ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.328.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
15 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

10

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

27

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/947/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

39

 

 

FTEHIM

 

 

Il-Kunsill

 

*

Avviż tal-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il- parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

40

 

*

Notifika rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

41

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċiżżju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/949/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol

48

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2009 tal-14 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

50

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1219/2009 tal-14 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2010 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti baby beef li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1220/2009 tal-14 ta’ Diċembru 2009 li jemenda għall-117-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

66

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/950/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew meħuda bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2009 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

69

 

 

2009/951/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9870)  ( 1 )

70

 

 

2009/952/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9909)  ( 1 )

76

 

 

2009/953/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9906)  ( 1 )

78

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta ( ĠU L 326, 4.12.2008 )

83

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1215/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu

(verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fil-laqgħa tiegħu ġewwa Lisbona fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-Ftehimiet dwar Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi Balkani tal-Punent għandhom ikunu preċeduti minn liberalizzazzjoni asimetrika tal-kummerċ.

(3)

Suq Komunitarju li jkompli jkun miftuħ għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu mistenni li jikkontribwixxi għall-proċess ta’ stabilizzazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun filwaqt li ma jikkreax effetti negattivi għall-Komunità.

(4)

Hu, għalhekk, xieraq li jitjiebu aktar il-preferenzi kummerċjali awtonomi tal-Komunità bit-tneħħija tal-ogħla punti tat-tariffa kollha li fadal għal prodotti industrijali u billi jitjieb aktar l-aċċess għas-suq tal-prodotti agrikoli u tal-ħut tal-Komunità, inklużi prodotti proċessati.

(5)

Dawn il-miżuri huma proposti bħala parti mill-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE, b’sinjal ta’ risposta għas-sitwazzjoni speċifika fil-Balkani tal-Punent. Dawn m’ għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-politika kummerċjali tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi.

(6)

Skond il-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE, ibbażat fuq l-Avviċinament Reġjonali preċedenti u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1997, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi hu marbut mar-rispett għall-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet umani u mad-disponibbiltà tal-pajjiżi interessati sabiex jiżviluppaw bejniethom relazzjonijiet ekonomiċi. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi mtejba favur pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE għandhu jkun marbut mad-disponibbiltà tagħhom sabiex iħaddnu riformi ekonomiċi effettivi u koperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ liberu skont standards rilevanti tal-GATT/WTO. Barra minn dan, l-eliġibbiltà għall-preferenzi kummerċjali awtonomi hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-benefiċjarji ikunu involuti f’koperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jipprevenu kull riskju ta’ frodi.

(7)

Il-preferenzi kummerċjali jistgħu jingħataw biss lill-pajjiżi jew territorji li għandhom amministrazzjoni doganali.

(8)

Il-Bosnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja, u l-Kosovo, kif hi definita mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà Riżoluzzjoni 1244 (1999) sakemm l-amministrazzjoni ċivili internazzjonali tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), (hawn aktar ‘il quddiem magħruf bħala “Kosovo”), jaderixxu ma’ dawn il-kundizzjonijiet, u għandu jingħata lilhom kollha preferenzi kummerċjali simili sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni ġewwa r-reġjun.

(9)

Il-miżuri kummerċjali previsti f’dan ir-Regolament għandhom iqisu li s-Serbja u l-Kosovo rispettivament jikkostitwixxu territorji doganali separati.

(10)

Il-Komunità kkonkludiet Ftehim mas-Serbja dwar il-kummerċ fi prodotti tessili (3).

(11)

L-Albanija, il-Kroazja u l-ex Repubbika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għandhom jibqgħu benefiċjarji ta’ dan ir-Regolament biss sal-limitu li dan ir-Regolament jipprovdi għall-konċessjonijiet li huma aktar favorevoli mill-konċessjonijiet eżistenti taħt ir-reġimi kuntrattwali bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi.

(12)

Għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ oriġini u proċeduri amministrattivi ta’ koperazzjoni, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jipprovdu dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4).

(13)

Għall-fini ta’ razzjonaliżżazzjoni u simplifikazzjoni, hu xieraq li jsir provvediment sabiex il-Kummissjoni tkun tista’, wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Kodiċi Doganali u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri speċifiċi previsti f’dan ir-Regolament, tagħmel it-tibdiliet meħtieġa u l-emendi tekniċi meħtieġa f’dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(15)

L-arranġamenti ta’ importazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu mġedda abbażi tal-kundizzjonijiet magħmula mill-Kunsill u fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-għoti ta’ dawn l-arranġamenti taħt dan ir-Regolament. Hu xieraq li l-perjodu għal dawn l-arranġamenti ikun limitat sal-31 ta’ Diċembru 2010,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

1.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 3, il-prodotti li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo, ħlief dawk tal-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għall-importazzjoni fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b’effett ekwivalenti u b’eċċezzjoni mid-dazji doganali u imposti b’effett ekwivalenti.

2.   L-importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina jew fit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo għandhom jibbenefikaw minn konċessjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.

3.   Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Kroazja jew f’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fil-Montenegro għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fejn hemm indikat jew minn kwalunkwe miżuri stipulati f’ dan ir-Regolament li jkunu aktar favorevoli mill-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u dawn il-pajjiżi.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali

1.   L-eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 għandha tkun suġġetta għal dan li ġej:

(a)

konformità mad-definizzjoni ta’ “prodotti li joriġinaw” kif prevista fil-Parti I, fit-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 2, Sub-Taqsima 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93; u

(b)

l-astensjoni tal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1 milli jintroduċu dazji ġodda jew ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti daqs importazzjonijiet li joriġinaw fil-Komunità jew milli jżidu livelli eżistenti ta’ dazji jew ħlasijiet jew milli jintroduċu xi restrizzjonijiet oħra mit-30 ta’ Settembru 2000; u

(ċ)

l-involviment ta’ benefiċjarji f’koperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Komunità sabiex jiġi evitat riskju ta’ frodi.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali introdotti bl-Artikolu 1 għandha tkunu suġġetta għad-disponibbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji sabiex iwettqu riformi ekonomiċi u f’koperazzjoni reġjonali ma’ pajjiżi oħra interessati fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ liberu konformement mal-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 u ma’ dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-WTO.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità f’dan ir-rigward, il-Kunsill jista’ jieħu l-miżuri xierqa permezz ta’ vot b’maġġoranza kwalifikata, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Prodotti agrikoli — kwoti tariffarji

1.   Għall-ċerti prodotti tas-sajd u għall-inbid, kif elenkati fl-Anness I, li joriġinaw fil-pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu sospiżi matul il-perijodi, fil-livelli, fil-limiti ta’ kwoti tariffarji Komunitarji u skont il-kundizzjonijiet indikati għal kull prodott u oriġini li hemm f’dak l-Anness.

2.   Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-“baby beef” definiti fl-Anness II u li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1(1), għandhom ikunu 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffi Doganali Komuni, fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali ta’ 11 475 tunellati espressi f’piż ta’ karkassa.

Il-volum tal-kwota tariffarja annwali ta’ 11 475 tunellati għandu jkun distribwit bejn pajjiżi u territorji benefiċjarji, kif ġej:

(a)

1 500 tunellati (piż ta’ karkassa) għal prodotti tal-“baby beef” li joriġinaw fil-Bosnija u l-Ħerżegovina;

(b)

9 175 tunnellata (piż tal-karkassa) għal prodotti ‘babybeef’ li joriġina mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo.

L-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti ta’ baby beef kif definiti fl-Anness II u li joriġinaw fl-Albanija m’ għandhomx jibbenefikaw minn konċessjoni tariffarja.

Kull talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ dawn il-kwoti għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur u li jattesta li l-oġġetti oriġinaw fil-pajjiż jew territorju in kwistjoni u li dawn jikkorrispondu għad-definizzjoni li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (6).

3.   L-importazzjonijiet ta’ prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fil-Bożnja u l-Ħerzegovina u t-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti tariffarji annwali bla dazju li ġejjin:

(a)

12 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Bożnja u l-Ħerzegovina;

(b)

180 000 tunnellata (toqol nett) għal prodotti taz-zokkor li joriġinaw mit-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 10, fid-dawl tas-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tas-sajd, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd jikkawżaw telf serju lis-swieq Komunitarji u lill-mekkaniżmi tar-regolazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 4

Implimentazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal-“baby beef” u għaz-zokkor

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tariffarja għal prodotti tal-“baby beef” għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tariffarja għal prodotti taz-zokkor taħt it-titoli Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 5

Amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Il-komunikazzjoni għal dak il-għan bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha ssir, sa fejn hu possibbli, permezz ta’ konnessjoni telematika.

Artikolu 6

Aċċess għal kwoti tariffarji

Kull Stat Membru għandu jassigura li importaturi jkollhom aċċess ugwali u mhux interrott għal kwoti tariffarji għat-tul ta’ perjodu sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota rilevanti jippermetti.

Artikolu 7

Għoti ta’ poteri

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minbarra dawk provduti fl-Artikolu 4, b’mod partikulari:

(a)

emendi u aġġustamenti meħtieġa wara li jsiru l-emendi għall-kodiċi ta’ Nomenklatura Magħduda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC;

(b)

aġġustament meħtieġa wara li jiġu konklużi ftehimiet oħrajn bejn il-Komunità u l-pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 8

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (7) (aktar ‘il quddiem “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 9

Koperazzjoni

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw strettament sabiex jassiguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1).

Artikolu 10

Sospensjoni temporanja

1.   Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità ‘il fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:

(a)

tkun infurmat lill-Kumitat;

(b)

tgħid lill-Istati Membri biex jieħdu dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Komunità u/jew sabiex tassigura konformità mill-pajjiżi u territorji benefiċjarji mal-Artikolu 2(1);

(ċ)

tkun ippubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn igħid li jkun hemm raġunijiet għal dubbji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew konformità mal-Artikolu 2(1) mill-pajjiż jew territorju benefiċjarju interessat li jistgħu joħolqu kwistjoni dwar l-jedd tiegħu sabiex ikompli jgawdi l-benefiċċji mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament.

2.   Stat Membru jista’ jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien 30 jum.

3.   Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni proviżorja wara konsultazzjoni mal-Kumitat jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(2)  Ara l-Anness III.

(3)  ĠU L 90, 8.4.2005, p. 36.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, skont il-kodiċi NM. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota fis-sena (1)

Benefiċjarji

Rata ta’ dazju

09.1571

0301 91 10

0301 91 90

0302 11 10

0302 11 20

0302 11 80

0303 21 10

0303 21 20

0303 21 80

0304 19 15

0304 19 17

ex 0304 19 19

ex 0304 19 91

0304 29 15

0304 29 17

ex 0304 29 19

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

0305 49 45

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

50 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1573

0301 93 00

0302 69 11

0303 79 11

ex 0304 19 19

ex 0304 19 91

ex 0304 29 19

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

110 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1575

ex 0301 99 80

0302 69 61

0303 79 71

ex 0304 19 39

ex 0304 19 99

ex 0304 29 99

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Denċi (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

75 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1577

ex 0301 99 80

0302 69 94

ex 0303 77 00

ex 0304 19 39

ex 0304 19 99

ex 0304 29 99

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 30 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; friżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; imqatta’ fetta fetta u laħam ieħor ta’ ħut; Dqiq, qlub tal-qamħ u pritkuni, tajbin għall-konsum mill-bniedem

60 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni

09.1561

1604 16 00

1604 20 40

Inċova ppreparata jew ippreżervata

60 tunnellata

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina, it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

12,5  %

09.1515

ex 2204 21 79

ex 2204 21 80

ex 2204 21 84

ex 2204 21 85

2204 29 65

ex 2204 29 75

2204 29 83

ex 2204 29 84

Inbid ta’ għeneb frisk, ta’ saħħa alkoħolika attwali bil-massa ta’ mhux aktar minn 15 % vol, ħlief inbid effervexxenti

129 000 hl (2)

L-Albanija (3), il-Bożnja u l-Ħerżegovina, il-Kroazja (4), dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5), il-Montenegro (6), it-territorji doganali tas-Serbja jew il-Kosovo

Eżenzjoni


(1)  Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.

(2)  Il-volum ta’ din il-kwota tariffarja globali għandha titnaqqas jekk il-volumi tal-kwota tal-kwoti tariffarji individwali applikabbli taħt in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1548 għal ċerti nbejjed li joriġinaw fil-Kroazja jiżdiedu.

(3)  Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Kroazja għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Kroazja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1589.

(4)  Aċċess għall-inbid li joriġina minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja skont din il-kwota tariffarja globali, huwa suġġett għall-eżawriment minn qabel tal-kwoti tariffarja individwali pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1558 u 09.1559.

(5)  Aċċess għall-inbid li joriġina mir-Repubblika tal-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa taħt in-Nri tal-ordni 09.1512 u 09.1513.

(6)  Aċċess għall-inbid li joriġina mill-Montenegro għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Din il-kwota tariffarja individwali hi miftuħa taħt l-ordni Nru 09.1514.


ANNESS II

Definizzjoni ta’ prodotti tal-“baby beef” imsemmija fl-Artikolu 3(2)

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda l-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li m’għandux ħlief valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, billi tkun koperta bil-kodiċitan-NM. Fejn ex kodiċi tan-NM huma ndikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorispondi magħduda flimkien.

Kodiċi NM

Suddiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni

 

 

Il-bhejjem tal-fart ħajjin:

 

 

– Oħrajn:

 

 

– – L-ispeċji domestiċi:

 

 

– – – Ta’ piż li jaqbeż it-300 kg:

 

 

– – – – Il-għoġġiela (frat nisa li jkunu għadhom qatt ma welldu):

ex 0102 90 51

 

– – – – – Għall-qatla:

 

10

– Li jkun għad ma jkollhomx snien permanenti, ta’ 320 kg jew iktar fil-piż imma mhux li jaqbżu l-470 kg (1)

ex 0102 90 59

 

– – – – – Oħrajn:

 

11

21

31

91

– Li jkun għad ma jkollhomx snien permenanetri, ta’ 320 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux l-470 kg (1)

 

 

– – – – Oħrajn:

ex 0102 90 71

 

– – – – – Għall-qatla:

 

10

– Barrin u gniedes li jkun għad ma jkollhomx snien permanenti, ta’ 350 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-500 kg (1)

ex 0102 90 79

 

– – – – – Oħrajn:

 

21

91

– Barrin u gniedes li jkun għad ma jkollhomx snien permenenti, ta’ 350 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-500 kg (1)

 

 

Il-laħam tal-bhejjem tal-fart, frisk jew imkessaħ:

ex 0201 10 00

 

– Il-karkassi u n-nofs karkassi

 

91

– Il-karkassi ta’ 180 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux it-300 kg, u n-nofs karkassi ta’ 90 kg jew iktar fil-piż, b’livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali), li l-laħam tagħhom ikun ta’ kulur roża ċar u x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, ikun ta’ kulur abjad jagħti fl-isfar ċar (1)

 

 

– Qatgħat oħra bil-għadma:

ex 0201 20 20

 

– – Robbijiet “ikkompensati”:

 

91

– Robbijiet “ikkompensati” ta’ 90 kg jew iktar fil-piż imma li ma jaqbżux il-150 kg, b’livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1)

ex 0201 20 30

 

– – Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin:

 

91

– Kwarti ta’ quddiem mifrudin, li jiżnu 45 kg jew iktar imma li ma jaqbżux il-75 kg, b’ livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1)

ex 0201 20 50

 

– – Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin:

 

91

– Kwarti ta’ wara mifrudin, li jiżnu 45 kg jew iktar imma li ma jaqbżux il-75 kg (imma 38 kg jew iktar li ma jaqbżux it-68 kg fil-każ tal-qatgħat “Pistola”), b’ livell baxx tal-ossidifikazzjoni tal-qarquċa (b’mod partikolari dawk tas-symphisis pubis u tal-apofisi vertebrali) li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur roża ċar u li x-xaħam tagħhom, fin ħafna ħafna fit-tessut, huwa abjad li jagħti fl-isfar ċar fil-kulur (1)


(1)  Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ilevanti Komunitarji.


ANNESS III

Ir-Regolament imħassar

flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000

(ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2563/2000

(ĠU L 295, 23.11.2000, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2487/2001

(ĠU L 335, 19.12.2001, p. 9)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2003

(ĠU L 86, 3.4.2003, p. 18)

l-Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005

(ĠU L 59, 5.3.2005, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005

(ĠU L 203, 4.8.2005, p. 6)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1946/2005

(ĠU L 312, 29.11.2005, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/2007

(ĠU L 125, 15.5.2007, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008

(ĠU L 122, 8.5.2008, p. 7)

 


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2007/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikoli 2

Artikoli 2

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (d)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 3(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 4(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 11

Artikolu 17

Artikolu 12

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1216/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

(verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

It-Trattat jistabilixxi l-istabbiliment ta’ strateġija agrikola komuni li tkopri l-prodotti agrikoli msemmija fl-Anness I għat-Trattat.

(3)

Ċerti prodotti agrikoli huma użati f’diversi oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat.

(4)

Hemm il-ħtieġa li ssir disposizzjoni għal miżuri permezz ta’ l-istrateġija agrikola komuni u l-istrateġija kummerċjali komuni sabiex jittieħed akkont ta’ l-impatt tal-kummerċ fl-oġġetti ta’ dan it-tip fuq l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat u ta’ kif miżuri adottati sabiex jimplimentaw l-Artikolu 37 tat-Trattat jaffettwaw il-pożizzjoni ekonomika ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip, jekk wieħed jieħu akkont tad-differenzi bejn l-ispiża tal-kisba ta’ prodotti agrikoli fil-Komunità u ’l barra minnha u d-differenzi fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli.

(5)

It-Trattat jistabbilixxi li l-politika agrikola u l-politika kummerċjali huma politiki tal-Komunità. Hemm bżonn li jkunu stabbiliti regoli ġenerali u komprensivi għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, applikabbli fil-Komunità kollha, rigward il-kummerċ f’dawn l-oġġetti, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat.

(6)

Għandhom jitqiesu l-kondizzjonijiet li jinħolqu mill-ftehim dwar l-agrikoltura konkluż fin-negozjati kummerċjali multilaterali skond ir-Rawnd ta’ l-Urugwaj (4).

(7)

Ċerti oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat u li huma elenkati taħt l-Anness II ta’ dan ir-Regolament huma miksuba bl-użu ta’ prodotti agrikoli soġġetti għall-istrateġija agrikola komuni. Il-ħlasijiet applikati għall-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip għandhom għalhekk ikopru d-differenza bejn il-prezzijiet tas-suq dinji u l-prezzijiet fis-suq Komunitarju għall-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni tagħhom u jassiguraw il-protezzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar ikkonċernata.

(8)

Permezz tal-ftehimiet magħmula, il-Komunità għandha tillimita dawn il-ħlasijiet sabiex ikopru, fl-intier jew parti minnhom, id-differenzi fil-prezz tal-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti in kwistjoni. Konsegwentement hemm bżonn li tiġi stabbilita għal dawn l-oġġetti dik il-parti tal-ħlas ġenerali li tkopri d-differenzi bejn il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli jkunu kkunsidrati.

(9)

Barra minn hekk, hemm bżonn li jinżamm kollegament mill-qrib bejn il-kalkolu tal-komponent agrikolu tat-tariffa applikabbli għall-oġġetti u dik applikabbli għall-prodotti bażiċi impurtati fi stat mhux mibdul.

(10)

Sabiex jiġu evitati l-formalitajiet amministrattivi mhux meħtieġa, l-ammonti negliġibbli m’għandhomx jiġu applikati u l-Istati Membri għandhom jitħallew jastjenu milli jaġġustaw l-ammonti li għandhom x’jaqsmu ma’ transazzjoni partikolari meta l-bilanċ ta’ l-ammonti kkonċernati jkun negliġibbli.

(11)

L-implimentazzjoni tal-ftehimiet preferenzjali m’għandhiex tikkomplika l-proċedura applikabbli għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għandhom għalhekk jassiguraw li l-oġġetti ddikjarati għall-esportazzjoni permezz ta’ l-arranġamenti preferenzjali ma’ jkunux fil-fatt esportati skond l-arranġamenti ġenerali u vice versa.

(12)

F’ċerti ftehimiet preferenzjali tnaqqis huwa mogħti għall-komponenti agrikoli fil-qafas ta’ l-istrateġija kummerċjali tal-Komunità. Dan it-tnaqqis huwa stabbilit b’referenza għall-komponenti agrikoli applikabbli dwar il-kummerċ mhux preferenzjali. Dawn l-ammonti mnaqqsa għandhom b’hekk jiġu mibdula f’munita nazzjonali bl-istess rata applikata għall-kambju ta’ l-ammonti mhux imnaqqsa.

(13)

F’ċertu ftehimiet preferenzjali, konċessjonijiet huma mogħtija fi ħdan limiti ta’ kwota li jirrelataw kemm għal protezzjoni agrikola u sew għal protezzjoni li m’hijiex agrikola, jew protezzjoni li m’hijiex agrikola tkun suġġetta għal tnaqqis b’konsegwenza ta’ dawn il-ftehimiet. Huwa importanti li l-immaniġġjar tal-parti ta’ protezzjoni mhux agrikola għandha tkun suġġetta għall-istess regolamenti li japplikaw għall-parti agrikola.

(14)

Għandhom isiru arranġamenti għar-rifondi fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli użati fil-manifattura ta’ l-oġġetti mhux imsemmijin fl- Anness I għat-Trattat sabiex ma’ jiġux penalizzati l-produtturi ta’ l-oġġetti msemmija għall-prezzijiet li bihom huma obbligati jipproduċu l-provvisti tagħhom bħala riżultat ta’ l-istrateġija agrikola komuni; billi rifondi ta’ dan it-tip jistgħu jkopru biss id-differenza bejn il-prezz ta’ prodott agrikolu fis-suq Komunitarju u s-suq dinji rispettivament; billi dawn l-arranġamenti għandhom konsegwentement jiġu stabbiliti bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq ikkonċernati.

(15)

L-Artikoli 162, 163 u 164 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (5) jistipulaw l-għoti ta’ rifondi ta’ dan it-tip. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195, paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra kkonċernati. L-ammonti tar-rifondi għandhom għalhekk jiġu ffissati permezz ta’ l-istess proċedura bħall-ammonti tar-rifondi għall-prodotti agrikoli esportati fl-istat mhux mibdul. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni għall-proċedura msemmija għandhom ikunu stabbiliti wara li jiġu kkunsidrati essenzjalment il-proċessi tal-manifattura tal-prodotti kkonċernati. Ir-regoli tal-implimentazzjoni għandhom konsegwentement ikunu stabbiliti fuq l-istess bażi.

(16)

B’mod partikolari għandu jkun hemm kontrolli rigward in-nefqa fuq il-bażi ta’ l-impenji permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikati. Madankollu, rigward in-nefqa li ma tkunx ġiet koperata bil-kisba ta’ ċertifikat jew ta’ ċertifikati, il-kontabilità dwar din in-nefqa għandha tissokta tinġarr fuq il-bażi tal-ħlasijiet tar-rifond, jekk meħtieġ fl-għamla ta’ avvanz.

(17)

Il-Kummissjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-intraprizi li jipproċessaw prodotti agrikoli ġenerali, u, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jitqies l-impatt tal-miżuri mmirati li għandhom x’jaqsmu mat-tifdil fuq ir-rifondi għall-esportazzjoni. Minħabba l-interessi speċifiċi tagħhom, l-esportaturi ż-żgħar għandhom jiġu eżentati mis-sottomissjoni ta’ ċertifikati skond l-arranġamenti dwar l-għoti tar-rifondi fuq l-esportazzjoni.

(18)

Il-mekkaniżmi tal-protezzjoni agrikola stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jirriżultaw difettużi f’ċirkustanzi eċċezjonali. Dak ir-riskju jista’ jqum ukoll fil-kuntest ta’ ftehim preferenzjali. Sabiex jiġu evitati li każi ta’ dan it-tip jitilqu mis-suq tal-Komunità mingħajr difiża kontra t-tfixkil li jista’ jirriżulta minn dan, huwa xieraq li ssir disposizzjoni sabiex il-miżuri kollha neċessarji jittieħdu rapidament.

(19)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali tal-Komunità (6) għandu jsir applikabbli għall-kummerċ kopert minn dan ir-Regolament.

(20)

Id-distinzjoni bejn il-prodotti agrikoli koperti mill-Annex I tat-Trattat u l-oġġetti mhux koperti mill-Anness I huwa kriterju speċifiku tal-Komunità, ibbażat fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-ikel u dik agrikola fil-Komunità. Is-sitwazzjoni tista’ tkun notevolment differenti f’ċerti pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità tikkonkludi ftehim. Għalhekk, għandhom isiru disposizzjonijiet fi ftehim ta’ dan it-tip għall-possibbiltà li jiġu estiżi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-prodotti agrikoli mhux koperti mill-Annex I tat-Trattat, mutatis mutandis, għall-ċerti prodotti agrikoli koperti mill-Annex I tat-Trattat.

(21)

Skond il-ftehimijiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, huwa possibbli illi l-ħtiġijiet għall-industriji tal-proċessar f’termini ta’ materji prima agrikoli jistgħu ma jiġux koperti għal kollox, fuq kondizzjonijiet kompetittivi, mill-materji prima Komunitarji. L-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 idaħħal oġġetti skond l-arranġamenti tal-proċessar lejn l-intern bla ħsara għat-twettiq tal-kondizzjonijiet ekonomiċi kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (7). Wara li jiġu kkunsidrati l-ftehimijiet imsemmija hawn fuq, għandu jkun hemm ukoll disposizzjoni sabiex jiġi kkunsidrat illi l-kondizzjonijiet ekonomiċi jkunu ġew imwettqa rigward id-dħul ta’ ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti agrikoli skond l-arranġamenti tal-proċessar.

(22)

Sabiex jiġu ssalvagwardati l-interessi tal-produtturi tal-materji prima agrikoli, fi snin finanzjarji suċċessivi, l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom isiru disponibbli biex l-oġġetti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat jibbenefikaw bis-sħiħ mill-użu massimu tas-saqaf korrenti għall-organizzazzjonijiet komuni tas-suq. Għandu jkun hemm kontrolli ġenerali, għalkemm il-proċedura stabbilita għandha tkun flessibbli, fuq il-bażi ta’ estimu finanzjarju bil-quddiem regolarment irrevedut, tal-kwantitajiet imdaħħla skond l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern mhux soġġettati minn qabel għall-kontrolli individwali tal-kondizzjonijiet ekonomiċi (għajr dawk użati għall-proċessar, bl-għamliet normali għat-tqandil jew il-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti mhux eliġibbli għar-riformi) u skond il-kondizzjonijiet l-oħra ġenerali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern. Fl-aħħar, għandha wkoll titqies is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju għall-oġġetti tax-xiri għad-dar interessati, biex jiġi żgurat l-imaniġġjar prudenti tal-kwantitajiet imsemmija.

(23)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eserċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (8),

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SKOP, DEFINIZZJONIJIET U KAMP T’APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddetermina l-arranġamenti ta’ kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“prodotti agrikoli” għandhom ifissru l-prodotti msemmija fl-Anness I mat-Trattat;

(b)

“oġġetti” għandhom ifissru l-prodotti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat u elenkati fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Madankollu, l-espressjoni “oġġetti”, użata fil-Kapitolu III u fl-Artikolu 12 għandha jkollha x’taqsam mal-prodotti mhux koperti bl-Anness I mat-Trattat u li jinsabu fl-Anness XX tar- “Regolament Waħdieni dwar l-OKS”.

2.   Għall-iskopijiet ta’ din l-applikazzjoni dwar ċerti ftehim preferenzjali:

(a)

“komponent agrikolu”, għandha tfisser il-parti tal-prezz li jikkorrespondi mad-dazji tat-Tariffa Doganali tal-Komunità applikabbli għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I jew, fejn xieraq, id-dazji applikabbli għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għall-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti agrikoli li jiġu kkunsidrati li ntużaw, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14;

(b)

“komponent mhux agrikolu”, għandha tfisser il-parti tal-prezz li jikkorespondi mad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni, imnaqqsa mill-komponent agrikolu kif definit f’punt (a);

(ċ)

“prodotti bażiċi”, għandhom ifissru ċerti prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għal dan ir-Regolament jew assimiljati ma’ dawk il-prodotti jew li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħhom, li għalihom id-dazji ppublikati fit-Tariffa Doganali Komuni jservu biex jiddeterminaw il-komponent agrikolu ta’ l-impost applikabbli għall-oġġetti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jista’ japplika wkoll għal ċerti prodotti agrikoli fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali.

F’dak il-każ il-lista ta’ dawk il-prodotti agrikoli soġġetti għar-regoli li jirregolaw il-kummerċ fl-oġġetti għandu jkun stabbilit mill-ftehim ikkonċernat.

KAPITOLU II

IMPORTAZZJONI

TAQSIMA I

Kummerċ ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 4

1.   Apparti minn meta hemm provvediment mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu applikati fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Għall-oġġetti elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness II, l-imposti għandhom jikkonsistu minn dazju ad valorem, imsejjaħ “il-komponent fiss”, u ammont speċifiku stabbilit f’Euro, imsejjaħ “il-komponent agrikolu”.

Għall-oġġetti elenkati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II, il-komponent agrikolu ta’ l-imposti għandu jkun parti mill-imposti applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ l-oġġetti bħal dawn.

2.   Suġġett għall-Artikoli 10 u 11, it-tassazzjoni ta’ xi dazju doganali jew ta’ impost li għandu effett ekwivalenti apparti mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ipprojbit.

3.   Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tan-Nomenklatura għandhom japplikaw għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffi li jirrużaltaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni.

4.   Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 5

1.   Meta t-Tariffa Doganali Komuni tistabbilixxi piż massimu, l-impost msemmi fl-Artikolu 4 ma jistax jeċċedi dan il-massimu.

Meta l-piż massimu msemmi fis-subparagrafu preċedenti jista’ jkun applikat biss permezz ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9).

2.   Meta l-piż massimu jikkonsisti f’dazju ad valorem flimkien ma’ dazju addizzjonali fuq diversi tipi ta’ zokkor, espressi bħala sucrose (AD S/Z) jew fuq id-dqiq (AD F/M), dan id-dazju addizzjonali għandu jkun dak stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

TAQSIMA II

Kummerċ preferenzjali

Artikolu 6

1.   Il-komponent agrikolu applikabbli fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali għandu jkun l-ammont speċifiku ffissat fit-Tariffa Doganali Komuni.

B’dana kollu, meta l-pajjiż jew il-pajjiżi kkonċernati jissodisfaw il-ħtiġiet tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-prodotti pproċessati, jadottaw l-istess prodotti bażiċi bħall-Komunità, ikopru l-istess oġġetti u jużaw l-istess koeffiċjenti bħall-Komunità:

(a)

dan il-komponent agrikolu jista’ jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi attwalment użati jekk il-Komunità tkun ikkonkludiet ftiehim ta’ kooperazzjoni doganali li jkopri l-istabbiliment ta’ dawn il-kwantitajiet;

(b)

id-dazju applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott bażiku jista’ jkun mibdul b’ammont stabbilit fuq il-bażi tad-differenza bejn il-prezzijiet agrikoli fil-Komunità u dawk fil-pajjiż jew fir-reġjun ikkonċernat, jew b’ammont li jagħmel tajjeb għal prezz stabbilit għar-reġjun ikkonċernat;

(c)

meta l-applikazzjoni tal-punt (b) tirriżulta f’ammonti ta’ impatt żgħir fuq l-oġġetti koperti, dan il-ftehim jista’ jkun mibdul b’sistema ta’ ammonti jew ammonti ta’ rati fissi.

2.   Il-komponenti agrikoli, b’kull tnaqqis, applikabbli għall-importazzjoni permezz ta’ ftehim preferenzjali għandhom jinbidlu b’munita nazzjonali billi tiġi applikata l-istess rata ta’ kambju kif applikabbli fil-kummerċ li ma huwiex preferenzjali.

3.   Id-dazji ad valorem li jikkorespondu mal-komponent agrikolu ta’ l-impost għall-oġġetti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II jistgħu jinbidlu b’komponent agrikolu ieħor meta jkun hemm provvediment dwar dan il-ftehim preferenzjali.

4.   Ir-regolamenti dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Jekk meħtieġ, dawn ir-regoli dettaljati għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a)

il-kompletar u ċ-ċirkulazzjoni tad-dokumenti meħtieġa għall-għoti ta’ l-arranġamenti preferenzjali previsti fil-Paragrafi 1 u 3 ta dan l-Arikolu;

(b)

il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi evitat żvijjar tal-kummerċ;

(ċ)

il-lista ta’ prodotti bażiċi.

5.   Meta l-metodi użati ta’ l-analizzar tal-prodotti agrikoli jkunu meħtieġa, il-metodi speċifikati għall-prodotti agrikoli in kwistjoni fil-każ ta’ rifondi fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandhom jintużaw.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-imposti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ftehim li hemm referenza għalih fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 7

1.   Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis jew tneħħija b’mod gradwali tal-parti mhux agrikola ta’ l-impost, dan għandu jkun il-komponent fiss fil-każ ta’ l-oġġetti elenkati fit-Tabella 1 ta’ Anness II.

2.   Meta ftehim preferenzjali jipprovdi għal tnaqqis fil-komponent agrikolu, sew jekk hu fi ħdan il-limiti ta’ kwota tat-tariffa u sew jekk le, ir-regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-immaniġġjar ta’ dawn il-komponenti agrikoli mnaqqsa għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), sakemm il-ftehim jispeċifika:

(a)

il-prodotti eleġibbli għal dan it-tnaqqis;

(b)

il-kwantitajiet ta’ l-oġġetti u l-valur ta’ kull kwota li għalihom japplika dan it-tnaqqis jew il-metodu ta’ kif jiġu kkalkolati dawn il-kwantitajiet jew valuri;

(ċ)

il-fatturi li jistabbilixxu t-tnaqqis fil-komponent agrikolu.

3.   Ir-regoli dettaljati meħtieġa sabiex jingħata bidu u jkun immaniġġjat it-tnaqqis ta’ l-impost fil-komponenti li ma humiex agrikoli għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 16(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-imposti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-ftehim preferenzjali li hemm referenza għalih fil-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU III

ESPORTAZZJONI

Artikolu 8

1.   Fuq l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti, il-prodotti agrikoli li jkunu ġew użati u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat jistgħu jikkwalifikaw għar-rifondi stabbiliti b’mod konformi mar-“Regolament Waħdieni dwar l-OKS”.

L-ebda rifondi fuq l-esportazzjoni ma’ jistgħu jingħataw fuq il-prodotti agrikoli nkorporati fl-oġġetti mhux koperti minn organizzazzjoni komuni tas-suq li tipprovdi għar-rifondi ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti esportati fil-forma ta’ l-oġġetti ta’ dan it-tip.

2.   Il-lista ta’ l-oġġetti li jikkwalifikaw għar-rifondi għandha tkun stabbilita billi jittieħed akkont ta’:

(a)

l-impatt tad-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju u fis-suq dinji tal-prodotti agrikoli użati fil-produzzjoni tagħhom;

(b)

il-bżonn li tiġi koperta din id-differenza kollha kemm hi jew parti minnha, sabiex titħalla l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli uzati fl-oġġetti konċernati.

Il-lista għandha tkun imħejjija skont “ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”.

3.   Ir-regoli komuni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamemnti għar-rifondi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

L-ammonti tar-rifondi għandhom jiġu ffissati skond l-istess proċedura bħal dik ta’ l-għoti tar-rifondi fuq il-prodotti agrikoli kkonċernati meta jkunu esportati fl-istat mhux ipproċessat.

4.   Meta l-arranġamenti għall-kumpens dirett li ssir referenza għalih fl-Artikolu 6 (1)(b) ikunu stabbiliti fi ħdan il-qafas ta’ ftehim preferenzjali, l-ammonti dovuti fuq l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi kkonċernati mill-ftehim għandhom jiġu ddeterminati konġuntament u fuq l-istess bażi bħall-komponent agrikolu tat-tariffa permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim.

Dawn l-ammonti għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa permezz ta’ dan il-paragrafu, u b’mod partikolari l-miżuri sabiex jassiguraw li l-oġġetti dikjarati għall-esportazzjoni taħt ftehim preferenzjali ma’ jiġux fil-fatt esportati taħt ftehim mhux preferenzjali jew viċe versa, għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura.

Meta metodi ta’ kif isiru l-analiżi tal-prodotti agrikoli użati jkunu neċessarji, għandhom jiġu użati l-metodi speċifikati għall-prodotti agrikoli in kwistjoni fil-każ tar-rifondi fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

5.   It-tħaris tal-limiti li joħorġu mill-ftehimijiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandu jiġi żgurat fuq il-bażi taċ-ċertifikati maħruġa rigward il-perjodi ta’ żmien ta’ referenza stabbiliti, issupplimentati bl-ammont ipprovdut għalihom rigward l-esportaturi ż-żgħar.

6.   L-ammont ta’ hawn taħt li minnu l-esportaturi ż-żgħar jistgħu jiġu eżentati mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati skond l-arranġamenti tar-rifondi għall-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit għal EUR 50 000 fis-sena. Dan il-limitu jista’ jiġi aġġustat skond il-proċedura referita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 9

Meta, skont “ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS” f’suq partikolari, taxxi, ħlasijiet jew miżuri oħra jkunu applikati għall-esportazzjonijiet ta’ prodott agrikolu elenkat fl-Anness I, miżuri xierqa fir-rigward ta’ ċerti oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom x’aktarx li tfixkel il-kisba ta’ l-għan fis-settur agrikolu in kwistjoni, minħabba l-kontenut għoli tagħhom fil-prodott agrikolu kkonċernat u l-użu li għalihom jistgħu jitpoġġew, jistgħu jiġu deċiżi, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), wara li jittieħed akkont xieraq ta’ l-interess speċifiku ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 10

Meta jkun hemm periklu li tnaqqis fil-komponent agrikolu applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-oġġetti taħt ftehim preferenzjali jista’ jfixkel is-swieq agrikoli jew is-swieq fl-oġġetti kkonċernati, il-klawsoli ta’ ħarsien applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli għandhom japplikaw ukoll għall-oġġetti elenkati fl-Anness II.

Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tat-tfixkil f’dan il-każ, għandu jittieħed akkont tal-karatteristiċi ta’ l-oġġetti effettivament importati permezz ta’ l-arranġamenti preferenzjali meta mqabbla mal-karatteristiċi ta’ l-oġġetti tradizzjonalment impurtati qabel l-introduzzjoni ta’ dawn l-arranġamenti.

Artikolu 11

1.   Sabiex ikun hemm il-prevenzjoni jew jiġu ribattuti l-effetti ħżiena fuq is-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-iproċessar ta’ prodotti agrikoli, elenkati fl-Anness III, l-importazzjoni bir-rata ta’ dazju li hemm provvediment dwarha fit-Tariffa Doganali Komuni ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-oġġetti, għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura ikunu twettqu sakemm l-importazzjoni pjuttost li ma toħloqx disturbi fis-suq tal-Komunità jew meta l-effetti ma jkunux sproporzjonati għall-oġġettiv maħsub.

2.   Il-prezzijiet li jagħtu bidu, li anqas minnhom jista’ jkun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu dawk mibgħuta lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ mill-Komunità.

Il-kwantitajiet li joħolqu l-bidu li għandhom jinqabżu sabiex ikun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni jridu jkunu ddeterminati, inter alia, fuq il-bażi ta’ l-importazzjoni fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu dik is-sena li fiha l-effetti żvantaġġjużi msemmija fil-paragrafu 1 jinħolqu jew jistgħu jinħolqu.

3.   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu kkunsidrati meta jkun impost id-dazju addizzjonali ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni cif tal-kunsinna kkonċernata.

4.   Ir-regoli implimentattivi dettaljati ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Dawn ir-regoli għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a)

l-oġġetti li dwarhom ikunu applikati dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni permezz ta’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura;

(b)

il-kriterji l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura.

Artikolu 12

1.   Id-dħul ta’ prodotti agrikoli taħt l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern għandu jkun bla ħsara għal kontroll minn qabel dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet ekonomiċi referiti fl-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mwettqa skond l-Artikolu 552 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

Barra minn hekk, u skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-kondizzjonijiet ekonomiċi referiti fl-Artikolu 117 punt (c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom ukoll jiġu kkunsidrati mwettqa għal ċerti kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi użati fil-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti bl-għajnuna ta’ bilanċ imfassal mill-Kummissjoni, ibbażat fuq paragun bejn il-fondi disponibbli meħtieġa u l-ħtiġijiet tar-rifond previst, u billi jitqiesu, b’mod partikolari, il-volum stmat ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodotti interessati u s-sitwazzjoni tas-swieq interni u esterni tal-prodotti bażiċi relevanti. Dan il-bilanċ, u għalhekk dawn il-kwantitajiet, għandhom jiġu irreveduti f’intervalli regolari taż-żmien sabiex jitqiesu l-iżviluppi f’fatturi ekonomiċi u regolatorji.

Ir-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat it-tieni subparagrafu, li jagħmluha possibbli biex jiġu stabbiliti l-prodotti bażiċi li jridu jiddaħħlu skond l-arranġementi ta’ l-ipproċessar lejn l-intern u li jiġu kkontrollati u ppjanati l-kwantitajiet ta’ dawn, għandhom jiggarantixxu aktar ċarezza għall-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni minn qabel tal-kwantitajiet indikattivi ta’ importazzjoni għal kull organizzazzjoni komuni tas-suq individwali. Dawn għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi regolari, skond l-użu ta’ dawk il-kwantitajiet. Ir-regoli ddettaljati ta’ l-applikazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura referita fl-Artikolu 16(2).

L-espressjoni “prodott bażiku” użata f’dan l-Artikolu għandha tirrigwarda l-prodotti elenkati skond il-kodiċi tan-NM fit-tabella fl-Anness I, inkluża unikament fin-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna li tirrigwarda ċ-ċereali.

2.   Il-kwalità ta’ l-oġġetti mdaħħla skond l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar lejn l-intern għajr għal dawk referiti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u għalhekk mhux bla ħsara għall-imposta pprovduta fl-Artikolu 4 bl-għan, jew bħala riżultat ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti oħra għandha tkun dik attwalment użata fil-fabbrikazzjoni ta’ l-oġġetti.

Artikolu 13

1.   It-Tabella 2 ta’ l-Anness II tista’ tkun emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2), sabiex tkun addattata għall-ftehim konklużi mill-Komunità.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta dan ir-Regolament jew ir-Regolamenti adottati bis-saħħa ta’ dawn ma’ kull emenda għan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 14

Dan l-Artikolu għandu japplika għall-kummerċ preferenzjali kollu li għalih id-determinazzjoni tal-komponent agrikolu ta’ l-impost, possibilment imnaqqas bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7, ma huwiex ibbażat fuq il-kontenut attwali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1)(a) u/jew li dwaru l-ammonti bażiċi ma jkunux ibbażati fuq id-differenzi fil-prezz li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1)(b).

Il-karatteristiċi tal-prodotti bażiċi u l-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi li għandhom ikunu kkunsidrati jridu jkunu dawk stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 (10).

Kwalunkwe emenda li għandha ssir għar-Regolament preżenti għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 15

1.   L-iskala jew l-iskali li anqas minnhom il-komponenti agrikoli stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikoli 6 jew 7, għandhom ikunu stabbiliti bħala żero, jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). In-nuqqas ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-komponenti agrikoli tista’ tkun suġġett għal kondizzjonijiet speċjali, bi qbil ma’ l-istess proċedura, sabiex ikun evitat li jinħolqu fluss ta’ kummerċ artifiċjali.

2.   Livell li taħtu l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli japplikaw l-ammonti li għandhom jingħataw jew jiġu ntaxxati bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, b’konnessjoni ma’ l-istess transazzjoni ekonomika, jista jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2) jekk il-bilanċ ta’ dawn l-ammonti jkun aktar baxx minn dan il-livell.

Artikolu 16

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat dwar il-kwistjonijiet orizzontali li jirrigwardaw il-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.   Il-kumitat jista’ jeżamina kull kwistjoni referuta lilhu mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tal-president jew fuq talba ta’ Stat Membru.

Artikolu 17

Il-miżuri meħtieġa biex jaddattaw dan ir-Regolament ma’ l-emendi magħmula lir-“Regolament Waħdieni dwar l-OKS” sabiex ikunu miżmuma l-ftehim eżistenti għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 18

Metodi ta’ analiżi kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-oġġetti u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħra neċessarji għall-identifikazzjoni tagħhom jew sabiex tiġi ddeterminata l-komposizzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn naħa waħda, fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni u, anki meta jkun xieraq, il-produzzjoni ta’ l-oġġetti u, minn naħa l-oħra, fuq il-miżuri amministrattivi ta’ l-implimentazzjoni adottati. Ir-regoli dettaljati għall-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 20

Ir-Regolament (KE) Nru 3448/93, kif modifikat mill-atti previsti fl-Anness IV, huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 21

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-kaseini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3501 10 u għall-kasinati u d-derivati tal-kaseini oħra li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3501 90 90 għandhom ikunu ddifferiti sakemm tittieħed deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ April 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(3)  Ara l-Anness IV.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(5)  ĠU L 299, 16.11.2007, p.1.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(10)  ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.


ANNESS I

Lista tal-prodotti agrikoli li fir-rigward tagħhom differenzi fil-prezzijiet bejn is-suq dinji u s-suq Komunitarju jistgħu jkunu bilanċjati ma' l-importazzjoni  (*)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti agrikoli

0401

Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, l-anqas ma jkun fihom zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa

0402

Ħalib u krema, ikkonċentrati, jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa

ex 0403

Xorrox tal-ħalib, baqta tal-ħalib u krema, yoghurt, kephir u ħlaleb jew kremi oħra ffermentati jew aċidifikati, sew jekk ikunu kkonċentrai u anki jekk le, u sew jekk ikun fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor tal-ħlewwa u anki jekk le, li ma jkunux mogħtija xi tgħoma jew li ma jkunx fihom żieda ta' frott, jew kokotina

0404

Xorrox, sew jekk ikkonċentrat u anki jekk le, sew jekk ikun fih zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa u anki jekk le; prodotti li jikkonsistu minn kostitwenti ta' ħalib naturali, sew jekk ikun fih zokkor miżjud jew materja oħra tal-ħlewwa u anki jekk le; li mhumiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor

ex 0405

Butir u xaħmijiet oħra u żjut idderivati mill-ħalib

0709 90 60

Qamħirrun ħelu, frisk jew imkessaħ

0709 90 19

Qamħirrun imqadded, sħiħ, imqatta', imfelfel, imfarrak jew mitħun fi trab, imma li ma jkunx aktar ippreparat, apparti minn l-ibridi tal-qamħirrun ħelu għaż-żriegħ

Kapitolu 10

Ċereali (1)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sucrose kemikament pur, f'għamla solida

1703

Molasses (għasel iswed) li jiriżulta mill-estrazzjoni jew mir-raffinar taz-zokkor


(*)  Prodotti agrikoli li huma kkunsidrati meta użati fl-istat mhux ipproċessat jew wara l-ipproċesar jew meqjusa li kienu ġew użati għall-manifattura ta'-oġġetti elenkati fit-tabella 1 ta' l-Annes B II.

(1)  Eskluż spelt (xorta ta' qamħ) għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 1001 90 10, qamħ (artab u meslin), zerriegha tal-kodici NC 1001 90 91, xgħir taz-zerriegha tal-kodici NC 1003 00 10, qamħirrun ibridu bħala żeriegħa li jidħol fil-kodiċi NM 1005 10 11 sa 1005 10 90, ross għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 1006 10 10 u l-millieġ ibridu għaż-żriegħ li jidħol fil-kodiċi NM 1007 00 10


ANNESS II

Tabella 1

Kodiċi NM

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

ex 0403

Xorrox tal-ħalib, baqta u krema tal-ħalib, yoghurt, kephir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, sew jekk jew le, ikkonċentrati jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materjali oħrajn tal-ħlewwa, jew b’xi togħma jew li jkun fih żieda ta’ frott, jew kokotina:

0403 10 51 sa 0403 10 99

– Yoghurt, bit-togħma jew li jkun fih żieda ta’ frott, jew kokotina

0403 90 71 sa 0403 90 99

– Oħrajn, bit-togħma jew li jkun fihom żieda ta’ frott, jew kokotina

0405 20 10 sa 0405 20 30

Tidlik magħmul mill-ħalib ta’ kontenut ta’ grass, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar imma li ma jeċċedix 75 %

0710 40 00

Qamħirrum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat

0711 90 30

Qamħirrum ħelu provviżjonalment ippreservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħra), imma li mhux tajjeb f’dak l-istat għal konsum immedjat

ex 1517

Marġerina, taħlitiet jew preparazzjonijiet oħra tajbin għall-ikel magħmula minn xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew mil-ħxejjex jew minn frazzjonijiet tax-xaħmijiet jew taż-żjut differenti tal-kapitolu 15, apparti milli x-xaħmijiet u ż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ l-intestatura Nru 1516 :

1517 10 10

– Marġerina, eskluża marġerina likwida li jkun fiha aktar minn 10 % imma anqas minn 15 % bil-piż ta’ grass tal-ħalib

1517 90 10

– Oħrajn, li jkun fihom aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż ta’ grass tal-ħalib

1702 50 00

Fructose kimikament pur

ex 1704

Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), li ma jkunx fih il-kokotina, eskluż l-estratt ta’ l-għud-is-sus li jkun fih aktar minn 10 % bil-piż ta’ sucrose imma li ma jkunx fih sustanzi oħra miżjuda, li jidħol taħt il-kodiċi NM 1704 90 10

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ l-ikel li jkun fihom il-kokotina

1901

Estratt tax-xgħir, preparazzjonijiet ta’ l-ikel mid-dqiq, groats, smida jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fihom il-kokotina jew li jkun fihom anqas minn 40 % bil-piż ta’ ċikkulata ikkalkolata fuq il-bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma hiex x’imkien ieħor speċifikata jew inkluża; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ta’ l-oġġetti li jidħlu taħt l-intestaturi Nri 6401 sa 6404 , li ma jkunx fihom kokotina jew li jkun fihom anqas minn 5 % bil-piż ta’ kokotina, ikkalkolata fuq il-bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma hiex x’imkien ieħor speċifikata jew inkluża

ex 1902

Għaġin, sew jekk imsajjar u anki jekk le, jew mimli (bil-laħam jew b’xi sustanzi oħra) jew b’mod ieħor ippreparat, bħal ma huwa l-ispagetti, l-imqarrun, il-fdewweġ, lażanja, njokki, ravjul, kannelloni, il-kuskus, dak preparat jew le, eskluż l-għaġin mimli li jidħol taħt il-kodiċi NM 1902 20 10 u 1902 20 30 , kuskus, sew jekk ippreparat u anki jekk le

1903 00 00

Tapjoka u sostituti tagħha ippreparata mill-lamtu, fl-għamla ta’ qxur, frak, perli, mgħarbla jew għamliet simili

1904

Ikel ippreparat miġjub bit-tinfih jew l-inkaljar ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, corn flakes), ċereali, (apparti milli l-qamħ-ir-rum(corn)) fl-għamla tal-qamħa jew fl-għamla ta’ qxur jew qmuħ oħra maħduma (ħlief dqiq u smida), imsajjar bil-quddiem, jew b’mod ieħor ippreparat, li ma hux x’imkien ieħor speċifikat jew inluż

1905

Ħobż, għaġin, kejkijiet, biskuttini u oġġetti oħra tal-furnara, sew jekk ikun fihom il-kokotina u anki jekk le, ostji tat-tqarbin, cachet vojta tat-tip adattat għall-użu farmaċewtiku, ostji tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili

2001 90 30

Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

2001 90 40

Yams, patata ħelwa u partijiet simili tajbin għall-ikel minn pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar bil-piż ta’ lamtu, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

2004 10 91

Patata fl-għamla ta’ dqiq, smida jew qxur, ippreparati jew ippreservati apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 taht forma ta’ dqiq, smida jew qxur

2004 90 10

Qamħirrum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006

2005 20 10

Patata ippreparati jew ippreservati apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006 taht forma ta’ dqiq, smida jew qxur

2005 80 00

Qamħirrum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, apparti minn dawk il-prodotti ta’ l-intestatura Nru 2006

2008 99 85

Maize (corn) (tip ta’ qamħ-ir-rum), apparti milli qamħ-ir-rum ħelu (Zeta mays var. saccharata) apparti milli ppreparat jew ippreservat, li ma jkunx fih spiritu miżjud jew zokkor miżjud

2008 99 91

Yams, patata ħelwa u partijiet simili tajbin għall-ikel minn pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar bil-piż ta’ lamtu, ippreparati jew ippreservati, li ma jkunx fih spirtu miżjud jew zokkor miżjud

2101 12 98

Preparazzjonijiet bil-bażi tal-kafé

2101 20 98

Preparazzjonijiet bil-bażi tat-té jew tal-maté

2101 30 19

Sostituti nkaljati tal-kafé eskluża ċ-ċikwejra nkaljata

2101 30 99

Estratti, essenzi u konċentrati tas-sostituti tal-kafé nkaljati esklużi dawk taċ-ċikwejra nkaljata

2102 10 31 u 2102 10 39

Ħmira tal-furnara, niexfa jew le

2105 00

Ġelati u ikel ieħor inġazzat, sew jekk ikun fih il-kokotina u anki jekk le

ex 2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi apparti minn dawk li jidħlu taħt il-kodiċi NM 2106 10 20 , 2106 90 20 u 2106 90 92 u apparti minn xiroppi taz-zokkor bit-togħma jew bil-kulur

2202 90 91 u 2202 90 95 u 2202 90 99

Xorb ieħor mhux alkoħoliku, li ma jinkludix ġuleppi tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ l-intestatura Nru 2009 , li jkun fihom prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404 jew xaħam akkwistat mill-prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404

2905 43 00

Mannitol

2905 44

D-Glucitol (sorbitol)

ex 3302

Taħlitiet ta’ sustanzi odorifeċi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ wieħed jew aktar ta’ dawn is-sustanzi. tat-tip użat bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra ibbażati fuq sustanzi odorifiċi, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb

3302 10 29

Oħrajn, tat-tip użat fl-industrija tax-xorb, li jkun fihom l-aġenti kollha tat-togħmiet li jagħtu karattru lix-xorb, apparti minn dawk ta’ qawwa alkoħolika attwali bil-volum li ma teċċedix 0,5 %, u dawk tal-kodiċi NM 3302 10 21

ex 3501

Kaseini, kasinati u derivattivi oħra tal-kaseini

ex 3505 10

Dextrini u lamtijiet oħra mmodifikati, esklużi lamtijiet estrifikati jew etrifikati tal-kodiċi NM 3505 10 50

3505 20

Kolol oħrajn ibbażati fuq il-lamtijiet, dextrini u lamtijiet oħrajn immodifikati

3809 10

Aġenti tat-tlestija, katalisti tal-kulur biex iħaffu l-għoti tal-kulur jew biex jistabbiliżżaw il-materjali li jagħtu l-kulur jew prodotti u preparazzjonijiet oħra (per eżempju, kisjiet u mordanti). tat-tip użat fl-industrija tal-karta, tal-ġild jew industriji simili, b’bażi ta’ sustanzi amilaċej, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi

3824 60

Sorbitol apparti minn dak tas-subintestatura 2905 44


Tabella 2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

ex 0505

Ġlud u partijiet oħra ta’ l-għasafar, bir-rix jew il-pil tagħhom, rix u partijiet tar-rix (sew jekk jew le bit-trufijiet mirquma) u pil, mhux aktar maħduma milli mnaddfa, ddisinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u ħela ta’ rix jew partijiet tar-rix:

0505 10 90

– Rix tat-tip użat għall-mili; rix fin (down), apparti milli mhux maħdum

0505 90

– Oħrajn

0511 99 39

Sponoż naturali ta’ oriġini mill-annimali, apparti milli mhux maħduma

1212 20 00

Ħaxix tal-baħar u alka oħra, friska, imkessħa, iffriżata jew imqadda, sew jekk misħuqa u anki jekk le, ħlief dawk użati fil-farmaċija jew għall-konsum uman

ex 1302

Sugu tal-ħaxix u estratti vegetali: pektati; agar agar u Muċillaġini iehor u aġent li jgħaqqad derivati mill-veġetali, ukoll jekk modifikati:

1302 12 00

Ġulepp u estratti veġetali ta’ għud-is-sus

1302 13 00

Ġulepp u estratti veġetali ta’ hops

1302 19 80

Ġulepp u estratti veġetali barra minn ġulepp u estratti ta’ għud-is-sus, hops, oloreżini estratti mill-vanilla u mill-opju

ex 1302 20

Pektati

1302 31 00

Agar-agar, sew jekk immodifikat u anki jekk le

1302 32 10

Muċillaġini u materjali li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u anki jekk le, akkwistati mill-ħarrub jew miż-żeriregħa tal-ħarrub

1505

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija akkwistati minnhom (inkluż il-lanolin)

1506

Xaħmijiet u żjut oħra mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma li ma humiex kemikament immodifikati

ex 1515 90 11

Żejt tal-ġoġoba u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma li ma humiex kemikament immodifikati

1516 20 10

Żejt tal-kastru idroġeniżżat, ’l hekk imsejjaħ “xama’ apàala”

1517 90 93

Taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel tat-tip użat fil-preparazzjoni tar-rilaxx tal-forom

ex 1518

Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom mgħollija, ossidizzati, imqadda, bil-kubrit, minfuħa, polimerizzati fis-sħama f’vacuum jew f’gass inert jew b’mod ieħor kemikament immodifikati, esklużi dawk ta’ l-intestatura Nru 1516 ; taħlitiet u preparazzjonijiet mhux tajbin għall-ikel minn żjut u xaħmijiet mill-annimali jew mill-ħxejjex jew il-frazzjonijiet tax-xaħmijiet u ż-żjut differenti ta’ dan il-kapitolu 15, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi; esklużi ż-żjut tal-kodiċi NM 1518 00 31 u 1518 00 39

1520 00 00

Glycerol, krud, ilmijiet tal-glycerol u lissija tal-glycerol

1521

Xema’ tal-ħxejjex (apparti milli triglycerides), xama’ tan-naħal, xemgħat oħrajn ta’ l-insetti u spermaċeti, sew jekk raffinati jew mogħtija l-kulur u anki jekk le

1522 00 10

Degras

1702 90 10

Maltose kimikament pur

1704 90 10

Estratt ta’ għud-is-sus li jkun fih aktar minn 10 % bil-piż ta’ sucrose imma li ma jkunx fih żieda ta’ sustanzi oħra

1803

Għaġina tal-kokotina, sew jekk bil-grass imneħħi minnu u anki jekk le

1804 00 00

Butir tal-kokotina, xaħam u żejt

1805 00 00

Trab tal-kokotina, li ma jkunx fih żieda ta’ zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa

2001 90 60

Qlub tal-palmi (siġar tal-prinjoni), ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel, anki jekk ippreparati jew ippreservati, sew jekk, u anki jekk le, ikun fihom żieda ta’ zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, jew spiriti, li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi

2008 11 10

– Butir tal-karawett

2008 91 00

– Qlub tal-palmi

ex 2101

Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet bil-bażi ta’ dawn il-prodotti; ċikwejra nkaljata, estratti, essenzi u l-konċentrati tagħhom apparti mill-preparazzjonijiet tal-kodiċi NM 2101 12 98 , 2101 20 98 , 2101 30 19 u 2101 30 99

2102 10

Ħmira attiva

2102 10 10

– Kultura tal-Ħmira

2102 10 90

– Oħrajn, inkluża l-ħmira tal-furnara

2102 20

Ħmira inattiva; mikro-organiżmi oħrajn ta’ ċellola waħda, mejta

2102 30 00

Baking powders imħejjija

2103

Zlazi u preparazzjonijiet għalihom; kondimenti mħallta u taħlitiet ta’ ħwawar; dqiq u smida tal-mustarda u mustarda ppreparata

2104

Sopop, brodu u preparazzjonijiet għalihom; preparazzjonijiet ta’ ikel kompost omoġeniżżat

ex 2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li ma humiex x’imkien ieħor speċifikati jew inklużi

2106 10

– Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa

2106 10 20

– – Li ma jkun fihom l-ebda grass tal-ħalib, tas-sucrose, ta’ l-isoglucose, tal-glucose

2106 90

– Oħrajn

2106 90 20

– – Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, apparti minn dawk ibbażati fuq sustanzi

2106 90 92

– – Ilmijiet, inklużi ilmijiet naturali jew minerali artifiċjali u ilmijiet bil-gass, li ma jkunx fihom żieda ta’ zokkor jew xi materja oħra tal-ħlewwa, l-anqas b’xi togħma

2201 10

Ilmijiet, inklużi ilmijiet naturali jew minerali artifiċjali u ilmijiet bil gass, li ma jkunx fihom żieda ta' zokkor jew xi materja oħra tal ħlewwa, l-anqas b'xi togħma

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet bil-gass, li jkun fihom żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa jew bit-togħma

2202 90 10

Xorb ieħor mhux alkoħoliku, li ma jinkludix ġuleppi tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ l-intestatura Nru 2009 , li ma jinkludix prodotti ta’ l-intestatura Nri 0401 sa 0404 jew xaħam akkwistat mill-prodotti ta’ l-intestaturi Nri 0401 sa 0404

2203 00

Birra magħmula mix-xgħir (maltu)

2205

Vermouth u nbejjed oħra minn għeneb frisk mogħti t-togħma b’sustanzi ta’ pjanti jew materjali aromatiċi

ex 2207

Alkoħol etiliku mhux denaturalizzat ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew għola, alkoħol etiliku jew spiriti oħra, denaturalizzati, ta’ kwalunkwe saħħa apparti minn dawk akkwistati mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

ex 2208

Alkoħol etiliku mhux-denaturalizzat ta’ qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol, mhux akkwistati mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat; spiriti, likuri u xorb spirituż ieħor

2402

Sigarri, sigarri ħoxnin (cheroots), sigarri żgħar (cigarillos) u sigaretti, tat-tabakk jew ta’ sostituti tat-tabakk

2403

Tabakk ieħor immanifatturat u sostituti mmanifatturati tat-tabakk; tabakk “omoġenizzati” jew “rikostitwiti”; estratti u essenzi tat-tabakk

3301 90 21

Oloreżini estratti minn għud-is-sus u mill-ħops

3301 90 30

Oloreżini estratti hlief dawk minn għud-is-sus u mill-ħops

ex 3302

Taħlitiet ta’ sustanzi odorifeċi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) bil-bażi ta’ wieħed jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra ibbażati fuq sustanzi odorifeċi, tat-tip użat fil-manifattura ta’ xorb

3302 10 10

– Tipi utilizzati ghall-industriji tax-xorb, li fihom l-agenti kollha aromatizzanti li jikkaratterizzaw xarba, b’qawwa alkoħolika ta’ iktar minn 0,5% vol

3302 10 21

– Tat-tip użat fl-industriji ta’ l-ikel u x-xorb li jkun fihom l-aġenti tat-togħma kollha li jikkaratterizzaw xi xorb apparti milli ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma teċċedix 0,5 %, li jkun fihom l-ebda grass tal-ħalib, sucrose, isoglucose, glucose jew lamtu jew li jkun fihom anqas minn 1,5 % grass tal-ħalib, 5 % sucrose jew isoglucose, 5 % glucose jew lamtu

3823

Aċidi mxaħħma monokarboliċi industrijali; żjut aċidużi mir-raffinar; alkoħoliċi mxaħħma industrijali


ANNESS III

Kodiċi NM

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

0403 10 51 sa 0403 10 99

Yogurt, bit-togħma jew li jkun fih żieda ta' frott, ġewż jew kokotina

0403 90 71 sa 0403 90 99

Xorrox tal-ħalib, baqta tal-ħalib u krema, kephir u ħalib ieħor li jkun iffermentat jew aċidifikat aromatizzat, li jkun fih żieda ta' frott, ġewż jew koktina

0710 40 00

Qamħ-ir-rum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat

0711 90 30

Qamħ-ir-rum proviżjonalment ippreservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'xi taħlitiet preservattivi oħra) imma li ma hux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat

1517 10 10

Marġerina, eskluża marġerina likwida li jkun fiha aktar minn 10 % imma anqas minn 15 % bil-piż ta' grass tal-ħalib

1517 90 10

Taħlitiet jew preparazzjonijiet oħra tajbin għall-ikel magħmula minn xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex jew minn frazzjonijiet tax-xaħmijiet jew taż-żjut differenti tal-kapitolu 15, apparti milli x-xaħmijiet u ż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516 li jkun fihom aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż ta' grass tal-ħalib

1702 50 00

Fructose kemikament pur

2005 80 00

Qamħ-ir-rum ħelu (Zeta mays var. saccharata) ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat ħlief għall-prodotti tan-nru 2006

2905 43 00

Mannitol:

2905 44

D-Glucitol (Sorbitol):

 

– f'soluzzjoni akwea:

2905 44 11

– – li jkun fih 2 % jew anqas bil-piż ta' D-mannitol, ikkalkolat fuq il-kontenut ta' D-glucitol

2905 44 19

– – oħrajn

 

– oħrajn:

2905 44 91

– – li jkun fih 2 % jew anqas bil-piż ta' D-mannitol, ikkalkolat fuq il-kontenut ta' D-glucitol

2905 44 99

– – oħrajn

3505 10 10

Dextrin

3505 10 90

Lamtijiet oħra mmodifikati, barra d-dextrin esklużi l-lamtijiet estrifikati jew etrifikati,

 

Kollol oħrajn ibbażati fuq il-lamtu jew fuq dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati

3505 20 10

– li jkun fihom, bil-piż, anqas minn 25 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati

3505 20 30

– li jkun fihom, bil-piż, 25 % jew aktar imma anqas minn 55 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati

3505 20 50

– li jkun fihom, bil-piż, 55 % jew aktar imma anqas minn 80 % ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati

3505 20 90

– li jkun fihom, bil-piż, 80 % jew aktar ta' lamtijiet jew dextrini jew lamtijiet oħrajn immodifikati

3809 10

Aġenti tat-tlestija, katalisti tal-kulur biex iħaffu l-għoti tal-kulur jew biex jistabbilizzaw il-materjali li jagħtu l-kulur jew prodotti u preparazzjonijiet oħra (per eżempju, kisjiet u mordanti) tat-tip użat fl- industrija tat-tessuti, tal-karta, tal-ġild jew industriji simili, b'bażi ta' sustanzi amilaċej, li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi.

3824 60

Sorbitol apparti milli tal-kodiċi NM 2905 44


ANNESS IV

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (KE) Nru 3448/93 tal-Kunsill

(ĠU L 318 tal-20.12.1993, p. 18)

Regolament (KE) Nru 1097/98 tal-Kunsill

(ĠU L 157 tat-30.5.1998, p. 1)

Regolament (KE) Nru 2491/98 tal-Kummissjoni

(ĠU L 309 tad-19.11.1998, p. 28)

Regolament (KE) Nru 2580/2000 tal-Kunsill

(ĠU L 298 tal-25.11.2000, p. 5)


ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 3448/93

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 2(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 1(2a)

Artikolu 2(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6(1), (2) u (3)

Artikolu 6(1), (2) u (3)

Artikolu 6(4), l-ewwel paragrafu

Artikolu 6(4), l-ewwel paragrafu

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu, punt (a), (b) u (ċ)

Artikolu 6(5) u (6)

Artikolu 6(5) u (6)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2), kliem tal-bidu

Artikolu 7(2), kliem tal-bidu

Artikolu 7(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 7(2)(a) (b) u (c)

Artikolu 7(3) u (4)

Artikolu 7(3) u (4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b)

Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 8(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 8(3) sa (6)

Artikolu 8(3) sa (6)

Artikolu 9 u 10

Artikolu 9 u 10

Artikolu 10a

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 14, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 17

Artikolu 16(3)

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 21

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21

Anness A

Anness I

Anness B

Anness II

Anness Ċ

Anness III

Anness IV

Anness V


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/27


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

(verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 79/65 tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-iżvilupp tal-politika agrikola komuni jitlob li jkun hemm disponibbli informazzjoni oġġettiva u rilevanti dwar id-dħul fid-diversi kategorji ta’ azjendi agrikoli u dwar l-operazzjonijiet kummerċjali ta’ azjendi li jaqgħu f’kategoriji li jeħtieġu attenzjoni speċjali fuq livell Komunitarju.

(3)

Il-kontijiet ta’ azjendi agrikoli jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ l-informazzjoni essenzjali għal kull valutazzjoni tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli u għall-istudju dwar l-operazzjoni kummerċjali tagħhom.

(4)

L-informazzjoni miġbura għandha tiġi miksuba minn azjendi agrikoli magħżula b’mod speċjali u adatt skond regoli komuni u trid tkun ibbażata fuq fatti verifikabbli. Din l-informazzjoni għandha tirrifletti l-kondizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u soċjali ta’ l-azjendi involuti, tittieħed minn azjendi individwali, tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun, tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi, tkun preżentata b’forma komuni u tkun tista’ tiġi użata f’kull mument u bid-dettalji kollha mill-Kummissjoni.

(5)

Dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ netwerk Komunitarju għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “netwerk ta’ l-informazzjoni”), abbażi ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità agrikoli li jeżistu f’kull Stat Membru, li jgawdu l-kunfidenza tal-partijiet konċernati u li jiddependu fuq il-parteċipazzjoni volontarja tagħhom.

(6)

Sabiex jinkisbu r-riżultati tal-kontabilità li jkunu omoġenji biżżejjed fil-livell Komunitarju, l-azjendi li jibagħtu prospett għandhom ikunu mifruxa fost it-taqsimiet varji u fost il-kategoriji varji ta’ l-azjendi fuq il-bażi ta’ stratifikazzjoni fl-oqsma ta’ l-istħarriġ ibbażata fuq it-tipoloġija Komunitarja ta’ l-azjendi agrikoli kif stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (4).

(7)

It-taqsimiet tan-netwerk ta’ informazzjoni għandhom sa fejn huwa possibbli, ikunu identiċi għal dawk użati għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra reġjonali li huma essenzjali sabiex jiġu pprovduti l-linji gwida għall-politika agrikola komuni.

(8)

Għal raġunijiet maniġerjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex temenda l-lista ta’ taqsimiet ta’ Stati Membri, fuq talba minn Stat Membru.

(9)

Il-qasam ta’ l-istħarriġ tan-netwerk ta’ l-informazzjoni jrid jinkludi l-azjendi agrikoli kollha ta’ ċertu daqs ekonomiku, irrispettivament minn kull xogħol barrani li l-operatur jista’ jidħol għalih. Din il-firxa għandha terġa’ tiġi eżaminata perjodikament fid-dawl ta’ l-informazzjoni l-ġdida rigward l-Istħarriġ dwar l-Istruttura ta’ l-Azjendi Agrikoli.

(10)

L-azjendi li jibagħtu prospett iridu jiġu magħżula skond ir-regoli stabbiliti fil-kuntest ta’ pjan ta’ għażla mmirat sabiex jikseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità tal-qasam ta’ l-istħarriġ.

(11)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa mixtieq illi d-deċiżjonijiet ewlenija li jirrigwardaw l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, b’mod partikolari t-twaqqif tal-pjan ta’ l-għażla, għandhom jiġu adottati fil-livell nazzjonali. Bħala konsegwenza ta’ dan, huwa f’dan il-livell illi korp għandu jinghata r-responsabbiltà għal dan ix-xogħol. Dawk l-Istati Membri li għandhom numru ta’ taqsimiet għandhom, madankollu, jkunu ħielsa li jżommu l-kumitati reġjonali.

(12)

L-aġenzija nazzjonali tal-kollegament trid tieħu sehem qawwi fl-immaniġġar tan-netwerk ta’ informazzjoni.

(13)

Sabiex jintagħżlu l-azjendi agrikoli u sabiex tiġi analizzata u evalwata l-informazzjoni miġbura, huwa neċessarju li ssir referenza għal informazzjoni miksuba minn sorsi oħra.

(14)

Il-bdiewa għandhom jiġu assigurati illi l-kontijiet u d-dettalji individwali l-oħra kollha tagħhom miksuba f’konformità ma’ dan ir-Regolament ma jkunux sejrin jintużaw għal skopijiet ta’ tassazzjoni jew għal skopijiet oħra għajr għal dawk previsti f’ dan ir-Regolament jew li ma jkunux sejrin jiġu żvelati mill-persuni li jipparteċipaw jew ikunu pparteċipaw fin-netwerk Komunitarju ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola.

(15)

Sabiex tissodisfa ruħha dwar l-oġġettività u r-rilevanza ta’ l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni għandha tkun f’posizzjoni li tikseb id-dettalji kollha meħtieġa dwar il-mod kif il-korpi li huma fdati bl-għażla ta’ l-azjendi agrikoli u ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jieħdu sehem fin-netwerk Komunitarju ta’ informazzjoni tal-kontabilità agrikola jaqdu d-dmirijiet tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, li tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post bil-kollaborazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(16)

In-netwerk ta’ informazzjoni hija għodda utli li tagħmilha possibbli għall-Komunità li tiżviluppa l-politika agrikola komuni u sservi, bħala konsegwenza, lill-Istati Membri kif ukoll lill-Komunità. L-ispejjeż tas-sistemi kompjuterizzati li fuqhom toqgħod in-netwerk u ta’ studji u attivitajiet ta’ żvilupp ta’ aspetti oħra tan-netwerk, għandhom għalhekk ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju.

(17)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT TA’ NETWERK KOMUNITARJU DWAR INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ AGRIKOLA

Artikolu 1

1.   Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-politika agrikola komuni, netwerk Komunitarju għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità agrikola huwa stabbilit (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “netwerk ta’ informazzjoni”).

2.   L-iskop tan-netwerk ta’ informazzjoni għandu jkun li tinġabar l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa, b’mod partikolari:

(a)

kalkolu annwali tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli li jaqaw fil-qasam ta’ l-istħarriġ kif imfisser fl-Artikolu 5; u

(b)

analiżi kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli.

3.   L-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ l-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul ta’ l-ażjendi agrikoli fil-Komunità. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena, speċjalment sabiex jiġu ffissati l-prezzijiet annwali tal-prodotti agrikoli.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“operatur” tfisser il-persuna fiżika responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ azjenda agrikola;

(b)

“kategorija ta’ l-azjenda” tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartjenu għall-istess kategoriji f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip tal-biedja u d-daqs ekonomiku kif definit fit-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli stabbiliti bir- Regolament (KE) Nru 1242/2008;

(c)

“azjenda li tibgħat prospett” tfisser kwalunkwe azjenda agrikola li tagħmel prospett għall-għanijiet tan-netwerk ta’ informazzjoni;

(d)

“taqsima” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu kif delimitat bl-għan tal-għażla ta’ azjendi li jibagħtu prospett; lista’ ta’ dawn it-taqsimiet tidher fl-Anness I;

(e)

“informazzjoni tal-kontabilità” tfisser kwalunkwe informazzjoni ta’ natura teknika, finanzjarja jew ekonomika dwar azjenda agrikola miksuba minn kontijiet li jikkonsistu f’entrati li jsiru regolarment u sistematikament matul is-sena tal-kontabilità.

Artikolu 3

Fuq talba ta’ Stat Membru, il-lista ta’ taqsimiet għandha tkun emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), sakemm it-talba tikkonċerna t-taqsimiet ta’ l-Istat Membru.

KAPITOLU II

KALKOLU TAD-DĦUL MINN AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 4

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall- ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli.

Artikolu 5

1.   L-istħarriġ msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) għandu jkopri l-azjendi agrikoli li għandhom daqs ekonomiku ugwali għal jew ikbar minn limitu espress f’euro li jikkorrispondi għal wieħed mil-limiti l-iktar baxxi tal-klassijiet ta’ daqs ekonomiku kif mfissra fit-tipoloġija Komunitarja.

2.   Biex tikkwalifika bħala azjenda li tibgħat prospett, azjenda agrikola għandha:

(a)

jkollha daqs ekonomiku ugwali għal, jew akbar minn, limitu li jrid jiġi stabbilit skond il-paragrafu 1;

(b)

tinħadem minn bidwi li jżomm il-kontijiet jew li jkun dispost u kapaċi jżomm il-kontijiet agrikoli u li jkun dispost li jippermetti li l-informazzjoni dwar il-kontabilità mil-ażjenda tiegħu tkun disponibbli għall-Kummissjoni;

(c)

tkun rappreżentattiva, flimkien ma’ l-azjendi l-oħra u fil-livell ta’ kull taqsima, tal-qasam ta’ l-istħarriġ.

3.   In-numru massimu ta’ azjendi li jibagħtu prospett għandu jkun ta’ 105 000 għall-Komunità.

4.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-limitu għad-daqs ekonomiku u n-numru ta’ azjendi li jibagħtu prospett għal kull taqsima skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 6

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Nazzjonali”.

2.   Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli mill-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett. Għal dan l-għan, id-dmirijiet tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni ta’:

(a)

il-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, fejn jispeċifikaw b’mod partikolari t-tqassim ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett għal kull kategorija ta’ azjenda, u r-regoli dettaljati għall-għażla ta’ l-azjendi msemmija;

(b)

ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

3.   Il-president tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.

Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu. Fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.

4.   L-Istati Membri li jkollhom diversi taqsimiet jistgħu, għal kull taqsima taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Reġjonali”).

Il-Kumitat Reġjonali għandu, b’mod partikolari, ikollu d-dmir li jikkoopera ma’ l-aġenzija ta’ kollegament msemmija fl-Artikolu 7 fl-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

5.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 7

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li d-dmirijiet tagħha għandhom ikunu li:

(a)

tgħarraf lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità bir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni li jirrigwardawhom u li tassigura li dawn ir-regoli jkunu implimentati kif xieraq;

(b)

tfassal u tissottometti lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara dan tippreżenta lill-Kummissjoni:

(i)

il-pjan ta’ l-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett, li għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni statistika l-iktar riċenti, ippreżentata skond it-tipoloġija Komunitarja għall-azjendi agrikoli;

(ii)

ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

(c)

tiġbor:

(i)

il-lista ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett;

(ii)

il-lista ta’ l-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew il-prospett ta’ l-ażjendi agrikoli skond il-klawżoli tal-kuntratti previsti fl-Artikoli 10 u 15;

(d)

tgħaqqad flimkien il-prospetti mill-azjendi agrikoli mibgħuta mill-uffiċċji tal-kontabilità u li tivverifika fuq il-bażi ta’ programm komuni ta’ spezzjoni li dawn ikunu ġew mimlija kif dovut;

(e)

tibgħat il-prospetti mill-ażjendi agrikoli mimlija kif dovut lill-Kummissjoni minnufih wara li tkun saret il-verifika;

(f)

tittrasmetti lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità t-talbiet għat-tagħrif previst fl-Artikolu 17 u twassal it-tweġibiet rilevanti lill-Kummissjoni.

2.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 8

1.   Kull azjenda li tibgħat prospett għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ ażjenda agrikola individwali u anonimu.

2.   L-informazzjoni tal-kontabilità pprovduta minn kull azjenda agrikola li tibgħat prospett għandha tkun tali li jkun possibbli li:

tiġi karatterizzata l-azjenda li tibgħat prospett b’referenza għall-elementi prinċipali tal-fatturi tal-produzzjoni tagħha,

ssir stima tad-dħul ta’ l-azjenda fid-diversi forom tagħha,

tiġi verifikata l-verità ta’ l-informazzjoni mogħtija permezz ta’ kontrolli fuq il-post.

3.   It-tip ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tingħata fi prospett ta’ ażjenda agrikola, il-forma li biha għandha tiġi preżentata din l-informazzjoni u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati magħha għandhom jingħataw skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 9

Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun magħżula bħala azjenda li tibgħat prospett għandu jagħżel, minn lista miġbura għal dan l-iskop mill-aġenzija ta’ kollegament, uffiċċju tal-kontabilità li jkun dispost li jimla l-prospett għall-azjenda tiegħu skond il-klawżoli tal-kuntratt previsti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

1.   Kull sena, għandu jiġi konkluż kuntratt fuq l-awtorità ta’ l-Istat Membru bejn l-awtorità kompetenti nominata minn dan l-Istat Membru u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul kif previst fl-Artikolu 9. Permezz ta’ dan il-kuntratt l-uffiċċju tal-kontabilità għandu jintrabat, bi ħlas ta’ miżata stabbilita, li jimla l-prospetti ta’ ażjendi agrikoli b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8.

2.   Il-klawżoli tal-kuntratt, imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

3.   Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi notifikat dwar id-dmirijiet tiegħu mill-kanali amministrattivi normali.

KAPITOLU III

ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ GĦALL-ISKOPIJIET TA’ ANALIŻI KUMMERĊJALI TA’ L-AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 11

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall- ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità għall-iskopijiet ta’ analiżi kummerċjali ta’ azjendi agrikoli.

Artikolu 12

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) għandhom jiġu determinati dawn li ġejjin:

is-suġġetti ta’ l-analiżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b);

regoli dettaljati dwar l-għażla u n-numru ta’ azjendi li jibagħtu prospett, u dawn għandhom jiġu stabbiliti skond l-objettivi ta’ kull analiżi partikolari.

Artikolu 13

1.   Kull azjenda li tibgħat prospett magħżula b’konformità mar-regoli adotatti skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 12 għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ ażjenda agrikola speċjali, li għandu jkun individwali għal dik l-azjenda u anonimu. Dan il-prospett ta’ ażjenda agrikola għandu jinkludi l-informazzjoni tal-kontabilità mitluba fl-Artikolu 8 (2) u kull punt u dettal ieħor tal-kontabilità li kull analiżi partikolari tista’ tirrikjedi.

2.   It-tip ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tingħata fil-prospett ta’ ażjenda agrikola speċjali, il-forma li fiha din l-informazzjoni għandha tiġi preżentata u d-definizzjonijiet u l-istruzzjonijiet relatati magħhom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

3.   Prospetti speċjali ta’ l-ażjendi agrikoli għandhom jimtlew mid-diversi uffiċċji tal-kontabilità previsti fl-Artikolu 14.

Artikolu 14

Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun magħżula b’konformità mar-regoli adotatti skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 12 għandu jagħżel mil-lista miġbura għal dan l-għan mill-aġenzija ta’ kollegament, uffiċċju tal-kontabilità li huwa dispost li jimla l-prospett speċjali għall-azjenda tiegħu skond il-klawżoli tal-kuntratt stabbiliti fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

1.   Għandu jiġi konkluż kuntratt fuq l-awtorità ta’ l-Istat Membru bejn l-awtorità kompetenti nnominata minn dan ta’ l-aħħar u kull uffiċċju tal-kontabilità magħżul hekk kif previst mill-Artikolu 14. B’dan il-kuntratt, l-uffiċċju tal-kontabilità għandu jintrabat, bi ħlas ta’ miżata stabillita, li jimla l-prospetti speċjali ta’ l-ażjendi agrikoli b’mod konsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

2.   Il-klawżoli tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-klawżoli supplimentari li jistgħu jitniżżlu f’dak il-kuntratt mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura.

3.   Meta d-dmirijiet ta’ l-uffiċċju tal-kontabilità jiġu mwettqa minn dipartiment amministrattiv, dan ta’ l-aħħar għandu jiġi nnotifikat dwar id-dmirijiet tiegħu mill-kanali amministrattivi normali.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 16

1.   Għandu jkun ipprojbit l-użu għal skop ta’ tassazzjoni ta’ kull informazzjoni dwar il-kontabilità individwali jew dwar dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew li tiġi żvelata jew tintuża din l-informazzjoni għal skopijiet oħra għajr dawk previsti fl-Artikolu 1.

2.   Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fin-netwerk ta’ informazzjoni li tiżvela xi informazzjoni individwali tal-kontabilità jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali għal dan l-eżerċizzju.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippenalizzaw il-ksur tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 17

1.   Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija ta’ kollegament u l-uffiċċji tal-kontabilità għandhom ikunu marbuta, fil-qofol ta’ l-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ta’ l-aħħar tista’ titlob minnhom rigward it-twettiq tad-doveri tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija ta’ kollegament.

2.   Fil-każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inadegwata jew jekk din l-informazzjoni tonqos li tasal fi żmien tajjeb, il-Kummissjoni tista’, bil-kollaborazzjoni ta’ l-aġenzija ta’ kollegament, tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post.

Artikolu 18

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Komunitarju tan-Netwerk ta’ Informazzjoni dwar il-Kontabbiltà ta’ l-ażjendi agrikoli (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Komunitarju”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.

3.   Il-Kumitat Komunitarju għandu jiġi kkonsultat għall-iskop li:

(a)

jivverifika illi l-pjanijiet għall-għażla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5;

(b)

janalizza u jevalwa r-riżultati ppeżati annwali forniti min-netwerk ta’ informazzjoni, wara li titqies b’mod partikolari l-informazzjoni miksuba minn sorsi oħra, inter alia, mill-kontijiet ta’ l-ażjendi agrikoli u l-istatistika b’mod ġenerali u mill-kontijiet nazzjonali.

4.   Il-Kumitat Komunitarju jista’ jeżamina kull materja oħra li titqajjem mill-president tiegħu, kemm fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu u kemm fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

Għandu jeżamina kull sena, f’Ottubru, ix-xejra tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli Komunitarji, b’referenza b’mod partikolari għar-riżultati aġġornati tan-nework ta’ informazzjoni.

Għandu jinżamm regolarment imgħarraf dwar ix-xogħol tan-netwerk ta’ informazzjoni.

5.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Kumitat Komunitarju.

Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat Komunitarju għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

1.   Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:

(a)

dawk l-ispejjeż tan-netwerk ta’ informazzjoni li jkunu attribwiti għall-ħlasijiet ta’ miżati lill-uffiċċji tal-kontabilitià għat-twettiq minnhom tad-dmirijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 15;

(b)

l-ispejjeż kollha tas-sistemi kompjuterizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, il-verifika, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni tal-kontabilità fornita mill-Istati Membri.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tan-netwerk ta’ informazzjoni.

2.   L-ispejjeż rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali u l-aġenziji ta’ kollegamemt m’għandhomx jiġu inklużi fil-baġit Komunitarju.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KEE) Nru 79/65/KEE huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  Opinjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

Lista tat-taqsimiet imsemmija fl-Artikolu 2(d)

ll-Belġju

1.

Vlaanderen

2.

Bruxelles-Brussel

3.

Wallonie

Il-Bulgarija

1.

Северозападен (Severozapaden)

2.

Северен централен (Severen tsentralen)

3.

Североизточен (Severoiztochen)

4.

Югозападен (Yugozapaden)

5.

Южен централен (Yuzhen tsentralen)

6.

Югоизточен (Yugoiztochen)

Madankollu, il-Bulgarija tista' tikkostitwixxi taqsima waħda sal-31 Diċembru 2009

Ir-Repubblika Ċeka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Id-Danimarka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Ġermanja

1.

Schleswig-Holstein

2.

Hamburg

3.

Niedersachsen

4.

Bremen

5.

Nordrhein-Westfalen

6.

Hessen

7.

Rheinland-Pfalz

8.

Baden-Württemberg

9.

Bayern

10.

Saarland

11.

Berlin

12.

Brandenburg

13.

Mecklenburg-Vorpommern

14.

Sachsen

15.

Sachsen-Anhalt

16.

Thüringen

L-Estonja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Irlanda

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Greċja

1.

Μακεδονία–Θράκη

2.

Ήπειρος–Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου

3.

Θεσσαλία

4.

Στερεά Ελλάς–Νήσοι Αιγαίου–Κρήτη

Spanja

1.

Galicia

2.

Asturias

3.

Cantabria

4.

País Vasco

5.

Navarra

6.

La Rioja

7.

Aragón

8.

Cataluña

9.

Baleares

10.

Castilla-León

11.

Madrid

12.

Castilla-La Mancha

13.

Comunidad Valenciana

14.

Murcia

15.

Extremadura

16.

Andalucía

17.

Canarias

Franza

1.

Île de France

2.

Champagne-Ardenne

3.

Picardie

4.

Haute-Normandie

5.

Centre

6.

Basse-Normandie

7.

Bourgogne

8.

Nord-Pas de Calais

9.

Lorraine

10.

Alsace

11.

Franche-Comté

12.

Pays de la Loire

13.

Bretagne

14.

Poitou-Charentes

15.

Aquitaine

16.

Midi-Pyrénées

17.

Limousin

18.

Rhône-Alpes

19.

Auvergne

20.

Languedoc-Roussillon

21.

Provence-Alpes-Côte d'Azur

22.

Corse

L-Italja

1.

Piemonte

2.

Valle d'Aosta

3.

Lombardia

4.

Alto Adige

5.

Trentino

6.

Veneto

7.

Friuli — Venezia Giulia

8.

Liguria

9.

Emilia — Romagna

10.

Toscana

11.

Umbria

12.

Marche

13.

Lazio

14.

Abruzzi

15.

Molise

16.

Campania

17.

Puglia

18.

Basilicata

19.

Calabria

20.

Sicilia

21.

Sardegna

Ċipru

Jikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Latvja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Litwanja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Lussemburgu

Jikkostitwixxi taqsima waħda

L-Ungerija

1.

Közép-Magyarország

2.

Közép-Dunántúl

3.

Nyugat-Dunántúl

4.

Dél-Dunántúl

5.

Észak-Magyarország

6.

Észak-Alföld

7.

Dél-Alföld

Malta

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Awstrija

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Polonja

1.

Pomorze et Mazury

2.

Wielkopolska et Śląsk

3.

Mazowsze et Podlasie

4.

Małopolska et Pogórze

Il-Portugall

1.

Norte e Centro

2.

Ribatejo-Oeste

3.

Alentejo e Algarve

4.

Açores e Madeira

Ir-Rumanija

1.

Nord-Est

2.

Sud-Est

3.

Sud-Muntenia

4.

Sud-Vest-Oltenia

5.

Vest

6.

Nord-Vest

7.

Centru

8.

București-Ilfov

Is-Slovenja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Is-Slovakkja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Finlandja

1.

Etelä-Suomi

2.

Sisä-Suomi

3.

Pohjanmaa

4.

Pohjois-Suomi

L-Isvezja

1.

Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

2.

Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

3.

Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana

Ir-Renju Unit

1.

England — north region

2.

England — east region

3.

England — west region

4.

Wales

5.

Scotland

6.

Northern Ireland


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE

(ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1972, Anness I, Punt II.A.4 u l-Anness II, Punt II.D.1

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 59 u p. 125)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2835/72

(ĠU L 298, 31.12.1972, p. 47)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2910/73

(ĠU L 299, 27.10.1973, p. 1)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1979, Anness I, Punti II.A u II.G.

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 64 u p. 87)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81

(ĠU L 210, 30.7.1981, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3644/85

(ĠU L 348, 24.12.1985, p. 4)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1985, Anness I, Punt XIV.(i)

ĠU L 302, 15.11.1985, p. 235)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3768/85

(ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8)

punt (2) biss ta’ l-Anness

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/90

(ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23)

Anness XVI biss

Att ta' Adeżjoni tal-1994, Punt V.A.I

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 117)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/95

(ĠU L 291, 6.12.1995, p. 3)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97

(ĠU L 174, 2.7.1997, p. 7)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

punt (1) biss ta’ l-Anness II

Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness I, Punt 6.A.1

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 346)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003

(ĠU L 308, 25.11.2003, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004

(ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Il-punt 1 biss tat-Taqsima A tal-Kapitolu 5 tal-Anness

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1469/2007

(ĠU L 329, 14.12.2007, p. 5)

 


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament Nru 79/65/EEC

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(b)(i)

Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(b)(ii)

Artikolu 6(1)(c), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(c)(i)

Artikolu 6(1)(c), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(c)(ii)

Artikolu 6(1)(e),(f), u (g)

Artikolu 7(1)(e), (f) u (g)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 18(1), (2) u (3)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 18(4) u (5)

Artikolu 21, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 18(6)

Artikolu 21, it-tielet paragrafu

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 21

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/947/KE)

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (2) (il-Ftehim) skont il-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fis-7 ta’ Lulju 2009 suġġett għall–konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/741/KE (3)

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jagħmlu n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Ottubru 2005 (ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 56).

(2)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 25.

(3)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 24.


FTEHIM

Il-Kunsill

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/40


Avviż tal-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il- parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1), li l-Kunsill iddeċieda li jikkonkludi fis-27 ta' Novembru 2008 (2), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2009, bl-aħħar notifika tal-ikkompletar tal-proċeduri skont l-Artikolu 7 ta' dak il-Protokoll tasal fil-5 ta' Mejju 2009.


(1)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 53.

(2)  Ibid., p. 51.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/41


Notifika rigward id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Anness 11 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (1), li l-Kunsill iddeċieda li jikkonkludi fid-19 ta' Ottubru 2009 (2), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, bl-aħħar notifika tal-ikkompletar tal-proċeduri skont l-Artikolu 2 ta' dak il-Ftehim tasal fit-30 ta' Novembru 2009.


(1)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 23.

(2)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 22.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/42


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2009/948/ĠAI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċiżżju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1)(c) u (d) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Isvezja,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Il-Programm tal-Aja (1) dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw leġislazzjoni dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni, bil-ħsieb taż-żieda fl-effiċjenza ta’ prosekuzzjonijiet waqt li tiġi garantita l-amministrazzjoni adatta tal-ġustizzja, sabiex jitlesta l-programm komprensiv ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċizjonijiet ġudizzjarji f’materji kriminali.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jimmiraw biex jipprevjenu sitwazzjonijiet fejn l-istess persuna tkun soġġetta għal proċedimenti kriminali paralleli fi Stati Membri differenti fir-rigward tal-istess fatti, li jistgħu jwasslu għal sentenza definittiva ta’ dawk il-proċedimenti f’żewġ Stati Membri jew aktar. Għalhekk, id-Deċiżjoni Qafas tfittex li tipprevjeni ksur tal-prinċipju “ne bis in idem”, kif imniżżel fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli mal-fruntieri komuni tagħhom (2) kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(4)

Għandu jkun hemm konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli u li jiġu evitati ħela ta’ ħin u ta’ riżorsi tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Soluzzjoni effettiva bħal dik tista’ notevolment tikkonsisti fil-konċentrazzoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, pereżempju permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali. Din tista’ tikkonsisti wkoll fi kwalunkwe pass ieħor li jippermetti li jiġu trattati b’mod effiċjenti u raġonevoli dawk il-proċedimenti, inkluż fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ħin, pereżempju permezz ta’ riferiment tal-każ lill-Eurojust meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux kapaċi jilħqu kunsens. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta’ ġbir tal-evidenza li tista’ tiġi influwenzata mill-proċedimenti paralleli li jkunu għaddejjin.

(5)

Fejn awtorità kompetenti fi Stat Membru jkollha raġunijiet validi biex temmen li qed jitmexxew proċedimenti kriminali paralleli fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess fatti li jinvolvu l-istess persuna, li jistgħu jwasslu għal sentenza definittiva f’dawk il-proċedimenti f’żewġ Stati Membri jew aktar, hija għandha tagħmel kuntatt mal-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Il-kwistjoni jekk jeżistux jew le raġunijiet validi għandha tkun eżaminata biss mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt. Raġunijiet validi jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu każijiet fejn persuna suspettata jew akkużata tinvoka, waqt li tagħti d-dettalji, li hija soġġetta għal proċedimenti kriminali paralleli fir-rigward tal-istess fatti fi Stat Membru ieħor, jew fil-każ li talba rilevanti għal għajnuna legali reċiproka minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor tiżvela l-eżistenza possibbli ta’ proċedimenti kriminali paralleli bħal dawn, jew fil-każ li awtorità tal-pulizija tipprovdi informazzjoni f’dan is-sens.

(6)

Il-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ibbażat fuq l-iskambju obbligatorju ta’ sett ta’ informazzjoni minimu speċifiku, li għandu dejjem jiġi pprovdut. L-informazzjoni kkonċernata għandha notevolment tiffaċilita l-proċess ta’ żgurar tal-identifikazzjoni adatta tal-persuna kkonċernata u n-natura u l-istadju tal-proċedimenti paralleli rispettivi.

(7)

Awtorità kompetenti li ġiet ikkuntattjata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandu jkollha obbligu ġenerali li twieġeb għat-talba ppreżentata. L-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt hija mħeġġa li tistabbilixxi skadenza li fiha l-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb, jekk ikun possibbli. Is-sitwazzjoni speċifika ta’ persuna mċaħħda mil-libertà għandha tiġi kkunsidrata bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedura tal-kuntatt.

(8)

Il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun il-prinċipju prinċipali ta’ kooperazzjoni stabbilit taħt id-Deċiżjoni Qafas. L-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu liema awtoritajiet huma kompetenti biex jaġixxu skont din id-Deċiżjoni Qafas, f’konformità mal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali, bil-kondizzjoni li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza li jintervjenu u jiddeċiedu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha.

(9)

Meta jkunu qed ifittxu li jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli li jkunu qed jitmexxew f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li kull każ huwa speċifiku u jagħtu konsiderazjoni għall-fatti u l-merti kollha tiegħu. Sabiex jintlaħaq kunsens, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsidraw kriterji rilevanti, li jistgħu jinkludu dawk stabbiliti fil-Linji Gwida li kienu ppublikati fir-Rapport Annwali tal-Eurojust tal-2003 u li tfasslu għall-ħtiġijiet tal-prattikanti, u jqisu pereżempju l-post fejn seħħet il-parti ewlenija tal-kriminalità, il-post fejn iġġarrbet il-maġġoranza tat-telf, il-post fejn tinsab il-persuna suspettata jew akkużata u l-possibbiltajiet biex jiġi żgurat iċ-ċediment jew l-estradizzjoni tagħha lejn ġurisdizzjonijiet oħra, in-nazzjonalità jew residenza tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-vittmi u x-xhieda, l-ammissibbiltà tal-evidenza jew kwalunkwe dewmien li jista’ jseħħ.

(10)

L-obbligu għall-awtoritajiet kompetenti biex jidħlu f’konsultazzjonijiet diretti sabiex jilħqu kunsens fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni Qafas m’għandux jeskludi l-possibbilità li tali konsultazzjonijiet diretti jimexxew bl-assistenza tal-Eurojust.

(11)

L-ebda Stat Membru m’għandu jiġi obbligat iċedi jew jeżerċita l-ġurisdizzjoni sakemm ma jkunx jixtieq li jagħmel dan hu stess. Sakemm ma jkunx intlaħaq kunsens dwar il-konċentrazzjoni ta’ proċedimenti kriminali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu l-proċedimenti kriminali għal kwalunkwe reat kriminali li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom.

(12)

Peress li l-għan propju ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huwa li tipprevjeni proċedimenti kriminali paralleli mhux meħtieġa li jistgħu jirriżultaw fi ksur tal-prinċipju “ne bis in idem”, l-applikazzjoni tagħha m’għandhiex twassal għal konflitt ta’ eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni li altrimenti ma kienx iseħħ. Fl-ispazju komuni ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, il-prinċipju tal-prosekuzzjoni mandatorja, li tirregola l-liġi ta’ proċedura f’diversi Stati Membri, għandu jinftiehem u jiġi applikat b’mod li jitqies li jkun qed jiġi sodisfatt meta kwalunkwe Stat Membru jiżgura l-prosekuzzjoni kriminali ta’ reat kriminali partikolari.

(13)

Meta jintlaħaq kunsens dwar il-konċentrazzjoni ta’ proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor għandhom jaġixxu b’mod li jkun kompatibbli ma’ dak il-kunsens.

(14)

Peress li l-Eurojust huwa partikolarment adatt biex jipprovdi assistenza għar-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ ġurisdizzjoni, ir-riferiment ta’ każ lill-Eurojust għandu jkun pass normali, meta ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens. Għandu jiġi nnotat li skont l-Artikolu 13(7)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bl-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (3) (id-“Deċiżjoni Eurojust”), kif modifikata, l-aktar reċentement mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/26/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust (4) l-Eurojust għandu jiġi infurmat bi kwalunkwe każ fejn ikunu qamu konflitti ta’ ġurisdizzjoni jew fejn ikun probabbli li jqumu u li każ jista’ jiġi riferut lill-Eurojust fi kwalunkwe mument jekk tal-anqas awtorità kompetenti waħda involuta fil-konsultazzjonijiet diretti jidhrilha li dan ikun xieraq.

(15)

Din id-Deċizjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal proċedimenti taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment ta’ Proċedimenti f’Materji Kriminali, iffirmata fi Strasburgu fil-15 ta’ Mejju 1972, kif ukoll kwalunkwe arranġamenti oħra rigward it-trasferiment ta’ proċedimenti f’materji kriminali bejn l-Istati Membri.

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex twassal għal piż amministrattiv żejjed f’każijiet fejn għall-problemi indirizzati hemm disponibbli għażliet aktar adatti. B’hekk f’sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas.

(17)

Din id-Deċiżjoni Qafas hija limitata għall-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għalhekk ma taffettwax id-dritt ta’ individwi li jargumentaw li għandhom jiġu mħarrka f’ġurisdizzjoni tagħhom jew xi oħra, jekk dan id-dritt jeżisti fil-liġi nazzjonali.

(18)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (5) għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali skambjata taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

(19)

Meta jagħmlu dikjarazzjoni dwar ir-reġim lingwistiku, l-Istati Membri huma mħeġġa li jinkludu tal-inqas lingwa waħda li hija użata b’mod komuni fl-Unjoni Ewropea u li ma tkunx il-lingwa uffiċjali tagħhom.

(20)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Objettiv

1.   L-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huwa li tiġi promossa kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar li qed imexxu proċedimenti legali, bil-ħsieb li tittejjeb l-amministrazzjoni effiċjenti u korretta tal-ġustizzja.

2.   Tali kooperazzjoni aktar mill-qrib għandha l-għan li:

(a)

tipprevjeni sitwazzjonijiet fejn l-istess persuna tkun soġġetta għal proċedimenti kriminali paralleli fi Stati Membri differenti fir-rigward tal-istess fatti, li jistgħu jwasslu għal sentenza definittiva tal-proċedimenti f’żewġ Stati Membri jew aktar u b’hekk tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju “ne bis in idem”; u

(b)

jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn.

Artikolu 2

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 1, din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi qafas dwar:

(a)

proċedura biex jiġi stabbilit kuntatt bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-ħsieb li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ proċedimenti kriminali paralleli fir-rigward tal-istess fatti li jinvolvu l-istess persuna;

(b)

l-iskambju ta’ informazzjoni, permezz ta’ konsultazzjonijiet diretti, bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar li qed imexxu proċedimenti kriminali paralleli fir-rigward tal-istess fatti li jinvolvu l-istess persuna, f’każ li huma diġà jafu bl-eżistenza ta’ proċedimenti kriminali paralleli, bil-ħsieb li jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex tapplika għal proċedimenti koperti mit-termini tal-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (6).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

(a)

“proċedimenti paralleli” tfisser proċedimenti kriminali, inklużi kemm il-fażi ta’ qabel il-kawża kif ukoll il-fażijiet tal-kawża, li jitmexxew f’żewġ Stati Membri jew aktar li jikkonċernaw l-istess fatti li jinvolvu l-istess persuna;

(b)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra, li tkun kompetenti, skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, biex twettaq l-atti previsti fl-Artikoli 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas;

(c)

“awtorità li qed tagħmel il-kuntatt” tfisser awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, li tikkuntattja lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta’ proċedimenti paralleli;

(d)

“awtorità kkuntattjata” tfisser l-awtorità kompetenti li tiġi mitluba minn awtorità li qed tagħmel il-kuntatt biex tikkonferma l-eżistenza ta’ proċedimenti kriminali paralleli.

Artikolu 4

Determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti b’mod li jippromovi l-prinċipju ta’ kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet.

2.   F’konformità mal-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar liema awtoritajiet skont il-liġi nazzjonali tiegħu huma kompetenti biex jaġixxu skont din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, kull Stat Membru jista’ jinnomina, jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità ċentrali waħda jew aktar responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u għall-irċeviment ta’ talbiet għall-informazzjoni skont l-Artikolu 5 u/jew għall-fini tal-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċess konsultattiv. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibbiltà li jinnominaw awtorità jew awtoritajiet ċentrali għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

4.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt il-paragrafi 2 u 3 disponibbli lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni.

KAPITOLU 2

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 5

Obbligu li jsir kuntatt

1.   Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet validi biex temmen li qed jitmexxew proċedimenti kriminali paralleli fi Stat Membru ieħor, hija għandha tikkuntattja lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex tikkonferma l-eżistenza ta’ tali proċedimenti paralleli, bil-ħsieb li tibda konsultazzjonijiet diretti kif previst fl-Artikolu 10.

2.   Jekk l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt ma tkunx taf l-identità tal-awtorità kompetenti li għandha tiġi kkuntattjata, hija għandha tagħmel l-aċċertamenti kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, sabiex tikseb id-dettalji ta’ dik l-awtorità kompetenti.

3.   Il-proċedura li jsir kuntatt m’għandhiex tapplika meta l-awtoritajiet kompetenti li qed imexxu proċedimenti paralleli kienu diġà infurmati bl-eżistenza ta’ dawn il-proċedimenti b’kwalunkwe mezz ieħor.

Artikolu 6

Obbligu li tingħata tweġiba

1.   L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, mingħajr dewmien żejjed, u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F’każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f’detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b’urġenza.

2.   Jekk l-awtorità kkuntattjata ma tistax tipprovdi tweġiba fi kwalunkwe skadenza stabbilita mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar ir-raġunijiet għal dan u tindika l-iskadenza li hija għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

3.   Jekk l-awtorità li ġiet ikkuntattjata minn awtorità li qed tagħmel il-kuntatt ma tkunx l-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 4, hija għandha mingħajr dewmien żejjed tgħaddi t-talba bħala informazzjoni lill-awtorità kompetenti u għandha tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt kif meħtieġ.

Artikolu 7

Mezzi ta’ komunikazzjoni

L-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt u dik ikkuntattjata għandhom jikkomunikaw bi kwalunkwe mezz li bih jista’ jkun prodott rekord bil-miktub.

Artikolu 8

Informazzjoni minima li għandha tingħata fit-talba

1.   Meta tippreżenta talba f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt għandha tagħti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti;

(b)

deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li huma s-suġġett tal-proċedimenti kriminali kkonċernati;

(c)

id-dettalji rilevanti kollha dwar l-identità tal-persuna suspettata jew akkużata u dwar il-vittmi, jekk ikun applikabbli;

(d)

l-istadju li ntlaħaq fil-proċedimenti kriminali; u

(e)

informazzjoni dwar id-detenzjoni jew il-kustodja proviżorja tal-persuna suspettata jew akkużata, jekk ikun applikabbli.

2.   L-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt tista’ tagħti informazzjoni addizzjonali rilevanti relatata mal-proċedimenti kriminali li jkunu qed jitmexxew fl-Istat Membru tagħha, pereżempju relatata ma’ xi diffikultajiet li jkunu qed jiltaqgħu magħhom f’dak l-Istat.

Artikolu 9

Informazzjoni minima li għandha tingħata fit-tweġiba

1.   It-tweġiba mill-awtorità kkuntattjata skont l-Artikolu 6 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk qed jitmexxew jew tmexxew proċedimenti kriminali fir-rigward ta’ xi wħud jew tat-totalità tal-istess fatti bħal dawk li huma s-suġġett tal-proċedimenti kriminali msemmija fit-talba għal informazzjoni ppreżentata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, u jekk humiex involuti l-istess persuni;

fil-każ ta’ tweġiba affermattiva għal (a):

(b)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti; u

(c)

l-istadju ta’ dawn il-proċedimenti, jew, fejn tkun intlaħqet deċiżjoni finali, in-natura ta’ dik id-deċiżjoni finali.

2.   L-awtorità kkuntattjata tista’ tagħti informazzjoni addizzjonali rilevanti relatata mal-proċedimenti kriminali li jkunu qed jitmexxew jew li tmexxew fl-Istat Membru tagħha, partikolarment dwar xi fatti rilevanti li huma s-suġġett tal-proċedimenti kriminali f’dak l-Istat.

KAPITOLU 3

KONSULTAZZJONIJIET DIRETTI

Artikolu 10

Obbligu li jsiru konsultazzjonijiet diretti

1.   Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva immirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed.

2.   Sakemm ikunu qed isiru l-konsultazzjonijiet diretti, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinformaw lil xulxin dwar kwalunkwe miżuri proċedurali importanti li huma ħadu fil-proċedimenti.

3.   Matul il-konsultazzjonijiet diretti, l-awtoritajiet kompetenti involuti f’dawk il-konsultazzjonijiet għandhom kull meta jkun raġonevolment possibbli jwieġbu għal talbiet għal informazzjoni li jkunu ġejjin minn awtoritajiet kompetenti oħra li huma involuti f’dawk il-konsultazzjonijiet. Madankollu, meta awtorità kompetenti tiġi mitluba minn awtorità kompetenti oħra biex tipprovdi informazzjoni speċifika li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ sigurtà nazzjonali essenzjali jew li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-individwi, hija m’għandhiex tintalab tipprovdi dik l-informazzjoni.

Artikolu 11

Proċeduri biex jintlaħaq kunsens

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri jidħlu f’konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u l-fatturi kollha li jikkunsidraw li huma rilevanti.

Artikolu 12

Kooperazzjoni mal-Eurojust

1.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun kumplimentari u mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Eurojust.

2.   Fejn ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, il-kwistjoni għandha, fejn adatt, tiġi riferuta lill-Eurojust minn kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istati Membri involuti, jekk l-Eurojust tkun kompetenti li taġixxi taħt l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Eurojust.

Artikolu 13

Għoti ta’ informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedimenti

Jekk waqt il-konsultazzjonijiet diretti skont l-Artikolu 10 jintlaħaq kunsens dwar il-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinforma lill-awtorità (awtoritajiet) kompetenti rispettiva/i tal-Istat Membru l-ieħor jew l-Istati Membri l-oħra dwar l-eżitu tal-proċedimenti.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 14

Lingwi

1.   Kull Stat Membru għandu jiddikjara f’dikjarazzjoni li għandha tiġi depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema lingwi, fost il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jistgħu jintużaw fil-proċedura tal-kuntatt skont il-Kapitolu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqblu li jużaw kwalunkwe lingwa matul il-konsultazzjonijiet diretti tagħhom skont l-Artikolu 10.

Artikolu 15

Relazzjoni ma’ strumenti legali oħra u ma’ arranġamenti oħra

1.   Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f’konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu mill- proċedimenti paralleli, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

ikomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Qafas tidħol fis-seħħ;

(b)

jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Qafas tkun daħlet fis-seħħ.

2.   Il-ftehimiet u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda każ m’għandhom jaffettwaw ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li mhumiex partijiet għalihom.

Artikolu 16

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sal-15 ta’ Ġunju 2012.

Sal-15 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 17

Rapport

Il-Kummisjoni għandha, sal-15 ta’ Diċembru 2012, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas, flimkien, jekk meħtieġ, ma’ proposti leġislattivi.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.

(5)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(6)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/949/ĠAI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (1), (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolamenti tal-Persunal”), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra r-reviżjoni tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol mill-Bord tat-Tmexxija tal-Europol,

Billi:

(1)

Fir-reviżjoni tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali tal-Europol, il-Bord tat-Tmexxija kkunsidra t-tibdil fl-għoli tal-ħajja fl-Olanda, kif ukoll it-tibdil fis-salarji fis-servizz pubbliku fl-Istati Membri.

(2)

Il-perijodu ta’ reviżjoni mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 jiġġustifika żieda ta’ 1,2 % tar-remunerazzjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Hija kompetenza tal-Kunsill, li jaġixxi unanimament, li jaġġusta s-salarji bażiċi u l-benefiċċji tal-uffiċjali tal-Europol, abbażi tar-reviżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti tal-Persunal huma b’dan emendati kif ġej:

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008:

(a)

fl-Artikolu 45, it-tabella tas-salarji bażiċi fix-xahar għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

1

15 578,99

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

13 989,27

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

9 601,74

9 849,73

10 097,73

10 364,80

10 631,87

10 911,63

11 190,13

11 483,94

11 779,62

12 091,21

12 399,59

4

8 361,77

8 584,33

8 803,72

9 035,81

9 267,91

9 512,71

9 754,34

10 011,89

10 269,40

10 539,67

10 809,91

5

6 889,73

7 070,95

7 248,99

7 439,76

7 630,53

7 834,00

8 034,30

8 247,32

8 457,16

8 679,71

8 902,28

6

5 904,14

6 059,89

6 215,70

6 381,03

6 543,17

6 714,86

6 886,55

7 067,78

7 248,99

7 439,76

7 630,53

7

4 921,68

5 052,05

5 179,21

5 315,93

5 452,63

5 595,72

5 738,78

5 891,40

6 040,83

6 199,81

6 358,77

8

4 184,07

4 295,35

4 403,43

4 521,09

4 635,53

4 756,36

4 877,17

5 007,54

5 134,71

5 271,42

5 404,94

9

3 688,09

3 786,64

3 885,22

3 986,93

4 088,69

4 196,78

4 304,89

4 419,34

4 530,66

4 651,45

4 769,08

10

3 198,47

3 284,32

3 366,96

3 455,97

3 541,84

3 637,22

3 732,59

3 831,15

3 926,53

4 031,46

4 133,20

11

3 099,91

3 182,58

3 262,04

3 347,90

3 433,73

3 525,93

3 614,97

3 710,35

3 805,73

3 907,48

4 006,00

12

2 460,87

2 527,59

2 591,18

2 657,97

2 724,74

2 797,85

2 870,98

2 947,29

3 020,41

3 099,91

3 179,39

13

2 114,28

2 171,52

2 225,57

2 285,99

2 343,22

2 406,79

2 467,21

2 533,97

2 597,58

2 667,51

2 734,26

(b)

fl-Artikolu 59(3), l-ammont “EUR 1 036,76” għandu jiġi sostitwit minn “EUR 1 049,20”;

(ċ)

fl-Artikolu 59(3), l-ammont “EUR 2 073,51” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 098,39”;

(d)

fl-Artikolu 60(1), l-ammont “EUR 276,48” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 279,80”;

(e)

fl-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 289,03” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 292,50”;

(f)

fl-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 12 566,73” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 12 717,53”;

(g)

fl-Artikolu 3(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 827,52” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 861,45”;

(h)

fl-Artikolu 3(2) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 16 965,09” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 17 168,67”;

(i)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 1 256,68” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 1 271,76”;

(j)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 942,53” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 953,84”;

(k)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 628,33” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 635,87”;

(l)

fl-Artikolu 4(1) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 502,66” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 508,69”;

(m)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 1 773,42” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 1 794,70”;

(n)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 364,57” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 392,94”;

(o)

fl-Artikolu 5(3) tal-Appendiċi 5, l-ammont “EUR 2 955,70” għandu jiġi sostitwit minn: “EUR 2 991,17”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fit-30 ta’ Novembru 2009,

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23.

(2)  Opinjoni mogħtija fit-22 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1218/2009

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,4

MA

65,2

TN

90,9

TR

69,2

ZZ

68,9

0707 00 05

EG

155,5

MA

62,1

TR

85,2

ZZ

100,9

0709 90 70

MA

50,3

TR

128,4

ZZ

89,4

0805 10 20

MA

44,7

TR

67,4

ZA

62,7

ZZ

58,3

0805 20 10

MA

82,4

TR

85,9

ZZ

84,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

37,8

IL

62,9

TR

74,8

ZZ

58,5

0805 50 10

TR

75,8

ZZ

75,8

0808 10 80

CA

76,2

CN

83,6

MK

24,5

US

86,7

ZZ

67,8

0808 20 50

CN

90,3

TR

92,0

US

182,1

ZZ

121,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1219/2009

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2010 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148(a), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (2), jipprovdi għal kwota tariffarja annwali preferenzjali ta’ 1 500 tunnellata ta’ prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina u 9 175 tunnellata ta’ prodotti “baby beef” li joriġinaw fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo (3).

(2)

Il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (4), il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (5) u l-Ftehim Provviżorju mal-Montenegro, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (6), u l-ftehim provviżorju mal-Bożnija u l-Ħerżegovina, approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju [provviżorju] dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (7), jistabbilixxu kwoti tariffarji annwali preferanzjali ta’ 9 400 tunnellata, 1 650 tunnellata, 800 tunnellata u 1 500 tunnellata rispettivament għall-“baby beef”.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta’ Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (8) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta’ Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (9) jipprovdu li għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ konċessjonijiet tal-“baby beef”.

(4)

Għall-finijiet ta’ kontroll, ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 jissoġġetta l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti għall-“baby beef” għall-Bożnja u Ħerżegovina u għat-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti jkunu joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness II għal dak ir-Regolament. Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni, l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti ta’ “baby beef” li joriġinaw fil-Kroazja, fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fil-Montenegro għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jkunu jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness III għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja jew mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżizzjonali mal-Montenegro, rispettivament. Għandu wkoll jiġi stabbilit mudell għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(5)

Il-kwoti konċernati għandhom jiġu ġestiti permezz tal-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (11) għandhom ikunu applikabbli, soġġetti għal dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (12), jistipula b’mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti, il-ħruġ tal-liċenzji u n-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali jew id-derogi stipulati f’dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni sewwa tal-importazzjoni tal-prodotti konċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu soġġetti għal verifika, partikolarment il-kitbiet fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji li ġejjin b’dan huma miftuħa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010:

(a)

9 400 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Kraozja;

(b)

1 500 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina;

(c)

1 650 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(d)

9 175 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo;

(e)

800 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Montenegro.

Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tas-serje 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198 u 09.4199 rispettivament.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni ta’ dawk il-kwoti, 100 kilogramma ta’ piż ħaj għandhom ikunu ekwivalenti għal 50 kilogramma tal-piż ta’ karkassa.

2.   Id-dazju doganali applikabbli skont il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

3.   L-importazzjoni permezz tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għal ċerti annimali ħajjin u ċertu laħam li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM li ġejjin, imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, fl-Anness III għall-Ftehimiet ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Montenegro u fl-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Bożnja u l-Ħerżegovina:

ex 0102 90 51, ex 0102 90 59, ex 0102 90 71 u ex 0102 90 79,

ex 0201 10 00 u ex 0201 20 20,

ex 0201 20 30,

ex 0201 20 50.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolamenti (KE) Nru 376/2008 u 382/2008, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   It-Taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż jew it-territorju doganali tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun immarkata b’salib. Il-liċenzji għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż jew mit-territorju doganali indikat.

It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness I.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità, imħejji f’konformità mal-Artikolu 4, flimkien ma’ kopja tiegħu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni li tirrigwardja ċ-ċertifikat tal-awtentiċità.

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ aktar minn liċenzja waħda tal-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fiċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tapprova ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità allokata;

(b)

tiżgura li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fir-rigward ta’ dak iċ-ċertifikat jinħarġu fl-istess jum.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu ssodisfati li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat tal-awtentiċità tkun tikkorrispondi ma’ dik li taslu ta’ kull ġimgħa mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet konċernati. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tal-awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż jew tat-territorju doganali tal-esportazzjoni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, l-Anness III għall-Ftehimiet ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Montenegro jew fl-Anness II għall-Ftehim Interim mal-Bożnja u l-Ħerżegovina:.

2.   Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jinħarġu f’oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom ikunu stampati u mimlija b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, f’konformità mal-mudell rilevanti fl-Annessi III sa VIII għall-pajjiżi tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali konċernat. Jistgħu wkoll jiġu stampati u mimlija bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jesiġu li tkun ipprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.

3.   L-oriġinal u l-kopji taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jinkitbu b’linka sewda u b’ittri kbar.

Il-forom taċ-ċertifikati għandu jkollhom qisien ta’ 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża ma għandhiex tiżen anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

4.   Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru tas-serje individwali tiegħu, segwit bl-isem tal-pajjiż jew tat-territorju doganali tal-ħruġ.

Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.

5.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss jekk ikunu approvati minn awtorità tal-ħruġ elenkata fl-Anness II.

6.   Iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala approvati jekk ikun hemm fuqhom id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmawhom.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet tal-ħruġ elenkati fl-Anness II għandhom:

(a)

ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż tal-esportazzjoni jew mit-territorju doganali konċernat;

(b)

jintrabtu li jivverifikaw il-partikolaritajiet li jidhru fuq iċ-ċertifikati;

(c)

jintrabtu li jgħaddu lill-Kummissjoni tal-anqas darba kull ġimgħa kwalunkwe informazzjoni li permezz tagħha l-kitbiet fuq iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jkunu vverifikati, partikolarment f’dak li jirigwardja n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, id-destinatarju, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott (annimali ħajjin/laħam), il-piż nett u d-data tal-firma.

2.   Il-lista fl-Anness II għandha tkun irriveduta mill-Kummissjoni meta ma jibqax jintlaħaq ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1(a), meta awtorità tal-ħruġ tonqos milli tissodisfa wieħed jew aktar mill-obbligi imposti fuqha jew meta tinħatar awtorità ġdida tal-ħruġ.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Il-pajjiż tal-esportazzjoni jew it-territorju doganali konċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri wżati mill-awtoritajiet tal-ħruġ tiegħu u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Artikolu 8

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2011, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b’liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru kif indikat fl-Annessi IX, X u XI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji ta’ prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(3)  Il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tan-Nazzjonijiet Uniti

(4)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(8)  ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

(9)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.

(10)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(11)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(12)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS I

L-annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)

:

bil-Bulgaru

:

‘Baby beef’ (Регламент (ЕC) № 1219/2009)

:

bl-Ispanjol

:

‘Baby beef’ [Reglamento (UE) no 1219/2009]

:

biċ-Ċek

:

‘Baby beef’ (Nařízení (EU) č. 1219/2009)

:

bid-Daniż

:

‘Baby beef’ (Forordning (EU) nr. 1219/2009)

:

bil-Ġermaniż

:

‘Baby beef’ (Verordnung (EU) Nr. 1219/2009)

:

bl-Estonjan

:

‘Baby beef’ (Määrus (EL) nr 1219/2009)

:

bil-Grieg

:

‘Baby beef’ [Κανονισμός (ΕE) αριθ. 1219/2009]

:

bl-Ingliż

:

‘Baby beef’ (Regulation (EU) No 1219/2009)

:

bil-Franċiż

:

‘Baby beef’ [Règlement (UE) no 1219/2009]

:

bit-Taljan

:

‘Baby beef’ [Regolamento (UE) n. 1219/2009]

:

bil-Latvjan

:

‘Baby beef’ (Regula (ES) Nr. 1219/2009)

:

bil-Litwan

:

‘Baby beef’ (Reglamentas (ES) Nr. 1219/2009)

:

bl-Ungeriż

:

‘Baby beef’ (1219/2009/EU rendelet)

:

bil-Malti

:

‘Baby beef’ (Regolament (UE) Nru 1219/2009)

:

bl-Olandiż

:

‘Baby beef’ (Verordening (EU) nr. 1219/2009)

:

bil-Pollakk

:

‘Baby beef’ (Rozporządzenie (UE) nr 1219/2009)

:

bil-Portugiż

:

‘Baby beef’ [Regulamento (UE) n.o 1219/2009]

:

bir-Rumen

:

‘Baby beef’ [Regulamentul (UE) nr. 1219/2009]

:

bis-Slovakk

:

‘Baby beef’ [Nariadenie (EÚ) č. 1219/2009]

:

bis-Sloven

:

‘Baby beef’ (Uredba (EU) št. 1219/2009)

:

bil-Finlandiż

:

‘Baby beef’ (Asetus (EU) N:o 1219/2009)

:

bl-Isvediż

:

‘Baby beef’ (Förordning (EU) nr 1219/2009)


ANNESS II

Awtorità tal-ħruġ:

Ir-Repubblika tal-Kroazja: Croatian Agricultural Agency, Poljana Križevačka 185, 48260 Križevci, Croatia.

Il-Bożnja u Ħerżegovina:

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Univerzitet Sv. Kiril I Metodij, Institut za hrana, Fakultet za veterinarna medicina, “Lazar Pop-Trajkov 5-7”, 1000 Skopje

Il-Montenegro Veterinary Directorate, Bulevar Svetog Petra Cetinjskog br.9, 81000 Podgorica, Montenegro

It-territorju doganali tas-Serbja (1): “YU Institute for Meat Hygiene and Technology, Kacanskog 13, Belgrade, Yugoslavia.”

It-territorju doganali tal-Kosovo:


(1)  Ma jinkludix Il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (maħruġa) – Regolament (KE) Nru 1219/2009

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1219/2009

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni

Minn: … sa …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS X

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (kwantitajiet mhux utilizzati) – Regolament (KE) Nru 1219/2009

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1219/2009

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji tal-importazzjoni ma jkunux ġew utilizzati

Minn: … sa: …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità mhux utilizzata

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS XI

Notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni (kwantitajiet li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa) – Regolament (KE) Nru 1219/2009

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1219/2009

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni).


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1220/2009

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li jemenda għall-117-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestru ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta' Diċembru 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Fl-1 ta’ Settembru, fit-23 ta’ Settembru 2009 u fis-17 ta’ Novembru il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti iddeċieda li jemenda d-dejta ta’ identifikazzjoni rigward diversi persuni fiżiċi fuq dik il-lista.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi aġġornat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni,

f'isem il-President,

João Vale DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Zia, Mohammad (magħruf ukoll bħala Zia, Ahmad); c/o Ahmed Shah s/o Painda Mohammad al-Karim Set, Peshawar, il-Pakistan; c/o Alam General Floor Shop 17, Awami Market, Peshawar, il-Pakistan; c/o Zahir Shah s/o Murad Khan Ander Sher, Peshawar, Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra

(2)

L-annotazzjoni “Faycal Boughanemi (alias Faical Boughanmi). Indirizz: viale Cambonino, 5/B — Cremona, l-Italja. Data tat-twelid: 28.10.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżin. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BGHFCL66R28Z352G, (b) ikkundannat għal 8 snin ħabs fl-Italja fil-15.7.2006. Attwalment detenut fl-Italja” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Faycal Boughanemi (alias (a) Faical Boughanmi, (b) Faysal al-Bughanimi). Indirizz: Viale Cambonino, 5/B, Cremona, l-Italja. Data tat-twelid: 28.10.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżin. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BGHFCL66R28Z352G, (b) Detenut fl-Italja minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 29.7.2005.”

(3)

L-annotazzjoni “Jamal Housni (alias (a) Djamel il marocchino, (b) Jamal Al Maghrebi, (c) Hicham). Data tat-twelid: 22.2.1983. Post tat-twelid: il-Marokk. Indirizz: (a) Via Uccelli di Nemi 33, Milan, l-Italja, (b) via F. De Lemene 50, Milan, l-Italja. Tagħrif ieħor: Hu soġġett għat-Tribunal ta’ Milan Ordni ta’ Kustodja numru 5236/1511 R.G.N.R. tal-25 ta’ Novembru 2003 1511/02 R.G.GIP. Ikkundannat.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Jamal Housni (alias (a) Djamel il marocchino, (b) Jamal Al Maghrebi, (c) Hicham). Data tat-twelid: 22.2.1983. Post tat-twelid: il-Marokk. Indirizz: (a) Via Uccelli di Nemi 33, Milan, l-Italja, (b) via F. De Lemene 50, Milan, l-Italja. Tagħrif ieħor: F’kustodja minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 2.8.2006.”

(4)

L-annotazzjoni “Fethi Ben Al-Rabei Ben Absha Mnasri (alias (a) Fethi Alic, (b) Amor, (c) Omar Abu). Indirizz: (a) Via Toscana 46, Bologna, l-Italja, (b) Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 6.3.1969. Post tat-twelid: Baja, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżin. Numru tal-passaport: L497470 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-3.6.1997, skada fit-2.6.2002). Tagħrif ieħor: f’Jannar 2003 kkundannat fl-Italja għal tmien xhur priġunerija.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b’li ġej:

“Fethi Ben Al-Rabei Ben Absha Mnasri (alias (a) Fethi Alic, (b) Amor, (c) Omar Abu). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 6.3.1969. Post tat-twelid: Baja, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżin. Numru tal-passaport: L497470 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-3.6.1997, skada fid-2.6.2002). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 25.6.2003.”

(5)

L-annotazzjoni “Fahid Mohammed Ally Msalam (alias (a) Fahid Mohammed Ally, (b), Fahad Ally Msalam, (c), Fahid Mohammed Ali Msalam, (d), Mohammed Ally Msalam, (e), Fahid Mohammed Ali Musalaam, (f), Fahid Muhamad Ali Salem, (g) Fahid Mohammed Aly, (h) Ahmed Fahad, (i) Ali Fahid Mohammed, (j) Fahad Mohammad Ally, (k) Fahad Mohammed Ally, (l) Fahid Mohamed Ally, (m) Msalam Fahad Mohammed Ally, (n) Msalam Fahid Mohammad Ally, (o) Msalam Fahid Mohammed Ali, (p) Msalm Fahid Mohammed Ally, (q) Usama Al-Kini, (r) Mohammed Ally Mohammed, (s) Ally Fahid M). Indirizz: Mombaża, il-Kenja. Data tat-twelid: 19.2.1976. Post tat-twelid: Mombaża, il-Kenja. Ċittadinanza: Kenjan. Numru tal-passaport: (a) A260592 (passaport tal-Kenja), (b) A056086 (passaport tal-Kenja), (c) A435712 (passaport tal-Kenja), (d) A324812 (passaport tal-Kenja), (e) 356095 (passaport tal-Kenja). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 12771069 (karta tal-identità tal-Kenja). Tagħrif ieħor: Rappurtat mejjet fil-Pakistan f'Jannar tal-2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 17.10.2001” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Fahid Mohammed Ally Msalam (alias (a) Fahid Mohammed Ally, (b), Fahad Ally Msalam, (c), Fahid Mohammed Ali Msalam, (d), Mohammed Ally Msalam, (e), Fahid Mohammed Ali Musalaam, (f), Fahid Muhamad Ali Salem, (g) Fahid Mohammed Aly, (h) Ahmed Fahad, (i) Ali Fahid Mohammed, (j) Fahad Mohammad Ally, (k) Fahad Mohammed Ally, (l) Fahid Mohamed Ally, (m) Msalam Fahad Mohammed Ally, (n) Msalam Fahid Mohammad Ally, (o) Msalam Fahid Mohammed Ali, (p) Msalm Fahid Mohammed Ally, (q) Usama Al-Kini, (r) Mohammed Ally Mohammed, (s) Ally Fahid M). Indirizz: Mombaża, il-Kenja. Data tat-twelid: 19.2.1976. Post tat-twelid: Mombaża, il-Kenja. Ċittadinanza: Kenjan. Numru tal-passaport: (a) A260592 (passaport tal-Kenja), (b) A056086 (passaport tal-Kenja), (c) A435712 (passaport tal-Kenja), (d) A324812 (passaport tal-Kenja), (e) 356095 (passaport tal-Kenja). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 12771069 (karta tal-identità tal-Kenja). Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fl-1.1.2009.Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 17.10.2001.”

(6)

L-annotazzjoni “Nessim Ben Romdhane Sahraoui (alias Dass). Data tat-twelid: 3.8.1973. Post tat-twelid: Biżerta, t-Tuniżja. Tagħrif ieħor: Hu soġġett għat-Tribunal ta’ Milan Ordni ta’ Kustodja numru 36601/2001 R.G.N.R. tas-17 ta’ Mejju 2005 — 7464/2001 R.G.GIP. Tkeċċa mill-Italja fl-2002. Maħrub” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Nessim Ben Romdhane Sahraoui (alias (a) Dass, (b) Nasim al-Sahrawi). Data tat-twelid: 3.8.1973. Post tat-twelid: Biżerta, t-Tuniżja. Tagħrif ieħor: Tkeċċa mill-Italja fl-2002. Il-ħabs fit-Tuniżija sa minn Ġunju 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 2.8.2006.”

(7)

L-annotazzjoni “Sheikh Ahmed Salim Swedan (alias (a) Ahmed Ally, (b) Sheikh Ahmad Salem Suweidan, (c) Sheikh Swedan, (d) Sheikh Ahmed Salem Swedan, (e) Ally Ahmad, (f) Muhamed Sultan, (g) Sheik Ahmed Salim Sweden, (h) Sleyum Salum, (i) Sheikh Ahmed Salam, (j) Ahmed The Tall, (k) Bahamad, (l) Sheik Bahamad, (m) Sheikh Bahamadi, (n) Sheikh Bahamad). Titlu: Sheikh. Data tat-twelid: (a) 9.4.1969, (b) 9.4.1960, (c) 4.9.1969. Post tat-twelid: Mombaża, il-Kenja. Ċittadinanza: Kenjan. Numru tal-passaport: A163012 (passaport Kenjan). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 8534714 (karta tal-identità Kenjana maħruġa fl-14.11.1996). Tagħrif ieħor: Rappurtat mejjet fil-Pakistan f'Jannar tal-2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 17.10.2001” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Sheikh Ahmed Salim Swedan (alias (a) Ahmed Ally, (b) Sheikh Ahmad Salem Suweidan, (c) Sheikh Swedan, (d) Sheikh Ahmed Salem Swedan, (e) Ally Ahmad, (f) Muhamed Sultan, (g) Sheik Ahmed Salim Sweden, (h) Sleyum Salum, (i) Sheikh Ahmed Salam, (j) Ahmed The Tall, (k) Bahamad, (l) Sheik Bahamad, (m) Sheikh Bahamadi, (n) Sheikh Bahamad). Titlu: Sheikh. Data tat-twelid: (a) 9.4.1969, (b) 9.4.1960, (c) 4.9.1969. Post tat-twelid: Mombaża, il-Kenja. Ċittadinanza: Kenjan. Numru tal-passaport: A163012 (passaport Kenjan). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 8534714 (karta tal-identità Kenjana maħruġa fl-14.11.1996). Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fl-1.1.2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.10.2001.”


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

meħuda bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

(2009/950/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' diċembru 2009, Catherine ASHTON inħatret Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2009 sat-tmiem tal-mandat kurrenti tal-Kummissjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17(8), it-tielet subparagrafu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala kulleġġ, ser jiġu sottomessi għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.

(3)

Jeħtieġ li li jinħatar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni attwali sal-31 ta' Ottubru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Catherine ASHTON hija b'dan maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni attwali sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lil Catherine ASHTON mill-President tal-Kunsill Ewropew.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9870)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/951/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ verifiki uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista msawra skont dak ir-Regolament. Ir-Regolament jispeċifika wkoll kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi, gastropodi tal-ibħra u ta’ prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u tal-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar verifiki uffiċjali mwettqa biex jaċċertaw li tkun ġiet ivverifikata l-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, saħħet l-annimali u regoli dwar il-benessri tal-annimali (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li dawk il-prodotti esportati lejn l-Unjoni Ewropea jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi. Għaldaqstant, l-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra fi kwalunkwe forma u intiżi għall-konsum mill-bniedem huma permessi, filwaqt li l-Anness II tagħha jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd intiżi għall-konsum mill-bniedem huma permessi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula arranġamenti tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009. Dawn il-miżuri jinkludu deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 fejn jingħad li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ molluski bivalvi u ta’ prodotti tas-sajd mill-pajjiżi elenkati, rispettivament, fl-Annessi I u II tar-Regolament kemm-il darba, fost l-oħrajn, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż jew territorju terz tkun ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-garanziji li l-prodotti inkwistjoni jkunu nkisbu skont kundizzjonijiet tal-anqas ekwivalenti għal dawk li jirregolaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-Unjoni.

(5)

Il-Kanada fil-preżent hija inkluża fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005. Il-verifiki min-naħa tal-Unjoni fil-Kanada biex jevalwaw is-sistema ta’ verifika attwali li tirregola l-produzzjoni ta’ molluski bivalvi intiża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, li l-aħħar waħda saret fl-2009, flimkien mar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex titħares is-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (5) tas-17 ta’ Diċembru 1998, li jikkonċerna l-ekwivalenza reċiproka bejn l-istandards Kanadiżi u dawk tal-Unjoni għall-molluski bivalvi ħajjin, jindikaw li l-kundizzjonijiet applikabbli fil-Kanada għall-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra ddestinati għall-Unjoni Ewropea huma ekwivalenti għal dawk pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

(6)

Il-Groenlandja fil-preżent hija inkluża fil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005. Il-verifiki min-naħa tal-Unjoni fil-Groenlandja biex jevalwaw is-sistema ta’ verifika attwali li tirregola l-produzzjoni ta’ molluski bivalvi intiża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, li l-aħħar waħda saret fl-2009, flimkien ma’ garanziji pprovduti mill-awtorità kompetenti fil-Groenlandja, jindikaw li l-kundizzjonijiet applikabbli f’dak il-pajjiż terz għall-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra ddestinati għall-Unjoni Ewropea huma ekwivalenti għal dawk pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. Għaldaqstant, il-Groenlandja għandha tiġi inkluża fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(7)

Il-verifiki min-naħa tal-Unjoni fl-Istati Uniti biex jevalwaw is-sistema ta’ verifika attwali li tirregola l-produzzjoni ta’ molluski bivalvi intiża għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, li l-aħħar waħda minnhom saret fl-2009, indikaw differenzi bejn l-istandards Amerikani u dawk tal-Unjoni għall-molluski bivalvi ħajjin imma ma identifikawx riskji serji għas-saħħa tal-bniedem ħlief għaż-żona tal-kultivazzjoni fil-Golf tal-Messiku. L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea qablu li jeżaminaw l-ekwivalenza reċiproka bejn l-istandards tal-Istati Uniti u dawk tal-Unjoni għall-molluski bivalvi ħajjin. Għaldaqstant huwa f’loku li jiġu awtorizzati, fuq bażi temporanja, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra mill-Istati Uniti, esklużi l-molluski bivalvi kkultivati fil-Golf tal-Messiku. Din l-awtorizzazzjoni temporanja għandha tiġi riveduta sitt xhur wara d-dħul tagħha fis-seħħ b’mod li jitiqesu r-riżultati tal-eżami tal-ekwivalenza bejn l-istandards tal-Istati Uniti u dawk tal-Unjoni għall-molluski bivalvi ħajjin.

(8)

L-Angola, l-Ażerbajġan, il-Benin, il-Kongo, l-Eritrea, l-Iżrael, il-Mjanmar, il-Gżejjer Solomon, Sant’Elena u t-Togo fil-preżent huma inklużi fil-lista tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005. Il-verifiki min-naħa tal-Unjoni biex jevalwaw is-sistema ta’ verifika attwali li tirregola l-produzzjoni ta’ prodotti tas-sajd intiżi għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, li l-aħħar waħda fl-Angola saret fl-2007, fl-Ażerbajġan fl-2007, fil-Benin fl-2009, fil-Kongo fl-2009, fl-Eritrea fl-2008, fl-Iżrael fl-2009, fil-Mjanmar fl-2009, fil-Gżejjer Solomon fl-2007, f’Sant’Elena fl-2003, u fit-Togo fl-2009, flimkien ma’ garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola, l-Ażerbajġan (għall-kavjar biss), il-Benin, il-Kongo (għall-prodotti tas-sajd maqbuda, imnaddfa (fejn hu l-każ), iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar biss), l-Eritrea, l-Iżrael, il-Mjanmar (għall-prodotti tas-sajd maqbuda fil-beraħ biss), il-Gżejjer Solomon, Sant’Elena u t-Togo (għall-awwisti ħajjin biss), jindikaw li l-kundizzjonijiet applikabbli f’dawk il-pajjiżi terzi għall-prodotti tas-sajd iddestinati lejn l-Unjoni Ewropea huma ekwivalenti għal dawk ipprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. Għaldaqstant, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(9)

Barra minn hekk, sabiex jitqiesu d-differenzi fil-garanziji pprovduti minn dawn il-pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu previsti ċerti restrizzjonijiet fil-listi fl-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(10)

Sant’Elena, Tristan da Cunha u Ascension jikkostitwixxu Territorju Barrani uniku. Madankollu, minħabba li dawn il-gżejjer huma ‘l bogħod minn xulxin u, fil-prattika, huma ggvernati b’mod separat, dawn għażlu li jwaqqfu awtoritajiet kompetenti separati li jkunu responsabbli mis-sikurezza tal-prodotti tas-sajd. Għaldaqstant, l-inklużjoni ta’ Sant’Elena bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd ma għandhiex tkopri l-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u Ascension.

(11)

Għall-fini ta’ kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu emendati t-titli tal-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE. It-titlu tal-Anness I għandu jagħmilha ċara li l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd, kemm jekk ħajjin, iffriżati jew ipproċessati, huma awtorizzati biss mill-pajjiżi terzi inklużi f’dan l-Anness. It-titlu tal-Anness II għandu jagħmilha ċara li dan l-Anness ikopri l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd kif iddefinit fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6), ħlief għal dawk koperti mill-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. Din id-distinzjoni hija neċessarja minħabba li r-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli għal dawn iż-żewġ gruppi ta’ prodotti huma differenti.

(12)

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu tal-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra ħajjin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem huma permessi  (*)

(*)  Inklużi dawk koperti mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd fil-punt 3.1, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).”"

(b)

l-entrata għall-Kanada li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Awstralja:

“CA

IL-KANADA”

 

(c)

l-entrata għall-Groenlandja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għaċ-Ċile:

“GL

IL-GROENLANDJA”

 

(d)

l-entrata għall-Istati Uniti li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għat-Turkija:

“US

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

Sal-1 ta’ Lulju 2010 biss

u

esklużi l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi kkultivati fl-Istati ta’ Florida, Texas, Mississippi, Alabama u Louisiana.”

(2)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(4)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(5)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. L-Anness I, “3.1. ‘Prodotti tas-sajd’ tirreferi għall-annimali kollha tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu (ħlief għall-molluski bivalvi ħajjin, ekinodemi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi tal-ibħra ħajjin, u l-mammali, ir-rettili u ż-żrinġijiet kollha) sew jekk slavaġ u sew jekk tat-trobbija u li jinkludu l-forom, il-partijiet u l-prodotti edibbli kollha ta’ dawn l-annimali.”


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta’ pajjiżi terzi u territorji terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem, ħlief għal dawk koperti mill-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni

(Pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004)

Kodiċi ISO

Pajjiżi

Restrizzjonijiet

AE

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

 

AG

ANTIGWA U BARBUDA

L-awwisti ħajjin biss

AL

L-ALBANIJA

 

AM

L-ARMENJA

Dawk il-gambli biss li huma ħajjin u mhux imrobbija, il-gambli pproċessati bis-sħana u mhux imrobbija u gambli ffriżati mhux imrobbija.

AN

L-ANTILLI OLANDIŻI

 

AO

L-ANGOLA

 

AR

L-ARĠENTINA

 

AU

L-AWSTRALJA

 

AZ

L-AŻERBAJĠAN

Il-kavjar biss

BA

IL-BOŻNJA u ĦERZEGOVINA

 

BD

IL-BANGLADEXX

 

BJ

IL-BENIN

 

BR

IL-BRAŻIL

 

BS

IL-BAĦAMAS

 

BY

IL-BELARUS

 

BZ

IL-BELIŻ

 

CA

IL-KANADA

 

CG

IL-KONGO

Il-prodotti tas-sajd maqbuda, imnaddfa (fejn hu l-każ), iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar biss

CH

L-IŻVIZZERA

 

CI

IL-KOSTA TAL-AVORJU

 

CL

IĊ-ĊILE

 

CN

IĊ-ĊINA

 

CO

IL-KOLUMBJA

 

CR

KOSTA RIKA

 

CU

KUBA

 

CV

IL-KAP VERDE

 

DZ

L-ALĠERIJA

 

EC

L-EKWADOR

 

EG

L-EĠITTU

 

ER

L-ERITREA

 

FK

IL-GŻEJJER FALKLAND

 

GA

IL-GABON

 

GD

GRENADA

 

GH

IL-GANA

 

GL

IL-GROENLANDJA

 

GM

IL-GAMBJA

 

GN

IL-GINEA

Dak il-ħut biss li ma jkun għadda minn l-ebda tħejjija jew ipproċessar, għajr għat-tneħħija tar-ras, it-tindif, it-tkessiħ u l-iffriżar. Il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41), ma għandhiex tiġi applikata.

GT

IL-GWATEMALA

 

GY

IL-GUJANA

 

HK

ĦONG KONG

 

HN

IL-ĦONDURAS

 

HR

IL-KROAZJA

 

ID

L-INDONEŻJA

 

IL

L-IŻRAEL

 

IN

L-INDJA

 

IR

L-IRAN

 

JM

IL-ĠAMAJKA

 

JP

IL-ĠAPPUN

 

KE

IL-KENJA

 

KR

IL-KOREA T’ISFEL

 

KZ

IL-KAŻAKISTAN

 

LK

IS-SRI LANKA

 

MA

IL-MAROKK

 

ME

IL-MONTENEGRO

 

MG

IL-MADAGASKAR

 

MM

IL-MJANMAR

Il-prodotti tas-sajd maqbuda fil-beraħ u ffriżati biss (il-ħut, gambli u gambli kbar tal-ilma ħelu jew tal-ilma baħar)

MR

IL-MAWRITANJA

 

MU

IL-MAWRIZJU

 

MV

IL-MALDIVI

 

MX

IL-MESSIKU

 

MY

IL-MALAŻJA

 

MZ

IL-MOŻAMBIK

 

NA

IN-NAMIBJA

 

NC

IL-KALEDONJA ĠDIDA

 

NG

IN-NIĠERJA

 

NI

IN-NIKARAGWA

 

NZ

NEW ZEALAND

 

OM

L-OMAN

 

PA

IL-PANAMA

 

PE

IL-PERÙ

 

PF

IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA

 

PG

IL-PAPUA NEW GUINEA

 

PH

IL-FILIPPINI

 

PM

SAINT PIERRE U MIQUELON

 

PK

IL-PAKISTAN

 

RS

IS-SERBJA

Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999

Il-ħut frisk sħiħ biss minn qabdiet fil-beraħ mill-ilma baħar

RU

IR-RUSSJA

 

SA

L-ARABJA SAWDIJA

 

SB

IL-GŻEJJER SOLOMON

 

SC

IS-SEYCHELLES

 

SG

SINGAPOR

 

SH

SANT’ELENA

Ma tinkludix il-gżejjer ta’ Tristan da Cunha u Ascension

 

SN

IS-SENEGAL

 

SR

IS-SURINAM

 

SV

EL SALVADOR

 

TG

IT-TOGO

L-awwisti ħajjin biss

TH

IT-TAJLANDJA

 

TN

IT-TUNEŻIJA

 

TR

IT-TURKIJA

 

TW

IT-TAJWAN

 

TZ

IT-TANŻANIJA

 

UA

L-UKRAINA

 

UG

L-UGANDA

 

US

L-ISTATI UNITI

 

UY

L-URUGWAJ

 

VE

IL-VENEŻWELA

 

VN

IL-VJETNAM

 

YE

IL-JEMEN

 

YT

MAJOTT

 

ZA

L-AFRIKA T’ISFEL

 

ZW

IŻ-ŻIMBABWE”

 


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9909)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/952/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom kif stipulat fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jistabbilixxi li l-ebda kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam għandhom jintbagħtu lil Stati Membri oħrajn mill-Istati Membri kkonċernati minn dawk iż-żoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda f’ċerti żoni tal-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija u s-Slovakkja, hu xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Sabiex jiġi evitat it-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer mir-Rumanija għal Stati Membri oħra, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/779KE tal-14 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri tranżitorji għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija (4). Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(5)

Ir-Rumanija pprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni, li juri li s-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru marret għall-aħjar b’mod sinifikanti. Madankollu, fid-dawl tad-dejta disponibbli, miżuri addizzjonali għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali għandhom ikomplu japplikaw fir-Rumanija fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għaldaqstant hu xieraq li r-Rumanija tiġi inkluża fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE. L-inklużjoni tar-Rumanija fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi riveduta fid-dawl tar-riżultati ta’ spezzjoni tal-Unjoni li għandha titwettaq fir-Rumanija fl-ewwel semestru tal-2010.

(6)

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam frisk jew li fihom dan il-laħam li jidħlu f’żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE minn żoni li mhumiex elenkati f’dik il-Parti, l-istabbilimenti li qegħdin jipproduċu, jaħżnu u jipproċessaw tali komoditajiet għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti u nnotifikati lill-Kummissjoni. B’żieda ma’ dan, il-produzzjoni, ħażna u l-ipproċessar ta’ laħam u prodotti jew preparazzjonijiet tal-laħam bħal dawn għandhom jitwettqu separatament minn dawk ta’ prodotti oħra li jikkonsistu f’laħam jew li fihom laħam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam frisk li jidħlu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE minn żoni li mhumiex elenkati f’dik il-Parti, il-laħam u l-prodotti u l-preparazzjonijiet tal-laħam għandhom ikunu mmarkati kif xieraq. Għaldaqstant, il-laħam frisk tal-majjal għandu jkun immarkat bil-marka sanitarja stipulata fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5). Il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li fihom laħam tal-majjal bħal dan għandhom ikunu mmarkati bil-marka ta’ identifikazzjoni stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6).

(8)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 8a

Id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam li ġejjin minn żoni barra ż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lil Stati Membri oħrajn

1.   L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għal Stati Membri oħrajn tal-laħam frisk tal-majjal li ġej minn ħnieżer ta’ stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jekk il-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam huma prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti:

(a)

li huma approvati għal dak l-iskop minn awtorità kompetenti u nnotifikati lill-Kummissjoni;

(b)

fejn il-produzzjoni, ħażna u l-ipproċessar isiru b’mod separat minn prodotti oħrajn li jikkonsistu f’laħam jew li fihom laħam, li ġej minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness.

2.   Il-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun immarkat kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati kif stipulat fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(2)

Fl-Artikolu 15, id-data “31 ta’ Diċembru 2009” qed tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2011”.

(3)

Fil-Parti III tal-Anness, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

Ir-Rumanija

It-territorju kollu tar-Rumanija.”

Artikolu 2

Il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.

(4)  ĠU L 314, 15.11.2006, p. 48.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9906)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/953/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) li tistabbilxxi miżuri transitorji għar-rekwiżiti strutturali għal ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawn l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jiġu użati għal aktar proċessar fistabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni.

(2)

Skont dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u tal-ħalib waqfu l-attivitajiet tagħhom jew spiċċaw il-proċess ta’ titjib tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-istabbilimenti għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/716/KE hu emendat skont dan.

(1)

Id-daħliet li ġejjin għall-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-laħam jitneħħew:

Nru

Nru Veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“2.

BG 0101003

ET ‘Saray-73-Georgi Belezhkov’

gr.Razlog

Promishlena zona ‘Zapad’

9.

BG 0201019

ET ‘Viatex-V.Slavov’

gr. Sungurlare

ul.‘Tundzha’ 7

14.

BG 0301014

ET ‘Valeria-94’

s. Kamenar

obl. Varna

22.

BG 0601001

‘Ivagus’ EOOD

gr. Vratsa

Krivodolsko shose

29.

BG 0801011

‘Miit’ OOD

s. Dropla

obl. Dobrich

36.

BG 1001003

‘Evromiyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

55.

BG 1701001

‘Kolevi’ OOD

s. Kichenitsa

obl. Razgrad

59.

BG 1801012

‘Svinekompleks Golyamo Vranovo-Invest’ AD

s. Golyamo Vranovo

obl. Ruse

64.

BG 2001001

‘Eko Asorti-05’ EOOD

s. Mechkarevo

obl. Sliven

72.

BG 2301008

‘Aldagot’ OOD

gr. Kostinbrod

ul. ‘Lomsko shose’ 95

73.

BG 2301009

ET ‘Murgash 91-Tatyana Georgieva’

gr. Svoge

ul. Zhelensko shose

74.

BG 2301010

ET ‘Despina-9’

gr. Kostinbrod

ul. ‘Aleksandar Stamboliiski’ 62 A

89.

BG 2801020

‘Ivkota’ EOOD

gr. Yambol,

ul. ‘Bitolya’ 60

91.

BG 0202006

‘Ekvator’ EOOD

gr. Burgas ul. ‘Chataldzha’ 52

99.

BG 0402008

‘Megalodon’ OOD

gr. Kilifarevo

120.

BG 2002001

ET ‘Slavi Danev’

gr. Nova Zagora

zh.k. ‘Zagore’ 1

121.

BG 2002003

TD ‘Momchevi i sie’

gr. Sliven

kv. Industrialen

123.

BG 2202007

EOOD ‘Euro Balkan Fuud’

gr. Sofia

kv. Levski, ul. ‘546’ bl.10 A

128.

BG 2202029

‘Givis’ OOD

gr. Sofia

ul. ‘V. Hanchev’ 11

137.

BG 0305013

ET ‘Aleko-Al. Aleksandrov’

gr. Varna

ul. ‘T.Peyachevich’ 3

138.

BG 0305030

ET ‘Dari’

gr. Varna

kv. ‘Asparuhovo’

ul. ‘Kishinev’ 21

152.

BG 0605021

‘Orbita’ OOD

gr. Vratsa

m. Turkanitsa

155.

BG 0805012

ET ‘Diana Hristova’

gr. Balchik

ul. ‘Asen Petrov’ 21

160.

BG 1005009

‘Reksim 99’ EOOD

gr. Sapareva banya

kv. Gyurgevo

163.

BG 1305014

ET ‘Medi-Emil Dimitrov’

s. Glavinitsa

obl. Pazardzhik

164.

BG 1305018

‘Marineli’ OOD

gr. Velingrad

kv. ‘Industrialen’

189.

BG 2205069

‘Slavchev 2000’ EOOD

gr. Sofia

ul. ‘Sofroniy Vrachanski’ 12

201.

BG 2705007

OOD ‘Kapsikum-I’

gr. Shumen

bul. ‘Madara’ 26

202.

BG 2705008

ET ‘Georgi Krastev’

gr. Shumen

ul. ‘Industrialna baza’

208.

BG 0104004

‘Mes-Ko’ EOOD

gr. Petrich,

ul. ‘Mesta’ 15

214.

BG 0204015

‘PART’ OOD

gr. Burgas,

ul. ‘Angel Kanchev’ 29

217.

BG 0204021

‘Ekvator’ EOOD

gr. Burgas

ul. ‘Chataldzha’ 52

225.

BG 0304037

‘Zhar’ OOD

S. Slanchevo

obl. Varna

235.

BG 0504001

‘ADANIS’ EOOD

gr. Vidin

ul ‘Targovska’ 2

251.

BG 1004001

‘K + M’ OOD

gr. Kyustendil

ul. ‘Petar Beron’ 26

252.

BG 1104001

‘Slavi mes’ OOD

gr. Lovech

kv. ‘Goznitsa’

255.

BG 1104006

ET ‘Minko Cholakov-H. Cholakov’

s. Dobrodan

obsht. Troyan

259.

BG 1204006

ZPTK ‘Rik-98’

s. Vinishte

obl. Montana

265.

BG 1304002

ET ‘Yavor Luks’

gr. Pazardzhik

ul. ‘Sintievsko shose’ 2

266.

BG 1304013

‘Rodopa Pazardzhik’ AD

gr. Pazardzhik

ul ‘D. Debelyanov’ 46

271.

BG 1404006

‘Benet’ OOD

gr. Breznik

281.

BG 1604012

‘Tri star treyding’ OOD

s. Voyvodinovo

obl. Plovdiv

301.

BG 1804006

‘TIS-98’ OOD

gr. Ruse,

ul. ‘Malyovitsa’ 33

304.

BG 1804019

SD ‘Georgi Hristov Vichev-Vicheva i Sie’

s. Shtraklev

obl. Ruse

312.

BG 2004016

‘Momchevi i sie’ OOD

gr. Sliven

kv. Industrialen

313.

BG 2004017

‘Ekoprom’ OOD

gr. Sliven

kv. ‘Industrialen’ 10B

314.

BG 2004019

‘Kooperatsia Megakol’

gr. Nova Zagora

kv. ‘Industrialen’

330.

BG 2204080

‘Bitolya’ OOD

gr. Sofia

ul. ‘Kazbeg’ 14a

337.

BG 2204108

ET ‘Alto-Emil Petrov’

gr. Sofia

kv. Benkovski

338.

BG 2204109

‘SS-ADLER’ EOOD

gr. Sofia

obsht. Krasna polyana

341.

BG 2304002

‘Nikas’ AD

gr. Botevgra

ul.‘Tsar Ivan Shishman’ 39

346.

ВG 2404016

‘Iveko’ OOD

s. Kolarovo

obsht. Radnevo

350.

ВG 2404029

‘KEN’ AD

gr. St. Zagora

kv. ‘Industrialen’

361.

BG 2604012

SD ‘Bairche-Stoychevi i sie’

s. Brod

obsht. Dimitrovgrad

366.

BG 2604020

‘Toska’ OOD

gr. Haskovo

mestnost ‘Balakli’

373.

BG 2804003

‘Doni-M’ OOD

s. Bezmer,

obl. Yambolska’

(2)

Id-daħliet li ġejjin għall-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib jitneħħew:

Nru

Nru Veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

‘40.

BG 2412033

‘Gospodinovi’ OOD

s. Yulievo

obsht. Maglizh

41.

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

72.

0312025

‘Dzhenema’ EOOD

s. Gen.Kiselovo

81.

0712003

‘Elvi’ OOD

s. Velkovtsi

obsht. Gabrovo

88.

0912015

‘Anmar’ OOD

s. Padina

obsht. Ardino

89.

0912016

OOD ‘Persenski’

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

91.

1012014

ET ‘Georgi Gushterov DR’

s. Yahinovo

92.

1012018

‘Evro miyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

93.

1112004

‘Matev-Mlekoprodukt’ OOD

s. Goran

94.

1112012

‘Stilos’ OOD

s. Lesidren

95.

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s. Vrabevo

102.

1312023

‘Inter-D’ OOD

s. Kozarsko

103.

1312024

ET ‘Mezmedin Halil-46’

s. Sarnitsa

113.

1612049

‘Alpina-Milk’ EOOD

s. Zhelyazno

114.

1612064

OOD ‘Ikay’

s. Zhitnitsa

osht. Kaloyanovo

148.

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht. Smolyan

170.

2412007

‘Inikom’ OOD

s. Sarnevo

obsht. Radnevo

174.

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr. Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

179.

2512016

‘Milktreyd-BG’ OOD

s. Saedinenie obl. Targovishte

181.

2512021

‘Keya-Komers-03’ EOOD

s. Svetlen

197.

BG 1318007

ET ‘Palmite-Vesela Popova’

gr. Strelcha

ul. ‘Osvobozhdenie’ 17

201.

BG 1518005

ET ‘Kris-88-Emil Todorov’

gr. Pleven

ul. ‘Grenaderska’ 97

203.

BG 1618040

‘Galko’ EOOD

s. Voyvodinovo

obsht. Maritsa

obl. Plovdiv”


Rettifika

15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/83


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 326 tal-4 ta' Diċembru 2008 )

Fil-paġna 12 is-sottotitolu ‘(Test b'relevanza għaż-ŻEE)’ huwa mħassar

Fil-paġna 20 l-Anness Taqsima D 1.3:

minflok:

“Servizzi ta’ dejta ġeografika (services)”,

għandu jinqara:

“Servizz ta’ dejta ġeografika (service)”.