ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.043.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
18.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 133/2010
tal-4 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 (2). |
(2) |
Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal reviżjoni fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri. |
(3) |
Reviżjoni bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati. |
(4) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f'ajruporti f'pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, u vverifikat ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta' kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi identifikati hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament imsemmija f’dawk il-pajjiżi. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-4 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(2) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.
ANNESS
It-test li ġej għandu jiżdied mat-tehmiża 1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 820/2008:
“— |
Il-Kanada Calgary International (YYC) Edmonton International (YEG) Halifax International (YHZ) Montreal International (YUL) Ottawa-Macdonald-Cartier International (YOW) Toronto-Lester B. Pearson International (YYZ) Vancouver International (YVR) Winnipeg International (YWG) Moncton (YQM) Quebec (YQB) St. John's (YYT) Whitehorse (YXY)” |
18.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 134/2010
tad-9 ta' Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 (2). |
(2) |
Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal rieżami fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri. |
(3) |
Rieżami bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati. |
(4) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f'ajruport f'pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, u sabet ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom passat ta’ riżultati tajbin f'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi msemmija hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament identifikati f’dawk il-pajjiżi. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(2) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.
ANNESS
It-test li ġej għandu jiżdied mat-tehmiża tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 820/2008:
“— |
L-Istati Uniti tal-Amerika: L-ajruporti internazzjonali kollha” |
18.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 135/2010
tas-17 ta’ Frar 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Frar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
126,1 |
JO |
84,0 |
|
MA |
84,4 |
|
TN |
123,4 |
|
TR |
108,6 |
|
ZZ |
105,3 |
|
0707 00 05 |
EG |
233,5 |
JO |
143,3 |
|
MA |
83,3 |
|
TR |
129,1 |
|
ZZ |
147,3 |
|
0709 90 70 |
MA |
111,8 |
TR |
148,6 |
|
ZZ |
130,2 |
|
0709 90 80 |
EG |
69,8 |
MA |
131,9 |
|
ZZ |
100,9 |
|
0805 10 20 |
EG |
53,0 |
IL |
52,7 |
|
MA |
50,9 |
|
TN |
55,7 |
|
TR |
59,3 |
|
ZZ |
54,3 |
|
0805 20 10 |
EG |
76,8 |
IL |
156,8 |
|
MA |
84,3 |
|
TR |
81,0 |
|
ZZ |
99,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
55,5 |
EG |
55,8 |
|
IL |
89,3 |
|
JM |
106,6 |
|
MA |
90,4 |
|
PK |
48,9 |
|
TR |
65,8 |
|
ZZ |
73,2 |
|
0805 50 10 |
EG |
76,3 |
IL |
76,3 |
|
MA |
58,3 |
|
TR |
61,6 |
|
ZZ |
68,1 |
|
0808 10 80 |
CA |
97,5 |
CL |
59,9 |
|
CN |
68,9 |
|
MK |
24,7 |
|
US |
123,8 |
|
ZZ |
75,0 |
|
0808 20 50 |
CL |
75,8 |
CN |
63,7 |
|
US |
100,1 |
|
ZA |
93,3 |
|
ZZ |
83,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
Rettifika
18.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/7 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 30, 31 ta’ Jannar 2009 )
F’paġni 61 u 62, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 132(2)(b)(ii) għandhom isiru t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 132(2), kif indikat hawn taħt, u għandha ssir il-bidla sottolinjata:
minflok:
“Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont totali msemmi fl-ewwel inċiż ta' dan is-sottopunt, għandhom jiġu inklużi l-pagamenti diretti nazzjonali jew il-komponenti tagħhom korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tagħhom li tqiesu għall-kalkolu tal-limitu massimu effettiv tal-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skont l-Artikolu 40 u l-Artikolu 51(2).
Għal kull pagament dirett ikkonċernat, Stat Membru ġdid jista' jagħżel li japplika jew il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.
L-appoġġ dirett totali li bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri ġodda wara l-adeżjoni skont il-pagament dirett rilevanti, inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li bidwi jkun intitolat jirċievi skont il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda, mill-2012, b'kont meħud tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10.”,
aqra:
“Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont totali msemmi fl-ewwel inċiż ta' dan is-sottopunt, għandhom jiġu inklużi l-pagamenti diretti nazzjonali jew il-komponenti tagħhom korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tagħhom li tqiesu għall-kalkolu tal-limitu massimu effettiv tal-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skont l-Artikolu 40 u l-Artikolu 51(2).
Għal kull pagament dirett ikkonċernat, Stat Membru ġdid jista' jagħżel li japplika jew il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.
L-appoġġ dirett totali li bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri ġodda wara l-adeżjoni skont il-pagament dirett rilevanti, inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li bidwi jkun intitolat jirċievi skont il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda, b'kont meħud, mill-2012, tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10.”;
F’paġna 89, Anness XV, it-Tabella kollha għandha tinbidel b’din li ġejja:
“ANNESS XV
Limiti massimi għall-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna msemmi fl-Artikolu 95 (zokkor)
(EUR 1000) |
||||||||
Stat Membru |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 u s-snin ta' wara |
Belġju |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
81 752 |
Bulgarija (*) |
154 |
176 |
220 |
264 |
308 |
352 |
396 |
440 |
Repubblika Ceka |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
44 245 |
Danimarka |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
34 478 |
Ġermanja |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
278 254 |
Greċja |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
29 384 |
Spanja |
106 326 |
96 203 |
96 203 |
96 203 |
96 203 |
96 203 |
96 203 |
96 203 |
Franza |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
272 259 |
Irlanda |
20 188 |
18 441 |
18 441 |
18 441 |
18 441 |
18 441 |
18 441 |
18 441 |
Italja |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
135 994 |
Latvja |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
6 616 |
Litwanja |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
10 260 |
Ungerija |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
41 010 |
Olanda |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
73 504 |
Awstria |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
32 955 |
Polonja |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
159 392 |
Portugall |
7 063 |
6 452 |
6 452 |
6 452 |
6 452 |
6 452 |
6 452 |
6 452 |
Rumanija (*) |
3 536 |
4 041 |
5 051 |
6 062 |
7 072 |
8 082 |
9 093 |
10 103 |
Slovenja |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
3 740 |
Slovakkja |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
19 289 |
Finlandja |
14 801 |
13 520 |
13 520 |
13 520 |
13 520 |
13 520 |
13 520 |
13 520 |
Svezja |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
34 082 |
Renju Unit |
115 361 |
105 376 |
105 376 |
105 376 |
105 376 |
105 376 |
105 376 |
105 376 |
(*) Limiti massimi kkalkolati b'kont meħud tal-iskeda ta' żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.”.