ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.339.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
22 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

Paġna

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1265/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u minn xi obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2010, b’segwitu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 243/2007 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-addittiv għall-għalf fl-għalf għall-qżieqeż għat-tismin ( 1 )

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf ( 1 )

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2009 tal-21 ta’ Diċembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

32

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/991/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2009 dwar l-għoti ta' għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Latvja għax-xiri ta' art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013

34

 

 

2009/992/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9959)  ( 1 )

36

 

 

2009/993/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10046)

40

 

 

2009/994/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10048)  ( 1 )

41

 

 

2009/995/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10049)  ( 1 )

44

 

 

2009/996/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10050)

49

 

 

2009/997/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' disponibbilità tal-Unjoni Ewropea għajnuna makrofinanzjarja għal-Libanu

54

 

 

2009/998/UE

 

*

Deċizjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Diċèmbru 2009 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2009/27)

55

 

 

2009/999/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija (Privat) tal-Europol tal-1 ta’ Diċembru 2009 bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonusijiet imħallsa lill-membri tal-personal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol

58

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta’ Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 ( ĠU L 185, 12.7.2008 )

59

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni 2008/577/KE tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina mir-Russja u l-Ukraina ( ĠU L 185, 12.7.2008 )

59

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1265/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

44,1

MA

64,0

TN

121,5

TR

83,7

ZZ

78,3

0707 00 05

EG

155,5

JO

81,7

MA

87,9

TR

113,2

ZZ

109,6

0709 90 70

MA

39,1

TR

123,8

ZZ

81,5

0709 90 80

EG

175,4

ZZ

175,4

0805 10 20

MA

64,0

TR

60,4

ZA

81,6

ZZ

68,7

0805 20 10

MA

72,8

TR

59,0

ZZ

65,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

38,4

IL

76,2

TR

72,3

ZZ

62,3

0805 50 10

TR

67,5

ZZ

67,5

0808 10 80

CA

71,9

CN

89,8

MK

23,6

US

92,0

ZZ

69,3

0808 20 50

CN

47,6

TR

97,0

US

147,7

ZZ

97,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1266/2009

tas-16 ta’ Diċembru 2009

li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1), u partikolarment l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jeħtieġ li l-apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għandu, fir-rigward ta’ kostruzzjoni, testijiet, installazzjoni u użu tiegħu, jaqbel mar-rekwiżiti tal-Annessi I, IB u II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jistipula li Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip lil kull tip ta’ takografu diġitali li jaqbel mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness IB tar-Regolament.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jeħtieġ li l-apparat tar-registrazzjoni jkun installat u użat f’vetturi rilevanti rregistrati fi Stat Membru.

(4)

L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-eżaminazzjoni, l-installazzjoni u l-ispezzjonar tat-takografu diġitali.

(5)

Sabiex it-takografu diġitali jittejjeb u jsir ta’ kwalità aħjar bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq l-industrija u li tkun żgurata informazzjoni sigura dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kemm għall-operaturi tat-trasport kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll, jeħtieġ li l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 ikun adattat għall-progress tekniku..

(6)

Dan ir-Regolament ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip lil apparat li huwa konformi mar-rekwiżiti stipulati minnu qabel id-data ta’ applikazzjoni tiegħu sabiex ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat b’mod rapidu apparat ta’ reġistrazzjoni aktar sigur. Dan ir-Regolament ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip lil softwer li jaġġorna t-takografi diġitali eżistenti biex dawn jilħqu r-rekwiżiti inklużi fir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament ma jimponix is-sostituzzjoni ta’ takografu diġitali li għadu jaħdem u li kien installat qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu.

(8)

Il-manifatturi tat-takografi diġitali ddikkjaraw li kwalunkwe aċċess għal kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali li jista’ jipprovdi faċilità essenzjali se jingħata lill-partijiet kollha b’kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji u skont termini reċiproċi.

(9)

Sabiex l-omologazzjoni bejn il-komponenti individwali li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip tkun iffaċilitata, u sabiex ikun żgurat li l-manifatturi l-ġodda tal-apparat tar-reġistrazzjoni tat-takografi diġitali, jew tal-komponenti tagħhom, ma jkunux ostakolati milli jidħlu fis-suq, jeħtieġ li tkun stabbilita l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali għall-punti tekniċi ta’ kollegament bejn il-komponenti differenti.

(10)

L-għadd ta’ serraturi tal-kumpanija għandu jiżdied sabiex jgħin lill-operaturi u lill-intrapriżi tat-trasport jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2).

(11)

Għandu jkun integrat sett usa’ ta’ settijiet ta’ karattri fit-takografi diġitali sabiex ikun żġurat l-infurzar u l-kontroll xieraq tal-vetturi, kif ukoll biex ikunu identifikati sewwa s-sewwieqa.

(12)

Bħala appoġġ għall-industrija, il-manifatturi u l-korpijiet tal-kontroll biex ikunu jistgħu jidentifikaw il-manifatturi attwali li hemm fis-suq, kif ukoll sabiex ikunu kapaċi jiddistingwu l-pajjiżi u l-kodiċijiet rilevanti fuq il-bażi ta’ sinjali wżati fil-vetturi fit-traffiku internazzjonali, kif stipulati fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-traffiku fit-toroq li saret fl-1968 fi Vjenna, għandhom jinżammu l-listi x-xierqa mil-laboratorju li jkollu l-kompetenza jwettaq it-testijiet tal-interoperabbiltà, u dawn il-listi għandhom ikunu disponibbli fuq sit pubbliku tal-internet.

(13)

Sabiex it-trasport fit-triq ikun megħjun lejn it-twettiq tal-obbligi legali tiegħu fil-ħżin ta’ informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’ infurzar, għandhom jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tat-test komuni għall-karta tal-printout li tintuża meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

(14)

Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, u b’hekk l-ispejjeż relatati, tal-operaturi u s-sewwieqa meta jużaw it-takografu diġitali, id-dispożizzjonijiet għall-installazzjoni, l-attivazzjoni, il-kalibrazzjoni u l-ispezzjoni tal-apparat għandhom ikunu ssimplifikati u mmirati speċifikament biss lejn dawk il-vetturi użati għal sewqan li jaqa’ fl-ambitu tar-regoli dwar is-sigħat tas-sewwieqa kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni [leġiżlazzjoni] soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (3).

(15)

Matul l-ispezzjonijiet perjodiċi jew f’okkażjonijiet oħra meta l-apparat tar-reġistrazzjoni jkun jeħtieġ li jiġi ċċekkjat, ikkalibrat, imsewwi jew spezzjonat, l-imħażen tax-xogħol għandhom jittestjaw l-apparat għall-preżenza, jew l-użu, ta’ strumenti ta’ manipulazzjoni u għandhom jagħmlu u jżommu reġistru ta’ avvenimenti bħal dawn, inklużi ta’ siġilli nieqsa jew miksura.

(16)

It-takografi diġitali tal-vetturi li jaqgħu fil-kategoriji M2, M3, N2 jew N3, kif iddefiniti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (4), biss għandhom jirreġistraw b’mod awtomatiku l-każijiet ta’ sewqan eċċessiv.

(17)

Wara r-rapport mogħti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ir-“Rapport dwar l-Attakki fuq is-Sigurtà tat-Takografu Diġitali u dwar ir-Riskju Assoċjat Mal-Introduzzjoni tal-Adapters biex ikunu mmuntati f’Vetturi Ħfief”), il-komunikazzjoni ta’ data elettronika bejn is-sors tal-moviment tal-vettura u s-sensorju tal-moviment għandha tkun protetta mit-tbagħbis, bħat-tbagħbis permezz tal-użu tal-kalamiti, u dik id-data dwar il-moviment tal-vettura għandha tkun ikkorroborata minn sorsi interni u esterni addizzjonali u indipendenti.

(18)

Huwa essenzjali għall-integrità u l-affidabbiltà tas-sigurtà tas-sistema tat-takografi diġitali li jkun żgurat li l-biljetti tat-takografi li jinħarġu lis-sewwieqa jkunu uniċi. Sabiex ikun vjetat li s-sewwieqa japplikaw jew ikunu fil-pussess ta’ aktar minn biljett validu wieħed, għandu jkun hemm l-iskambju elettroniku ta’ data bejn l-Istati Membri.

(19)

L-interface bejn il-magna u l-bniedem għad-dħul manwali tal-attivitajiet f’każijiet meta s-sewwieqa jkunu’l bogħod mill-vettura tagħhom u, matul dak il-perjodu, ma jkunux f’pożizzjoni li jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom fuq il-biljett tas-sewqan tagħhom, għandu jkun issimplifikat u kkjarifikat.

(20)

Huwa ta’ għajnuna għas-sewwieqa li jkollhom tagħrif addizzjonali u mhux obbligatorju muri lilhom fuq l-iskrin tat-takografu diġitali, kif ukoll li t-twissijiet jitrażżnu meta l-vettura tkun qed tinstaq barra mill-ambitu tar-regoli biss.

(21)

Il-ħin meħud għat-tniżżil tad-data mill-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jitnaqqas permezz ta’ titjib fl-interfaces tekniċi.

(22)

Sabiex tinżamm l-affidabbiltà tas-sistema fid-dawl tal-ħruġ mill-użu, fil-ġejjieni qrib, tal-mekkaniżmi tas-sigurtà wżati attwalment, huma meħtieġa miżuri ta’ kontinġenza biex tkun żgurata l-kontinwità tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip għall-apparat tat-takografi.

(23)

Sabiex ikun żgurat li, matul il-kontrolli mal-ġenb tat-triq, ikunu jistgħu jiġu ddeterminati x-xejriet tas-sewqan u r-reġistri “veri” tas-sewqan, il-kalkolu tal-ħin tas-sewqan u tal-ħin tal-perjodi tal-attività sal-eqreb minuta għandu jkun issimplifikat.

(24)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

(25)

Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandu jiġi emendat b’dan il-mod,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011. Madankollu, il-punti 3.1, 3.8, 3.9, 3.11, 3.20, 8.2, 9.2, 12.3, 12.4 u 13 tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2012 u l-punti 7.2, 7.3 u 7.5 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(3)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1

(4)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:

1.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU I (DEFINIZZJONIJIET)

1.1

Id-definizzjoni (f) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(f)   ‘kalibrazzjoni’ tfisser:: l-aġġornament jew il-konfermar tal-parametri tal-vettura li għandhom jinżammu fil-memorja tad-data. Il-parametri tal-vettura jinkludu l-identifikazzjoni tal-vettura (in-NIV, in-NRV u l-Istat Membru li qed jirreġistraha) u l-karatteristiċi tal-vettura (w, k, l, id-daqs tat-tajer, l-issettjar tal-apparat li jillimita l-veloċità (jekk japplika), il-ħin attwali tal-KĦU, il-valur attwali tal-odometer);

Kull aġġornament jew konferma tal-ħin tal-KĦU biss għandu jkun ikkunsidrat bħala aġġustament tal-ħin u mhux bħala kalibrazzjoni, sakemm ma jkunx jikkontradixxi r-Rekwiżit 256.

Il-kalibrazzjoni ta' apparat tar-reġistrazzjoni teħtieġ l-użu ta' biljett tal-maħżen tax-xogħol;”

1.2

Id-definizzjoni (f) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(l)   ‘biljett tal-kumpanija’ tfisser: Biljett takografiku maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istat Membru lis-sid jew lid-detentur ta' vetturi armati b'apparat tar-reġistrazzjoni;

Il-biljett tal-kumpanija jidentifika lill-kumpanija u jippermetti għall-wiri, t-tniżżil u l-istampar ta' data maħżuna fl-apparat tar-reġistrazzjoni li kien issakkar minn din il-kumpanija jew li ma ssakkar mill-ebda kumpanija.”

1.3

Id-definizzjoni (f) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(s)   ‘tniżżil’ tfisser:: L-ikkupjar, flimkien mal-firma diġitali, ta' parti, jew ta' sett komplut ta' fajls tad-data li huma maħżuna fil-memorja tad-data tal-vettura jew fil-memorja tal-biljett takografiku, li għalih din id-data hija meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Il-manifatturi tal-unitajiet tat-takografi diġitali tal-vetturi u l-manifatturi tal-apparat iddisinjat u maħsub għat-tniżżil ta' fajls tad-data għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li t-tniżżil ta' data bħal din ikun jista' jitwettaq b'dewmien minimu għall-intrapriżi tat-trasport jew għas-sewwieqa.

It-tniżżil ma jistax ibiddel jew iħassar id-data maħżuna. It-tniżżil tal-fajl iddettaljat tal-veloċità mhux bilfors li se jkun meħtieġ biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, imma jista' jintuża għal raġunijiet oħrajn, bħal fl-investigazzjoni dwar xi inċident.”

1.4

Fin-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna relatata mad-definizzjonijiet “n” u “p” għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jistgħu jintużaw modi alternattivi biex jiġu kkalkulati l-ħin ta' sewqan kontinwu u l-ħin kumulattiv ta' serħan biex jissostitwixxu dawn id-definizzjonijiet jekk dawn ma jibqgħux jintużaw minħabba aġġornamenti f'leġiżlazzjoni oħra rilevanti”.

2.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU II (KARATTERISTIĊI ĠENERALI)

2.1

Ir-Rekwiżit il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal wara r-Rekwiżit 001:

Ir-Rekwiżit 001a L-interface bejn is-sensorji tal-moviment u l-unitajiet tal-vetturi għandu jkun konformi mal-ISO 16844-3:2004, Cor 1:2006”.

2.2

Ir-Rekwiżit 010 għandu jiġi emendat kif ġej:

It-tielet inċiż għandu jitħassar.

L-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-funzjoni tat-tniżżil mhijiex aċċessibbli fil-modalità operattiva (minbarra kif ipprovdut fir-Rekwiżit 150), u minbarra fit-tniżżil ta' biljett tas-sewwieq meta l-ebda biljett ieħor ma jkun imdaħħal fl-UV.”

2.3

It-tieni inċiż tar-Rekwiżit 011 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

fil-modalità tal-kumpanija, id-data relatata mas-sewwieq (ir-rekwiżiti 081, 084 u 087) tista' tinħareġ biss għall-perjodi li għalihom ma teżisti l-ebda serratura jew li għalihom l-ebda kumpanija oħra ma għandha serratura (kif identifikat mill-ewwel 13-il ċifra tan-numru tal-biljett tal-kumpanija).”

3.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU III (FUNZJONIJIET U REKWIŻITI)

3.1

Ir-rekwiżit li ġej għandu jiddaħħal wara r-Rekwiżit 019:

Ir-Rekwiżit 019a Sabiex wieħed jinduna bil-manipulazzjoni tad-data dwar il-moviment, it-tagħrif mis-sensorju tal-moviment għandu jkun ikkoraborat b’tagħrif dwar il-moviment tal-vettura meħud minn sors wieħed jew aktar li huwa/huma indipendenti mis-sensorju ta' moviment.”

3.2

Ir-Rekwiżit 028 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 028 It-data u l-ħin tal-KĦU għandhom jintużaw sabiex tingħata data lid-data ta’ ġol-apparat tar-reġistrazzjoni (ir-reġistrazzjonijiet, l-iskambju tad-data) u lill-printouts kollha speċifikati fl-Appendiċi 4 ‘Printouts’ ”

3.3

Ir-Rekwiżit 029 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 029 Sabiex ikun muri l-ħin lokali, għandu jkun possibbli li wieħed jibdel id-differenza fil-ħin muri, f'passi ta' nofs siegħa. L-ebda differenzi oħrajn, apparti l-multipli ta' nofs sigħat anqas jew aktar ma għandu jkun permess.”

3.4

Ir-Rekwiżit 040 għandu jitħassar.

3.5

Ir-Rekwiżit 038, ir-Rekwiżit 041 u r-Rekwiżit 042 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 038 L-ewwel bidla tal-attività minn SERĦAN għal DISPONIBBILTÀ li ssir fi żmien 120 sekonda mill-bidla awtomatika għal XOGĦOL minħabba li l-vettura tieqaf se tiġi meħuda li saret fil-ħin li waqfet il-vettura (għalhekk possibbilment tħassar il-bidla għal XOGĦOL).”

Ir-Rekwiżit 041 Waqt minuta tal-kalendarju, jekk SEWQAN hija rreġistrata bħala l-attività kemm tal-minuta immedjatament qabel kif ukoll tal-minuta successiva, il-minuta kollha tittieħed bħala SEWQAN.”

Ir-Rekwiżit 042 Waqt minuta tal-kalendarju li ma titqiesx bħala SEWQAN skont ir-rekwiżit 041 preċedenti, il-minuta sħiħa għandha titqies bħala tal-istess tip ta' attività bħall-itwal attività kontinwa f'dik il-minuta (jew l-aħħar waħda minn sensiela ta' attivitajiet tal-istess tul).”

3.6

Ir-Rekwiżiti 050, 050a u 050b għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 050 Għandu jkun possibbli li jiddaħħlu postijiet fejn il-perjodi ta' xogħol kuljum jibda u/jew jispiċċa permezz ta' kmandi mill-menus. Jekk aktar minn dħul wieħed bħal dan jintagħmel f'minuta tal-kalendarju, għandhom jibqgħu reġistrati biss l-aħħar dħul tal-post tal-bidu u l-aħħar dħul ta' post tat-tmiem.”

Ir-Rekwiżit 50a Hekk kif jiddaħħal il-biljett tas-sewwieq (jew tal-maħżen tax-xogħol), u biss f'dan il-ħin, l-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jippermetti d-dħul manwali tal-attivitajiet. Għandu jkun possibbli li jsir dħul manwali, jekk meħtieġ, mal-ewwel darba li jiddaħħal biljett tas-sewwieq (jew tal-maħżen tax-xogħol) li ma jkunx intuża qabel.

Id-dħul manwali tal-attivitajiet għandu jsir bil-valuri lokali tal-ħin u tad-data taż-żona tal-ħin (id-differenza tal-KĦU) li tkun stipulata fl-unità tal-vettura dak il-ħin.

Hekk kif jiddaħħal il-biljett tas-sewwieq jew tal-maħżen tax-xogħol, id-detentur tal-biljett għandu jitfakkar dwar:

Id-data u l-ħin ta’ meta jkun ħareġ il-biljett tiegħu l-aħħar

Mhux obbligatorji: id-differenza fil-ħin lokali attwalment stipulat għall-unità tal-vettura.

Għandu jkun possibbli li wieħed idaħħal attivitajiet, bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

It-tip ta' attività għandha tkun XOGĦOL, DISPONIBBLI jew BREJK/SERĦAN.

Il-ħinijiet tal-bidu u tat-tmien ta' kull attività għandhom ikunu fi ħdan il-perjodu minn meta jkun tneħħa l-aħħar il-biljett sad-dħul attwali biss.

L-attivitajiet ma għandhomx jitħallew jidħlu f'xulxin f'termini ta' ħin.

Il-proċedura għad-dħul manwali tal-attivitajiet għandha tinkludi l-għadd ta’ passi konsekuttivi li huma meħtieġa biex jiġu stipulati tip, ħin tal-bidu u ħin tat-tmiem għal kull attività. Għal kwalunkwe parti tal-perjodu tal-ħin minn meta jkun tneħħa l-aħħar il-biljett sad-dħul attwali tal-biljett, id-detentur tal-biljett għandu jkollu l-għażla li ma jiddikkjara l-ebda attività.

Matul id-dħul manwali assoċjat mad-dħul tal-biljett u jekk hu applikabbli, id-detentur tal-biljett għandu jkollu l-opportunità li jdaħħal:

post fejn intemm il-perjodu tax-xogħol tal-jum ta' qabel, assoċjat mal-ħin rilevanti (jekk ma jkunx diġà ddaħħal meta jkun tneħħa l-aħħar il-biljett),

post fejn beda l-perjodu tax-xogħol tal-jum attwali, assoċjat mal-ħin rilevanti.

Jekk jiddaħħal sit, dan għandu jkun irreġistrat fil-biljett takografiku rilevanti.

Id-dħul manwali għandu jiġi interrott jekk:

jitneħħa l-biljett jew,

il-vettura tkun miexja u l-biljett ikun fis-slott tas-sewwieq.

Huma permessi interruzzjonijiet addizzjonali, pereżempju skadenza wara ċertu perjodu ta' nuqqas ta' attività min-naħa tal-utent. Jekk id-dħul manwali jiġi interrott, l-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jikkonferma kwalunkwe dħul komplut tal-post u tal-attività (jew permezz ta' post u ħin mhux ambigwi, jew permezz tat-tip tal-attività, il-ħin tal-bidu u l-ħin tat-tmiem) li jkunu diġà saru.

Jekk jiddaħħal biljett ieħor tas-sewwieq jew ta' maħżen tax-xogħol waqt li jkun qed isir id-dħul manwali tal-attivitajiet għal biljett li jkun iddaħħal qabel, id-dħul manwali għal dan il-biljett li ddaħħal qabel għandu jitħalla jitlesta qabel ma jibda d-dħul manwali għat-tieni biljett.

Id-detentur tal-biljett għandu jkollu l-għażla li jwettaq id-dħul manwali skont il-proċedura minima li ġejja:

daħħal l-attivitajiet b'mod manwali, f'ordni kronoloġika, għall-perjodu minn meta jkun tneħħa l-aħħar il-biljett sad-dħul attwali.

Il-ħin tal-bidu tal-ewwel attività għandu jkun stipulat skont il-ħin li fih ikun tneħħa l-biljett. Għal kull dħul li jiġi wara, il-ħin tal-bidu għandu jkun stipulat minn qabel sabiex isegwi b'mod immedjat il-ħin tat-tmiem tad-dħul preċedenti. It-tip ta' attività u l-ħin tat-tmiem għandhom jingħażlu għal kull attività.

Il-proċedura għandha tintemm meta l-ħin tat-tmiem ta' attività li tkun iddaħħlet manwalment ikun bħall-ħin tad-dħul tal-biljett. L-apparat tar-reġistrazzjoni jista' mbagħad, b'mod mhux obbligatorju, iħalli lid-detentur tal-biljett jimmodifika kwalunkwe attività li tkun iddaħħlet manwalment, sakemm ikun hemm il-konferma permezz tal-għażla ta' kmand speċifiku. Minn dak il-ħin ’il quddiem, għandha tkun ipprojbita kwalunkwe modifika bħal din.”

Ir-Rekwiżit 50b L-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jħalli lis-sewweiq idaħħal, f'ħin reali, iż-żewġ kundizzjonijet speċifiċi li ġejjin:

 

‘BARRA MILL-ISKOP’ (il-bidu, it-tmiem)

 

‘VJAĠĠ BIL-VAPURETT/BIT-TREN’

 

Ma jistax iseħħ ‘VJAĠĠ BIL-VAPURETT/BIT-TREN’ jekk tkun miftuħa l-kundizzjoni ‘BARRA MILL-ISKOP’.

 

Il-kundizzjoni ‘BARRA MILL-ISKOP’ li tkun miftuħa għandha tingħalaq awtomatikament mill-apparat tar-reġistrazzjoni jekk il-biljett tas-sewwieq jiddaħħal jew jitneħħa.

 

Il-kundizzjoni ‘BARRA MILL-ISKOP’ li tkun miftuħa għandha timpedixxi l-avvenimenti u t-twissijiet li ġejjin:

Is-sewqan mingħajr biljett xieraq,

It-twissijiet assoċjati mal-ħin tas-sewqan kontinwu.”

3.7

Ir-Rekwiżit 065 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 065 Dan l-avveniment għandu jinbeda f'kull każ ta' sewqan eċċessiv. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għall-vetturi li jaqgħu fil-kategoriji M2, M3, N2 u N3, kif iddefiniti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom”.

3.8

It-test li ġej għandu jiddaħħal wara r-Rekwiżit 067:

“9.9 bis.   Avveniment ta' ‘Kunflitt fil-Moviment tal-Vettura’

Ir-Rekwiżit 067a Dan l-avveniment għandu jinbeda wkoll meta l-kejl tal-veloċità ta’ żero ma jkunx jaqbel mat-tagħrif tal-moviment mogħti minn mill-anqas sors wieħed indipendenti għal aktar minn minuta bla interruzzjoni.

Ir-Rekwiżit 067b Fil-każijiet fejn l-unità tal-vettura tista' tirċievi jew telabora valuri tal-veloċità minn sors estern u indipendenti tat-tagħrif dwar il-moviment, dan l-avveniment jista' jinbeda wkoll jekk valuri tal-veloċità bħal dawn jikkontradixxu b'mod sinifikanti dawk elaborati mis-sinjal tal-veloċità tas-sensorju tal-moviment għal aktar minn minuta waħda”.

3.9

Fir-Rekwiżit 094 għandha tiddaħħal il-linja li ġejja wara l-avveniment “żball fid-data tal-moviment”

Kunflitt fil-Moviment tal-Vettura

l-itwal avveniment għal kull wieħed mill-aħħar għaxart (10) ijiem li fihom seħħ il-kunflitt

l-itwal ħames (5) avvenimenti fuq l-aħħar 365 jum.

id-data u l-ħin tal-bidu tal-avveniment,

id-data u l-ħin tat-tmiem tal-avveniment,

it-tip ta' biljett, in-numru u l-Istat Membru li jkun ħareġ kwalunkwe biljett li jkun iddaħħal fil-bidu u/jew fit-tmiem tal-avveniment,

l-għadd ta' avvenimenti simili matul dak il-jum.

3.10

Ir-Rekwiżit 104 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 104 L-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jirreġistra u jaħżen fil-memorja tad-data tiegħu d-data li ġejja li hi rilevanti għall-255 serratura l-aktar riċenti tal-kumpanija:

id-data u l-ħin tas-sokor ġewwa,

id-data u l-ħin tas-sokor barra,

in-numru tal-Biljett tal-Kumpanija u l-Istat Membru li jkun ħareġ il-biljett,

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija.

Id-data li tkun issakkret preċedentement minn serratura li tneħħiet mill-memorja minħabba l-limitu ta’ hawn fuq, għandha tiġi ttrattata bħala data li mhix imsakkra”.

3.11

Wara r-Rekwiżit 109a, għandu jiddaħħal ir-rekwiżit li ġej:

Ir-Rekwiżit 109b L-avveniment tal-‘Kunflitt fil-Moviment tal-Vettura’ ma għandux jinħażen fuq il-biljetti tas-sewwieq u tal-maħżen tax-xogħol.”

3.12

Ir-Rekwiżit 114a għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 114a L-iskrin għandu jappoġġa l-karattri speċifikati fl-Appendiċi 1 tal-Kapitolu 4 ‘Settijiet ta' karattri’. L-iskrin jista' juża glifi ssimplifikati (pereżempju karattri b'aċċent jistgħu jintwerew mingħajr l-aċċent jew ittri żgħar jistgħu jintwerew bħala ittri kbar)”.

3.13

Ir-Rekwiżit 121 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 121 Meta l-ebda tagħrif ieħor ma jkun jeħtieġ li jintwera, l-apparat tar-reġistrazzjoni għandu juri, fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor, dan li ġej:

il-ħin lokali (b'riżultat tal-ħin tal-KĦU + id-differenza kif kienet issettjata mis-sewwieq),

il-modalità tal-operazzjoni,

l-attività attwali tas-sewwieq u l-attività attwali tal-assistent tas-sewwieq.

Tagħrif relatat mas-sewwieq:

jekk l-attività attwali tiegħu hija s-SEWQAN, il-ħin attwali ta' sewqan kontinwu tiegħu u l-ħin kumulattiv ta' serħan attwali tiegħu,

jekk l-attività attwali tiegħu mhijiex SEWQAN, id-dewmien tal-attività attwali (minn meta ntgħażlet) u l-ħin kumulattiv ta' serħan attwali tiegħu.”

3.14

Ir-Rekwiżit 127 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 127 Għandu jkun possibbli li jintwera selettivament fuq talba:

id-data u l-ħin tal-KĦU, u d-differenza fil-ħin lokali,

il-kontenut ta' kwalunkwe waħda mis-sitt printouts bl-istess format tal-printouts stess,

il-ħin tas-sewqan kontinwu u l-ħin kumulattiv ta' serħan tas-sewwieq,

il-ħin tas-sewqan kontinwu u l-ħin kumulattiv ta' serħan tal-assistent tas-sewwieq,

il-ħin kumulattiv tas-sewqan tas-sewwieq għall-ġimgħa ta' qabel u għal dik attwali,

il-ħin kumulattiv tas-sewqan tal-assistent tas-sewwieq għall-ġimgħa ta' qabel u għal dik attwali,

Fakultattivi:

id-dewmien tal-attività attwali tal-assistent tas-sewwieq (minn meta ntgħażlet),

il-ħin kumulattiv tas-sewqan tas-sewwieq għall-ġimgħa attwali,

il-ħin kumulattiv tas-sewqan tas-sewwieq għall-perjodu attwali tax-xogħol ta' kuljum,

il-ħin kumulattiv tas-sewqan tal-assistent tas-sewwieq għall-perjodu attwali tax-xogħol ta' kuljum”.

3.15

Ir-Rekwiżit 133a għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 133a Il-printer għandu jappoġġa l-karattri speċifikati fl-Appendiċi 1 tal-Kapitolu 4 ‘Settijiet ta' karattri’ ”.

3.16

Ir-Rekwiżit 136 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 136 It-karta tal-printout użata mill-apparat tar-reġistrazzjoni għandha turi l-marka rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip u l-indikazzjoni tat-tip(i) tal-apparat tar-reġistrazzjoni li miegħu/magħhom tista' tintuża.”

3.17

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara r-Rekwiżit 136:

Ir-Rekwiżit 136a Il-printouts għandhom jibqgħu jinqraw u jibqgħu identifikabbli b'mod ċar f'kundizzjonijiet ta' ħażna normali, f'termini tal-intensità tad-dawl, l-umdità u t-temperatura, għal mill-inqas sentejn.

Ir-Rekwiżit 136b Il-karta tal-printout għandhom ikunu konformi ma' mill-inqas l-ispeċifikazzjonijiet tat-test iddefiniti fis-sit tal-internet tal-laboratorju magħżul biex iwettaq it-testijiet tal-interoperabbiltà, kif stipulat fir-Rekwiżit 278.

Ir-Rekwiżit 136c Kull emenda jew aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-paragrafu t’hawn fuq għandhom isiru biss wara li l-laboratorju magħżul ikun ikkonsulta l-manifattur tal-unità tal-vettura bit-takografu diġitali bl-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip”.

3.18

Ir-Rekwiżit 141 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 141 L-apparat tar-reġistrazzjoni għandu jagħti twissija lis-sewwieq 15-il minuta qabel ma jinqabeż il-ħin massimu ta' sewqan kontinwu permess u fil-ħin li dan jinqabeż.”

3.19

Ir-Rekwiżit 145 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 145 F'dan l-aħħar każ, għandu jkollu s-simbolu ‘T’ ”.

3.20

Wara r-Rekwiżit 161, għandu jiddaħħal ir-rekwiżit li ġej:

Ir-Rekwiżit 161a Is-sensorji tal-moviment għandhom jew:

jirreaġixxu għal żona manjetika li tfixkel il-kxif tal-moviment tal-vettura. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-unità tal-vettura se tirreġistra u taħżen ħsara fis-sensorju (ir-Rekwiżit 70) jew,

ikollhom element sensorjali li huwa protett miż-żoni manjetiċi, jew li huwa immuni għalihom.”

4.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU V (L-ISTALLAZZJONI)

4.1

Ir-Rekwiżit 239 għandha tiżdiedlu s-sentenza li ġejja:

“It-tqassim tal-partijiet tas-sigurtà rilevanti tal-apparat tar-reġistrazzjoni jista' jkun ristrett jekk ikun meħtieġ matul iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà”.

4.2

Ir-Rekwiżit 243 għandu jinbidel b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 243 Il-manifatturi tal-vettura jew fitters għandhom jattivaw l-apparat tar-reġistrazzjoni installat l-iktar tard qabel ma l-vettura tintuża skont l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006”.

4.3

Ir-Rekwiżit 248 u r-Rekwiżit 249 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 248 L-installazzjoni għandha tiġi segwita b'kalibrazzjoni. L-ewwel kalibrazzjoni mhux bilfors tkun tinkludi d-dħul tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura (in-NRV), meta ma jkunx magħruf mill-maħżen tax-xogħol approvat li jkun qed jieħu ħsieb il-kalibrazzjoni. F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun possibbli għal sid il-vettura, u f'dan il-ħin biss, li jdaħħal in-NRV billi juża l-Biljett tal-Kumpanija tiegħu qabel ma juża l-vettura skont l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (pereżempju billi juża l-kmandi permezz ta’ struttura xierqa tal-menu tal-interface tal-magna u l-bniedem tal-unità tal-vettura.) (1). Kull aġġornament jew konferma ta' dan id-dħul għandu jkun possibbli biss bl-użu ta' Biljett tal-Maħżen tax-Xogħol.

Ir-Rekwiżit 249 Wara li l-apparat tar-reġistrazzjoni jkun ġie ċċekkjat mal-installazzjoni, plakka tal-installazzjoni li hija viżibbli b'mod ċar u aċċessibbli faċilment għandha titwaħħal fuq l-apparat tar-reġistrazzjoni. F'każijiet fejn dan mhux possibbli, il-plakka għandha titwaħħal fuq il-pilastru ‘B’ tal-vettura sabiex tkun viżibbli b'mod ċar. Għall-vetturi li ma għandhomx il-pilastru ‘B’, il-plakka tal-istallazzjoni għandha titwaħħal mal-qafas tal-bieba tan-naħa tas-sewwieq tal-vettura u għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-każijiet kollha.

BWara kull spezzjoni minn fitter jew minn maħżen tax-xogħol approvat, plakka ġdida għandha titwaħħal flok dik ta' qabilha”.

4.4

Fir-Rekwiżit 250, is-sitt inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

“id-data li fiha tkejlu l-koeffiċjent li huwa karatteristiku tal-vettura u ċ-ċirkonferenza effettiva tat-tajers tar-roti”.

4.5

Wara r-Rekwiżit 250 għandu jiddaħħal ir-rekwiżit li ġej:

Ir-Rekwiżit 250a Għall-vetturi M1 u N1 biss, li huma mmuntati b'adapter f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 68/2009 (2), u fejn mhux possibbli li jkun inkluż it-tagħrif kollu meħtieġ, kif deskritt fir-Rekwiżit 250, tista' tintuża plakka oħra addizzjonali. F'każijiet bħal dawn, din il-plakka addizzjonali għandu jkollha mill-anqas l-aħħar erba' inċiżi deskritti fir-Rekwiżit 250.

Din it-tieni plakka addizzjonali, jekk tintuża, għandha titwaħħal fejn jew ħdejn l-ewwel plakka primarja deskritta fir-Rekwiżit 250, u għandu jkollha l-istess livell ta' protezzjoni. Barra minn hekk, il-plakka sekondarja wkoll għandu jkollha l-isem, l-indirizz u l-isem kummerċjali tal-fitter jew tal-maħżen tax-xogħol approvat li jkun wettaq l-installazzjoni, u d-data tal-installazzjoni”.

5.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU VI (L-ISPEZZJONIJIET)

5.1

Ir-Rekwiżit 257 għandu jiġi emendat kif ġej:

Ir-raba' inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej: “– li l-plakka tal-installazzjoni, kif iddefinita fir-Rekwiżit 250, u l-plakka deskrittiva, kif iddefinita fir-Rekwiżit 169, jitwaħħlu” u għandu jiżdied l-inċiż li ġej: “– li mal-apparat ma jkun hemm l-ebda strument ta' manipulazzjoni mwaħħal”.

5.2

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara r-Rekwiżit 257:

Ir-Rekwiżit 257a Jekk jinstab li seħħ wieħed mill-avvenimenti mniżżlal fis-Sezzjoni 9 tal-Kapitolu III (Kxif ta' Avvenimenti u/jew ta’ Ħsarat) mill-aħħar spezzjoni ’l hawn u dan jitqies mill-manifattur tat-takografu u/jew mill-awtoritajiet nazzjonali bħala avveniment li jista’ potenzjalement ipoġġi s-sigurtà tal-apparat f'riskju, il-maħżen tax-xogħol għandu:

(a)

jikkompara d-data ta' identifikazzjoni tas-sensorju tal-moviment li hemm fil-kaxxa tal-gerijiet ma' dik tas-sensorju tal-moviment akkoppjata u rreġistrata fl-unità tal-vettura;

(b)

jiċċekkja jekk it-tagħrif irreġistrat fuq il-plakka tal-installazzjoni taqbilx mat-tagħrif li hemm fir-reġistru tal-unità tal-vettura;

(c)

billi jiċċekkja jekk in-numru tas-serje tas-sensorju tal-moviment u n-numru tal-approvazzjoni, jekk ikun stampat fuq il-qafas tas-sensorju tal-moviment, jaqbilx mat-tagħrif li hemm fir-reġistru tal-unità tal-vettura.

Ir-Rekwiżit 257b L-imħażen tax-xogħol għandhom iżommu traċċa ta' kwalunkwe sejba ta’ siġilli miksura jew ta’ strumenti ta' manipulazzjoni fir-rapporti tal-ispezzjoni tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom jinżammu għal mill-anqas sentejn mill-imħażen tax-xogħol u għandhom jitqiegdu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità Kompetenti meta din titlobhomlhom”.

6.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU VII (IL-ĦRUĠ TAL-BILJETTI)

6.1

Ir-rekwiżit li jmiss għandu jiddaħħal wara r-Rekwiżit 268:

Ir-Rekwiżit 268a L-Istati Membri għandu jkollhom skambju tad-data b'mod elettroniku sabiex jiżguraw l-uniċità tal-Biljett tas-Sewwieq tat-takografu li jkunu qed joħorġu.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu skambju tad-data b'mod elettroniku meta jkunu qed iwettqu verifiki tal-biljetti tas-sewwieq mal-ġenb tat-triq jew fil-bini tal-kumpanija sabiex jivverifikaw l-uniċità u l-istatus tal-biljetti.”

7.   EMENDI GĦALL-KAPITOLU VIII (L-APPROVAZZJONI TAT-TIP)

7.1

Fis-Sezzjoni 1 “Punti Ġenerali”, għandha tiżdied sentenza ġdida mal-ewwel paragrafu:

“Kwalunkwe manifattur tal-unitajiet tal-vetturi jista' jistaqsi għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tagħhom ma' kwalunkwe tip ta' sensorju tal-moviment, u viċeversa, sakemm kull komponent ikun konformi mar-Rekwiżit 001a”.

7.2

Wara r-Rekwiżit 274, għandhom jiddaħħlu r-rekwiżiti li ġejjin:

Ir-Rekwiżit 274a Fiċ-ċirkustanza eċċezzjonali li l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà jirrifjutaw li jiċċertifikaw apparat ġdid fuq il-bażi tal-ħruġ mill-użu tal-mekkaniżmi tas-sigurtà, l-approvazzjoni tat-tip għandha tkompli tingħata biss f'din iċ-ċirkustanza speċifika u eċċezzjonali, u meta ma tkun teżisti l-ebda soluzzjoni alternattiva li tkun konformi ma' dan ir-Regolament.

Ir-Rekwiżit 274b F'din iċ-ċirkustanza, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha, fi żmien tnax-il xahar tal-kalendarju mill-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, tniedi proċedura biex tiżgura li l-livell tas-sigurtà jitreġġa' lura għal-livelli oriġinali tiegħu.”

7.3

Wara r-Rekwiżit 275, għandu jiddaħħal ir-rekwiżit li ġej:

Ir-Rekwiżit 275a Il-manifatturi għandhom jipprovdu l-kampjuni rilevanti tal-prodotti bl-approvazzjoni tat-tip u d-dokumentazzjoni assoċjata meħtieġa mil-laboratorji magħżula sabiex iwettqu t-testijiet tal-funzjonament, u għandhom jagħmlu dan fi żmien xahar minn meta ssir it-talba. Kull spiża li tinħoloq bħala riżultat ta' din it-talba għandha titħallas mill-entità li tkun qed tagħmel it-talba. Il-laboratorji għandhom jittrattaw l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva kollha b'mod kunfidenzjali”.

7.4

Wara r-Rekwiżit 277, għandu jiddaħħal ir-rekwiżit li ġej:

Ir-Rekwiżit 277a Iċ-ċertifikat funzjonali ta' kwalunkwe komponent tal-apparat tar-reġistrazzjoni għandu wkoll jindika n-numri tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti kollha l-oħra tal-apparat tar-reġistrazzjoni li huma kompatibbli u li għandhom l-approvazzjoni tat-tip”.

7.5

Ir-Rekwiżit 281 għandu jinbidel b'dan li ġej:

Ir-Rekwiżit 281 Ma għandu jitwettaq l-ebda test tal-interoperabblità mil-laboratorju għall-apparat tar-reġistrazzjoni jew għall-biljetti takografiċi li ma jkunux ingħataw ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat tal-funzjonalità, sakemm ma jkunx hemm iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali deskritti fir-Rekwiżit 274a.”

8.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 1 (ID-DIZZJUNARJU TAD-DATA)

8.1

It-Taqsima 2.2 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.2

Address

Indirizz.

Address: = SEQUENCE {

codePageINTEGER (0..255),

addressOCTET STRING (SIZE(35))

}

codePage jispeċifika sett ta' karattri ddefinit fil-Kapitolu 4,

address huwa indirizz imqiegħed f'kodiċi bl-użu tas-sett ta' karattri speċifikat”.

8.2

Fis-Sezzjoni 2.54, il-linja “ ‘0A’H sa ‘0F’ H RFU,” għandha tinbidel b’dan li ġej:

“ ‘0A’ H

Kunflitt fil-Moviment tal-Vettura,

‘0B’ H sa ‘0F’ H

RFU,”

8.3

It-Taqsima 2.70 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.70

Name

Isem.

Name: = SEQUENCE {

codePageINTEGER (0..255),

nameOCTET STRING (SIZE(35))

}

codePage jispeċifika sett ta' karattri ddefinit fil-Kapitolu 4,

name huwa isem imqiegħed f'kodiċi bl-użu tas-sett ta' karattri speċifikat”.

8.4

It-Taqsima 2.114 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.114

VehicleRegistrationNumber

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura (NRV). In-numru tar-reġistrazzjoni huwa assenjat mill-awtorità tal-liċenzji tal-vetturi.

VehicleRegistrationNumber: = SEQUENCE {

codePage INTEGER (0..255),

vehicleRegNumber OCTET STRING (SIZE(13))

}

codePage jispeċifika sett ta' karattri ddefinit fil-Kapitolu 4,

vehicleRegNumber huwa NRV imqiegħed f'kodiċi bl-użu tas-sett ta' karattri speċifikat.

L-għoti ta' valur: huwa speċifiku għall-pajjiż”.

8.5

L-aħħar paragrafu tal-Kapitolu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Sekwenzi ta' karattri oħrajn (Address, Name, VehicleRegistrationNumber) barra minn hekk jużaw karattri mill-medda ta' kodiċi ta' karattri deċimali bejn il-161 u l-255 mis-settijiet standard tal-karattri, bi 8 “bits”, speċifikati min-numru tal-Paġna tal-Kodiċi li ġej:

Sett Standard tal-Karattri

Il-paġna tal-Kodiċi

(f’numru deċimali)

ISO/IEC 8859-1 Latin-1 tal-Ewropa tal-Punent

1

ISO/IEC 8859-2 Latin-2 tal-Ewropa Ċentrali

2

ISO/IEC 8859-3 Latin-3 tan-Nofsinhar tal-Ewropa

3

ISO/IEC 8859-5 Latin/Ċirilliku

5

ISO/IEC 8859-7 Latin/Grieg

7

ISO/IEC 8859-9 Latin-5 Tork

9

ISO/IEC 8859-13 Latin-7 tax-xifer Baltiku

13

ISO/IEC 8859-15 Latin-9

15

ISO/IEC 8859-16 Latin-10 tax-Xlokk tal-Ewropa

16

KOI8-R Latin/Ċirilliku

80

KOI8-U Latin/Ċirilliku

85”

8.6

Fil-Kapitolu 2, it-Taqsima 2.67 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.67

ManufacturerCode

Kodiċi li jidentifika l-manifattur tal-apparat bl-approvazzjoni tat-tip.

ManufacturerCode: = INTEGER (0..255)

Il-laboratorju li għandu l-kompetenza jwettaq it-testijiet tal-interoperabbiltà jżomm u jippubblika l-lista tal-kodiċijiet tal-manifattui fuq is-sit tal-internet tiegħu (ir-rekwiżit 290).

Il-kodiċijiet “ManufacturerCodes” huma assenjati b'mod temporanju lill-iżviluppaturi tal-apparat tat-takografu meta japplikaw mal-laboratorju li jkollu l-kompetenza jwettaq it-testijiet tal-interoperabbiltà”.

8.7

It-Taqsima 2.71 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.71

NationAlpha

Ir-riferenza alfabetika ghall-pajjiż għandha tkun skont is-sinjali ta' distinzjoni wżati fil-vetturi fit-traffiku internazzjonali (il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Traffiku fit-Triq li saret fi Vjenna fl-1968).

NationAlpha: = IA5String (SIZE (3))

Il-kodiċi Nation Alpha u dawk numeriċi għandhom jinżammu fuq lista li tinżamm fuq is-sit tal-internet tal-laboratorju magħżul sabiex iwettaq it-testijiet tal-interoperabbiltà, kif stipulat fir-Rekwiżit 278”.

8.8

It-Taqsima 2.72 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.72

NationNumeric

Riferenza numerika għall-pajjiż.

NationNumeric: = INTEGER (0.. 255)

L-għoti ta' valur: ara t-tip ta' data 2.71 (NationAlpha)

Kull emenda jew aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tan-Nation Alpha jew Numeric deskritti fil-paragrafu t'hawn fuq għandu jsir biss wara li l-laboratorju magħżul ikun kiseb l-opinjonijiet tal-manifatturi tal-unitajiet tal-vettura tat-takografu diġitali bl-approvazzjoni tat-tip.”

9.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 3 (SIMBOLI BL-ISTAMPI)

9.1

Ir-Rekwiżit PIC_001 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“PIC_001 L-apparat tar-registrazzjoni jista' juża s-simboli bl-istampi u t-tagħqid flimkien tas-simboli bl-istampi li gejjin (jew simboli bl-istampi u tagħqid flimkien simili biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati ma' dawn t’hawn taħt mingħajr ambigwità)”:

9.2

Fis-sottotaqsima “Avvenimenti” tat-Taqsima 2, għandu jiżdied is-simbolu bl-istampa li ġej:

Image  Kunflitt fil-Moviment tal-Vettura”

10.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 4 (PRINTOUTS)

10.1

Fit-Taqsima 2, Speċifikazzjoni tal-Blokk tad-data l-PRT_006 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“PRT_006

Il-printouts għandhom jużaw il-blokki tad-data u/jew ir-reġistri tad-data li ġejjin, skont it-tifsiriet u l-formati li ġejjin:

In-numru tar-reġistru jew tal-blokk

It-tifsira

Il-format tad-data


1

Id-data u l-ħin ta' meta ġie pprintjat id-dokument.

Image

jj/xx/ssss ss:mm (KĦU)


2    It-tip tal-printout.

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - - -

Printout tat-tagħqid tas-simboli bl-istampi (ara l-Appendiċi 3), l-issettjar tal-apparat li jillimita l-veloċità (Printout tas-sewqan eċċessiv biss)

Picto xxx km/h


3    L-identifikazzjoni tad-detentur tal-biljett

L-identifikatur tal-blokk. P = simboli bl-istampi tan-nies

- - - - - - - - -P- - - - - - - - -

Il-kunjom id-detentur tal-biljett

P Last_Name

L-isem/l-ismijiet tad-detentur tal-biljett (jekk ikun hemm)

First_Name

L-identifikazzjoni tal-biljett

Card_Identification

Id-data ta' meta jiskadi l-biljett (jekk ikun hemm);

dd/mm/yyyy

Jekk il-biljett ma jkunx wieħed personali, u ma jkollux il-kunjom tad-detentur tal-biljett, minfloku għandu jiġi isem il-kumpanija jew il-maħżen tax-xogħol jew il-korp tal-kontroll.


4    L-identifikazzjoni tal-vettura

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

In-NIV

Image

 VIN

L-Istat Membru li qed jirreġistra l-vettura u n-NRV

Nat/VRN


5    L-identifikazzjoni tal-Unità tal-Vettura (UV)

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

L-isem tal-manifattur tal-UV

Image

 VU_Manufacturer

In-numru tal-parti tal-UV

VU_Part_Number


6    L-aħħar kalibrazzjoni tal-apparat tar-reġistrazzjoni

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

L-isem tal-maħżen tax-xogħol

Image

 Last_Name

L-identifikazzjoni tal-biljett tal-maħżen tax-xogħol

Card_Identification

Id-data tal-kalibrazzjoni

Image

 dd/mm/yyyy


7    L-aħħar kontroll (minn uffiċjal tal-kontroll)

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

L-identifikazzjoni tal-biljett tal-kontrollur

Card_Identification

Id-data, ħin u tip tal-kontroll

Image

 dd/mm/yyyy hh:mm pppp

It-tip ta’ kontroll: Sa erba' simboli bl-istampi. It-tip ta' kontroll jista' jkun (tagħqida) ta':

Image: tniżżil tal-biljett, Image: tniżżil tal-UV, Image: ipprintjar,Image: turija ta’ karattri fuq l-iskrin


8    L-attivitajiet tas-sewwieq maħżuna fuq biljett skont l-ordni ta' kif seħħu

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

Id-data tal-istħarriġ (il-jum kalendarju ta’ meta nħarġet il-karta stampata) + il-kalkulatur tal-preżenza ta’ kuljum tal-biljett

dd/mm/yyyy xxx


8a

Il-kundizzjoni ta' barra mill-iskop fil-bidu ta' dan il-jum (ħalli vojta jekk m’hemmx kundizzjoni ta' barra mill-iskop miftuħa)

- - - - - - - - OUT - – - - - - -


8.1   Perjodu li matulu l-biljett ma kienx imdaħħal

8.1a

L-identifikatur tar-reġistru (il-bidu tal-perjodu)

- - - - - - - - - - - - - - - - - -

8.1b

Perjodu mhux magħruf. Il-ħin tal-bidu, it-tul tal-perjodu

Image

: hh:mm hhhmm

8.1c

Attività mdaħħla manwalment.

A: hh:mm hhhmm

Is-simbolu bl-istampa tal-attività, il-ħin tal-bidu, it-tul tal-attività

 


8.2   Id-dħul tal-biljett fis-slott S

L-identifikatur tar-reġistru; S = Is-simbolu bl-istampa tas-slott

- - - - - - - - -S - - - - - - - - -

L-Istat Membru li qed jirreġistra l-vettura u n-NRV

Image

 Nat/VRN

L-odometer tal-vettura mad-dħul tal-biljett

x xxx xxx km


8.3   Attività (waqt li l-biljett kien imdaħħal)

Is-simbolu bl-istampa tal-attività, il-ħin tal-bidu, it-tul tal-attività, l-istatus tal-ekwipaġġ (is-simbolu bl-istampa tal-ekwipaġġ jekk EKWIPAĠĠ, vojta jekk SINGOLU

A: hh:mm hhhmm 

Image

Image


8.3a

Kundizzjoni speċifika Il-ħin tad-dħul, is-simbolu bl-istampi tal-kundizzjoni speċifika (jew it-tagħqida tas-simboli bl-istampi).

hh:mm - - - pppp - - -


8.4   It-tneħħija tal-biljett

L-odometer tal-vettura u d-distanza vvjaġġata mill-aħħar dħul li għalih huwa magħruf l-odometer

x xxx xxx km; x xxx km


9    L-attivitajiet tas-sewwieq maħżuna f'UV għal kull slott f’ordni kronoloġika

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

Id-data tal-istħarriġ (il-jum kalendarju ta’ meta nħarġet il-printout)

dd/mm/yyyy

L-odometer tal-vettura f'00:00 u f’24:00

x xxx xxx – x xxx xxx km


10    L-attivitajiet imwettqa fis-slott S

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - - -S- - - - - - - -

10a

Il-kundizzjoni ta' barra mill-iskop fil-bidu ta' dan il-jum (ħalli vojta jekk m’hemmx kundizzjoni ta' barra mill-iskop miftuħa)

- - - - - - - - -OUT- - - - - - - -


10.1   Perjodu li matulu l-ebda biljett ma kien imdaħħal fis-slott S

L-identifikatur tar-reġistru

- - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Ebda biljett imdaħħal

Image

Image

 - - -

L-odometer tal-vettura fil-bidu tal-perjodu

x xxx xxx km


10.2   Id-dħul tal-biljett

L-identifikatur tar-reġistru tad-dħul tal-biljett

- - - - - - - - - - - - - - - - - -

L-isem tas-sewwieq

Image

 Last_Name

L-isem tas-sewwieq

First_Name

L-identifikazzjoni tal-biljett tas-sewwieq

Card_Identification

Id-data ta' meta jiskadi l-bilijett tas-sewwieq

dd/mm/yyyy

L-Istat Membru li qed jirreġistra l-vettura u n-NRV tal-vettura wżata qabel

Image

Image

Nat/VRN

Id-data u l-ħin ta’ meta l-biljett jitneħħa mill-vettura preċedenti

dd/mm/yyyy hh:mm

Linja vojta

 

L-odometer tal-vettura meta jiddaħħal il-biljett, id-dħul manwali tal-bnadar tal-attivitajiet tas-sewwieq (M jekk iva, Vojt jekk le)

x xxx xxx km M

Jekk ma jkun iddaħħal l-ebda biljett tas-sewwieq fil-ġurnata meta tinħareġ il-printout, għall-blokk 10.2 għandha tintuża d-“data” tal-odometer li tkun inqrat l-aħħar darba li jkun iddaħħal biljett qabel dik il-ġurnata.

 


10.3   Attività

Is-simbolu bl-istampa tal-attività, il-ħin tal-bidu, it-tul tal-attività, l-istatus tal-ekwipaġġ (is-simbolu bl-istampa tal-ekwipaġġ jekk EKWIPAĠĠ, vojta jekk SINGOLU

A ÷ hh:mm hhhmm

Image

Image


10.3a

Kundizzjoni speċifika Il-ħin tad-dħul, is-simbolu bl-istampi tal-kundizzjoni speċifika (jew it-tagħqida tas-simboli bl-istampi).

hh:mm - - - pppp - - -


10.4   It-tneħħija tal-biljett jew tmiem il-perjodu tal-‘Ebda Biljett’

L-odometer tal-vettura meta jitneħħa l-biljett jew mat-tmiem tal-perjodu tal-‘ebda biljett’ u d-distanza vvjaġġata mid-dħul, jew mill-bidu tal-perjodu tal-‘Ebda Biljett’.

x xxx xxx km; x xxx km


11    Is-sommarju ta’ kuljum

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -


11.1    Is-sommarju tal-UV tal-perjodi mingħajr biljett fis-slott tas-sewwieq

L-identifikatur tal-blokk

1

Image

Image

 - - -


11.2    Is-sommarju tal-UV tal-perjodi mingħajr biljett fis-slott tal-assistent tas-sewwieq

L-identifikatur tal-blokk

2

Image

Image

 - - -


11.3    Is-sommarju ta' kuljum tal-UV għal kull sewwieq

L-identifikatur tar-reġistru

- - - - - - - - - - - - - - - - - -

Il-kunjom tas-sewwieq

Image

 Last_Name

L-isem tas-sewwieq

First_Name

L-identifikazzjoni tal-biljett tas-sewwieq

Card_Identification


11.4   Id-dħul tal-post fejn il-perjodu tax-xogħol ta' kuljum jibda u/jew jispiċċa

pi = simbolu bl-istampi tal-post tal-bidu/tat-tmiem, il-ħin, il-pajjiż, ir-regjun,

pihh:mm Cou Reg

L-odometer

x xxx xxx km


11.5   It-totali tal-attivitajiet (minn biljett)

It-tul totali tas-sewqan, id-distanza vvjaġġata

Image

 hhhmm x xxx km

It-tul totali tax-xogħol u tad-disponibbiltà

Image

 hhhmm 

Image

 hhhmm

It-tul totali tas-serħan u tal-attivitajiet mhux magħrufin

Image

 hhhmm 

Image

 hhhmm

It-tul totali tal-attivitajiet tal-ekwipaġġ

Image

Image

 hhhmm


11.6   It-totali tal-attivitajiet (għall-perjodi mingħajr slott tal-biljett tas-sewwieq)

It-tul totali tas-sewqan, id-distanza vvjaġġata

Image

 hhhmm x xxx km

It-tul totali tax-xogħol u tad-disponibbiltà

Image

 hhhmm 

Image

 hhhmm

It-tul totali tas-serħan

Image

 hhhmm


11.7   It-totali tal-attivitajiet (għall-perjodi mingħajr slott tal-biljett tal-assistent tas-sewwieq)

It-tul totali tax-xogħol u tad-disponibbiltà

Image

 hhhmm 

Image

 hhhmm

It-tul totali tas-serħan

Image

 hhhmm


11.8   It-totali tal-attivitajiet (għal kull sewwieq bl-inklużjoni taż-żewġ slottijiet)

It-tul totali tas-sewqan, id-distanza vvjaġġata

Image

 hhhmm x xxx km

It-tul totali tax-xogħol u tad-disponibbiltà

Image

 hhhmm 

Image

 hhhmm

It-tul totali tas-serħan

Image

 hhhmm

It-tul totali tal-attivitajiet tal-ekwipaġġ

Image

Image

 hhhmm

Meta tkun meħtieġa printout ta’ kuljum għall-jum attwali, l-informazzjoni fil-qosor ta' kuljum tiġi kkalkulata bl-użu tad-data disponibbli fil-ħin meta tinħareġ il-printout.


12    L-avvenimenti u/jew ħsarat maħżuna fil-biljett

12.1

L-identifikatur tal-blokk għall-aħħar 5 ‘Avvenimenti u Ħsarat’ fuq il-biljett

- - - - - - - - -

Image

Image

Image

- - - - - - - - -


12.2

L-identifikatur tal-blokk għall-‘Avvenimenti’ kollha rreġistrati fuq il-biljett.

- - - - - - - - -

Image

Image

- - - - - - - - -


12.3

L-identifikatur tal-blokk għall-‘Ħsarat’ kollha rreġistrati fuq il-biljett.

- - - - - - - - -

Image

Image

- - - - - - - - -


12.4   Ir-reġistrazzjoni ta' Avveniment u/jew ta’ Ħsara

L-identifikatur tar-reġistru

- - - - - - - - - - - - - - - - - -

Is-simbolu bl-istampa tal-avveniment/tal-ħsara, l-għan tar-reġistru, id-data u l-ħin tal-bidu,

Pic (p) dd/mm/yyyy hh:mm

Il-kodiċi tal-avveniment/tal-ħsara addizzjonali (jekk ikun hemm), it-tul

Image

 xx hhhmm

L-Istat Membru li qed jirreġistra l-vettura u n-NRV tal-vettura li fiha seħħ l-avveniment jew li fiha seħħet il-ħsara

Image

 Nat/VRN


13    L-avvenimenti u/jew il-ħsarat maħżuna jew li għadhom għaddejjin fl-UV

13.1

L-identifikatur tal-blokk għall-aħħar 5 ‘Avvenimenti u Ħsarat’ f’UV

- - - - - - - - -

Image

Image

Image

- - - - - - - - -


13.2

L-identifikatur tal-blokk għall-‘Avvenimenti’ kollha maħżuna jew li għadhom għaddejjin f'UV

- - - - - - - - -

Image

Image

- - - - - - - - -


13.3

L-identifikatur tal-blokk għall-‘Ħsarat’ kollha maħżuna jew li għadhom għaddejjin f'UV

- - - - - - - - -

Image

Image

- - - - - - - - -


13.4   Ir-reġistrazzjoni ta' avveniment u/jew ta’ ħsara

L-identifikatur tar-reġistru

- - - - - - - - - - - - - - - - - - -

Is-simbolu bl-istampa tal-avveniment/tal-ħsara, l-għan tar-reġistru, id-data u l-ħin tal-bidu,

Pic (p) dd/mm/yyyy hh:mm

Il-kodiċi tal-avveniment/tal-ħsara addizzjonali (jekk ikun hemm), l-għadd ta' avvenimenti simili matul dan il-jum, it-tul

Image

 xx (xxx) hhhmm

L-identifikazzjoni tal-biljetti mdaħħla fil-bidu jew fit-tmiem tal-avveniment jew tal-ħsara (sa 4 linji mingħajr ma jkun repetut darbtejn l-istess numru tal-biljett)

Card_Identification

Card_Identification

Card_Identification

Card_Identification

Każ fejn ma jkun iddaħħal l-ebda biljett ma ddaħħal

Image

 - - -

L-għan tar-reġistru (p) huwa kodiċi numeriku li jispjega r-raġuni għala l-avveniment jew il-ħsara ġiet irreġistrata, kkodifikat skont l-element tad-data msejjaħ “EventFaultRecordPurpose”.


14    L-identifikazzjoni tal-UV

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

L-isem tal-manifattur tal-UV

Image

 Name

L-indirizz tal-manifattur tal-UV

Address

In-numru tal-parti tal-UV

PartNumber

In-numru tal-approvazzjoni tal-UV

Apprv

In-numru tas-serje tal-UV

S/N

Is-sena tal-manifattura tal-UV

Ssss

Il-verżjoni tas-softwer tal-UV u d-data tal-installazzjoni tiegħu

V xxxx dd/mm/yyyy


15    L-identifikazzjoni tas-Sensorju

L-identifikatur tal-blokk

- - - - - - - - -

Image

- - - - - - - - -

In-numru tas-serje tas-sensorju

Image

 S/N

In-numru tal-approvazzjoni tas-sensorju

Apprv

Id-data tal-ewwel installazzjoni tas-sensorju

dd/mm/yyyy”

10.2

It-Taqsima 3.1 “L-attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta' kuljum tal-biljett” għandha tinbidel b’dan li ġej:

“3.1   Attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta' kuljum tal-biljett

PRT_007

L-attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta’ kuljum tal-biljett għandhom ikunu skont il-format li ġej:

1

Id-data u l-ħin ta' meta ġie ppprintjat id-dokument

2

It-tip ta’ karta stampata

3

L-identifikazzjoni tal-kontrollur (jekk jiddaħħal biljett tal-kontroll fl-UV)

3

L-identifikazzjoni tas-sewwieq (mis-suġġett tal-biljett fil-printout)

4

L-identifikazzjoni tal-vettura (il-vettura li minnha tittieħed il-printout)

5

L-identifikazzjoni tal-UV (l-UV li minnha tittieħed il-printout)

6

L-aħħar kalibrazzjoni ta' din l-UV

7

L-aħħar kontroll li s-sewwieq spezzjonat kien suġġett għalih

8

Is-simbolu li jillimita l-attivitajiet tas-sewwieq

8a

Il-kundizzjoni ta’ barra mill-iskop fil-bidu ta' dan il-jum

8.1a / 8.1b / 8.1c / 8.2 / 8.3 / 8.3a / 8.4

L-attivitajiet tas-sewwieq fl-ordni ta' kif seħħu

11

Is-simbolu li jillimita s-sommarju ta' kuljum

11.4

Il-postijiet imdaħħla f'ordni kronoloġika

11.5

It-totali tal-attivitajiet

12.1

Is-simbolu li jillimita l-avvenimenti u l-ħsarat fuq il-biljett

12.4

Ir-reġistri tal-avvenimenti/tal-ħsarat (L-aħħar 5 avvenimenti jew ħsarat maħżuna fil-biljett)

13.1

Is-simbolu li jillimita l-avvenimenti u l-ħsarat f’UV

13.4

Ir-reġistri tal-Avvenimenti/tal-Ħsarat (L-aħħar 5 avvenimenti jew ħsarat maħżuna jew li għadhom għaddejjin fl-UV)

21.1

Il-post tal-kontroll

21.2

Il-firma tal-kontrollur

21.5

Il-firma tas-sewwieq”

10.3

It-Taqsima 3.2 “L-attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta' kuljum tal-UV” għandha tinbidel b’dan li ġej:

“It-Taqsima 3.2   L-attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta' kuljum tal-UV

PRT_008

L-attivitajiet tas-sewwieq mill-printout ta' kuljum tal-UV għandhom ikunu skont il-format li ġej:

1

Id-data u l-ħin ta' meta ġie ppprintjat id-dokument

2

It-tip ta’ karta stampata

3

L-identifikazzjoni tad-detentur tal-biljett (għall-biljetti kollha mdaħħla fl-UV)

4

L-identifikazzjoni tal-vettura (il-vettura li minnha tittieħed il-printout)

5

L-identifikazzjoni tal-UV (l-UV li minnha tittieħed il-printout)

6

L-aħħar kalibrazzjoni ta' din l-UV

7

L-aħħar kontroll ta’ dan l-apparat tar-reġistrazzjoni

9

Is-simbolu li jillimita l-attivitajiet tas-sewwieq

10

Is-simbolu li jillimita s-slott tas-sewwieq (is-slott 1)

10a

Il-kundizzjoni ta’ barra mill-iskop fil-bidu ta' dan il-jum

10.1 / 10.2 / 10.3 /10.3a / 10.4

L-attivitajiet f'ordni kronoloġika (is-slott tas-sewwieq)

10

Is-simbolu li jillimita s-slott tal-assistent tas-sewwieq (is-slott 2)

10a

Il-kundizzjoni ta’ barra mill-iskop fil-bidu ta' dan il-jum

10.1 / 10.2 / 10.3 /10.3a / 10.4

L-attivitajiet f'ordni kronoloġika (is-slott tal-assistent tas-sewwieq)

11

Is-simbolu li jillimita s-sommarju ta' kuljum

11.1

Is-sommarju tal-perjodi minghajr biljett fis-slott tas-sewwieq

11.4

Il-postijiet imdaħħla f'ordni kronoloġika

11.6

It-totali tal-attivitajiet

11.2

Is-sommarju tal-perjodi mingħajr biljett fis-slott tal-assistent tas-sewwieq

11.4

Il-postijiet imdaħħla f'ordni kronoloġika

11.8

It-totali tal-attivitajiet

11.3

Is-sommarju tal-attivitajiet għal sewwieq, biż-żewġ slottijiet inklużi

11.4

il-postijiet imdaħħla minn dan is-sewwieq f'ordni kronoloġika

11.7

It-totali tal-attivitajiet għal dan is-sewwieq

13.1

Is-simbolu li jillimita l-avvenimenti u l-ħsarat

13.4

Ir-reġistri tal-Avvenimenti/tal-Ħsarat (L-aħħar 5 avvenimenti jew ħsarat maħżuna jew li għadhom għaddejjin fl-UV)

21.1

Il-post tal-kontroll

21.2

Il-firma tal-kontrollur

21.3

Il-ħin minn (spazju disponibbli għal sewwieq mingħajr biljett biex jindika

21.4

Sa liema perjodi huma rilevanti għalih)

21.5

Il-firma tas-sewwieq”

11.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 7 (IL-PROTOKOLL DWAR IT-TNIŻŻIL TAD-DATA

11.1

In-nota ta’ qiegħ il-paġna fit-taqsima 2.1 assoċjata mal-proċedura tat-tniżżil għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Il-biljett imdaħħal se jagħti bidu għad-drittijiet xierqa tal-aċċess għall-funzjoni tat-tniżżil u għad-data. Madanakollu, għandu jkun possibbli li wieħed iniżżel id-data minn biljett tas-sewwieq imdaħħal f'wieħed mis-slottijiet tal-UV meta ma jkun hemm l-ebda biljett ieħor imdaħħal fis-slott l-ieħor.”

12.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 9 (L-APPROVAZZJONI TAT-TIP – IL-LISTA TAT-TESTIJIET MINIMI MEĦTIEĠA)

12.1

Fil-Kapitolu I għandu jiżdied l-istandard tal-ISO li ġej mal-ewwel paragrafu:

“1.2.   

Referenzi

ISO 16844-3:2004, Cor 1:2006 Il-vetturi tat-triq - Is-sistemi takografiċi – Parti 3: Interface tas-sensorju tal-moviment (mal-unitajiet tal-vetturi)”.

12.2

Fil-Kapitolu II “IT-TESTIJIET FUNZJONALI TAL-UNITÀ TAL-VETTURA”, għandu jiżdied ir-rekwiżit il-ġdid li ġej mat-Taqsima 3 tat-Testijiet Funzjonali li għandhom jitwettqu:

“3.36

Interface tas-sensorju tal-moviment, ir-rekwiżiti relatati 001a, ir-Rekwiżit 099”

12.3

Fil-Kapitolu II, għandu jiżdied ir-rekwiżit il-ġdid li ġej:

It-test funzjonali (tal-UV)

3.37

Ivverifika li l-UV tinduna, tirreġistra u taħżen l-avvenimenti u/jew il-ħsarat iddefiniti mill-manifattur tal-UV meta sensorju tal-moviment akkoppjata tirreaġixxi għal żoni manjetiċi li jfixklu l-kxif tal-moviment tal-vettura, ir-Rekwiżit 161a.”

12.4

Fil-Kapitolu III, għandu jiżdied ir-rekwiżit il-ġdid li ġej:

It-test funzjonali (tas-sensorju tal-moviment)

“3.5

Iċċekkja li s-sensorju tal-movime nt hija immuni għaż-żoni manjetiċi. B'mod alternattiv, ivverifika li s-sensorju tal-moviment jirreaġixxi għal żoni manjetiċi li jfixklu l-kxif tal-moviment tal-vettura, sabiex l-UV akkoppjata tkun tista' tinduna, tirreġistrahom u taħżinhom il-ħsarat tas-sensorju, ir-Rekwiżit relatat 161a.”

12.5

Fil-Kapitolu III “IT-TESTIJIET FUNZJONALI TAS-SENSORJU TAL-MOVIMENT”, għandu jiżdied ir-rekwiżit il-ġdid li ġej mat-Taqsima 3 tat-Testijiet Funzjonali li għandhom jitwettqu:

“3.4.

L-interface tal-unità tal-vettura, ir-Rekwiżit 001a”.

13.   EMENDI GĦALL-APPENDIĊI 12 (ADAPTER GĦALL-VETTURI M1 u N1)

Fit-Taqsima 7.2 tal-Kapitolu VII, għandu jiżdied ir-rekwiżit il-ġdid li ġej:

“3.3

Iċċekkja li l-adapter huwa immuni għaż-żoni manjetiċi. B'mod alternattiv, ivverifika li l-adapter jirreaġixxi għal żoni manjetiċi li jfixklu l-kxif tal-moviment tal-vettura, sabiex UV li tkun konnessa tkun tista' tinduna bil-ħsarat tas-sensorju, tirreġistrahom u taħżinhom, ir-Rekwiżit relatat 161a.”


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1267/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2009

dwar l-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Myanmar u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 817/2006 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) (b) tiegħu

Billi:

(1)

Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/981/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2009 (2) atemenda l-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK tas-27 ta’ April 2006. L-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-puibblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni Għall-President

João Vale DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 19.12.2009, p. 90.


ANNESS

Fl-Anness VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, l-entrata li ġejja hija mħassra.

“E7c

Aung Khaing Moe

Iben Myo Myint, d.t.t. 25.6.1967

(maħsub li bħalissa qiegħed fir-Renju Unit; mar qabel iddaħħal fil-lista)

M”


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1268/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u minn xi obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2010, b’segwitu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rapporti mressqa mid-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dejta dwar l-isforz tas-sajd.

(2)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 (2) stabbilixxa limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2010 fil-Baħar Baltiku.

(3)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 mill-ambitu ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd u minn obbligi tar-reġistrazzjoni tas-sajd meta l-qabdiet tal-merluzz kienu taħt ċertu livell fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-STECF, is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 għandhom ikunu esklużi, fl-2010, mill-ambitu ta’ dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd u minn dawk l-obbligi tar-reġistrazzjoni.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1269/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 243/2007 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-addittiv għall-għalf fl-għalf għall-qżieqeż għat-tismin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 243/2007 (2) il-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotti mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv għall-għalf fil-kategorija ta’ addittivi żootekniċi għall-użu fuq il-ħnienes miftuma, u fuq il-qżieqeż u t-tiġieġ għat-tismin.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi, il-BASF SE, ippreżenta applikazzjoni fejn jitlob li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-qżieqeż għat-tismin billi jitnaqqas il-kontenut minimu tal-addittiv fl-għalf. Din l-applikazzjoni kienet akkompanjata mid-dejta relevanti li ssostni din it-talba għall-bidla.

(3)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Lulju 2009, l-Awtorità kkonkludiet li hemm biżżejjed provi għas-sostenn tal-effikaċja tal-preparazzjoni tal-enżimi 3-phytase prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 101 672) fuq il-qżieqeż għat-tismin bil-kontenut minimu ta’ 100 FTU għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ (3).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 243/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 243/2007, fis-seba’ kolonna, bl-intestatura kontenut minimu, il-kliem “280 FTU” huwa mibdul bi “100 FTU” (*).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1184, p. 1.

(*)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera mikromole wieħed ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta b’pH ta’ 5.5 u 37 °C.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1270/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi stabbiliti fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kummenti inizjali dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, ingħaddew lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 526.94) kien awtorizzat provviżorjament għad-driefeġ, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2374/1998 (3). Huwa ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (4). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għad-driefeġ miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għad-driefeġ, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 (5). Dan kien awtorizzat proviżorjament għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2006 (6). Dan ġie awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 358/2005 (7), u kien awtrorizzat proviżorjament għat-tiġieġ tal-bajd mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1140/2007 (8). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għad-dundjani tas-simna u għad-driefeġ miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(3)  ĠU L 295, 4.11.1998, p. 3.

(4)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

(5)  ĠU L 299, 15.11.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 44, 15.2.2006, p. 3.

(7)  ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3.

(8)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 14.


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1636

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 526.94) b’attività minima ta’:

Għamla solida: 700 000  BU (1)/g

Għamla likwida: 300 000  BU/g

Driefeġ (miftuma)

17 500  BU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għall-użu fil-każ ta’ driefeġ li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

3.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 17 500 -50 000  BU.

4.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira glucans), eż. li fihom aktar minn 60 % xgħir jew qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 BU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.06 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn xgħir beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 4.8 u 50 °C.


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1620

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Bacillolysin EC 3.4.24.28

Endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta’

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 2 350  U/g (1)

Endo-1,4-beta-glucanase: 4 000  U/g (2)

Alpha-amylase: 400 U/g (3)

Bacillolysin 450 U/g (4)

Endo-1,4-beta-xylanase: 20 000  U/g (5)

Dundjani għas-simna

Endo-1,3(4)-beta-glucana-se: 587 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 175 -2 350  U

Endo-1,4-beta-glucanase: 2 000 -4 000  U

alpha-amylase: 200-400 U

bacillolysin: 225-450 U

endo-1,4-beta-xylanase: 10 000 -20 000  U

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u b’mod speċjali arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,4-beta-glucana-se: 1 000  U

Alpha-amylase: 100 U

Bacillolysin: 112 U

Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U

Driefeġ (miftuma)

Endo-1,3(4)-beta-glucana-se: 1 175  U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għall-użu fil-każ ta’ driefeġ li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

3.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 175  U

Endo-1,4-beta-glucanase: 2 000  U

alpha-amylase: 200 U

bacillolysin: 225 U

endo-1,4-beta-xylanase: 10 000  U

4.

Għall-użu f’ għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u b’mod speċjali arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 35 % qamħ.

 

Endo-1,4-beta-glucana-se: 2 000  U

Alpha-amylase: 200 U

Bacillolysin: 225 U

Endo-1,4-beta-xylanase: 10 000  U


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0056 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 30 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0056 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f’ pH ta’ 4,8 u 50 °C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 micromole ta’ glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jagħmel mikrogramma ta’ ażo-kaseina li tinħall fl-aċidau trikloraċetiku fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C

(5)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0067 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1271/2009

tal-21 ta’ Diċembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 14.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Diċembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

42,90

0,00

1701 11 90  (1)

42,90

2,03

1701 12 10  (1)

42,90

0,00

1701 12 90  (1)

42,90

1,74

1701 91 00  (2)

47,32

3,27

1701 99 10  (2)

47,32

0,14

1701 99 90  (2)

47,32

0,14

1702 90 95  (3)

0,47

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2009

dwar l-għoti ta' għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Latvja għax-xiri ta' art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013

(2009/991/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja fis-17 ta' Novembru 2009,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Novembru 2009, it-Repubblika tal-Latvja (minn issa “il-Latvja”) ppreżentat lill-Kunsill talba għal deċiżjoni f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-pjan tal-Latvja li tagħti għajnuna tal-Istat lill-bdiewa Latvjani għax-xiri ta' art agrikola.

(2)

Skont id-data pprovduta mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Latvja, 97,6 % tal-azjendi rurali kollha huma iżgħar minn 15,9 ettari. Konsegwentement, il-biċċa l-kbira tal-azjendi agrikoli Latvjani huma azjendi agrikoli ta' semi-sussistenza. L-istruttura tas-superfiċi sfavorevoli għall-azjendi agrikoli fil-Latvja, il-fatt li l-Latvija tirċiievi l-inqas livell ta' pagamenti diretti fost l-Istati Membri wara mekkaniżmu ta' dħul gradwali previst fl-Att ta' Adeżjoni tagħha tal-2003, u l-kontribut għal ħaddiema agrikoli sproporzjonatament għoli mqabbel mad-dħul jirriżultaw f'introjtu agrikolu baxx, li kompla naqas aktar fl-2009.

(3)

Skont id-data pprovduta mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Latvja, sas-sena 2007 kien hemm 1 930 900 ettaru ta' art agrikola iżda s-superfiċi ddikjarata għall-finijiet ta' appoġġ f'pagamenti diretti ma kinitx aktar minn 1 551 185 ettaru. Konsegwentement, 379 715 ettaru huma ta' proprjetà ta' u huma ġestiti minn persuni li mhumiex bdiewa. Għajnuna mill-Istat tippermetti lill-bdiewa biex jixtru din l-art agrikola.

(4)

Fl-2009, ir-reċessjoni dejjem tiggrava fl-ekonomija dinjija kkawżata mill-kriżi globali affettwat ħażin l-ekonomija Latvjana u l-azjendi agrikoli Latvjani kemm minħabba n-nuqqas ta' domanda kif ukoll minħabba t-tnaqqis kbir fil-prezzijiet tax-xiri: fl-ewwel tliet kwarti tal-2009, il-prezzijiet tal-qamħ kienu madwar 37 %, il-prezzijiet tax-xgħir madwar 44 % u l-prezzijiet tal-ħalib madwar 38 % inqas mil-livelli fl-2008.

(5)

Is-sitwazzjoni tal-introjtu tal-bdiewa fil-Latvja kompliet tiggrava bil-fatt li l-prezzijiet tal-fatturi ta' produzzjoni agrikoli żdiedu sew fl-2008 (il-fertilizzanti minerali b'67 %, is-servizzi veterinarji b'46 %, l-elettriku b'29 % u l-karburant bi 15 %) u ma naqsux fl-2009. L-ispejjeż tal-produzzjoni b'hekk baqgħu l-istess. X'aktarx li l-kundizzjonijiet ser ikomplu jiħżienu għal bosta azjendi agrikoli Latvjani, b'żieda konsegwenti fl-għadd ta' familji ta' bdiewa f'riskju ta' faqar.

(6)

Il-livell tal-qgħad fil-Latvja hu l-ogħla fl-Unjoni Ewropea, u f'Settembru 2009 laħaq 19,7 % wara li żdied bi 62 % minn Jannar 2009. L-għajnuna tal-Istat għalhekk għandha tgħin lin-nies qiegħda biex jaqilbu għall-biedja billi tippermettilhom jixtru art agrikola. Hija għandha tagħti wkoll l-opportunità lill-bdiewa fuq semi-sussistenza li ma għadhomx jaħdmu bħala impjegati f'setturi barra mill-agrikoltura sabiex itejbu l-istruttura tas-superfiċi tal-azjenda tagħhom bl-għan li jiksbu introjtu li jiggarantilhom livell bażiku ta' għajxien mir-raba'. Għandha tiffaċilita wkoll il-bejgħ ta' art agrikola li tappartjeni lin-nies qiegħda li jeħtieġu l-kapital biex jaqilbu għal status ta' persuni li jaħdmu għal rashom.

(7)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji tal-bdiewa u r-rati għoljin tal-interess fuq self kummerċjali għax-xiri tal-art, il-bdiewa jsibu diffikultajiet kbar biex jiksbu self kummerċjali għal investimenti bħax-xiri ta' art agrikola. F'Novembru 2009 r-rati tal-interess applikati mill-istituzzjonijiet tal-kreditu għal-linji ta' kreditu kummerċjali għax-xiri ta' art agrikola kienu aktar minn 15 % fis-sena.

(8)

Fl-2009 l-perijodu ta' reċessjoni stabbilixxa ruħu fuq is-suq tal-art agrikola. L-għadd ta' transazzjonijiet naqas konsiderevolment u skont il-Ktieb dwar l-Artijiet l-għadd ta' bejgħ u xiri ta' art naqas b’4,5 darba meta mqabbel mal-2007.

(9)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija tammonta għal massium ta' 8 miljun lats Latvjani (LVL) u għandha tippermetti x-xiri ta' total ta' 70 000 ettaru ta' art agrikola minn madwar 1 000 bidwi matul il-perijodu mill-2010 sal-2013. Hija eliġibbli kemm l-art li tappartjeni lill-Istat u lil muniċipalitajiet, kif ukoll dik li tappartjeni li persuni fiżiċi.

(10)

L-għajnuna tal-Istat ser tieħu l-forma ta' sussidji għall-pagamenti ta' interessi fuq self li jkopru 4 punti perċentwali tar-rata tal-interess annwali applikata mill-bank. Madankollu, meta din ir-rata tal-interess annwali tkun inqas minn 4 punti perċentwali, ir-rata tal-interess kollha li fil-fatt titħallas minn min jissellef ser tiġi rifondata kollha kemm hi.

(11)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni ma bdiet l-ebda proċedura u lanqas ma ħadet pożizzjoni dwar in-natura u l-kompatibbiltà tal-għajnuna.

(12)

Għalhekk jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, li jagħmluha possibbli li jiġi kkunsidrat li din l-għajnuna, b'deroga u sakemm ikun strettament meħtieġ sabiex ikun limitat il-faqar rurali fil-Latvja, hi kompatibbli mas-suq intern,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għajnuna tal-Istat eċċezzjonali mill-awtoritajiet Latvjani għal self għax-xiri ta' art agrikola, li tammonta għal massimu ta' LVL 8 miljun u li tingħata bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-31 ta' Diċembru 2013, għandha titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9959)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/992/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jirrikjedi li kull Stat Membru jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-kariga ta’ operatur tat-trasport bit-triq. Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom jinkludu tal-inqas l-elementi stipulati fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament. Elementi addizzjonali bħad-data u l-post tat-twelid tal-persuni ġew inklużi wkoll sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-individwi kkonċernati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (2) u r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (3) ukoll jirrikjedu li ċerta dejta tiddaħħal f’dawn ir-reġistri elettroniċi nazzjonali.

(3)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, kif stipulat b’mod partikolari bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4), japplikaw għall-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(4)

Sabiex tkun faċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali kif jirrikjedi l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, il-Kummissjoni trid tadotta skont l-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament, deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 se jkunu elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995 p. 31.


ANNESS

Kategorija tad-dejta

Unità tad-dejta

Taqsima tad-deskrizzjoni addizzjonali tad-dejta

Tul

Impriża tat-trasport

Isem

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Forma legali

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-50

Indirizz

Indirizz

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-150

Kodici Postali

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-10

Belt

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-50

Kodiċi tal-pajjiż

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Awtorizzazzjoni

Tip

Dikjarazzjoni ta’:

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri”

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri”

or:

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-oġġetti”

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-oġġetti”

1-50

Numru tas-serje tal-Liċenzja Komunitarja

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-20

Data tal-bidu tal-liċenzja Komunitarja

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data ta’ skadenza tal-liċenzja Komunitarja

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Għadd ta’ vetturi koperti

Taqsima tat-test liberu numeriku

1-4

In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura (*)

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-15

Stat ta’ Awtorizzazzjoni

Dikjarazzjoni ta’

“Attiv”

“Sospiż”

“Irtirat”

“Skadut”

“Mitluf/Misruq”

“Annullat”

“Ritornat”

1-20

Data tal-irtirar tal-liċenzja Komunitarja

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data ta’ skadenza tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Raġuni għas-sospenzjoni jew l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja

Dikjarazzjoni ta’:

“Stabbiliment mhux effettiv jew mhux stabbli”

“Pożizzjoni finanzjarja mhux xierqa”

“Nuqqas ta’ kompetenza professjonali rikjesta”

“Mhux ta’ reputazzjoni tajba”

“Oħrajn”

1-100

Numru tas-serje tal-kopja vera ċertifikata tal-Liċenzja Komunitarja

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-20

Data tal-irtirar tal-veru kopja ċertifikata

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data ta’ skadenza tal-irtirar tal- kopja ċertifikata

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Rappreżentant legali tal-impriża (fejn jixraq) (**)

L-ewwel isem mogħti

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Kunjom(ijiet)

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Data tat-twelid

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Post tat-twelid

Test liberu alfa

1-50

L-Amministratur tat-Trasport

L-ewwel isem mogħti

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Kunjom(ijiet)

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Data tat-twelid

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Post tat-twelid

Test liberu alfa

1-50

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-20

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Ksur ta’ liġi serju:

Kategorija

Taqsima alfanumerika li tuża valuri f’kodiċi

 

Tip

Taqsima alfanumerika li tuża valuri f’kodiċi

 

Data tal-ksur tal-liġi

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data tal-kontroll fejn il-ksur tal-liġi ġie kkonfermat

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Stat Membru fejn il-ksur tal-liġi ġie kkonfermat

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Raġuni għalfejn it-telf ta’ reputazzjoni tajba huwa risposta sproporzjonata (***)

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-500

Persuna inkompetenti

L-ewwel isem mogħti

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Kunjom(ijiet)

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-100

Data tat-twelid

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Post tat-twelid

Test liberu alfa

1-50

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Taqsima tat-test liberu alfanumeriku

1-20

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Raġuni għalfejn persuna ġiet iddikjarata bħala inkompetenti

Dikjarazzjoni ta’ jew:

“Ksur ta’ regoli nazzjonali”

“Ksur ta’ regoli Komunitarji”

1-100

Miżura ta’ riabilitazzjoni attwali

Dikjarazzjoni ta’ jew:

“Taħriġ ripetut”

“Taħriġ addizzjonali”

“Liċenzjar mill-ġdid”

“Kundizzjonijiet addizzjonali fuq il-liċenzja”

“Oħrajn”

1-100

Data tal-bidu tad-dikjarazzjoni ta’ inkompetenza

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10

Data tal-egħluq tad-dikjarazzjoni ta’ inkompetenza

Dħul tad-dejta numerika fil-format ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

10


(*)  Mhuwiex mandatarju li tiġi reġistrata d-dejta marbuta man-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vettura.

(**)  Ara Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(***)  L-ebda dejta personali apparti d-dejta meħtieġa marbuta mal-Amministratur tat-Trasport ma għandha tkun inkluża f’din it-taqsima.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10046)

(2009/993/UE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (2), il-Portugall qiegħed jimplimenta pjan ta’ eradikazzjoni kontra t-tixrid tan-nematodu tal-pini (PWN). Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li l-materjal tal-imballaġġ tal-injam inkluż fl-għamla ta’ kaxxi, magħmul minn injam eħxen minn 6 mm, ma għandux jitħalla joħroġ miż-żona stabbilita.

(2)

Madankollu, tista’ tingħata eċċezzjoni minn din il-projbizzjoni bil-kundizzjoni li l-injam ikun trattat u mmarkat minn impjant awtorizzat tal-ipproċessar skont il-miżuri tal-Istandard Internazzjonali għal miżuri Fitosanitarji tal-FAO Nru 15 dwar Linji gwida għar-regolamentazzjoni tal-materjal tal-imballaġġ tal-injam fil-kumerċ internazzjonali.

(3)

Fil-Portugall, ċerti kumpaniji jipproduċu kaxxi tal-inbid minn injam ittrattat skont dawk id-dispożizzjonijiet u akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. Minkejja dan, wara l-proċess tal-produzzjoni, ma jkun hemm preżenti l-ebda marka li tixhed li dan it-trattament twettaq. Għalhekk kaxxi tal-inbid bħal dawn ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dik l-eċċezzjoni.

(4)

Biex kaxxi tal-inbid bħal dawn jingħataw permess li jagħmlu parti mill-eċċezzjoni jeħtieġ li jiġi previst li l-kumpaniji li jipproduċu dawn il-kaxxi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati biex jimmarkawhom, bil-kundizzjoni li jkunu sorveljati biex jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli. Il-Portugall informa lill-Kummissjoni li huwa biħsiebu jawtorizza u jissorvelja dawn il-kumpaniji.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1 tal-Anness mad-Deċiżjoni 2006/133/KE, il-paragrafu li jmiss jiddaħħal wara t-tieni paragrafu.

“Il-korp uffiċjali responsabbli jista’ jawtorizza l-produtturi biex jimmarkaw, skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali għal miżuri Fitosanitarji tal-FAO Nru 15, kaxxi tal-inbid li jipproduċu mill-injam ittrattat minn impjant tal-ipproċessar awtorizzat skont dak l-Istandard u li jkunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a). Għandhom jitwettqu spezzjonijiet uffiċjali tal-produtturi tal-kaxxi tal-inbid fuq bażi ssuktata biex jiġi żgurat li njam trattat bħal dan biss akkumpanjat mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (a) jintuża għall-produzzjoni tal-kaxxi tal-inbid u li l-injam jista’ jiġi rintraċċat għall-impjant tal-ipproċessar awtorizzat.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10048)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/994/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi tranżizzjonali bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1).

(2)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li 39 stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Minn dawn l-istabbilimenti 27 għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib mhux ittrattat, konformi u mhux konformi, mingħajr separazzjoni. Dawk l-istabbilimenti għandhom għaldaqstant jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

(3)

Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib attwalment jista’ jirċievi u jipproċessa ħalib mhux ittrattat, konformi u mhux konformi, mingħajr separazzjoni u għaldaqstant huwa elenkat fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Dak l-istabbiliment issa jipproċessa biss ħalib mhux ittrattat konformi u għaldaqstant għandu jitħassar minn dik il-lista.

(4)

Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib attwalment jista’ jirċievi u jipproċessa ħalib mhux ittrattat, konformi u mhux konformi, fuq linji separati ta’ produzzjoni u għaldaqstant huwa elenkat fil-Kapitolu II tal-Appendiċi tal-Anness VI. Dak l-istabbiliment issa jipproċessa biss ħalib mhux ittrattat konformi u għaldaqstant għandu jitħassar minn dik il-lista.

(5)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Kapitolu I huwa emendat kif ġej:

(a)

jiġu miżjuda l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“77.

BG 1812008

‘Vesi’ OOD

s. Novo selo

78.

BG 2512003

‘Si Vi Es’ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

79.

BG 2612034

ET ‘Eliksir-Petko Petev’

s. Gorski izvor

80.

BG 1812003

‘Sirma Prista’ AD

gr. Ruse

bul. ‘3-ti mart’ 51

81.

BG 2512001

‘Mladost -2002’ OOD

gr. Targovishte

bul. ‘29-ti yanuari’ 7

82.

0312002

ET ‘Mario’

gr. Suvorovo

83.

0712015

‘Rosta’ EOOD

s.M.Varshets

84.

0812030

‘FAMA’AD

gr.Dobrich

bul. ‘Dobrudzha’ 2

85.

0912003

‘Koveg-mlechni produkti’OOD

gr.Kardzhali

Promishlena zona

86.

1412015

ET ‘Boycho Videnov - Elbokada 2000’

s. Stefanovo

obsht. Radomir

87.

1712017

‘Diva 02’OOD

gr.Isperih

ul. ‘An.Kanchev’

88.

1712019

ET‘Ivaylo-Milena Stancheva’

gr.Isperih

Parvi stopanski dvor

89.

1712037

ET ‘Ali Isliamov’

s.Yasenovets

90.

1712043

‘Maxima milk’OOD

s.Samuil

91.

1812005

‘DAV - Viktor Simonov’ EOOD

gr. Vetovo

ul. ‘Han Kubrat’ 52

92.

2012010

‘Saray’OOD

s. Mokren

93.

2012032

‘Kiveks’OOD

s.Kovachite

94.

2012036

‘Minchevi’ OOD

s. Korten

95.

2212009

‘Serdika -94’ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

96.

2212023

‘EL BI BULGARIKUM’ EAD

gr.Sofia

ul. ‘Malashevska’ 12 A

97.

2312028

ET ‘Sisi Lyubomir Semkov’

s.Anton

98.

2312033

‘Balkan spetsial’ OOD

s.Gorna Malina

99.

2312039

EOOD ‘Laktoni’

s. Ravno pole,

obl.Sofiyska

100.

2412040

‘Inikom’ OOD

gr.Galabovo

ul. ‘G.S.Rakovski’ 11

101.

2512011

ET ‘Sevi 2000- Sevie Ibryamova’

s. Krepcha

obsht.Opaka

102.

2612015

ET‘Detelina 39’

s.Brod

103.

2812002

‘Arachievi’ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska”

(b)

l-annotazzjoni li ġejja qed titħassar:

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“25.

BG 0212028

‘Vester’ OOD

s. Sigmen”

(2)

Fil-Kapitolu II, qed titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“7.

BG 0212028

‘ZHOSI’ OOD

s. Chernolik”


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10049)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/995/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) tistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawn l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jiġu użati biss għal aktar proċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni.

(2)

Skont dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew spiċċaw il-proċess ta’ titjib tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-istabbilimenti għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont dan.

(1)

Id-dettalji li ġejjin għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam jitneħħew:

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“27.

BG 0801007

„Veliko“ OOD

s. Kozloduytsi

obl. Dobrich

28.

BG 0801008

„Lovmiyt“ EOOD

gr. General Toshevo

ul. „Velko Angelov“ 38

37.

BG 1101006

„Agrotel-2000“ OOD

gr. Apriltsi

40.

BG 1101017

„Dobrevski -1“OOD

s. Balgarski izvor

65.

BG 2001008

„Mesokombinat Enchevi i ko“ OOD

gr. Nova Zagora

kv. „Industrialen“

67.

BG 2001015

„Helikom“ OOD

s. Gergevets

obl. Sliven

69.

BG 2001020

„Rodopa kom“ OOD

gr. Sliven

ul. „Samuilovsko shose“ 17

76.

BG 2401011

„Dimes 2000“OOD

s. Han Asparuhovo

obsht. Stara Zagora

80.

BG 2601007

ET „Kiki“

gr. Harmanli

Industrialna zona

88.

BG 2801019

„Mesokombinat Bay Techo“ OOD

gr. Yambol,

kv. „Industrialen“

117.

BG 1502005

ET „EKS-Lidia Kostadinova“

gr. Slavyanovo

p. imot – 279200

127.

BG 2202026

„Bulkomers-MM“ OOD

gr. Sofia

obsht.Vrabnitsa

ul. „Adam Mitskevich“ 8

156.

BG 0905002

ET „Ananiev“

gr. Krumovgrad

ul. „G. Benkovski“ 1

157.

BG 0905003

„Meskom-Rodopi“ OOD

gr. Kardzhali

ul. „Dzhebelska“ 6

165.

BG 130519

ET „Krimona – Donka Hristova“

gr. Panagyurishte

ul. „G. Benkovski“ 75

168.

BG 1405007

„ARM Invest“ AD

s. Meshtitsa

185.

BG 2005019

ET „Aruana-Dimitrinka Lyaeva“

s. Gavrailovo

obl. Sliven

190.

BG 2205079

OOD „Super Mario Market“

gr. Sofia,

obsht. Novi Iskar

ul. „Iskarsko defile“ 156

203.

BG 2705013

OOD „EM i AS“

s. Tsarev brod, obsht. Shumen

204.

BG 2805007

„Bonzhur BG“ EOOD

gr. Yambol,

ul. „Klokotnitsa“ 8

205.

BG 2805008

ET „Dzhoni-Neiko Ivanov“

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

206.

BG 2805012

ET „Pri Vania - Ivanka Georgieva“

gr.Yambol

ul. „Atanas Kratunov“ 83

215.

BG 0204017

„Val-Ves i Ko“ OOD

gr. Burgas

PZ „Sever“

233.

BG 0404023

„Rodopa-G.Oriahovitsa-96“ EOOD

gr. Gorna Oriahovitsa

ul. „Otets Paisiy“ 63

253.

BG 1104002

„Dobrevski-1“ OOD

s. Balgarski izvor

254.

BG 1104005

ET „Strahil Ivanov“

gr. Lovech

ul. „S. Saev“ 56

261.

BG 1204012

„Lorelay“ OOD

gr. Montana

ul. „N. Vaptsarov“ 22

268.

BG 1304015

ET „Dimitar Popov“

s. Kalugerovo

obsht. Pazardzhik

273.

BG 1504010

Mesokombinat „Levski 2000“ OOD

gr. Levski

ul. „Tsar Simeon“ 2A

289.

BG 1604029

ET „Boris Yordanov-1“

gr. Asenovgrad

ul. „Kostur“ 13

306.

BG 1804021

OOD „Borimes“

s. Marten

ul. „Cherven Ivan“ № 4

320.

BG 2204018

„Shikle“ EOOD

gr. Sofia

ul. „Prof. Iv.Shishmanov“ 9

322.

BG 2204034

EOOD „Grand 2-Petia Kerefeyna“

gr. Sofia

ul. „Ivan Gergov“ 3

323.

BG 2204041

OOD „Zonik-D“

gr. Sofia

Avtogara Vrabnitsa

324.

BG 2204042

ET „Dimana-Yanka Dembelaki“

gr. Sofia

kv. Nadezhda 1

326.

BG 2204048

EOOD „Rosvela“

s. Seslavtsi

obl. Sofia

333.

BG 2204091

„NADEZHDA-A“ OOD

gr. Sofia

ul. „Zhelezopatna“ 74

334.

BG 2204095

ET „Laz komers-Ivo Lazov“

gr. Sofia

kv. „Ovcha kupel“

ul. „652“21

336.

BG 2204107

EOOD „Nova Kompaniya-2001“

gr. Sofia,

Gara Iskar,

ul. „5004“ 2

339.

BG 2204110

EOOD „VKR-2000“

gr. Sofia

kv. Vrazhdebna

ul. „4-ta“ 6

342.

BG 2304005

„Orhanie 1“ OOD

gr. Botevgrad

ul. „Al.Voynishki“

343.

BG 2304014

„Bulgarfrigoplod“

s. Vakarel,

obshtina Ihtiman,

ul. „Cheshma Angelina“ 4

354.

ВG 2404035

„Ambrozia“ OOD

gr. St. Zagora

kv.„Zheleznik“

ul. „Iv.Pashinov“ 33

358.

BG 2604008

„Svareks“ EOOD

gr. Haskovo

iztochna industrialna zona

360.

BG 2604011

„ALFA Komers“ OOD

gr. Dimitrovgrad

bul. „D.Blagoev“ 80

365.

BG 2604019

ET „Kralevo-D.Petrov“

s. Kralevo

obl. Haskovska

372.

BG 2804002

ET „Bobi – Bozhana Peicheva“

s. Okop,

obl. Yambolska”

(2)

Id-dettalji li ġejjin għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jitneħħew:

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“2.

BG 0212038

„Klas“ OOD

s. Galabets

obsht. Pomorie

6.

BG 0512033

„EKO MILK“ AD

s. Koshava

obl. Vidin

29.

BG 1812008

„Vesi“ OOD

s. Novo selo

31.

BG 2012001

„Markeli“ EAD

gr. Sliven

ul. „Tsar Simeon“ 63

32.

BG 2012006

„Mlechen pat“ AD

gr. Nova Zagora

kv. Industrialen

33.

BG 2012009

„Vangard“ OOD

s. Zhelyo voyvoda

42.

BG 2512003

„Si Vi Es“ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

43.

BG 2612034

ET „Eliksir-Petko Petev“

s. Gorski izvor

53.

BG 1812003

„Sirma Prista“ AD

gr. Ruse

bul. „3-ti mart“ 51

58.

BG 2512001

„Mladost -2002” OOD

gr. Targovishte

bul. “29-ti yanuari“ 7

63.

0112008

ET „Svetoslav Kyuchukov-Bobo”

s. Harsovo

71.

0312002

ET „Mario”

gr. Suvorovo

83.

0712015

„Rosta“ EOOD

s. M.Varshets

85.

0812030

„FAMA“ AD

gr. Dobrich

bul. “Dobrudzha” 2

86.

0912003

„Koveg-mlechni produkti” OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

101.

1312006

SD „Antei – PITD” OOD

s. Aleko Konstantinovo

104.

1412015

ET „Boycho Videnov – Elbokada 2000“

s. Stefanovo

obsht. Radomir

117.

1712009

ET „Georgi Petrov-Kamen”

s. Dyankovo

121.

1712017

„Diva 02“OOD

gr. Isperih

ul. “An.Kanchev”

123.

1712019

ET „Ivaylo-Milena Stancheva“

gr. Isperih

Parvi stopanski dvor

125.

1712037

ET „Ali Isliamov”

s. Yasenovets

128.

1712043

„Maxima milk” OOD

s. Samuil

132.

1812005

„DAV – Viktor Simonov” EOOD

gr. Vetovo

ul. “Han Kubrat“ 52

139.

2012010

„Saray“ OOD

s. Mokren

143.

2012029

„Eko asorti“ EOOD

s. Mechkarevo

144.

2012032

„Kiveks“ OOD

s. Kovachite

145.

2012036

„Minchevi“ OOD

s. Korten

155.

2212009

„Serdika-94“ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

156.

2212023

„EL BI BULGARIKUM” EAD

gr. Sofia

ul. “Malashevska” 12A

163.

2312028

ET „Sisi Lyubomir Semkov“

s. Anton

166.

2312033

„Balkan spetsial” OOD

s. Gorna Malina

167.

2312039

EOOD „Laktoni”

s. Ravno pole, obl. Sofiyska

172.

2412023

Zemedelski institut

gr. St. Zagora

175.

2412040

„Inikom“ OOD

gr. Galabovo

ul. “G. S. Rakovski“ 11

177.

2512006

„Hadad“ OOD

s. Makariopolsko

obsht. Targovishte

178.

2512011

ET „Sevi 2000- Sevie Ibryamova“

s. Krepcha

obsht. Opaka

183.

2612015

ET „Detelina 39”

s. Brod

184.

2612022

ET „Shampion 13-Deyan Panev“

s. Krepost

obl. Haskovska

185.

2612027

„Byala mechka” OOD

s. Min. bani

obl. Haskovska

192.

2812002

„Arachievi“ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska”


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10050)

(Huma awtentiċi biss it-testi bl-Olandiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Portugiż, bis-Sloven u bl-Ispanjol)

(2009/996/UE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu, jew huma ppjanati li jittieħdu, bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti.

(2)

Fil-21 ta’ April 2009, il-Ġermanja introduċiet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja għall-kontroll tad-Diabrotica virgifera, għal Baden-Württemberg u għal Bayern rispettivament, u fid-dawl tal-miżuri meħuda fl-2008 biex jiġu kkontrollati t-tifqigħat tal-organiżmu ta’ ħsara li nstabu fl-2007 u l-2008, u dan filwaqt li t-tifqigħat tal-2007 kienu diġà ġew kofinanzjati fl-2008.

(3)

L-Italja introduċiet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda ressqitha fil-21 ta’ April 2009 u hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis fil-Lombardia fil-provinċja ta’ Brescia, fil-komun ta’ Gussago, għal miżuri meħuda fl-2008 u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2008. Il-valutazzjoni ta’ dik it-talba min-naħa tal-Kummissjoni ma wrietx li din it-tifqigħa ta’ organiżmu ta’ ħsara hija marbuta mat-tifqigħat eżistenti fil-provinċja ta’ Milan jew ta’ Varese. It-tieni talba introdotta fis-16 ta’ April 2009 hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis f’Lazio fil-komun ta’ Ruma għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2008. It-tielet talba introdotta fil-25 ta’ Novembru 2008 hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora glabripennis fil-Lombardia fil-komun ta’ Corbetta, għal miżuri meħuda fl-2007, l-2008 u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2007. Ir-raba’ talba, marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis fil-Lombardia fil-provinċja ta’ Brescia, fil-komun ta’ Montichiari, ma kinitx eliġibbli minħabba li t-tifqigħa kienet innotifikata biss lill-Kummissjoni aktar minn tmien xhur wara s-sejba uffiċjali tagħha u għaldaqstant ma kinitx skont ir-rekwiżiti għal notifika immedjata imsemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(4)

Malta introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tar-Rhynchophorus ferrugineus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2008.

(5)

L-Olanda introduċiet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-ewwel talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tat-Tobacco Ring Spot Virus għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2006 u li diġà kienet is-suġġett ta’ konfinanzjament fl-2008. It-tieni talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tat-Tomato Yellow Leaf Curl Virus għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2007. It-tielet talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tal-Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007. Ir-raba’ talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tal-Clavibacter michiganensis spp. michiganensis għal miżuri meħuda fl-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007.

(6)

Il-Portugall introduċa talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fl-24 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tal-Bursaphelenchus xylophilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2008. Tabiħaqq, il-Portugall sab 65 tifqigħa ġdida ta’ PWN bejn April u Lulju 2008 f’żoni Portugiżi fejn sa issa ma kienx hemm każi ta’ PWN. Abbażi tar-riżultati ta’ monitoraġġ intensiv li kopra t-territorju Portugiż kollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li t-tifrix tal-PWN lil hinn miż-żona ta’ Setubal fil-Portugall, infestata oriġinarjament, hu dovut għal firxa naturali minn dik iż-żona. Barra minn hekk, iż-żoni fejn jinsabu t-tifqigħat il-ġodda ma kinux diġà suġġett ta’ kofinanzjament Komunitarju għal miżuri għall-kontroll tal-PWN. Fl-aħħar nett, il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti tad-9-10 ta’ Marzu 2009 approva pjan ta’ azzjoni mressaq mill-Portugall biex jindirizza din il-qagħda ġdida ta’ saħħa tal-pjanti u li huwa marbut mal-miżuri ta’ kontroll dettaljati fit-talba msemmija hawn fuq għal kontribuzzjoni finanzjarja.

(7)

Għaldaqstant jidher li hu l-każ li l-Portugall jingħata l-assistenza permezz ta’ kofinanzjament mill-Unjoni biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex jillimita t-tixrid tal-PWN fiż-żona ddemarkata fil-preżent fit-territorju tal-pajjiż kif ukoll biex jissalvagwardja t-territorju ta’ Stati Membri oħra mill-PWN u biex jipproteġi l-interessi kummerċjali tal-Komunità fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

(8)

Is-Slovenja introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ Diċembru 2008 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tad-Dryocosmus kuriphilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007 li diġà kienet suġġett ta’ finanzjament fl-2008.

(9)

Spanja introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tal-Bursaphelenchus xylophilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2008.

(10)

Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja lkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu jew jikkontrollaw organiżmi ta’ ħsarai għall-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew.

(11)

Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, partikolarment il-paragrafu 1 u 4 tiegħu, u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll ta’ saħħet il-pjanti u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(12)

It-tagħrif tekniku mogħti mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b’mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għaldaqstant, huwa f’loku li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità biex tkopri n-nefqa fuq dawn il-programmi.

(13)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, skont l-Artikolu 23(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għat-tielet sena, jiġifieri l-2009, tal-programm imressaq mill-Italja għall-kontroll tal-Anoplophora glabripennis għandha titnaqqas. Barra minn hekk, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi li tressqu, rispettivament, mill-Olanda għall-kontroll tat-TRSV fl-2008 (it-tielet sena tal-programm eżistenti), u s-Slovenja għall-kontroll tad-Dryocosmus kuriphilus fl-2009 (it-tielet sena tal-programm eżistenti) għandha titnaqqas minħabba li l-programmi nnotifikati minn dawn l-Istati Membri diġà kienu s-suġġett ta’ finanzjament Komunitarju skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/147/KE (3) għall-ewwel sentejn tal-programmi eżistenti.

(14)

Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 23(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun ta’ 25 % għall-miżuri fid-dossiers kofinanzjarji mressqa rispettivament minn Spanja għas-sostituzzjoni fl-2009 ta’ siġar koniferi li nqerdu, b’siġar ta’ speċi li mhumiex suxxettibbli għall-Bursaphelenchus xylophilus, u mill-Italja f’żewġ dossiers ta’ Lombardia għas-sostituzzjoni fl-2008 ta’ siġar deċidwi li nqerdu, b’siġar ta’ speċi li mhumiex suxxettibbli għall-Anoplophora chinensis jew għall-Anoplophora glabripennis.

(15)

Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-introduzzjoni tal-organiżmu ta’ ħsara rilevanti ġietx ikkawżata minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejbiet tal-verifika tagħha.

(16)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika (4) agrikola komuni, il-miżuri għas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikati fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet bl-għan li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati mill-programmi ta’ eradikazzjoni elenkati fl-Anness hija b’dan approvata.

Artikolu 2

1.   Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 14 049 023.

2.   Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm għandha tkun kif indikata fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun ingħatat evidenza tal-miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002;

(b)

tkun tressqet talba għall-ħlas mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)  ĠU L 49, 20.2.2009, p. 43.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI

Tifsira:

a= Is-sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

Taqsima I

Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli

(Eur)

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eleġibbli

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità Għal kull programm

Il-Ġermanja, Baden-Württemberg

Diabrotica virgifera

Zea mays

2008

1 jew 2

313 218

156 609

Il-Ġermanja, Bayern

Diabrotica virgifera

Zea mays

2008

2

699 049

349 524

Spanja

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

2008 and 2009

1 u 2

2 229 994

1 114 997

L-Italja, Lombardia

(Iż-żona ta’ Gussago)

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

2008 u parti mill-2009 (sat-30 ta’ April)

1 u 2

271 883

135 941

L-Italja, Lombardia

(Iż-żona ta’ Corbetta)

Anoplophora glabripennis

Bosta speċi ta’ siġar

2007 u 2008

1 u 2

179 143

89 571

L-Italja, Lazio

(Iż-żona ta’ Ruma)

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

2008 u 2009

1 u 2

1 098 000

549 000

Malta

Rhynchophorus ferrugineus

Palmaceae

2008 u 2009

1 u 2

709 227

354 613

L-Olanda

TRSV

Hemerocallis spp, Iris ssp.

2007

2

68 720

34 360

L-Olanda

TYLCV

Lycopersicon lycopersicum

2007 u 2008

1 u 2

44 528

22 264

L-Olanda

Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis

Lycopersicon lycopersicum

2007 u 2008

1

348 525

174 262

L-Olanda

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

2008

1

750 797

375 398

Il-Portugall

Bursaphelenchus xylophilus

Coniferous trees

2008 u 2009

1 u 2

20 552 127

10 276 063

Is-Slovenja

Dryocosmus kuriphilus

Castanea sp.

2008

2

86 625

43 312


Taqsima II

Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressività

(Eur)

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eleġibbli

Rata

(%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

L-Italja, Lombardia

(Iż-żona ta’ Corbetta)

Anoplophora glabripennis

Bosta speċi ta’ siġar

Parti mill-2009 (sat-30 ta’ April)

3

35 000

45

15 750

L-Olanda

TRSV

Hemerocallis spp, Iris spp.

2008

3

40 480

45

18 216

Is-Slovenja

Dryocosmus kuriphilus

Castanea sp.

2009

3

78 832

45

35 474


Taqsima III

Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 23.5, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 2000/29/KE

(Eur )

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Tip ta’ miżura

Sena

a

Nefqa eleġibbli

Rata

(%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

Spanja

Bursaphelenchus xylophilus

Siġar koniferi

Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

2009

2

1 156 579

25

289 144

L-Italja, Lombardia

(Iż-żona ta’ Gussago)

Anoplophora chinensis

Bosta speċi ta’ siġar

Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

2008

1

30 800

25

7 700

L-Italja, Lombardia

(Iż-żona ta’ Corbetta)

Anoplophora glabripennis

Bosta speċi ta’ siġar

Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

2008

2

27 300

25

6 825


It-total tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (Eur)

14 049 023


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2009

dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' disponibbilità tal-Unjoni Ewropea għajnuna makrofinanzjarja għal-Libanu

(2009/997/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/860/KE tal-10 ta’ Diċembru 2007, li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-ħruġ tal-flus tal-ammont sħiħ tal-makro-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lil-Libanu ma kienx possibbli li jsir fi żmien il-perjodu ta' sentejn kif previst fid-Deċiżjoni 2007/860/KE, minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' riforma, partikolarment dawk identifikati fil-Memorandum ta' Ftehim li huma l-kriterji li permezz tagħhom tista' sseħħ l-implimentazzjoni sħiħa tal-assistenza.

(2)

Il-prospetti huma tali li bil-ħatra ta' gvern ġdid ta' għaqda nazzjonali, l-awtoritajiet Lebaniżi se jkunu f'pożizzjoni li jimplimentaw il-kriterji ta' riforma marbuta mal-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja, kif stipulat fil-Memorandum ta' Ftehim.

(3)

L-awtoritajiet Lebaniżi implimentaw b'mod sodisfaċenti l-programm ta' riforma ekonomika li dwaru hemm ftehim mal-Fond Monetarju Internazzjonali skont l-Għajnuna ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA).

(4)

Id-disponibbilità tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-Libanu, skont id-Deċiżjoni 2007/860/KE, tiskadi fil-21 Diċembru 2009.

(5)

L-estensjoni tal-perjodu ta' disponibbilità ta' sena tista' għalhekk jiġi approvata.

(6)

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kien debitament kkonsultat dwar din l-estensjoni,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-perjodu ta' disponibbilità tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea lil Libanu hija estiża b'sena addizzjonali, sal-21 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU, L 337, 21.12.2007, p. 111.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/55


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Diċèmbru 2009

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002

(BĊE/2009/27)

(2009/998/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 32,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (1) tistabbilixxi programm għax-xiri ta’ bonds koperti għal finijiet ta’ politika monetarja.

(2)

Il-Linja Gwida BĊE/2009/10 tas-7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (2) tawtorizza l-aċċess għall-operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema u l-faċilitajiet permanenti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt il-liġi Komunitarja, huma suġġetti għall-iskrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

L-esperjenza uriet illi huwa meħtieġ li jiġi speċifikat it-trattament ta’ talbiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenzi ta’ kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u tal-attiv finanzjarju relatat.

(4)

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (3) għandha bżonn tiġi emendata sabiex tirrifletti dawn l-iżviluppi fil-kalkolu u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni BĊE/2001/16 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(ġ) huwa mibdul b’li ġej:

“(ġ)   ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)a tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif implimentata fil-liġi nazzjonali (*), li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti.

(*)  ĠU L 177, 30.6.2006., p. 1.”"

2.

L-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   Mill-2003 l-ammont ta’ dħul monetarju ta’ kull BĊN għandu jkun determinat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-attiv assenjabbli rreġistrat fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan, id-deheb għandu jiġi meqjus li ma jiġġenera l-ebda dħul, u t-titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja għandhom jiġu meqjusa li jiġġeneraw dħul skont ir-rata ta’ referenza.”

3.

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Disposizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99.

(3)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55.


ANNESS

1.

L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej:

“ANNESS I

KOMPOSIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV

A.

Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta’ kull partita oħra:

1.

Karti tal-flus fic-cirkolazzjoni

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, fis-sena tal-bidla tal-flus għal kull BĊN ġdid tal-Eurosistema ‘karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’:

(a)

tinkludi karti tal-flus maħruġin mill-BĊN u denominati fil-valuta nazzjonali tiegħu; u

(b)

għandu jitnaqqsilhom il-valur tas-self mhux remunerat konness ma’ karti tal-flus euro frontloaded li għadhom ma ġewx iddebitati (parti mill-partita tal-attiv tal-HBS).

Wara s-sena relevanti tal-bidla tal-flus, għal kull BĊN ‘karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni’ tfisser karti tal-flus denominati f’euro, bl-esklużjoni ta’ karti tal-flus oħra.

Jekk id-data tal-bidla tal-flus hija ġurnata li fiha t-TARGET2 huwa magħluq, il-passiv ta’ BĊN fl-Eurosistema li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew offloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 tal-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla għall-munita euro u dwar il-frontloading u sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona euro (*) u li daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-munita jiffurmaw parti mill-bażi tal-passiv (bħala parti mill-kontijiet korrispondenti taħt il-partita tal-passiv 10.4 tal-HBS) sakemm il-passiv isir parti mill-passi ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta mit-transazzjonijiet TARGET2.

2.

Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro marbut mal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja denominati f’euro, li jinkludu:

(a)

kontijiet kurrenti inklużi r-rekwiżiti minimi tar-riżerva taħt l-Artikolu 19.1 tal-Istatut (partita tal-passiv 2.1 tal-HBS);

(b)

ammonti f’depożiti taħt il-faċilita’ ta’ depożitu tal-Eurosistema (partita tal-passiv 2.2 tal-HBS);

(c)

depożiti għal terminu fiss (partita tal-passiv 2.3 tal-HBS);

(d)

passiv li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rfinar b’lura (partita tal-passiv 2.4 tal-HBS);

(e)

depożiti marbutin ma’ kopertura addizzjonali (partita tal-passiv 2.5 tal-HBS).

3.

Passiv ta’ depożiti fil-konfront ta’ kontropartijiet inadempjenti fl-Eurosistema u li ġew ikklassifikati mill-ġdid mill-partita tal-passiv 2.1 tal-HBS.

4.

Passiv fi ħdan l-Eurosistema ta’ BĊNi li jirriżulta mill-ħruġ ta’ kambjali lill-BĊE li jsostnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE taħt il-Kapitolu 3.3 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 (partita tal-passiv 10.2 tal-HBS).

5.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni (parti mill-partita tal-passiv 10.3 tal-HBS).

6.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta referenza (parti mill-partita tal-passiv 10.4 tal-HBS).

B.

L-ammont tal-bażi tal-passiv ta’ kull BĊN għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għall-kontabilita’ u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Europea ta’ Banek Ċentrali. (**)

(*)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39."

(**)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.”"

2.

L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej:

“ANNESS II

ATTIV ASSENJABBLI

A.

L-attiv assenjabbli għandu jinkludi, bl-esklużjoni ta’ kull partita oħra:

1.

Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro (partita tal-attiv 5 tal-HBS).

2.

Titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja (partita tal-attiv 7.1 tal-HBS).

3.

Talbiet ġewwa l-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta’ attiv ta’ riżerva barranija li mhuwiex deheb lill-BĊE taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut (parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).

4.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema fuq karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni (parti mill-partita tal-attiv 9.4 tal-HBS).

5.

Passiv nett ġewwa l-Eurosistema li jirriżulta minn transazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta referenza (parti mill-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS).

6.

Deheb, inkluż talbiet fil-konfront ta’ deheb trasferit lill-BĊE, f’ammont li jippermetti lil kull BĊN jassenja proporzjon ta’ dak id-deheb li tikkorrispondi għall-applikazzjoni tas-sehem tiegħu fl-iskema tal-kapital sottoskritt lill-ammont totali ta’ deheb assenjabbli mill-BĊNi kollha (partita tal-attiv 1 u parti mill-partita tal-attiv 9.2 tal-HBS).

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u tal-anqas sal-kalkolu tad-dħul monetarju għas-sena finanzjarja 2007, id-dehem għandu jiġi valutat skont il-prezz tad-deheb f’euro għal kull uqija fina fil-31 ta’ Diċembru 2002.

7.

Passiv li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li mbagħad daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-munita (parti mill-partita tal-attiv 4.1 tal-HBS sad-data tal-bidla tal-flus u wara parti mir-rendikontijiet korrispondenti taħt il-partita tal-attiv 9.5 tal-HBS), iżda biss sakemm dan il-passiv isir parti mill-passiv tal-Eurosistema li jirriżulta mit-transazzjonijiet TARGET2.

8.

Passiv pendenti li jirriżulta minn inadempjenza ta’ kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u/jew attiv jew passiv finanzjarju (fil-konfront ta’ partijiet terzi) approprjati u/jew miksuba fil-kuntest ta’ operazzjonijiet tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata minn kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema kklassifikati mill-ġdid mill-partita tal-attiv 5 tal-HBS (parti mill-partita tal-attiv 11.6 tal-HBS).

B.

Il-valur tal-attiv assenjabbli ta’ kull BĊN għandu jiġi kkalkulat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilita’ stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2006/16.”



22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/58


DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA (PRIVAT) TAL-EUROPOL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonusijiet imħallsa lill-membri tal-personal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol

(2009/999/UE)

IL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-EUROPOL,

Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Europol (1), tal-membri tal-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u tal-impjegati tal-Europol, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ dan,

Billi:

1.

Fit-30 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill iddeċieda li jadatta salarji u l-bonusijiet għall-uffiċjali tal-Europol b’ 1.2 % b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2008.

2.

Fit-13 ta’ Mejju 2009 l-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jeffettwa zjieda fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess persentaġġ u mill-istess data kif deċiż fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-istess data msemmija f’ punt numru 1.

3.

Skont l-istess deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija, iċ-ċifri stabbiliti għaldaqstant għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008:

1.

Iċ-ċifra msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4 tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandha tiġi sostitwita b'EUR 117,00;

2.

Iċ-ċifri f’unitajiet euro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 tal-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostitwiti bis-segwenti:

 

8 % għal ammonti bejn EUR 117,00 u EUR 2 060,89

 

10 % għal ammonti bejn EUR 2 060,90 u EUR 2 838,56

 

12.5 % għal ammonti bejn EUR 2 838,57 u EUR 3 253,13

 

15 % għal ammonti bejn EUR 3 253,14 u EUR 3 694,43

 

17.5 % għal ammonti bejn EUR 3 694,44 u EUR 4 109,04

 

20 % għal ammonti bejn EUR 4 109,05 u EUR 4 510,91

 

22.5 % għal ammonti bejn EUR 4 510,92 u EUR 4 925,50

 

25 % għal ammonti bejn EUR 4 925,51 u EUR 5 327,38

 

27.5 % għal ammonti bejn EUR 5 327,39 u EUR 5 741,96

 

30 % għal ammonti bejn EUR 5 741,97 u EUR 6 143,84

 

32.5 % għal ammonti bejn EUR 6 143,85 u EUR 6 558,43

 

35 % għal ammonti bejn EUR 6 558,44 u EUR 6 960,94

 

40 % għal ammonti bejn EUR 6 960,95 u EUR 7 375,55

 

45 % għal ammonti ’l fuq minn EUR 7 375,56

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fl-Aja, l-1 ta’ Diċembru 2009.

F’isem il-Bord ta’ Tmexxija

S. CLERTON

Il-President


(1)  ĠU C 221, 19.7.1997, p. 2.

(2)  ĠU C 65, 28.2.2001, p. 8.


Rettifika

22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/59


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta’ Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 185 tat-12 ta’ Lulju 2008 )

F’paġna 23, fl-Artikolu 1 (relattivament għall-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 661/2008) u f’paġna 28, fl-Artikolu 2(2)(a):

minflok:

“(a)

Għal Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral u Chemical Company ‘Eurochem’, membru tal-grupp ta’ kumpaniji EuroChem, Moska, ir-Russja, għal prodotti maħduma mill-kumpanija relatata tagħha JSC NAK Azot, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-kumpanija relatata tagħha JSC Nevinka Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja, u mibjugħa minn EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (kodiċi addizzjonali TARIC A522):”;

aqra:

“(a)

Għal prodotti magħmula mill-Open Joint Stock Company (OJSC) “Azot”, Novomoskovsk, ir-Russja, jew magħmula mill-Open Joint Stock Company (OJSC) “Nevinnomyssky Azot”, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew mibjugħa mill-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera jew permezz tal-Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral and Chemical Company “EuroСhem”, Moska, ir-Russja u tal-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (kodiċi addizzjonali TARIC A522):”.


22.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/59


Rettifika għad-Deċiżjoni 2008/577/KE tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina mir-Russja u l-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 185 tat-12 ta’ Lulju 2008 )

F'paġna 46, fit-tieni kolonna (Soċjetajiet) fl-ewwel linja tat-tabella fl-Artikolu 1

minflok:

“Prodotti mill-OJSC NAK Azot, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-OJSC Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew mill-Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera jew permezz tal-Kumpanija Open Joint Stock (OJSC) Kumpanija tal-Minerali u l-Kimika ‘Eurochem’, Moska, ir-Russja u l-Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità”.

aqra:

“Prodotti mill-Open Joint Stock Company (OJSC) ‘Azot’, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-Open Joint Stock Company (OJSC) ‘Nevinnomyssky Azot’, Nevinnomyssk, ir-Russja, u jew mibjugħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew mill-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera jew permezz tal-Kumpanija Open Joint Stock (OJSC), il-Kumpanija tal-Minerali u l-Kimika ‘EuroСhem’, Moska, ir-Russja u l-EuroChem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità”.