ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.012.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
19ta' Jannar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 41/2010 tat-18 ta’ Jannar 2010 li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 546/2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 42/2010 tal-15 ta’ Jannar 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

2

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 43/2010 tat-18 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 44/2010 tat-18 ta’ Jannar 2010 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2010 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 45/2010 tat-18 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 39/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Jannar 2010

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/29/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2010 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015

11

 

 

2010/30/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9703)  ( 1 )

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 41/2010

tat-18 ta’ Jannar 2010

li jikkoreġi l-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 546/2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 504/2009 (3) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 546/2003 (4). Fil-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “barn” ġie tradott ħażin u għalhekk jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjonijiet f'dawn it-tliet lingwi. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 504/2009 għandhu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-regolament ta’ rettifika jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Latvjan u bil-Pollakk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.

(3)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 22.

(4)  ĠU L 81, 28.3.2003, p. 12.


19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 42/2010

tal-15 ta’ Jannar 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi, jew inkella parzjalment, ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li tkun stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-ħsieb li jkunu applikati miżuri tariffarji u oħrajn, b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella kif qiegħda fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imfissra fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Il-prodott jikkonsisti minn (% skont il-piż):

ħaxix tax-xgħir, ippolverizzat

28,8

għasel

27,5

ħaxix tal-qamħ, ippolverizzat

21,5

alfalfa, ippolverizzat

21,5

aċtu steariku

0,4

bżar

0,25

pikolinat tal-kromju

0,01

(li jikkorrispondi għal 8,7 μg Cr kull pillola)

Il-prodotti jiġi ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut, f’forma ta’ pilloli u jintuza bħala suppliment nutrittiv (pillola waħda darbtejn kuljum)

2106 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 .

Il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota 2.(b)(2) tal-Kapitolu 19 minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, il-preżentazzjoni, u l-użu bħala suppliment nutrittiv.

Il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 peress li ma ssir l-ebda dikjarazzjoni dwar l-użu kontra mard speċifiku jew dwar il-konċentrazzjoni ta’ sostanzi attivi. M’għandux għalhekk jitqies bħala preparat mediċinali li ġej mill-ħxejjex skont it-tifsira tal-intestatura 3004 .

Il-prodott għalhekk jitqies bħala kopert bit-termini tal-intestatura 2106 bħala preparat tal-ikel li mhux speċifikat jew inkluż x’imkien ieħor, u jintuża bħala suppliment nutrittiv indikat għaż-żamma tas-saħħa ġenerali jew tal-benessri. (Ara wkoll HSEN għall-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, numru (16)).


19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 43/2010

tat-18 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,3

JO

64,0

MA

56,4

TN

112,1

TR

115,2

ZZ

94,0

0707 00 05

EG

174,9

JO

101,4

MA

76,9

TR

113,4

ZZ

116,7

0709 90 70

MA

152,8

TR

127,2

ZZ

140,0

0709 90 80

EG

225,1

ZZ

225,1

0805 10 20

EG

52,6

IL

58,0

MA

51,8

TN

68,2

TR

55,8

ZZ

57,3

0805 20 10

MA

85,1

ZZ

85,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

52,8

EG

67,7

HR

59,0

IL

70,1

JM

120,8

TR

64,3

ZZ

72,5

0805 50 10

EG

64,8

IL

88,6

TR

74,7

US

87,7

ZZ

79,0

0808 10 80

CA

75,3

CL

60,1

CN

91,3

MK

24,7

US

126,9

ZZ

75,7

0808 20 50

CN

66,3

US

101,4

ZZ

83,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 44/2010

tat-18 ta’ Jannar 2010

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Jannar 2010 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2010 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2010 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2010 huma assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.4.2010-30.6.2010

(%)

1

09.4211

0,432311

5

09.4215

12,484317


19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 45/2010

tat-18 ta’ Jannar 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 39/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Jannar 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 39/2010 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 39/2010.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 39/2010 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 39/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fid-19 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 11, 16.1.2010, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mid-19 ta’ Jannar 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

36,92

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

18,54

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

18,54

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

36,92


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.1.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

155,97

101,75

Prezz FOB USA

165,85

155,85

135,85

98,98

Tariffa fuq il-Golf

41,51

15,40

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

23,48  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DEĊIŻJONIJIET

19.1.2010   

MT XM XM

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Jannar 2010

li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015

(2010/29/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 300(3) u 305 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula minn kull Stat Membru,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, “jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta”.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li jinħatru membri tal-Kumitat u numru ndaqs ta' membri supplenti mill-Kunsill għal ħames snin f'konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar Dispożizzjonijiet Transitorji jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Billi l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni ser jiskadi fil-25 ta' Jannar 2010, għandhom jinħatru l-membri u l-membri supplenti ġodda fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta l-proposti ta' membri u membri supplenti ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Greċja, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Olanda, tal-Awstrija, tal-Polonja, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, tal-Isveżja u tal-Gran Brittanja u l-lista li fiha 24 membru u 23 membru supplenti ppreżentata mill-Gvern tal-Ġermanja (1).

(6)

Il-membri u l-membri supplenti pproposti mill-Gvern tal-Irlanda kif ukoll membru supplenti wieħed propost mill-Gvern tal-Ġermanja għandhom issa jinħatru għall-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015:

bħala membri, il-persuni elenkati mill-Istat Membru fl-Anness I;

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati mill-Istat Membru fl-Anness II;

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.


ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I

Членове / Miembros / Členové / Medlemmer / Mitglieder / Liikmed / Μέλη / Members / Membres / Membri / Locekļi / Nariai / Tagok / Membri / Leden / Członkowie / Membros / Membri / Členovia / Člani / Jäsenet / Ledamöter

IRELAND

 

Mr Gerry BREEN

Member of Dublin City Council and Dublin Regional Authority

 

Ms Constance HANNIFFY

Member of Offaly County Council and Midland Regional Authority

 

Mr Denis LANDY

Member of South Tipperary County Council and South East Regional Authority

 

Mr Declan MCDONNELL

Member of Galway City Council and West Regional Authority

 

Mr Patrick MCGOWAN

Member of Donegal County Council and Border Regional Authority

 

Mr Brian MEANEY

Member of Clare County Council and Mid-West Regional Authority

 

Ms Michelle MULHERIN

Member of Mayo County Council and West Regional Authority

 

Mr Paul O’DONOGHUE

Member of Kerry County Council and South West Regional Authority

 

Ms Fiona O’LOUGHLIN

Member of Kildare County Council and Mid-East Regional Authority


ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ - ANNEX II - ANNEXE II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Заместник-членове / Suplentes / Náhradníci / Suppleanter / Stellvertreter / Asendusliikmed / Αναπληρωτές / Alternates / Suppléants / Supplenti / Aizstājēji / Pakaitiniai nariai / Póttagok / Supplenti / Plaatsvervangers / Zastępcy / Suplentes / Supleanți / Náhradníci / Nadomestni člani / Varajäsenet / Suppleanter

DEUTSCHLAND

Herr Gustav BERGEMANN

Mitglied des Thüringer Landtags

IRELAND

 

Mr Terry BRENNAN

Member of Louth County Council

 

Ms Maria BYRNE

Member of Limerick City Council

 

Ms Mary FREEHILL

Member of Dublin City Council

 

Mr John LAHART

Member of South Dublin County Council

 

Mr Michael MCGREAL

Member of Roscommon County Council

 

Mr Niall MCNELIS

Member of Galway City Council

 

Mr John PENDER

Member of Carlow County Council

 

Ms Mary SHIELDS

Member of Cork City Council

 

Mr Barney STEELE

Member of Longford County Council


19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-lista ta’ sustanzi veġetali, preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9703)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/30/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(f) tagħha (1),

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, ifformulati fl-10 ta’ Jannar 2008 u fis-6 ta’ Marzu 2008 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veġetali,

Billi:

(1)

L-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/83/KE. L-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” jistgħu jitqiesu bħala sustanzi veġetali, preparazzjonijiet veġetali jew taħlitiet tagħhom.

(2)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi inklużi l-“Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim” u l-“Echinacea purpurea (L.) Moench” fil-lista ta' sustanzi veġetali, il-preparazzjonijiet u taħlitiet tagħhom, għall-użu fi prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2).

(3)

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42.


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE, jiddaħħlu ż-żewġ sustanzi li ġejjin wara l-“Calendula officinalis L”:

Echinacea purpurea (L.) Moench”,

Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim”.


ANNESS II

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/911/KE il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt relatat mal-“Calendula officinalis L”:

DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ECHINACEA PURPUREA (L.) MOENCH, HERBA RECENS

Isem xjentifiku tal-pjanta

Echinacea purpurea (L.) Moench”

Familja botanika

Asteraceae

Sustanza veġetali

Echinacea

Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE

 

BG (bălgarski): пурпурна ехинацея, пресен стрък

 

CS (čeština): čerstvá nať třapatky nachové

 

DA (dansk): Purpursolhat, frisk urt

 

DE (deutsch): Purpursonnenhutkraut, frisch

 

EL (elliniká): Πόα Εχινάκεας της πορφυράς

 

EN (English): purple coneflower herb

 

ES (español): Equinácea purpúrea, partes aéreas incluidas sumidades floridas

 

ET (eesti keel): punane siilkübar

 

FI (suomi): kaunopunahattu, tuore verso

 

FR (français): parties aériennes fraîches d’échinacée pourpre

 

HU (magyar): bíbor kasvirág virágos hajtása

 

IT (italiano): Echinacea purpurea, pianta fresca

 

LT (lietuvių kalba): rausvažiedžių ežiuolių žolė

 

LV (latviešu valoda): purpursarkanās ehinacejas laksti

 

MT (Malti): Echinacea Vjola

 

NL (nederlands): rood zonnehoedkruid

 

PL (polski): jeżówka purpurowa, świeże ziele

 

PT (português): Equinácea, partes aéreas floridas

 

RO (română): iarbã proaspãtã de Echinacea, pãlãria soarelui

 

SK (slovenčina): echinacea purpurová, čerstvá vňať

 

SL (slovenščina): sveža zel škrlatne ehinaceje

 

SV (svenska): röd solhatt, färsk ört

 

IS (íslenska): Sólhattur

 

NO (norsk): Rød solhatt

Preparazzjoni/ijiet veġetali

Meraq u meraq imnixxef minn partijiet friski tal-pjanta maqtugħin mill-art li qed jiffjorixxu.

Referenza monografika tal-Farmakopea Ewropea

Mhux Applikabbli

Indikazzjoni/jiet

Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal trattament ta’ ġrieħi żgħar superfiċjali.

Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali biex jintuża f'indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.

Tip ta’ tradizzjoni

Ewropea

Dożaġġ speċifikat

Minn 10 sa 20 g /100 g ta' meraq magħsur jew ammont ekwivalenti ta’ meraq magħsur imnixxef f’forom ta' dożaġġ likwidi jew semi- solidi.

Pożoloġija speċifikata

Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:

Ammont żgħir ta’ ingwent għandu jiġi applikat fuq il-ġerħa darbtejn jew tliet darbiet kuljum.

Mhuwiex irrakkomandat l-użu minn tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).

Mnejn u kif jingħata

Użu fuq il-ġilda.

Tul ta’ żmien tal-użu jew xi restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

Tużax il-prodott mediċinali għal aktar minn ġimgħa.

Jekk is-sintomi jibqgħu jippersistu matul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu

Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għall-pjanti tal-familja Asteraceae (Compositae).

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Jekk jidhru sinjali ta' infezzjoni tal-ġilda, għandu jintalab parir mediku.

L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx stħarriġ biżżejjed dwar l-użu sikur tiegħu.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

Tqala u rdigħ

Ma hemm l-ebda dejta dwar l-użu fuq il-ġilda waqt it-tqala jew l-irdigħ.

Il-prodotti li fihom l-Echinacea ma għandhomx jiġu applikati fuq sider in-nisa li jreddgħu.

Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

Ma sar ebda studju fuq kapaċità ta’ sewqan u tħaddim ta’ magni.

Effetti mhux mixtieqa

Jista’ jkun hemm reazzjonijiet ipersensittivi (raxx lokali, dermatite, ekżema u anġioedema tax-xufftejn).

Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Jekk ikun hemm reazzjonijiet negattivi oħra mhux imsemmija hawn fuq, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Doża eċċessiva

Ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ doża eċċessiva.

DAĦLA FIL-LISTA TAL-KOMUNITÀ DWAR L-ELEUTHEROCOCCUS SENTICOSUS (RUPR. ET MAXIM.) MAXIM., RADIX

Isem xjentifiku tal-pjanta

Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim..

Familja botanika

Araliaceae

Sustanza veġetali

Għeruq tal-Eleutherococcus

Isem komuni tas-sustanza veġetali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

 

BG (bălgarski): елеутерокок, корен

 

CS (čeština): eleuterokokový kořen

 

DA (dansk): Russisk rod

 

DE (deutsch): Taigawurzel

 

EL (elliniká): Pίζα Eλευθεροκόκκου

 

EN (English): Eleutherococcus root

 

ES (español): Eleuterococo, raíz de

 

ET (eesti keel): eleuterokokijuur

 

FI (suomi): venäjänjuuren juuri

 

FR (français): racine d’éleuthérocoque (racine de ginseng sibérien)

 

HU (magyar): Szibériai ginszeng gyökér (tajga gyökér)

 

IT (italiano): Eleuterococco radice

 

LT (lietuvių kalba): Eleuterokokų šaknys

 

LV (latviešu valoda): eleiterokoka sakne

 

MT (Malti): Għerq tal-elewterokokku

 

NL (nederlands): Russische ginsengwortel

 

PL (polski): korzeń eleuterokoka

 

PT (português): Raiz de Ginseng Siberiano

 

RO (română): Rădăcină de ginseng siberian

 

SK (slovenčina): Všehojovcový koreň

 

SL (slovenščina): korenina elevterokoka

 

SV (svenska): Rysk rot

 

IS (íslenska): Síberíu ginseng, rót

 

NO (norsk): Russisk rot

Preparazzjoni/ijiet veġetali

Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għal preparazzjoni ta’ te veġetali

Estratt likwidu (1:1, etanol 30-40 % v/v)

Estratt niexef (13-25: 1, etanol 28-40 % v/v)

Estratt niexef (17-30: 1, etanol 70 % v/v)

Estratt ilmi niexef (15-17:1)

Tintura 1 (1:5, etanol 40 % v/v)

Referenza monografika tal-Farrmakopea Ewropea

Eleutherococcus – Eleutherococci radix (ref.: 01/2008: 1419 corrected 6.0)

Indikazzjoni/jiet

Prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għal sintomi ta’ asthenia bħall-għajja u dgħufija.

Il-prodott huwa prodott mediċinali veġetali tradizzjonali għall-użu f’indikazzjonijiet speċifikati bbażati esklużivament fuq użu fit-tul.

Tip ta’ tradizzjoni

Ċiniża, Ewropea

Dożaġġ speċifikat

Mhux applikabbli

Pożoloġija speċifikata

Adoloxxenti ta’ aktar minn 12-il sena, adulti, anzjani:

Preparazzjonijiet veġetali:

Doża ta’ kuljum

Sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar fil-forma ta’ te tal-ħxejjex: 0,5-4 g

Preparazzjoni tat-te: 0,5 sa 4 g ta’ sustanza veġetali mqatta’ f’biċċiet żgħar għall-infużjoni f’150 ml ta’ misħun.

Frekwenza tad-dożaġġ: 150 ml ta’ infużjoni ta’ te għandha tinqasam f’minn wieħed sa tliet dożi li jridu jittieħdu tul il-ġurnata.

Estratt likwidu: 2-3 ml

Estratti xotti (etanol 28-70 % v/v) li jikkorrespondu għal 0.5-4 g

Estratt ilmi niexef (15-17:1): 90 - 180 mg

Tintura: 10-15 ml

Id-doża ta’ kuljum tista’ tittieħed f’doża waħda jew fi tliet dożi.

Mhuwiex irrakkomandat l-użu fuq tfal li jkollhom inqas minn 12-il sena (ara s-sezzjoni “Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu”).

Kif tittieħed

Użu orali

Tul ta’ żmien tal-użu jew restrizzjonijiet oħra fuq it-tul ta’ żmien tal-użu

Ma għandhiex tittieħed għal aktar minn xahrejn.

Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti wara ġimagħtejn tul l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Kwalunkwe tagħrif ieħor għall-użu bla periklu

Kontraindikazzjonijiet

L-ipersensittività għas-sustanza attiva.

Ipertensjoni arterjali.

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

L-użu fit-tfal taħt it-12-il sena mhuwiex rakkommandat minħabba li ma hemmx esperjenza disponibbli.

Jekk is-sintomi jibqgħu preżenti waqt l-użu tal-prodott mediċinali, għandu jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ebda interazzjoni ma ġiet irrappurtata.

Tqala u rdigħ

Ma ġietx stabbilita s-sikurezza matul it-tqala u l-irdigħ.

Fin-nuqqas ta’ dejta suffiċjenti, l-użu matul it-tqala u l-irdigħ mhuwiex irrakkomandat.

Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni

Ma sar l-ebda studju dwar l-effett fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Effetti mhux mixtieqa

Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm nuqqas ta’ rqad, irritabilità, tachycardia u wġigħ ta’ ras. Il-frekwenza mhijiex magħrufa.

Doża eċċessiva

Ma ġie rrappurtat ebda każ ta’ doża eċċessiva.”