ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.043.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
18 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2010 tal-4 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2010 tad-9 ta' Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 )

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2010 tas-17 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ( ĠU L 30, 31.1.2009 )

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

18.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 133/2010

tal-4 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 (2).

(2)

Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal reviżjoni fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri.

(3)

Reviżjoni bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(4)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f'ajruporti f'pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, u vverifikat ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta' kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi identifikati hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament imsemmija f’dawk il-pajjiżi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-4 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.


ANNESS

It-test li ġej għandu jiżdied mat-tehmiża 1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 820/2008:

“—

Il-Kanada

Calgary International (YYC)

Edmonton International (YEG)

Halifax International (YHZ)

Montreal International (YUL)

Ottawa-Macdonald-Cartier International (YOW)

Toronto-Lester B. Pearson International (YYZ)

Vancouver International (YVR)

Winnipeg International (YWG)

Moncton (YQM)

Quebec (YQB)

St. John's (YYT)

Whitehorse (YXY)”


18.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 134/2010

tad-9 ta' Frar 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 (2).

(2)

Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal rieżami fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri.

(3)

Rieżami bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(4)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f'ajruport f'pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, u sabet ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom passat ta’ riżultati tajbin f'dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi msemmija hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament identifikati f’dawk il-pajjiżi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.


ANNESS

It-test li ġej għandu jiżdied mat-tehmiża tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 820/2008:

“—

L-Istati Uniti tal-Amerika:

L-ajruporti internazzjonali kollha”


18.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 135/2010

tas-17 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

126,1

JO

84,0

MA

84,4

TN

123,4

TR

108,6

ZZ

105,3

0707 00 05

EG

233,5

JO

143,3

MA

83,3

TR

129,1

ZZ

147,3

0709 90 70

MA

111,8

TR

148,6

ZZ

130,2

0709 90 80

EG

69,8

MA

131,9

ZZ

100,9

0805 10 20

EG

53,0

IL

52,7

MA

50,9

TN

55,7

TR

59,3

ZZ

54,3

0805 20 10

EG

76,8

IL

156,8

MA

84,3

TR

81,0

ZZ

99,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

55,5

EG

55,8

IL

89,3

JM

106,6

MA

90,4

PK

48,9

TR

65,8

ZZ

73,2

0805 50 10

EG

76,3

IL

76,3

MA

58,3

TR

61,6

ZZ

68,1

0808 10 80

CA

97,5

CL

59,9

CN

68,9

MK

24,7

US

123,8

ZZ

75,0

0808 20 50

CL

75,8

CN

63,7

US

100,1

ZA

93,3

ZZ

83,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


Rettifika

18.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/7


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 30, 31 ta’ Jannar 2009 )

F’paġni 61 u 62, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 132(2)(b)(ii) għandhom isiru t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 132(2), kif indikat hawn taħt, u għandha ssir il-bidla sottolinjata:

minflok:

“Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont totali msemmi fl-ewwel inċiż ta' dan is-sottopunt, għandhom jiġu inklużi l-pagamenti diretti nazzjonali jew il-komponenti tagħhom korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tagħhom li tqiesu għall-kalkolu tal-limitu massimu effettiv tal-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skont l-Artikolu 40 u l-Artikolu 51(2).

Għal kull pagament dirett ikkonċernat, Stat Membru ġdid jista' jagħżel li japplika jew il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ dirett totali li bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri ġodda wara l-adeżjoni skont il-pagament dirett rilevanti, inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li bidwi jkun intitolat jirċievi skont il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda, mill-2012, b'kont meħud tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10.”,

aqra:

“Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont totali msemmi fl-ewwel inċiż ta' dan is-sottopunt, għandhom jiġu inklużi l-pagamenti diretti nazzjonali jew il-komponenti tagħhom korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tagħhom li tqiesu għall-kalkolu tal-limitu massimu effettiv tal-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skont l-Artikolu 40 u l-Artikolu 51(2).

Għal kull pagament dirett ikkonċernat, Stat Membru ġdid jista' jagħżel li japplika jew il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ dirett totali li bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri ġodda wara l-adeżjoni skont il-pagament dirett rilevanti, inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li bidwi jkun intitolat jirċievi skont il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda, b'kont meħud, mill-2012, tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10.”;

F’paġna 89, Anness XV, it-Tabella kollha għandha tinbidel b’din li ġejja:

“ANNESS XV

Limiti massimi għall-kalkolu tal-ammont ta' għajnuna msemmi fl-Artikolu 95 (zokkor)

(EUR 1000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Belġju

81 752

81 752

81 752

81 752

81 752

81 752

81 752

81 752

Bulgarija (*)

154

176

220

264

308

352

396

440

Repubblika Ceka

44 245

44 245

44 245

44 245

44 245

44 245

44 245

44 245

Danimarka

34 478

34 478

34 478

34 478

34 478

34 478

34 478

34 478

Ġermanja

278 254

278 254

278 254

278 254

278 254

278 254

278 254

278 254

Greċja

29 384

29 384

29 384

29 384

29 384

29 384

29 384

29 384

Spanja

106 326

96 203

96 203

96 203

96 203

96 203

96 203

96 203

Franza

272 259

272 259

272 259

272 259

272 259

272 259

272 259

272 259

Irlanda

20 188

18 441

18 441

18 441

18 441

18 441

18 441

18 441

Italja

135 994

135 994

135 994

135 994

135 994

135 994

135 994

135 994

Latvja

6 616

6 616

6 616

6 616

6 616

6 616

6 616

6 616

Litwanja

10 260

10 260

10 260

10 260

10 260

10 260

10 260

10 260

Ungerija

41 010

41 010

41 010

41 010

41 010

41 010

41 010

41 010

Olanda

73 504

73 504

73 504

73 504

73 504

73 504

73 504

73 504

Awstria

32 955

32 955

32 955

32 955

32 955

32 955

32 955

32 955

Polonja

159 392

159 392

159 392

159 392

159 392

159 392

159 392

159 392

Portugall

7 063

6 452

6 452

6 452

6 452

6 452

6 452

6 452

Rumanija (*)

3 536

4 041

5 051

6 062

7 072

8 082

9 093

10 103

Slovenja

3 740

3 740

3 740

3 740

3 740

3 740

3 740

3 740

Slovakkja

19 289

19 289

19 289

19 289

19 289

19 289

19 289

19 289

Finlandja

14 801

13 520

13 520

13 520

13 520

13 520

13 520

13 520

Svezja

34 082

34 082

34 082

34 082

34 082

34 082

34 082

34 082

Renju Unit

115 361

105 376

105 376

105 376

105 376

105 376

105 376

105 376


(*)  Limiti massimi kkalkolati b'kont meħud tal-iskeda ta' żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.”.