ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.321.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
8 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 tat-3 ta’ Novembru 2009 li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom ( 1 )

5

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/895/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar l-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan

36

 

 

2009/896/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

38

 

 

2009/897/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

39

 

 

2009/898/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

40

 

 

2009/899/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

41

 

 

2009/900/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

42

 

 

2009/901/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

43

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI

44

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2009 tas-7 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

47

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li jipprojbixxi s-sajd għar-redfish fiż-żona tan-NAFO, id-Diviżjoni 3M, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri Kollha

49

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/903/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda b’akkordju komuni mal-President elett tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2009 li tadotta l-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1193/2009

tat-3 ta’ Novembru 2009

li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(8) u l-Artikolu 16(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor (2), l-imposti tal-produzzjoni kienu stipulati kif ġej:

għas-sena tas-suq 2002/2003 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 (3),

għas-sena tas-suq 2003/2004 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004 (4),

għas-sena tas-suq 2004/2005 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005 (5) u

għas-sena tas-suq 2005/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 164/2007 (6).

(2)

Fit-8 ta’ Mejju 2008, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat sentenza fil-kawżi konġunti C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, li fiha stqarret li l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, għandu jiġi interpretat li jfisser li l-kwantitajiet kollha tal-prodotti esportati li huma koperti b’dak l-Artikolu, irrispettivament jekk effettivament tħallsux ir-rifużjonijiet jew le, għandhom jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tat-telf medju stmat għal kull tunnellata tal-prodott. Konsegwentement, il-Qorti ddikjarat bħala invalidi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2002/2003 [verżjoni mhix uffiċjali] u (KE) Nru 1775/2004 tal-14 ta’ Ottubru 2004 li jistipula l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2003/2004 [verżjoni mhix uffiċjali].

(3)

Fuq l-istess raġunament bil-għan li jiġi kkalkulat t-telf medju stmat għal kull tunnellata tal-prodott fit-tifsira tal-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, permezz tal-Ordnijiet tas-6 ta’ Ottubru 2008 fil-kawżi konġunti C-175/07 sa C-184/07 kif ukoll fil-każijiet C-466/06 u C-200/06, il-Qorti ddikjarat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005 tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jistipula l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-imposti addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/2005 [verżjoni mhix uffiċjali] bħala invalidu.

(4)

Il-metodu invalidat mill-Qorti għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2004/2005 kien applikat ukoll għas-sena tas-suq 2005/2006. Għalhekk, l-imposti l-ġodda tal-produzzjoni taz-zokkor għal dis-sena tas-suq għandhom ikunu ffissati skont il-metodu l-ġdid tal-kalkolu.

(5)

Fis-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2008 il-kawżi konġunti C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, il-Qorti kkonkludiet li l-eżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002 tal-15 ta’ Ottubru 2002 li jiffissal-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-imposti addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2001/02 (7) [verżjoni mhix uffiċjali] ma żvelax l-eżistenza ta’ kwalunwe fattur li jaffettwa l-validità tiegħu. Sabiex tiffissal-imposti tal-produzzjoni f’dik is-sena tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkalkula t-telf medju abbażi tal-kwantitajiet totali taz-zokkor esportat fil-forma ta’ prodotti proċessati, kemm jekk huma eliġibbli għar-rifużjonijiet jew le.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tiffissal-imposti tal-produzzjoni, inkluż fejn meħtieġ, koeffiċjent għal imposti addizzjonali, bl-użu tal-istess metodu ta’ kalkolu bħal dak użat fis-sena tas-suq 2001/2002.

(7)

Stima minn qabel tat-telf kumplessiv irreġistrat għas-sena tas-suq 2002/2003 skont l-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, eżiġa li jsir kalkolu tal-imposta bażika u l-imposta B, kif ipprovdut fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu. L-imposta bażika kienet stipulata għal 2 % u l-imposta B għal 19,962 %. Fl-istess ħin, it-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 kien kopert fl-intier tiegħu mill-irċevuti tal-imposta bażika tal-produzzjoni u l-imposta B, u ma kienx hemm bżonn li jiġi ffissat il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament għas-sena tas-suq 2002/2003. L-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-premessa 5 twassal għal 2 % għall-imposta bażika u 19,958 % għall-imposta B. It-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo1260/2001, huwa kopert fl-intier tiegħu mill-irċevuti tal-imposta bażika tal-produzzjoni u l-imposta B. Għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġi ffissat il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament għas-sena tas-suq 2002/2003.

(8)

Stima minn qabel tat-telf kumplessiv li oriġinarjament kien irreġistrat għas-sena tas-suq 2003/2004 skont l-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, eżiġa li jsir kalkolu tal-imposta bażika u l-imposta B, kif ipprovdut fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu. L-imposta bażika kienet stipulata għal 2 % u l-imposta B għal 27,050 %. Fl-istess ħin, it-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 kien kopert kollu permezz tal-irċevuti mill-imposta bażika tal-produzzjoni u l-imposta B, u ma kienx hemm bżonn li jiġi ffissat il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament għas-sena tas-suq 2003/2004. L-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-premessa 5 twassal għal 2 % għall-imposta bażika u 27,169 % għall-imposta B. It-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo1260/2001, huwa kopert fl-intier tiegħu mill-irċevuti tal-imposta bażika tal-produzzjoni u l-imposta B. Għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġi ffissat il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament għas-sena tas-suq 2003/2004.

(9)

Għas-sena tas-suq 2004/2005, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1462/2004 tas-17 ta’ Awwissu 2004 li jirrevedi l-ammont massimu għall-imposta tal-produzzjoni B u li jemenda l-prezz minimu għall-pitravi B fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/05 (8) [verżjoni mhix uffiċjali] żied l-ammont massimu tal-imposta B imsemmija fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għal 37,5 % tal-prezz tal-intervent għaz-zokkor abjad. F’dik is-sena tas-suq, l-istima tat-telf kumplessiv irreġistrat skont l-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 eżiġa, l-adozzjoni tal-ammonti massimi ta’ 2 % għall-imposta bażika u 37,5 % għall-imposta B. L-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-premessa 5 ma tibdilx l-imposta bażika u l-imposta B għal dik is-sena tas-suq. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li għandha tintalab imposta addizzjonali meta t-telf kumplessiv irreġistrat skont l-Artikolu 15(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ma jkunx kopert kollu mid-dħul tal-imposta bażika tal-produzzjoni u tal-imposta B. Għas-sena tas-suq 2004/2005, il-metodu ġdid ta’ kalkolu żvela l-ammonti kumplessivi tat-telf ta’ EUR 125 129 948. Il-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jkun stipulat. Għall-fini tal-iffissar ta’ dak il-koeffiċjent, għandhom jitqiesu l-imposti stipulati li jaqbżu l-limitu fis-sena tas-suq 2003/04, li kkonċerna l-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwiti fit-30 ta’ April 2004.

(10)

Stima minn qabel tat-telf kumplessiv irreġistrat għas-sena tas-suq 2005/2006, skont l-Artikolu 15(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, eżiġa li l-imposta bażika ta’ 1,0022 % tiġi adottata, kif ipprovdut fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu. Fl-istess ħin, it-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 kien kopert fl-intier tiegħu mill-irċevuti tal-imposta bażika, u ma kienx hemm bżonn li tiġi stipulata imposta B jew koeffiċjent li jistabbilixxi imposta addizzjonali għas-sena tas-suq 2005/2006. L-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-premessa 5 twassal għal 0,9706 % għall-imposta bażika mingħajr il-bżonn ta’ imposta B. It-telf kumplessiv irreġistrat abbażi tad-dejta magħrufa u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo1260/2001, huwa kopert fl-intier tiegħu mill-irċevuti tal-imposta bażika tal-produzzjoni u ma hemmx bżonn li jiġi ffissat koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005 u (KE) Nru 164/2007 għandhom għalhekk jiġu rretifikati skont dan.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, ir-rettifiki proposti għandhom japplikaw mid-dati li fihom id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu rretifikati jidħlu fis-seħħ.

(13)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex ikun żgurat li jkun hemm trattament indaqs bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li tiġi stipulata data komuni li fiha l-imposti rretifikati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (9).

(14)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ta l-opinjoni negattiva tiegħu dwar il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1762/2003 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2002/2003 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala imposta bażika tal-produzzjoni għaz-zokkor A u għaz-zokkor B;

(b)

EUR 126 113 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala impota B fuq iz-zokkor B;

(c)

EUR 5 330 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħala imposta bażika tal-produzzjoni tal-iżoglukożju A u l-iżoglukożju B;

(d)

EUR 55 082 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħall-imposta B fuq l-iżoglukożju B;

(e)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħala imposta bażika tal-produzzjoni għax-xiropp tal-inulina A u għax-xiropp tal-inulina B;

(f)

EUR 126 113 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħall-imposta B fuq ix-xiropp tal-inulina B.”

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1775/2004 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2003/2004 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala imposta bażika tal-produzzjoni għaz-zokkor A u għaz-zokkor B;

(b)

EUR 171 679 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala impota B fuq iz-zokkor B;

(c)

EUR 5 330 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħala imposta bażika tal-produzzjoni tal-iżoglukożju A u l-iżoglukożju B;

(d)

EUR 73 310 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħall-imposta B fuq l-iżoglukożju B;

(e)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħala imposta bażika tal-produzzjoni għax-xiropp tal-inulina A u għax-xiropp tal-inulina B;

(f)

EUR 171 679 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħall-imposta B fuq ix-xiropp tal-inulina B.”

Artikolu 3

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1686/2005 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/2005 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala imposta bażika tal-produzzjoni għaz-zokkor A u għaz-zokkor B;

(b)

EUR 236 963 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala impota B fuq iz-zokkor B;

(c)

EUR 5 330 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħala imposta bażika tal-produzzjoni tal-iżoglukożju A u l-iżoglukożju B;

(d)

EUR 99 424 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħall-imposta B fuq l-iżoglukożju B;

(e)

EUR 12 638 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħala imposta bażika tal-produzzjoni għax-xiropp tal-inulina A u għax-xiropp tal-inulina B;

(f)

EUR 236 963 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħall-imposta B fuq l-iżoglukożju B.

Artikolu 2

Għas-sena tas-suq 2004/2005, il-koeffiċjent provdut fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jkun ta’ 0.25466 għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u 0.14911 għall-Istati Membri l-oħra.”

Artikolu 4

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 164/2007 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2005/2006 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

EUR 6 133 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad bħala imposta bażika tal-produzzjoni għaz-zokkor A u għaz-zokkor B;

(b)

EUR 2 726 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa bħala imposta bażika tal-produzzjoni tal-iżoglukożju A u l-iżoglukożju B;

(c)

EUR 6 133 għal kull tunnellata ta’ sustanza niexfa ekwivalenti għal zokkor/iżoglukożju, bħala imposta bażika tal-produzzjoni għax-xiropp tal-inulina A u għax-xiropp tal-inulina B.”

Artikolu 5

Id-data ta’ stabbiliment, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, Euratom)1150/2000, tal-imposti rretifikati skont dan ir-Regolament, għandha tkun mhux iktar tard mill-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mit-8 ta’ Ottubru 2003.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-15 ta’ Ottubru 2004.

L-Artikolu 3 għandu japplika mit-18 ta’ Ottubru 2005.

L-Artikolu 4 għandu japplika mit-23 ta’ Frar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001 tħassar u nbidel mis-sena tas-suq 2006/2007 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 li kien tħassar u nbidel permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 40. Ir-Regolament (KE) Nru 314/2002 tħassar u nbidel permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).

(3)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 4.

(4)  ĠU L 316, 15.10.2004, p. 64.

(5)  ĠU L 271, 15.10.2005, p. 12.

(6)  ĠU L 51, 20.2.2007, p. 17.

(7)  ĠU L 278, 16.10.2002, p. 13.

(8)  ĠU L 270, 18.8.2004, p. 4.

(9)  ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1194/2009

tat-30 ta' Novembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jinżamm livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jsir tibdil fir-rekwiżiti u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru, prodotti, komponenti [partijiet] u tagħmir relatat u ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, b'mod partikolari biex tiddaħħal id-definizzjoni tal-kunċett ta' post prinċipali tan-negozju; biex jittejjeb il-kontenut taċ-Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat “Formola 1 tal-EASA” u biex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-permess għat-titjir.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet (3) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 qed jiġi emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2), il-punti li segwenti (e),(f), (g) u (h) huma miżjuda:

“(e)

‘post prinċipali tan-negozju’ tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament.

(f)

‘oġġett’ tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili.

(g)

‘ETSO’ tfisser Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Order). L-Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta' ajrunavigabbiltà maħruġa mill-Aġenzija biex tiżgura li ż-żamma tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament tkun standard ta' prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi.

(h)

‘EPA’ tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti (European Part Approval). L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f'konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.”

2.

Fl-Artikolu 3, paragrafu 5, ir-referenza “21A.112” tinbidel bi “21A.112A”.

3.

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet ta' produzzjoni approvati skont it-Taqsima A tas-Sottopartijiet F u G tal-Anness (Parti 21) għal dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu joħorġu Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat jew dikjarazzjonijiet ta' konformità billi jużaw il-Formola 1 tal-EASA, l-ewwel edizzjoni maħruġa, kif stabbilit fl-Appendiċi I tal-Anness (Parti 21) ta’ dan ir-Regolament, sat-28 ta' Settembru 2010”.

4.

L-Anness (Parti 21) jiġi emendat biex ikun konformi mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 79, 19.03.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(3)  L-Opinjoni 03/2006 dwar it-tibdil editorjali, l-Opinjoni 05/2006 dwar il-kwartieri prinċipali, l-Opinjoni 06/2008 dwar il-Formola 1 tal-EASA, l-Opinjoni 04/2007 dwar il-Permess għat-titjir.


ANNESS

L-Anness (Parti 21) għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 jiġi emendat kif ġej:

(1)

il-werrej jiġi mibdul b’dan li ġej:

Kontenut

21.1

Ġenerali

TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21A.1

Ambitu

21A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

21A.3

Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

21A.3B

Direttivi dwar l-Ajrunavigabbiltà

21A.4

Il-Koordinament bejn id-disinn u l-produzzjoni

SUBPARTI B — IĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U Ċ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21A.11

Ambitu

21A.13

Eliġibbiltà

21A.14

Wiri tal-kapaċità

21A.15

Applikazzjoni

21A.16A

Kodiċi tal-ajrunavigabbiltà

21A.16B

Kundizzjonijiet speċjali

21A.17

Il-Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip

21A.18

Deżinjazzjoni ta’ rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali u tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli

21A.19

Tibdil li jkun jeħtieġ ċertifikat tat-tip ġdid

21A.20

Konformità mal-kriterji taċ-ċertifikat tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21A.21

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip

21A.23

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

21A.31

Disinn tat-tip

21A.33

Investigazzjonijiet u testijiet

21A.35

Testijiet tat-titjiriet

21A.41

Ċertifikat tat-tip

21A.44

Obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat

21A.47

Trasferibbiltà

21A.51

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.55

Żamma tar-rekords

21A.57

Manwali

21A.61

Struzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — TIBDIL FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21A.90

Ambitu

21A.91

Klassifikazzjoni tat-tibdil fid-disinn tat-tip

21A.92

Eliġibbiltà

21A.93

Applikazzjoni

21A.95

Tibdil minuri

21A.97

Tibdil maġġuri

21A.101

Deżinjazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli

21A.103

Ħruġ tal-approvazzjoni

21A.105

Iż-Żamma tar-rekords

21A.107

Struzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà

21A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

21A.111

Ambitu

21A.112A

Eliġibbiltà

21A.112B

Wiri tal-kapaċità

21A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

21A.114

Wiri ta’ konformità

21A.115

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip supplementari

21A.116

Trasferibbiltà

21A.117

It-Tibdil f’dik il-parti ta’ prodott kopert minn ċertifikat tat-tip supplementari

21A.118A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21A.118B

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.119

Manwali

21A.120

Struzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà

SUBPARTI F — IL-PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21A.121

Ambitu

21A.122

Eliġibbiltà

21A.124

Applikazzjoni

21A.125A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

21A.125B

Sejbiet

21A.125C

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21A.127

Testijiet: inġenji tal-ajru

21A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21A.129

Obbligi tal-manifattur

21A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI Ġ — L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21A.131

Ambitu

21A.133

Eliġibbiltà

21A.134

Applikazzjoni

21A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21A.139

Sistema tal-Kwalità

21A.143

Espożizzjoni

21A.145

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21A.147

Tibdil fl-organizzazzjoni approvata ta’ produzzjoni

21A.148

Tibdil fil-lokalità

21A.149

Trasferibbiltà

21A.151

Termini tal-approvazzjoni

21A.153

Tibdil fit-termini tal-approvazzjoni

21A.157

Investigazzjonijiet

21A.158

Sejbiet

21A.159

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.163

Privileġġi

21A.165

Obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21A.171

Ambitu

21A.172

Eliġibbiltà

21A.173

Klassifikazzjoni

21A.174

Applikazzjoni

21A.175

Lingwa

21A.177

Emenda jew modifika

21A.179

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21A.180

Ispezzjonijiet

21A.181

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I — IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21A.201

Ambitu

21A.203

Eliġibbiltà

21A.204

Applikazzjoni

21A.207

Emenda jew modifika

21A.209

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21A.210

Ispezzjonijiet

21A.211

Perjodu u ssoktar tal-validità

SUBPARTI J — L-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21A.231

Ambitu

21A.233

Eliġibbiltà

21A.234

Applikazzjoni

21A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn

21A.239

Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21A.243

Dejta

21A.245

Il-Kriterji għall-approvazzjoni

21A.247

Tibdil fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21A.249

Trasferibbiltà

21A.251

Termini tal-approvazzjoni

21A.253

Tibdil fit-termini tal-approvazzjoni

21A.257

Investigazzjonijiet

21A.258

Sejbiet

21A.259

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.263

Privileġġi

21A.265

Obbligi tad-detentur taċ-ċertifikat

SUBPARTI K — KOMPONENTI U TAGĦMIR

21A.301

Ambitu

21A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21A.305

Approvazzjoni ta’ komponenti u tagħmir

21A.307

Rilaxx ta’ komponenti u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21A.431

Ambitu

21A.432A

Eliġibbiltà

21A.432B

Wiri tal-kapaċità

21A.433

Disinn tat-tiswija

21A.435

Klassifikazzjoni tat-tiswijiet

21A.437

Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija

21A.439

Produzzjoni ta’ komponenti għat-tiswija

21A.441

Twettiq tat-tiswija

21A.443

Limitazzjonijiet

21A.445

Ħsara mhux imsewwija

21A.447

Iż-Żamma tar-rekords

21A.449

Struzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà

21A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ETSO (EUROPEAN TECHNICAL STANDARD ORDER)

21A.601

Ambitu

21A.602A

Eliġibbiltà

21A.602B

Wiri tal-kapaċità

21A.603

Applikazzjoni

21A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU)

21A.605

Rekwiżiti tad-dejta

21A.606

Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO

21A.607

Privileġġi tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO

21A.608

Dikjarazzjoni tad-Disinn u Rendiment (DDP)

21A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21A.610

Approvazzjoni għad-devjazzjoni

21A.611

Tibdil fid-disinn

21A.613

Iż-Żamma tar-rekords

21A.615

Spezzjoni mill-Aġenzija

21A.619

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

21A.701

Ambitu

21A.703

Eliġibbiltà

21A.705

Awtorità Kompetenti

21A.707

Applikazzjoni għal permess għat-titjir

21A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21A.711

Ħruġ ta’ permess għat-titjir

21A.713

Bidliet

21A.715

Lingwa

21A.719

Trasferibbiltà

21A.721

Spezzjonijiet

21A.723

Perjodu u ssoktar tal-validità

21A.725

Tiġdid ta’ permess għat-titjir

21A.727

Obbligi tad-detentur tal-permess għat-titjir

21A.729

Iż-Żamma ta’ rekords

SUBPARTI Q — L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI, KOMPONENTI U TAGĦMIR

21A.801

Identifikazzjoni tal-prodotti

21A.803

Immaniġġjar tad-dejta tal-identifikazzjoni

21A.804

Identifikazzjoni tal-komponenti u t-tagħmir

21A.805

Identifikazzjoni tal-komponenti kritiċi

21A.807

Identifikazzjoni tal-oġġetti tal-ETSO

STAQSIMA B — IL-PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21B.5

Ambitu

21B.20

Obbligi tal-awtorità kompetenti

21B.25

Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

21B.30

Proċeduri dokumentati

21B.35

Tibdil fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

21B.40

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

21B.45

Rappurtar/koordinament

21B.55

Iż-Żamma tar-rekords

21B.60

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

SUBPARTI B — IĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U Ċ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — TIBDIL FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

SUBPARTI F — IL-PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21B.120

Investigazzjoni

21B.125

Sejbiet

21B.130

Ħruġ tal-ittra ta’ ftehim

21B.135

Żamma tal-ittra ta’ ftehim

21B.140

Emenda fl-ittra ta’ ftehim

21B.145

Limitazzjoni, sospensjoni u revoka tal-ittra ta’ ftehim

21B.150

Iż-Żamma tar-rekords

SUBPARTI Ġ — L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21B.220

Investigazzjoni

21B.225

Sejbiet

21B.230

Ħruġ taċ-ċertifikat

21B.235

Issoktar tas-sorveljanza

21B.240

Emenda fl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21B.245

Sospensjoni u revoka tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21B.260

Iż-Żamma tar-rekords

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21B.320

Investigazzjoni

21B.325

Ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà

21B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21B.327

Ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti

21B.330

Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti

21B.345

Iż-Żamma tar-rekords

SUBPARTI I — IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21B.420

Investigazzjoni

21B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju

21B.430

Sospensjoni u revoka taċ-ċertifikat tal-istorbju

21B.445

Iż-Żamma tar-rekords

SUBPARTI J — L-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

SUBPARTI K — KOMPONENTI U TAGĦMIR

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ETSO (EUROPEAN TECHNICAL STANDARD ORDER)

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

SUBPART P — PERMIT TO FLY

21B.520

Investigazzjoni

21B.525

Revoka ta’ permessi għat-titjir

21B.530

Revoka ta’ permessi għat-titjir

21B.545

Żamma ta’ rekords

SUBPARTI Q — L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI, KOMPONENTI U TAGĦMIR

APPENDIĊI — FORMOLI TAL-EASA”;

(2)

it-titlu tat-Taqsima A jinbidel b’dan li ġej:

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI”;

(3)

fil-punt 21.A.14(b), il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

“(5)

skrun b’pitch fiss jew aġġustabbli.”;

(4)

fil-punt 21A.35(b), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“(2)

Biex inġenji tal-ajru jiġu ċċertifikati taħt din it-Taqsima, għajr għal (i) blalen tal-arja sħuna, blalen tal-gass mhux marbutin mal-art, blalen tal-gass marbutin mal-art, gliders u gliders bil-magna, u (ii) ajruplani li għandhom Massa Massima ta’ Tlugħ (MTOM) ta’ 2 722 kg jew inqas, biex ikun stabbilit jekk hemmx garanzija biżżejjed li l-inġenji tal-ajru, il-komponenti u t-tagħmir tagħhom ikunu ta’ min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost.”;

(5)

il-punt 21A.112 jinbidel bil-paragrafu li ġej:

21A.112A   Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika (‘organizzazzjoni’) li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt 21A.112B tista’ tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.”;

(6)

fil-punt 21.A.124(b), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“(2)

il-punti ewlenin tad-dejta meħtieġa fil-punt 21A.125A(b).”;

(7)

il-punt 21A.125 jinbidel bil-paragrafu li ġej:

21A.125A   Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill-Awtorità Kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar il-wiri ta’ konformità ta’ prodotti, komponenti u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:

(a)

li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu.

(b)

li jkun ġie provdut manwal li jkun fih:

(1)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ spezzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-paragrafu (a);

(2)

deskrizzjoni tal-mezzi biex tiġi stabbilita s-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni;

(3)

deskrizzjoni tat-testijiet tal-punti 21A.127 u 21A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-finijiet tal-punt 21A.130(a).

(ċ)

li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21A.3 u 21A.129(d).”;

(8)

fil-punt 21A.125B(c), ir-referenza għal “21B.143” tinbidel bir-referenza għal “punt 21B.125”;

(9)

il-punt 21A.126 jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu (a), “21A.125” jinbidel bi “21A.125A(a)”;

(ii)

fil-paragrafu (b) “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;

(10)

fil-punt 21.A.127(a), “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;

(11)

fil-punt 21.A.128, “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;

(12)

il-punt 21A.165 jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu (c), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“(2)

Jara li prodotti, komponenti jew tagħmir ieħor ikun komplut u jkun konformi mad-dejta tad-disinn approvata u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr l-ebda periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA biex tkun ċertifikata l-konformità mad-dejta tad-disinn approvata u l-kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu, u barra minhekk, fil-każ tal-magni, jara skont id-dejta pprovduta mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna li kull magna kompluta tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ emissjonijiet applikabbli kif definit f’21A.18(b), liema rekwiżiti jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna, biex jiċċertifika l-konformità tal-emissjonijiet, jew”;

(ii)

il-paragrafu (k) jinbidel b’dan li ġej:

“(k)

Fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21A.163(e), jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21A.711(c) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenji tal-ajru.”;

(13)

fil-punt 21A.174(b)3(ii), “21A.184(c)” jinbidel bi “21B.327(c)”;

(14)

il-punt 21A.183 jitħassar;

(15)

il-punt 21A.184 jitħassar;

(16)

il-punt 21A.205 jitħassar;

(17)

fil-punt 21A.245, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

L-istaff fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru suffiċjenti u tal-esperjenza, u jkun ingħata wkoll l-awtorità xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabilitajiet allokati lilu u li dawn, flimkien mal-akkommodazzjoni, il-faċilitajiet u t-tagħmir, ikunu adegwati biżżejjed biex l-istaff ikun jista’ jilħaq l-oġġettivi relatati mal-ajrunavigabbiltà u l-protezzjoni ambjentali tal-prodott.”;

(18)

il-punt 21A.263 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (b), il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“(4)

awtorizzazzjoni tal-ETSO skont il-punt 21A.602B(b)(1); jew”;

(b)

il-paragrafu (c) jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“(3)

joħroġ informazzjoni jew struzzjonijiet li jkun fihom din id-dikjarazzjoni li ġejja: Il-kontenut tekniku ta’ dan id-dokument huwa approvat taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J.[XXXX].

(4)

japprova tibdil dokumentarju fil-manwal tat-titjira tal-inġenji tal-ajru u fis-supplimenti tiegħu, u joħroġ tali tibdil b’din id-dikjarazzjoni: Reviżjoni Nru [YY] tal-Manwal tat-Titjira tal-inġenji tal-Ajru (jew tas-suppliment) ref. [ZZ], approvat taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J.[XXXX].”;

(ii)

il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“(7)

tjoħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21A.711(b) għal inġenji tal-ajru li jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalihom ikun approva, taħt il-punt 21A.263(c)6, il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir, u meta l-istess organizzazzjoni tad-disinn tkun qed tikkontrolla, bl-Approvazzjoni ta’ Organizzizzjoni tad-Disinn tagħha, il-konfigurazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tkun qed tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjir.”;

(19)

fil-punt 21A.265, il-paragrafu (g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

Fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21A.263(c)7, jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21A.711(b) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenji tal-ajru.”;

(20)

fil-punt 21A.307, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata u li huwa f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu; u”;

(21)

il-punt 21A.432 jinbidel b’dan li ġej:

21A.432A   Eliġibbiltà

(a)

Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21A.432B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet li hemm stabbiliti f’din is-Subparti.

(b)

Kwalunkwe persuna naturali jew legali tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri.”;

(22)

fil-punt 21A.601, il-paragrafu (b) jitħassar;

(23)

fil-punt 21A.605(d), “21A.125(b)” jinbidel bi “21A.125A(b)”;

(24)

fil-punt 21A.606, il-paragrafu (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

Li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma mal-punt 21A.609.”

(25)

fil-punt 21A.609, il-paragrafu (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

Jikkonforma mal-punti 21A.3, 21A.3B u 21A.4.”;

(26)

il-punt 21A.701 jinbidel b’dan li ġej:

21A.701   Ambitu

(a)

Permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux urew li jissodisfaw, ir-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà imma jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:

(1)

żvilupp;

(2)

wiri ta’ konformità mar-regolamenti jew speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

(3)

taħriġ tal-ekwipaġġi ta’ organizzazzjonijiet tal-iddisinjar jew organizzazzjonijiet tal-produzzjoni;

(4)

ittestjar ta’ titjiriet matul il-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ta’ produzzjoni ġdida;

(5)

titjir tal-inġenji tal-ajru bejn faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-produzzjoni;

(6)

titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-klijent;

(7)

kunsinjar jew esportar tal-inġenji tal-ajru;

(8)

titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità;

(9)

stħarriġ tas-suq, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-klijenti;

(10)

esibizzjoni u wirja tal-ajru (air show);

(11)

titjir tal-inġenji tal-ajru lejn post fejn tkun se ssir xi manutenzjoni jew verifika tal-ajrunavigabbiltà, jew lejn post ta’ ħażna;

(12)

titjir tal-inġenji tal-ajru b’piż ogħla mill-piż tat-tluq massimu ċċertifikat għal titjira itwal mid-distanza normali ta’ titjir fuq il-baħar, jewfuq żoni ta’ art fejn faċilitajiet adegwati ta’ nżul jew fjuwil mixtieq ma jkunux disponibbli;

(13)

ksur ta’ rekords, tlielaq tal-ajru jew xi kompetizzjoni simili;

(14)

titjir tal-inġenji tal-ajru li jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà qabel ma tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali;

(15)

għal attività ta’ titjir mhux kummerċjali fuq inġenji tal-ajru individwali mhux kumplessi jew tipi li għalihom ma jkunx xieraq il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett.

(b)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni ta’ kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u approvazzjonijiet ta’ kundizzjonijiet tat-titjir.”;

(27)

Il-Punt 21A.703 jinbidel b’dan li ġej:

21A.703   Eliġibbiltà

(a)

Kull persuna naturali jew legali hija eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra permess għat-titjir meta jintalab għall-iskop tal-punt 21A.701(a)15 fejn l-applikant għandu jkun is-sid.

(b)

Kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir.”;

(28)

il-punt 21.710(c) jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

Qabel ma tapprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, l-Aġenzija, l-Awtorità Kompetenti jew l-organizzazzjoni approvata għandha tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jagħmlu titjira sigura taħt il-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifikati. L-Aġenzija jew l-Awtorità Kompetenti tista’ ġġiegħel jew teżiġi lill-applikant jagħmel kull spezzjoni jew prova meħtieġa għal dak l-iskop.”;

(29)

il-punt 21A.711 jinbidel b’dan li ġej:

21A.711   Ħruġ ta’ permess għat-titjir

(a)

Permess għat-titjir (Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi) jista’ jinħareġ mill-awtorità kompetenti taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21B.525.

(b)

Organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21A.263(c)(7), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.

(ċ)

Organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21A.163(e), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.

(d)

Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-issoktar tal-ajruvagabbiltà approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt M.A.711 tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.

(e)

Il-permess għat-titjir għandu jispeċifika l-iskop(ijiet) u kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni li tkun ġiet approvata skont il-punt 21A.710.

(f)

Għall-permessi maħruġa skont is-subparagrafu (b), (c) jew (d), għandha tingħata kopja tal-permess għat-titjir u tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati lill-awtoritajiet kompetenti mal-ewwel opprtunità iżda mhux aktar minn 3 ijiem.

(g)

Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21A.723(a) ma tkunx issodisfatta għal permess għat-titjir li organizzazzjoni tkun ħarġet f’konformità mas-subparagrafu (b), (c) jew (d), dik l-organizzazzjoni għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir u tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.”;

(30)

fil-punt 21A.723, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal massimu ta’ 12-il xahar u jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

(1)

tinżamm il-konformità mal-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet tal-punt 21A.711(e) assoċjati mal-permess għat-titjir;

(2)

il-permess ma jiġix ċedut jew revokat;

(3)

l-inġenji tal-ajru jibqgħu fuq l-istess reġistru.”;

(31)

fil-punt 21A.801, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

Għal blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni preskritta fis-subparagrafu (b) għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun ikun minfuħ bl-arja. Barra minhekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati, b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti.”;

(32)

Fil-punt 21A.804, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Kwalunkwe parti jew tagħmir għandha tkun immarkata, b’mod permanenti u li jinqara, bi:

(1)

isem, isem tad-ditta, jew simbolu li jidentifika ’l-manifattur b’mod identifikabbli mid-dejta tad-disinn applikabbli; u

(2)

in-numru tal-parti, kif definit fid-dejta tad-disinn applikabbli; u

(3)

l-ittri tal-EPA għal komponenti jew tagħmir li jkun ġie prodott f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.”;

(33)

jiżdied il-punt 21B.125 kif ġej:

21B.125   Sejbiet

(a)

Meta, permezz ta’ verifiki jew mezzi oġġettivi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tal-Anness (Parti 21), dan it-tisjib għandu jkun klassifikat f’konformità mal-punt 21A.125B(a).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu dawn l-azzjonijiet:

(1)

għal sejbiet tal-livell 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni immedjatament biex jillimitaw, jissospendu jew jirrevokaw l-ittra ta’ ftehim kollha jew parti minnha, skont il-gravità tas-sejbiet, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha twettaq l-azzjonijiet korrettivi.

(2)

għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu li fih jistgħu jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi, li jkun xieraq għan-natura tas-sejbiet u li ma jkunx itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tas-sejbiet, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta’ azzjonijiet korrettivi.

(ċ)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-ittra ta’ ftehim kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.”;

(34)

fil-punt 21.B.135(b)2, “21A.125(b)” jinbidel bi “21A.125A(b)”;

(35)

il-punt 21B.143 jitħassar;

(36)

il-punt 21B.145 jinbidel b’dan li ġej:

21B.145   Il-Limitazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka tal-ittra ta’ ftehim

(a)

Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim għandha tasal bil-miktub għand id-detentur tal-ittra tal-ftehim. L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet għal-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim u għandha tinformah dwar id-dritt tiegħu għall-appell.

(b)

Meta ittra ta’ ftehim tkun ġiet sospiża, din terġa’ tinħareġ biss mill-ġdid wara li l-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti F tal-Anness (Parti 21) tkun ġiet stabbilita mill-ġdid.”;

(37)

il-punt 21B.225 jinbidel b’dan li ġej:

21B.225   Sejbiet

(a)

Meta, permezz ta’ verifiki jew mezzi oġġettivi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni jkun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tal-Anness (Parti 21), dan it-tisjib għandu jkun klassifikat f’konformità mal-punt 21A.158(a).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu dawn l-azzjonijiet:

(1)

għal sejbiet tal-livell 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni immedjatament biex jillimitaw, jissospendu jew jirrevokaw l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tas-sejbiet, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha twettaq l-azzjonijiet korrettivi.

(2)

għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu li fih jistgħu jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi, li jkun xieraq għan-natura tas-sejbiet u li ma jkunx itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tas-sejbiet, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta’ azzjonijiet korrettivi.

(ċ)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.”;

(38)

fil-punt 21B.235, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Biex tkun ġustifikata ż-żamma tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza ssoktata:

(1)

biex tivverfika li s-sistema tal-kwalità tad-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun għadha tikkonforma mat-Taqsima A, is-Subparti Ġ ta’ dan l-Anness (Parti 21)

(2)

biex tivverifika li l-organizzazzjoni tad-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun qed topera f’konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

(3)

tbiex tivverifika l-effettività tal-proċeduri tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

(4)

biex tissorvelja b’kampjuni l-livelli tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir.”;

(39)

il-punt 21B.325 jinbidel b’dan li ġej:

21B.325   Ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, hekk kif tkun sodisfatta li ġew milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 21B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti 21).

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett (Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, hekk kif tkun sodisfatta li ġew milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 21B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti 21).

(ċ)

għal inġenji tal-ajru ġodda jew użati li jkunu ġejjin minn Stat li mhux membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-paragrafu (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15a tal-EASA, ara l-Appendiċi).”;

(40)

tjiżdied il-paragrafu 21B.326 li ġej:

21B.326   Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal:

(a)

inġenji tal-ajru ġodda:

(1)

Meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(2).

(2)

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(b)

inġenji tal-ajru użati:

(1)

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(3) li tkun turi li:

(i)

l-inġenji tal-ajru jkunu jikkonformaw ma’ disinn tat-tip approvat taħt ċertifkat tat-tip u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdil jew tiswija approvati f’konformità mal-Anness (parti 21); u

(ii)

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli; u

(iii)

l-inġenji tal-ajru jkunu ġew spezzjonati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;

(2)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”;

(41)

jiżdied il-paragrafu 21B.327 li ġej:

21B.327   Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

(a)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal:

(1)

inġenji tal-ajru ġodda:

(i)

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(2)

(ii)

Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi, u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(2)

inġenji tal-ajru użati:

(i)

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(3) li tkun turi li:

(A)

l-inġenji tal-ajru jkunu konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdil jew tiswija approvati f’konformità mal-Anness (parti 21); u

(B)

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli; u

(C)

l-inġenji tal-ajru jkunu ġew spezzjonati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;

(ii)

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(b)

Għal inġenji tal-ajru li ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li hemm imsemmija fir-Regolament bażiku u li mhumiex eliġibbli għal ċertifikat tat-tip ristrett, l-Aġenzija għandha tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti essenzjali:

(1)

toħroġ u tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi biex tkun żgurata s-sigurtà adekwata fir-rigward tal-użu maħsub tagħhom, u

(2)

tispeċifika l-limitazzjonijiet tal-użu ta’ dawn l-inġenji tal-ajru.

(ċ)

Il-limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ biex jiġu kkunsidrati d-devjazzjonijiet mir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà stabbiliti fir-Regolament bażiku.”;

(42)

il-punt 21B.525 jinbidel b’dan li ġej:

21B.525   Ħruġ ta’ permess għat-titjir

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għat-titjir (Formola 20a tal-EASA, ara l-appendiċi) mingħajr dewmien żejjed:

(1)

mal-preżentazzjoni tad-dejta skont il-punt 21A.707; u

(2)

meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 ikunu ġew approvati skont il-punt 21A.710; u

(3)

meta l-awtorità kompetenti, permezz tal-investigazzjonijiet tagħha stess, li jistgħu jinkludu spezzjonijiet, jew permezz ta’ proċeduri maqbula mal-applikant, tkun sodisfatta li qabel it-titjir l-inġenji tal-ajru jkunu jikkonformaw mad-disinn iddefinit skont il-punt 21A.708.”;

(43)

L-Appendiċi I jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi I:

Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat – Formola 1 tal-EASA, imsemmi fl-Anness (Parti 21)

Image

Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA

Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta' produzzjoni. Għandu jitqies l-Appendiċi II tal-Anness (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta' manutenzjoni.

1.   SKOP U UŻU

1.1.

Skop ewlieni taċ-Ċertifikat hu li jiddikjara l-ajrunavigabbiltà ta' prodotti, komponenti u tagħmir tal-avjazzjoni ġodda (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘oġġett(i)’)

1.2.

Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-Ċertifikat u l-oġġett(i). L-entità li toħroġ iċ-Ċertifikat għandha żżomm kopja f'forma li tippermetti l-verifika tad-dejta oriġinali.

1.3.

Iċ-Ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà, iżda jista' jkun dipendenti fuq ftehimiet bilaterali u/jew fuq il-politika tal-awtorità tal-ajrunavigabbiltà. Għalhekk, id-‘dejta tad-disinn approvata’ msemmija f'dan iċ-Ċertifikat tfisser li hija approvata mill-awtorità tal-ajrunavigabbiltà tal-pajjiż li jkun qed jimporta.

1.4.

Iċ-Ċertifikat mhuwiex dokument ta' kunsinna jew ta' trasport.

1.5.

L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu rilaxxati permezz taċ-Ċertifikat.

1.6.

Iċ-Ċertifikat ma jikkostitwixxix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenji tal-ajru, magna jew skrun partikolari, iżda jgħin biex l-utent aħħari jkun jista' jiddeċiedi x’inhu l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

1.7.

Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti ddikjarati bħala tajbin għall-produzzjoni u ta' oħrajn iddikjarati bħala tajbin għall-manutenzjoni.

1.8.

Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti ċċertifikati f'konformità ma' ‘dejta approvata’ u ta' oħrajn b'‘dejta mhux approvata’.

2.   FORMAT ĠENERALI

2.1.

Iċ-Ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta' kull kaxxa jista' jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-Ċertifikat ma jibqax jintgħaraf.

2.2.

Iċ-Ċertifikat għandu jkun f'format mimdud (‘landscape’), iżda d-daqs globali jista' jiġi mkabbar jew imċekken b'mod sinifikanti, basta ċ-Ċertifikat jibqa' jintgħaraf u leġibbli. F'każ ta' dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.3.

Id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà tal-Utent/Installatur tista' titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.

2.4.

L-istampar għandu jkun ċar u leġibbli biex ikun jista' jinqara faċilment.

2.5.

Iċ-Ċertifikat jista' jkun jew stampat minn qabel jew magħmul permezz ta' kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli u konformi mal-format iddefinit.

2.6.

Iċ-Ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u meta xieraq, b'lingwa oħra jew aktar.

2.7.

Id-dettalji li għandhom jitniżżlu fuq iċ-Ċertifikat jistgħu jiġu stampati permezz ta' magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn, b'ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment.

2.8.

Għal aktar ċarezza, it-taqsir ta' kliem għandu jintuża mill-anqas possibbli.

2.9.

L-entità li toħroġ iċ-Ċertifikat tista' tuża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat biex tniżżel kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, li mandankollu ma tista tinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta' ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu li jsir min-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat għandha ssir referenza għalih fil-kaxxa xierqa fuq in-naħa ta' quddiem taċ-Ċertifikat.

3.   KOPJI

3.1.

Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta' kopji taċ-Ċertifikat li jistgħu jintbagħtu lill-klijent jew li jistgħu jinżammu mill-entità li toħorġu.

4.   ŻBALL/ŻBALJI FIĊ-ĊERTIFIKAT

4.1.

F'każ li utent aħħari jsib xi żball/żbalji fuq Ċertifikat, għandu jidentifikah/om bil-miktub lill-entità li tkun ħarġitu. Jekk tkun tista' tivverifika u tikkoreġi l-iżball/żbalji, l-entità li tkun ħarġet iċ-Ċertifikat tista' toħroġ Ċertifikat ġdid.

4.2.

Iċ-Ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru ta' referenza tal-formola u data ġodda u jiġi ffirmat mill-ġdid.

4.3.

It-talba għal Ċertifikat ġdid tista' tiġi aċċettata mingħajr ma terġa' ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-Ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali tal-oġġett u fil-kaxxa 12 tiegħu għandha ssir referenza għaċ-Ċertifikat preċedenti, permezz ta' din id-dikjarazzjoni; ‘dan iċ-Ċertifikat jikkoreġi l-iżball/żbalji fil-kaxxa/kaxxi [indika l-kaxxa/kaxxi kkoreġuti] taċ-Ċertifikat [indika n-numru ta' referenza tal-formola oriġinali] tad-data [indika d-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità/il-kundizzjoni/ir-rilaxx tal-oġġett għas-servizz’. Iż-żewġ Ċertifikati għandhom jinżammu għal tul il-perjodu minimu li għandu jinżamm l-ewwel ċertifikat.

5.   Il-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ENTITÀ LI TOĦORGU

Kaxxa 1: Awtorità Kompetenti/pajjiż responsabbli għall-Approvazzjoni

Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li dan iċ-Ċertifikat inħareġ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Jekk l-Awtorità Kompetenti hija l-Aġenzija, indika ‘EASA’ biss.

Kaxxa 2: Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA

‘ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT FORMOLA 1 tal-EASA’

Kaxxa 3: Numru ta' Referenza tal-Formola

Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/proċedura ta' numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4; dan in-numru jista' jinkludi karattri alfanumeriċi.

Kaxxa 4: Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni

Indika l-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (agħmel referenza għall-Formola 55 tal-EASA, Paġna A) li qed tirrilaxxa l-oġġett(i) kopert(i) minn dan iċ-Ċertifikat. F'din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., tal-organizzazzjoni, sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5: Ordni ta' Xogħol/Kuntratt/Fattura

Sabiex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijent, indika n-numru tal-ordni ta' xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura jew numru ta' referenza simili.

Kaxxa 6: Oġġett

Meta jkun hemm aktar minn linja waħda ta' oġġetti, indika n-numru ta' kull oġġett. Din il-kaxxa tippermetti li t-tqabbil mar-Rimarki tal-kaxxa 12 isir faċilment.

Kaxxa 7: Deskrizzjoni

Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza għat-terminu li jintuża fl-istruzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà jew id-dejta dwar il-manutenzjoni (eż., Katalogu Illustrat tal-Komponenti, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru, Bullettin tas-Servicing, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Komponenti).

Kaxxa 8: In-Numru tal-Parti

Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta' magna jew skrun, tista' tindika d-deżinjazzjoni tat-tip.

Kaxxa 9: Kwantità

Indika l-kwantità ta' oġġetti.

Kaxxa 10: In-Numru tas-Serje

F'każ li r-regolamenti jesiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat permezz ta' numru tas-serje, indikah hawnhekk. Jista' jiġi indikat ukoll kwalunkwe numru tas-serje ieħor li mhux meħtieġ b'regolament. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika ‘N/A’.

Kaxxa 11: Status/Xogħol

Indika ‘PROTOTIP’ jew ‘ĠDID’.

Indika ‘PROTOTIP’ għal:

(i)

Il-produzzjoni ta' oġġett ġdid f'konformità ma' dejta tad-disinn mhux approvata.

(ii)

Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta' modifika jew ta' tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż., wara li jiddaħħal tibdil fid-disinn, tiswija ta' difetti, spezzjoni jew test, jew tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta' modifika jew ta' tiswija.

Indika ‘ĠDID’ għal:

(i)

Il-produzzjoni ta' oġġett ġdid f'konformità ma' dejta tad-disinn approvata.

(ii)

Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta' modifika jew ta' tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż., wara li jiddaħħal tibdil fid-disinn, tiswija ta' difetti, spezzjoni jew test, jew tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta' modifika jew ta' tiswija.

(iii)

Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-manifattur tal-prodott jew mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti ta' oġġetti minn ‘prototip’ (konformità ma' dejta mhux approvata biss) għal ‘ġdid’ (konformità ma' dejta approvata u f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu), wara l-approvazzjoni tad-dejta tad-disinn applikabbli, sakemm id-dejta tad-disinn ma tkunx inbidlet. Fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal din id-dikjarazzjoni:

ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA' OĠĠETTI MINN ‘PROTOTIP’ GĦAL ‘ĠDID’: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA L-APPROVAZZJONI TAD-DEJTA TAD-DISINN [DAĦĦAL IN-NUMRU TC/STC, IL-LIVELL TA' REVIŻJONI], BID-DATA TA' [JEKK MEĦTIEĠA BIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) GĦALIHA.

Il-kaxxa ‘dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu’ għandha tiġi mmarkata fil-kaxxa 13a.

(iv)

Il-kontroll b'reqqa ta' oġġett ġdid li jkun diġà ġie rilaxxat, qabel ma jibda jintuża, skont standard jew speċifikazzjoni speċifikata mill-klijent (id-dettalji ta' dan l-istandard jew din l-ispeċifikazzjoni għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 12 flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali) jew biex tiġi stabbilita l-ajrunavigabbiltà tiegħu (fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal spjegazzjoni għalfejn ingħata r-rilaxx flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali).

Kaxxa 12: Rimarki

Iddeskrivi, jew direttament inkella permezz ta' referenza għal dokumenti rilevanti, ix-xogħol indikat fil-Kaxxa 11 li huwa neċessarju biex l-utent jew l-installatur jiddetermina l-ajrunavigabbiltà tal-oġġett(i) fir-rigward tax-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista' tintuża paġna oħra li ssir referenza għaliha fil-Formola 1 tal-EASA. Kull dikjarazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar għal liema oġġett(i) tal-Kaxxa 6 tkun qed tirreferi. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni, indika ‘Xejn’

Fil-kaxxa 12 indika r-raġunijiet għar-rilaxx tad-dejta tad-disinn mhux approvata (eż., pendenti minn ċertifikat tat-tip, għall-ittestjar biss, pendenti minn dejta approvata).

Jekk l-istampar tad-dejta jsir minn forma elettronika tal-Formola 1 tal-EASA, f'din il-kaxxa għandha tiġi indikata kwalunkwe dejta li ma tistax tiddaħħal f'kaxxi oħra.

Kaxxa 13a

Immarka waħda biss minn dawn iż-żewġ kaxxi:

(1)

Immarka l-kaxxa ‘dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu’ jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) manifatturat(i) bl-użu ta' dejta tad-disinn approvata u jinstab li hu(huma) f'kundizzjoni li jaħdem(jaħdmu) mingħajr periklu.

(2)

Immarka l-kaxxa ‘dejta tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12’ jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) manifatturat(i) bl-użu ta' dejta tad-disinn mhux approvata applikabbli. Fil-kaxxa 12 indika d-dejta (eż., pendenti minn ċertifikat tat-tip, għall-ittestjar biss, pendenti minn dejta approvata).

Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti rilaxxati abbażi ta' dejta tad-disinn approvata u ta' oħrajn rilaxxati abbażi ta' dejta tad-disinn mhux approvata.

Kaxxa 13b: Firma ta' Persuna Awtorizzata

F'dan il-vojt għandha tiffirma l-persuna awtorizzata. F'din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u l-politiki tal-awtoritajiet kompetenti. Biex il-firma tintgħaraf aħjar, jista' jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.

Kaxxa 13c: Numru tal-Approvazzjoni/Awtorizzazzjoni

Indika n-numru/r-referenza tal-approvazzjoni/awtorizzazzjoni, Dan in-numru, jew referenza, jinħareġ mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa 13d: Isem

Indika, b'mod leġibbli, l-isem tal-persuna li tiffirma fil-kaxxa 13b.

Kaxxa 13e: Data

Indika d-data li fiha tiġi ffirmata l-kaxxa 13b. Din id-data għandha jkollha format ta' jj = jum f'żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = is-sena f'erba’ ċifri.

Kaxxi 14a-14e

Rekwiżiti Ġenerali għall-kaxxi 14a-14e:

Dawn il-kaxxi ma jintużawx għar-rilaxx tal-produzzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b'xi mod ieħor, biex jiġi evitat li jintużaw b'mod mhux intenzjonat jew mhux awtorizzat.

Responsabbiltajiet tal-Utent/Installatur

Daħħal d-dikjarazzjoni ta' hawn taħt fiċ-Ċertifikat biex tinnotifika lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu ta' kwalunkwe oġġett li jkollu l-formola miegħu:

‘DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JAWTORIZZAX B'MOD AWTOMATIKU T-TWETTIQ TAL-INSTALLAZZJONI.

META L-UTENT/INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLI TA' AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ LI MHIX L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, IKUN ESSENZJALI LI L-UTENT/INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ TIEGĦU TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1. ID-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KAXXI 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU GĦANDU JKOLLHOM ĊERTIFIKAT TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠ MILL-UTENT/INSTALLATUR SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.’”;

(44)

L-Appendiċi II jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi II

Ċertifikat ta' Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà – Formola 15a tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

(45)

L-Appendiċi IV jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi IV

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett – Formola 24 tal-EASA

LOGO tal-awtorità kompetenti

ĊERTIFIKAT TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETT

 (*)

[Stat Membru tar-reġistrazzjoni]

[L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU]

 (*)

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni

2.

Manifattur u isem il-manifattur tal-inġenju tal-ajru

3.

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru

4.

Kategoriji

5.

Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà qed jinħareġ skont (**) [il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata 7 ta’ Diċembru 1944] u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, Artikolu 5(4)(b) fir-rigward tal-inġenju tal-ajru msemmi hawn fuq li huwa meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru meta jinżamm u jitħaddem skont ma hawn iddikjarat u l-limitazzjonijiet operattivi rilevanti.

Flimkien ma' dan, japplikaw ukoll dawn ir-restrizzjonijiet:

 (*)

 (**) [L-inġenju tal-ajru jista' jintuża għal navigazzjoni internazzjonali minkejja r-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq].

 

Data tal-ħruġ:

 

Firma:

6.

Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett huwa validu sakemm ma jiġix revokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Ma' dan iċ-Ċertifikat għandu jiġi mehmuż Ċertifikat ta' Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà attwali.

Formola 24 tal-EASA, Edizzjoni 2.

Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord tul it-titjiriet kollha

(46)

L-Appendiċi V jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi V

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà – Formola 25 tal-EASA

LOGO tal-awtorità kompetenti

ĊERTIFIKAT TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

 (***)

[Stat Membru tar-reġistrazzjoni]

[L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU]

 (***)

1.

Nazzjonalità u marki tar-reġistrazzjoni

2.

Manifattur u isem il-manifattur tal-inġenju tal-ajru

3.

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru

4.

Kategoriji

5.

Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà qed jinħareġ skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata 7 ta' Diċembru 1944 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, Artikolu 5(2)(c) fir-rigward tal-inġenju tal-ajru msemmi hawn fuq li huwa meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru meta jinżamm u jitħaddem skont ma hawn iddikjarat u l-limitazzjonijiet operattivi rilevanti.

Limitazzjonijiet/Rimarka:

 (***)

 

Data tal-ħruġ:

 

Firma:

6.

Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà huwa validu sakemm ma jiġix revokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Ma' dan iċ-Ċertifikat għandu jiġi mehmuż Ċertifikat ta' Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà attwali.

Formola 25 tal-EASA, Edizzjoni 2

Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm abbord tul it-titjiriet kollha

(47)

L-Appendiċi VII jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi VII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-Inġenji tal-Ajru – Formola 52 tal-EASA

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

1.

Stat tal-manifattura

2.

[STAT MEMBRU] (****) Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (*****)

3.

Nru. ta' Ref. tad-Dikjarazzjoni:

4.

Organizzazzjoni

5.

Tip ta' inġenju tal-ajru

6.

Referenzi taċ-ċertifikat tat-tip

7.

Reġistrazzjoni jew Marka tal-Inġenju tal-Ajru

8.

Nru ta' Identifikazzjoni tal-manifattur

9.

Dettalji tal-Magna/Skrun (******)

10.

Modifiki u/jew Bullettini tas-Servicing (******)

11.

Direttivi tal-Ajrunavigabbiltà

12.

Konċessjonijiet

13.

Eżenzjonijiet, Rinunzji jew Derogi (******)

14.

Rimarki

15.

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà

16.

Rekwiżiti Addizzjonali

17.

Dikjarazzjoni tal-Konformità

B'dan qed jiġi ċċertifikat li dan l-inġenju tal-ajru jikkonforma bis-sħiħ mad-disinn taċ-ċertifikat tat-tip u mal-elementi indikati fil-kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13 ta' hawn fuq.

L-inġenju tal-ajru jinsab f'kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt titjira u ta riżultati sodisfaċenti.

18.

Iffirmat

19.

Isem

20.

Data (j/x/s)

21.

Referenza tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Formola 52 tal-EASA, Edizzjoni 2

Struzzjonijiet għall-mili tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Formola 52 tal-EASA

1.   SKOP U AMBITU

1.1.

L-użu tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità maħruġa mill-manifattur li jipproduċi skont il-Parti 21, Taqsima A, Subparti F huwa deskritt fil-punt 21A.130, kif huma deskritti wkoll il-mezzi korrispondenti u aċċettabbli ta' konformità.

1.2.

L-iskop tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-inġenji tal-ajru (Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, Taqsima A, Subparti G huwa li jippermetti d-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni xierqa jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru individwali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1.

Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità għandha tkun konformi mal-format mehmuż, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta' kull kaxxa jista' jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-Dikjarazzjoni tal-Konformità ma tibqax tintgħaraf. F'każ ta' dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2.

Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista' tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta' kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli. Il-kliem tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità stampata minn qabel jista' jsir bħal ma jidher fil-mudell mehmuż, iżda ma tista' ssir ebda dikjarazzjoni oħra ta' ċertifikazzjoni.

2.3.

Il-mili tal-formola jista' jsir jew billi jiġi stampat permezz ta' magna/kompjuter jew miktub bl-idejn, b'ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment. Bħala lingwa jista' jintuża l-Ingliż, u meta jkun il-każ, tista' tintuża l-lingwa (jew aktar minn lingwa waħda) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-formola.

2.4.

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-Dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha.

3.   Il-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA

3.1.

Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-Kaxxi kollha.

3.2.

Ma tista' tinħareġ ebda Dikjarazzjoni tal-Konformità lill-awtorità kompetententi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.

3.3.

L-informazzjoni meħtieġa fil-Kaxex 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista' tiġi indikata permezz ta' referenza għal dokumenti speċifiċi oħra arkivjati min-naħa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiftehimx mod ieħor.

3.4.

Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità mhix imfassla biex tinkludi dawk l-elementi ta' tagħmir li jistgħu jkunu meħtieġa jiġu installati għaż-żamma ta' konformità mar-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud mill-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-Kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw iż-żamma ta' konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet li jwettqu.

Kaxxa 1

Indika isem l-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2

L-awtorità kompetenti li d-Dikjarazzjoni tal-Konformità tinħareġ bl-awtorità tagħha.

Kaxxa 3

F'din il-Kaxxa, għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta' kontroll u traċċabbiltà tad-Dikjarazzjoni. Dan, għajr meta d-dokument ikun magħmul permezz ta' kompjuter u ma jkunx neċessarju li n-numru jiġi stampat minn qabel peress li l-kompjuter ikun programmat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-Kaxxa tista' tiġi stampata minn qabel. F'din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5

It-tip tal-inġenju tal-ajru kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip u l-iskeda informattiva assoċjata.

Kaxxa 6

In-numri ta' referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni korrispondenti għall-inġenju tal-ajru suġġett taċ-ċertifikat.

Kaxxa 7

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun reġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx reġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u, jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz.

Kaxxa 8

In-numru ta' identifikazzjoni assenjat mill-manifattur għal skopijiet ta' kontroll u traċċabbiltà u għall-appoġġ tal-prodott. Xi drabi, dan in-numru jissejjaħ Numru tas-Serje tal-Manifattur jew Numru tal-Kostruttur.

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b'mod sħiħ, kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u l-iskeda informattiva assoċjata. Għandhom jiġu indikati wkoll in-Nru. ta' identifikazzjoni tal-manifattur u l-indirizz tiegħu.

Kaxxa 10

Modifiki fid-disinn approvati għad-Disinn tal-Inġenju tal-Ajru.

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma' deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali suġġett taċ-ċertifikat, inklużi l-prodotti u l-komponenti, apparat u tagħmir installati. Għandu jiġi indikat ukoll kwalunkwe limitu ta' żmien li fih trid tintlaħaq il-konformità.

Kaxxa 12

Devjazzjonijiet mhux intenzjonati mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu konċessjonijiet, diverġenzi jew non-konformità.

Kaxxa 13

F'din il-kaxxa jistgħu jitniżżlu biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.

Kaxxa 14

Rimarki. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, dejta partikolari jew limitazzjoni li tista' taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew dejta ta' dan it-tip, indika; ‘XEJN’.

Kaxxa 15

Indika jew ‘Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà’, jew ‘Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett’, jew iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà rikjest.

Kaxxa 16

F'din il-Kaxxa għandhom jiġu indikati r-rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17

Biex id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tkun valida, il-Kaxxi ta' din il-formola għandhom jimtlew kollha bl-informazzjoni kollha meħtieġa. Id-detentur tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni għandu jarkivja kopja tar-rapport tat-titjira bi prova flimkien ma' kwalunkwe difetti reġistrati u dettalji ta' tiswijiet. Ir-rapport għandu jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u ffirmat mill-persunal li jiċċertifika xieraq u minn membru tal-ekwipaġġ, eż.,il-pilota tat-test jew l-inġinier tat-titjir bi prova. It-titjir bi prova mwettaq huwa dak definit fis-sistema ta' kontroll tal-kwalità, kif stabbilit bil-punt 21A.139, b'mod partikolari l-punt 21A.139(b)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jinsab f'kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

Id-detentur tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni għandu jarkivja lista tal-oġġetti pprovduti (jew li jitqiegħdu disponibbli) biex tinżamm il-konformità mal-aspetti ta' din id-dikjarazzjoni relatati mat-tħaddim mingħajr periklu tal-inġenju tal-ajru.

Kaxxa 18

Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista' tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni skont il-punt 21A.145(d). Għall-firma, ma jistax jintuża timbru.

Kaxxa 19

L-isem tal-persuna li jiffirma ċ-ċertifikat għandu jiġi ttajpjat jew stampat b'mod leġibbli.

Kaxxa 20

Indika d-data ta' meta ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni tal-Konformità.

Kaxxa 21

Indika r-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

(48)

L-Appendiċi IX jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi IX

Ċertifikati ta' Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni li jissemmew fis-Subparti G tal-Anness (Parti 21) — Formola 55 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(49)

L-Appendiċi X jinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi X

Ittra ta' Ftehim – Formola 65 tal-EASA - imsemmija fis-Subparti F tal-Anness (Parti 21)

Image

Test ta 'immaġni


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar l-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan

(2009/895/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 111(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Komunità għandha l-kompetenza fil-kwistjonijiet monetarji u tar-rata tal-kambju mid-data tal-introduzzjoni tal-euro.

(2)

Il-Kunsill għandu jiddetermina l-arranġamenti għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet li jikkonċernaw kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sistema monetarja jew tal-kambju barrani;

(3)

Ir-Repubblika Taljana, f’isem il-Komunità, ikkonkludiet fid-29 ta’ Diċembru 2000 Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu fl-10 ta’ Frar 2009 l-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-funzjonament tal-ftehimiet monetarji eżistenti u biex tikkunsidra żidiet possibbli fil-limiti massimi għall-ħruġ ta’ muniti.

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni dwar il-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji ma’ Monako, San Marino u l-Vatikan li l-Ftehim Monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan fil-forma preżenti tiegħu jeħtieġ li jiġi emendat bil-ħsieb li jiġi żgurat metodu aktar konsistenti fir-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi li ffirmaw il-ftehim monetarju.

(6)

Il-Ftehim Monetarju mal-Belt tal-Vatikan għandu għalhekk jiġi nnegozjat mill-ġdid malajr kemm jista’ jkun biex is-sistema l-ġdida tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, flimkien mar-regoli l-ġodda dwar il-modalitajiet tal-introduzzjoni tal-muniti euro stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (1), approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 Frar 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Taljana għandha tinnotifika lill-Istat tal-Belt tal-Vatikan bil-ħtieġa li temenda l-Ftehim Monetarju eżistenti bejn ir-Repubblika Taljana, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) fl-iktar data kmieni possibbli u toffri nnegozjar mill-ġdid fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim.

Artikolu 2

Il-Komunità għandha tfittex li twettaq dawn il-bidliet li ġejjin fl-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan:

(a)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan. It-test tal-ftehim għandu jkun test ikkodifikat tal-ftehim attwali flimkien mal-emendi.

(b)

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jintrabat li jadotta l-miżuri kollha xierqa, permezz ta’ traspożizzjonijiet diretti jew possibbilment permezz ta’ azzjonijiet ekwivalenti, għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja kollha rilevanti dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, dwar il-prevenzjoni ta’ frodi u falsifikazzjoni ta’ flus kontanti u mezzi ta’ pagamenti bi flus mhux kontanti. Huwa għandu jintrabat ukoll li jadotta l-leġislazzjoni Komunitarja kollha rilevanti dwar l-operazzjonijiet bankarji u dik finanzjarja jekk u meta settur bankarju jinħoloq fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

(ċ)

Il-metodu għad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ ħruġ ta’ muniti euro tal-Vatikan għandu jiġi rivedut. Il-limitu massimu l-ġdid għandu jkun ikkalkulat bl-użu ta’ metodu li jgħaqqad parti fissa mmirata biex tevita l-ispekulazzjoni numismatika eċċessiva fuq il-muniti tal-Vatikan billi tissodisfa d-domanda tas-suq tal-kolletturi tal-muniti u parti varjabbli, ikkalkulata bħala l-ħruġ medju per capita ta’ muniti tar-Repubblika tal-Italja fis-sena n-1 immultiplikat bin-numru ta’ abitanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan. Mingħajr preġudizzju għall-ħruġ ta’ muniti għall-kolletturi, il-Ftehim għandu jistabbilixxi l-proporzjon minimu tal-muniti tal-euro tal-Vatikan li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali ta’ 51 %.

(d)

Għandu jkun stabbilit Kumitat Konġunt sabiex jissorvelja l-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dan għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, ir-Repubblika tal-Italja, il-Kummissjoni u l-BĊE. Dan għandu jkollu l-possibbiltà li jirrevedi kull sena l-parti fissa bil-għan li jieħu f’konsiderazzjoni l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tas-suq tal-kolletturi. Dan għandu jeżamina kull 5 snin l-adegwatezza tal-proporzjon minimu ta’ muniti li għandhom jiġu introdotti b’valur nominali u jista’ jiddeċiedi li jżidu. Dan għandu jadotta d-deċiżjonijiet b’mod unanimu. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(e)

Il-muniti euro tar-Repubblika tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom ikunu inċiżi mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. L-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu madankollu jkollu l-possibbiltà li jsejjaħ kuntrattur ieħor fost iz-zekkek tal-muniti tal-euro fl-Unjoni Ewropea, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum tal-muniti maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandu jiġi miżjud mal-volum tal-muniti maħruġa mir-Repubblika tal-Italja għall-iskop tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.

(f)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiġi eletta bħala l-korp inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jista’ jinqala’ mill-applikazzjoni tal-Ftehim.

Jekk il-Komunità jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jikkunsidraw li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont il-Ftehim Monetarju, din tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun torbot lill-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza f’perijodu ta’ żmien li għandu jiġi deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha. Fil-każ li l-Komunità jew l-Istat tal-Belt tal-Vatikan jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mas-sentenza tul il-perijodu, il-Parti l-oħra tista’ ttemm minnufih il-Ftehim.

Artikolu 3

In-negozjati mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom ikunu mmexxija mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom is-sietgħa li jinizjalaw il-Ftehim f’isem il-Komunità. Il-BĊE għandu jkun assoċjat bis-sħiħ man-negozjati u l-Ftehim tiegħu għandu jkun meħtieġ dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-Ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) għall-opinjoni.

Artikolu 4

Mal-inizjalar tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tikkonkludi l-Ftehim f’isem il-Komunità, sakemm il-KEF jew il-BĊE ma jkunx tal-fehma li l-ftehim għandu jiġi sottomess lill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, lill-Kummissjoni u lill-BĊE.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BJÖRKLUND


(1)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/896/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mal-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/478/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu kif meħtieġ taħt l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 1.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 3.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/897/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mal-Commonwealth tal-Baħamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/481/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 23.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 24.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/898/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mal-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/479/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 9.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 10.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/899/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mar-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/480/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 16.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 17.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/900/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mar-Repubblika ta’ Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/482/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 30.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 31.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/901/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mal-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/483/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 37.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 38.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/902/ĠAI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 30(1), 31 u 34(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tas-Slovakkja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 ikkonkluda li kien hemm il-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalità, li jiġu skambjati metodi tal-aħjar prattika u li jissaħħaħ in-network tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-prevenzjoni tal-kriminalità, kif ukoll għall-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet nazzjonali li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam, filwaqt li ġie speċifikat li din il-koperazzjoni jista' jkollha bħala l-prioritajiet prinċipali tagħha l-kriminalità tal-minorenni, dik urbana u dik relatata mad-droga. Għal dan il-għan, intalab studju dwar il-possibbiltà ta' programm iffinanzjat mill-Komunità.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 6 tal-Istrateġia tal-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata (2) tappella biex il-Kunsill ikun assistit minn esperti adegwatament kwalifikati dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità, bħall-punti fokali nazzjonali, jew billi jiġi stabbilit network ta' esperti minn organizzazzjonijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/427/ĠAI stabbilixxiet Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (3).

(4)

Evalwazzjoni esterna tan-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità li saret fl-2008-2009 identifikat opportunitajiet għat-tisħiħ tan-Network li ġew aċċettati mill-Bord tal-EUCPN u li jagħmluha neċessarja li d-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI titħassar u li tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill rigward in-Network.

(5)

L-evalwazzjoni identifikat il-ħtieġa għal impenn akbar fl-attivitajiet tan-Network mir-rappreżentanti nazzjonali.

(6)

Għadd ta' bidliet huma meħtieġa biex jissaħħaħ in-Network li jinkludu emendi għad-dispożizzjonijiet li jittrattaw il-punti ta' kuntatt, is-Segretarjat, l-istruttura tal-Bord u l-kompiti tiegħu, inkluż il-ħatra tal-President.

(7)

Il-bidliet fil-kompożizzjoni tan-Network għandhom ikunu effiċjenti u effikaċi għall-ispiża li ssir, billi jużaw esperjenzi preċedenti tal-Istati Membri fil-finanzjament u t-twettiq ta' kompiti tan-Network, fosthom tas-Segretarjat. Il-Bord għandu jżid l-isforzi tiegħu biex jikkopera fl-investigazzjoni u l-isfruttar, fil-potenzjal sħiħ tagħhom, il-possibiltajiet ta' finanzjament permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dan jista' jsir abbażi ta' sħubiji qafas jew bl-inklużjoni tan-Network fil-lista ta' korpi monopolistiċi rikonoxxuti fil-programm ta' finanzjament rilevanti.

(8)

Dispożizzjonijiet oħrajn għandhom ikunu bbażati fuq id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment

Huwa b'dan stabbilit Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “in-Network”. Huwa għandu jitqies bħala s-suċċessur tan-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità stabbilit mid-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI.

Artikolu 2

Għan

1.   In-Network għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aspetti diversi tal-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell tal-Unjoni, b'kont meħud tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-kriminalità, u għandu jappoġġa l-attivitajiet għall-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell nazzjonali u lokali.

2.   Il-prevenzjoni tal-kriminalità għandha tkopri l-miżuri kollha li huma intenzjonati biex inaqqsu jew inkella jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kriminalità u tas-sens ta' nuqqas ta' sigurtà taċ-ċittadini, kemm b'mod kwantitattiv kif ukoll b'mod kwalitattiv, jew billi jiġu skoraġġiti direttament l-attivitajiet kriminali jew permezz ta' linji ta' politika u azzjonijiet imfassla biex inaqqsu l-potenzjal għall-kriminalità u l-kawzi tal-kriminalità. Hija tinkludi l-ħidma tal-gvern, l-awtoritajiet kompetenti, l-aġenziji tal-ġustizzja kriminali, l-awtoritajiet lokali u l-assoċjazzjonijiet speċjalizzati li huma stabbilixxew fl-Ewropa, is-setturi privati u volontarji, ir-riċerkaturi, u l-pubbliku, appoġġati mill-midja.

Artikolu 3

Struttura u kompożizzjoni

1.   In-Network għandu jikkonsisti f'Bord u Segretarjat kif ukoll f'punti ta' kuntatt li jistgħu jiġu nnominati minn kull Stat Membru.

2.   Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentanti nazzjonali, bi President u Kumitat Eżekuttiv.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant nazzjonali u jista' jaħtar sostitut.

4.   Il-President għandu jinħatar minn ġewwa l-korp tar-rappreżentanti nazzjonali.

5.   Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jitmexxa mill-President u għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn sitt membri oħrajn tal-Bord u rappreżentant nominat mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Kompiti tan-Network

In-Network għandu, b'mod partikolari:

(a)

jiffaċilita l-koperazzjoni, il-kuntatti u l-iskambji ta' informazzjoni u l-esperjenza bejn l-atturi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità;

(b)

jiġbor, jivvaluta u jikkomunika l-informazzjoni evalwata inkluża l-prattika tajba dwar l-attivitajiet għall-prevenzjoni tal-kriminalità;

(c)

jorganizza konferenzi, b'mod partikolari Konferenza annwali dwar l-Aħjar Prattika, u attivitajiet oħrajn, inkluż il-Premju Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità, imfassla biex jiksbu l-għanijiet tan-Network u biex jikkondividu ampjament ir-riżultati miksuba minnhom;

(d)

jipprovdi l-kompetenza esperta tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif meħtieġ;

(e)

jirrapporta lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tiegħu kull sena permezz tal-Bord u l-gruppi ta' ħidma kompetenti. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex japprova r-rapport and jibagħtu lill-Parlament Ewropew;

(f)

jiżviluppa u jimplimenta programm ta' ħidma bbażat fuq strateġija ddefinita b'mod ċar li tqis l-identifikazzjoni u t-trattament tat-theddid rilevanti mill-kriminalità.

Artikolu 5

Skambju ta' informazzjoni

Biex iwettaq il-kompiti tiegħu, in-Network għandu:

(a)

jiffavorixxi approċċ multidixxiplinarju;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib, permezz tar-rappreżentanti nazzjonali u l-punti ta' kuntatt, mal-korpi għall-prevenzjoni tal-kriminalità, l-awtoritajiet lokali, is-sħubijiet lokali u s-soċjetà ċivili kif ukoll ma' istituzzjonijiet ta' riċerka u organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-Istati Membri;

(c)

jistabbilixxi u jaġġorna l-websajt tiegħu stess, li jkun fiha r-rapporti regolari tiegħu u kwalunkwe informazzjoni oħra utli, b'mod partikolari kompendju tal-aħjar prattika;

(d)

jimpenja ruħu biex juża u jippromovi r-riżultati ta' proġetti, rilevanti għall-prevenzjoni tal-kriminalità, iffinanzjati permezz tal-programmi tal-Unjoni.

Artikolu 6

Responsabbiltajiet

1.   Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jipprovdi appoġġ lill-President biex jiżgura, inter alia:

a)

l-iżvilupp tal-istrateġija tan-Network għal approvazzjoni mill-Bord;

b)

il-funzjonament effettiv tal-Bord, u

c)

l-iżvilupp u t-twettiq tal-programm ta' ħidma.

2.   Il-kompiti tal-Bord għandhom jinkludu:

(a)

li jiżgura l-funzjonament korrett tan-Network skont din id-Deċiżjoni, inkluż li jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni prattika tal-funzjonijiet tas-Segretarjat;

(b)

li jiżviluppa u jadotta regolament finanzjarju;

(c)

li japprova l-istrateġija tan-Network, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell tal-Unjoni;

(d)

li jadotta u jiżgura t-twettiq tal-programm ta' ħidma tan-Network;

(e)

li jadotta rapport annwali tal-attivitajiet tan-Network.

3.   Il-Bord għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu b'deċiżjoni unanima li jkun fihom, inter alia, id-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra u l-mandat tal-President u tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv, l-arranġamenti deċiżjonali tal-Bord, l-arranġamenti lingwistiċi, il-kompiti, l-organizzazzjoni u r-riżorsi tas-Segretarjat, u l-arranġamenti amministrattivi għall-koperazzjoni ma' entitajiet oħrajn kif imsemmija fl-Artikolu 8.

4.   Is-Segretarjat għandu jappoġġa l-Bord. Huwa għandu jiffunzjona fuq bażi permanenti, għall-benefiċċju sħiħ tan-Network, filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità kif meħtieġ. Huwa għandu l-kompiti li ġejjin:

(a)

li jipprovdi appoġġ amministrattiv u ġenerali fit-tħejjija ta' laqgħat, seminars u konferenzi; li jabbozza r-rapport annwali u l-programm ta' ħidma, li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma u li jipprovdi punt fokali għall-komunikazzjoni mal-membri tan-Network;

(b)

li jipprovdi funzjoni analitika u ta' appoġġ biex tiġi identifikata attività ta' riċerka li għaddejja fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u informazzjoni relatata li tkun ta' użu għan-Network;

(c)

li jieħu responsabbiltà komplessiva biex jiġi ospitat, żviluppat u aġġornat il-websajt tan-Network.

5.   Ir-rappreżentanti nazzjonali għandhom jippromwovu l-attivitajiet tan-Network fil-livell nazzjonali u lokali u jiffaċilita, bejn l-Istati Membru tagħhom u n-Network, il-forniment, is-sosteniment u l-iskambju ta' materjal dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità.

6.   Il-punti ta' kuntatt għandhom jappoġġaw lir-rappreżentanti nazzjonali fl-iskambju ta' informazzjoni u kompetenza esperta nazzjonali dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità fin-Network.

7.   Is-Segretarjat għandu jirrapporta lill-President u lill-Kumitat Eżekuttiv u l-prestazzjoni tiegħu għandha tkun ikkontrollata minnhom.

8.   L-Istati Membri huma responsabbli għall-finanzjament tan-Network u l-attivitajiet tiegħu. L-Istati Membri għandhom, permezz tal-Bord, jikkoperaw biex jiżguraw il-finanzjament kosteffettiv tan-Network u l-attivitajiet tiegħu.

9.   Il-paragrafu 8 japplika mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li jitfittex u jinkiseb appoġġ finanzjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Laqgħat tal-Bord

Il-Bord għandu jiltaqa' tal-anqas darba matul kull nofs sena fuq stedina tal-President.

Artikolu 8

Koperazzjoni ma' entitajiet oħrajn

In-Network jista' jikkopera ma' entitajiet oħrajn li jkunu kompetenti fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità fejn dan ikun rilevanti sabiex huwa jikseb l-għanijiet tiegħu.

Artikolu 9

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tan-Network b'attenzjoni speċjali fuq l-effiċjenza tal-ħidma tan-Network u s-Segretarjat tiegħu, b'kont dovut meħud tal-interazzjoni bejn in-Network u partijiet interessati oħrajn sat-30 Novembru 2012. Abbażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni, għandha titwettaq valutazzjoni biex ikunu identifikati l-opportunitajiet possibbli li jistgħu jinkisbu billi, pereżempju, is-Segretarjat jiġi trasferit lil Aġenzija eżistenti.

Artikolu 10

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI hija b'dan imħassra.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 222, 15.9.2009, p. 2.

(2)  ĠU C 124, 3.5.2000, p.1.

(3)  ĠU L 153, 8.6.2001, p. 1.


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1195/2009

tas-7 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

43,8

MA

40,6

TR

61,8

ZZ

48,7

0707 00 05

MA

49,3

TR

75,7

ZZ

62,5

0709 90 70

MA

41,0

TR

115,8

ZZ

78,4

0805 10 20

AR

70,4

MA

50,6

TR

64,6

ZA

48,5

ZZ

58,5

0805 20 10

MA

73,0

ZZ

73,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

132,8

HR

67,9

IL

68,7

TR

77,1

ZZ

86,6

0805 50 10

TR

74,9

ZZ

74,9

0808 10 80

AU

161,8

CA

65,1

CN

83,6

MK

20,3

US

90,6

ZA

106,2

ZZ

87,9

0808 20 50

CN

36,7

US

213,0

ZZ

124,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/49


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li jipprojbixxi s-sajd għar-redfish fiż-żona tan-NAFO, id-Diviżjoni 3M, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri Kollha

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid, u b’mod partikolari għal ċerti stokkijiet tal-ħut tan-NAFO (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament, li nqabdu minn bastimenti Komunitarji u bastimenti ta’ Parti Kontraenti oħra eżawrew it-TAC (Qabda Totali Permessa) allokata għal 2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, f’konformità man-nota tal-qiegħ (1) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

It-TAC allokata għal 2009 lill-Parti Kontraenti tan-NAFO msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandu jkun ipprojbit. Għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawn il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

02/09/NA

Stat Membru

L-Istati Membri kollha

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

Żona Regolatorja tan-NAFO, id-Diviżjoni 3.M

Data

23.11.2009


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda b’akkordju komuni mal-President elett tal-Kummissjoni

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li tadotta l-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni

(2009/903/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3), (4) u (7) tiegħu, it-tieni subparagrafu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Iċ-ċirkostanzi relatati mal-proċess ta' ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona wasslu biex il-Kummissjoni maħtura fit-22 ta' Novembru 2004 baqgħet fil-funzjoni wara l-31 ta' Ottubru 2009, sakemm twettaq il-proċess tal-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif modifikat bit-Trattat ta' Lisbona.

(2)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tiġi maħtura għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(3)

Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew eleġġa l-kandidat hekk innominat.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa kompitu tal-Kunsill Ewropew, bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni, li jaħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(5)

Il-Kunsill għandu jadotta, b'akkordju komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta’ persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 17(8) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni ser ikunu soġġetti, bħala kulleġġ, għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

B'akkordju komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni Ewropea, għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014, il-persuni li ġejjin:

 

Is-Sur Joaquín ALMUNIA AMANN

 

Is-Sur László ANDOR

 

Is-Sur Michel BARNIER

 

Is-Sur Dacian CIOLOȘ

 

Is-Sur John DALLI

 

Is-Sinjura Maria DAMANAKI

 

Is-Sur Karel DE GUCHT

 

Is-Sur Štefan FÜLE

 

Is-Sinjura Máire GEOGHEGAN-QUINN

 

Is-Sur Johannes HAHN

 

Is-Sinjura Connie HEDEGAARD

 

Is-Sinjura Rumiana JELEVA

 

Is-Sur Siim KALLAS

 

Is-Sinjura Neelie KROES

 

Is-Sur Janusz LEWANDOWSKI

 

Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

 

Is-Sur Günther H. OETTINGER

 

Is-Sur Andris PIEBALGS

 

Is-Sur Janez POTOČNIK

 

Is-Sinjura Viviane REDING

 

Is-Sur Olli REHN

 

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

 

Is-Sur Algirdas Gediminas ŠEMETA

 

Is-Sur Antonio TAJANI

 

Is-Sinjura Androulla VASSILIOU

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi trasmessa lill-President tal-Parlament Ewropew.

Hija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kunsill

Il-President

E. BJÖRLING