ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.344.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom |
Paġna |
|
|
ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/163/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tan-neotame ( 1 ) |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/164/UE tat-22 ta’ Diċembru 2009 li temenda għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi ( 1 ) |
|
|
|
ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA |
|
|
|
2009/1000/UE |
|
|
* |
||
|
|
2009/1001/UE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom
ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1273/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
44,1 |
MA |
54,6 |
|
TN |
117,3 |
|
TR |
84,8 |
|
ZZ |
75,2 |
|
0707 00 05 |
EG |
155,5 |
JO |
81,7 |
|
MA |
86,1 |
|
TR |
114,8 |
|
ZZ |
109,5 |
|
0709 90 70 |
MA |
36,3 |
TR |
112,8 |
|
ZZ |
74,6 |
|
0805 10 20 |
MA |
64,0 |
TR |
60,5 |
|
ZA |
81,6 |
|
ZZ |
68,7 |
|
0805 20 10 |
MA |
65,1 |
TR |
59,0 |
|
ZZ |
62,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
37,2 |
IL |
76,2 |
|
TR |
76,8 |
|
ZZ |
63,4 |
|
0805 50 10 |
TR |
71,3 |
ZZ |
71,3 |
|
0808 10 80 |
CA |
71,9 |
CN |
87,2 |
|
MK |
23,6 |
|
US |
81,8 |
|
ZZ |
66,1 |
|
0808 20 50 |
CN |
47,6 |
US |
119,8 |
|
ZZ |
83,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1274/2009
tat-18 ta’ Diċembru 2009
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (OCT)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (1), u partikolarment l-Anness III, l-Artikolu 6(5), is-seba’ subparagrafu tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (2), u partikolarment l-Artikolu 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-kumulazzjoni ta’ oriġini AKP/OCT għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 1006 hija permessa sa kwantità totali annwali ta’ 160 000 tunnellata, li tinkludi l-kwota tariffarja ta’ 125 000 tunnellata ross li joriġina mill-Istati Afrikani, Karibej jew Paċifiċi (AKP) prevista fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, espressi f’ekwivalenti ta’ ross imfosdoq. Ftuħ inizjali ta’ liċenzji tal-importazzjoni ta’ 35 000 tunnellata ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi u territorji barranin (minn hawn ’il quddiem “OCT”) iseħħ kull sena u, fil-limitu ta’ din il-kwantità, jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni għal 10 000 tunnellata għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-OCT l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB għal dik id-Deċiżjoni.Il-liċenzji tal-importazzjoni l-oħra kollha jinħarġu għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Dawn it-35 000 tunnellata ta’ ross riżervati għall-OCT jistgħu jiżdiedu jekk l-Istati AKP effettivament ma jutilizzawx il-possibilitajiet ta’ esportazzjoni diretta fil-kuntest tal-kwota tariffarja prevista fil-Ftehim ta’ Cotonou. |
(2) |
Mill-1 ta’ Jannar 2008, l-arranġamenti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ma baqgħux japplikaw u l-kwota tarriffarja għar-ross prevista fih ġiet sostitwita mill-arranġamenti preferenzjali previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomiku (3). Skont l-Artikolu 3(3)(a) ta’ dak ir-Regolament l-arranġamenti preferenzjali għall-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2009. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2010 ma għadux aktar possibbli li tkun ipprovduta żieda possibbli fil-kwota OCT marbuta mal-użu ta’ kwota AKP u għaldaqstant il-kwoti OCT irid jinfetħu fuq bażi annwali għal kwantità limitata għal 35 000 tunnellata. |
(3) |
Bla ħsara għall-kundizzjonijiet supplementari jew derogi pertinenti għall-ġestjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-importazzjoni, huwa xieraq li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni orizzontali jew settorjali, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6). |
(4) |
Biex tiġi żgurata ġestjoni bilanċata tas-suq, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni marbuta mal-kwoti tal-importazzjoni msemmija għandu jitqassam matul is-sena f’diversi sottoperjodi speċifiċi, u għandu jiġi stabbilit il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji u tiġi stipulata l-kwantità massima għal kull applikazzjoni. |
(5) |
Il-kwantitajiet ta’ ross fi stadji ta’ proċessar għajr ross imfosdoq għandhom ikunu kkonvertiti bir-rati mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1312/2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż tal-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji tal-ipproċessar tar-ross (7). Għandu jsir ukoll provvediment għall-konverżjoni ta’ kwantitajiet ta’ ross miksur. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-kwoti tal-importazzjoni, għandha tiddaħħal garanzija flimkien mal-applikazzjoni għal liċenjza tal-importazzjoni ta’ livell proporzjonat mar-riskji involuti. |
(7) |
Bil-ħsieb li jiġi ottimizzat l-użu tal-kwoti fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni, ikun xieraq li jiġi stabbilit li d-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(8) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, liċenzji mhux utilizzati għall-importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-OCTs l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IB tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba. Għal dan il-għan, ikun xieraq li jiġi stabbilit li fis-sottoperjodu ta’ Settembru l-kwantitajiet mhux utilizzati għall-OCTs l-anqas żviluppati jistgħu jiġu allokati għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Antilli Olandiżi u Aruba. |
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-kwoti, tkun xierqa deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u adattament tal-obbligi ta’ notifika previsti f’dak l-Artikolu. |
(10) |
Billi d-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006 li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati AKP previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, għandhom jitneħħew mill-1 ta’ Jannar 2010, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta’ kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun Cariforum u mill-pajjiżi u t-territorji barranin (OCTs) (8) ser jiskadi fi tmiem il-perjodu tal-kwota tal-2009. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ rati tariffarji għall-importazzjoni tal-kwantitajiet segwenti ta’ ross taħt il-kodiċi NM 1006, minn hawn ’il quddiem imsejħa “kwoti tariffarji”:
(a) |
25 000 tunnellata li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u Aruba; |
(b) |
10 000 tunnellata li joriġinaw mill-pajjiżi u t-territorji barranin l-anqas żviluppati (OCT) elenkati fl-Anness IB għad-Deċiżjoni 2001/822/KE. |
Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
2. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għandhom ikunu applikabbli, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.
3. Il-kwoti tariffarji jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
4. Id-dazju doganali fuq l-importazzjonijiet skont il-kwoti tariffarji għandu jkun xejn. Din ir-rata għandha tintwera fit-Taqsima 24 tal-applikazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni u fuq il-liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
5. Il-perjodi ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni għandhom jinqasmu fi tliet sottoperjodi kif stipulat fl-Anness I.
Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u disponibbli għas-sottoperjodu li ġej għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel il-25 jum tal-aħħar xahar tas-sottoperjodu partikolari.
Jekk, għas-sottoperjodu ta’ Settembru, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għall-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma jlaħħqux il-kwantità totali disponibbli, il-kwantità li jifdal tkun tista’ tintuża biex jiġu importati prodotti li joriġinaw mill-Antilli Olandiżi jew Aruba.
6. Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwantitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu espressi bħala ekwivalenti għar-ross imfosdoq.
Il-kwantitajiet ta’ ross fl-istadji tal-ipproċessar għajr ta’ ross imfosdoq għandhom jiġu kkonvertiti skont ir-rati stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1312/2008.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet ta’ ross miksur għandhom jiġu kkonvertiti fi kwantitajiet ta’ ross imfosdoq abbażi tal-piż tal-prodott.
Artikolu 2
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta’ kull sottoperjodu msemmi fl-Anness I.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-kwantità li għaliha titressaq applikazzjoni għal kull sottoperjodu u n-numru tas-serje tal-kwota konċernata ma għandhiex taqbeż l-5 000 tunnellata.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-14-il jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, bil-kwantitajiet totali koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji skont l-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, li jispeċifika l-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u l-kwantitajiet, espressi f’piż tal-prodott, koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.
Artikolu 3
1. It-taqsimiet 7 u 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b’salib. Il-liċenzji għandhom joħolqu obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż speċifikat.
2. It-taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness II.
Artikolu 4
L-ammont ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 46 għal kull tunnellata.
Artikolu 5
1. Il-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu bejn il-25 u l-aħħar jum tax-xahar li fih l-applikazzjonijiet ikunu tressqu.
2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 u mingħajr ħsara għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil trasferent li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 6
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard:
(a) |
mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, tal-kwantitajiet totali koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni li jkunu ħarġu matul ix-xahar preċedenti; |
(b) |
mill-aħħar jum ta’ kull xahar, inkluż prospetti nulli:
|
2. Il-kwantitajiet imsemmija skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu espressi f’piż tal-prodott u ddettaljati skont il-kodiċi NM bi tmin figuri, il-pajjiż tal-oriġini u s-sena tal-kwota.
Artikolu 7
Għall-fini tal-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-kwantitajiet notifikati skont l-Artikoli 2 u 6 u l-kwantitajiet koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni huma espressi f’kilogrammi u f’numri sħaħ.
Artikolu 8
Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data reali tal-ħruġ tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ.
Artikolu 9
Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat oriġinali tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-fornitur skont l-Artikolu 26(1) tal-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 huwa mħassar.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(4) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.
(5) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(7) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 56.
(8) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.
ANNESS I
Il-kwoti għal kwantità totali ta’ 35 000 tunnellata ekwivalenti għal ross imfosdoq, għall-prodotti li jaqgħu taħt tal-kodiċi NM 1006 previsti fl-Artikolu 1
Oriġini |
Kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq (f’tunnellati) |
Numru tas-serje |
Sottoperjodi (kwantità ta’ ekwivalenti ta’ ross imfosdoq (f’tunnellati)) |
||
Jannar |
Mejju |
Settembru |
|||
L-Antilli Olandiżi u Aruba |
25 000 |
09.4189 |
8 333 |
8 334 |
8 333 |
OCTs l-inqas żviluppati |
10 000 |
09.4190 |
3 333 |
3 334 |
3 333 |
ANNESS II
L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2):
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Освободено от мито до максимално количество, посочено в графи 17 и 18 от настоящата лицензия (Регламент (ЕC) № 1274/2009) |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado [Reglamento (UE) no 1274/2009] |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Osvobozeno od cla až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (EU) č. 1274/2009) |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EU) nr. 1274/2009) |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EU) Nr. 1274/2009) |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Tollimaksuvabastus kuni käesoleva litsentsi lahtrites 17 ja 18 osutatud koguseni (Määrus (EL) nr 1274/2009) |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Ατελώς μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού [Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1274/2009] |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EU) No 1274/2009) |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Exemption du droit de douane jusqu’à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat [Règlement (UE) no 1274/2009] |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Esenzione del dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo [Regolamento (UE) n. 1274/2009] |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Atbrīvojums no muitas nodokļa līdz daudzumam, kas norādīts šīs licences 17. un 18. iedaļā (Regula (ES) Nr. 1274/2009) |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Muitas netaikomas mažesniems kiekiams nei nurodyta šios licenzijos 17 ir 18 skirsniuose (Reglamentas (ES) Nr. 1274/2009) |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
Vámmentesség az ezen engedély 17. és 18. rovatában megjelölt mennyiségig (1274/2009/EU rendelet) |
— |
: |
bil-Malti |
: |
Eżenzjoni mid-dwana sal-kwantità murija fit-Taqsimiet 17 u 18 ta’ din il-liċenzja (Regolament (UE) Nru 1274/2009) |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van deze vergunning vermelde hoeveelheid (Verordening (EU) nr. 1274/2009) |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Zwolnienie z opłat celnych dla ilości nieprzekraczającej ilości podanej w sekcji 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (UE) nr 1274/2009) |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado [Regulamento (UE) n.o 1274/2009] |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
Scutit de drepturi vamale până la concurența cantității menționate în căsuțele 17 și 18 din prezenta licență [Regulamentul (UE) nr. 1274/2009] |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Oslobodenie od cla do množstva uvedeného v kolónkach 17 a 18 tohto dovozného povolenia [nariadenie (EÚ) č. 1274/2009] |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Oprostitev carin do količine, navedene v oddelkih 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (EU) št. 1274/2009) |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EU) N:o 1274/2009) |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (förordning (EU) nr 1274/2009) |
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1275/2009
tal-21 ta’ Diċembru 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Mediterran, minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew minn bastimenti rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, u t-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
31/T&Q |
Stat Membru |
Franza |
Stokk |
BFT/AE045W |
Speċi |
Tonn (Thunnus thynnus) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45o W, u l-Mediterran |
Data |
11 ta’ Novembru 2009 |
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1276/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlas bil-quddiem li għandu x'jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq matul is-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi għall-ħlas ta' kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) għal dak ir-Regolament. L-ammont ta' kumpens finanzjarju bħal dan għandu jitnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta' kif wieħed jista’ jelimina l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat f'livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ eliminazzjoni, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn eliminazzjoni bħal din fid-diversi Stati Membri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta' kumpens finanzjarju għall-irtirar ta' ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi jew wieħed mill-membri tagħha jqiegħed il-prodotti tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih ikun irrikonoxxut, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa l-korp fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f'dak l-Istat Membru. |
(4) |
L-istess metodu ta' kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq il-kumpens finanzjarju kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2010, il-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u tal-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għall-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif imsemmija fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-valur standard li għandu jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u mill-ħlasijiet bil-quddiem marbutin miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.
(3) ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.
ANNESS
IL-VALURI STANDARD
L-użu ta' prodotti rtirati mis-suq |
EUR għal kull tunnellata |
||
|
|
||
|
|
||
|
60 |
||
|
50 |
||
|
15 |
||
|
2 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
10 |
||
|
|
||
|
40 |
||
|
20 |
||
|
28 |
||
|
1 |
||
|
|
||
|
|
||
|
8 |
||
|
|
||
|
0 |
||
|
30 |
||
|
30 |
||
|
|
||
|
60 |
||
|
20 |
||
|
0 |
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1277/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-prezzijiet tal-Komunità ta’ rtirar u bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu (22) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet tal-irtirar u tal-bejgħ Fl-UE ta’ kull prodott elenkat fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ffissati skont il-freskezza, id-daqs jew il-piż u l-preżentazzjoni tal-prodott, billi jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni għall-kategorija tal-prodott ikkonċernat sa ammont ta’ mhux aktar minn 90 % tal-prezz ta’ gwida rilevanti. |
(2) |
Il-prezzijiet tal-irtirar jistgħu jiġu mmultiplikati b’fatturi ta’ aġġustament f’postijiet tal-ħatt l-art li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-UE. Il-prezzijiet ta’ gwida għas-sena ta’ sajd 2010 ġew iffissati għall-prodotti kollha kkonċernati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 (2). |
(3) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-fatturi ta’ konverżjoni użati biex jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-UE ta’ rtirar u bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 20 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-prezzijiet tal-UE ta’ rtirar u bejgħ applikabbli għas-sena ta’ sajd 2010 u l-prodotti li huma relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 3
Il-prezzijiet ta’ rtirar applikabbli għas-sena ta’ sajd 2010 f’postijiet tal-ħatt l-art li huma mbiegħda ħafna miċ-ċentri ewlenin ta’ konsum fl-UE u l-prodotti relatati magħhom huma mniżżla fl-Anness III.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 327, 12.12.2009, P. 1.
ANNESS I
Fatturi ta’ konverżjoni għall-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
Speċi |
Daqs (*) |
Fatturi ta’ konverżjoni |
|
Ħut imnaddaf, bir-ras (*) |
Ħut sħiħ (*) |
||
Extra, A (*) |
Extra, A (*) |
||
Aringa tal-ispeċi Clupea harengus |
1 |
0,00 |
0,47 |
2 |
0,00 |
0,72 |
|
3 |
0,00 |
0,68 |
|
4a |
0,00 |
0,43 |
|
4b |
0,00 |
0,43 |
|
4c |
0,00 |
0,90 |
|
5 |
0,00 |
0,80 |
|
6 |
0,00 |
0,40 |
|
7a |
0,00 |
0,40 |
|
7b |
0,00 |
0,36 |
|
8 |
0,00 |
0,30 |
|
Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus |
1 |
0,00 |
0,51 |
2 |
0,00 |
0,64 |
|
3 |
0,00 |
0,72 |
|
4 |
0,00 |
0,47 |
|
Mazzol griż Squalus acanthias |
1 |
0,60 |
0,60 |
2 |
0,51 |
0,51 |
|
3 |
0,28 |
0,28 |
|
Mazzol griż Scyliorhinus spp. |
1 |
0,64 |
0,60 |
2 |
0,64 |
0,56 |
|
3 |
0,44 |
0,36 |
|
Redfish Sebastes spp. |
1 |
0,00 |
0,81 |
2 |
0,00 |
0,81 |
|
3 |
0,00 |
0,68 |
|
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua |
1 |
0,72 |
0,52 |
2 |
0,72 |
0,52 |
|
3 |
0,68 |
0,40 |
|
4 |
0,54 |
0,30 |
|
5 |
0,38 |
0,22 |
|
Pollakkju Pollachius virens |
1 |
0,72 |
0,56 |
2 |
0,72 |
0,56 |
|
3 |
0,71 |
0,55 |
|
4 |
0,61 |
0,30 |
|
Haddock Melanogrammus aeglefinus |
1 |
0,72 |
0,56 |
2 |
0,72 |
0,56 |
|
3 |
0,62 |
0,43 |
|
4 |
0,52 |
0,36 |
|
Merlangu Merlangius merlangus |
1 |
0,66 |
0,50 |
2 |
0,64 |
0,48 |
|
3 |
0,60 |
0,44 |
|
4 |
0,41 |
0,30 |
|
Lipp Molva spp. |
1 |
0,68 |
0,56 |
2 |
0,66 |
0,54 |
|
3 |
0,60 |
0,48 |
|
Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus |
1 |
0,00 |
0,72 |
2 |
0,00 |
0,71 |
|
3 |
0,00 |
0,69 |
|
Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi Scomber japonicus |
1 |
0,00 |
0,77 |
2 |
0,00 |
0,77 |
|
3 |
0,00 |
0,63 |
|
4 |
0,00 |
0,47 |
|
Inċova Engraulis spp. |
1 |
0,00 |
0,68 |
2 |
0,00 |
0,72 |
|
3 |
0,00 |
0,60 |
|
4 |
0,00 |
0,25 |
|
Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa |
1 |
0,75 |
0,41 |
2 |
0,75 |
0,41 |
|
3 |
0,72 |
0,41 |
|
4 |
0,52 |
0,34 |
|
Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius |
1 |
0,90 |
0,71 |
2 |
0,68 |
0,53 |
|
3 |
0,68 |
0,52 |
|
4 |
0,56 |
0,43 |
|
5 |
0,52 |
0,41 |
|
Megrims Lepidorhombus spp. |
1 |
0,68 |
0,64 |
2 |
0,60 |
0,56 |
|
3 |
0,54 |
0,49 |
|
4 |
0,34 |
0,29 |
|
Dab Limanda limanda |
1 |
0,71 |
0,58 |
2 |
0,54 |
0,42 |
|
Barbun Platichthys flesus |
1 |
0,66 |
0,58 |
2 |
0,50 |
0,42 |
|
Tonn alonga Thunnus alalunga |
1 |
0,90 |
0,81 |
2 |
0,90 |
0,77 |
|
Siċċ Sepia officinalis u Rossia macrosoma |
1 |
0,00 |
0,64 |
2 |
0,00 |
0,64 |
|
3 |
0,00 |
0,40 |
Speċi |
Daqs (**) |
Fattur tal-Konverżjoni |
|
|
Ħut sħiħ |
Ħut bla ras (**) |
|||
Ħut imnaddaf, bir-ras (**) |
|
|||
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
|||
Petriċa Lophius spp. |
1 |
0,61 |
0,77 |
|
2 |
0,78 |
0,72 |
||
3 |
0,78 |
0,68 |
||
4 |
0,65 |
0,60 |
||
5 |
0,36 |
0,43 |
||
|
|
Il-preżentazzjonijiet kollha |
|
|
Extra, A (**) |
|
|||
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon |
1 |
0,59 |
|
|
2 |
0,27 |
|||
|
|
Imsajjar fl-ilma |
Friski jew imkessħin |
|
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
|||
Gambli tal-fond Pandalus borealis |
1 |
0,77 |
0,68 |
|
2 |
0,27 |
— |
||
|
|
Sħaħ (**) |
|
|
Granċijiet li jittieklu Cancer pagurus |
1 |
0,72 |
|
|
2 |
0,54 |
|||
|
|
Sħaħ (**) |
|
Dnub (**) |
E' (**) |
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
||
Ksampu Nephrops norvegicus |
1 |
0,86 |
0,86 |
0,81 |
2 |
0,86 |
0,59 |
0,68 |
|
3 |
0,77 |
0,59 |
0,50 |
|
4 |
0,50 |
0,41 |
0,41 |
|
|
|
Ħut imnaddaf, bir-ras (**) |
Ħut sħiħ (**) |
|
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
|||
Lingwata Solea spp. |
1 |
0,75 |
0,58 |
|
2 |
0,75 |
0,58 |
||
3 |
0,71 |
0,54 |
||
4 |
0,58 |
0,42 |
||
5 |
0,50 |
0,33 |
(*) Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
(**) Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
ANNESS II
Prezzijiet ta’ rtirar u bejgħ fil-Komunità tal-prodotti elenkati fil-punti A, B u C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
Speċi |
Daqs (*) |
Prezz ta’ rtirar (EUR/tunnellata) |
|||
Ħut imnaddaf, bir-ras (*) |
Ħut sħiħ (*) |
||||
Extra, A (*) |
Extra, A (*) |
||||
Aringi tal-ispeċi Clupea harengus |
1 |
0 |
129 |
||
2 |
0 |
198 |
|||
3 |
0 |
187 |
|||
4a |
0 |
118 |
|||
4b |
0 |
118 |
|||
4c |
0 |
248 |
|||
5 |
0 |
220 |
|||
6 |
0 |
110 |
|||
7a |
0 |
110 |
|||
7b |
0 |
99 |
|||
8 |
0 |
83 |
|||
Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus |
1 |
0 |
296 |
||
2 |
0 |
371 |
|||
3 |
0 |
418 |
|||
4 |
0 |
273 |
|||
Mazzol griż Squalus acanthias |
1 |
654 |
654 |
||
2 |
556 |
556 |
|||
3 |
305 |
305 |
|||
Mazzol griż Scyliorhinus spp. |
1 |
455 |
427 |
||
2 |
455 |
398 |
|||
3 |
313 |
256 |
|||
Redfish Sebastes spp. |
1 |
0 |
962 |
||
2 |
0 |
962 |
|||
3 |
0 |
808 |
|||
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua |
1 |
1 144 |
826 |
||
2 |
1 144 |
826 |
|||
3 |
1 081 |
636 |
|||
4 |
858 |
477 |
|||
5 |
604 |
350 |
|||
Pollakkju Pollachius virens |
1 |
559 |
435 |
||
2 |
559 |
435 |
|||
3 |
551 |
427 |
|||
4 |
473 |
233 |
|||
Haddock Melanogrammus aeglefinus |
1 |
703 |
547 |
||
2 |
703 |
547 |
|||
3 |
605 |
420 |
|||
4 |
508 |
351 |
|||
Merlangu Merlangius merlangus |
1 |
593 |
449 |
||
2 |
575 |
431 |
|||
3 |
539 |
395 |
|||
4 |
368 |
269 |
|||
Lipp Molva spp. |
1 |
792 |
652 |
||
2 |
769 |
629 |
|||
3 |
699 |
559 |
|||
Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus |
1 |
0 |
228 |
||
2 |
0 |
225 |
|||
3 |
0 |
219 |
|||
Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi Scomber japonicus |
1 |
0 |
215 |
||
2 |
0 |
215 |
|||
3 |
0 |
176 |
|||
4 |
0 |
131 |
|||
Inċova Engraulis spp. |
1 |
0 |
875 |
||
2 |
0 |
927 |
|||
3 |
0 |
772 |
|||
4 |
0 |
322 |
|||
Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa |
|||||
|
1 |
789 |
431 |
||
2 |
789 |
431 |
|||
3 |
757 |
431 |
|||
4 |
547 |
358 |
|||
|
1 |
1 097 |
599 |
||
2 |
1 097 |
599 |
|||
3 |
1 053 |
599 |
|||
4 |
760 |
497 |
|||
Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius |
1 |
3 063 |
2 416 |
||
2 |
2 314 |
1 804 |
|||
3 |
2 314 |
1 770 |
|||
4 |
1 906 |
1 463 |
|||
5 |
1 770 |
1 395 |
|||
Megrims Lepidorhombus spp. |
1 |
1 633 |
1 537 |
||
2 |
1 441 |
1 345 |
|||
3 |
1 297 |
1 177 |
|||
4 |
817 |
697 |
|||
Dab Limanda limanda |
1 |
588 |
480 |
||
2 |
447 |
348 |
|||
Barbun Platichtys flesus |
1 |
327 |
288 |
||
2 |
248 |
208 |
|||
Tonn alonga Thunnus alalunga |
1 |
2 238 |
1 815 |
||
2 |
2 238 |
1 726 |
|||
Siċċ Sepia officinalis and Rossia macrosoma |
1 |
0 |
1 140 |
||
2 |
0 |
1 140 |
|||
3 |
0 |
712 |
|||
|
|
Ħut sħiħ |
Ħut bla ras (*) |
||
Ħut imnaddaf, bir-ras (*) |
|
||||
Extra, A (*) |
Extra, A (*) |
||||
Petriċa Lophius spp. |
1 |
1 783 |
4 632 |
||
2 |
2 280 |
4 331 |
|||
3 |
2 280 |
4 090 |
|||
4 |
1 900 |
3 609 |
|||
5 |
1 052 |
2 586 |
|||
|
|
Il-preżentazzjonijiet kollha |
|||
Extra, A (*) |
|||||
Gambli tal-ispeċi Crangon crangon |
1 |
1 430 |
|||
2 |
654 |
||||
|
|
Imsajjar fl-ilma |
Frisk jew imkessaħ |
||
Extra, A (*) |
Extra, A (*) |
||||
Gambli tal-fond Pandalus borealis |
1 |
4 985 |
1 081 |
||
2 |
1 748 |
— |
Speċi |
Daqs (**) |
Prezzijiet tal-Bejgħ (EUR/tunnellata) |
|
|
Sħiħ (**) |
|
|||
Granċijiet li jittieklu Cancer pagurus |
1 |
1 207 |
|
|
2 |
905 |
|||
|
|
Sħiħ (**) |
Dnub (**) |
|
E′ (**) |
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
||
Ksampu Nephrops norvegicus |
1 |
4 469 |
4 469 |
3 323 |
2 |
4 469 |
3 066 |
2 789 |
|
3 |
4 002 |
3 066 |
2 051 |
|
4 |
2 599 |
2 131 |
1 682 |
|
|
|
Ħut imnaddaf, bir-ras (**) |
Ħut sħiħ (**) |
|
Extra, A (**) |
Extra, A (**) |
|||
Lingwata Solea spp. |
1 |
5 057 |
3 910 |
|
2 |
5 057 |
3 910 |
||
3 |
4 787 |
3 641 |
||
4 |
3 910 |
2 832 |
||
5 |
3 371 |
2 225 |
(*) Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
(**) Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
ANNESS III
Prezzijiet ta’ rtirar f’postijiet tal-ħatt l-art li huma ‘l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenin ta’ konsum
Speċi |
Post tal-ħatt l-art |
Il-fattur ta’ Konverżjoni |
Daqs (*) |
Prezz ta’ rtirar (EUR/tunnellata) |
|
Ħut imnaddaf bir-ras (*) |
Ħut sħiħ (*) |
||||
Extra, A (*) |
Extra, A (*) |
||||
Aringi tal-ispeċi Clupea harengus |
Reġjuni kostali u gżejjer tal-Irlanda |
0,90 |
1 |
0 |
116 |
2 |
0 |
178 |
|||
3 |
0 |
168 |
|||
4a |
0 |
106 |
|||
Reġjuni kostali tal-Ingilterra tal-Lvant minn Berwick sa Dover Reġjuni kostali tal-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni: Ir-reġjuni kostali ta’ County Down (L-Irlanda ta’ Fuq) |
0,90 |
1 |
0 |
116 |
|
2 |
0 |
178 |
|||
3 |
0 |
168 |
|||
4a |
0 |
106 |
|||
Kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus |
Reġjuni kostali u gżejjer tal-Irlanda |
0,96 |
1 |
0 |
219 |
2 |
0 |
216 |
|||
3 |
0 |
210 |
|||
Reġjuni kostali u gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit |
0,95 |
1 |
0 |
217 |
|
2 |
0 |
214 |
|||
3 |
0 |
208 |
|||
Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius |
Reġjuni kostali minn Troon (fil-Lbiċ tal-Iskozja) sa Wick (fil-Grigal tal-Iskozja) u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni |
0,75 |
1 |
2 444 |
1 812 |
2 |
1 846 |
1 353 |
|||
3 |
1 846 |
1 327 |
|||
4 |
1 520 |
1 097 |
|||
5 |
1 412 |
1 046 |
|||
Albacore jew tonn alonga Thunnus alalunga |
Il-gżejjer tal-Azores u Madeira |
0,48 |
1 |
1 043 |
871 |
2 |
1 043 |
828 |
|||
Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus |
Il-Gżejjer Kanarji |
0,48 |
1 |
0 |
142 |
2 |
0 |
178 |
|||
3 |
0 |
200 |
|||
4 |
0 |
131 |
|||
Reġjuni kostali u gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit |
0,74 |
1 |
0 |
219 |
|
2 |
0 |
275 |
|||
3 |
0 |
309 |
|||
4 |
0 |
202 |
|||
Reġjuni kostali Atlantiċi tal-Portugall |
0,93 |
2 |
0 |
345 |
|
0,81 |
3 |
0 |
338 |
(*) Il-kategoriji tal-friskezza, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1278/2009
tat-22 ta' Diċembru 2009
li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata ta' xi prodotti tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fl-UE matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena kkonċernata. |
(2) |
Sabiex ma jkunx inkuraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f'pagament wieħed. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2010, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jkun kif ġej:
— |
: |
fl-ewwel xahar |
: |
ta’ EUR 219 għal kull tunnellata |
— |
: |
fit-tieni xahar |
: |
ta’ EUR 0 għal kull tunnellata |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1279/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna għall-kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew ikunu ġew ippriservati. |
(2) |
L-iskop ta’ dik l-għajnuna huwa li jingħata inkoraġġiment xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipproċessaw jew jippriservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom. |
(3) |
Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew li joħloq tagħwiġ fil-kompetizzjoni. |
(4) |
Il-livell tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzali għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin irreġistrati fl-UE matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena kkonċernata. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2010, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem imsemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata fissa msemmijin fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.
(3) ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.
ANNESS
1. |
L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem għall-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) u għal-lingwata (Solea spp.) elenkata fl-Anness I(C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
2. |
L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ‘il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I(C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
3. |
L-ammont tal-għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1280/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta' referenza validi għall-UE jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta' sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess igħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont il-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta' referenza. |
(2) |
Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz ta’ rtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-prezzijiet tal-irtirar tal-UE għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti għas-sena tas-sajd 2010 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2009 (2). |
(4) |
Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi stabbilit il-prezz ta’ referenza. |
(5) |
M’hemmx bżonn jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet ta' referenza għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS (1)
1. Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
L-ispeċi |
Id-daqs (2) |
Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata) |
|||
Ħut imnaddaf bir-ras (2) |
Ħut sħiħ (2) |
||||
Kodiċi addizzjonali tat-Taric |
Żejjed, A (2) |
Kodiċi addizzjonali tat-Taric |
Żejjed, A (2) |
||
Aringa tal-ispeċi Clupea harengus dik li qabel kellha n-numru 0302 40 00 |
1 |
|
— |
F011 |
129 |
2 |
|
— |
F012 |
198 |
|
3 |
|
— |
F013 |
187 |
|
4a |
|
— |
F016 |
118 |
|
4b |
|
— |
F017 |
118 |
|
4c |
|
— |
F018 |
248 |
|
5 |
|
— |
F015 |
220 |
|
6 |
|
— |
F019 |
110 |
|
7a |
|
— |
F025 |
110 |
|
7b |
|
— |
F026 |
99 |
|
8 |
|
— |
F027 |
83 |
|
Redfish (Sebastes spp.) li qabel kellu n-numru 0302 69 31 u li qabel kellu n-numru 0302 69 33 |
1 |
|
— |
F067 |
962 |
2 |
|
— |
F068 |
962 |
|
3 |
|
— |
F069 |
808 |
|
Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua li qabel kellu n-numru 0302 50 10 |
1 |
F073 |
1 144 |
F083 |
826 |
2 |
F074 |
1 144 |
F084 |
826 |
|
3 |
F075 |
1 081 |
F085 |
636 |
|
4 |
F076 |
858 |
F086 |
477 |
|
5 |
F077 |
604 |
F087 |
350 |
|
|
|
Ħut mgħolli fl-ilma |
Ħut frisk jew imkessaħ |
||
Kodiċi addizzjonali tat-Taric |
Żejjed, A (2) |
Kodiċi addizzjonali tat-Taric |
Żejjed, A (2) |
||
Gambli tal-ilma fond (Pandalus borealis) li qabel kellhom in-numru 0306 23 10 |
1 |
F317 |
4 985 |
F321 |
1 081 |
2 |
F318 |
1 748 |
— |
— |
2. Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000
Il-prodott |
Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric |
Il-preżentazzjoni |
Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata) |
||
1. Redfish |
|||||
|
|
Sħiħ: |
|
||
li qabel kellu n-numru 0303 79 35 li qabel kellu n-numru 0303 79 37 |
F411 |
|
941 |
||
li qabel kellu n-numru 0304 29 35 li qabel kellu n-numru 0304 29 39 |
|
Fi fletti: |
|
||
F412 |
|
1 895 |
|||
F413 |
|
2 094 |
|||
F414 |
|
2 239 |
|||
2. Merluzz |
|||||
li qabel kellhom in-numru 0303 52 10 , 0303 52 30 , 0303 52 90 , u 0303 79 41 |
F416 |
Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha |
1 095 |
||
li qabel kellhom in-numru 0304 29 29 |
|
Fi fletti: |
|
||
F417 |
|
2 451 |
|||
F418 |
|
2 663 |
|||
F419 |
|
2 550 |
|||
F420 |
|
2 943 |
|||
F421 |
|
2 903 |
|||
li qabel kellhom in-numru 0304 99 33 |
F422 |
F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati |
1 448 |
||
3. Pollakkju |
|||||
li qabel kellu n-numru 0304 29 31 |
|
Fi fletti: |
|
||
F424 |
|
1 518 |
|||
F425 |
|
1 705 |
|||
F426 |
|
1 476 |
|||
F427 |
|
1 630 |
|||
F428 |
|
1 786 |
|||
li qabel kellu n-numru 0304 99 41 |
F429 |
F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati |
966 |
||
4. Haddock |
|||||
li qabel kellu n-numru 0304 29 33 |
|
Fi fletti: |
|
||
F431 |
|
2 241 |
|||
F432 |
|
2 580 |
|||
F433 |
|
2 537 |
|||
F434 |
|
2 710 |
|||
F435 |
|
2 901 |
|||
5. Pollakkju tal-Alaska |
|||||
|
|
Fi fletti: |
|
||
li qabel kellu n-numru 0304 29 85 |
F441 |
|
1 170 |
||
F442 |
|
1 324 |
|||
6. Aringi |
|||||
|
|
Ġnub tal-aringi |
|
||
li qabel kellhom in-numru 0304 19 97 li qabel kellhom in-numru 0304 99 23 |
F450 |
|
510 |
||
F450 |
|
464 |
(1) Il-kodiċi addizzjonali li għandu jissemma għall-kategoriji kollha għajr dawk espliċitament imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness huwa “F499: Oħrajn”.
(2) Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1281/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-prezz tal-bejgħ tal-UE għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ugwali għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 (2) jiffissal-prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti kollha kkonċernati. |
(3) |
Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-merluzz. |
(4) |
Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeci differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jitniżżlu fl-UE sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent ipprovduta fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi tal-konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 327, 12.12.2009, p. 1.
ANNESS
Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi tal-konverżjoni
L-ispeċi |
Il-preżentazzjoni |
Il-fattur tal-konverżjoni |
Il-livell tal-intervent |
Il-prezz tal-bejgħ (f’EUR għal kull tunellata) |
|||||||||
Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 629 |
|||||||||
Merluzz (Merluccius spp.) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 027 |
|||||||||
Fi fletti individwali |
|
|
|
||||||||||
|
1,0 |
0,85 |
1 261 |
||||||||||
|
1,1 |
0,85 |
1 387 |
||||||||||
Sparidae (Dentex dentex u Pagellus spp.) |
Sħaħ jew imnaddfin, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
1 268 |
|||||||||
Pixxispad (Xiphias gladius) |
Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha |
1,0 |
0,85 |
3 398 |
|||||||||
Gambli Penaeidae |
Iffriżati |
|
|
|
|||||||||
|
|
1,0 |
0,85 |
3 461 |
|||||||||
|
|
1,0 |
0,85 |
6 847 |
|||||||||
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti) |
Iffriżat |
1,0 |
0,85 |
1 628 |
|||||||||
Klamari (Loligo spp.) |
|||||||||||||
|
|
1,00 |
0,85 |
1 002 |
|||||||||
|
1,20 |
0,85 |
1 203 |
||||||||||
|
|
2,50 |
0,85 |
2 505 |
|||||||||
|
2,90 |
0,85 |
2 906 |
||||||||||
Qarnit (Octopus spp.) |
Iffriżat |
1,00 |
0,85 |
1 837 |
|||||||||
Illex argentinus |
|
1,00 |
0,80 |
685 |
|||||||||
|
1,70 |
0,80 |
1 164 |
||||||||||
|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 409/2009 li jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni użati sabiex jikkonvertu l-piż tal-ħut ipproċessat f’piż tal-ħut ħaj
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2009 (2), jistabbilixxi l-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità u l-kodiċijiet ta’ preżentazzjoni għall-istati tal-ipproċċessar “frisk” u “mmellaħ frisk”. |
(2) |
L-ispeċijiet li huma suġġetti għall-kwoti tas-sajd jidħlu primarjament fl-istati tal-ipproċessar “frisk”, “immellaħ frisk” u “iffriżat”. B’konsegwenza ta’ dan hemm bżonn li r-Regolament (KE) Nru 409/2009 bil-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità għall-ħut iffriżat jiġi kumplimentat, sabiex il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità jkunu disponibbli għall-istati tal-ipproċessar rilevanti kollha. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (3) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni u t-trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 409/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-fatturi ta’ konverżjoni tal-Komunità stipulati fl-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw sabiex jiġi konvertit il-piż tal-ħut ipproċessat f’piż ta’ ħut ħaj.” |
(3) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “(1) Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 4 fil-ġurnal ta’ abbord, kif jissemma fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 (*), sabiex:
|
(4) |
L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(5) |
It-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 261, 20.10.1993, p 1.
(2) ĠU L 123, 19.5.2009, p. 78.
(3) ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.
ANNESS I
“ANNESS I
IL-KODIĊIJIET 3-ALPHA TAL-PREŻENTAZZJONI
Kodiċi 3-Alpha tal-preżentazzjoni |
Preżentazzjoni |
Deskrizzjoni |
FIL |
Fletti |
It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam u tal-ġwienaħ. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti |
FIS |
Fletti mqaxxra |
It-tneħħija tar-ras, tal-organi, tal-għadam, tal-ġwienaħ u tal-qoxra. Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti |
FSB |
Fletti bil-qoxra u bl-għadam |
Fletti bil-qoxra u bl-għadam fihom |
FSP |
Fletti mqaxxra bix-xewk (pinbone) fihom |
Fletti bil-qoxra mneħħija u bix-xewk (pinbone) fihom |
GHT |
Imnaddaf u mingħajr ir-ras u d-denb |
Bl-organi, ir-ras u d-denb imneħħija |
GUG |
Imnaddaf u bil-garġi mneħħija |
Bl-organi u l-garġi mneħħija |
GUH |
Imnaddaf u mingħajr ir-ras |
Bl-organi u r-ras imneħħija |
GUL |
Imnaddaf imma bil-fwied |
Bl-organi mneħħija minbarra l-fwied |
GUS |
Imnaddaf, mingħajr ir-ras u mqaxxar |
Bl-organi, ir-ras u l-qoxra mneħħija |
GUT |
Imnaddaf |
Bl-organi kollha mneħħija |
HEA |
Mingħajr ir-ras |
Bir-ras imneħħija |
JAT |
Qatà Ġappuniża mingħajr denb |
Qatà Ġappuniża bid-denb imneħħi |
LVR |
Fwied |
Fwied biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi LVR-C |
OTH |
Oħrajn |
Kwalunkwe preżentazzjoni oħra |
ROE |
Bajd(a) |
Bajd(a) biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi ROE-C |
CBF |
Miftuħa ktieb |
Mingħajr ir-ras, bil-qoxra, bl-ispina dorsali u bid-denb |
SUR |
Surimi |
Surimi |
SGT |
Imnaddaf u mmellaħ |
Bl-organi mneħħija u l-ħut immellaħ |
TAL |
Denb |
Dnieb biss |
TNG |
Ilsien |
Ilsien biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva* uża l-kodiċi TNG-C |
WHL |
Sħiħ |
Mingħajr ipproċessar |
WNG |
Ġwienaħ |
Ġwienaħ biss” |
ANNESS II
“ANNESS IV
IL-FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-KOMUNITÀ GĦALL-ĦUT IFFRIŻAT
Speċi: Alonga/tonn sekond Thunnus alalunga |
ALB |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,23 |
Speċi: Alfonsinos Beryx spp. |
ALF |
WHL |
1,00 |
Speċi: Inċova Engraulis encrasicholus |
ANE |
WHL |
1,00 |
Speċi: Petriċi Lophiidae |
ANF |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,22 |
GUH |
3,04 |
TAL |
3,00 |
FIS |
5,60 |
Speċi: Ħuta Makkarel tas-silġ Champsocephalus gunnari |
ANI |
WHL |
1,00 |
Speċi: Greater silver smelt Argentina silus |
ARU |
WHL |
1,00 |
Speċi: Tonn ta’ għajnu kbira Thunnus obesus |
BET |
WHL |
1,00 |
GUH |
1,29 |
HEA |
1,25 |
Speċi: Linarda Molva dypterygia |
BLI |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,17 |
GUH |
1,40 |
Speċi: Partun Scophthalmus rhombus |
BLL |
WHL |
1,00 |
Speċi: Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
BSF |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,48 |
Speċi: Marlin blu Makaira nigricans |
BUM |
WHL |
1,00 |
Speċi: Capelin Mallotus villosus |
CAP |
WHL |
1,00 |
Speċi: Merluzz Gadus morhua |
COD |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,17 |
GUH |
1,70 |
FIL |
2,60 |
FIS |
2,60 |
FSP |
2,95 |
CBF |
1,63 |
Speċi: Dab Komuni Limanda limanda |
DAB |
WHL |
1,00 |
Speċi: Mazzol griż Squalus acanthias |
DGS |
WHL |
1,00 |
GUS |
2,52 |
Speċi: Barbun Platichthys flesus |
FLE |
WHL |
1,00 |
Speċi: Lipp abjad Phycis blennoides |
GFB |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,12 |
GUH |
1,40 |
Speċi: Ħalibatt ta’ Greenland Reinhardtius hippoglossoides |
GHL |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,08 |
GUH |
1,39 |
Speċi: Haddock Melanogrammus aeglefinus |
HAD |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,17 |
GUH |
1,46 |
FIL |
2,60 |
FIS |
2,60 |
FSB |
2,70 |
FSP |
3,00 |
Speċi: Ħalibatt tal-Atlantiku Hippoglossus hippoglossus |
HAL |
WHL |
1,00 |
Speċi: Aringa Clupea harengus |
HER |
WHL |
1,00 |
Speċi: Marlozz Merluccius merluccius |
HKE |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,34 |
GUH |
1,67 |
Speċi: Marlozz abjad Urophycis tenuis |
HKW |
WHL |
1,00 |
Speċi: Sawrell Trachurus spp |
JAX |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,08 |
Speċi: Krill tal-Antartiku Euphausia superba |
KRI |
WHL |
1,00 |
Speċi: Lingwata Microstomus kitt |
LEM |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,05 |
Speċi: Megrims Lepidorhombus spp |
LEZ |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,06 |
Speċi: Ħuta tas-silġ unicorn Channichthys rhinoceratus |
LIC |
WHL |
1,00 |
Speċi: Lipp Molva molva |
LIN |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,14 |
GUH |
1,33 |
FIL |
2,80 |
FSP |
2,30 |
Speċi: Pizzintun Scomber scombrus |
MAC |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,11 |
Speċi: Ksampu Nephrops norvegicus |
NEP |
WHL |
1,00 |
TAL |
3,00 |
Speċi: Humped rockcod Notothenia gibberifrons |
NOG |
WHL |
1,00 |
Speċi: Norway pout Trisopterus esmarkii |
NOP |
WHL |
1,00 |
Speċi: Marbled rockcod Notothenia rossii |
NOR |
WHL |
1,00 |
Speċi: Orange roughy Hoplostethus atlanticus |
ORY |
WHL |
1,00 |
Speċi: Pacific snow crab Chionoecetes spp |
PCR |
WHL |
1,00 |
Speċi: Gamblu Penaeus Penaeus spp |
PEN |
WHL |
1,00 |
Speċi: Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa |
PLE |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,07 |
Speċi: Pollakkju saithe Pollachius virens |
POK |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,19 |
GUH |
1,44 |
FIS |
2,78 |
FSB |
2,12 |
FSP |
2,43 |
Speċi: Pollakkju Pollachius pollachius |
POL |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,17 |
Speċi: Gamblu tat-Tramuntana Pandalus borealis |
PRA |
WHL |
1,00 |
Speċi: Redfish tal-Atlantiku Sebastes spp |
RED |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,19 |
GUH |
1,78 |
FIS |
3,37 |
FSP |
3,00 |
JAT |
1,90 |
Speċi: Rough-head grenadier Macrourus berglax |
RHG |
WHL |
1,00 |
Speċi: Roundnose grenadier Coryphaenoides rupestris |
RNG |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,11 |
GUH |
1,92 |
Speċi: Ċiċċirell Ammodytes spp |
SAN |
WHL |
1,00 |
Speċi: Bażuga Pagellus bogaraveo |
SBR |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,11 |
Speċi: Rough longnose dogfish Deania histricosa |
SDH |
WHL |
1,00 |
Speċi: Arrowhead dogfish Deania profundorum |
SDU |
WHL |
1,00 |
Speċi: South Georgia icefish Pseudochaenichthys georgianus |
SGI |
WHL |
1,00 |
Speċi: Lingwata komuni Solea solea |
SOL |
WHL |
1,00 |
Speċi: Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
SPR |
WHL |
1,00 |
Speċi: Klamar tal-ġwienaħ qosra Illex illecebrosus |
SQI |
WHL |
1,00 |
Speċi: Klamar Martialia hyadesi |
SQS |
WHL |
1,00 |
Speċi: Rebekkin Rajidae |
SRX |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,13 |
WNG |
2,09 |
Speċi: Pixxispad Xiphias gladius |
SWO |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,12 |
GUH |
1,31 |
HEA |
1,33 |
GHT |
1,33 |
Speċi: Patagonian toothfish Dissostichus eleginoides |
TOP |
WHL |
1,00 |
Speċi: Barbun imperjali Psetta maxima |
TUR |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,09 |
Speċi: Tusk Brosme brosme |
USK |
WHL |
1,00 |
Speċi: Stokkafixx Micromesistius poutassou |
WHB |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,15 |
FIS |
2,65 |
SUR |
2,97 |
Speċi: Merlangu Merlangius merlangus |
WHG |
WHL |
1,00 |
GUT |
1,18 |
Speċi: Marlin abjad tal-Atlantiku Tetrapturus albidus |
WHM |
WHL |
1,00 |
Speċi: Witch flounder Glyptocephalus cynoglossus |
WIT |
WHL |
1,00 |
Speċi: Barbun denbu isfar Limanda ferruginea |
YEL |
WHL |
1,00 ” |
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/37 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/163/UE
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li temenda d-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tan-neotame
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel (2) telenka lista ta’ sustanzi għall-ħlewwa li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. |
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ivvalutat is-sigurtà tan-neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u esprimiet l-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Settembru 2007 (3). Wara li kkunsidrat id-dejta kollha dwar l-istabbiltà, il-prodotti ta’ degradazzjoni u t-tossikoloġija, l-EFSA kkonkludiet li n-neotame mhijiex ta’ tħassib għas-sigurtà fir-rigward tal-użi proposti bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir u stabbiliet it-Teħid Aċċettabbli ta’ Kuljum (TAK) ta’ 0—2 mg/kg bw/jum. L-EFSA nnotat ukoll li l-estimi konservattivi tal-esponiment għan-neotame fid-dieta kemm fl-adulti kif ukoll fit-tfal jissuġġerixxu li huwa improbabbli ħafna li t-TAK jinqabeż fil-livelli tal-użu proposti. |
(3) |
In-neotame hija sustanza li tagħti ħlewwa intensiva ħafna b’qawwa ta’ ħlewwa li tvarja bejn is-7 000 u t-13 000 darba aktar minn dik tas-sukrożju. Tista’ tintuża bħala sostitut għas-sukrożju jew għal sustanzi ta’ ħlewwa oħra f’sensiela wiesgħa ta’ prodotti. In-neotame tista’ tintuża weħidha jew ma’ sustanzi tal-ħlewwa oħra. Barra dan, in-neotame tista’ tbiddel it-taħwir tal-ikel u tax-xarbiet. |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 94/35/KE biex jippermetti l-użu tan-neotame fl-istess applikazzjonijiet tal-ikel bħas-sustanzi l-oħra ta’ ħlewwa intensivi bħalissa approvati. In-neotame għandha tingħata numru E ġdid, li huwa E 961. Sabiex jiġi ffaċilitat it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ din is-sustanza ta’ ħlewwa ġdida, huwa stabbilit li prodotti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. |
(5) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li se juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 94/35/KE hu emendat b’mod konformi mal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. Prodotti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3.
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Panil dwar l-Addittivi fl-Ikel, is-Sustanzi tat-Taħwir, l-Għajnuniet tal-Ipproċessar u l-Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tan-Neotame bħala sustanza għall-ħlewwa u t-taħwir. Il-Ġurnal tal-EFSA (2007) 581, 1-43.
(4) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness tad-Direttiva 94/35/KE l-annotazzjoni li ġejja E 961 tiddaħħal wara l-annotazzjoni E 959:
Nru KE |
Isem |
Prodotti tal-ikel |
Doża massima li tista’ tintuża |
“E 961 |
Neotame |
Xorb mhux alkoħoliku |
|
Xorb bit-togħma bbażat fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
20 mg/l |
||
Xorb fuq bażi ta’ ħalib jew fuq bażi miksuba mill-ħalib jew fuq bażi ta’ sugu tal-frott, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
20 mg/l |
||
Deżerti u prodotti simili |
|
||
Deżerti bit-togħma bbażati fuq l-ilma, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Preparazzjonijiet tal-ħalib u fuq bażi miksuba mill-ħalib, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Deżerti bbażati fuq il-frott u l-ħxejjex, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Deżerti bbażati fuq il-bajd, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Deżerti bbażati fuq iċ-ċereali, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Deżerti bbażati fuq ix-xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Ikliet ħfief: ċerti togħmiet ta’ prodotti tal-lamtu aromatizzati, imnexxfin, ippakkettati minn qabel, lesti għall-ikel u ġewż miksi |
18 mg/kg |
||
Ħlewwiet |
|
||
Ħlewwiet mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Ħlewwiet tal-kawkaw jew ibbażati fuq il-frott imnixxef, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
65 mg/kg |
||
Ħlewwiet bbażati fuq il-lamtu, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
65 mg/kg |
||
Kornets u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud |
60 mg/kg |
||
Essoblaten |
60 mg/kg |
||
Pejst tal-kawkaw jew ibbażat fuq il-ħalib, il-frott imnixxef jew ix-xaħam, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Ċereali għall-kolazzjon b’kontenut ta’ fibra ta’ aktar minn 15 %, u li fihom mill-inqas 20 % nuħħala, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Ħelu żgħir ħafna li jiffriska l-ħalq, mingħajr zokkor miżjud |
200 mg/kg |
||
Mustardini għall-griżmejn b’togħma qawwija ħafna mingħajr zokkor miżjud |
65 mg/kg |
||
Ċjuwing gamm mingħajr zokkor miżjud |
250 mg/kg |
||
Ħlewwiet f’forma ta’ pilloli bl-enerġija mnaqqsa |
15 mg/kg |
||
Sajder u perri |
20 mg/l |
||
Xorb magħmul minn taħlita ta’ xarba mhux alkoħolika u birra, sajder, spiriti jew inbid |
20 mg/l |
||
Xorb spirituż b’volum ta’ alkoħol ta’ inqas minn 15 % |
20 mg/l |
||
Birra mingħajr alkoħol jew b’kontenut tal-alkoħol li ma jaqbiżx il-1,2 % vol. |
20 mg/l |
||
Bière de table/Tafelbier/Table beer (b’kontenut oriġinali ta’ malt wara l-fermentazzjoni (wort) ta’ inqas minn 6 %) għajr l-‘Obergäriges Einfachbier’ |
20 mg/l |
||
Birer b’aċidità minima ta’ 30 milli-ekwivalenti espressi bħala NaOH |
20 mg/l |
||
Birer kannella tat-tip ‘oud bruin’ |
20 mg/l |
||
Birra bl-enerġija mnaqqsa |
1 mg/l |
||
Silġ li jittiekel, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
26 mg/kg |
||
Frott fil-laned jew fliexken, bl-enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud |
32 mg/kg |
||
Ġamm bl-enerġija mnaqqsa, ġeli u marmellati |
32 mg/kg |
||
Frott u preparazzjonijiet tal-ħxejjex bl-enerġija mnaqqsa |
32 mg/kg |
||
Priservi ta’ frott u ħxejjex b’togħma ħelwa-qarsa |
10 mg/kg |
||
Feinkostsalat |
12 mg/kg |
||
Priservi b’togħma ħelwa-qarsa u ħut u mmarinat tal-ħut semi-ppriservat, krostaċji u molluski |
10 mg/kg |
||
Sopop bl-enerġija mnaqqsa |
5 mg/l |
||
Zlazi |
12 mg/kg |
||
Mustarda |
12 mg/kg |
||
Prodotti moħmija fini għall-użu ta’ nutrizzjoni speċjali |
55 mg/kg |
||
Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ restrizzjoni ta’ enerġija għat-tnaqqis fil-piż kif imsemmi fid-Direttiva 1996/8/KE |
26 mg/kg |
||
Ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE |
32 mg/kg |
||
Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma likwida |
20 mg/kg |
||
Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE fornuti f’forma solida |
60 mg/kg |
||
Supplimenti ta’ ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE bbażati fuq vitamini u/jew elementi ta’ minerali u fornuti f’tip ta’ ġuleppp jew li jistgħu jintmagħdu |
185 mg/kg |
||
Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta’ fuq il-mejda |
quantum satis” |
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/41 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/164/UE
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li temenda għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,
Billi:
(1) |
Is-sustanza żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) hija attwalment ipprojbita għall-użu fi prodotti kożmetiċi, peress li hija elenkata fl-Anness II mad-Direttiva 76/768/KEE, taħt in-numru ta’ referenza 450. Il-projbizzjoni ta’ din is-sustanza kienet introdotta abbażi ta’ opinjoni li ħareġ il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Komsumaturi (SCCNFP) f’Mejju 2000, sussegwentament sostitwita mill- “Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsum (SCCP)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), u aktar tard mill- “Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3). L-SCCNFP irrakomanda l-projbizzjoni ta’ żjut essenzjali ta’ Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, eż. konkret u assolut, meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa, ibbażati fuq il-potenzjal sensitizzanti. |
(2) |
Madankollu, aktar tard l-SCCNFP ikkonkluda f’opinjoni li ħareġ fl-2001 li l-assolut tal-Verbena miksub minn Lippia citriodora Kunth. m’għandux jintuża b’tali mod li l-livell fil-prodotti kożmetiċi finali jeċċedi 0.2 %. Huwa għaldaqstant xieraq li l-assolut tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) jiġi inkluż flimkien mar-restrizzjoni rispettiva tiegħu fl-Anness III, Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE. Huwa wkoll xieraq li n-numru ta’ referenza 450 tal-Anness II jiġi emendat sabiex jispeċifika li s-sustanzi taż-żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, ħlief dawk assoluti, ikunu pprobjiti meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa. |
(3) |
Id-Direttiva 2008/42/KE tat-3 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-għan ta’ adattament tal-Annessi II u III tagħha għal progress tekniku (4) inkludiet diversi allyl esters li fihom alkoħol allyl bħala impurità fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Is-sustanza allyl phenethyl ether jista’ jkun fiha wkoll alkoħol allyl bħala impurità. Għal din is-sustanza, l-SCCNFP ħareġ opinjoni fl-2000 fejn irrakomanda l-ogħla limitu ta’ 0.1 % ta’ alkoħol allyl bħala impurità. |
(4) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCNFP, kif ukoll għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li s-sustanza allyl phenethly ether flimkien mar-ristrezzjoni rispettiva tagħha tiġi inkluża fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttia 76/768/KEE. |
(5) |
Il-grupp ta’ sustanzi Terpene terpenoids sinpine huwa attwalment irregolat taħt in-numru ta’ referenza 130 fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Madankollu, il-kelma “sinpine” hija isem kummerċjali u għaldaqstant għandha titneħħa mid-deżinjazzjoni ta’ dak il-grupp ta’ sustanzi. |
(6) |
Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Sabiex ikun żgurat progress bla xkiel mill-formoli eżistenti ta’ prodotti kosmetiċi għal formoli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jkunu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II u III mad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Frar 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi tal-Unjoni jew importaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Awwissu 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumaturi finali fi ħdan l-Unjoni.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Frar 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
(3) ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.
ANNESS
Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, in-numru ta’ referenza 450, “żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) (CAS Nru 8024-12-2), meta użat bħala ingredjent ta’ fwieħa” hija sostitwita minn “żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivativi tagħhom ħlief dawk assoluti (CAS Nru 8024-12-2), meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa”. |
(2) |
Parti 1 tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2009
fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2010 lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għal Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10291)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2009/1000/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Kwalunkwe laboratorju ta’ kollegament jew referenza skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li jissodisfa d-dmirijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fihom, jista’ jirċievu l-għajnuna mill-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien. |
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa sostnut minn programm ta’ ħidma plurienniali. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jaħtar lil-Laboratories Agency, Addlestone, ir-Renju Unit bħala l-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-enċifalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs). Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu l-ġbir u l-kollezzjoni tad-dejta dwar ir-riżultati tat-testijiet mwettqa fl-Unjoni u jżomm aġġornat dwar it-tendenzi fis-sorveljanza, l-epidjemoloġija u l-prevenzjoni tat-TSEs madwar id-dinja. |
(5) |
Il-Kummissjoni evalwat il-programm ta’ ħidma u l-estimi korrispondenti tal-baġit ppreżentati mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għat-TSEs għas-sena 2010. Skont dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata lil dan il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni sabiex jikkofinanzja l-attivitajiet tiegħu biex iwettaq il-ħidmiet u d-doveri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100ߕ% tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant fil-laqgħat ta’ ħidma. Derogi lil din il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil xi laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jeħtieġ appoġġ għal attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma tiegħu. |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (5) tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6), in-nefqa marbuta ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandhom jitħallsu mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Veterinary Laboratories Agency, Addlestone, fir-Renju Unit, biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, din l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 1 129 000.
Fi ħdan il-massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu u bla ħsara għal-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, għandu jiġi rriżervat ammont ta’ EUR 600 000 għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ protokoll li jimmira li jiġbor dejta biex itejjeb l-għarfien dwar ir-reżistenza ġenetika għall-iscrapie fil-mogħoż f’Ċipru.
2. Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-EUR 60 000.
3. B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, tar-Renju Unit;
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(3) ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.
(4) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(5) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(6) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10414)
(2009/1001/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-reġjun Makaroneżjan imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE, huwa magħmul mill-arċipelagi tal-Azores u l-Madeira (il-Portugall), u l-gżejjer Kanarji (Spanja) fl-Oċean Atlantiku, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fil-25 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa 'l quddiem imsejjaħ, “il-Kumitat tal-Ħabitats”. |
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995 jeħtieġ li jsir aktar progress fl-istabbiliment attwali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fil-Komunità. |
(3) |
Il-lista inizjali u l-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġew adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/11/KE (2) u 2008/95/KE (3). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħżlu s-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin, jistabbilixxu prijoritajiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa. |
(4) |
Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja qed jiġu riveduti fil-kuntest tal-adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk hemm bżonn li jsir it-tieni aġġornament tal-lista Makaroneżjana. |
(5) |
Min-naħa l-waħda, it-tieni aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mill-Istati Membri mill-2006 sa issa bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE huma applikabbli mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tat-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. |
(6) |
Min-naħa l-oħra, it-tieni aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-sit imressaq mill-Istati Membri wara l-adozzjoni tal-lista Komunitarja inizjali u tal-ewwel żewġ listi Komunitarji aġġornati. F’dak is-sens, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. Madankollu, wieħed għandu jenfasizza li l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE huma applikabbli mill-aktar fis u f’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista inizjali jew tal-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont f’liema lista jkun iddaħħal għall-ewwel darba sit ta’ importanza Komunitarja. |
(7) |
Għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummisjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Novembru 1997 u Ottubru 2008, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(8) |
Il-listi ta’ siti proposti kienu akkumpanjati b’tagħrif dwar kull sit, mogħti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 dwar format ta’ tagħrif fuq is-siti għas-siti Natura 2000 proposti (4). |
(9) |
Dak it-tagħrif jinkludi l-aktar mappa reċenti u definittiva tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-medda tas-sit, u d-dejta li nġabret bl-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III għad-Direttiva 92/43/KEE. |
(10) |
Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassal mill-Kummissjoni bi ftehim ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata t-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. |
(11) |
L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell Komunitarju saru permezz tal-aqwa tagħrif disponibbli attwalment. |
(12) |
Uħud mill-Istati Membri ma pproponewx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċjiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata t-tieni lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE. |
(13) |
Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, ma għandux jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut jew li mhuwiex komplut. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE. |
(14) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni 2008/95/KE għandha tiġi sostitwita. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, hija stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2008/95/KE hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(4) ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.
ANNESS
It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan
Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SCI) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.
It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:
A |
: |
il-kodiċi tal-SCI li fih disa’ karattri, li minnhom l-ewwel tnejn huma l-kodiċi tal-ISO tal-Istat Membru; |
B |
: |
isem l-SCI; |
C |
: |
* = il-preżenza fl-SCI ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u/jew speċi waħda ta’ prijorità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE; |
D |
: |
l-erja tal-wiċċ tal-SCI f’ettari jew it-tul f’km; |
E |
: |
il-koordinati ġeografiċi tal-SCI (il-latitudni u l-lonġitudni). |
It-tagħrif kollu mogħti fil-lista Komunitarja ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata minn Spanja u mill-Portugall.
A |
B |
C |
D |
E |
||
Kodiċi tal-SCI |
Isem l-SCI |
* |
Erja tal-SCI (ha) |
Tul tal-SCI (km) |
Koordinati ġeografiċi tal-SCI |
|
Lonġitudni |
Latitudni |
|||||
ES0000041 |
Ojeda, Inagua y Pajonales |
* |
3 527,6 |
|
W 15 41 |
N 27 56 |
ES0000043 |
Caldera de Taburiente |
* |
4 354,7 |
|
W 17 52 |
N 28 43 |
ES0000044 |
Garajonay |
* |
3 785,4 |
|
W 17 15 |
N 28 7 |
ES0000096 |
Pozo Negro |
* |
9 096 |
|
W 13 58 |
N 28 16 |
ES0000102 |
Garoé |
* |
1 124 |
|
W 17 56 |
N 27 47 |
ES0000108 |
Los Órganos |
* |
149,7 |
|
W 17 16 |
N 28 13 |
ES0000111 |
Tamadaba |
* |
7 448,7 |
|
W 15 43 |
N 28 1 |
ES0000112 |
Juncalillo del Sur |
|
186,3 |
|
W 15 28 |
N 27 47 |
ES0000113 |
Macizo de Tauro |
* |
1 244,1 |
|
W 15 41 |
N 27 54 |
ES0000141 |
Parque Nacional de Timanfaya |
|
5 180,7 |
|
W 13 46 |
N 29 0 |
ES7010002 |
Barranco Oscuro |
* |
33,4 |
|
W 15 35 |
N 28 3 |
ES7010003 |
El Brezal |
* |
109,1 |
|
W 15 36 |
N 28 6 |
ES7010004 |
Azuaje |
* |
456,3 |
|
W 15 34 |
N 28 5 |
ES7010005 |
Los Tilos de Moya |
* |
89 |
|
W 15 35 |
N 28 5 |
ES7010006 |
Los Marteles |
* |
2 803,7 |
|
W 15 32 |
N 27 57 |
ES7010007 |
Las Dunas de Maspalomas |
* |
360 |
|
W 15 35 |
N 27 44 |
ES7010008 |
Güigüí |
* |
2 897,7 |
|
W 15 48 |
N 27 57 |
ES7010010 |
Pilancones |
* |
5 781,6 |
|
W 15 38 |
N 27 51 |
ES7010011 |
Amagro |
* |
487,6 |
|
W 15 40 |
N 28 7 |
ES7010012 |
Bandama |
|
592,9 |
|
W 15 26 |
N 28 1 |
ES7010014 |
Cueva de Lobos |
* |
7 027,5 |
|
W 14 15 |
N 28 18 |
ES7010016 |
Área marina de La Isleta |
* |
8 562 |
|
W 15 27 |
N 28 10 |
ES7010017 |
Franja marina de Mogán |
* |
29 993 |
|
W 15 33 |
N 27 45 |
ES7010018 |
Riscos de Tirajana |
* |
749,6 |
|
W 15 34 |
N 27 57 |
ES7010019 |
Roque de Nublo |
* |
446,4 |
|
W 15 36 |
N 27 57 |
ES7010020 |
Sebadales de La Graciosa |
|
1 192 |
|
W 13 30 |
N 29 13 |
ES7010021 |
Sebadales de Guasimeta |
|
1 276 |
|
W 13 35 |
N 28 55 |
ES7010022 |
Sebadales de Corralejo |
* |
1 946,6 |
|
W 13 49 |
N 28 42 |
ES7010023 |
Malpaís de la Arena |
|
849,8 |
|
W 13 55 |
N 28 38 |
ES7010024 |
Vega de Río Palmas |
* |
365,7 |
|
W 14 3 |
N 28 24 |
ES7010025 |
Fataga |
* |
2 725,9 |
|
W 15 34 |
N 27 54 |
ES7010027 |
Jinámar |
* |
30,7 |
|
W 15 25 |
N 28 2 |
ES7010028 |
Tufia |
* |
51,3 |
|
W 15 22 |
N 27 57 |
ES7010031 |
Islote de Lobos |
* |
452,7 |
|
W 13 49 |
N 28 44 |
ES7010032 |
Corralejo |
* |
2 689,3 |
|
W 13 51 |
N 28 40 |
ES7010033 |
Jandía |
* |
14 972,5 |
|
W 14 21 |
N 28 5 |
ES7010034 |
Montaña Cardón |
* |
1 233,6 |
|
W 14 9 |
N 28 15 |
ES7010035 |
Playa de Sotavento de Jandía |
* |
5 461,1 |
|
W 14 12 |
N 28 9 |
ES7010036 |
Punta del Mármol |
* |
29,9 |
|
W 15 36 |
N 28 8 |
ES7010037 |
Bahía del Confital |
|
634,2 |
|
W 15 27 |
N 28 8 |
ES7010038 |
Barranco de La Virgen |
* |
559,4 |
|
W 15 35 |
N 28 2 |
ES7010039 |
El Nublo II |
* |
13 956 |
|
W 15 40 |
N 27 57 |
ES7010040 |
Hoya del Gamonal |
* |
627,3 |
|
W 15 34 |
N 27 58 |
ES7010041 |
Barranco de Guayadeque |
* |
709,4 |
|
W 15 27 |
N 27 55 |
ES7010042 |
La Playa del Matorral |
* |
95,58 |
|
W 14 19 |
N 28 2 |
ES7010044 |
Los Islotes |
|
151,2 |
|
W 13 31 |
N 29 17 |
ES7010045 |
Archipiélago Chinijo |
* |
8 865,3 |
|
W 13 34 |
N 29 6 |
ES7010046 |
Los Volcanes |
|
9 986,1 |
|
W 13 44 |
N 29 2 |
ES7010047 |
La Corona |
* |
2 602,4 |
|
W 13 26 |
N 29 10 |
ES7010048 |
Bahía de Gando |
* |
477,7 |
|
W 15 22 |
N 27 55 |
ES7010049 |
Arinaga |
* |
92,4 |
|
W 15 23 |
N 27 51 |
ES7010052 |
Punta de la Sal |
* |
136 |
|
W 15 23 |
N 27 52 |
ES7010053 |
Playa del Cabrón |
|
956,2 |
|
W 15 23 |
N 27 51 |
ES7010054 |
Los Jameos |
|
234,7 |
|
W 13 25 |
N 29 9 |
ES7010055 |
Amurga |
* |
5 341,2 |
|
W 15 32 |
N 27 50 |
ES7010056 |
Sebadales de Playa del Inglés |
* |
2 721,5 |
|
W 15 33 |
N 27 45 |
ES7010062 |
Betancuria |
* |
3 328,8 |
|
W 14 21 |
N 28 5 |
ES7010063 |
Nublo |
* |
7 107,5 |
|
W 15 45 |
N 27 53 |
ES7010064 |
Ancones-Sice |
|
223,3 |
|
W 14 4 |
N 28 19 |
ES7010065 |
Malpaís del Cuchillo |
|
55,4 |
|
W 13 40 |
N 29 5 |
ES7010066 |
Costa de Sardina del Norte |
|
1 426,5 |
|
W 15 42 |
N 28 8 |
ES7011001 |
Los Risquetes |
|
9,1 |
|
W 13 39 |
N 29 6 |
ES7011002 |
Cagafrecho |
|
633,1 |
|
W 13 40 |
N 28 55 |
ES7011003 |
Pino Santo |
|
1 564,8 |
|
W 15 28 |
N 28 3 |
ES7011004 |
Macizo de Tauro II |
|
5 117,6 |
|
W 15 41 |
N 27 49 |
ES7011005 |
Sebadales de Güigüí |
* |
7 219,74 |
|
W 15 52 |
N 27 57 |
ES7020001 |
Mencáfete |
* |
454,6 |
|
W 18 4 |
N 27 43 |
ES7020002 |
Roques de Salmor |
|
3,5 |
|
W 17 59 |
N 27 49 |
ES7020003 |
Tibataje |
* |
592,7 |
|
W 18 0 |
N 27 46 |
ES7020004 |
Risco de Las Playas |
* |
966,9 |
|
W 17 57 |
N 27 42 |
ES7020006 |
Timijiraque |
* |
375,1 |
|
W 17 55 |
N 27 46 |
ES7020008 |
Pinar de Garafía |
* |
1 027,5 |
|
W 17 52 |
N 28 46 |
ES7020009 |
Guelguén |
* |
1 062,4 |
|
W 17 52 |
N 28 49 |
ES7020010 |
Las Nieves |
* |
5 114,6 |
|
W 17 49 |
N 28 44 |
ES7020011 |
Cumbre Vieja |
* |
7 522,1 |
|
W 17 50 |
N 28 35 |
ES7020012 |
Montaña de Azufre |
|
75,8 |
|
W 17 46 |
N 28 33 |
ES7020014 |
Risco de la Concepción |
* |
65,7 |
|
W 17 46 |
N 28 40 |
ES7020015 |
Costa de Hiscaguán |
|
249,9 |
|
W 17 57 |
N 28 48 |
ES7020016 |
Barranco del Jorado |
|
98,2 |
|
W 17 57 |
N 28 42 |
ES7020017 |
Franja marina Teno-Rasca |
* |
69 500 |
|
W 16 53 |
N 28 16 |
ES7020018 |
Tubo volcánico de Todoque |
|
1,7 |
|
W 17 53 |
N 28 36 |
ES7020020 |
Tablado |
* |
223,6 |
|
W 17 52 |
N 28 48 |
ES7020021 |
Barranco de las Angustias |
* |
1 699 |
|
W 17 54 |
N 28 41 |
ES7020022 |
Tamanca |
* |
2 073,1 |
|
W 17 52 |
N 28 34 |
ES7020024 |
Juan Mayor |
* |
28,3 |
|
W 17 46 |
N 28 41 |
ES7020025 |
Barranco del Agua |
* |
74,2 |
|
W 17 44 |
N 28 43 |
ES7020026 |
La Caldereta |
* |
18 |
|
W 18 0 |
N 27 44 |
ES7020028 |
Benchijigua |
* |
483,2 |
|
W 17 13 |
N 28 6 |
ES7020029 |
Puntallana |
* |
285,7 |
|
W 17 6 |
N 28 7 |
ES7020030 |
Majona |
* |
1 975,7 |
|
W 17 9 |
N 28 8 |
ES7020032 |
Roque Cano |
* |
57,1 |
|
W 17 15 |
N 28 10 |
ES7020033 |
Roque Blanco |
* |
29,8 |
|
W 17 14 |
N 28 9 |
ES7020034 |
La Fortaleza |
* |
53,1 |
|
W 17 16 |
N 28 5 |
ES7020035 |
Barranco del Cabrito |
* |
1 160,4 |
|
W 17 9 |
N 28 4 |
ES7020037 |
Lomo del Carretón |
* |
248,5 |
|
W 17 19 |
N 28 8 |
ES7020039 |
Orone |
* |
1 706,6 |
|
W 17 15 |
N 28 5 |
ES7020041 |
Charco del Conde |
|
9,2 |
|
W 17 20 |
N 28 5 |
ES7020042 |
Charco de Cieno |
* |
5,2 |
|
W 17 20 |
N 28 5 |
ES7020043 |
Parque Nacional del Teide |
* |
18 993,1 |
|
W 16 37 |
N 28 14 |
ES7020044 |
Ijuana |
* |
901,8 |
|
W 16 8 |
N 28 33 |
ES7020045 |
Pijaral |
* |
295,7 |
|
W 16 10 |
N 28 33 |
ES7020046 |
Los Roques de Anaga |
* |
9,8 |
|
W 16 9 |
N 28 35 |
ES7020047 |
Pinoleris |
* |
178,4 |
|
W 16 29 |
N 28 22 |
ES7020048 |
Malpaís de Güímar |
* |
286 |
|
W 16 22 |
N 28 18 |
ES7020049 |
Montaña Roja |
* |
163,96 |
|
W 16 32 |
N 28 1 |
ES7020050 |
Malpaís de la Rasca |
|
312,7 |
|
W 16 41 |
N 28 0 |
ES7020051 |
Barranco del Infierno |
* |
1 824,1 |
|
W 16 42 |
N 28 7 |
ES7020052 |
Chinyero |
* |
2 380 |
|
W 16 47 |
N 28 17 |
ES7020053 |
Las Palomas |
* |
582,7 |
|
W 16 27 |
N 28 23 |
ES7020054 |
Corona Forestal |
* |
41 067,7 |
|
W 16 37 |
N 28 10 |
ES7020055 |
Barranco de Fasnia y Güímar |
* |
151,1 |
|
W 16 27 |
N 28 15 |
ES7020056 |
Montaña Centinela |
|
130,7 |
|
W 16 27 |
N 28 9 |
ES7020057 |
Mar de Las Calmas |
* |
9 898,4 |
|
W 18 3 |
N 27 38 |
ES7020058 |
Montañas de Ifara y Los Riscos |
|
284,9 |
|
W 16 32 |
N 28 4 |
ES7020061 |
Roque de Jama |
* |
92,5 |
|
W 16 38 |
N 28 5 |
ES7020064 |
Los Sables |
* |
3,1 |
|
W 17 55 |
N 28 48 |
ES7020065 |
Montaña de Tejina |
* |
167,7 |
|
W 16 45 |
N 28 11 |
ES7020066 |
Roque de Garachico |
|
3,04 |
|
W 16 45 |
N 28 22 |
ES7020068 |
La Rambla de Castro |
* |
45 |
|
W 16 35 |
N 28 23 |
ES7020069 |
Las Lagunetas |
* |
3 568,3 |
|
W 16 24 |
N 28 25 |
ES7020070 |
Barranco de Erques |
* |
262,7 |
|
W 16 47 |
N 28 9 |
ES7020071 |
Montaña de la Centinela |
* |
15 |
|
W 17 46 |
N 28 32 |
ES7020072 |
Montaña de la Breña |
* |
26,1 |
|
W 17 47 |
N 28 37 |
ES7020073 |
Los Acantilados de la Culata |
* |
440,9 |
|
W 16 45 |
N 28 21 |
ES7020074 |
Los Campeches, Tigaiga y Ruiz |
* |
543,5 |
|
W 16 36 |
N 28 21 |
ES7020075 |
La Resbala |
* |
590,6 |
|
W 16 28 |
N 28 22 |
ES7020076 |
Riscos de Bajamar |
* |
26 |
|
W 17 46 |
N 28 40 |
ES7020077 |
Acantilado de la Hondura |
|
32,5 |
|
W 16 25 |
N 28 11 |
ES7020078 |
Tabaibal del Porís |
|
47,5 |
|
W 16 25 |
N 28 10 |
ES7020081 |
Interián |
* |
100,2 |
|
W 16 47 |
N 28 21 |
ES7020082 |
Barranco de Ruiz |
* |
95,3 |
|
W 16 37 |
N 28 22 |
ES7020084 |
Barlovento, Garafía, El Paso y Tijarafe |
* |
5 561,7 |
|
W 17 57 |
N 28 46 |
ES7020085 |
El Paso y Santa Cruz de La Palma |
* |
1 390,5 |
|
W 17 51 |
N 28 40 |
ES7020086 |
Santa Cruz de La Palma |
* |
216 |
|
W 17 49 |
N 28 41 |
ES7020087 |
Breña Alta |
* |
60,8 |
|
W 17 49 |
N 28 37 |
ES7020088 |
Sabinar de Puntallana |
* |
14,1 |
|
W 17 44 |
N 28 44 |
ES7020089 |
Sabinar de La Galga |
* |
81 |
|
W 17 46 |
N 28 46 |
ES7020090 |
Monteverde de Don Pedro-Juan Adalid |
* |
483,1 |
|
W 17 54 |
N 28 49 |
ES7020091 |
Monteverde de Gallegos-Franceses |
* |
1 408,6 |
|
W 17 50 |
N 28 49 |
ES7020092 |
Monteverde de Lomo Grande |
* |
494,9 |
|
W 17 48 |
N 28 47 |
ES7020093 |
Monteverde de Barranco Seco-Barranco del Agua |
* |
1 939,1 |
|
W 17 47 |
N 28 44 |
ES7020094 |
Monteverde de Breña Alta |
* |
823,2 |
|
W 17 48 |
N 28 40 |
ES7020095 |
Anaga |
* |
10 340,6 |
|
W 16 13 |
N 28 32 |
ES7020096 |
Teno |
* |
6 119,7 |
|
W 16 51 |
N 28 18 |
ES7020097 |
Teselinde-Cabecera de Vallehermoso |
* |
2 340,9 |
|
W 17 17 |
N 28 11 |
ES7020098 |
Montaña del Cepo |
* |
1 162 |
|
W 17 12 |
N 28 11 |
ES7020099 |
Frontera |
* |
8 807,4 |
|
W 18 7 |
N 27 45 |
ES7020100 |
Cueva del Viento |
* |
137,7 |
|
W 16 41 |
N 28 20 |
ES7020101 |
Laderas de Enchereda |
* |
682,6 |
|
W 17 11 |
N 28 8 |
ES7020102 |
Barranco de Charco Hondo |
* |
392,4 |
|
W 17 15 |
N 28 3 |
ES7020103 |
Barranco de Argaga |
* |
187,1 |
|
W 17 18 |
N 28 5 |
ES7020104 |
Valle Alto de Valle Gran Rey |
* |
706,8 |
|
W 17 18 |
N 28 6 |
ES7020105 |
Barranco del Águila |
* |
164,4 |
|
W 17 7 |
N 28 8 |
ES7020106 |
Cabecera Barranco de Aguajilva |
* |
140,3 |
|
W 17 17 |
N 28 7 |
ES7020107 |
Cuenca de Benchijigua-Guarimiar |
* |
1 341,4 |
|
W 17 13 |
N 28 3 |
ES7020108 |
Taguluche |
* |
139,5 |
|
W 17 19 |
N 28 8 |
ES7020109 |
Barrancos del Cedro y Liria |
* |
584,18 |
|
W 17 11 |
N 28 9 |
ES7020110 |
Barranco de Niágara |
* |
38,7 |
|
W 16 45 |
N 28 11 |
ES7020111 |
Barranco de Orchilla |
* |
18,4 |
|
W 16 36 |
N 28 6 |
ES7020112 |
Barranco de las Hiedras-El Cedro |
* |
166,4 |
|
W 16 29 |
N 28 11 |
ES7020113 |
Acantilado costero de Los Perros |
* |
65,9 |
|
W 16 41 |
N 28 23 |
ES7020114 |
Riscos de Lara |
* |
103,4 |
|
W 16 49 |
N 28 15 |
ES7020115 |
Laderas de Chío |
* |
197,1 |
|
W 16 47 |
N 28 15 |
ES7020116 |
Sebadales del sur de Tenerife |
* |
2 692,9 |
|
W 16 35 |
N 28 1 |
ES7020117 |
Cueva marina de San Juan |
|
0,7 |
|
W 16 49 |
N 28 10 |
ES7020118 |
Barranco de Icor |
* |
36,5 |
|
W 16 27 |
N 28 12 |
ES7020119 |
Lomo de Las Eras |
|
1,7 |
|
W 16 25 |
N 28 11 |
ES7020120 |
Sebadal de San Andrés |
|
582,7 |
|
W 16 12 |
N 28 29 |
ES7020121 |
Barranco Madre del Agua |
* |
9,8 |
|
W 16 29 |
N 28 12 |
ES7020122 |
Franja marina de Fuencaliente |
* |
7 055,2 |
|
W 17 53 |
N 28 32 |
ES7020123 |
Franja marina Santiago-Valle Gran Rey |
* |
13 139 |
|
W 17 18 |
N 28 2 |
ES7020124 |
Costa de Garafía |
|
3 475,3 |
|
W 17 52 |
N 28 51 |
ES7020125 |
Costa de los Órganos |
|
1 164 |
|
W 17 17 |
N 28 13 |
ES7020126 |
Costa de San Juan de la Rambla |
|
1 602,9 |
|
W 16 37 |
N 28 25 |
ES7020127 |
Risco de la Mérica |
* |
38,3 |
|
W 17 20 |
N 28 6 |
ES7020128 |
Sebadales de Antequera |
|
272,62 |
|
W 16 7 |
N 28 31 |
ES7020129 |
Piña de mar de Granadilla |
|
0,93 |
|
W 16 30 |
N 28 4 |
PTCOR0001 |
Costa e Caldeirão — Ilha do Corvo |
* |
964,02 |
|
W 31 6 |
N 39 42 |
PTDES0001 |
Ilhas Desertas |
* |
11 301,62 |
|
W 16 29 |
N 32 30 |
PTFAI0004 |
Caldeira e Capelinhos — Ilha do Faial |
* |
2 023,05 |
|
W 28 45 |
N 38 35 |
PTFAI0005 |
Monte da Guia — Ilha do Faial |
* |
362,85 |
|
W 28 37 |
N 38 31 |
PTFAI0006 |
Ponta do Varadouro — Ilha do Faial |
* |
19,66 |
|
W 28 47 |
N 38 34 |
PTFAI0007 |
Morro de Castelo Branco — Ilha do Faial |
* |
131,52 |
|
W 28 45 |
N 38 31 |
PTFLO0002 |
Zona Central — Morro Alto — Ilha das Flores |
* |
2 924,68 |
|
W 31 13 |
N 39 27 |
PTFLO0003 |
Costa Nordeste — Ilha das Flores |
* |
1 215,28 |
|
W 31 10 |
N 39 30 |
PTGRA0015 |
Ilhéu de Baixo — Restinga Ilha Graciosa |
* |
248,65 |
|
W 27 57 |
N 39 0 |
PTGRA0016 |
Ponta Branca — Ilha Graciosa |
* |
74,81 |
|
W 28 2 |
N 39 1 |
PTJOR0013 |
Ponta dos Rosais — Ilha de S. Jorge |
* |
303,8 |
|
W 28 18 |
N 38 45 |
PTJOR0014 |
Costa NE e Ponta do Topo — Ilha de S. Jorge |
* |
3 956,41 |
|
W 27 51 |
N 38 35 |
PTMAD0001 |
Laurisilva da Madeira |
* |
13 354,86 |
|
W 17 3 |
N 32 46 |
PTMAD0002 |
Maciço Montanhoso Central da Ilha da Madeira |
* |
8 212,22 |
|
W 16 55 |
N 32 43 |
PTMAD0003 |
Ponta de S. Lourenço |
* |
2 043,12 |
|
W 16 41 |
N 32 44 |
PTMAD0004 |
Ilhéu da Viúva |
* |
1 822,47 |
|
W 16 51 |
N 32 48 |
PTMAD0005 |
Achadas da Cruz |
|
205,82 |
|
W 17 12 |
N 32 50 |
PTMAD0006 |
Moledos — Madalena do Mar |
|
18,12 |
|
W 17 8 |
N 32 42 |
PTMAD0007 |
Pináculo |
* |
33,81 |
|
W 16 52 |
N 32 39 |
PTMAZ0001 |
Menez Gwen |
|
9 489 |
|
W 31 31 |
N 37 49 |
PTMAZ0002 |
Lucky Strike |
|
19 023,5 |
|
W 32 18 |
N 37 17 |
PTMIG0019 |
Lagoa do Fogo — Ilha de S. Miguel |
* |
1 360,42 |
|
W 25 28 |
N 37 46 |
PTMIG0020 |
Caloura-Ponta da Galera — Ilha de S. Miguel |
* |
204,2 |
|
W 25 30 |
N 37 42 |
PTMIG0021 |
Banco D. João de Castro (Canal Terceira — S. Miguel) |
* |
1 643 |
|
W 26 36 |
N 38 13 |
PTPIC0008 |
Baixa do Sul (Canal do Faial) |
* |
54,68 |
|
W 28 35 |
N 38 30 |
PTPIC0009 |
Montanha do Pico, Prainha e Caveiro — Ilha do Pico |
* |
8 572 |
|
W 28 17 |
N 38 28 |
PTPIC0010 |
Ponta da Ilha — Ilha do Pico |
* |
394,96 |
|
W 28 2 |
N 38 25 |
PTPIC0011 |
Lajes do Pico — Ilha do Pico |
* |
142,15 |
|
W 28 15 |
N 38 23 |
PTPIC0012 |
Ilhéus da Madalena — Ilha do Pico |
* |
146,4 |
|
W 28 32 |
N 38 32 |
PTPOR0001 |
Ilhéus do Porto Santo |
* |
232,2 |
|
W 16 23 |
N 33 0 |
PTPOR0002 |
Pico Branco — Porto Santo |
|
142,72 |
|
W 16 17 |
N 33 5 |
PTSEL0001 |
Ilhas Selvagens |
* |
5 752 |
|
W 15 51 |
N 30 5 |
PTSMA0022 |
Ponta do Castelo — Ilha de Sta. Maria |
* |
320,49 |
|
W 25 2 |
N 36 55 |
PTSMA0023 |
Ilhéu das Formigas e Recife Dollabarat (Canal S. Miguel — Sta. Maria) |
* |
3 542 |
|
W 25 45 |
N 37 15 |
PTTER0017 |
Serra Santa Bárbara e Pico Alto — Ilha da Terceira |
* |
4 760,25 |
|
W 27 17 |
N 38 44 |
PTTER0018 |
Costa das Quatro Ribeiras — Ilha da Terceira |
* |
274,39 |
|
W 27 12 |
N 38 48 |
Rettifika
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/56 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Ufficiali tal-Unjoni Europea L 322 tad-9 ta’ Diċembru 2009 )
F’paġna 30, fl-Anness I, it-Tabella għandha tinbidel kif ġej:
“Ġermanja |
Jannar-Ġunju |
2007 |
Portugall |
Lulju-Diċembru |
|
Slovenja |
Jannar-Ġunju |
2008 |
Franza |
Lulju-Diċembru |
|
Repubblika Ċeka |
Jannar-Ġunju |
2009 |
Svezja |
Lulju-Diċembru |
|
Spanja |
Jannar-Ġunju |
2010 |
Belġju |
Lulju-Diċembru |
|
Ungerija |
Jannar-Ġunju |
2011 |
Polonja |
Lulju-Diċembru |
|
Danimarka |
Jannar-Ġunju |
2012 |
Ċipru |
Lulju-Diċembru |
|
Irlanda |
Jannar-Ġunju |
2013 |
Litwanja |
Lulju-Diċembru |
|
Greċja |
Jannar-Ġunju |
2014 |
Italja |
Lulju-Diċembru |
|
Latvja |
Jannar-Ġunju |
2015 |
Lussemburgu |
Lulju-Diċembru |
|
Olanda |
Jannar-Ġunju |
2016 |
Slovakkja |
Lulju-Diċembru |
|
Malta |
Jannar-Ġunju |
2017 |
Renju Unit |
Lulju-Diċembru |
|
Estonja |
Jannar-Ġunju |
2018 |
Bulgarija |
Lulju-Diċembru |
|
Awstrija |
Jannar-Ġunju |
2019 |
Rumanija |
Lulju-Diċembru |
|
Finlandja |
Jannar-Ġunju |
2020” |