ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.001.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 1

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
5ta' Jannar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1/2010 tal-4 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2/2010 tal-4 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 3/2010 tal-4 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1290/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2010

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/1/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tiġdid tal-mandat tal- Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda

8

 

 

2010/2/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10251)  ( 1 )

10

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

5.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1/2010

tal-4 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-5 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-4 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

45,8

TN

99,9

TR

86,1

ZZ

77,3

0707 00 05

EG

196,3

MA

80,6

TR

133,3

ZZ

136,7

0709 90 70

MA

31,0

TR

98,5

ZZ

64,8

0805 10 20

EG

57,9

MA

55,7

TR

55,5

ZZ

56,4

0805 20 10

MA

74,9

ZZ

74,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

53,3

IL

67,2

TR

76,3

US

75,0

ZZ

68,0

0805 50 10

TR

75,6

ZZ

75,6

0808 10 80

CA

101,1

CN

97,4

US

95,5

ZZ

98,0

0808 20 50

US

103,1

ZZ

103,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 2/2010

tal-4 ta’ Jannar 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-4 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 339, 22.12.2009, p. 32.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-5 ta’ Jannar 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

42,90

0,00

1701 11 90  (1)

42,90

2,03

1701 12 10  (1)

42,90

0,00

1701 12 90  (1)

42,90

1,74

1701 91 00  (2)

49,28

2,69

1701 99 10  (2)

49,28

0,00

1701 99 90  (2)

49,28

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


5.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 3/2010

tal-4 ta’ Jannar 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1290/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Jannar 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1290/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 1290/2009.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 1290/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-5 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-4 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 11.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-5 ta’ Jannar 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

2,44

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

38,56

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

18,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

18,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

38,56


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.12.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

150,20

109,83

Prezz FOB USA

135,93

125,93

105,93

98,22

Tariffa fuq il-Golf

8,71

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

7,46

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,39  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DEĊIŻJONIJIET

5.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Diċembru 2009

dwar it-tiġdid tal-mandat tal- Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda

(2010/1/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’Novembru tal-1991, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tinkorpora l-etika fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-politiki ta' żvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija tal-Komunità bit-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bioteknoloġija (GKIEB).

(2)

Fis-16 ta’ Diċembru 1997 il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-GKIEB bil-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Tekonoloġiji l-Ġodda (GEE) billi estendiet l-mandat tal-Grupp biex ikopri t-taqsimiet kollha tal-applikazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija.

(3)

Il-mandat tal-GEE b’portafoll kemxejn mibdul ġie mġedded b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2001 għal perjodu ta’ erba’ snin (C(2001) 691).

(4)

Il-mandat preżenti tal-GEE ġie deċiż fil-11 ta’ Mejju 2005 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE (1), u ġie estiż minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/757/KE (2).

(5)

Issa wasal iż-żmien sabiex jiġġedded il-mandat għal perjodu ta’ ħames snin u b’hekk jiġu appuntati l-membri ġodda; id-deċiżjoni preżenti, madanakollu, ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-Kummissjoni l-ġdida tirrevedi s-sustanza tal-mandat.

(6)

Id-deċiżjoni li ġejja għandha għaldaqstant tisostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/757/EC,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għaldaqstant tiddeċiedi li ġġedded il-mandat tal-Grupp Ewropew tal-Etika fix-Xjenza u t-Tekonoloġiji l-Ġodda (GEE) għal perjodu ta’ ħames snin.

Artikolu 2

Missjoni

L-inkarigu tal-GEE għandu jkun li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet etiċi li jirrigwardjaw ix-xjenzi u t-teknoloġiji l-ġodda, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu. Il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jidhrilhom li huma ta' importanza etika kbira. Il-Kummissjoni għandha, meta titlob l-Opinjoni tal-GEE, tiffissa terminu ta' skadenza li fih għandha tingħata l-Opinjoni.

Artikolu 3

Kompożizzjoni – Nomina – Ħatra

(1)   Il-membri tal-GEE jinħatru mill-President tal-Kummissjoni.

(2)   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

Il-membri jiġu nominati ad personam. Il-membri jservu f’kapaċità personali u jiġu mitluba jagħtu parir lill-Kummissjoni indipendentament minn kwalunkwe influwenza esterna. Il-GEE għandu jkun indipendenti, pluralist u multidixxiplinarju.

Il-GEE għandu jkollu sa 15-il membru.

Kull membru tal-GEE għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin. Tali ħatra tista’ tiġi mġedda għal żewġ perjodi ulterjuri.

L-identifikazzjoni u l-għażla tal-membri tal-GEE għandha ssir fuq il-bażi ta' sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta' interess. Applikazzjonijiet addizzjonali li jiġu riċevuti permezz ta’ kanali oħra se jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-proċedura tal-għażla.

Il-lista ta’ membri tal-GEE se tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati li huma adegwati li mhumiex membri nnominati għandhom jitpoġġew fuq lista ta' riserva.

Meta membru ma jkunx iktar kapaċi li jikkontribwixxi effiċjentement lejn ix-xogħol tal-grupp, jew jirreżenja, il-President jista’ jappunta membru sostitut mil-lista tar-riserva, għall-kumplament taż-żmien tal-mandat tal-membru oriġinali.

Artikolu 4

Il-Funzjonament

(1)   Il-membri tal-GEE għandhom jeleġu president u viċipresident minn fost il-membri għat-tul ta’ żmien tal-kariga.

(2)   Il-Programm ta’ Ħidma GEE inkluż reviżjonijiet etiċi bħal dawn issuġeriti fuq inizjattiva tal-GEE, għandu jiġi maqbul mill-President tal-Kummissjoni. L-Uffiċċju tal-Konsulenti dwar il-Politika Ewropea (BEPA) tal-Kummissjoni, li jaġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-president tal-GEE, għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-ħidma tal-GEE u s-Segretarjat tiegħu.

(3)   Is-sessjonijiet ta’ ħidma tal-GEE għandhom ikunu privati. Barra minn dawn is-sessjonijiet il-GEE jista’ jiddiskuti xogħlu mad-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati u jista’ jistieden rappreżentanti ta’ NGOs jew organizzazzjonijiet rappreżentattivi meta jkun xieraq għal skambju ta’ opinjonijiet. L-aġenda għal-laqgħat tal-GEE għandha tiġi distribwita lis-Servizzi tal-Kummissjoni relevanti.

(4)   Il-GEE normalment jiltaqgħu fis-sede tal-Lummissjoni skont il-modalitajiet u l-kalendarju ffissat mill-Kummissjoni. Il-GEE għandu jiltaqa’ mill-inqas sitt darbiet matul perjodu ta’ 12-il xahar u dan jinvolvi tnax-il jum ta' xogħol fis-sena. Il-membri huma mistennija li jattendu għal erba’ laqgħat fis-sena.

(5)   Għall-finijiet tal-preparazzjoni tal-Opinjonijiet tiegħu u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli għal din l-azzjoni, il-GEE:

jista’ jistieden esperti li għandhom kompetenza speċifika, biex jigwidaw u jinformaw il-ħidma tal-GEE jekk dan huwa meqjus utli u/jew neċessarju,

jista’ jibda studji sabiex jiġbor l-informazzjoni xjentifika u teknika neċessarja kollha,

jista’ jistabilixxi gruppi ta’ ħidma biex jikkonsidra kwistjonijiet speċifiċi,

għandu jorganizza Diskussjoni pubblika sabiex jiġi promoss d-djalogu u titjieb it-trasparenza għal kull Opinjoni li jipproduċi,

għandu jistabilixxi kuntatti mill-qrib mad-dipartimenti tal-Kummissjoni involuti fis-suġġett li jkun qed jaħdem fuqu l-Grupp,

jista’ jistabilixxi kuntatti aktar mill-qrib mar-rappreżentanti tal-korpi tal-etika varji fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi applikanti.

(6)   Kull Opinjoni għandha tiġi ppubblikata immedjatament wara l-adozzjoni tagħha. Meta Opinjoni ma tkunx adottata unanimament, għandha tinkludi kwalunkwe opinjoni li ma taqbilx. Meta jkun hemm rekwiżit operattiv għal parir li jkun irid jingħata aktar malajr dwar suġġett partikolari, Dikjarazzjonijiet qosra għandhom jiġu magħmula, li għandhom jiġu segwitu minn analiżijiet aktar sħaħ jekk ikun hemm bżonn, filwaqt li tiġi żgurata t-trasparenza bħal f’kull Opinjoni oħra. L-Opinjonijiet tal-GEE dejjem jirreferu għat-teknoloġija avvanzata fil-mument tal-ħruġ tal-Opinjoni. Il-GEE jista’ jiddeċiedi li jaġġorna l-Opinjonijiet jekk jikkunsidrah neċessarju.

(7)   Il-GEE għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

(8)   Rapport dwar l-attivitajiet tal-GEE għandu jiġi mlesti taħt ir-responsabbiltà tal-president qabel it-tmiem tat-terminu tal-kariga tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.

Artikolu 5

Spejjeż tal-laqgħa

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ żjarat għal-laqgħat tal-GEE għandhom jiġu koperti mill-Kummissjoni skont ir-regoli tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Dħul fis-Seħħ

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-nomina tal-membri ġodda tal-GEE. Se tisostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/757/KE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.

(2)  ĠU L 270, 15.10.2009, p. 18.


5.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Diċembru 2009

li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10251)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/2/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(13) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tipprovdi li l-irkant għandu jkun il-prinċipju ta’ bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

(2)

L-Unjoni tappoġġa ftehim internazzjonali ambizzjuż dwar it-tibdil fil-klima li għandu l-għan li jillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 2 °C. Jekk pajjiżi żviluppati oħra u entitajiet oħrajn li huma sorsijiet kbar ta’ gassijiet serra ma jipparteċipawx f’dan il-ftehim internazzjonali, dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’pajjiżi terzi fejn l-industrija ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet komparabbli tal-karbonju (“rilaxx tal-karbonju”), u jiżvaluta l-integrità ambjentali u l-benefiċċju tal-azzjonijiet li jsiru mill-Unjoni. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilaxx tal-karbonju, id-Direttiva 2003/87/KE tipprovdi li, suġġett għar-riżultat tan-negozjati internazzjonali, l-Unjoni għandha talloka bla ħlas 100 % tal-kwoti determinati skont il-miżura msemmija fl-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(3)

Sal-31 ta’ Diċembru 2009 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiddetermina lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, minn issa ‘l quddiem “lista ta’ setturi u subsetturi”, fuq il-bażi ta’ kriterji msemmija fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

Skont l-Artikolu 10a(14) tad-Direttiva 2003/87/KE, sabiex jiġu ddeterminati s-setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha tevalwa, fuq il-livell tal-Unjoni, safejn huwa possibbli għas-settur jew subsettur ikkonċernat, fuq il-livell rilevanti ta’ diżaggregazzjoni, li dan jgħaddi l-ispiża diretta tal-kwoti meħtieġa u l-ispejjeż indiretti minħabba prezzijiet ogħla tal-elettriku li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE lill-prezzijiet tal-prodott mingħajr telf sinifikanti għas-sehem mis-suq tal-istallazzjonijiet anqas effiċjenti fl-użu ta-karbonju barra l-Unjoni. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prezz medju tal-karbonju skont l-istima tal-Kummissjoni dwar l-impatt li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija li tiġġedded għall-2020 u, jekk tkun disponibbli, skont dejta dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għall-iktar tliet snin reċenti għal kull settur jew subsettur.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE, settur jew subsettur għandu jitqies li jkun espost għal riskju ta’ rilaxx tal-karbonju jekk it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva jwassal għal żieda sostanzjali fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjoni tal-valur gross miżjud, ta’ mill-inqas 5 %; kif ukoll l-intensità tal-kummerċ f’pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Unjoni (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 10 %. F’konformità mal-Artikolu 10a(16) tad-Direttiva 2003/87/KE, settur jew subsettur jitqies ukoll li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju jekk it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jwassal għal żieda partikolarment għolja fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala l-proporzjoni tal-valur gross miżjud, ta’ mill-inqas 30 %, jew jekk l-intensità tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Unjoni (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 30 %.

(6)

Sabiex tiġi stabbilita lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, ir-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju għandu jiġi vvalutat bħala punt tat-tluq, fuq livell ta’ 3 ċifri (livell NACE-3) jew, fejn ikun xieraq u fejn id-dejta hija disponibbli, fuq livell ta’ 4 ċifri (livell NACE-4). Is-setturi u s-subsetturi għandhom jiġu inklużi fuq il-lista ta’ setturi u subsetturi bl-użu tal-aktar deskrizzjoni NACE eżatta. Xi setturi li ma nstabx li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju fuq livell NACE-4 ġew diżaggregati u għadd ta’ subsetturi korrispondenti, li għalihom ċertu karatteristiċi wasslu għal impatt differenti b’mod sinifikanti mill-bqija tas-settur, ġew ivvalutati.

(7)

Inġabret informazzjoni meħtieġa sabiex issir id-determinazzjoni abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, kif kienet f’Diċembru 2008, minn Stati Membri, l-Eurostat, sorsi disponibbli kemm pubblikament kif ukoll kummerċjalment u assoċjazzjonijiet tal-industrija. L-informazzjoni li ma ngħatatx minn Stati Membri jew minn sorsi oħra uffiċjali ġiet verifikata. Ġiet użata wkoll dejta kunfidenzjali pproċessata mill-Eurostat.

(8)

Id-dejta misjuba fir-“Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet” (CITL), li l-attivitajiet tiegħu kienu fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE qabel l-emenda mid-Direttiva 2009/29/KE, hija kkunsidrata l-aktar stima eżatta, affidabbli u trasparenti tal-emissjonjiet tas-CO2 għas-setturi, u għalhekk intużat bħala s-sors prinċipali sabiex tkun ikkalkulata l-ispiża diretta tal-allokazzjoni għal dawk is-setturi.

(9)

Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-proċess ta’ attivitajiet ġodda u gassijiet serra inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2009/29/KE, għal xi setturi b’għadd sostanzjali ta’ stallazzjonijiet żgħar jew stallazzjonijiet li kienu esklużi fil-perjodi 2005-2007 u 2008-2012 mill-iskema tal-kummerċ tal-emissjonjiet, u li għalihom ma kien hemm l-ebda dejta disponibbli fis-CITL, jew fejn l-emissjonijiet ma setgħux jiġu attribwiti fuq livell NACE-4, id-dejta inġabret mill-Istati Membri u mill-inventajru tal-gassijiet serra tal-Unjoni għas-snin rilevanti. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsum tal-elettriku użat għall-kalkolu tal-ispiża indiretta minn prezzijiet ogħla tal-elettriku, ma hemmx dejta disponibbli mill-Eurostat u d-dejta miġbura direttament mill-Istati Membri tista’ tkun ikkunsidrata bħala l-aktar dejta affidabbli disponibbli. Rigward l-istima tal-valur miżjud gross, intużat dejta mill-Istatistiki Strutturali tan-Negozju tal-Eurostat peress li hija kkunsidrata bħala l-aktar sors preċiż. Id-dejta rappurtata minn Eurostat fid-database Comext dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi hija kkunsidrata bħala l-aktar dejta affidabbli dwar il-valuri totali ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll dwar il-fatturat fl-Unjoni.

(10)

Il-valutazzjonijiet issejsu fuq il-prezz medju tal-karbonju skont l-istima tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija rinnovabbli għall-2020 (3). Il-prezz tal-karbonju li rriżulta mill-aktar sitwazzjoni rilevanti inkluż il-krediti tal-Mekkaniżmu ta’ Implimentazzjoni Konġunta u l-Iżvilupp Nadif huwa ta’ EUR 30 kull tunnellata ta’ CO2 ekwivalenti.

(11)

Sabiex ikunu vvalutati l-ispejjeż addizzjonali diretti minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa meħtieġ li jitqies l-ammont tal-allokazzjonijiet li s-settur ikun meħtieġ jixtri jekk ma jitqiesx li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. F’konformità mal-Artikolu 10a(11) ta’ dik id-Direttiva l-ammont ta’ allokazzjonijiet mogħtija b’xejn lil setturi bħal dawn fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a(1) u dan l-ammont għandu jonqos kull sena bl-istess ammonti bir-riżultat ta’ 30 % tal-allokazzjoni b’xejn fl-2020 bil-ħsieb li sal-2027 jintlaħaq 0 % tal-allokazzjoni b’xejn. Il-punt tat-tluq għall-punti ta’ riferiment determinati skont l-Artikolu 10a(1) huwa l-prestazzjoni medja ta’ 10 % tal-istallazzjonijiet l-aktar effiċjenti fis-settur jew subsettur fl-Unjoni fis-snin 2007-2008 u dawn għandhom iqisu l-aktar tekniki, sostituti u proċessi ta’ produzzjoni alternattivi effikaċi.

(12)

Il-punti ta’ riferiment li għandhom jiġu determinati f’konformità mal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu adottati biss sal-aħħar tal-2010. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-ispejjeż diretti abbażi ta’ dawk il-punti ta’ riferiment tista’ titqies biss fl-okkażjoni tar-reviżjoni tal-lista tas-setturi u s-subsetturi. Għalhekk huwa meħtieġ li ssir stima tal-ammont ta’ allokazzjonijet li hemm bżonn li jingħataw b’xejn sabiex tiġi determinata l-lista ta’ setturi u subsetturi. Dawn l-istimi għandhom isiru fuq il-livell tal-Unjoni u għas-snin 2013 u 2014. L-aqwa stima, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni u li tirrifletti r-rekwiżiti stretti għall-punti ta’ riferiment u l-applikazzjoni ta’ fattur ta’ riduzzjoni lineari, hija li 75 % tal-allokazzjonijiet għal setturi li mhumiex esposti jeħtieġ li jinxtraw fl-2013 u fl-2014.

(13)

Il-valutazzjoni tal-ispiża indiretta ssejset fuq il-fattur medju ta’ emissjoni Komunitarju għall-elettriku ta’ 0,465 tunnellati ta’ CO2 kull MWh skont l-Analiżi bbażata fuq Mudell tal-Pakkett ta’ Politika tal-UE tal-2008 dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġiji Li Jiġġeddu (4) użati għall-valutazzjoni tal-impatt tal-Komunita li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-Komunità dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija rinnovabbli għall-2020. L-użu ta’ valur medju Komunitarju huwa xieraq għax huwa konsistenti mar-rekwiżit li ssir valutazzjoni fuq livell Komunitarju u peress li jirrifletti l-emissjonijiet attwali marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku fil-Komunità.

(14)

Skont l-Artikolu 10a(17) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tista’ tiġi supplimentata wara li titlesta evalwazzjoni kwalitattiva, fejn id-dejta rilevanti tkun disponibbli filwaqt li jitqies safejn ikun possibbli għal stallazzjonijiet individwali fis-settur jew subsettur ikkonċernat biex jitnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew tal-konsum tal-elettriku, inkluża kif xieraq, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni li l-investiment relatat jista’ jinvolvi, pereżempju abbażi tal-aktar tekniki effikaċi; il-karatteristiċi attwali u proġettati tas-suq, anke meta l-espożizzjoni għall-kummerċ jew ir-rati ta’ żidiet fl-ispejjeż diretti jew indiretti huma qrib wieħed mil-limiti; u l-marġini tal-profitt bħala indikatur potenzjali ta’ investiment fuq żmien twil jew deċiżjonijiet ta’ rilokazzjoni.

(15)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva fuq għadd ta’ setturi u subsetturi li ma tqisux li huma esposti għar-rilaxx tal-karbonju abbażi tal-kriterji kwantitattivi stipulati fil-paragrafi 14 u 15 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-valutazzjoni kwalitattiva kienet prinċipalment applikata għal setturi li ma kinux rappreżentati biżżejjed fil-valutazzjoni kwantitattiva, u għal setturi kkunsidrati bħala każijiet fit-tarf jew li għalihom ma kienx hemm statistika jew kienet ta’ kwalità ħażina, u li għalihom intalbet analiżi kwalitattiva mill-Istati Membri jew mir-rappreżentanti tal-industrija, abbażi ta’ raġunament plawżibbli u talbiet sostanzjati. Wara dik il-valutazzjoni, xi setturi analizzati għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. Is-setturi u s-subsetturi addizzjonali li żdiedu mal-lista huma speċifikati separatament fit-tielet taqsima tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(16)

Setturi u subsetturi oħra, li, bir-restrizzjonijiet ta’ żmien attwali, ma ġewx analizzati kompletament din id-darba jew li għalihom id-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta kienet limitata, bħall-manifattura ta’ briks u madum tas-saqaf, se jerġgħu jkunu evalwati mill-iktar fis possibli skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva u, soġġett għar-riżultat ta’ din l-analiżi, jiżdiedu mal-lista.

(17)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur tal-“L-aħħar trattament fuq id-drappijiet” (kodiċi NACE 1730), primarjament minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda dejta ta’ kummerċ uffiċjali disponibbli fuq livell Komunitarju sabiex tkun valutata l-intensità tal-kummerċ u minħabba li s-setturi tat-tessuti l-oħra kollha għandhom intensità għolja ta’ kummerċ. Il-valutazzjoni wriet żieda fil-pressjoni tal-kompetittività internazzjonali, tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni fil-Komunità f’dawn l-aħħar snin u marġini ta’ profitt negattivi jew modesti ħafna għas-snin evalwati, li jillimitaw il-kapaċità tal-istallazzjonijiet li jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt flimkien ta’ dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(18)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur ta’ “Manifattura ta’ folji miksija; manifattura ta’ plajwud (plywood), twavel laminati (laminboard), twavel magħmula mill-frak tal-injam (particleboard), fajberbord (fibreboard) u pannelli u twavel (board) oħra” (kodiċi NACE 2020). Il-valutazzjoni wriet ambitu limitat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mingħajr żieda sinifikanti fl-ispejjeż, karatteristiċi tas-suq diffikultużi, bħas-sensitività għolja tal-prezz u x-xejra li qed tikber ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi b’manifattura bi spiża baxxa, u impatt sinifikanti ta’ spejjeż addizzjonali minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fuq il-marġini tal-profit li jillimita l-kapaċità tal-istallazzjonijiet li jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt flimkien ta’ dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(19)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur ta’ “Manifattura ta’ plastik f’forom primarji” (Kodiċi NACE 2416). Fir-rigward tal-karatteristiċi attwali tas-suq, il-valutazzjoni wriet livell għoli ta’ integrazzjoni ma’ partijiet oħra tal-industrija tal-kimika, meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju; prezzijiet stipulati skont is-suq dinji li jfixklu ż-żieda ta’ prezzijiet b’mod unilaterali, u distorsjonijiet tas-suq dinji jew tal-Unjoni minħabba prattiki kummerċjali mhux ġusti minn produtturi f’ċerti pajjiżi terzi. Fir-rigward tal-karatteristiċi pproġettati tas-suq, filwaqt li diġà huma qrib il-limitu ta’ 30 % ta’ intensità tas-suq, is-settur jesperjenza żieda qawwija fl-importazzjonijiet li se jibqgħu primarjament minħabba l-investimenti kbar ġodda fil-Lvant Nofsani. Abbażi tal-impatt flimkien ta’ dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(20)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur ta’ “Tiswir tal-ħadid” (kodiċi NACE 2751), primarjament minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda dejta ta’ kummerċ uffiċjali disponibbli fuq il-livell tal-Unjoni sabiex tkun ivvalutata l-intensità tal-kummerċ peress li l-prodotti prinċipali tat-tiswir jinqasmu fi gruppi differenti fid-database tal-Eurostat Comext. Il-valutazzjoni wriet potenzjal limitat ta’ tnaqqis minħabba l-emissjonijiet li huma parzjalment inevitabbli relatati mal-proċess u l-kapaċità limitata li jkun hemm investiment f’teknoloġiji ta’ tnaqqis minħabba impatt tal-ispejjeż addizzjonali sinifikanti li ġejjin mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fuq il-marġini tal-profit. Fir-rigward ta’ karatteristiċi tas-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq hija baxxa, filwaqt li jeżisti livell għoli ta’ konċentrazzjoni fis-setturi klijenti. Dan jimplika potenzjal limitat għas-settur sabiex jgħaddi minn spejjeż addizzjonali. Dejta eżistenti tal-kummerċ minn sorsi alternattivi tindika wkoll li l-produzzjoni tat-tiswir hija dejjem aktar kummerċjalizzata internazzjonalment. Abbażi tal-impatt flimkien ta’ dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(21)

Twettqet valutazzjoni kwalitattiva dwar is-settur ta’ “Tiswir ta’ metalli ħfief” (kodiċi NACE 2753), primarjament minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda dejta ta’ kummerċ uffiċjali disponibbli fuq il-livell tal-Unjoni sabiex tkun ivvalutata l-intensità tal-kummerċ, peress li l-prodotti prinċipali tal-fonderija jinqasmu fi gruppi differenti fid-database tal-Eurostat Comext. Rigward il-karatteristiċi tas-suq, il-valutazzjoni wriet konċentazzjoni baxxa tas-suq u dipendenza għolja fuq id-domanda minn settur klijent konċentrant wieħed. Dan jimplika potenzjal limitat għas-settur sabiex jgħaddi minn spejjeż addizzjonali. Barra minn hekk, is-settur ġarrab telfiet jew marġini verament modesti fis-snin evalwati, li affettwaw b’mod ħażin il-kapaċitajiet għal investiment f’teknoloġiji ta’ tnaqqis, u li jistgħu ikomplu jitħarrxu mill-ispejjeż addizzjonali. Dejta eżistenti tal-kummerċ minn sorsi alternattivi tindika wkoll li l-produzzjoni tat-tiswir hija dejjem aktar kummerċjalizzata internazzjonalment. Abbażi tal-impatt flimkien ta’ dawk il-fatturi, is-settur għandu jitqies li huwa espost għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(22)

Meta tiġi determinata l-lista tas-setturi u s-subsetturi, għandu jitqies, fejn hemm dejta rilevanti disponibbli, safejn il-pajjiżi terzi, li jirrappreżentaw sehem deċiżiv tal-produzzjoni f’setturi u subsetturi meqjusa li huma f’riskju ta’ rilaxx tal-karbonju, jimpenjaw rwieħhom sew lejn it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’dawk is-setturi jew subsetturi li sa ċertu punt huma komparabbli ma’ dak tal-Unjoni u fl-istess qafas ta’ żmien, u l-miżura li sa fiha l-effikaċja tal-karbonju tal-istallazzjonijiet li jinsabu f’dawk il-pajjiżi hija komparabbli ma’ dik tal-Unjoni. Sal-istadju attwali, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera biss ħadu impenji bħal dawn, u huma flimkien ma jirrappreżentawx sehem deċiżiv tal-produzzjoni globali fis-setturi jew subsetturi meqjusa li huma f’riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. Rigward l-effikaċja tal-karbonju, id-dejta rilevanti meħtieġa għall-valutazzjoni mhijiex disponibbli minħabba n-nuqqas ta’ komparabbiltà ta’ definizzjonijiet ta’ statistika u nuqqas ġenerali ta’ dejta globali fuq il-livell meħtieġ ta’ diżaggregazzjoni u dettall settorjali. Għalhekk, il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10a(18) tad-Direttiva 2003/87/KE ma kellhom l-ebda effett fuq il-lista ta’ setturi u subsetturi.

(23)

Il-valutazzjoni li fuqha hija bbażata l-lista ta’ setturi u subsetturi kopriet il-kodiċijiet NACE kollha minn 1010 sa u inkluż 3720, u b’hekk kopriet is-setturi tal-minjieri, tal-barrieri u tal-manifattura. Ċerti setturi industrijali oħrajn, li jaqgħu barra l-medda tal-kodiċijiet NACE, imma li l-istallazzjonijiet stazzjonarji tagħhom huma potenzjalment koperti mid-dispożizzjonijiet ETS tal-UE dwar ir-rilaxx tal-karbonju, se jiġu analizzati mill-Kummissjoni matul l-2010. Jekk xi settur industrijali bħal dawn jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, dan jiżdied mal-lista fl-aġġornament annwali.

(24)

Din il-lista tapplika għas-snin 2013-2014, suġġett għar-riżultat tan-negozjati internazzjonali.

(25)

Diversi partijiet interessati, inklużi Stati Membri, assoċjazzjonijiet tal-industrja, organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi u akkademiċi ġew ikkonsultati dwar il-lista ta’ setturi u subsetturi u t-tagħrif dwar il-proċess kien disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni (5).

(26)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-setturi u s-subsetturi mniżżla fl-Anness għandhom jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

Ċerti setturi industrijali oħrajn, li jaqgħu barra l-medda tal-kodiċijiet NACE, (minn 1010 sa u inkluż 3720), iżda huma potenzjalment koperti mid-dispożizzjonijiet ETS tal-UE dwar ir-rilaxx tal-karbonju, se jiġu analizzati mill-Kummissjoni matul l-2010. Jekk xi settur industrijali bħal dawn jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, dan jiżdied mal-lista fl-aġġornament annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

(3)  http://ec.europa.eu/energy/climate_actions/doc/2008_res_ia_en.pdf

(4)  P. Capros et al. Analiżi bbażata fuq Mudell tal-Pakkett ta’ Politika tal-UE 2008 dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġiji Li Jiġġeddu, Mudell Primes - E3MLab/NTUA, Ġunju 2008

http://ec.europa.eu/environment/climat/pdf/climat_action/analysis.pdf

(5)  http://ec.europa.eu/environment/climat/emission/carbon_en.htm


ANNESS

Setturi u subsetturi li, skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE, meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

1.   FUQ LIVELL NACE-4

1.1.   ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PARAGRAFI 15 U 16 TAL-ARTIKOLU 10A TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

1010

Tħaffir u ġbir ta’ faħam iebes

1430

Tħaffir għall-minerali kimiċi u ta’ fertilizzant

1597

Manifattura tal-malt

1711

Preparazzjoni u nsiġ tal-fibri tal-qoton

1810

Manifattura tal-ħwejjeġ tal-ġilda

2310

Manifattura ta’ prodotti tal-forn tal-faħam tal-gass

2413

Manifattura ta’ kimiċi bażiċi inorganiċi oħra

2414

Manifattura ta’ kimiċi bażiċi organiċi oħra

2415

Manifattura ta’ fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu

2417

Manifattura ta’ lastku sintetiku fil-forom primarji

2710

Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiku u ta’ illigi tal-ħadid

2731

Tiksib bil-kesħa

2742

Produzzjoni tal-aluminju

2744

Produzzjoni tar-ram

2745

Produzzjoni oħra ta’ metall mhux tal-ħadid

2931

Manifattura ta’ muturi tal-ħart agrikoli

1.2.   ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PARAGRAFI 15 TAL-ARTIKOLU 10A TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

1562

Manifattura tal-lamtu u l-prodotti li fihom il-lamtu

1583

Manifattura taz-zokkor

1595

Manifattura ta’ xarbiet oħra non-distillati u ffermetati

1592

Produzzjoni tal-alkoħol mill-etanu minn materjali ta’ fermentazzjoni

2112

Manifattura ta’ karti u paperboard

2320

Manifattura ta’ prodotti rfinuti tal-petrolju

2611

Manifattura ta’ ħġieġ ċatt

2613

Manifattura ta’ ħġieġ vojt

2630

Manifattura ta’ madum taċ-ċeramika u ċangaturi

2721

Manifattura ta’ tubi tal-ħadid imdewweb

2743

Produzzjoni ta’ ċomb, żingu u landa

1.3.   ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 10A(16) TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

2651

Manifattura ta’ siment

2652

Manifattura ta’ ġir

1.4.   ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 10A(16) TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

1110

Estrazzjoni ta’ petrolju mhux maħdum u gass naturali

1310

Tħaffir għal minerali tal-ħadid

1320

Tħaffir għal materjali tal-metall li ma fihomx ħadid, ħlief tal-uranju u tat-torju

1411

Qtugħ minn barrieri ta’ ġebel ornamentali u ta’ ġebel użat għal bini

1422

Tħaffir għal tafal u kawlina

1450

Tħaffir ieħor u qtugħ minn barrieri ieħor n.e.c

1520

Ipproċessar u preservazzjoni ta’ ħut u prodotti tal-ħut

1541

Manifattura ta’ żejt u xaħmijiet mhux maħduma

1591

Manifattura ta’ xarbiet alkoħoliċi distillati u li tajbin għax-xorb

1593

Manifattura tal-inbid

1712

Preparazzjoni u nsiġ tal-fibri tas-suf

1713

Preparazzjoni u nsiġ tal-fibri ta’ ħajt tas-suf

1714

Preparazzjoni u nsiġ tal-fibri tat-tip tal-qanneb

1715

Tfigħ (Għażil) u preparazzjoni tal-ħarir, inkluż minn trufijiet, u tfigħ u nsiġ ta’ ħjut tal-filamenti sintetiċi jew artifiċjali

1716

Manifattura tal-ħjut tal-ħjata

1717

Preparazzjoni u nsiġ ta’ fibri oħra tat-tessuti

1721

Nsiġ tat-tip tal-qoton

1722

Nsiġ tat-tip tas-suf

1723

Nsiġ tat-tip tal-ħajt tas-suf

1724

Nsiġ tat-tip tal-ħarir

1725

Nsiġ ieħor tat-tessuti

1740

Manifattura ta’ materjali minsuġin, ħlief ħwejjeġ

1751

Manifattura ta’ twapet u gvieret

1752

Manifattura ta’ kurduni, ħbula, spag u xbieki

1753

Manifattura ta’ materjal mhux minsuġ u affarijiet magħmulin minn dan id-drapp, ħlief ħwejjeġ

1754

Manifattura ta’ tessuti oħra n.e.c.

1760

Manifattura tat-tessuti maħduma u tal-ganċ

1771

Manifattura ta’ kalzetti maħdumin bil-labar u bil-ganċ

1772

Manifattura ta’ pullovers, cardigans maħdumin bil-labar u bil-ġanċ u artikli simili

1821

Manifattura ta’ ħwejjeġ tax-xogħol

1822

Manifattura ta’ ħwejjeġ li jintlibsu fuq ħwejjeġ oħra

1823

Manifattura ta’ ħwejjeġ ta’ taħt

1824

Manifattura ta’ lbies u aċċessorji oħra li jintlibsu

1830

Tlibbis u żbigħ ta’ fer; manifattura ta’ oġġetti tal-fer

1910

Tiswid u ggumar tal-ġilda

1920

Manifattura ta’ bagalji, basktijiet tal-idejn u oġġetti simili, srieġ u xedd tal-annimali

1930

Manifattura ta’ lbies tas-saqajn

2010

Isserrar u llixxar tal-injam; trattament tal-injam

2052

Manifattura ta’ oġġetti tas-sufra, tat-tiben u tal-materjali tat-trizza

2111

Manifattura ta’ polpa tal-karti

2124

Manifattura ta’ karta għall-kisi tal-ħitan

2215

Pubblikazzjoni oħra

2330

Proċessar ta’ karburant nukleari

2412

Manifattura ta’ żebgħa u pigmenti

2420

Manifattura ta’ pestiċidi u prodotti agro-kimiċi oħra

2441

Manifattura ta’ prodotti bażiċi farmaċewtiċi

2442

Manifattura ta’ preparazzjonijiet farmaċewtiċi

2452

Manifattura ta’ fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta

2463

Manifattura ta’ żjut essenzjali

2464

Manifattura ta’ materjal fotografiku kimiku

2465

Manifattura tal-medja preparata iżda mhux irrekordjata

2466

Manifattura ta’ prodotti oħra tal-kimika n.e.c.

2470

Manifattura ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

2511

Manifattura ta’ tajers tal-lastku u tubi

2615

Manifattura u proċessar ta’ ħġieġ ieħor, inkluż fajjenza ta’ ħġieġ għall-użu tekniku

2621

Manifattura ta’ oġġetti tad-dar taċ-ċeramika u oġġetti ornamentali

2622

Manifattura ta’ affarijiet sanitarji taċ-ċeramika li jitwaħħlu

2623

Manifattura ta’ iżolaturi taċ-ċeramika u tagħmir ta’ iżolaturi

2624

Manifattura ta’ prodotti oħra tekniċi taċ-ċeramika

2625

Manifattura ta’ prodotti oħra taċ-ċeramika

2626

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika reffettarji

2681

Produzzjoni ta’ prodotti li fihom trab tal-brix

2722

Manifattura ta’ tubi tal-azzar

2741

Produzzjoni ta’ metalli prezzjużi

2861

Manifattura ta’ pożati

2862

Manifattura ta’ għodda

2874

Manifattura ta’ qafliet, prodotti tal-magni tal-viti, ktajjen u molol

2875

Manifattura ta’ prodotti oħra tal-metall immanifatturati n.e.c.

2911

Manifattura ta’ magni u turbini, minbarra inġenji tal-ajru, magni tal-vetturi u tal-muturi

2912

Manifattura ta’ pompi u kumpressuri

2913

Manifattura ta’ viti u valvi

2914

Manifattura ta’ fwies, gears, elementi ta’ gearing u tas-sewqan

2921

Manifattura ta’ fran u burners tal-fran

2923

Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku tal-kesħa u ventilazzjoni

2924

Manifattura ta’ makkinarju ieħor ta’ skopijiet ġenerali n.e.c.

2932

Manifattura ta’ makkinarju ieħor agrikolu u tal-forestrija

2941

Manifattura ta’ għodod tal-elettriku tal-idejn u li jistgħu jinġarru

2942

Manifattura ta’ għodod tal-magni oħra ta’ xogħol tal-metall

2943

Manifattura ta’ għodod oħra tal-magni n.e.c.

2951

Manifattura ta’ makkinarju għall-metallurġija

2952

Manifattura ta’ makkinarju għal qtiegħ ta’ faħam, qtugħ ta’ ġebel minn barrieri u kostruzzjoni

2953

Manifattura ta’ makkinarju għall-ipproċessar tal-ikel, ix-xorb u t-tabakk

2954

Manifattura ta’ makkinarju għat-tessili, l-ilbies u l-produzzjoni tal-ġilda

2955

Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karti u kartunċin

2956

Manifattura ta’ makkinarju li jkollu skop speċjali n.e.c.

2960

Manifattura ta’ armi u munizzjon

2971

Manifattura ta’ strumenti domestiċi elettriċi

3001

Manifattura ta’ makkinarju għall-uffiċċju

3002

Manifattura ta’ kompjuters u tagħmir ieħor għall-ipproċessar ta’ informazzjoni

3110

Manifattura ta’ muturi, ġeneraturi u trasformaturi elettriċi

3120

Manifattura ta’ apparat ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u ta’ kontroll

3130

Manifattura ta’ wajers u kejbils iżolati

3140

Manifattura ta’ akkumulaturi, ċelloli primarji u batteriji primarji

3150

Manifattura ta’ tagħmir tad-dawl u lampi li jaħdmu bl-elettriku

3162

Manifattura ta’ tagħmir elettriku ieħor n.e.c.

3210

Manifattura ta’ valvi elettroniċi u tubi u komponenti oħra elettroniċi

3220

Manifattura tat-trażmettituri tat-televiżjoni u tar-radju u apparat għal-linji tat-telefonija u t-telegrafija

3230

Manifattura tar-riċevituri tat-televiżjoni u tar-radju, irrekordjar tal-ħoss u tal-video jew apparat li jirriproduċi u oġġetti assoċjati

3310

Manifattura ta’ tagħmir mediku u tal-kirurġija u strumenti ortopediċi

3320

Manifattura ta’ strumenti u apparat għall-kejl, ċċekkjar, testjar, navigar u użu ieħor ħlief tagħmir għall-kontroll tal-proċess industrijali

3340

Manifattura ta’ strumenti ottiċi u apparat tal-fotografija

3350

Manifattura ta’ arloġġi tal-idejn u arloġġi

3511

Bini u tiswija ta’ vapuri

3512

Bini u tiswija ta’ dgħajjes tal-pjaċir u tal-isport

3530

Manifattura ta’ vetturi tal-ajru u vetturi tal-ispazju

3541

Manifattura ta’ muturi

3542

Manifattura ta’ roti

3543

Manifattura ta’ karozzini għall-invalidi

3550

Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport n.e.c.

3621

Stampar ta’ muniti

3622

Manifattura ta’ ġojjelli u affarjiet li għandhom x’jaqsmu n.e.c.

3630

Manifattura ta’ strumenti mużikali

3640

Manifattura ta’ affarjiet tal-isport

3650

Manifattura ta’ logħob u ġugarelli

3661

Manifattura ta’ ġojjelli tal-imitazzjoni

3662

Manifattura ta’ xkupi u xkupilji

3663

Manifattura oħra n.e.c.

2.   LIL HIN MIL-LIVELL NACE-4 ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PARAGRAFI 15 U 16 TAL-ARTIKOLU 10A TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

15331427

Polpa u pejst tad-tadam konċentrat

155120

Ħalib u krema f’forom solidi

155153

Każeina

155154

Lattożju u ġulepp tal-lattożju

15891333

Ħmira niexfa tal-furnara

24111150

Idroġenu (inkluża l-produzzjoni tal-idroġenu flimkien mas-syngas).

24111160

Nitroġenu

24111170

Ossiġenu

243021

Pigmenti ppreparati, opaċiferi u kuluri, enamel u lostru vitrijabbli, engobes, lostri likwidi u simili; frit tal-ħġieġ

24621030

Ġelatina u d-derivattivi tagħha; isinglass (esklużi l-kolla tal-każeina u l-kolla tal-għadam)

261411

Bċejjeċ żgħar, rovings, ħjut mibruma u ħjut imqatta’, tal-fibri tal-ħġieġ

26821400

Grafit artifiċjali, grafit kollojdjali u semikollojdjali u preparazzjonijiet

26821620

Vermikulat sfuljat, tafal li espanda, kagazza bir-ragħwa u materjali minerali simili li espandew u t-taħlit tagħhom

3.   FUQ LIVELL NACE-4 ABBAŻI TAL-KRITERJI KWALITATTIVI STIPULATI FIL-PARAGRAFI 17 TAL-ARTIKOLU 10A TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

1730

L-aħħar trattament fuq id-drappijiet

2020

Manifattura ta’ folji tal-injam tal-abjad; Manifattura ta’ plajwud (plywood), twavel laminati (laminboard), twavel magħmula mill-frak tal-injam (particleboard), fajberbord (fibreboard) u pannelli u twavel (board) oħra

2416

Manifattura ta’ plastik f’forom primarji

2751

Tiswir tal-ħadid

2753

Tiswir ta’ metalli ħfief