2007) 62.

(3)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.


ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

Programm multi-annwali ta’ moduli ad hoc

1.   INĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL U PROBLEMI TA’ SAĦĦA MARBUTA MAX-XOGĦOL

Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2011.

Perjodu ta’ referenza: 2013. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2011.

Rappreżentattività tar-riżultati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2011.

Kompletezza tal-kampjun tal-modulu ad hoc: Il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008 (1), jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni fuq moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-elementi varjabbli strutturali.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2014.

2.   IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAX-XOGĦOL TAL-MIGRANTI U D-DIXXENDENTI IMMEDJATI TAGĦHOM

Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2012.

Perjodu ta’ referenza: 2014. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2012.

Rappreżentattività tar-riżultati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2012.

Kompletezza tal-kampjun tal-modulu ad hoc: Il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni fuq moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-elementi varjabbli strutturali.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2015.

3.   ORGANIZZAZZJONI TAX-XOGĦOL U ARRANĠAMENTI TAL-ĦINIJIET TAX-XOGĦOL

Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2013.

Perjodu ta’ referenza: 2015. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2013.

Rappreżentattività tar-riżultati: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2013.

Kompletezza tal-kampjun tal-modulu ad hoc: Il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni fuq moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-elementi varjabbli strutturali.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2016.


(1)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.


17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 221/2010

tas-16 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

JO

59,4

MA

78,3

TN

133,8

TR

115,0

ZZ

98,7

0707 00 05

EG

219,6

JO

134,1

MK

134,1

TR

137,6

ZZ

156,4

0709 90 70

MA

192,2

TR

93,9

ZZ

143,1

0709 90 80

EG

32,4

ZZ

32,4

0805 10 20

EG

42,9

IL

54,6

MA

56,9

TN

49,7

TR

61,4

ZZ

53,1

0805 50 10

EG

76,3

IL

97,8

TR

68,0

ZZ

80,7

0808 10 80

AR

103,6

BR

89,3

CA

73,7

CN

74,2

MK

24,7

US

116,6

ZZ

80,4

0808 20 50

AR

84,0

CL

74,8

CN

82,0

ZA

101,9

ZZ

85,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/156/PESK

tas-16 ta’ Marzu 2010

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK (1) li taħtar lis-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Fil-15 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/706/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta’ Marzu 2010.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Awwissu 2010. Madankollu, il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi tterminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwisu 2010. Il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi tterminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-RGħ wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 2

Objettiv ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv ta’ politika tal-Unjoni Ewropea f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li għandu jkun li jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-proċess politiku paċifiku u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Qafas Ohrid, u b’hekk jiffaċilita progress ulterjuri lejn l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-Gvern ta’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mal-partijiet involuti fil-proċess politiku;

(b)

joffri l-parir u l-faċilitazzjoni tal-Unjoni fil-proċess politiku;

(c)

jiżgura l-koordinazzjoni tal-isforzi tal-komunità internazzjonali biex jgħin fl-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Qafas tat-13 ta’ Awwissu 2001, kif stabbilit fil-Ftehim u l-Annessi tiegħu;

(d)

isegwi mill-qrib, u jirrapporta dwar, il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u dawk interetniċi u jwettaq kollegamenti mal-korpi kollha rilevanti għal dak il-għan;

(e)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, skont il-politika ta’ drittijiet tal-bniedem tal-UE u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE bi gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2010 għandu jkun EUR 340 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli sa mill-1 ta’ April 2010. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull nefqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Struttura u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli li jikkostitwixxi t-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipproponu s-sekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni għar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni mittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/partijiet ospitanti kif adatt. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal tali għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal immobbilizzat barra mill-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni ibbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, inklużi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni l-moviment sigur tal-persunal għal, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-ġestjoni tal-inċidenti ta’ sigurtà u inkluż pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu mmobbilizzat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tiegħu li għandhom jiġu mmobbilizzati barra mill-Unjoni, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ngħataw taħriġ ta’ sigurtà adatt qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-grad ta’ riskju mogħti liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà jiġu implimentati, u jipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat;

Artikolu 11

Rapportar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS b’rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Kapijiet tal-Unjoni u l-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jikkollega wkoll ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjon għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 272, 18.10.2005, p. 26.

(2)  ĠU L 244, 16.9.2009, p. 25.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2010

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1314)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/157/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE kienet emendata tliet darbiet, l-ewwel bid-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni bid-Deċiżjoni 2008/322/KE (4) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra sal-11 ta’ Mejju 2009, u t-tielet bid-Deċiżjoni 2009/298/KE (5) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2010.

(4)

Fin-nuqqas ta’ miżuri oħra sodisfaċenti li jittrattaw is-sikurezza għat-tfal tal-lajters, huwa meħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tittawwal għal 12-il xahar oħra u li tkun emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/508/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2011.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2010 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(5)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.


17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Marzu 2010

dwar ċerti miżuri protettivi interim fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur fir-Rumanija

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1862)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/158/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunu 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fl-għasafar, inkluż it-tjur. L-infezzjoni bil-vajrusis tal-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiċi tagħti lok għal żewġ forom tal-marda li huma distinti mill-kapaċità ta' tixrid tagħhom. Il-forma ta’ patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta’ patoġeniċità għolja tirriżulta f’rati ferm għoljin ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċi tat-tjur. Dik il-marda jista’ jkollha impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza tat-tjur tinstab l-aktar fl-għasafar, imma f'ċerti ċirkustanzi jista' jkun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin għalkemm ir-riskju huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa ta' influwenza tat-tjur, hemm riskju li l-aġent tal-marda jkun jista' jinxtered għal stabbilimenti oħra tat-tjur u għall-għasafar selvaġġi Minħabba f'hekk jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fl-għasafar ħajjin jew il-prodotti tagħhom u permezz tal-migrazzjoni tal-għasafar selvaġġi.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (4) tistipula miżuri għall-kontroll ta' kemm il-forma ta' patoġeniċità baxxa kif ukoll il-forma ta' patoġeniċità għolja tal-influwenza tat-tjur. L-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva jistipula t-twaqqif ta' żoni ta’ protezzjoni, żoni ta' sorveljanza u żoni ristretti oħrajn f’każ ta’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fil-Komunità (5) tistipula miżuri ta’ ħarsien addizjonali li jridu jiġu applikati fi Stat Membru affettwat mill-vajrus tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' din il-marda, filwaqt li titqies l-epidemjoloġija speċifika ta' dan il-varjant partikolari ta' vajrus.

(6)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jitlob li malli jkun hemm tifqigħa ssuspettata jew ikkonfermata ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1, l-Istati Membri jistabbilixxu żona ta' riskju għoli li tkun magħmula minn żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (iż-żona A) u żona ta' riskju baxx li tifred iż-żona A mill-partijiet ħielsa mill-marda tal-Istat Membru affettwat (iż-żona B). Dawk iż-żoni huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni.

(7)

Ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni b'tifqigħa kkonfermata ta' influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B.

(8)

Il-Kummissjoni issa eżaminat dawk il-miżuri ta' protezzjoni b'kollaborazzjoni mar-Rumanija, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tat-tifqigħa kkonfermata.

(9)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi stabbilita minnufih lista taż-żoni A u B fir-Rumanija fil-livell tal-Unjoni.

(10)

Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, iż-żoni A u B fir-Rumanija, fejn iridu japplikaw il-miżuri protettivi stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, għandhom jiġu elenkati fid-Deċiżjoni preżenti u jkun iffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(11)

Din id-Deċiżjoni se tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi ż-żoni fejn għandhom japplikaw il-miżuri ta' protezzjoni interim stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE u l-perjodu ta' applikazzjoni ta' dawn il-miżuri.

Artikolu 2

1.   Iż-żona elenkata fil-Parti A tal-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha titqies bħala ż-żona ta' riskju għoli (iż-żona A) kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

2.   Iż-żona elenkata fil-Parti B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha titqies bħala ż-żona ta' riskju baxx (iż-żona B) kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2006/415/KE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-17 ta' April 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU, L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU, L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU, L 146, 13.6.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51.


ANNESS

PARTI A

Żona A kif imsemmi fl-Artikolu 2(1):

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sa meta applikabbli

Kodiċi

Isem

RO

Ir-Rumanija

00038

Żona li tinkludi:

17.4.2010

Żona ta' ħarsien:

Letea

Żona ta' sorveljanza:

 

C.A. Rosetti

 

Sfiștofca

 

Cardon

PARTI B

Żona B kif imsemmi fl-Artikolu 2(2):

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sa meta applikabbli

Kodiċi

Isem

RO

Ir-Rumanija

00038

Iż-Żoni tal-Kontea ta’ Tulcea barra dawk elenkati f'Żona A

17.4.2010


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/13


RAKKOMANDAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2010

dwar miżuri ta’ awtoprotezzjoni u ta’ prevenzjoni ta’ atti ta’ piraterija u ta’ attakki bl-armi kontra l-bastimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/159/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba ż-żieda fl-atti ta’ piraterija lil hinn mill-kosta tas-Somalja, il-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), fis-86 sessjoni tiegħu tas-27 ta’ Mejju sal-5 ta’ Ġunju 2009, adotta serje ta’ miżuri permezz ta’ diversi ċirkolarijiet li, jew jaġġornaw ir-rakkomandazzzjonijiet ġenerali fis-seħħ dwar il-miżuri biex jikkumbattu atti ta’ piraterija u attakki bl-armi tal-bastimenti jew jiddefinixxu miżuri speċifiċi biex isolvu l-piraterija fil-Golf ta’ Aden u lil hinn mill-kosta tas-Somalja.

(2)

Iċ-ċirkolari MSC.1/Cir. 1334 tat-23 ta’ Ġunju 2009 toffri “Gwida lis-sidien u l-operaturi ta’ bastimenti, u lill-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ tagħhom, dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-atti ta’ piraterija u attakki bl-armi kontra l-vapuri”. Din iċ-ċirkolari tagħti lista komprensiva ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-bastimenti fiċ-ċirkustanzi kollha biex jiġu evitati l-attakki, u biex meta jseħħu, jitnaqqsu bl-iktar mod possibbli r-riskji għall-ekwipaġġ u għall-bastiment.

(3)

Iċ-ċirkolari MSC.1/Circ. 1332 tas-16 ta’ Ġunju 2009 tagħti l-miżuri msejħa “l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni” biex jiġu evitati, jitnaqqsu jew jiġu postposti l-atti ta piraterija fil-Golf ta’ Aden u lil hinn mill-kosta tas-Somalja (“Best Management Practices to Avoid, Deter or Delay Acts of Piracy in the Gulf of Aden and off the Coast of Somalia”) li l-imsieħba tal-industrija marittima żviluppaw fuq bażi volontarja u li l-partijiet kontraenti appoġġaw u nkoraġġew minħabba l-urġenza quddiem it-theddid lil hinn mis-Somalja. L-imsieħba tal-industrija marittima aġġornaw dawn il-miżuri fil-verżjoni 2 li ġiet ippubblikata permezz taċ-ċirkolari MSC.1/Circ. 1335 tad-29 ta’ Settembru 2009.

(4)

Għalkemm il-miżuri stipulati f’dawn iċ-ċirkolarijiet tal-OMI mhuma la obbligatorji u lanqas vinkolanti, il-ħtieġa ċara għal titjib fis-sigurtà marittima tfisser li l-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru għandhom jipproteġu lilhom nnifishom bl-iktar mod possibbli bis-saħħa ta’ għarfien attwali meta jkunu esposti għal reġjuni ta’ navigazzjoni b’riskju għoli ta’ piraterija u attakki bl-armi.

(5)

L-atti ta’ piraterija u ta’ attakki bl-armi kontra bastimenti, ta’ sikwit huma ta’ natura vjolenti, u joħolqu theddida serja f’bosta reġjuni tad-dinja, lil hinn mis-sitwazzjoni attwali fis-Somalja, fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċejan Indjan.

(6)

Iċ-ċifri għas-sena 2008 rigward il-piraterija huma l-ogħla fiċ-ċensimenti li ilhom isiru mill-Uffiċċju Marittimu Internazzjonali mill-1991, b’293 bastiment attakat, 49 maqbuda, 889 baħri meħuda b’ostaġġi, 11 maqtula, 21 megħjuba u preżunti mejta. Mill-2008, l-attakki u l-ħtif ta’ bastimenti mmoltiplikaw b’mod partikolari lil hinn mis-Somalja, fil-Golf ta’ Aden u fl-Oċejan Indjan. Bosta bastimenti ġew attakkati u maqbuda minn pirati li jżommu l-ekwipaġġ bħala ostaġġi sakemm titħallas somma flus biex jinħelsu. Il-perjodi tal-ħtif itawlu bosta ġimgħat, u anke xhur, u huma inaċċettabbli daqs kemm huma trawmatiċi għal baħħara maqbuda.

(7)

Kien hemm żieda fil-għadd ta’ attakki fl-Oċejan Indjan u fil-Golf ta’ Aden mill-bidu tas-sena 2009, minkejja waqfa matul is-sajf – minħabba l-monsun u l-kundizzjonijiet diffiċli ta’ navigazzjoni għall-pirati. Kien hemm talanqas 164 attakk matul l-2009, li 48 minnhom wasslu għall-ħtif ta’ bastiment.

(8)

L-“aqwa prattiki ta’ ġestjoni” jirrikmandaw li l-kumpaniji marittimi u l-bastimenti jirreġistraw fuq is-sit tal-Internet taċ-Ċentru tas-Sikurezza Marittima tal-Qarn tal-Afrika (MSCHOA – http://www.mschoa.org) qabel ma jgħaddu mill-Golf ta’ Aden. Il-bastimenti rreġistrati b’dan il-mod jirċievu l-informazzjoni kollha disponibbli dwar is-sitwazzjoni ta’ din iż-żona ta’ navigazzjoni u jiġu segwiti mill-forzi tal-operazzjoni EU NAVFOR-ATALANTA, u jitnaqqsilhom ir-riskju ta’ attakk. Minkejja dan, iktar minn terz tal-bastimenti għaddejjin minn hemm mhux dejjem jirreġistraw fuq il-MSCHOA, bir-riżultat li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri li jeżistu biex jiżguraw it-tranżitu tagħhom f’dan ir-reġjun.

(9)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-15 ta’ Ġunju 2009, iddeċieda li jtawwal b’perjodu ta’ sena mit-13 ta’ Diċembru 2009, l-operazzjoni militari EU NAVFOR-ATALANTA tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li jwaqqaf, jipprevjeni u jnaqqas l-atti ta’ piraterija u ta’ attakki bl-armi lil hinn mill-kosta tas-Somalja. Din l-operazzjoni militari hija l-ewwel operazzjoni navali meħuda fi ħdan il-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (PESD). Fil-fatt, il-Kunsill osserva li l-piraterija lil hinn mill-kosta tas-Somalja kien għadha toħloq theddida importanti għan-navigazzjoni marittima f’dan ir-reġjun.

(10)

Billi jikkumplimentaw l-azzjoni meħuda fi ħdan l-operazzjoni EU NAVFOR-ATALANTA, id-dħul effettiv fis-seħħ u l-armonizzazzjoni tal-miżuri preventivi rrakkomandati miċ-ċirkolarijiet MSC.1/Circ. 1334 u MSC.1/Circ. 1335 ma jistgħux ħlief jiffavorixxu l-effikaċja tal-azzjoni ta’ protezzjoni navali deċiża mill-Kunsill fil-ġlieda kontra l-piraterija lil hinn mis-Somalja.

(11)

Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri mmirati biex isaħħu s-sigurtà marittima u li jiżguraw l-allokazzjoni u l-forniment tal-mezzi kollha meħtieġa għal dan il-għan,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   L-Istati Membri huma mitluba jiżguraw applikazzjoni effettiva u armonizzata tal-miżuri peventivi biex isolvu t-theddid li jistgħu jiltaqgħu miegħu l-bastimenti f’atti ta’ piraterija u ta’ attakki armati. L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-imsieħba tal-industrija marittima appoġġaw b’qawwa dawn il-miżuri, li diġà ġew mdaħħla f’inventarju u ġew ikkonsolidati.

2.   Miżuri ġenerali

2.1.

L-Istati Membri huma mitluba jinfurmaw lill-operaturi rreġistrati magħhom, biċ-ċirkolari MSC.1/Circ. 1334 adottata fis-86 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) li tistipula u taġġorna l-miżuri preventivi ta’ awtoprotezzjoni li l-bastimenti u l-kumpaniji marittimi huma mitluba jdaħħlu fis-seħħ biex jiġġieldu kontra l-atti ta’ piraterija u ta’ attakki bl-armi kull meta jkun hemm dan ir-riskju, b’konfomità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Bastimenti u tal-Faċilitajiet tal-Port (Kodiċi ISPS).

2.2.

L-Istati Membri huma mitluba jivverifikaw partikolarment li l-bastimenti għandhom l-ekwipaġġ suffiċjenti u effettiv b’konformità mar-regola 4.28 tal-Parti B tal-Kodiċi ISPS li saret obbligatorja permezz tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

3.   Miżuri speċifiċi għas-sitwazzjoni lil hinn mill-kosta tas-Somalja.

3.1.

L-Istati Membri huma mitluba li jgħarrfu l-operaturi rreġistrati magħhom, biċ-ċirkolari MSC.1/Circ. 1332 adottata fis-86 sessjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), ikkumplimentata miċ-ċirkolari MSC.1/Circ. 1335, li jawtorizzaw fuq livell internazzjonali, il-miżuri msejħa “l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni biex jiġu evitati, jitnaqqsu jew jiġu postposti l-atti ta piraterija fil-Golf ta’ Aden u lil hinn mill-kosta tas-Somalja”, li l-imsieħba tal-industrija marittima jippubblikaw u jaġġornaw regolarment.

3.2.

L-Istati Membri huma mitluba li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw it-tixrid tal-għarfien u tal-aġġornamenti perjodiċi, u jivverifkaw l-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki ta’ ġestjoni biex jiskoraġġixxu l-atti ta’ piraterija lil hinn mill-kosta tas-Somalja, li huma stipulati fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.


ANNESS

L-Aħjar Prattiki ta’ Ġestjoni għad-Deterrenza tal-Piraterija fil-Golf ta’ Aden u lil hinn mill-Kosta tas-Somalja

(Verżjoni 2 – Awwissu 2009)

Fi sforz li tiġi kumbattuta l-piraterija fil-Golf ta’ Aden u lil hinn mill-Kosta tas-Somalja, dawn l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni huma appoġġati mir-rappreżentanti tal-industrija internazzjonali li ġejjin:

1.

Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Proprjetarji Indipendenti tat-Tankers (INTERTANKO — International Association of Independent Tanker Owners)

2.

Kamra Internazzjonali tat-Tbaħħir (ICS — International Chamber of Shipping)

3.

Forum Marin Internazzjonali tal-Kumpaniji taż-Żejt (OCIMF — Oil Companies International Marine Forum)

4.

Kunsill Marittimu Baltiku u Internazzjonali (BIMCO — Baltic and International Maritime Council)

5.

Soċjetà ta’ Operaturi Internazzjonali tat-Tankers u tat-Terminali tal-Gass (SIGTTO — Society of International Gas Tanker and Terminal Operators)

6.

Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Proprjetarji tal-Bastimenti tal-Merkanzija Niexfa (INTERCARGO — International Association of Dry Cargo Ship Owners)

7.

Grupp Internazzjonali tal-Klabbijiet tal-Protezzjoni u Indennizz (IGP&I — International Group of Protection and Indemnity Clubs)

8.

Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Bastimenti tal-Kruċieri (CLIA — Cruise Lines International Association)

9.

Unjoni Internazzjonali tal-Assikuraturi Marini (IUMI — International Union of Marine Insurers)

10.

Kumitat Konġunt tal-Gwerra (JWC — Joint War Committee) u Kumitat Konġunt tal-Buq (JHC — Joint Hull Committee)

11.

Burò Marittimu Internazzjonali (IMB — International Maritime Bureau)

12.

Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema fit-Trasport (ITF — International Transport Workers Federation)

Dawn l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni huma wkoll appoġġjati minn dawn:

13.

Ċentru tas-Sigurtà Marittima tal-Qarn tal-Afrika (MSCHOA — Maritime Security Centre Horn of Africa)

14.

Organizzazzjoni tal-Kummerċ Marittimu tar-Renju Unit (UKMTO Dubai — UK Maritime Trade Organisation)

15.

Uffiċċju ta’ Kollegament Marittimu (MARLO Maritime Liaison Office)

Prattiki ssuġġeriti ta’ ippjanar u operazzjonijiet għall-proprjetarji, l-operaturi, il-maniġers u l-kaptani ta’ bastimenti li jagħmlu tranżitu mill-golf ta’ Aden u lil hinn mill-kosta tas-Somalja

Għan

1.

L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jipprovdi l-Aħjar Prattiki ta’ Ġestjoni (BMP - Best Management Practices) biex jassisti lill-kumpaniji u lill-bastimenti jevitaw l-attakki mill-pirati, jagħmlu deterrent għall-attakki u jipposponu l-attakki li jirnexxu fil-Golf ta’ Aden (GoA) u lil hinn mill-Kosta tas-Somalja. L-organizzazzjonijiet li ġew ikkonsultati f’dan id-dokument jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira ta’ proprjetarji u operaturi ta’ bastimenti li jagħmlu tranżitu mir-reġjun.

2.

Dawn l-organizzazzjonijiet se jħeġġu lill-membri tagħhom jutilizzaw dawn il-BMP u se jipprovaw jippromulgawhom lil interessi marittimi oħrajn bħala BMP għall-ġlieda kontra l-piraterija fir-reġjun. Dan id-dokument jikkomplementa l-gwida mogħtija miċ-Ċirkolari tal-IMO MSC (IMO Maritime Security Council) MSC.1/Circ.1334.

Profili tipiċi tal-attakk u l-lezzjonijiet mitgħallma

1.

Matul l-2008, u l-ewwel nofs tal-2009, kien hemm żieda fin-numru tal-attakki mill-pirati fuq bastimenti merkantili tul il-GoA kollu, u lil hinn mill-Kosta tas-Somalja u fl-Oċean Indjan tal-Majjistral. Il-maġġoranza tal-attakki għall-ewwel kienu kkonċentrati madwar in-naħa tat-Tramuntana tal-GoA iżda seħħu attakki aktar lil hinn mill-kosta tal-Lvant tas-Somalja.

2.

L-analiżi tal-attakki li rnexxew tindika li l-pirati jisfruttaw dawn il-punti vulnerabbli li ġejjin:

(a)

Veloċità baxxa

(b)

Freeboard baxx

(c)

Ippjanar u proċeduri inadegwati

(d)

Stat ta’ allert viżibbilment baxx u/jew nuqqas ta’ miżuri awtoprotettivi evidenti

(e)

Fejn hija evidenti reazzjoni bil-mod mill-bastiment

3.

Huwa komuni li jintużaw żewġ dgħajjes jew aktar miftuħin żgħar/“skiffs” ta’ veloċità kbira (sa 25 knots) fl-attakki, li spiss joqorbu mill-kwart tal-port u/jew mill-poppa.

4.

L-użu tal-“bastiment ewlieni” tal-pirati, li huwa bastiment akbar li jġorr persunal, tagħmir, provvisti u dgħajsa iżgħar għall-attakk, ippermetta li l-attakki jirnexxu f’distanza akbar mill-kosta.

5.

Il-viġilanza għandha tkun l-ogħla fl-ewwel dawl u fl-aħħar dawl, għaliex il-parti l-kbira tal-attakki saru f’dawn il-perjodi.

6.

Il-bastimenti ta’ veloċità għolja (15-il knot u ogħla) m’għandhomx jippreżumu li huma sikuri mill-attakki iżda l-veloċità hija forma effettiva tad-difiża. F’din iż-żona seħħ l-użu ta’ armi tan-nar żgħar, Rocket Propelled Grenades (RPG), bi sforz biex jintimidaw il-Kaptani tal-bastimenti biex inaqqsu l-veloċità. Intwera li huwa effettiv li tinżamm il-veloċità massima fuq il-baħar f’dawn iċ-ċirkostanzi.

7.

Il-maġġoranza tal-attentati ta’ ħtif ta’ bastimenti ġew imrażżna minn ekwipaġġ tal-bastiment li jkun ippjana u li jkun ġie mħarreġ minn qabel il-vjaġġ u li uża kontro-miżuri passivi li kienu effettivi.

8.

Il-kondizzjonijiet prevalenti ta’ temp u tal-istat tal-baħar ukoll jinfluwenzaw ħafna l-abbiltà tal-attakkanti li joperaw. Irjieħ ta’ qawwa akbar minn 18-il knot u għoli ta’ mewġ akbar minn 2 metri jitqiesu biżżejjed biex jipprovdu protezzjoni għall-bastimenti kollha ħlief dawk l-aktar vulnerabbli, l-aktar fejn il-Kaptani qed iqisu l-Aħjar Prattiki ta’ Ġestjoni sal-massimu possibbli.

L-aħjar prattiki ta’ ġestjoni rrakkomandati

1.   Daħla

(a)   Filwaqt li jirrikonoxxi d-diskrezzjoni assoluta tal-Kaptan f’kull ħin biex jadotta miżuri xierqa biex jevita, irażżan jew idewwem l-attakki mill-pirati f’dan ir-reġjun, dan id-dokument tal-aħjar prattiki huwa provdut għall-proprjetarji u għall-operaturi tal-bastimenti, għall-Kaptani u għall-ekwipaġġi tagħhom.

(b)   Mhux il-miżuri kollha diskussi f’dan id-dokument jistgħu jkunu applikabbli għal kull bastiment. Għalhekk, bħala parti mill-analiżi ta’ riskju, hija rrakkomandata evalwazzjoni biex jiġi ddeterminat liema mill-BMP tkun l-aktar xierqa għall-bastiment. Madankollu, dawn li ġejjin ġeneralment kienu effettivi:

2.   Qabel it-Tranżitu – L-Ippjanar Ġenerali

(a)   Ġenerali

(i)

UKMTO Dubai hija l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-bastimenti fir-reġjun. Il-kuntatt ta’ kuljum bejn il-Kaptani u l-forzi militari jiġi provdut minn UKMTO Dubai, li jkellmu lill-bastimenti u jagħmlu kuntatt dirett ma’ MSCHOA u mal-kmandanti navali fuq il-baħar. UKMTO Dubai jeħtieġu aġġornamenti regolari dwar il-pożizzjoni u l-movimenti ppjanati tal-bastimenti. Jużaw din l-informazzjoni biex jgħinu lill-unitajiet navali jżommu stampa preċiża tat-tbaħħir. (Ara l-Glossarju fl-Anness A għal aktar dettalji).

(ii)

Iċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima — Qarn tal-Afrika (MSCHOA), huwa l-awtorità tal-ippjanar u tal-koordinazzjoni għall-forzi tal-UE (EU NAVFOR) fil-Golf ta’ Aden u fiż-żona lil hinn mill-Kosta tas-Somalja. (Ara l-Glossarju fl-Anness A.)

(iii)

L-Uffiċċju ta’ Kollegament Marin (MARLO) jopera bħala l-kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Forzi Marittimi Kkombinati (CMF — Combined Maritime Forces) u l-komunità tat-tbaħħir kummerċjali fir-reġjun. (Ara l-Glossarju fl-Anness A.)

(iv)

Qabel ma jsir it-tranżitu miż-żona ta’ riskju għoli, il-proprjetarju u l-Kaptan għandhom iwettqu evalwazzjoni tar-riskju tagħhom stess biex jevalwaw il-possibbiltà u l-konsegwenzi tal-attakki mill-pirati fuq il-bastiment, ibbażata fuq l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli. Ir-riżultat tal-evalwazzjoni tar-riskju għandu jidentifika l-miżuri għall-prevenzjoni, għall-mitigazzjoni u għall-irkuprar u jfisser li jiġu kkombinati rekwiżiti statutorji ma’ miżuri supplimentari biex tiġi kumbattuta l-piraterija.

(v)

Il-proċeduri tal-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-kriżijiet għandhom iqisu miżuri xierqa biex jikkumbattu t-theddida tal-piraterija billi jadottaw prattiki rakkomandati mill-OMI jew mill-industrija skont kif xieraq għaċ-ċirkostanzi partikolari u għat-tip ta’ bastiment.

(vi)

L-awtoritajiet navali jeħtieġu avviż minn qabel tal-passaġġ ippjanat mill-bastiment sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw il-punti vulnerabbli u jippjanaw il-protezzjoni xierqa. Dan jinkiseb billi primarjament:

1.

Isir rapport inizjali lil UKMTO Dubai, (email jew faks).

2.

Isir rapport inizjali lil MARLO (email jew faks).

3.

Addizzjonalment, jekk il-pjan huwa li jsir tranżitu mill-Golf ta’ Aden, jew li ssir navigazzjoni fiż-żona limitata minn 12° Tramuntana, 58° Lvant u 10° Nofsinhar: Il-Moviment tal-Bastiment jiġi rreġistrat mal-MSCHOA (jew onlajn, jew bl-e-Mail jew faks).

(vii)

Filwaqt li għandhom jittieħdu miżuri biex il-pirati jiġu mrażżna milli jitilgħu abbord, is-sikurezza tal-ekwipaġġ u tal-passiġġiera hija l-iprem prijorità.

(b)   L-Ippjanar tal-Kumpanija

Huwa rakkomandat bil-qawwa li l-maniġers u/jew id-dipartiment tal-operat jirreġistraw għall-aċċess għat-taqsimiet ristretti tas-sit elettroniku tal-MSCHOA (www.mschoa.eu), jirrevedu l-informazzjoni li tinsab fiha u jqassmuha kif xieraq fil-flotta tagħhom.

(i)

4-5 ijiem qabel mal-bastiment jidħol fil-Kuritur Internazzjonali Irrakomandat għat-Tranżitu (IRTC — International Recommended Transit Corridor), jew iż-żona bil-limiti 12 gradi Tramuntana jew 58 gradi Lvant jew 10 gradi Nofsinhar, jiġi żgurat li ġiet sottomessa “Reġistrazzjoni tal-Moviment tal-Bastiment” mal-MSCHOA (onlajn, e-Mail jew faks). Nota: Dan jista’ jsir mill-bastiment jew mill-kumpanija.

(ii)

Isir stħarriġ tal-Evalwazzjoni tas-Sigurtà tal-Bastiment (SSA — Ship Security Assessment) u implimentazzjoni tal-Pjan tas-Sigurtà tal-Bastiment (SSP — Ship Security Plan) kif meħtieġ mill-Kodiċi Internazzjonali tal-Bastimenti u tal-Portijiet (ISPS — International Ship and Port Facility Code) biex tiġi kkumbattuta t-theddida tal-piraterija.

(iii)

L-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Kumpanija (CSO — Company Security Officer) huwa mħeġġeġ li jara li hemm pjan ta’ kontinġenza għall-passaġġ ta’ riskju għoli, li dan jiġi eżerċitat, u li l-Kaptan u l-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Bastiment (SSO — Ship Security Officer) jiġu mgħarrfa u ssir diskussjoni magħhom dwaru.

(iv)

Ikun hemm konxjetà taż-żoni tal-baħar ta’ riskju partikolarment għoli li jkunu ġew ippromulgati.

(v)

Tiġi offruta gwida lill-Kaptan tal-bastiment dwar il-metodi preferuti u disponibbli ta’ tranżitu fir-reġjun (Tranżitu fi Grupp, Tranżitu fi Grupp bi Skorta, Konvoj Nazzjonali, eċċ.).

(vi)

Isiru sessjonijiet perjodiċi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ.

(vii)

L-użu ta’ gwardji ta’ sigurtà addizzjonali huwa fid-diskrezzjoni tal-kumpaniji iżda l-użu ta’ gwardji armati mhuwiex irrakkomandat.

(viii)

Jiġu kkunsidrati riżorsi addizzjonali biex jiżdiedu n-numri ta’ persuni tal-għassa.

(ix)

Jiġi kkunsidrat l-armar ta’ bastimenti b’Miżuri ta’ AwtoProtezzjoni (SPM — Self Protection Measures) qabel it-tranżitu fiż-żoni ta’ riskju għoli.

(c)   L-Ippjanar mill-Kaptan tal-Bastiment:

(i)

Komunika tar-“Rapport Inizzjali” lil UKMTO Dubai u MARLO (posta elettronika jew faks) meta l-bastiment jidħol fiż-żona tar-rapportar bejn Suez, u 78 gradi Lvant 10 gradi Nofsinhar, ara l-mappa tal-Ippjanar Kontra l-Piraterija Q6099.

(ii)

4-5 ijiem qabel id-dħul fl-IRTC, jew iż-żona fil-limiti ta’ 12-il grad Tramuntana, 58 grad Lvant jew 10 gradi Nofsinhar, jiġi żgurat li saret sottomissjoni tar-“Reġistrazzjoni tal-Moviment tal-Bastiment” mal-MSCHOA (onlajn, posta elettronika jew faks). Nota: Dan jista’ jsir mill-bastiment jew mill-kumpanija. Jekk issir mill-kumpanija, il-Kaptani għandhom jissodisfaw ruħhom mal-kumpaniji tagħhom li d-dettalji tagħhom huma rreġistrati korrettament mal-MSCHOA.

(iii)

Qabel it-tranżitu mir-reġjun huwa rrakkomandat li l-ekwipaġġ għandu jiġi mgħarraf tajjeb.

(iv)

Il-pjan tal-kontinġenza kontra l-piraterija ntwera li huwa l-aktar effettiv meta jiġi implimentat bil-quddiem. Isir eżerċizzju bi prova qabel mal-bastiment jasal fiż-żona, il-pjan jiġi mistħarreġ u l-persunal kollu jiġi mgħarraf dwar dmirijietu, inkluża l-familjarità mas-sinjal tal-allarm li jindika attakk mill-pirati.

(v)

Il-kaptani jingħataw parir li jippreparaw ukoll pjan ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza, li jinkludi n-numri ta’ kuntatt essenzjali tal-emerġenza kollha u l-messaġġi kollha ppreparati minn qabel, li għandhom ikunu disponibbli faċilment jew jintwerew b’mod permanenti ħdejn il-panel tal-komunikazzjonijiet (eż., numri tat-telefon tal-MSCHOA,IMB PRC, CSO eċċ – ara l-Lista ta’ Kuntatt fl-Anness B).

(vi)

Tiġi ddefinita l-politika tal-bastiment dwar AIS (Automatic Identification System): SOLAS (International Convention on the Safety of Life at Sea) tippermetti lill-Kaptan id-diskrezzjoni li jitfi l-AIS jekk huwa jemmen li l-użu tiegħu jżid il-vulnerabbiltà tal-bastiment. Madankollu, sabiex il-forzi navali jingħataw l-informazzjoni tal-intraċċar fil-GoA, huwa rrakkomandat li t-trażmissjoni tal-AIS titkompla iżda tkun limitata għall-identità tal-bastiment, il-pożizzjoni tiegħu, ir-rotta, il-veloċità, l-istat tan-navigazzjoni u l-informazzjoni relatata mas-sikurezza lil hinn mill-kosta tas-Somalja, id-deċiżjoni titħalla wkoll fid-diskrezzjoni tal-Kaptan, iżda l-parir Navali kurrenti hija li tintefa għal kollox. Jekk hemm dubju, dan jista’ jiġi vverifikat mal-MSCHOA.

3.   L-ippjanar tal-Vjaġġ qabel it-Tranżitu

(a)   Il-bastimenti huma mħeġġa li jirrapportaw il-pożizzjoni tagħhom f’nofsinhar, ir-rotta, il-veloċità, il-ħinijiet tal-wasla approssimattivi u attwali lil UKMTO Dubai u lil MARLO meta joperaw fir-reġjun.

(b)   Il-bastimenti huma mħeġġa wkoll li jżidu l-frekwenza ta’ dawn ir-rapporti meta jinnavigaw miż-żoni magħrufa ta’ riskju għoli/piraterija u li jirrapportaw ukoll meta jgħaddu mill-Punt A jew B fil-GoA, kif jidher fil-Mappa Kontra l-Piraterija Q6099.

(c)   Fil-GoA

(i)

EUNAVFOR jirrakkomanda bil-qawwa li l-bastimenti jwettqu l-passaġġ tagħhom minn ġewwa l-IRTC. Il-bastimenti sejrin lejn il-Punent għandhom jippuntaw lejn il-porzjon tat-Tramuntana tal-kuritur, u l-bastimenti sejrin lejn il-Lvant lejn il-porzjon ta’ Nofsinhar. Il-gwida dwar it-Tranżitu fi Grupp (GT - Group Transit) fil-GoA dwar ħinijiet u veloċitajiet huma fuq is-sit elettroniku tal-MSCHOA, jekk qed jiġi kkontemplat GT.

(ii)

Il-bastimenti għandhom jevitaw li jidħlu fl-Ilmijiet Territorjali Yemeni (YTWs - Yemeni Territorial Waters) meta jagħmlu t-tranżitu. Dan huwa għal raġunijiet ta’ liġi konswetudinali internazzjonali, għaliex mhuwiex possibbli għall-forzi militari internazzjonali (mhux Yemeni) li jipproteġu l-bastimenti li jiġu attakkati fil-YTW.

(iii)

Il-bastimenti jistgħu jintalbu li jagħmlu aġġustamenti għal pjanijiet ta’ passaġġ biex jikkonformaw mal-parir tal-MSCHOA dwar ir-rotot.

(iv)

Matul il-GT, il-bastimenti m’għandhomx jistennew li dejjem ikunu akkumpanjati minn bastiment tal-gwerra. Iżda l-bastimenti tal-gwerra kollha fil-GoA, kemm jekk huma parti mill-EUNAVFOR jew qed jikkoordinaw magħhom, ikunu konxji dwar il-GT fil-GoA u jkollhom aċċess għad-dettalji kollha ta’ tbaħħir vulnerabbli.

(v)

L-MSCHOA jirrakkomanda bil-qawwa li l-Kaptani jagħmlu kull sforz biex jippjanaw il-perjodi ta’ tranżitu tal-għola riskju fil-GoA għall-passaġġ bil-lejl (l-MSCHOA jagħti l-pariri lill-bastimenti). Ftit saru attakki bil-lejl li rnexxew.

(d)   Barra mill-GoA

(i)

Il-bastimenti li jinnavigaw lil hinn mill-kosta tal-Lvant tas-Somalja għandhom jikkonsultaw mas-sit elettroniku tal-MSCHOA jew tal-UKMTO Dubai sabiex jiksbu l-parir l-aktar reċenti dwar rotot.

(ii)

Il-kaptani xorta għandhom jaġġornaw lil UKMTO Dubai bil-mod normali dwar ir-rotta u d-dettalji tal-bastiment.

(e)   Hemm lista ta’ dettalji tal-kuntatt utli fl-Anness B.

4.   Qabel it-Tranżitu – Miżuri ta’ Difiża

(a)   Filwaqt li jitqiesu l-livelli tal-ekwipaġġ, jiġi żgurat li r-rutini tal-bastimenti huma aġġustati b’mod suffiċjentement bil-quddiem biex hemm ekwipaġġ tal-għassa mistrieħa sew u mgħarrfa tajjeb, u li hemm biżżejjed gwardji disponibbli. Il-Kaptan u l-Uffiċjali tal-Għassa għandhom ikunu familjarji mal-impatt tal-manuvri żigużajg abbord il-bastiment partikolari tagħhom, (fil-kondizzjonijiet kollha tal-baħar) u b’mod partikolari l-impatt li għandhom dawn il-manuvri meta titnaqqas il-veloċità tal-bastiment.

(b)   Jiġi kkunsidrat li jiġu mminimizzati l-komunikazzjonijiet esterni (radji, handsets u informazzjoni tal-AIS) għal informazzjoni essenzjali relatata mas-sigurtà u s-sikurezza u tas-SOLAS biss, matul it-tranżitu mill-GoA u meta l-bastiment jgħaddi mill-Kosta tas-Somalja.

(c)   Tiżdied il-preparazzjoni u jiżdiedu r-riżorsi addizzjonali billi jitħaddem makkinarju addizzjonali, inklużi ġeneraturi u muturi tal-manuvrar.

(d)   Tiżdied l-għassa/l-ekwipaġġ fuq il-briġġ.

(e)   Il-Kamra tal-Magni jkollha l-għassa.

(f)   L-aċċess għall-briġġ, il-kamra tal-magni, il-kamra tat-tagħmir tal-manuvrar, u l-akkomodazzjonijiet/spazji interni kollha jiġi msakkar u kkontrollat. Il-punti potenzjali kollha tal-aċċess (bibien, toqob (portholes), ventilaturi, eċċ.) għandhom jiġu evalwati għar-riskju u msakkra kif xieraq, speċjalment fejn il-punt ta’ aċċess potenzjali jitqies kbir biżżejjed biex jidħol attakkant. L-aċċess minn u lejn l-ispazji tal-akkomodazzjoni u l-ispazji interni tax-xogħol għandu jitnaqqas għal punt uniku ta’ dħul meta jsir tranżitu miż-żoni ta’ riskju għoli. Kwalunkwe miżura użata m’għandhiex tfixkel ĦRUĠ ta’ emerġenza minn ġewwa l-ispazju intern, filwaqt li jibqa’ sikur minn aċċess mill-pirati minn barra.

(g)   F’każ ta’ emerġenza, il-bastimenti tal-gwerra jistgħu jiġu kkuntattjati fuq VHF Ch. 16 (Riżerva Ch.08).

(h)   Jiġi vverifikat li s-slielem u t-tagħmir kollu barra huwa stivat jew fuq il-gverta.

(i)   Jiġi vverifikat li l-miżuri ta’ awtoprotezzjoni li ġew implimentati qabel jibqgħu imwaħħla tajjeb u jaħdmu kif suppost. Wieħed għandu jiftakar li t-tagħmir temporanju jista’ jinħall u għalhekk jista’ jipprovdi biss livell aktar baxx ta’ protezzjoni.

(j)   Jekk il-bastiment għandu freeboard pjuttost baxx, għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tiżdied il-wisa’ tal-murati biex il-ganċijiet tat-tlugħ ma jkunux jistgħu jitqabbdu. Iċċekja s-sit elettroniku tal-MSCHOA għal eżempji ta’ dawn il-miżuri.

(k)   Huwa rakkomandat li jiġi indikat punt fejn jinġabar kulħadd għall-attakki mill-pirati, jew “ċittadella” u li jiġu pprattikati proċeduri ta’ sokra (lock-down) sabiex jiddewwem l-aċċess għall-kontroll tal-bastiment u jintrebaħ iż-żmien. Idealment dan għandu jkun ‘il bogħod minn paratiji esterni u toqob (portholes). Minħabba d-dibattitu kurrenti dwar l-użu ta’ ċittadelli u l-metodu kif jintużaw, il-Kaptani huma mħeġġa jivverifikaw b’mod regolari mal-MSCHOA.

(l)   Jiġi kkunsidrat l-użu ta’ manekkini mal-poġġjamani biex jiġu simulati persuni tal-għassa addizzjonali. Madankollu jekk id-diżinn tal-bastiment joħloq żoni fejn l-għassa ma tkunx tista’ tara (lookout black spots) u l-evalwazzjoni tas-sigurtà tidentifika dan ir-riskju, jista’ jkun li jkollhom bżonn jiġu koperti minn ekwipaġġ.

(m)   Huwa suġġerit li l-pompi u/jew pajpijiet tal-ilma jimtlew bil-pressa u lesti biex jintużaw barra mill-gverta u madwar il-bastiment, b’mod partikolari fil-punti l-aktar vulnerabbli.

(n)   Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li tinħoloq purtiera tal-ilma madwar il-bastiment sabiex ikun hemm deterrent akbar għat-tlugħ abbord.

(o)   Għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ razor wire/ostakoli fiżiċi madwar il-poppa/il-punti l-aktar baxxi tal-aċċess, kommensurati mas-sikurezza tal-ekwipaġġ u l-ħrib.

(p)   Għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ tagħmir tad-difiża passiva.

(q)   Għandu jiġi kkunsidrat li jitqies li jiġu provduti ottiċi għall-viżjoni bil-lejl għall-użu fis-sigħat fid-dlam.

(r)   Jitħaddem is-CCTV (jekk disponibbli).

5.   Fit-Tranżitu – Operazzjonijiet

(a)   L-ekwipaġġ tal-bastiment m’għandux ikun espost għal riskju żejjed meta juża l-Miżuri Awtoprotettivi (SPM - Self Protective Measures).

(b)   Il-bastimenti kollha fil-GoA huma mħeġġa bil-qawwa li jużaw l-IRTC u li jsegwu l-pariri u l-għażliet ta’ żmien dwar GT tal-MSCHOA kif promulgati fis-sit elettroniku tal-MSCHOA.

(c)   L-attenzjoni tal-Baħħara hija wkoll miġbuda lejn iċ-ċirkolari tal-OMI SN.1 Circ. 281 datata 4 ta’ Awwissu 2009, “Informazzjoni dwar il-Kuritur Rikonoxxut Internazzjonalment għat-Tranżitu (IRTC Internationally Recognised Transit Corridor) għall-Bastimenti li Jwettqu Tranżitu fil-Golf ta’ Aden” fejn jingħata parir li l-IRTC huwa soġġett li jinbidel mill-awtoritajiet militari skont iċ-ċirkostanzi prevalenti. Il-baħħara huma għalhekk imħeġġa li jiksbu informazzjoni aġġornata mis-sit elettroniku tal-“MSCHOA” http://www.mschoa.org jew Avviżi dwar NAV ippromulgati għal dik iż-żona.

(d)   Min bi ħsiebu jsegwi Tranżitu fi Grupp (GT - Group Transit) mill-IRTC: it-tranżitu fi grupp isir bil-veloċità tat-tranżitu ta’ grupp, iżda wieħed għandu jibqa’ konxju mil-limitazzjonijiet tal-bastiment. (Per eżempju, il-parir preżenti huwa li jekk il-veloċità massima hija ta’ 16-il knot, wieħed għandu jikkunsidra li jidħol ma’ GT ta’ 14-il knot u jżomm dawk iż-2 knots bħala riżerva.)

(e)   Jekk bastiment mhux bi ħsiebu jsegwi GT mill-IRTC: Tinżamm il-veloċità massima fuq il-baħar meta għaddej miż-żona ta’ riskju għoli. (Il-parir preżenti huwa li jekk il-veloċità massima tal-bastiment fuq il-baħar hija ta’ aktar minn 18-il knot, mela l-bastiment m’għandux inaqqas il-veloċità għal-GT, iżda għandu jżomm il-veloċità massima fuq il-baħar u jimmira li jwettaq kemm jista’ mit-tranżitu fiż-żona ta’ riskju għoli fl-aktar dlam possibbli.)

(f)   Il-bastimenti għandhom iħarsu r-Regoli Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kolliżjonijiet fil-Baħar f’kull ħin. Il-kaptani għandhom jippruvaw li ma jimpedixxux in-navigazzjoni sikura ta’ bastimenti oħrajn meta jidħlu fi jew joħorġu mill-IRTC. Id-dwal tan-navigazzjoni m’għandhomx jintfew bil-lejl. Għandha tiġi osservata l-gwida li tagħti l-Awtorità tal-Istat tal-Bandiera.

(g)   Id-dwal fuq il-gverta għandhom jinxtegħlu biss kif meħtieġ għas-sikurezza. Id-dwal fiż-żoni ta’ dell madwar il-korp tal-bastiment jistgħu jestendu ż-żona ta’ viżibbiltà għall-ekwipaġġ tal-għassa, iżda biss fejn dan huwa konsistenti man-navigazzjoni sikura. Fejn ikunu mwaħħla, u fejn jitqies xieraq, għandu jiġi kkunsidrat l-użu immedjat ta’ dwal ta’ tiftix “imħaddma remotament”. Jekk tiġi osservata attività suspettuża madwar il-bastiment, l-użu ta’ dwal ta’ tiftix jistgħu jissorprendu u jrażżnu attakk potenzjali. (Il-parir navali kurrenti huwa li jsir tranżitu bid-dwal ta’ navigazzjoni biss).

(h)   Jinżammu ritratti ta’ “bastimenti ewlenin” tal-pirati fuq il-briġġ. Isir rapport minnufih jekk jidhru. Għandu jsir rapport tal-visti kollha ta’ bastimenti ewlenin suspettati lil UKMTO Dubai u lill-IMB PRC. (Ara l-Anness C għal eżempju ta’ Rapport dwar Pirati biex din l-informazzjoni titgħadda jew dwar rapport dwar kwalunkwe attakk ieħor jew vista oħra.)

(i)   Il-Kaptan għandu jipprova jagħmel evalwazzjoni kmieni kemm jista’ jkun ta’ theddida. Malli l-Kaptan iħoss li qed tiżviluppa theddida, għandu mill-ewwel iċempel lil UKMTO Dubai.

(j)   Tinżamm għassa tajba bil-mezzi kollha possibbli għal dgħajjes suspettużi, speċjalment mill-ġnub u minn kull kwartier.

(k)   L-ekwipaġġ għandu jitħares minn espożizzjoni għal riskju żejjed. Għandu jsir biss xogħol essenzjali fuq il-gverta matul it-tranżitu fiż-żona ta’ riskju għoli. Il-kaptani għandhom, sa fejn huwa possibbli, iżommu lill-membri tal-ekwipaġġ ‘il bogħod mill-ispazji esterni fuq il-gverta matul is-sigħat tad-dlam, filwaqt li jiftakru fl-obbligu tagħhom li jżommu għassa sħiħa u tajba fi kwalunkwe ħin.

(l)   Għandhom jintużaw dwal, qniepen tal-allarm u attivitajiet tal-ekwipaġġ sabiex il-pirati suspettati jiġu allertati li nstabu.

(m)   Hija disponibbli kummerċjalment varjetà ta’ miżuri difensivi mhux letali li jistgħu jiġu kkunsidrati; madankollu dawn jistgħu jiġu evalwati minn kumpaniji fuq il-merti tagħhom u skont il-karatteristiċi u l-vulerabbiltà partikolari tal-bastiment ikkunċernat.

6.   Jekk Attakkat mill-Pirati

(a)   Jiġi segwit il-pjan ta’ kontinġenza tal-bastiment ippreparat minn qabel.

(b)   Jiġi attivat il-Pjan ta’ Komunikazzjoni fl-Emerġenzi, u l-attakk jiġi rrapportat minnufih lill-punt ta’ kuntatt primarju uniku fil-każ ta’ attakk, li hija UKMTO Dubai. (L-MSCHOA, bħala ċ-ċentru tal-għassa tas-sigurtà marittima li dejjem għandu l-persunal fuq xogħol għall-attakki mill-pirati fir-reġjun, tkompli tiffunzjona bħala punt ta’ kuntatt ta’ riżerva fil-każ ta’ attakk).

(c)   Tiġi attivata s-Sistema tal-Allert tas-Sigurtà tal-Bastiment (SSAS - Ship Security Alert System), li tallerta lill-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Kumpanija u lill-istat tal-bandiera. Rapporti wara l-attakk għandhom jiġu kkomunikati mill-aktar fis possibbli liċ-centri tar-rapportar tal-piraterija rilevanti kif spjegat fit-taqsima 9.

(d)   Jekk il-Kaptan ikun eżerċita d-dritt tiegħu li jitfi s-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS - Automatic Identification System) matul it-tranżitu taż-żona tal-piraterija, din għandha terġa’ tinxtegħel ladarba l-bastiment jiġi taħt attakk mill-pirati.

(e)   Għandu jissemmal-allarm tal-emerġenza u ssir tħabbira tal-“attakk mill-pirati” (PA - pirate attack) skont il-pjan ta’ emerġenza tal-bastiment.

(f)   Issir sejħa għall-għajnuna “Mayday” fuq VHF Ch. 16 (u fuq ir-riżerva Ch. 08, li huwa mmonitorjat minn unitajiet navali). Jintbagħat messaġġ ta’ bastiment fil-periklu permezz tas-sistema tad-DSC (Digital Selective Calling – Sejħa Selettiva Diġitali) u Inmarsat-C, kif applikabbli. Tiġi stabbilita komunikazzjoni bit-telefon ma’ UKMTO Dubai.

(g)   L-iskiffs għandhom jiġu mrażżna milli joqorbu lejn il-bastiment billi tinbidel ir-rotta u tiżdied il-veloċità fejn possibbli (1). Il-pirati għandhom diffikultà kbira biex jitilgħu fuq bastiment li:

(i)

Jivvjaġġa b’veloċità akbar minn 15-il knot.

(ii)

Manuvrar – huwa suġġerit li kmieni kemm jista’ jkun possibbli l-Kaptani jwettqu manuvri kontinwi żgħar ta’ żigużajg biex aktar jitgerrex it-tlugħ abbord filwaqt li tinżamm il-veloċità. Ikkunsidra żjieda fl-espożizzjoni għar-riħ/mewġ u l-użu tal-mewġ tal-pruwa jew tal-poppa biex tirrestrinġi d-dgħajjes tal-pirati milli jiġu ġenb ma’ ġenb mal-bastiment. Il-Kaptani u l-Uffiċjali tal-Għassa (OOW - Officer of the Watch), għandhom ikunu konxji dwar il-karatteristiċi tat-tmexxija u l-manuvrar tal-bastiment. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-effetti li jiġu varjati l-ordinijiet tal-kaptan, u l-impatt li dawn jistgħu jkollhom fuq il-veloċità.

(h)   Jiġu attivati miżuri difensivi tal-pompi tan-nar.

(i)   Jiġi kkunsidrat li jinxtegħlu d-dwal tal-gverta li jħarsu ‘l quddiem biex tinġibed l-attenzjoni lejn il-bastiment u tiġi mgħejuna l-identifikazzjoni pożittiva minn forzi militari li jkunu se jaslu bħala bastiment taħt attakk.

(j)   Jinġabar l-ekwipaġġ kollu li jifdal skont il-pjan ta’ kontinġenza tal-bastiment.

7.   Jekk jitilgħu abbord il-pirati

(a)   Qabel mal-pirati jiksbu aċċess għall-briġġ, tiġi mgħarrfa UKMTO Dubai u, jekk jippermetti ż-żmien, il-Kumpanija.

(b)   Ma tiġi offruta ebda reżistenza; din tista’ twassal għal vjolenza żejda u periklu għall-ekwipaġġ.

(c)   Jekk il-briġġ/kamra tal-magni għandha tiġi evakwata, il-magna ewlenija għandha titwaqqaf; titneħħa d-direzzjoni tal-bastiment u l-bastiment jiġi nnavigat ‘il bogħod minn bastimenti oħrajn.

(d)   Kulħadd jibqa’ kalm u jikkoopera għal kollox mal-pirati.

(e)   Għandu jiġi żgurat li l-ekwipaġġ kollu, minbarra t-tim tal-briġġ, jibqgħu flimkien f’post wieħed.

(f)   Jekk il-bastiment juża “ċittadella” msakkra, li jiġi żgurat li hija disponibbli protezzjoni/kopertura interna fil-każ li l-pirati jippruvaw jisfurzaw id-dħul. Kulħadd għandu jżomm ‘il bogħod minn punti ta’ dħul/bibien u toqob (portholes)/twieqi – m’għandux ikun hemm reżistenza għad-dħul. Għandhom jintużaw metodi ta’ emerġenza ċittadella biex issir komunikazzjoni mal-awtoritajiet.

8.   Fl-Eventwalità ta’ Azzjoni Militari

(a)   L-ekwipaġġ jiġi avżat biex MA JUŻAX kameras bil-flash fi kwalunkwe ħin meta tkun għaddejja azzjoni militari.

(b)   Fil-każ li l-persunal militari jieħu azzjoni abbord il-bastiment, il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jibqgħu fil-baxx mal-gverta, jgħattu rashom b’idejhom it-tnejn, b’idejhom viżibbli u vojta.

(c)   Wieħed irid ikun ippreparat li jirrispondi għal mistoqsijiet dwar l-identità u l-istat abbord.

(d)   Wieħed irid ikun konxju li l-Ingliż mhuwiex l-ilsien li jaħdmu bih l-unitajiet kollha navali fir-reġjun.

(e)   Il-Forzi Militari jistgħu għall-ewwel jiġbru lill-persuni kollha li jsibu. Din hija prattika standard. Il-persunal tal-bastiment għandu jiġi mgħarraf dwar u ppreparat li jistenna dan, u li jikkoopera għal kollox matul l-istadji inizjali tal-azzjoni militari abbord.

9.   Rappurtar Wara l-Inċident (Referenza Anness C)

(a)   Wara kwalunkwe attakk mill-pirati jew attività suspettuża, huwa vitali li jsir rapport dettaljat dwar il-ġrajja lil MSCHOA, lil UKMTO DUBAI u lill-IMB.

(b)   Dan jiżgura li ssir analiżi sħiħa u li jiġu stabbiliti t-tendenzi fl-attivitajiet tal-pirati, kif ukoll jippermetti evalwazzjoni tat-tekniki tal-pirati jew tibdil fit-tattiċi, minbarra li jiġi żgurat li jistgħu jinħarġu twissijiet xierqa lil bastimenti Merkantili li qed ibaħħru fil-viċinanza.

(c)   Il-kaptani għalhekk huma mitluba jikkompletaw il-formola tar-rapport standardizzat dwar il-piraterija li jinsab fl-Anness C.

L-aġġornar tal-aħjar prattiki ta’ ġestjoni.

1.

Huwa antiċipat li dawn il-BMP jiġu aġġornati perjodikament fuq bażi ta’ esperjenza fl-operat u l-lezzjonijiet mitgħallma. Il-partijiet għal dan id-dokument se jippruvaw jiltaqgħu b’mod regolari biex jaġġornaw dawn il-BMP u jiċċirkolaw ir-reviżjonijiet lill-membri rispettivi tagħhom u lil organizzazzjonijiet oħrajn interessati.

2.

Fejn hemm dubju, għandu jiġi kkonsultat is-sit elettroniku tal-MSCHOA fejn dejjem ikun hemm informazzjoni rilevanti addizzjonali (filwaqt li jiġi nnutat li dan jista’ ma jkunx aċċettat mill-organizzazzjonijiet kollha elenkati aktar ‘il fuq).


(1)  Jekk tista’ tiggwadanja ż-żmien sakemm jaslu l-forzi militari, dan spiss iwassal biex il-pirati jwaqqfu l-attakk tagħhom. Għalhekk huwa essenzjali li wieħed jirreġistra mal-MSCHOA, jintużaw ħinijiet ta’ Tranżitu tal-Grupp u li l-pożizzjoni tal-bastiment tiġi aġġornata mal-UKMTO Dubai: dan kollu jagħti probabbiltà akbar li l-appoġġ Navali jkun viċin jekk jattakkaw il-pirati.

ANNESS A

GLOSSARJU

Ir-rwoli u l-interrelazzjoni tal-korpijiet koordinattivi involuti.

EUNAVFOR

EUNAVFOR hija l-awtorità koordinattiva li topera fiċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima (Qarn tal-Afrika). L-informazjoni kollha u d-dettalji ta’ kuntatt jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-MSCHOA.

MSC (HOA) Maritime Security Centre (Horn of Africa) (Ċentru tas-Sigurtà Marittima (Qarn tal-Afrika))

L-MSCHOA ġie stabbilit mill-Unjoni Ewropea (UE) bħala parti mill-inizjattiva tal-Politika Ewropea dwar is-Sigurtà u d-Difiża sabiex tingħeleb il-piraterija fil-Qrun tal-Afrika. Dan ix-xogħol beda bit-twaqqif ta’ EU NAVCO f’Settembru 2008. Din iċ-Ċellola ta’ Koordinazzjoni li taħdem fi Brussell stabbiliet kollegamenti ma’ firxa wiesgħa tal-komunità marittima u pprovdiet koordinazzjoni mal-forzi tal-UE li joperaw fir-reġjun. F’Novembru 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħa pass akbar ‘il quddiem ewlieni billi waqqaf missjoni navali – EU NAVFOR ATALANTA – biex ittejjeb is-sigurtà marittima lil hinn mill-kosta tas-Somalja billi tipprevjeni u trażżan l-attakki mill-pirati u billi tgħin biex jiġu salvagwardjati l-bastimenti merkantili fir-reġjun.

UKMTO Dubai – (UK) Maritime Trade Operations (Operazzjonijiet fil-Kummerċ Marittimu (Renju Unit))

L-uffiċċju tal-Operazzonijiet fil-Kummerċ Marittimu tar-Renju Unit (UKMTO Dubai) f’Dubai jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall-kollegament tal-industrija mal-Forzi Militari Kkombinati (CMF - Combined Military Forces). UKMTO Dubai jamministra wkoll l-Iskema tar-Rapportar Volontarju, li taħtha l-bastimenti merkantili huma mħeġġa jibagħtu rapport kuljum, jipprovdu l-pożizzjoni tagħhom u l-ETA fil-port li jmiss, filwaqt li jagħmlu tranżitu fir-reġjun limitat mis-Suez, 78° Lvant u 10° Nofsinhar. Il-UKMTO Dubai wara jintraċċja l-bastimenti, u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tiġi mgħoddija lis-CMF u lill-kwartieri ewlenin tal-UE. L-informazzjoni ġdida u rilevanti li taffettwa t-traffiku kummerċjali tista’ mbagħad tiġi mgħoddija direttament lill-bastimenti, minflok lill-uffiċċji tal-kumpaniji, li jtejjeb ir-responsività għal kwalunkwe inċident u jiffranka ż-żmien.

Għal aktar informazzjoni, jew biex wieħed jissieħeb fl-Iskema tar-Rapportar Volontarju, wieħed għandu jikkuntattja lil UKMTO Dubai: UKMTO@eim.ae

ANNESS B

Dettalji ta’ kuntatt utli

UKMTO Dubai

Posta Elettronika

UKMTO@eim.ae

Telefon

+ 971 505523215

Ċell

Faks

+ 971 43065710

Telex

(51) 210473

MSCHOA

Permezz tas-sit elettroniku għar-rapportar

www.mschoa.org

Telefon

+ 44 (0) 1923958545

Faks

+ 44 (0) 1923958520

Posta Elettronika

postmaster@mschoa.org

IMB PRC

Posta Elettronika

piracy@icc-ccs.org

Telefon

+ 60 320310014

Ċell

Faks

+ 60 320785769

Telex

MA34199 IMBPC1

MARLO

Posta Elettronika

Marlo.bahrain@me.navy.mil

Telefon

+ 973 17853927

Ċell

+ 973 39442117

ANNESS C

RAPPORT TA’ SEGWITU — RAPPORT DWAR ATTAKK MILL-PIRATI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Gwida addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd, supplimentari għall-aħjar prattiki ta’ ġestjoni għad-deterrenza tal-piraterija fil-golf ta’ Aden u lil hinn mill-kosta tas-Somalja

I.   Rakkomandazzjonijiet lil bastimenti fiż-żoni tas-sajd

1.

Il-bastimenti tas-sajd mhux Somali għandhom jevitaw li joperaw jew iwettqu tranżitu ‘l ġewwa minn 200 nm mill-kosta tas-Somalja, irrispettivament minn jekk għandhomx liċenzji biex jagħmlu dan.

2.

L-operazzjonijiet tas-sajd m’għandhomx jinbdew meta r-radar jindika l-preżenza ta’ dgħajjes mhux identifikati.

3.

Jekk jidhru skiffs tal-polyester ta’ tip tipikament użati mill-pirati, il-bastiment għandu jiċċaqlaq ‘il bogħod minnhom bil-veloċità massima, bid-direzzjoni lejn ir-riħ u l-baħar biex in-navigazzjoni tagħhom tkun aktar diffiċli.

4.

Bastiment għandu jevita li jieqaf bil-lejl, ikun allert u jżomm l-għassa fuq il- briġġ, il-gverta u l-kamra tal-magni.

5.

Matul operazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment huwa aktar vulnerabbli, wieħed għandu jkun allert u jżomm għassa fuq ir-radar sabiex jingħata avviż massimu lill-Awtoritajiet jekk qed jitwettaq attakk.

6.

Matul navigazzjoni bil-lejl, għandhom jintużaw biss dwal mandatorji tan-navigazzjoni u tas-sikurezza sabiex tiġi mrażżna d-dija tad-dawl li tattira lill-pirati li kultant ikunu f’dgħajjes mingħajr radars u jkunu qed iduru fiż-żona jistennew.

7.

Meta l-bastiment qed jimxi mingħajr magni filwaqt li jistad bil-lejl, għandu jkun hemm għassa fuq il-briġġ fuq il-gverta u fil-kamra tal-magni. Għandhom jintużaw biss dwal mandatorji tan-navigazzjoni. Il-magna għandha tkun lesta biex tinxtegħel mill-ewwel.

8.

Wieħed għandu jżomm ‘il bogħod minn bastimenti mhux identifikati.

9.

Il-VHF għandu jintuża l-aktar ftit possibbli sabiex jiġi evitat li jinstema’ mill-pirati u b’hekk is-sejba tkun aktar diffiċli.

10.

L-AIS għandu jiġi identifikat meta jkunu qed joperaw ajruplani tar-ronda marittima fiż-żona sabiex ikunu aktar faċli l-identifikazzjoni u l-intraċċjar.

II.   Identifikazzjoni

1.

Huwa rakkomandat bil-qawwa li l-maniġers jirreġistraw il-bastimenti tas-sajd tagħhom mal-MSCHOA għall-perjodu kollu ta’ attività lil hinn mill-kosta tas-Somalja. Dan għandu jinkludi l-komunikazzjoni ta’ lista sħiħa tal-ekwipaġġ abbord u l-intenzjonijiet tal-bastimenti tagħhom, jekk possibbli.

2.

Għandu jsir taħriġ qabel il-passaġġ jew operazzjonijiet tas-sajd fiż-żona.

3.

Kull meta l-bastimenti tas-sajd huma mgħammra b’tagħmir tal-VMS (Vessel Monitoring Service – Servizz tal-Monitoraġġ tal-Bastiment) il-maniġer tagħhom għandu jipprovdi lill-MSCHOA b’aċċess għad-dejta tal-VMS.

4.

Il-bastimenti tas-sajd għandhom jevitaw tranżitu minn żoni fejn ġew infurmati li ġew identifikati “bastimenti ewlenin” suspettati tal-pirati, u għandhom jużaw il-mezzi kollha possibbli biex jiskopru, mill-aktar fis possibbli, kwalunkwe moviment ta’ bastimenti kbar jew żgħar li jistgħu jkunu suspettużi.

5.

Il-bastimenti tas-sajd għandhom dejjem jidentifikaw ruħhom malli jirċievu talba minn ajruplani jew bastimenti mill-Operazzjoni ATALANTA jew minn kwalunkwe operazzjoni oħra internazzjonali jew nazzjonali kontra l-pirati.

6.

Il-bastimenti militari, merkantili u tas-sajd għandhom jirrispondu mingħajr dewmien għal kwalunkwe talba dwar identifikazzjoni magħmula minn bastiment tas-sajd li qed joqorbu lejha (sabiex tiġi ffaċilitata azzjoni bikrija biex il-ħarba tkun possibbli, speċjalment jekk il-bastiment qed jistad).

III.   Fil-każ ta’ attakk

1.

Fil-każ ta’ attakk jew vista ta’ dgħajsa suspettuża, għandhom jiġu mwissija l-awtoritajiet (UKMTO u MSCHOA) u l-bqija tal-flotta.

2.

Għandhom jiġu kkomunikati d-dettalji tal-kuntatt tat-tieni kaptan tal-bastiment (li huwa fuq l-art) u li l-għarfien tiegħu tal-bastiment jista’ jikkontribwixxi għas-suċċess tal-intervent militari.

Rakkomandazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd bil-lampara biss

3.

Il-persunal kollu għandu jiġi evakwat mill-gverta u mill-arblu tal-għassa.

4.

Jekk il-pirati ħadu kontroll tal-bastiment u t-tartarun forma ta’ xkora hija mxerrda, il-pirati għandhom jiġu mħeġġa jippermettu li jiġu rkuprati x-xbieki. Jekk l-irkupru tal-lampara huwa permess, għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet biex tiġi stivata u jiġi spjegat kif jaħdem it-tagħmir sabiex jiġi evitat diżgwid.