ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.008.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2010/17/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8278) ( 1 ) |
|
|
|
2010/18/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9427) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 20/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arzùa-Ulloa (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Arzùa-Ulloa”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 131, 10.6.2009, p. 25.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.3. Ġobon
SPANJA
Arzùa-Ulloa (DPO)
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 21/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pistacchio Verde di Bronte (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pistacchio Verde di Bronte” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 130, 9.6.2009, p. 16.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati
L-ITALJA
Pistacchio Verde di Bronte (DPO)
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 22/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
122,3 |
MA |
70,7 |
|
TN |
112,5 |
|
TR |
96,5 |
|
ZZ |
100,5 |
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
JO |
115,2 |
|
MA |
76,9 |
|
TR |
116,5 |
|
ZZ |
120,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
120,9 |
TR |
101,5 |
|
ZZ |
111,2 |
|
0709 90 80 |
EG |
225,1 |
ZZ |
225,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
49,2 |
IL |
56,2 |
|
MA |
63,2 |
|
TR |
53,6 |
|
ZZ |
55,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
94,5 |
TR |
64,0 |
|
ZZ |
79,3 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
52,9 |
EG |
67,7 |
|
HR |
59,0 |
|
IL |
68,5 |
|
JM |
129,2 |
|
MA |
83,8 |
|
TR |
71,2 |
|
ZZ |
76,0 |
|
0805 50 10 |
EG |
64,3 |
MA |
65,5 |
|
TR |
73,7 |
|
US |
87,7 |
|
ZZ |
72,8 |
|
0808 10 80 |
CA |
84,4 |
CN |
91,1 |
|
MK |
24,7 |
|
US |
110,8 |
|
ZZ |
77,8 |
|
0808 20 50 |
CN |
55,0 |
US |
114,0 |
|
ZZ |
84,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 14/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-13 ta’ Jannar 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
43,39 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
43,39 |
1,89 |
1701 12 10 (1) |
43,39 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
43,39 |
1,59 |
1701 91 00 (2) |
49,32 |
2,67 |
1701 99 10 (2) |
49,32 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
49,32 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,49 |
0,22 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/16/PESK/ĠAI
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data ta’ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, biex tibda n-negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu. Dawk in-negozjati wasslu għal suċċess u tfassal abbozz ta’ Ftehim (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). |
(2) |
Il-Ftehim huwa importanti biex jiġi żgurat li l-fornituri magħżula ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali jipprovdu lid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti data dwar messaġġi finanzjarji maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, soġġett għal osservanza stretta tas-salvagwardji dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(4) |
Il-Ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tiegħu mill-1 ta’ Frar 2010. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet tiegħu sa minn dik id-data f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti. Dikjarazzjoni għal din il-fini ser issir fil-mument tal-firma tal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna/i awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom ikunu applikati fuq bażi proviżorja f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti mill-1 ta’ Frar 2010, sakemm jidħol fis-seħħ. Id-Dikjarazzjoni annessa dwar l-applikazzjoni proviżorja għandha ssir fil-mument tal-firma.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
B. ASK
ANNESS
Dikjarazzjoni li għandha ssir f’isem l-Unjoni Ewropea fil-mument tal-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
“Dan il-Ftehim, filwaqt li ma jidderogax minn jew ma jemendax il-leġislazzjoni tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, ser, sakemm jidħol fis-seħħ, jiġi implimentat proviżorjament mill-Istati Membri b’rieda tajba, fil-qafas tal-liġijiet nazzjonali eżistenti tagħhom.”
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
L-UNJONI EWROPEA,
minn naħa waħda, u
L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA,
min-naħa l-oħra,
Minn hawn ‘il quddiem magħrufin flimkien bħala “il-Partijiet”,
XEWQANA li jipprevjenu u jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, b’mod partikolari bil-kondiviżjoni reċiproka ta’ informazzjoni, bħala mezz ta’ protezzjoni għas-soċjetatjiet demokratiċi rispettivi tagħhom u l-valuri, id-drittijiet, u libertajiet komuni tagħhom;
FILWAQT LI JFITTXU li jtejbu u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fi spirtu ta’ sħubija transatlantika;
FILWAQT LI JFAKKRU fil-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 1373 (2001) tal-Kunsill tas-Siġurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (“TFTP”) tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti (“id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti”) kien strumentali fl-identifikazzjoni u l-qbid ta’ terroristi u l-finanzjaturi tagħhom u ġġenera bosta indizji li tqassmu lill-awtoritajiet kompetenti madwar id-dinja għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’valur partikolari għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (“Stati Membri”);
FILWAQT LI JINNUTAW l-importanza tat-TFTP fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu fl-Unjoni Ewropea u bnadi oħra, u r-rwol importanti tal-Unjoni Ewropea fl-iżgurar li l-fornituri maħtura għas-servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali jagħmlu disponibbli data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li hija meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu, soġġett għal konformità stretta ma’ salvagwardji dwar il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali;
FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-ħtieġa fir-rigward tad-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali skont l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
FILWAQT LI JISĦQU dwar il-valuri komuni li jirregolaw il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (“Stati Uniti”), inkluża l-importanza li ż-żewġ Partijiet jagħtu lill-proċess ġust u d-dritt għal tiftix ta’ rimedji effettivi għal azzjoni governattiva mhux adatta;
FILWAQT LI JINNUTAW il-kontrolli u s-salvagwardji rigorużi li jintużaw mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għat-trattament, l-użu u d-disseminazzjoni ta’ data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji f’konformità mat-TFTP, kif deskritt fir-rappreżentazzjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Lulju 2007 u r-Reġistru Federali tal-Istati Uniti fit-23 ta’ Ottubru 2007, li jirriflettu l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali;
FILWAQT LI JFAKKRU li, biex jiġi ggarantit l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħhom, kwalunkwe persuna irrispettivament min-nazzjonalità tista’ tressaq ilment quddiem awtorità indipendenti għall-protezzjoni tad-data, awtorità oħra simili, qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali, biex tfittex rimedji effettivi;
FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM li rikors amministrattiv jew ġudizzjarju adatt huwa disponibbli taħt il-liġi tal-Istati Uniti għall-użu ħażin ta’ data personali, inkluż taħt l-Administrative Procedure Act tal-1946 (5 U.S.C. 701 et seq.), l-Inspector General Act tal-1978 (5 U.S.C.App.), l-Implementing Recommendations of the 9/11 Commission Act tal-2007 (42 U.S.C. 2000ee et seq.), il-Komp Fraud and Abuse Act (18 U.S.C. 1030), u l-Freedom of Information Act (5 U.S.C. 552), fil-verżjoni emendata tagħhom;
FILWAQT LI JFAKKRU li bil-liġi fl-Unjoni Ewropea klijenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji huma infurmati li data personali li tinsab fir-rekords ta’ transazzjonijiet finanzjarji tista’ tiġi trasferita lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;
FILWAQT LI JAFFERMAW li dan il-Ftehim ma jikkostitwixxix preċedent għal xi arranġament futur bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew bejn kwalunkwe waħda mill-Partijiet u kwalunkwe Stat, fir-rigward tal-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji jew xi forma oħra ta’ data, jew fir-rigward tal-protezzjoni tad-data;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li dan il-Ftehim ma jidderogax mis-setgħat eżistenti tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data fl-Istati Membri għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom; u
FILWAQT LI JKOMPLU JAFFERMAW li dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-infurzar ta’ liġijiet oħrajn jew ftehimiet għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni jew arranġamenti bejn il-Partijiet jew bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fini tal-Ftehim
1. Il-fini ta’ dan il-Ftehim huwa li jiġi żgurat, b’rispett sħiħ għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, u kondizzjonijiet oħra stabbiliti f’dan il-Ftehim, li:
(a) |
messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata maħżuna fit-territorju tal-Unjoni Ewropea minn fornituri ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali, maħtura konġuntement f’konformità ma’ dan il-Ftehim, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew tal-finanzjament tiegħu; u |
(b) |
informazzjoni rilevanti miksuba permezz tat-TFTP titqiegħed disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika jew ta’ kontra t-terroriżmu tal-Istati Membri, jew l-Europol jew il-Eurojust, għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu. |
2. L-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u adatti kollha fl-awtorità tagħhom biex iwettqu d-dispożizzjonijiet u jiksbu l-fini ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
Kondotta marbuta mat-terroriżmu jew mal-Finanzjament tat-Terroriżmu
Dan il-Ftehim japplika biex jinkisbu u jiġu użati l-messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata bil-ħsieb tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni ta’:
(a) |
Atti ta’ persuna jew entità li jinvolvu vjolenza, jew li huma b’xi mod perikolużi għal ħajja tal-bniedem jew joħolqu riskju ta’ ħsara għall-proprjetà jew l-infrastruttura, u li, minħabba n-natura u l-kuntest tagħhom, huwa raġonevolment maħsub li twettqu bil-għan li:
|
(b) |
Persuna jew entità li tassisti, tisponsorja, jew tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali jew teknoloġiku għal, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħrajn għal jew b’appoġġ għal, l-atti deskritti fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
Persuna jew entità li tgħin, tassisti jew twettaq attentati ta’ atti deskritti fis-subparagrafu (a) jew (b). |
Artikolu 3
Żgurar tal-Forniment tad-Data mill-Fornituri Maħtura
L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura, f’konformità ma’ dan il-Ftehim, li l-entitajiet konġuntement maħtura mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim bħala fornituri ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali (“Fornituri Maħtura”) għandhom iqiegħdu disponibbli għad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu jew il-finanzjament tat-terroristi (“Data Provduta”).
Artikolu 4
Talbiet mill-Istati Uniti għall-Ksib ta’ Data mill-Fornituri Maħtura
1. Skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar Assistenza Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika, iffirmat f’Washington fil-25 ta’ Ġunju 2003, u l-istrument relatat dwar l-assistenza legali reċiproka bilaterali bejn l-Istati Uniti u l-Istat Membru li fih huwa bbażat il-Fornitur Maħtur jew li fih huwa jaħżen id-data mitluba, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu joħroġ talba bbażata fuq investigazzjoni li tkun għaddejja rigward imġieba speċifika msemmija fl-Artikolu 2 li tkun twettqet jew fejnhemm raġuni, abbażi ta’ informazzjoni jew evidenza li teżisti minn qabel, biex wieħed jemmen li tista’ titwettaq. Għal dan il-għan, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jitqies bħala awtorità amministrattiva li għalih hija disponibbli l-assistenza.
2. It-talba għandha tidentifika bl-aktar mod ċar possibbli d-data maħżuna minn Fornitur Maħtur fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li hija neċessarja għal dan il-fini. Id-data tista’ tinkludi informazzjoni li tidentifika l-oriġinatur u/jew ir-riċevitur tat-transazzjoni, inkluż l-isem, in-numru tal-kont, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali, u data personali oħra relatata ma’ messaġġi finanzjarji.
It-talba għandha tissostanzja n-neċessità tad-data u għandha tkun imfassla bl-aktar mod dejjaq possibbli biex jiġi minimizzat l-ammont ta’ data mitluba, b’kont meħud tal-analiżi ġeografiċi, tat-theddida u tal-vulnerabbiltà.
3. It-talba għandha tiġi trasmessa mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li fih ikun ibbażat il-Fornitur Maħtur jew fejn huwa jaħżen id-data mitluba.
4. L-Istati Uniti għandha fl-istess waqt titrasmetti kopja tat-talba lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor. L-Istati Uniti għandha titrasmetti fl-istess waqt ukoll kopja tat-talba lill-membri nazzjonali tal-Eurojust ta’ dawk l-Istati Membri.
5. Meta tirċievi t-talba sostanzjata f’konformità mal-paragrafu 2, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest għandha tivverifika li t-talba tikkonforma ma’ dan il-Ftehim u mar-rekwiżiti applikabbli tal-ftehim bilaterali dwar assistenza legali reċiproka. Fejn l-awtorità ċentrali tkun wettqet din il-verifika, it-talba għandha tiġi trasmessa lill-awtorità kompetenti biex tiġi esegwita taħt il-liġi tal-Istat Membru rikjest.
Jekk it-talba tkun ġiet trasmessa lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li fih huwa bbażat il-Fornitur Maħtur, l-Istat Membru fejn id-data hija maħżuna għandu jgħin fl-eżekuzzjoni tat-talba.
Il-miżura mitluba għandha tiġi esegwita b’mod urġenti.
6. Jekk il-Fornitur Maħtur ma jkunx jista’ jidentifika u jipproduċi d-data speċifika li tikkorrispondi għat-talba minħabba raġunijiet tekniċi, id-data potenzjalent rilevanti kollha għandha tiġi trasmessa f’daqqa, soġġetta għall-Artikolu 5(2), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest.
7. Id-data għandha tiġi trasferita bejn l-awtoritajiet maħtura tal-Istat Membru rikjest u tal-Istati Uniti.
8. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Fornituri Maħtura jżommu reġistru dettaljat tad-data kollha trasmessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għall-fini ta’ dan il-Ftehim.
9. Id-data li tkun ġiet trasmessa b’mod legali abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tiġi mfittxija għall-fini ta’ investigazzjonijiet oħra li jirrigwardaw it-tipi ta’ mġieba msemmijin fl-Artikolu 2, b’rispett sħiħ għall-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 5
Salvagwardji Applikabbli għall-Ipproċessar tad-Data Pprovduta
1. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura li d-Data Pprovduta tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
2. It-TFTP ma jinvolvix u m’għandux jinvolvi data mining jew kwalunkwe tip ieħor ta’ profil algoritmiku jew awtomat jew iffiltrar kompjuterizzat. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura l-protezzjoni ta’ data personali permezz tas-salvagwardji li ġejjin, li għandhom japplikaw mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari abbażi ta’ nazzjonalità jew pajjiż ta’ residenza:
(a) |
Id-Data Pprovduta għandha tiġi pproċessata esklużivament għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu; |
(b) |
It-tiftix kollu tad-Data Pprovduta għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni jew evidenza li tkun teżisti minn qabel li turi raġuni biex wieħed jemmen li hemm rabta bejn is-suġġett tat-tiftixa u t-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu; |
(c) |
Kull tiftixa individwali tat-TFTP tad-Data Pprovduta għandha tiġi mfassla b’mod strett, għandha turi raġuni biex wieħed jemmen li hemm rabta bejn is-suġġett tat-tiftixa u t-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu, u għandha tiġi rreġistrata, inkluża tali raġuni ta’ rabta mat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu meħtieġa biex tinbeda t-tiftixa; |
(d) |
Id-Data Pprovduta għandha tinżamm f’ambjent fiżiku sigur, maħżuna separatament minn kwalunkwe data oħra, b’sistemi ta’ livell għoli u kontrolli ta’ intrużjoni fiżika biex jiġi impedit l-aċċess mhux awtorizzat għad-data; |
(e) |
L-aċċess għad-Data Pprovduta għandu jkun limitat għall-analisti li jinvestigaw it-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu u għall-persuni involuti fl-appoġġ tekniku, fil-ġestjoni, u fis-sorveljanza tat-TFTP; |
(f) |
M’għandha ssir l-ebda kopja tad-Data Pprovduta, ħlief għall-finijiet ta’ back-up ta’ rkupru ta’ diżastru; |
(g) |
Id-Data Pprovduta m’għandha tkun soġġetta għall-ebda manipulazzjoni, alterazzjoni jew żieda u m’għandha tkun interkonnessa mal-ebda bażi tad-data oħra; |
(h) |
Huma biss l-indizji dwar terroriżmu miksuba permezz tat-TFTP taħt dan il-Ftehim li għandhom jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika jew ta’ kontra t-terroriżmu fl-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea jew Stati terzi biex jintużaw għall-fini tal-investigazzjoni, ir-rintraċċar, il-prevenzjoni, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu; |
(i) |
Matul it-terminu ta’ dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jwettaq reviżjoni biex jidentifika d-data kollha mhux estratta li m’għadhiex meħtieġa għall-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu. Meta tiġi identifikata tali data, għandhom jinbdew proċeduri fi żmien xahrejn mill-identifikazzjoni tad-data bħala mhux meħtieġa biex titħassar dik id-data u għandhom jitlestew malajr kemm jista’ jkun wara li jinbdew iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien (8) xhur wara l-identifikazzjoni, għajr f’ċirkostanzi teknoloġiċi straordinarji; |
(j) |
Jekk jinkixef li kienet trasmessa data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji li ma kinitx mitluba, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu immedjatament iħassar b’mod permanenti tali data u għandu jinforma lill-Fornitur Maħtur u l-Istat Membru rilevanti; |
(k) |
Soġġett għas-subparagrafu (i), id-data kollha mhux estratta riċevuta qabel l-20 ta’ Lulju 2007 għandha titħassar mhux aktar tard minn ħames (5) snin wara dik id-data; |
(l) |
Soġġett għas-subparagrafu (i), id-data kollha mhux estratta riċevuta fl-20 ta’ Lulju 2007 jew wara għandha titħassar mhux aktar tard minn ħames (5) snin wara li tiġi riċevuta; u |
(m) |
L-informazzjoni estratta mid-Data Pprovduta, inkluża informazzjoni kondiviża skont is-subparagrafu (h), għandha tkun soġġetta għall-perijodu ta’ żamma applikabbli għall-awtorità tal-gvern partikolari skont ir-regolamenti partikolari u l-iskedi taż-żamma ta’ reġistri tagħha. |
Artikolu 6
Adegwatezza
Soġġett għall-konformità kontinwa mal-impenji dwar il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti f’dan il-Ftehim, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti hu meqjus li jiżgura livell adatt ta’ protezzjoni ta’ data għall-ipproċessar ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji u data relatata trasferita mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 7
Forniment Spontanju ta’ Informazzjoni
1. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura li mill-aktar fis possibbli jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika jew ta’ kontra t-terroriżmu tal-Istati Membri kkonċernati, u kif adatt għall-Europol fl-ambitu tal-mandat tiegħu kwalunkwe informazzjoni miksuba permezz tat-TFTP, li tista’ tikkontribwixxi għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe informazzjoni sussegwenti li tista’ tikkontribwixxi għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu fl-Istati Uniti għandha tingħadda lura lill-Istati Uniti fuq bażi reċiproka.
2. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni, l-Europol jista’ jaħtar uffiċjal ta’ kollegament għad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti. Il-modalitajiet tal-istatus u tal-kompiti tal-uffiċjal ta’ kollegament għandhom jiġu deċiżi konġuntement mill-Partijiet.
Artikolu 8
Talbiet mill-UE għal Tiftix tat-TFTP
Meta awtorità tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika, jew ta’ kontra t-terroriżmu ta’ Stat Membru, jew tal-Europol jew tal-Eurojust tiddetermina li hemm raġuni biex wieħed jemmen li persuna jew entità għandha rabta mat-terroriżmu kif definit fl-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI, tali awtorità tista’ titlob tiftixa għal informazzjoni rilevanti miksuba permezz tat-TFTP. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu mill-ewwel iwettaq tiftixa f’konformità mal-Artikolu 5 u jipprovdi informazzjoni rilevanti b’reazzjoni għal dawn it-talbiet.
Artikolu 9
Kooperazzjoni ma’ Sistema Ekwivalenti tal-UE fil-Futur
Fil-każ li sistema tal-UE ekwivalenti għat-TFTP tal-Istati Uniti tiġi implimentata fl-Unjoni Ewropea jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha li teħtieġ li d-data ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji maħżuna fl-Istati Uniti ssir disponibbli fl-Unjoni Ewropea, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jsegwi attivament, abbażi tar-reċiproċità u salvagwardji adatti, il-kooperazzjoni ta’ kwalunkwe fornitur rilevanti ta’ servizzi ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji internazzjonali li hu bbażat fit-territorju tal-Istati Uniti.
Artikolu 10
Reviżjoni Konġunta
1. Il-Partijiet għandhom jirrevedu konġuntement, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet u fi kwalunkwe każ wara perijodu ta’ sitt (6) xhur, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim b’mod partikolari fir-rigward tal-verifika tal-privatezza, il-protezzjoni ta’ data personali, u d-dispożizzjonijiet ta’ reċiproċità stabbiliti f’dan il-Ftehim. Ir-reviżjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-proporżjonalità tad-Data Pprovduta, ibbażata fuq il-valur ta’ tali data għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni, ir-rintraċċar, jew il-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew il-finanzjament tiegħu.
2. Fir-reviżjoni, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi rrappreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, u żewġ rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data mill-Istati Membri, li tal-inqas wieħed minnhom ikun minn Stat Membru fejn huwa bbażat Fornitur Maħtur. L-Istati Uniti għandha tkun irrappreżentata mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti.
3. Għall-finijiet tar-reviżjoni, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiżgura aċċess għad-dokumentazzjoni, is-sistemi, u l-persunal rilevanti, kif ukoll għal data preċiża relatata mal-għadd ta’ messaġġi dwar pagamenti finanzjarji aċċessati u l-għadd ta’ okkażjonijiet li fihom ġew kondiviżi l-indizji. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw konġuntement il-modalitajiet tar-reviżjoni.
Artikolu 11
Rimedju
1. Kwalunkwe persuna għandha d-dritt li tikseb, wara talbiet li jsiru f’intervalli raġonevoli, mingħajr restrizzjoni u mingħajr dewmien jew spejjeż eċċessivi, konferma mill-awtorità għall-protezzjoni tad-data tagħha dwar jekk il-verifiki meħtieġa kollha seħħewx fl-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat li d-drittijiet għall-protezzjoni tad-data tagħha ġew irrispettati f’konformità ma’ dan il-Ftehim, u, b’mod partikolari, dwar jekk kwalunkwe pproċċessar tad-data personali tagħha twettaqx bi ksur għal dan il-Ftehim. Tali dritt jista’ jkun soġġett għal miżuri meħtieġa u proporzjonati applikabbli skont il-liġi nazzjonali, inkluż għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali jew biex jiġi evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’kont dovut għall-interess leġittimu tal-persuna kkonċernata.
2. Il-Partijiet għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li d-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti u kwalunkwe Stat Membru rilevanti jinfurmaw mill-ewwel lil xulxin, u jikkonsultaw ma’ xulxin u mal-Partijiet, jekk meħtieġ, fejn iqisu li d-data personali ġiet ipproċessata bi ksur għal dan il-Ftehim.
3. Kwalunkwe persuna li tqis li d-data personali tagħha ġiet ipproċessata bi ksur għal dan il-Ftehim hija intitolata li tfittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha, u l-Istati Uniti, rispettivament.
Artikolu 12
Konsultazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom, kif adatt, jikkonsultaw biex jippermettu li jsir l-użu l-aktar effettiv ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-iffaċilitar tas-soluzzjoni għal kwalunkwe tilwim rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw l-impożizzjoni ta’ piżijiet straordinarji ta’ wieħed fuq l-ieħor permezz tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Fejn, madankollu, jirriżultaw piżijiet straordinarji, il-Partijiet għandhom immedjatament jikkonsultaw bil-ħsieb tal-iffaċilitar tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż it-teħid ta’ tali miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tnaqqis ta’ piżijiet eżistenti u futuri.
3. Il-Partijiet għandhom immedjatament jikkonsultaw lil xulxin fil-każ li kwalunkwe parti terza, inkluża awtorità ta’ pajjiż ieħor, jisfida jew jasserixxi pretensjoni legali fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett tal-effett jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
Nuqqas ta’ derogi
Il-Ftehim mhux intenzjonat li jidderoga minn jew jemenda l-liġijiet tal-Istati Uniti jew tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha. Dan il-Ftehim ma joħloqx jew jagħti kwalunkwe dritt jew benefiċċju lil kwalunkwe persuna jew entità oħra, privata jew pubblika.
Artikolu 14
Terminazzjoni
1. Kwalunkwe parti tista’ tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim fi kwalunkwe mument b’notifika permezz tal-kanali diplomatiċi. Is-sospensjoni għandha tieħu effett għaxart (10) ijiem mid-data tal-wasla ta’ tali notifika. It-terminazzjoni għandha tieħu effett tletin (30) jum mid-data tal-wasla ta’ tali notifika.
2. Minkejja s-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-data kollha miżmuma mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti f’konformità ma’ dan il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata skont dan il-Ftehim.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet Finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta’ meta l-Partijiet ikunu skambjaw notifiki li jindikaw li huma lestew il-proċeduri interni tagħhom għal din il-fini.
2. Dan il-Ftehim għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Frar 2010, sad-dħul fis-seħħ tiegħu, soġġett għall-paragrafu 3.
3. Sakemm ma jkunx terminat qabel f’konformità mal-Artikolu 14 jew bi qbil bejn il-Partijiet, dan il-Ftehim għandu jiskadi u jieqaf milli jkollu effett fil-31 ta’ Ottubru 2010.
4. Malli jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-Partijiet għandhom jistinkaw biex jikkonkludu ftehim fit-tul li jissuċċedi lil dan il-Ftehim.
5. Magħmul fi Brussell dan it-tletin jum ta’ Novembru 2009, f’żewġ kopji oriġinali, bil-lingwa Ingliża. Dan il-Ftehim għandu jitfassal ukoll bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, u Ungeriża. Ladarba jiġu approvati miż-żewġ Partijiet, dawn il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jiġu kkunsidrati ugwalment awtentiċi.
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2009
dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8278)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/17/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar il-parametri bażiċi għar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari (ERA/REC/SAF/05-2008) tad-19 ta’ Diċembru 2008,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2007/59/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru nazzjonali għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji jew jiżguraw li t-tali reġistru jinżamm. |
(2) |
Skont l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2007/59/KE, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu reġistru tal-kumpanija għaċ-ċertifikati komplementari jew jiżguraw li t-tali reġistru jinżamm. |
(3) |
L-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE jitlob lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tfassal il-parametri bażiċi għar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji biex jiġu stabbiliti minn awtoritajiet kompetenti u r-reġistri għaċ-ċertifikati komplementari biex jiġu stabbiliti mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi tal-infrastruttura li jħaddmu jew iħaddmu b’kuntratt lis-sewwieqa Ir-reġistru nazzjonali għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji ta’ Stat Membru għandu jkollu l-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji kollha maħruġa f’dak l-Istat Membru. Għandha tintuża formola ta’ applikazzjoni standard għall-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni tal-liċenzja u għaż-żamma tal-aġġornamenti, l-emendi, il-bdil, it-tiġdid, is-sospensjonijiet u l-irtirar. |
(4) |
Ir-reġistri għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari għandhom ikunu aċċessibbli għall-konsultazzjoni mir-rappreżentattivi awtorizzati tal-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. Ir-reġistri differenti għandhom ikunu konsistenti f’dak li jirrigwarda d-dejta li jkun fihom u l-ifformattjar tad-dejta. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti billi jintużaw speċifikazzjonijiet operatorji u tekniċi komuni. |
(5) |
L-informazzjoni kollha li tinsab fil-liċenzji, fiċ-ċertifikati komplementari armonizzati u fir-reġistri tal-liċenzji u taċ-ċertifikati komplementari armonizzati għandha tintuża mill-awtoritajiet tas-sikurezza sabiex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati pprovdut fl-Artikolu 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferroviji u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferroviji) (2) u biex jitħaffef il-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ sikurezza pprovduti f’dawk l-Artikoli. |
(6) |
Skont l-Artikolu 19(1)(f) tad-Direttiva 2007/59/KE, ir-reġistru tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji għandu jinżamm u jiġi aġġornat mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-entitajiet delegati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-entità li jkunu nnominaw għal din il-fini, parzjalment biex jippermettu lil dawn l-entitajiet jagħmlu skambju tal-informazzjoni. |
(7) |
Idealment, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi reġistru tal-liċenzji tal-ferroviji kompjuterizzat biex jikseb interoperabbiltà sħiħa tar-reġistri u jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u li partijiet oħrajn li għandhom drittijiet tal-aċċess biex jiksbu l-informazzjoni. Madankollu, għal raġunijiet ekonomiċi u tekniċi, dan it-tip ta’ interface ma jistax jiġi adottat qabel ma ssir iktar investigazzjoni. L-ewwel nett, huwa meħtieġ li jintlaħaq ftehim dwar il-metodi li jiżguraw li l-aċċess jingħata jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, kif mitlub bid-Direttiva 2007/59/KE. It-tieni nett, huwa meħtieġ li jsir stħarriġ tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet biex issir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċji u tiġi proposta soluzzjoni possibbli li ma timponix spejjeż amministrattivi li jistgħu jkunu sproporzjonati għall-ħtiġijiet reali. Għalhekk, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea proponiet li tiġi implimentata soluzzjoni temporanja, bi skambju tal-informazzjoni simplifikat, u li l-iżvilupp tal-interface elettroniku jitkompla iktar ‘il quddiem. |
(8) |
Skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2007/59/KE, dik id-Direttiva ma tapplikax għal Ċipru u Malta. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tiġi applikata għal Ċipru u Malta sakemm dawn l-Istati Membri ma jkollhomx sistema ferrovjarja. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Interoperabbiltà u s-Sikurezza Ferrovjarja stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parametri bażiċi għar-Reġistru Nazzjonali tal-Liċenzji tas-Sewqan tal-Ferroviji (minn issa ‘l quddiem “NLR”) stabbiliti fl-Anness I huma adottati.
Artikolu 2
Il-parametri bażiċi għar-Reġistru taċ-Ċertifikati Komplementari (minn issa ‘l quddiem “CCR”) stabbiliti fl-Anness II huma adottati.
Artikolu 3
1. Fi żmien 24 xahar minn meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”) għandha tagħmel studju ta’ fattibbiltà għal applikazzjoni kompjuterizzata li tissodisfa l-parametri bażiċi għall-NLR u s-CCR u li tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura.
L-istudju ta’ fattibbiltà għandu b’mod partikolari jikkunsidra l-arkitettura funzjonali u teknika, il-modi ta’ funzjonament u r-regoli għad-dħul u l-konsultazzjoni tad-dejta.
L-istudju ta’ fattibbiltà għandu jiġi diskuss u approvat fi ħdan il-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentattivi tal-awtoritajiet kompetenti speċifikati fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2007/59/KE.
2. Fejn huwa xieraq, abbażi tar-riżultati tal-istudju msemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi applikazzjoni pilota ta’ netwerk b’mill-inqas tliet NLRs u disa’ CCRs.
L-Aġenzija għandha timmonitorja l-applikazzjoni pilota għal mill-inqas sena, u toħroġ rapport lill-Kummissjoni b’rakkomandazzjoni biex temenda din id-Deċiżjoni, fejn huwa xieraq.
Artikolu 4
Fi żmien sena minn meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:
(a) |
dwar l-entità nominata biex toħroġ il-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji skont l-Artikolu 19(1)(a) tad-Direttiva 2007/59/KE, |
(b) |
dwar l-entità nominata biex iżżomm u taġġorna l-NLR skont l-Artikolu 19(1)(f) tad-Direttiva 2007/59/KE. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Ma għandhiex tapplika għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51. (Mhux disponibbli bil-Malti)
(2) ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.
ANNESS I
PARAMETRI BAŻIĊI GĦAR-REĠISTRI NAZZJONALI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI (NLRs)
1. Parametri bażiċi
Il-parametri bażiċi għar-Reġistri Nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji stabbiliti skont l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, huma:
— |
Dejta li għandha tinġabar (il-Kapitolu 2) |
— |
Format tad-dejta (il-Kapitolu 3) |
— |
Drittijiet tal-aċċess (il-Kapitolu 4) |
— |
Skambju tad-dejta (il-Kapitolu 5) |
— |
Tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta (il-Kapitolu 6). |
2. Dejta li għandha tinġabar
L-NLR għandu jkollu erba’ taqsimiet.
It-Taqsima 1 għandu jkollha informazzjoni dwar l-istat attwali tal-liċenzja.
It-Taqsima 2 għandu jkollha informazzjoni dwar il-liċenzja maħruġa, konformi mal-lista tar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness I, it-Taqsima 2, għad-Direttiva 2007/59/KE.
It-Taqsima 3 għandu jkollha informazzjoni storika dwar il-liċenzja.
It-Taqsima 4 għandu jkollha informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi u l-kontrolli inizjali, li jippermettu li tinħareġ il-liċenzja u jsiru l-kontrolli sussegwenti, li jippermettu li l-liċenzja tibqa’ valida.
Id-dejta li għandha tinġabar hija stabbilita fit-tabella fil-Kapitolu 3.
3. Format tad-dejta
Din li ġejja hija lista ta’ rekwiżiti għall-format tad-dejta tal-NLR.
Il-lista hija stabbilita kif ġej:
Nru |
Informazzjoni li għandha tidher |
||
Werrej |
Format |
L-istat tar-rekwiżit |
Taqsima 1: L-istat attwali tal-liċenzja
1 |
In-numru tal-liċenzja |
||||||||
1.1 |
In-numru tal-liċenzja |
EIN (12-il ċifra) |
Obbligatorja |
||||||
2 |
L-istat attwali tal-liċenzja |
||||||||
2.1 |
Evidenza tal-istat attwali tal-liċenzja.
|
Test |
Obbligatorja |
||||||
2.2 |
Raġuni għas-sospensjoni jew għall-irtirar |
Test |
Obbligatorja |
Taqsima 2: Informazzjoni dwar il-liċenzja attwali maħruġa, skont l-Anness I, it-Taqsima 2, għad-Direttiva 2007/59/KE
3 |
Kunjom(ijiet) id-detentur |
||||
3.1 |
Kunjom(ijiet) imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn kunjom wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali |
test |
Obbligatorja |
||
4 |
Isem/ismijiet id-detentur |
||||
4.1 |
Isem/ismijiet imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn isem wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali |
test |
Obbligatorja |
||
5 |
Data tat-twelid tad-detentur |
||||
5.1 |
Data tat-twelid tad-detentur |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||
6 |
Post tat-twelid tad-detentur |
||||
6.1 |
Post tat-twelid tad-detentur |
test |
Obbligatorja |
||
6.2 |
Nazzjonalità |
test |
Mhux obbligatorju |
||
7 |
Data tal-ħruġ tal-liċenzja |
||||
7.1 |
Wiri tad-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||
8 |
Data tal-iskadenza tal-liċenzja |
||||
8.1 |
Data tal-iskadenza formali mistennija tal-liċenzja valida |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||
9 |
Isem l-awtorità li toħroġ il-liċenzja |
||||
9.1 |
Isem l-awtorità li toħroġ il-liċenzji (l-awtorità kompetenti, l-entità delegata, l-impriża ferrovjarja, l-amministraturi tal-infrastruttura) |
Test |
Obbligatorja |
||
10 |
In-numru ta’ referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu |
||||
10.1 |
Referenza tal-kumpanija għas-sewwieq tal-ferrovija |
Test |
Mhux obbligatorju |
||
11 |
Ritratt tad-detentur |
||||
11.1 |
Ritratt |
Oriġinali jew skenjat elettronikament |
Obbligatorja |
||
12 |
Firma tad-detentur |
||||
12.1 |
Firma |
Oriġinali/Fotokopja/Skenjata elettronikament |
Obbligatorja |
||
13 |
Post tar-residenza permanenti jew l-indirizz postali tad-detentur |
||||
13.1 |
Indirizz tad-detentur |
Triq u numru |
Test |
Mhux obbligatorju |
|
13.2 |
Belt |
Test |
Mhux obbligatorju |
||
13.3 |
Pajjiż |
Test |
Mhux obbligatorju |
||
13.4 |
Kodiċi postali |
Kodiċi Alfa-numerika |
Mhux obbligatorju |
||
13.5 |
Numru tat-telefown |
Test |
Mhux obbligatorju |
||
13.6 |
Indirizz elettroniku |
Test |
Mhux obbligatorju |
||
14 |
Informazzjoni addizzjonali |
||||
14.1 |
Informazzjoni imposta minn awtorità kompetenti skont l-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE |
Informazzjoni kodifikata |
Obbligatorja |
||
|
Test |
|
|||
|
Test |
|
|||
15 |
Restrizzjoni medika |
||||
15.1 |
Informazzjoni imposta minn awtorità kompetenti skont l-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE |
Informazzjoni kodifikata |
Obbligatorja |
||
Użu obbligatorju ta’ nuċċalijiet/lentijiet ta’ kuntatt |
(il-kodiċi b.1) |
|
|||
Użu obbligatorju ta’ apparat akustiku (hearing aid(s)) |
(il-kodiċi b.2) |
|
Taqsima 3: Informazzjoni storika dwar l-istat tal-liċenzja u r-riżultati tal-kontrolli perjodiċi
16 |
Data tal-ewwel ħarġiet tal-liċenzji |
||
16.1 |
Data tal-ewwel ħruġ |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
17 |
Data tal-iskadenza |
||
17.1 |
Data tal-iskadenza (u tat-tiġdid formali mistenni) |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
18 |
Aġġornament(i) (Diversi reġistri huma possibbli) |
||
18.1 |
Id-data tal-aġġornament |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
18.2 |
Raġuni għall-aġġornament |
Test |
Obbligatorja |
19 |
L-emenda/i (Diversi reġistri huma possibbli) |
||
19.1 |
Id-data tal-emenda |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
19.2 |
Raġuni tal-emenda |
Test |
Obbligatorja |
20 |
Sospensjoni(jiet) (Diversi reġistri huma possibbli) |
||
20.1 |
It-tul tal-perjodu ta’ sospensjoni |
Minn (data) sa (data) |
Obbligatorja |
20.2 |
Ir-raġuni għas-sospensjoni |
Test |
Obbligatorja |
21 |
Irtirar (Diversi reġistri huma possibbli) |
||
21.1 |
Data ta’ rtirar |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
21.2 |
Ir-raġuni għall-irtirar |
Test |
Obbligatorja |
22 |
Liċenzja rrappurtata mitlufa |
||
22.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
22.2 |
Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
23 |
Liċenzja rrappurtata misruqa |
||
23.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
23.2 |
Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
24 |
Liċenzja rrappurtata distrutta |
||
24.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
24.2 |
Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
Taqsima 4: Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ liċenzja u r-riżultati ta’ kontrolli perjodiċi
25 |
Edukazzjoni |
|||||||||||||
25.1 |
Rekwiżit bażiku |
L-ogħla livell ta’ ċertifikazzjoni miksub |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
26 |
Saħħa fiżika |
|||||||||||||
26.1 |
Rekwiżit bażiku |
Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fid-Direttiva 2007/59/KE, Anness II (it-Taqsimiet 1.1, 1.2, 1.3 u 2.1) |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
26.2 |
Data tal-kontroll |
|
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
26.3 |
Kontroll perjodiku sussegwenti |
Konfermat/mhux konfermat |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
26.4 |
(diversi reġistri possibbli) |
Data tal-aħħar kontroll |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
26.5 |
Il-kontroll li jmiss |
Data tal-kontroll mistenni formalment |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
26.6 |
Noti |
Noti li jridu jiġu speċifikati:
|
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
27 |
Saħħa psikoloġika fuq il-post tax-xogħol |
|||||||||||||
27.1 |
Rekwiżit bażiku |
Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fl-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE (it-Taqsima 2.2) |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
27.2 |
Data tal-kontroll |
|
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
27.3 |
Il-kontroll(i) li jmiss |
Jekk ikun meħtieġ biss (diversi reġistri possibbli) |
Dikjarazzjoni |
Obbligatorja |
||||||||||
27.4 |
|
Data ta’ kwalunkwe kontroll sussegwenti |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
28 |
Għarfien professjonali ġenerali |
|||||||||||||
28.1 |
Rekwiżit bażiku |
Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fl-Anness IV għad-Direttiva 2007/59/KE |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||
28.2 |
Data tal-kontroll |
|
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||
28.3 |
Kontroll sussegwenti |
(jekk meħtieġ fuq livell nazzjonali biss) |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
4. Drittijiet tal-aċċess
L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fis-NLR għandha tingħata lill-partijiet interessati li ġejjin għall-finijiet li ġejjin:
— |
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, fuq talba rraġunata, sabiex
|
— |
lill-Aġenzija, fuq talba rraġunata, sabiex tevalwa l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieq tal-ferrovija skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2007/59/KE, b’mod partikolari rigward l-interkonnessjoni tar-reġistri; |
— |
lil min iħaddem is-sewwieqa, sabiex jikkonsulta l-istatus tal-liċenzji skont l-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
— |
lill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, li jħaddmu jew iħaddmu b’kuntratt is-sewwieqa tal-ferroviji, sabiex jikkonsultaw l-istatus tal-liċenzji, skont l-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
— |
lis-sewwieqa tal-ferroviji, fuq talba, sabiex jikkonsultaw id-dejta li tikkonċernahom; |
— |
lill-entitajiet investigattivi stabbiliti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE, sabiex jinvestigaw l-inċidenti, b’mod partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 20(2)(e) u (g) ta’ dik id-Direttiva. |
5. Skambju tad-dejta
L-aċċess għad-dejta rilevanti għandu jingħata fuq talba formali. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi d-dejta, mingħajr dewmien, b’mod li tiżgura trażmissjoni sikura tal-informazzjoni u protezzjoni tad-dejta personali.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joffru faċilitajiet biex wieħed jidħol fis-sit tal-Internet tagħhom lil kull min għandu drittijiet tal-aċċess, sakemm jiżguraw li jiġu ċċekkjati r-raġunijiet għat-talbiet.
6. It-tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta
Id-dejta kollha fl-NLR għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin mid-data ta’ tmiem il-validità tal-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji. Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi s-sewwieq, id-dejta relatata mas-sewwieq għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.
Kwalunkwe tibdil fis-NLR għandu jiġi rreġistrat.
ANNESS II
PARAMETRI BAŻIĊI GĦAR-REĠISTRI TAĊ-ĊERTIFIKATI KOMPLEMENTARI TAS-SEWWIEQA TAL-FERROVIJI
1. Parametri bażiċi
Il-parametri bażiċi għar-reġistri taċ-ċertifikati komplementari (CCR), stabbiliti skont l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, huma:
— |
Dejta li għandha tinġabar (il-Kapitolu 2) |
— |
Format tad-dejta (il-Kapitolu 3) |
— |
Drittijiet tal-aċċess (il-Kapitolu 4) |
— |
Skambju tad-dejta (il-Kapitolu 5) |
— |
Tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta (il-Kapitolu 6) |
— |
Proċeduri f’każ ta’ falliment (il-Kapitolu 7) |
2. Dejta li għandha tinġabar
Is-CCRs għandu jkollhom erba’ taqsimiet.
It-Taqsima 1 għandu jkollha informazzjoni dwar l-istat attwali tal-liċenzja li jkollu s-sewwieq tal-ferrovija.
It-Taqsima 2 għandu jkollha informazzjoni dwar iċ-ċertifikat komplemetari maħruġ, kif elenkat fl-Anness I, it-Taqsima 3, għad-Direttiva 2007/59/KE.
It-Taqsima 3 għandu jkollha informazzjoni storika dwar iċ-ċertifikat komplemetari.
It-Taqsima 4 għandu jkollha informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi u l-kontrolli inizjali biex jippermettu li jinħareġ ċertifikat komplementari u dwar il-kontrolli sussegwenti li jridu jiġu rreġistrati biex jippermettu li ċ-ċertifikat jibqa’ validu.
Id-dejta li għandha tinġabar hija stabbilita fit-tabella fil-Kapitolu 3.
Fit-Taqsima 2 għandha tingħata informazzjoni dwar l-għarfien attwali fuq il-vetturi ferrovjarji, għarfien tal-infrastruttura u għarfien lingwistiku evalwat skont il-parti rilevanti tad-Direttiva 2007/59/KE. Dik it-taqsima għandha tinkludi d-data tal-kontrolli mistennija li jmiss. Mid-data tal-kontrolli sussegwenti jibda l-“istat attwali” l-ġdid, u l-informazzjoni preċedenti titpoġġa fit-Taqsima 4, li fiha l-informazzjoni storika.
3. Format tad-dejta
Il-lista li ġejja turi l-format tad-dejta tas-CCR.
Il-lista hija stabbilita kif ġej:
Nru |
Informazzjoni li għandha tidher |
||
Werrej |
Format |
L-istat tar-rekwiżit |
Taqsima 1: Referenza għal-liċenzja
1 |
In-numru tal-liċenzja |
||||||||
1.1 |
In-numru tal-liċenzja li jagħti aċċess għad-dejta fir-reġistru nazzjonali |
EIN (12-il ċifra) |
Obbligatorja |
||||||
2 |
L-istat attwali tal-liċenzja |
||||||||
2.1 |
Evidenza tal-istat attwali tal-liċenzja
|
test |
Mhux obbligatorju |
Taqsima 2: L-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat komplementari attwali maħruġ, kif elenkat fl-Anness I, it-Taqsima 3, għad-Direttiva 2007/59/KE
3 |
Kunjom(ijiet) id-detentur (l-istess bħal tal-liċenzja) |
|||
3.1 |
Kunjom(ijiet) imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn kunjom wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali |
test |
Obbligatorja |
|
4 |
Isem/ismijiet id-detentur (l-istess bħal tal-liċenzja) |
|||
4.1 |
Isem/ismijiet imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn isem wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali |
test |
Obbligatorja |
|
5 |
Data tat-twelid tad-detentur |
|||
5.1 |
Data tat-twelid tad-detentur |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
6 |
Post tat-twelid tad-detentur |
|||
6.1 |
Post tat-twelid tad-detentur |
test |
Obbligatorja |
|
7 |
Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat |
|||
7.1 |
Data attwali tal-ħruġ taċ-ċertifikat |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
8 |
Data tal-iskadenza taċ-ċertifikat |
|||
8.1 |
Id-data tal-iskadenza formali mistennija taċ-ċertifikat, għandha tiġi stabbilita mill-kumpanija u inkluża fil-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE. |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
9 |
Isem l-entità li toħroġ il-liċenzja |
|||
9.1 |
Isem l-entità li toħroġ iċ-ċertifikat (l-impriża ferrovjarji, l-amministratur tal-infrastruttura, oħrajn) |
Test |
Obbligatorja |
|
10 |
In-numru ta’ referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu |
|||
10.1 |
Referenza tal-kumpanija għas-sewwieq tal-ferrovija |
Test |
Mhux obbligatorju |
|
11 |
Ritratt tad-detentur |
|||
11.1 |
Ritratt |
Oriġinali jew skenjat elettronikament |
Obbligatorja |
|
12 |
Firma tad-detentur |
|||
12.1 |
Firma |
Oriġinali/Fotokopja/Skenjata elettronikament |
Obbligatorja |
|
13 |
Post tar-residenza permanenti jew l-indirizz postali tad-detentur |
|||
13.1 |
Indirizz tad-detentur |
Triq u numru |
Test |
Mhux obbligatorju |
13.2 |
Belt |
Test |
Mhux obbligatorju |
|
13.3 |
Pajjiż |
Test |
Mhux obbligatorju |
|
13.4 |
Kodiċi postali |
Kodiċi Alfa-numerika |
Mhux obbligatorju |
|
13.5 |
Numru tat-telefown |
|
|
|
13.6 |
Indirizz elettroniku |
|
|
|
14 |
L-indirizz tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-infrastruttura li għalihom is-sewwieq huwa awtorizzat isuq |
|||
14.1 |
Indirizz tal-RU/IM |
Triq u numru |
Test |
Obbligatorja |
14.2 |
Belt |
Test |
Obbligatorja |
|
14.3 |
Pajjiż |
Test |
Obbligatorja |
|
14.4 |
Kodiċi postali |
Kodiċi Alfa-numerika |
Obbligatorja |
|
14.5 |
Persuna ta’ kuntatt |
Test |
Mhux obbligatorju |
|
14.6 |
Numru tat-telefown |
test |
Obbligatorja |
|
14.7 |
Numru tal-feks |
test |
Obbligatorja |
|
14.8 |
Indirizz elettroniku |
test |
Obbligatorja |
|
15 |
Il-kategorija li fiha s-sewwieq huwa awtorizzat isuq |
|||
15.1 |
Il-kodiċi rilevanti |
Test |
Obbligatorja |
|
16 |
Il-vetturi ferrovjarji li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq |
|||
16.1 |
(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut) |
Test |
Obbligatorja |
|
16.2 |
Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
17 |
L-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fiha |
|||
17.1 |
(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut) |
Test |
Obbligatorja |
|
17.2 |
Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
18 |
Ħiliet lingwistiċi |
|||
18.1 |
(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut) |
Test |
Obbligatorja |
|
18.2 |
Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
|
19 |
Informazzjoni addizzjonali |
|||
19.1 |
(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut) |
Test |
Obbligatorja |
|
20 |
Restrizzjonijiet addizzjonali |
|||
20.1 |
(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut) |
Test |
Obbligatorja |
Taqsima 3: Reġistri storiċi dwar l-istat taċ-ċertifikat komplemetari
21 |
Id-data tal-ewwel ħarġa |
||||||||||||||
21.1 |
Id-data tal-ewwel ħruġ taċ-ċertifikat |
SSSS-XX-JJ |
Mhux obbligatorju |
||||||||||||
22 |
Aġġornament(i) (Diversi reġistri huma possibbli) |
||||||||||||||
22.1 |
Id-data tal-aġġornament |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
22.2 |
Id-dettalji tal-aġġornament u r-raġuni għall-aġġornament (tiswija ta’ dejta waħda jew iktar imniżżla fiċ-ċertifikat komplementari. eż. l-indirizz personali tas-sewwieq) |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||||
23 |
L-emenda/i (Diversi reġistri huma possibbli) |
||||||||||||||
23.1 |
Id-data tal-emenda |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
|
Ir-raġuni għall-emendi, li jirreferu għal partiijiet speċifiċi taċ-ċertifikat:
|
Test |
Obbligatorja |
||||||||||||
24 |
Sospensjoni(jiet) (Diversi reġistri huma possibbli) |
||||||||||||||
24.1 |
It-tul tal-perjodu ta’ sospensjoni |
Minn (data) sa (data) |
Obbligatorja |
||||||||||||
24.2 |
Ir-raġuni għas-sospensjoni |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||||
25 |
Irtirar (Diversi reġistri huma possibbli) |
||||||||||||||
25.1 |
Data ta’ rtirar |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
25.2 |
Ir-raġuni għall-irtirar |
Test |
Obbligatorja |
||||||||||||
26 |
Ċertifikat irrappurtat mitluf |
||||||||||||||
26.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
26.2 |
Jekk iva, id-data tal-kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
27 |
Ċertifikat irrappurtat mitluf |
||||||||||||||
27.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
27.2 |
Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
28 |
Ċertifikat irrappurtat distrutt |
||||||||||||||
28.1 |
Id-data tal-komunikazzjoni |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
||||||||||||
28.2 |
Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
Taqsima 4: Reġistri storiċi marbuta mar-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ ċertifikat komplemetari u r-riżultati ta’ kontrolli perjodiċi
29 |
Kompetenza lingwistika |
|||
29.1 |
Rekwiżit bażiku |
Il-lingwa/i proċedurali li għaliha/om inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI(8) għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati |
Test |
Obbligatorja |
29.2 |
Kontroll perjodiku |
Id-data tal-għarfien ċertifikat (eżami mgħoddi) għal kull lingwa Diversi reġistri huma possibbli. |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
30 |
L-għarfien tal-vetturi ferrovjarji |
|||
30.1 |
Rekwiżit bażiku |
Il-vetturi ferrovjarji li għalihom inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness V għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati |
Test |
Obbligatorja |
30.2 |
Kontroll perjodiku |
Id-data tal-kontroll perjodiku (għarfien ċertifikat) Diversi reġistri huma possibbli. |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
31 |
Għarfien infrastrutturali |
|||
31.1 |
Rekwiżit bażiku |
L-infrastruttura li għaliha inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati |
Test |
Obbligatorja |
31.2 |
Kontroll perjodiku |
Id-data tal-kontroll perjodiku (għarfien ċertifikat). Diversi reġistri huma possibbli. |
SSSS-XX-JJ |
Obbligatorja |
4. Drittijiet tal-aċċess
L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fis-CCR għandha tingħata lill-partijiet interessati li ġejjin għall-finijiet li ġejjin:
— |
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 22(2)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
— |
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jaħdmu l-impriża ferrovrarja jew l-amministratur tal-infrastruttura, jew fejn is-sewwieq huwa awtorizzat li jsuq fuq mill-inqas linja waħda tan-netwerk:
|
— |
lis-sewwieqa tal-ferroviji, għad-dejta li tikkonċernhom, skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2007/59/KE; |
— |
lill-entitajiet investigattivi stabbiliti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE, sabiex jinvestigaw l-inċidenti, b’mod partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 20(2)(e) u (g) ta’ dik id-Direttiva. |
Il-kumpaniji għandhom ikunu ħielsa li jagħtu aċċess lil utenti oħra, soġġetti għall-protezzjoni tad-dejta personali.
5. Skambju tad-dejta
Skont id-Direttiva 2007/59/KE, għandu jingħata aċċess għad-dejta rilevanti:
(a) |
lill-awtoritajiet kompetenti fejn ikunu domiċiljati l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura, skont l-Artikolu 22(2)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE, |
(b) |
lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fuq talba, skont l-Artikolu 22(2)(c) tad-Direttiva 2007/59/KE, |
(ċ) |
lis-sewwieqa, fuq talba, skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2007/59/KE. |
L-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-infrastruttura jew l-entità delegata għandhom jipprovdu d-dejta, mingħajr dewmien, b’mod li jiżguraw t-trażmissjoni sikura tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali.
L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu joffru faċilitajiet biex wieħed jidħol fis-sit tal-Internet tagħhom lil kull min għandu drittijiet tal-aċċess, sakemm jiżguraw li jiġu ċċekkjati r-raġunijiet għat-talbiet.
6. It-tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta
Id-dejta kollha fis-CCR għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin mill-aħħar skadenza msemmija fiċ-ċertifikat.
Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi s-sewwieq, id-dejta relatata mas-sewwieq għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.
Kwalunkwe tibdil fis-CCR għandu jiġi rreġistrat.
7. Il-proċedura f’każ ta’ falliment
Jekk impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura jfallu, il-kumpanija l-ġdida li tieħu t-tħaddim tas-servizz f’idejha għandha tkun responsabbli għad-dejta li tinsab fir-reġistru taċ-ċertifikati komplementari.
L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura għandha tkun l-arkivju tad-dejta li tinsab fir-reġistru taċ-ċertifikati komplementari jekk l-attività ma tittiħidx minn kumpanija oħra.
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2009
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9427)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/18/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u partikolarment it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistabbilixxi li kriterji speċifiċi għal ekotikketta, ippreparati fuq il-bażi tal-kriterji fl-abbozzati mill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
(2) |
Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ għandu jinkludi kisi abbażi ta’ injam u pjanti: li jinkludi kisi tal-injam, art laminata, kisi tas-sufra u art tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 90 % fil-massa (fil-prodott finali), minn injam, trab tal-injam u/jew materjal abbażi ta’ injam/pjanti. Dan ma japplikax għal kisi tal-ħajt, fejn hu indikat sew, jew kisi għall-użu estern jew għal kisi b’funzjoni strutturali.
Dan il-grupp ta’ prodotti mhux se jinkludi kisi ttrattat bi prodotti bijoċidali fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, ħlief fejn dawk il-prodotti bijoċidali huma inklużi fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u fejn is-sustanza attiva hija awtorizzata għall-użu konċernat skont l-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.
Artikolu 2
Sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, kisi tal-injam tal-art irid jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Għal skopijiet ta’ amministrazzjoni, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art” għandu jkun “35”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.
(2) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Dawn il-kriterji jimmiraw partikolarment biex jippromwovu:
— |
it-tnaqqis ta’ impatti fuq il-ħabitati u riżorsi assoċjati, |
— |
it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, |
— |
it-tnaqqis ta’ ħruġ ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent, |
— |
it-tnaqqis tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti lesti, |
— |
is-sikurezza u n-nuqqas ta’ riskju għas-saħħa fl-ambjent tal-għajxien, |
— |
informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur li juża l-prodott b’mod effiċjenti li jnaqqas l-impatt ambjentali globali. |
Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-kisi li huwa prodott b’impatt ambjentali baxx.
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.
Dan il-grupp ta’ prodotti jinkludi “Kisi tal-injam”, “Art laminata”, “Kisi tas-sufra” u “Art tal-bambù”;
Kisi tal-injam huwa “art tal-injam jew kisi tal-ħajt magħmul minn biċċa solida ta’ injam li għandha l-ġnub b’ħanek jew magħmula minn diversi folji ta’ injam inkullati flimkien f’pannell b’ħafna saffi. Kisi tal-injam jista’ jkun mhux lest, u ladarba jiġi installat jiġi xkatlat, u wara jitlesta fuq is-sit jew jitlesta minn qabel f’fabbrika.”
Il-kriterji għall-kisi tal-injam jistgħu japplikaw kemm għal kisi tal-ħajt u kemm għal kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u tal-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti għall-użu intern biss.
L-industrija li tipproduċi kisi tal-injam tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 112.
Art laminata hija “kisi riġidu tal-art b’saff tal-wiċċ li jikkonsisti f’saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), mimli bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew mgħaqqda fuq sustrat, normalment jitlesta b’dahar”.
Il-kriterji għall-kisi tal-laminat jistgħu jiġu applikati biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.
L-industrija li tipproduċi kisi laminat tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 134.
Kisi tas-sufra huwa kisi tal-art jew tal-ħajt li l-komponent prinċipali tiegħu hu s-sufra. Is-sufra mrammla hija mħallta ma’ preparazzjonijiet li jgħaqqdu, u wara jitnixxfu jew diversi saffi ta’ sufra (agglomerat/fuljetta) huma ppressati flimkien bil-kolla.
Il-kisi tas-sufra jista’ jkun maqsum f’madum ta’ Sufra Naturali (li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra b’kompiżizzjoni agglomerata, maħsub biex jingħata finitura) u f’pannelli ta’ Engineered Cork (li jikkonsisti f’saffi diversi li jinkludu fajberbord li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra agglomerata jew għandu s-sufra bħala soluzzjoni teknika, maħsub biex jintuża b’saff ta’ finitura tal-użu).
Il-kriterji għall-kisi tas-sufra jistgħu japplikaw kemm għall-kisi tal-ħajt u kemm għall-kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u l-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti biss għall-użu fuq ġewwa biss.
L-industrija Ewropea tal-kisi tal-“sufra” tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC134.
Kisi tal-bambù tal-art huwa magħmul minn bambù f’biċċiet solidi jew f’agglomerati bħala komponent prinċipali.
Kriterji għall-kisi tal-bambù jistgħu japplikaw biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.
L-unità funzjonali, li għaliha għandhom jiġu relatati d-dħul u l-ħruġ, hija ta’ 1m2 ta’ prodott lest.
Fejn huwa xieraq, metodi tal-ittestjar oħra li mhumiex dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-Korp Kompetenti li qed jivvaluta l-applikazzjoni.
Fejn ikun possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji akkreditati kif xieraq jew laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ddikjarati fl-istandard EN ISO 17025.
Fejn huwa xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
KRITERJI GĦALL-KISI TAL-INJAM TAL-ART
1. MATERJA PRIMA
Is-sufra, il-bambù u l-injam verġni kollha għandhom joriġinaw minn foresti b’ġestjoni, sabiex jiġu implimentati l-prinċipji u l-miżuri maħsuba biex jiċċertifikaw il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
1.1. Ġestjoni sostenibbli tal-foresti
Il-produttur għandu jkollu politika ta’ akkwist sostenibbli ta’ injam u sistema biex jittraċċa u jivverifika l-oriġini tal-injam u jsegwih minn mindu jkun għadu fil-foresti sa ma jasal fl-ewwel punt ta’ riċeviment.
L-oriġini tal-injam kollu għandha tkun dokumentata. Il-produttur irid jiżgura li l-injam kollu ġej minn sorsi legali. L-injam ma għandux jiġi minn żoni protetti jew żoni li qegħdin fil-proċess uffiċjali sabiex jiġu protetti, foresti li ilhom jikbru ħafna u foresti b’valur ta’ konservazzjoni għoli ħafna definiti fil-proċessi nazzjonali tal-partijiet interessati sakemm ma jkunx ċar li x-xiri, li sar skont ir-regolamenti tal-konservazzjoni nazzjonali.
— |
Sat-30 ta’ Ġunju 2011, għal prodotti tal-injam li jitpoġġew fis-suq bl-Ekotikketta, talanqas 50 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 20 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea (1) [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati. |
— |
Mill-1 ta’ Lulju 2011, sal-31 ta’ Diċembru 2012 għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 60 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 30 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati |
— |
Mill-1 ta’ Jannar 2013, għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 70 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 40 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati |
Biex jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, l-applikant għandu juri li kull wieħed mill-prodotti tal-injam li għandhom Ekotikketta, meta jiġu introdotti fis-suq wara d-dati murija fil-kriterju ser jilħqu l-livell xieraq ta’ injam ċertifikat. Jekk dan ma jistax jintwera, il-korp kompetenti għandu joħroġ biss il-liċenzja tal-Ekotikketta għall-perjodu li għalih tista’ tintwera l-konformità. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa mill-fornitur tal-injam fejn jindika t-tipi, l-kwantitajiet u l-oriġini eżatta tal-injam użat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art. L-applikant għandu jipprovdi ċertifikat(i) xieraq/xierqa li juri(u) li l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tissodisfa kif suppost ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali].
Materjal b’bażi ta’ injam tfisser materjal magħmul billi jitwaħħlu flimkien permezz ta’ sustanzi adeżivi u/jew kolla, wieħed jew aktar minn dawn il-materjali: fibri tal-injam, u/jew folji tal-injam bil-qoxra mneħħija jew imqaxxra, u/jew fdalijiet ta’ injam minn foresti, kultivazzjonijiet, injam maqtugħ, fdalijiet mill-industrija tal-polpa/karta, u/jew injam riċiklat. Materjali b’bażi ta’ injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b’densità medja, ċippbord, OSB (Oriented Strand Board), plajwud, u pannelli ta’ injam solidu. It-terminu “materjal b’bażi ta’ injam” jirreferi wkoll għal materjali komposti magħmula minn pannelli abbażi ta’ injam miksija bi plastik, jew plastik laminat, jew metalli, jew materjali oħra tal-kisi u pannelli abbażi tal-injam lesti/semimanifatturati.
1.2. Materjali minn injam u pjanti riċiklati (għal art laminata u kisi tal-injam b’diversi saffi)
Injam post consumer, laqx jew fibri applikati matul il-produzzjoni ta’ materjali b’bażi tal-injam (input), għandu talanqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet fl-istandard tal-Industrija EPF, kif rapportat fil-paragrafu 6 tad-dokument “Standard EPF għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta’ injam riċiklat” tal-24 ta’ Ottubru 2002.
L-ammont totali ta’ materjal riċiklat għandu jikkonforma mal-limiti indikati fit-tabella t’hawn taħt:
Elementi u komposti |
Valuri tal-limitu (mg/kg ta’ pannell totali xott) |
Arseniku |
25 |
Kadmju |
50 |
Kromju |
25 |
Ram |
40 |
Ċomb |
90 |
Merkurju |
25 |
Florina |
100 |
Kloru |
1 000 |
Pentachlorophenol (PCP) |
5 |
Żjut tal-qatran (benzo(a)pyrene) |
0,5 |
Għandha tingħata dikjarazzjoni li l-injam riċiklat jew materjali tal-pjanti jikkonformaw mal-valuri tal-limitu kif stabbiliti fit-test. Jekk jista’ jkun ippruvat li s-sustanzi indikati ma ntużaw fl-ebda preparazzjoni jew trattament preċedenti, l-applikazzjoni tat-test biex tintwera l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi evitata.
1.3. Sustanzi tal-mili u preservanti
Art tal-injam ma għandhiex tkun mimlija b’xi sustanzi.
Injam solidu, wara l-qtugħ, ma għandux ikun ittrattat b’sustanzi jew preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma inklużi f’xi waħda minn dawn il-listi:
— |
Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1a (estremament perikoluż), |
— |
Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1b (perikoluż ħafna). |
Barra minn dan, it-trattament tal-injam għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (3).
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li turi l-konformità ma’ dan il-kriterju, lista ta’ sustanzi li ġew użati u dokument ta’ informazzjoni għal kull waħda minnhom.
1.4. Injam modifikat ġenetikament
Il-prodott ma għandux ikun fih injam OMĠ.
l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntuża l-ebda injam OMĠ.
2. UŻU TA’ SUSTANZI PERIKOLUŻI
2.1. Sustanzi perikolużi għat-trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti
(a) |
L-ebda sustanza jew preparazzjoni li ngħataw, jew li jistgħu jingħataw fil-ħin tal-applikazzjoni, kwalunkwe waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom) ma jistgħu jiġu miżjuda mal-prodott tal-injam:
kif inhu stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 (id-Direttiva Dwar is-Sustanzi Perikolużi) rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi (4), u l-emendi sussegwenti tagħha, u b’kunsiderazzjoni għad-Direttiva 1999/45/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi). Alternattivament, il-klassifikazzjoni tista’ titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiġi miżjuda mal-materja prima li fiha, jew li tista’ tingħata fil-ħin tal-applikazzjoni kwalunkwe minn dawn id-dikjarazjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom): H300, H301, H310, H311, H317 H330, H331, H334, H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341, H370, H372. |
(b) |
Il-prodott ma għandux ikun fih aġenti aloġenati organiċi li jgħaqqdu, azidirin u polyaziridins kif ukoll pigmenti u addittivi bbażati fuq:
|
2.2. Sustanzi perikolużi fil-kisi u t-trattamenti tal-wiċċ
Rekwiżiti ġeneriċi
(a) |
Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u ta’ pjanti għandu japplika wkoll għall-kisi u trattamenti tal-wiċċ. |
(b) |
Sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent mill-manifattur/fornitur kimiku skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-UE (it-28 Emenda għad-Direttiva 67/548/KEE) għandhom jikkonformaw ma’ dawn iż-żewġ limiti li ġejjin:
L-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti li jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni, li jinkludu:
Il-gradi standard ta’ effettività li ġejjin huma użati sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-prodott għat-trattament tal-wiċċ u tal-kwantità applikata: Apparat li jisprejja mingħajr riċiklaġġ 50 %, apparat li jisprejja b’riċiklaġġ 70 %, sprejjar elettrostatiku 65 %, sprejjar, qanpiena/diska 80 %, kisi bir-romblu 95 %, kisi komplut 95 %, kisi bil-vakwu 95 %, tgħaddis 95 %, tlaħliħ 95 %. |
(c) |
Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi prodotti jew preparazzjonijiet użati fil-pannelli ma għandux jeċċedi ż-0,3 % fil-piż. Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi preparazzjonijiet li jgħaqqdu, sustanzi adeżivi u kolla għal pannelli tal-plajwud jew pannelli tal-injam laminat ma għandux jeċċedi ż-0.5 % fil-piż. l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma rispettati. Għall-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa. |
Sustanzi Adeżivi
(a) |
Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi adeżivi. l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma sodisfatti. Għal kull prodott kimiku użat fl-immuntar tal-prodott, għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa. Rapporti tal-ittestjar jew dikjarazzjoni mill-fornitur għandhom jiġu ppreżentati għall-kontenut ta’ formaldehyde liberu. |
(b) |
Il-kontenut tal-VOC tas-sustanzi adeżivi użati fl-immuntar tal-prodott ma għandux jeċċedi l-10 % fil-piż (w/w). dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-applikant fejn jindika s-sustanzi adeżivi kollha użati fl-immuntar tal-prodott, kif ukoll il-konformità ma’ dan il-kriterju. |
Formaldehyde
Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għal trattament tal-wiċċ li jilliberaw formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05ppm.
l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jipprovdi Dokument ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Materjal jew dikjarazzjoni ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-formulazzjoni tat-trattament tal-wiċċ.
Plastiċizzanti
Ir-rekwiżiti ta’ parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti għandhom japplikaw ukoll għal xi ftalati użati fil-proċess tal-manifattura.
Barra minn dan, DNOP (ftalat di-n-octyl), DINP (ftalat di-isononyl), DIDP ((ftalat di-isodecyl) mhumiex permessi fil-prodott.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
Bijoċidi
Huma biss il-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi bijoċidali inklużi fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE, u awtorizzati għall-użu f’kisi tal-art, li huma permessi għall-użu.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan il-kriterju ġew sodisfatti, flimkien ma’ lista ta’ prodotti bijoċidali użati.
3. IL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI
3.1. Konsum tal-enerġija
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat bħall-enerġija tal-ipproċessar użata għall-produzzjoni tal-kisi.
L-enerġija tal-ipproċessar, ikkalkulata kif indikat fl-Appendiċi Tekniku, għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (P = punt tal-iskor):
Familja tal-prodott |
Limitu (P) |
Art tal-injam u kisi tal-Bambù |
10,5 |
Kisi laminat tal-art |
12,5 |
Kisi tas-sufra |
9 |
l-applikant għandu jikkalkula l-konsum tal-Enerġija tal-proċess tal-produzzjoni skont l-istruzzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku, u jipprovdi r-riżultati relatati u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ.
3.2. Ġestjoni tal-iskart
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-proċeduri adottati għall-irkuprar ta’ prodotti sekondarji li joriġinaw mill-proċess. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
— |
it-tip u l-kwantità tal-iskart irkuprat, |
— |
it-tip tar-rimi, |
— |
informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid (internament jew esternament għall-proċess tal-produzzjoni) ta’ skart u materjali sekondarji fil-produzzjoni ta’ prodotti ġodda. |
l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq, pereżempju, dokumenti tal-bilanċ tal-massa u/jew sistemi ta’ rappurtaġġ ambjentali li juru r-rati tal-irkuprar miksuba kemm esternament jew internament, pereżempju, permezz ta’ riċiklaġġ, użu mill-ġdid jew reklamazzjoni/riġenerazzjoni.
4. IL-FAŻI TAL-UŻU
4.1. Ħruġ ta’ sustanzi perikolużi
Il-ħruġ ta’ formaldehyde mill-pannelli tas-sufra, bambù jew fibri tal-injam li jikkostitwixxu l-kisi ma għandux jaqbeż iż-0,05 mg/m3.
l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq test skont il-metodu ta’ chamber test skont il-metodu EN 717-1.
Komposti Organiċi Volatili (VOC)
Il-prodotti lesti ma għandhomx jeċċedu l-valuri ta’ emissjoni li ġejjin:
Sustanza |
Rekwiżit (wara 3 ijiem) |
Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma C6 – C16 (TVOC) |
0,25 mg/m3 arja |
Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma > C16 – C22 (TSVOC) |
0,03 mg/m3 arja |
Total VOC mingħajr LIC (*) |
0,05 mg/m3 arja |
L-applikant għandu jippreżenta ċertifikat tal-ittestjar skont it-testijiet tal-emissjoni prEN 15052 jew EN ISO 16000-9.
5. IMBALLAĠĠ
L-imballaġġ għandu jkun magħmul minn wieħed minn dawn li ġejjin:
— |
materjal li faċilment jiġi riċiklat, |
— |
materjali meħuda minn riżorsi rinovabbli, |
— |
materjali maħsuba biex jerġgħu jintużaw. |
Deskrizzjoni tal-imballaġġ tal-prodott għandha tingħata mal-applikazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
6. L-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU
Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu. Din l-evidenza tista’ tinkludi informazzjoni minn ISO, CEN jew metodi għall-ittestjar ekwivalenti xierqa, bħal proċeduri nazzjonali.
(8), prodott huwa meqjus bħala adegwat għall-użu jekk jikkonforma ma’ standard armonizzat, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata rikonoxxuta fuq livell Komunitarju. Il-marka tal-konformità tal-KE “KE” għall-prodotti tal-bini tipprovdi lill-produtturi b’attestazzjoni tal-konformità li tingħaraf faċilment u li tista’ titqies bħala suffiċjenti f’dan il-kuntest.
dettalji tal-proċeduri tat-test u r-riżultati għandhom jiġu ppreżentati, flimkien ma’ dikjarazzjoni li l-prodott huwa adegwat għall-użu bbażata fuq l-informazzjoni l-oħra kollha dwar l-aqwa applikazzjoni mill-utent aħħari. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE7. INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-użu propju, flimkien mal-aqwa użu ġenerali u tekniku tal-prodott, kif ukoll il-manutenzjoni tiegħu. Dan għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq il-pakkett u/jew fuq dokumentazzjoni li tingħata mal-prodott:
(a) |
informazzjoni li l-prodott ingħata Ekotikketta tal-UE flimkien ma’ spjegazzjoni qasira imma speċifika dwar din xi tfisser, apparti l-informazzjoni ġenerali mogħtija fil-kaxxa 2 tal-lowgo; |
(b) |
rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott. Din l-informazzjoni għandha tenfasizza l-istruzzjonijiet rilevanti kollha partikolarment dawk li jirreferu għall-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti. Kif inhu xieraq, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-użu tal-prodott f’kundizzjonijiet diffiċli, pereżempju l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja’, ir-reżistenza għall-kimiki, it-tħejjija meħtieġa tal-wiċċ ta’ taħt, l-istruzzjonijiet tat-tindif u t-tipi rrakkomandati ta’ aġenti tat-tindif u tal-intervalli tat-tindif. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll kwalunkwe indikazzjoni possibbli dwar it-tul potenzjali tal-ħajja mistennija tal-prodott f’termini tekniċi, jew bħala medja jew bħala firxa tal-valur; |
(c) |
indikazzjoni ta’ kif isir ir-riċiklaġġ jew ir-rimi (spjegazzjoni sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-prestazzjoni għolja possibbli tat-tali prodott); |
(d) |
informazzjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE u l-gruppi ta’ prodotti relatati magħha, inkluż it-test li ġej (jew l-ekwivalenti tiegħu): “għal iktar informazzjoni żur il-websajt tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”. |
l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.
8. INFORMAZZJONI LI TIDHER FUQ L-EKOTIKKETTA
Il-kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:
— |
foresti b’ġestjoni sostenibbli u b’impatt imnaqqas fuq il-ħabitat, |
— |
sustanza perikoluża ristretta, |
— |
proċess tal-produzzjoni li jiffranka l-enerġija, |
— |
riskju mnaqqas għas-saħħa fl-ambjent ħaj. |
(3) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(5) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(6) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(*) LCI = Lanqas Konċentrazzjoni ta’ Interess (Lowest Concentration of Interest); cf. “Proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa għal emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) minn prodotti tal-bini” (Aġenzija Ambjentali Federali).
(8) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.
Appendiċi tekniku għall-kisi b’bażi ta’ injam u pjanti
KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA
Il-konsum tal-enerġija huwa kkalkulat bħala medja annwali tal-enerġija kkunsmata matul il-proċess tal-produzzjoni (eskluż it-tisħin tal-post) mill-materja prima fi kwantità kbira sal-kisi lest. Dan ifisser, pereżempju, li l-kalkolu tal-enerġija għal prodotti b’bażi ta’ injam u pjanti għandu jitkejjel minn meta tidħol il-materja prima fil-fabbrika, sal-operazzjonijiet tat-tlestija, inkluż l-imballaġġ.
Il-kalkolu ma għandux jinkludi l-kontenut tal-enerġija tal-materja prima (jiġifieri: enerġija minn materja prima).
L-enerġija meħtieġa għall-manifattura ta’ sustanzi adeżivi u verniċ jew kisi ma għandhiex tiġi inkluża fil-kalkoli.
L-unità magħżula għall-kalkoli hija MJ/m2.
Il-konsum tal-elettriku jirreferi għal elettriku mixtri mingħand fornitur estern.
Jekk il-produttur għandu enerġija żejda li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità mibjugħa tista’ titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li filfatt jintuża fil-produzzjoni tal-kisi ta’ art li għandu jiġi inkluż fil-kalkoli.
Art tal-Injam Solidu u kisi tal-Bambù
Parametru ambjentali
A |
= |
Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%) |
B |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
C |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
D |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Art laminata
Parametru ambjentali
A |
= |
Sufra. Bambù jew Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%) |
B |
= |
Proporzjon ta’ materja prima tal-injam riċiklat (%) |
C |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
D |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
E |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Kisi tas-sufra
Parametru ambjentali
A |
= |
Proporzjon ta’ sufra riċiklata (%) |
B |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
C |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
D |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Il-kontenut tal-enerġija ta’ diversi fjuwils huwa mogħti fit-tabella li ġejja.
Tabella għall-kalkulazzjoni tal-konsum tal-fjuwil
Perjodu tal-produzzjoni – sena
Jiem:
Minn:
Sa:
Fjuwil |
Kwantità |
Unitajiet |
Fattur tal-konverżjoni |
Enerġija (MJ) |
Tiben (15 % W) |
|
kg |
14,5 |
|
Griebeb (7 % W) |
|
kg |
17,5 |
|
Skart tal-injam (20 % W) |
|
kg |
14,7 |
|
Laqx tal-injam (45 % W) |
|
kg |
9,4 |
|
Pit |
|
kg |
20 |
|
Gass naturali |
|
kg |
54,1 |
|
Gass naturali |
|
Nm3 |
38,8 |
|
Butan |
|
kg |
49,3 |
|
Pitrolju |
|
kg |
46,5 |
|
Petrol |
|
kg |
52,7 |
|
Diżil |
|
kg |
44,6 |
|
Nafta |
|
kg |
45,2 |
|
Żejt fjuwil tqil |
|
kg |
42,7 |
|
Faħam Xott tal-Fwar |
|
kg |
30,6 |
|
Antraċite |
|
kg |
29,7 |
|
Faħam tal-kannol |
|
kg |
33,7 |
|
Kokk industrijali |
|
kg |
27,9 |
|
Elettriku (mill-grilja) |
|
kWh |
3,6 |
|
Enerġija totali (MJ) |
|