ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.314.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
1 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1158/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2009

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1160/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1161/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar il-katina alimentari lill-operaturi kummerċjali li joperaw il-biċċeriji ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġijiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 18 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 u l-IFRS 7 ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1166/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jbiddel u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1167/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal ( 1 )

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal ( 1 )

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1169/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 353/2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta’ vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel ( 1 )

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 ( 1 )

43

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1172/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jqassam, għas-sena tas-suq 2009/2010, 5000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

47

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum u għar-ross

48

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1174/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 34a u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE

50

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)]

60

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1176/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Redykołka (DPO)]

62

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti ( 1 )

64

 

 

DIRETTIVI

 

*

ID-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/152/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I tas-sustanza attiva carbendazim ( 1 )

66

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/153/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-isem komuni u l-purità tas-sustanza attiva tal-proteini idrolizzati ( 1 )

67

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/154/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż is-cyflufenamid bħala sustanza attiva ( 1 )

69

 

*

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/155/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-livell ta’ purità meħtieġ tas-sustanza attiva metazachlor ( 1 )

72

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/857/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

73

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/858/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2009 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni u mid-Deċiżjoni 2009/560/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9193)

75

 

 

2009/859/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9262)  ( 1 )

79

 

 

2009/860/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar in-noninklużjoni tat-triazoxide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9271)  ( 1 )

81

 

 

2009/861/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)  ( 1 )

83

 

 

2009/862/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9326)  ( 1 )

90

 

 

2009/863/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2010, lil ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9343)

91

 

 

2009/864/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ biltong fil-Komunità minn ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel u mill-Urugwaj (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9362)  ( 1 )

97

 

 

2009/865/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda metaflumizone u gamma-cyhalothrin (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9366)  ( 1 )

100

 

 

2009/866/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9399)  ( 1 )

102

 

 

2009/867/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2009 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għall-ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9406)

106

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1158/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

LA

36,8

MA

36,7

MK

52,7

TR

63,0

ZZ

47,3

0707 00 05

MA

59,4

TR

80,0

ZZ

69,7

0709 90 70

MA

34,1

TR

128,4

ZZ

81,3

0805 20 10

MA

72,6

ZZ

72,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

49,3

HR

39,1

MA

63,0

TR

78,0

ZZ

57,4

0805 50 10

AR

64,7

MA

61,1

TR

70,7

ZZ

65,5

0808 10 80

AU

142,2

CA

70,1

CN

108,9

MK

22,6

US

100,5

ZA

125,2

ZZ

94,9

0808 20 50

CN

39,2

TR

91,0

US

258,9

ZZ

129,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1159/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Diċembru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

14,17

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

37,85

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

17,53

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

17,53

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

37,85


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

13.11.2009-27.11.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

152,42

103,68

Prezz FOB USA

128,00

118,00

98,00

75,75

Tariffa fuq il-Golf

14,49

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

13,89

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,76  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

44,86  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1160/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 312, 27.11.2009, p. 40.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,70

0,58

1701 11 90  (1)

35,70

4,19

1701 12 10  (1)

35,70

0,44

1701 12 90  (1)

35,70

3,90

1701 91 00  (2)

40,56

5,30

1701 99 10  (2)

40,56

2,17

1701 99 90  (2)

40,56

2,17

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1161/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar il-katina alimentari lill-operaturi kummerċjali li joperaw il-biċċeriji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali. B’mod partikolari, it-Taqsima III tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament titlob li l-operaturi kummerċjali li joperaw il-biċċeriji jesiġu, jingħataw, jiċċekkjaw u jaġixxu fid-dawl tal-informazzjoni tal-katina alimentari u dan jgħodd għall-annimali kollha mibgħuta jew maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija, għajr il-kaċċa.

(2)

Il-punt 2 ta’ dik it-Taqsima jistipula li dawk l-operaturi għandhom jiġu provduti bl-informazzjoni tal-katina alimentari mhux anqas minn 24 siegħa qabel il-wasla tal-annimali fil-biċċerija, ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 7 ta’ dik it-Taqsima. Il-Punt 7 jipprovdi li fejn l-awtorità kompetenti tippermetti dan, li l-informazzjoni tista’ takkumpanja ċerti annimali speċifikati f’dak il-punt lejn il-biċċerija, pjuttost milli tasal għall-inqas 24 siegħa qabel il-wasla tagħhom.

(3)

Billi l-forniment tal-informazzjoni tal-katina alimentari huwa rekwiżit ġdid għal operaturi fin-negozju alimentari introdott bir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ġie stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni għall-implimentazzjoni sħiħ tiegħu mir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta’ tranżizzjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2004, Nru 854/2004 u Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (2).

(4)

Il-fluss bla xkiel tal-informazzjoni tal-katina alimentari mir-razzett sal-biċċerija huwa, b’mod partikolari, faċilitat mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jipprovdi deroga mir-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 tat-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-forniment tal-informazzjoni tal-katina alimentari 24 siegħa bil-quddiem mill-wasla tal-annimali fil-biċċerija, jekk l-awtorità kompetenti tippermetti dan u fejn dan ma jipperikolax l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament.

(5)

L-esperjenza wriet li fejn l-awtoritajiet kompetenti ngħataw il-fakultà li jwessgħu s-sitwazzjonijiet fuq il-bażi ta’ każ b’każ ta’ meta l-informazzjoni tal-katina alimentari tista’ tintbagħat il-biċċerija flimkien mal-annimali li għalihom tkun qed tirreferi, aktar milli tasal 24 siegħa bil-quddiem, dan wassal għal implimentazzjoni bla xkiel tar-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-katina alimentari. Għalhekk, huwa xieraq li dak l-arranġament ta’ tranżizzjoni jsir wieħed permanenti.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 8531/2004, fit-Taqsima III, il-punt 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

“7.

Jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti u sakemm dan ma jipperikolax l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni tal-katina alimentari tista’ tasal il-biċċerija anqas minn 24 siegħa qabel il-wasla tal-annimali ta’ kull speċi li magħhom tkun relatata jew inkella tista’ tintbagħat ma’ dawn l-annimali.

Madankollu, kull oġġett tal-informazzjoni tal-katina alimentari, li minħabba l-għarfien tiegħu jista’ jikkawża tfixkil serju fl-attività tal-biċċerija, għandu jiġi magħmul disponibbli għall-operatur kummerċjali tal-ikel li jopera l-biċċerija fi żmien biżżejjed qabel mal-annimali jaslu fil-biċċerija, biex b’hekk dak l-operatur kummerċjali tal-ikel jippjana l-attività fil-biċċerija skont dan.

L-operatur kummerċjali tal-ikel li jopera l-biċċerija għandu jevalwa l-informazzjoni relevanti u għandu jissottometti l-informazzjoni tal-katina alimentari riċevuta lill-veterinarju uffiċjali. Il-qtil jew it-tbiċċir tal-annimali ma jistax iseħħ sakemm il-veterinarju uffiċjali ma jippermettix dan.”


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1162/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (3), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu u l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (4), (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprevedu tibdil sinifikanti għar-regoli u l-proċeduri li se jsegwu l-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn ir-Regolamenti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ għadd minn dawn il-miżuri b’effett immedjat minn dik id-data tippreżenta diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet.

(2)

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprevedu ċerti arranġamenti tranżitorji għal perjodu tranżitorju li jiġi fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2009, biex jippermettu tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli u l-proċeduri l-ġodda. It-tul taż-żmien tal-perjodu tranżitorju ġie stabbilit filwaqt li ġiet ikkunsidrata r-reviżjoni ta’ dan il-qafas regolatorju dwar l-iġjene.

(3)

Ir-Regoalmenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jipprovdu li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid dwar l-iġjene qabel l-20 ta’ Mejju 2009.

(4)

Ir-rapport jiġi mgħoddi f’Lulju 2009. Madankollu, ir-rapport ma jissuġġerixxi l-ebda soluzzjoni ddettaljata għad-diffikultajiet elenkati u mhuwiex, għalhekk, akkumpanjat minn proposti. Fuq il-bażi tad-diffikultajiet identifikati, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-ħtieġa għal kwalunkwe proposta li ttejjeb ir-Regolamenti tal-iġjene tal-ikel.

(5)

Sadanittant, skont l-informazzjoni li rċieva l-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u setturi rilevanti tan-negozju Ewropew tal-ikel, ċerti arranġamenti tranżitorji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandhom jinżammu sakemm jitlesta l-proċess ta’ reviżjoni.

(6)

Għalhekk id-dispożizzjoni għandha ssir għal perjodu tranżitorju ulterjuri li f’waqtu ċerti arranġamenti tranżitorji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu jkompli japplika. Bl-għan li jiġi armonizzat l-avviċinament, il-perjodu tranżitorju għandu fit-teorija jdum erba’ snin iżda, fejn iġġustifikat, ikun iqsar.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeskludi mill-ambitu tiegħu l-forniment dirett mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam minn tjur u lagomorfi maqtula fir-razzett għall-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti lokali bl-imnut li jissupplixxu direttament lill-konsumatur finali bħala laħam frisk. Madankollu, jekk din id-dispożizzjoni tiġi limitata għal laħam frisk qabel jiġi fi tmiemu l-eżerċizzju tar-reviżjoni tkun ta’ piż addizzjonali għal proċeduri żgħar. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi deroga mir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-provvista diretta ta’ dawn il-prodotti bażiċi skont ċerti kundizzjonijiet, mingħajr ma tiġi limitata għal laħam frisk. Din il-possibbiltà għandha tinżamm waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali previst f’dan ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxu ċerti regoli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti u prodotti proċessati li joriġinaw mill-annimali. Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi arranġamenti tranżitorji li jidderogaw minn uħud minn dawn ir-regoli għal ċerti importazzjonijiet li għalihom il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità għadhom ma ġewx armonizzati f’livell Komunitarju. Dawn il-kundizzjonijiet mhux se jiġu kompletament armonizzati qabel il-31 ta’ Diċembru 2009. Għal din ir-raġuni, sakemm l-armonizzazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun għadha pendenti, jeħtieġ li jiġu previsti derogi waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti dwar il-materja prima użata biex għat-tħejjija tal-laħam ikkapuljat u l-ittikkettjar. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi arranġamenti tranżitorji li jidderogaw minn uħud minn dawn ir-rekwiżiti għal perjodu tranżitorju li matulu l-kriterji ta’ kompożizzjoni ta’ laħam ikkapuljat dwar, b’mod partikolari, il-kontenut tax-xaħam u l-proporzjon ta’ proteina fil-laħam tat-tessut li jgħaqqad kellhom jiġu vvalutati. Skont il-valutazzjoni, dawn il-kriterji kienu inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumatur (6). Din il-proposta ġiet adottata fit-30 ta’ Jannar 2008 mill-Kummissjoni u mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sakemm ir-riżultat tal-proposta jkun għadu pendenti, huwa xieraq li dawn id-derogi jinżammu minn ċerti rekwiżiti li jeħtieġu laħam ikkapuljat waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali previsti f’dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jeħtieġ li l-laboratorji li jwettqu analiżi tal-kampjuni meħuda waqt kontrolli uffiċjali jkunu akkreditati. Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula arranġament tranżitorju li jidderoga minn dak ir-rekwiżit għal ċerti laboratorji li ma kinux meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ qabel biex jiġu akkreditati. L-esperjenza wriet li laboratorji li jwettqu ttestjar uffiċjali għal Trichinella u li jinsabu f’biċċeriji jew stabbilimenti li jżommu t-tjur jeħtieġu iżjed ħin biex jiksbu akkreditazzjoni sħiħa, minħabba li l-akkreditazzjoni hi proċess kumpless u li jieħu x-xogħol. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament għandu jistipula miżuri tranżitorji ulterjuri għal dawn il-laboratorji soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI ĠENERALI

Artikolu 1

Il-perjodu transitorju ta’ żmien

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 (il-perjodu tranżitorju).

KAPITOLU II

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004

Artikolu 2

Forniment dirett ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u l-lagomorfi

B’deroga mill-Artikolu 1(3)(d) u bla ħsara għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-forniment dirett, mill-produttur, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u lagomorfi maqtula fir-razzett għall-konsumatur aħħari jew lill-stabbilimenti tal-imnut lokali li jissupplixxu b’mod dirett laħam ta’ din ix-xorta lill-konsumatur aħħari.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni

1.   L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-ikel li joriġina mill-annimali li għalih ma ġew stabbiliti ebda kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi armonizzati għall-importazzjoni, inklużi listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi u ta’ stabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru importazzjonijiet.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi għall-importazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti u prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stipulat f’dan l-Artikolu.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-Komunità, fejn applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri f’każijiet oħra.

Artikolu 4

Rekwiżiti dwar kriterji tal-kompożizzjoni u t-tikketti għal-laħam ikkappuljat

1.   B’deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II(1) tat-Taqsima V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operatur ta’ negozju tal-ikel għandu jiċċekkja l-materja prima li tiddaħħal fl-istabbiliment biex jiżgura konformità mal-isem tal-prodott fit-tabella hawn taħt fir-rigward tal-prodott aħħari.

Tabella

Kriterji tal-kompożizzjoni kkontrollati abbażi ta’ medja maħduma kuljum

 

Kontenut ta’ xaħam

Tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteina fil-laħam

laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12

ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15

laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18

laħam ikkapuljat ta’ speċijiet oħrajn

≤ 25 %

≤ 15

2.   B’deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, it-tikketta għandha turi wkoll il-kliem li ġej:

“perċentwal ta’ xaħam taħt …”,

“tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteini fil-laħam taħt …”.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax ma’ dawn il-kriterji taħt marka nazzjonali li ma tistax tkun mifxula mal-marki stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

KAPITOLU III

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004

Artikolu 5

Kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-ikel li joriġina mill-annimali li għalih ma ġew stabbiliti ebda kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi armonizzati għall-importazzjoni, inklużi listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi u ta’ stabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru importazzjonijiet.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi għall-importazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU IV

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004

Artikolu 6

Akkreditazzjoni għal laboratorji uffiċjali li jittestjaw it- Trichinella

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtorità kompetenti tista’ taħtar laboratorju li jwettaq l-ittestjar uffiċjali għat-Trichinella u li jinsab f’biċċerija jew stabbiliment li jżomm it-tjur sakemm, għalkemm mhux akkreditat, il-laboratorju:

(a)

juri li ta bidu u qed isegwi l-proċeduri neċessarji ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(b)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanziji sodisfaċenti li l-iskemi tal-kwalità tal-kontroll għall-analiżijiet li hu qed iwettaq għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali huma applikati.

L-Istati Membri li japplikaw din il-miżura tranżitorja għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-akkreditazzjoni ta’ kwalunkwe laboratorju li jinħatar sal-aħħar ta’ kull sena.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(2)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(3)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(6)  COM(2008)40 finali.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1163/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġijiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 417/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġijiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 jirreferi għad-definizzjonijiet u għall-istandards stipulati fl-Anness I tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (minn hawn 'il quddiem “Marpol”).

(2)

Fil-15 ta' Ottubru 2004, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (MEPC) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali wettaq reviżjoni sħiħa, mingħajr bidliet ta' sustanza, tal-Anness I tal-Marpol. Dak l-Anness rivedut daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

(3)

Fl-24 ta' Marzu 2006, il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar (MEPC) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali emenda wkoll id-definizzjoni tal-prodotti taż-żejt fir-Regolament 21.2 tal-Anness I tal-Marpol. Dik l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2007.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

‘MARPOL 73/78’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, tal-1973, kif emendata bil-Protokoll tal-1978 relatat magħha, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

2.

‘tanker taż-żejt’ tfisser tanker taż-żejt kif definit fir-Regolament 1.5 tal-Anness I ta' Marpol 73/78;

3.

‘piż nett’ tfisser piż nett kif definit fir-Regolament 1.23 tal-Anness I ta' Marpol 73/78;

4.

‘tanker taż-żejt tal-kategorija 1’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 20 000 tunnellata jew aktar, li jġorr żejt mhux maħdum, żejt karburanti, zejt diżil tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, jew b'piż nett ta' 30 000 tunnellata jew aktar li jġorr żejt differenti minn dawk imsemmija hawn fuq, u li mhux konformi mar-rekwiżiti fir-Regolamenti 18.1 sa 18.9, 18.12 sa 18.15, 30.4, 33.1, 33.2, 33.3, 35.1, 35.2 u 35.3 tal-Anness I ta' Marpol 73/78;

5.

‘tanker taż-żejt tal-kategorija 2’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 20 000 tunnellata jew aktar, li jġorr żejt mhux maħdum, żejt karburanti, zejt diżil tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, jew b'piż nett ta' 30 000 tunnellata jew aktar li jġorr żejt differenti minn dawk imsemmija hawn fuq u li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fir-Regolamenti 18.1 sa 18.9, 18.12 sa 18.15, 30.4, 33.1, 33.2, 33.3, 35.1, 35.2 u 35.3 tal-Anness I ta' Marpol 73/78, u li jkollu tankijiet bis-saborra segregata li jkunu jinsabu f’post protett (SBT/PL);

6.

‘tanker taż-żejt tal-kategorija 3’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 5 000 tunnellata jew aktar, iżda inqas minn dak speċifikati fid-definizzjonijiet 4 u 5;

7.

‘tanker taż-żejt b'buq wieħed’ tfisser tanker taż-żejt li ma jilħaqx ir-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolamenti 19 u 28.6 tal-Anness I ta' Marpol 73/78;

8.

‘tanker taż-żejt ta' buq doppju’ tfisser:

(a)

tanker taż-żejt b'piż nett ta' 5 000 tunnellata jew aktar, konformi mar-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolamenti 19 u 28.6 tal-Anness I ta' Marpol 73/78, jew mar-rekwiżiti tar-Regolament 20.1.3 tal-istess konvenzjoni; jew

(b)

tanker taż-żejt b'piż nett ta' 600 tunnellata jew aktar, iżda inqas minn 5 000 tunnellata, b'tankijiet jew spazji b’qigħan doppji konformi mar-Regolament 19.6.1 tal-Anness I ta' Marpol 73/78, u b'tankijiet spazji mal-ġnub imqassma skont ir-Regolament 19.3.1, u konformi mad-dispożizzjonijiet rigward id-distanza w stipulati fir-Regolament 19.6.2 tal-istess konvenzjoni;

9.

‘età’ tfisser l-età tal-bastiment, espressa f’għadd ta' snin mid-data tal-konsenja tiegħu;

10.

‘żejt diżil tat-tip oħxon’ tfisser żejt diżil kif definit fir-Regolament 20 ta' Anness I ta' Marpol 73/78;

11.

‘żejt karburanti (fuel-oil)’ tfisser distillati ħoxnin jew ir-residwi minn żejt mhux maħdum jew taħlit ta' dawn il-prodotti, kif iddefiniti fir-Regolament 20 tal-Anness I ta' Marpol 73/78;

12.

‘gradi ħoxnin taż-żejt’ tfisser:

(a)

żjut mhux maħduma li għandhom densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15 °C (*);

(b)

żjut, għajr għal żjut mhux maħduma, li għandhom densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15 °C, jew b'viskożità kinematika ta' aktar minn 180 mm2/s f'temperatura ta' 50 °C (**);

(ċ)

il-bitum, il-qatran u l-emulsjonijiet tagħhom.

(*)  Jikkorrispondi għal grad API ta' anqas minn 25.7."

(**)  Jikkorrispondi għal viskożità kinematika ta' aktar minn 180 cSt.”"

2.

Fl-Artikolu 4(2), ir-referenza “paragrafu 1(c) tar-Regolament 13G revedut tal-Anness I ta' Marpol 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.1.3 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”.

3.

Fl-Artikolu 7, ir-referenza “paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut tal-Anness I ta' Marpol 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.5 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”.

4.

L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

ir-referenza “dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 tar-Regolament 13G revedut tal-Anness I tal-MARPOL 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.5 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”;

(ii)

ir-referenza “paragrafu 8(b) tar-Regolament 13 G revedut tal-Anness I tal-MARPOL 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.8.2 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”;

(b)

fil-paragrafu 3, ir-referenza “paragrafu 8(a) tar-Regolament 13 G rivedut tal-Anness I tal-MARPOL 73/78” tinbidel bir-referenza “Regolament 20.8.1 tal-Anness I ta' Marpol 73/78”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1164/2009

tas-27 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 18 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fid-29 ta’ Jannar 2009, il-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 18 Trasferimenti ta' Assi mingħand il-Klijenti, minn issa 'l quddiem imsejħa l-“IFRC 18”. L-IFRIC 18 hija interpretazzjoni li tipprovdi kjarifika u gwida dwar it-trasferimenti ta' oġġetti ta' proprjetà, impjant u tagħmir mill-klijenti, jew ta' flus biex jinkiseb jew jinbena oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 18 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-IFRIC 18 timplika, b'konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni għall-ewwel darba tal-IFRS.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Interpretazzjoni 18 Trasferimenti ta' Assi mingħand il-Klijenti tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC), tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 18 u l-emendi għall-IFRS 1, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 18

Interpretazzjoni tal-IFRIC 18 Trasferimenti ta’ Assi mingħand il-Klijenti

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 18

Trasferimenti ta’ Assi mingħand il-Klijenti

REFERENZI

Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (kif irrivedut fl-2008)

L-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

L-IAS 18 Dħul

L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika

L-IFRIC 12 Arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz

SFOND

1

Fl-industrija tal-utilitajiet, entità tista’ tirċievi mingħand il-klijenti tagħha oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir li trid tużahom biex tqabbad lil dawk il-klijenti ma’ network u biex tipprovdilhom aċċess kontinwu għal provvista ta’ servizzi bħalma huma l-elettriku, il-gass jew l-ilma. Alternattivament, entità tista’ tirċievi flus mingħand klijenti għall-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni ta’ oġġetti bħal proprjetà, impjant u tagħmir. Tipikament, il-klijenti huma meħtieġa jħallsu ammonti addizzjonali għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi bbażati fuq l-użu.

2

It-trasferimenti ta’ assi mingħand il-klijenti jistgħu jseħħu wkoll f’industriji oħra apparti dawk tal-utilitajiet. Pereżempju, entità li testernalizza l-funzjonijiet tagħha tat-teknoloġija tal-informazzjoni tista’ tittrasferixxi l-oġġetti eżistenti tagħha ta’ proprjetà, impjant u tagħmir lill-kuntrattur.

3

F’xi każijiet, it-trasferitur tal-assi jista’ ma jkunx l-entità li eventwalment ser ikollha aċċess kontinwu għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi imma jkun ir-riċevitur ta’ dawk il-prodotti jew servizzi. Madankollu, għall-finijiet ta’ konvenjenza din l-Interpretazzjoni tirreferi għall-entità li tittrasferixxi l-assi bħala l-klijent.

AMBITU

4

Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kontabilità ta’ trasferimenti ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir minn entitajiet li jirċievu tali trasferimenti mingħand il-klijenti tagħhom.

5

Ftehimiet fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni huma ftehimiet li fihom entità tirċievi mingħand klijent oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir li l-entità mbagħad trid tuża jew biex tqabbad lill-klijent ma’ network jew biex tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew biex tagħmel it-tnejn.

6

Din l-Interpretazzjoni tapplika wkoll għal ftehimiet fejn entità tirċievi flus mingħand klijent meta dak l-ammont ta’ flus irid jintuża biss biex jinbena jew jiġi akkwistat oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir u l-entità mbagħad trid tuża l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jew biex tqabbad lill-klijent ma’ network jew biex tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għal provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew biex tagħmel it-tnejn.

7

Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal ftehimiet fejn it-trasferiment ikun jew għotja mill-gvern kif iddefinita fl-IAS 20 jew infrastruttura użata f’arranġament ta' konċessjoni ta’ servizzi li jidħol fl-ambitu tal-IFRIC 12.

KWISTJONIJIET

8

Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

Id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata?

(b)

Jekk id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata, l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir kif għandu jitkejjel fir-rikonoxximent inizzjali?

(ċ)

Jekk l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jitkejjel bil-valur ġust fir-rikonoxximent inizzjali, kif għandu jiġi kkontabilizzat il-kreditu riżultanti?

(d)

Entità kif għandha tikkontabilizza trasferiment ta’ flus mingħand il-klijent tagħha?

KONSENSUS

Id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata?

9

Meta entità tirċievi minn klijent trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, hija għandha tivvaluta jekk l-oġġett trasferit jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi stabbilita fil-Qafas. Il-paragrafu 49(a) tal-Qafas jgħid illi “assi huwa riżorsa kkontrollata mill-entità b’riżultat ta’ avvenimenti fil-passat u li minnha huwa mistenni li jirriżultaw benefiċċji ekonomiċi fil-futur favur l-entità.” Fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, l-entità tikseb id-dritt ta’ proprjetà fuq l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjan u tagħmir. Madankollu, biex jiġi ddeterminat jekk assi jeżistix, id-dritt ta’ proprjetà mhuwiex essenzjali. Għaldaqstant, jekk il-klijent jibqa’ jikkontrolla l-oġġett trasferit, id-definizzjoni ta’ assi ma tkunx sodisfatta minkejja trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà.

10

Entità li tikkontrolla assi ġeneralment tista’ tittratta dak l-assi kif jogħġobha. Pereżempju, entità tista’ tpartat dak l-assi ma’ assi oħrajn, tużah biex tipproduċi prodotti jew servizzi, timponi prezz għall-użu minn ħaddieħor, tużah biex issalda obbligazzjonijiet, iżżommu f’idejha jew tiddistribwixxih lis-sidien. L-entità li tirċievi mingħand klijent trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi relevanti kollha meta tivvaluta l-kontroll tal-oġġett trasferit. Pereżempju, għalkemm l-entità trid tuża l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir biex tipprovdi servizz wieħed jew aktar lill-klijent, hija jista’ jkollha l-kapaċità li tiddeċiedi kif l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jitħaddem u jinżamm u meta jitbiddel. F’dan il-każ, l-entità normalment tikkonkludi li hija tikkontrolla l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir.

Kif għandu jitkejjel l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir fir-rikonoxximent inizzjali?

11

Jekk l-entità tikkonkludi li d-definizzjoni ta' assi hija ssodisfata, hija għandha tirrikonoxxi l-assi trasferit bħala oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir skont il-paragrafu 7 tal-IAS 16 u tkejjel il-kost tiegħu fir-rikonoxximent inizzjali bħala l-valur ġust tiegħu skont il-paragrafu 24 ta’ dak l-Istandard.

Kif għandu jiġi kkontabilizzat il-kreditu?

12

Id-diskussjoni li ġejja tassumi li l-entità li tirċievi oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir tkun ikkonkludiet li l-oġġett trasferit għandu jiġi rrikonoxxut u mkejjel skont il-paragrafi 9-11.

13

Il-paragrafu 12 tal-IAS 18 jgħid illi “Meta jinbiegħu prodotti jew jiġu fornuti servizzi bi skambju għal prodotti jew servizzi mhux simili, l-iskambju jitqies bħala tranżazzjoni li tiġġenera dħul.” Skont it-termini tal-ftehimiet li jidħlu fl-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni, trasferiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir huwa skambju għal prodotti jew servizzi mhux simili. Għaldaqstant, l-entità għandha tirrikonoxxi dħul b’mod konformi mal-IAS 18.

Identifikazzjoni tas-servizzi identifikabbli separatament

14

Entità tista’ tiftiehem li tikkunsinna servizz wieħed jew aktar bi skambju għall-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, bħal meta tqabbad lill-klijent ma’ network, tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għal provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew it-tnejn. B’mod konformi mal-paragrafu 13 tal-IAS 18, l-entità għandha tidentifika s-servizzi identifikabbli separatament inklużi fil-ftehim.

15

Karatteristiċi li jindikaw li l-konnessjoni tal-klijent ma’ network hija servizz identifikabbli separatament jinkludu:

(a)

konnessjoni ta' servizz tingħata lill-klijent u tirrappreżenta valur stand-alone għal dak il-klijent;

(b)

il-valur ġust tal-konnessjoni tas-servizz jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

16

Karatteristika li tindika li l-forniment lill-klijent ta' aċċess kontinwu għal provvista ta' prodotti jew servizzi huwa servizz identifikabbli separatament hija li, fil-futur, il-klijent li jagħmel it-trasferiment jirċievi l-aċċess kontinwu, il-prodotti jew servizzi, jew it-tnejn bi prezz irħas minn dak li kien jintalab kieku ma sarx it-trasferiment tal-oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

17

Min-naħa l-oħra, karatteristika li tindika li l-obbligu biex jingħata aċċess kontinwu lill-klijent għal provvista ta’ prodotti jew servizzi jirriżulta mit-termini tal-liċenzja tal-operazzjoni tal-entità jew minn regolament ieħor aktar milli mill-ftehim dwar it-trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir hija li l-klijenti li jagħmlu trasferiment iħallsu l-istess prezz bħal dawk li ma jagħmlux għall-aċċess kontinwu, jew għall-prodotti jew servizzi, jew għat-tnejn.

Rikonoxximent ta’ dħul

18

Jekk jiġi identifikat servizz wieħed biss, l-entità għandha tirrikonoxxi dħul meta jitwettaq is-servizz skont il-paragrafu 20 tal-IAS 18.

19

Jekk aktar minn servizz wieħed identifikabbli separatament jiġi identifikat, il-paragrafu 13 tal-IAS 18 jeħtieġ li l-valur ġust tal-korrispettiv totali riċevut jew riċevibbli għall-ftehim jiġi allokat għal kull servizz u l-kriterji ta’ rikonoxximent tal-IAS 18 imbagħad jiġu applikati għal kull servizz.

20

Jekk servizz kontinwu jiġi identifikat bħala parti mill-ftehim, il-perjodu li matulu d-dħul għandu jiġi rrikonoxxut għal dak is-servizz ikun ġeneralment iddeterminat mit-termini tal-ftehim mal-klijent. Jekk il-ftehim ma jispeċifikax perjodu, id-dħul għandu jiġi rrikonoxxut matul perjodu mhux itwal miż-żmien tal-utilità tal-assi trasferit użat biex jipprovdi s-servizz kontinwu.

Entità kif għandha tikkontabilizza trasferiment ta’ flus mill-klijent tagħha?

21

Meta entità tirċievi trasferiment ta’ flus mingħand klijent, hija għandha tivvaluta jekk il-ftehim jidħolx fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni skont il-paragrafu 6. Jekk jidħol, l-entità għandha tivvaluta jekk l-oġġett kostruwit jew akkwistat ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi skont il-paragrafi 9 u 10. Jekk id-definizzjoni ta’ assi tkun issodisfata, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir skont il-kost tiegħu b’mod konformi mal-IAS 16 u għandha tirrikonoxxi dħul skont il-paragrafi 13-20 fl-ammont ta’ flus irċevut mill-klijent.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

22

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni prospettivament għal trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti riċevuti fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa kemm-il darba l-valutazzjonijiet u informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi applikata l-Interpretazzjoni għal trasferimenti fil-passat inkisbu fil-ħin meta dawk it-trasferimenti seħħew. Entità għandha tiżvela d-data minn meta l-Interpretazzjoni ġiet applikata.

Appendiċi

Emenda għall-IFRS 1

Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (kif irrivedut fl-2008)

A1

Fl-Appendiċi D il-paragrafu D1 huwa emendat skont kif ġej:

“D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma (il-paragrafi D2 u D3);

(m)

assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRIC 12 Arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz (il-paragrafu D22);

(n)

kosti ta’ self (il-paragrafu D23); u

(o)

trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti (il-paragrafu D24).”

A2

Wara l-paragrafu D23 jiżdiedu intestatura u l-paragrafu D24.

Trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti

D24

Min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 22 tal-IFRIC 18 Trasferimenti ta’ Assi mingħand Klijenti. F’dak il-paragrafu, referenza għad-data effettiva għandha tiġi interpretata bħala l-1 ta' Lulju 2009 jew id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, skont liema tkun l-aktar tard. Barra minn hekk, min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba jista’ jagħżel kwalunkwe data qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs u japplika l-IFRIC 18 għat-trasferimenti kollha ta’ assi mingħand klijenti riċevuti f’dik id-data jew wara.”


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1165/2009

tas-27 ta' Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 u l-IFRS 7

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fil-5 ta’ Marzu 2009, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, u l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, minn hawn ‘il quddiem “emendi għall-IFRS 4 u l-IFRS 7”. L-emendi għall-IFRS 4 u l-IFRS 7 jimmiraw li jirrikjedu żvelar imtejjeb dwar il-kejl tal-valur ġust u r-riskju ta’ likwidità assoċċjati ma’ strumenti finanzjarji.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 4 u l-IFRS 7 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 4 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-IFRS 7 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 4 u l-IFRS 7, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRS 4

Emenda għall-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni

IFRS 7

Emendi għall-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju 7

strumenti finanzjarji: żvelar

Il-paragrafu 27 huwa emendat. Jiżdiedu l-paragrafi 27A u 27B.

L-IMPORTANZA TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U R-RIŻULTATI FINANZJARJI

Żvelar ieħor

Valur ġust

27

Entità għandha tiżvela għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji l-metodi u, meta tintuża teknika ta’ valutazzjoni, is-suppożizzjonijiet applikati sabiex issir id-determinazzjoni tal-valur ġust ta’ kull klassi ta’ assi finanzjarji u ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji. Pereżempju, jekk ikun japplika, entità għandha tiżvela informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet relatati ma’ rati ta’ ħlas bil-quddiem, rati ta’ telf stmat ta’ kreditu, u rati ta’ mgħax jew rati ta’ skont. Jekk kien hemm bidla fit-teknika ta’ valutazzjoni, l-entità għandha tiżvela dik il-bidla u r-raġunijiet għalfejn tkun saret.

27A

Biex isir l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 27B, entità għandha tikklassifika l-kejl tal-valur ġust billi tuża ġerarkija ta' valuri ġusti li tirrifletti l-importanza tal-inputs użati kull meta jkun sar il-kejl. Il-ġerarkija tal-valuri ġusti għandu jkollha dawn il-livelli:

(a)

prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi (Livell 1);

(b)

inputs, minbarra prezzijiet kwotati inklużi fil-Livell 1, li jistgħu jiġu osservati għall-assi jew obbligazzjoni, jew direttament (jiġifieri bħala prezzijiet) jew indirettament (jiġifieri derivati minn prezzijiet) (Livell 2); u

(c)

inputs għall-assi jew obbligazzjoni li mhumiex ibbażati fuq dejta ta’ suq osservabbli (inputs mhux osservabbli) (Livell 3).

Il-livell fil-ġerarkija tal-valuri ġusti li fi ħdanu huwa kkategorizzat fit-totalità tiegħu l-kejl tal-valur ġust għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-input tal-livell l-aktar baxx li huwa sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust fit-totalità tiegħu. Għal dan l-iskop, l-importanza ta’ input tiġi vvalutata kontra l-kejl tal-valur ġust fit-totalità tiegħu. Jekk kejl ta’ valur ġust juża inputs osservabblii li jeħtieġu aġġustament sinifikanti bbażat fuq inputs mhux osservabbli, dak il-kejl ikun kejl tal-Livell 3. Il-valutazzjoni tal-importanza ta’ input partikolari għall-kejl tal-valur ġust fit-totalità tiegħu teħtieġ ġudizzju, fejn jiġu kkunsidrati fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjoni.

27B

Għal kejliet tal-valur ġust rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja entità għandha tiżvela għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji:

(a)

il-livell fil-ġerarkija tal-valuri ġusti li fih jiġu kkategorizzati l-kejliet tal-valur ġust fit-totalità tagħhom, b’segregazzjoni tal-kejliet tal-valur ġust skont il-livelli ddefiniti fil-paragrafu 27A.

(b)

kwalunkwe trasferiment sinifikanti bejn il-Livell 1 u 2 tal-ġerarkija tal-valuri ġusti u r-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti. It-trasferimenti lejn kull livell għandhom jiġu żvelati u diskussi separatament mit-trasferimenti minn kull livell. Għal dan l-iskop, il-grad ta’ importanza għandu jitqies fir-rigward tal-profitt jew telf, u ta’ assi totali jew obbligazzjonijiet totali.

(c)

għal kejliet tal-valur ġust fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valuri ġusti, rikonċiljazzjoni mill-bilanċi tal-bidu sal-bilanċi tat-tmiem, bi żvelar separat tal-bidliet matul il-perjodu attribwibbli għal dawn li ġejjin:

(i)

qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fi profitt jew telf, u deskrizzjoni ta’ fejn huma ppreżentati fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat);

(ii)

qligħ jew telf totali rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv;

(iii)

xiri, bejgħ, ħruġ u saldi (kull tip ta’ moviment żvelat separatament); u

(iv)

trasferimenti lejn il-Livell 3 jew minnu (eż. trasferimenti attribwibbli lil bidliet fl-osservabilità tad-dejta tas-suq) u r-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti. Għal trasferimenti sinifikanti, trasferimenti lejn il-Livell 3 għandhom jiġu żvelati u diskussi separatament minn trasferimenti mill-Livell 3.

(d)

l-ammont ta’ qligħ jew telf totali għall-perjodu f’(c)(i) hawn fuq inklużi fil-profitt jew telf li huma attribwibbli għal qligħ jew telf relatati ma’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet miżmuma fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportaġġ u deskrizzjoni ta’ fejn dak il-qligħ jew telf huwa ppreżentat fir-rapport tad-dħul komplessiv jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat).

(e)

għal kejliet tal-valur ġust fil-Livell 3, jekk il-bdil ta’ wieħed jew aktar mill-inputs għal suppożizzjonijiet alternattivi li huma raġonevolment possibbli ibiddel il-valur ġust b’mod sinifikanti, l-entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tiżvela l-effett ta’ dawk il-bidliet. L-entità għandha tiżvela kif ġie kkalkulat l-effett ta’ bidla f’suppożizzjoni alternattiva li hi raġonevolment possibbli. Għal dan il-għan, il-grad ta’ importanza għandu jitqies fir-rigward tal-profitt jew telf, u ta’ assi totali jew obbligazzjonijiet totali, jew, meta bidliet fil-valur ġust huma rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, tal-ekwità totali.

Entità għandha tippreżenta l-iżvelar kwantitattiv meħtieġ minn dan il-paragrafu f’forma ta’ tabella sakemm ma jkunx aktar adattat xi format ieħor.

Il-paragrafu 39 huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 44G.

Riskju tal-likwidità

39

Entità għandha tiżvela:

(a)

analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati (inklużi kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja) li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal.

(b)

analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivati. L-analiżi tal-maturità għandha tinkludi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji derivati li għalihom il-maturitajiet kuntrattwali huma essenzjali sabiex tinftiehem l-għażla taż-żmien tal-flussi ta’ flus (ara l-paragrafu B11B).

(c)

deskrizzjoni ta’ kif tikkontrolla r-riskju tal-likwidità li huwa inerenti f’(a) u (b).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44G

It-Titjib fl-Iżvelar dwar Strumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f’Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A–B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni, entità m’għandhiex għalfejn tipprovdi informazzjoni komparattiva għall-iżvelar meħtieġ mill-emendi. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

Appendiċi A

Termini mfissra

It-terminu li ġej huwa emendat.

riskju ta’ likwidità

Ir-riskju li entità ser tiltaqa’ ma’ diffikultà biex tissodisfa l-obbligi assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus jew ta’ xi assi finanzjarju ieħor.

Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Intestatura u l-paragrafu B11 huma emendati. Jiżdiedu l-paragrafi B10A u B11A–B11F u jitħassru l-paragrafi B12–B16. Il-paragrafi B12 u B13 huma sostitwiti bil-paragrafu B11C(a) u (b). Il-paragrafi B14 u B16 huma sostitwiti bil-paragrafu B11D.

In-natura u l-kobor tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji (il-paragrafi 31-42)

Żvelar kwantitattiv tar-riskju tal-likwidità (paragrafi 34(a) u 39(a) u (b))

B10A

Skont il-paragrafu 34(a) entità tiżvela dejta kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għar-riskju tal-likwidità fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta internament lil membri kruċjali tal-maniġment. Entità għandha tispjega kif ġiet iddeterminata dik id-dejta. Jekk il-flussi ’l barra ta’ flus (jew ta’ assi finanzjarju ieħor) inklużi f’dik id-dejta jistgħu:

(a)

jew iseħħu aktar kmieni sew milli indikat fid-dejta,

(b)

jew ikunu għal ammonti li huma sostanzjalment differenti minn dawk indikati fid-dejta (eż. għal derivat li huwa inkluż fid-dejta fuq bażi ta’ saldu nett iżda li għalih il-kontroparti għandha l-għażla li titlob saldu gross),

l-entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tipprovdi informazzjoni kwantitattiva li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha li jivvalutaw il-kobor ta’ dak ir-riskju sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkluża fl-analiżi tal-maturità kuntrattwali meħtieġa mill-paragrafu 39(a) jew (b).

B11

Meta tkun qed tiġi ppreparata l-analiżi tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b), entità tuża l-ġudizzju għaqli tagħha biex tiddedermina numru xieraq ta’ faxex ta’ żmien. Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li dawn il-faxex ta’ żmien li ġejjin ikunu xierqa:

(a)

mhux iktar tard minn xahar,

(b)

iktar tard minn xahar iżda mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c)

iktar tard minn tliet xhur iżda mhux iktar tard minn sena; u

(d)

iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin.

B11A

Meta tikkonforma mal-paragrafu 39(a) u (b), entità m'għandhiex tissepara derivat imdeffes minn strument finanzjarju ibridu (ikkombinat). Għal tali strument, entità għandha tapplika l-paragrafu 39(a).

B11B

Il-paragrafu 39(b) jeħtieġ li entità tiżvela analiżi kwantitattiva tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivati li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal jekk il-maturitajiet kuntrattwali jkunu essenzjali biex jinftiehem l-ipprogrammar tal-flussi tal-flus. Pereżempju, dan ikun il-każ għal:

(a)

tpartit tar-rata tal-imgħax meta jkun fadal ħames snin għall-maturità f’hedge ta’ fluss ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni finanzjarja b’rata varjabbli.

(b)

kull impenn ta’ self.

B11C

Il-paragrafu 39(a) u (b) jeħtieġ li entità tiżvela analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji li juru l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji. F’dan l-iżvelar:

(a)

meta kontroparti jkollha għażla ta’ meta ammont jitħallas, l-obbligazzjoni tiġi allokata għall-aktar perjodu bikri li fih l-entità tista’ tkun meħtieġa tħallas. Pereżempju, obbligazzjonijiet finanzjarji li entità tista’ tintalab tħallas bla avviż (eż. depożiti ta’ bla avviż) għandhom jiġu inklużi fl-iktar faxxa bikrija ta’ żmien.

(b)

meta entità hija impenjata li tagħmel ammonti disponibbli bin-nifs, kull ammont minn dawn jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih dik l-entità tkun tista’ tintalab li tħallas. Pereżempju, impenn ta' self li ma jkunx intuża jiġi inkluż fil-faxxa taż-żmien li jkun fiha l-iktar data bikrija li fiha s-self ikun jista’ jinġibed.

(c)

għal kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja l-ammont massimu tal-garanzija jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih il-garanzija tista’ tiġi msejħa.

B11D

L-ammonti kuntrattwali żvelati fl-analiżi tal-maturità kif meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b) huma l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhux skontati, pereżempju:

(a)

l-obbligi grossi ta’ kiri finanzjarju (qabel ma jitnaqqsu l-ispejjeż finanzjarji);

(b)

il-prezzijiet speċifikati f’kuntratti miftiehma bil-quddiem biex jinxtraw assi finanzjarji bi flus;

(c)

l-ammonti netti f’każi ta’tpartit ta’ rati ta’ mgħax “ħlas-kurrenti/introjtu-fiss” li għalihom huma skambjati flussi ta’ flus netti;

(d)

l-ammonti kuntrattwali li jkunu se jiġu skambjati fi strument finanzjarji derivat (eż. tpartit ta’ munita) li għalihom jiġu skambjati flussi grossi ta’ flus; u

(e)

l-impenji grossi ta’ self.

Dawn il-flussi ta’ flus mhux skontati huma differenti mill-ammont inkluż fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja peress li l-ammont f’dak ir-rapport huwa bbażat fuq flussi ta’ flus skontati. Meta l-ammont pagabbli ma jkunx wieħed fiss, l-ammont li għandu jiġi żvelat ikun iddeterminat b’referenza għall-kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportaġġ. Pereżempju, meta l-ammont pagabbli jvarja skont bidliet f’indiċi, l-ammont żvelat jista’ jiġi bbażat fuq il-livell tal-indiċi fi tmiem il-perjodu.

B11E

Il-paragrafu 39(c) jeħtieġ li entità tiddeskrivi kif hija tikkontrolla r-riskju tal-likwidità inerenti fl-entrati murija fl-iżvelar kwantitattiv meħtieġ fil-paragrafu 39(a) u (b). Entità għandha tiżvela analiżi tal-maturità ta' assi finanzjarji li hija żżomm biex tikkontrolla r-riskju tal-likwidità (eż. assi finanzjarji li jistgħu jinbiegħu ta’ malajr jew li huma mistennija li jiġġeneraw dħul ta’ flus biex jissodisfaw ħruġ ta’ flus fuq obbligazzjonijiet finanzjarji), jekk dik l-informazzjoni tkun neċessarja biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha biex jivvalutaw in-natura u l-kobor tar-riskju tal-likwidità.

B11F

Fatturi oħrajn li entità tista’ tikkunsidra meta tagħmel l-iżvelar meħtieġ fil-paragrafu 39(c) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, jekk l-entità:

(a)

tkunx rabtet faċilitajiet ta’ self (eż. faċilitajiet ta' karta kummerċjali) jew linji oħra ta' kreditu (eż. faċilitajiet ta' kreditu għal-lest) li hija tista’ taċċessa biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(b)

iżżommx depożiti f’banek ċentrali biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(c)

għandhiex sorsi ta’ fondi diversi ħafna ;

(d)

għandhiex konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ riskju ta’ likwidità jew fl-assi tagħha jew fis-sorsi ta’ fondi tagħha;

(e)

għandhiex proċessi interni ta’ kontroll u pjani ta’ kontinġenza għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità;

(f)

għandhiex strumenti li jinkludu termini ta’ ħlas lura aċċelarat (eż. malli titniżżel il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-entità) ;

(g)

għandhiex strumenti li jistgħu jeħtieġu l-impostament ta’ kollateral (eż. sejħiet għall-marġni għal derivati) ;

(h)

għandhiex strumenti li jippermettu lill-entità tagħżel jekk issaldax l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha billi tikkunsinna flus (jew assi finanzjarju ieħor) jew billi tikkunsinna ishma tagħha stess; jew

(i)

għandhiex strumenti li huma soġġetti għal arranġamenti ta' saldu uniku nett.

B12-B16

[Imħassra]

Emenda għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju 4

Kuntratti tal-Assigurazzjoni

Il-paragrafu 39(d) huwa emendat.

ŻVELAR

In-natura u l-kobor tar-riskji li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni

39

(d)

informazzjoni dwar riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità u riskju tas-suq li l-paragrafi 31-42 tal-IFRS 7 jirrikjedu li kieku l-kuntratti tal-assigurazzjoni kienu jaqgħu taħt l-IFRS 7. Madankollu:

(i)

assiguratur m’għandux għalfejn jipprovdi l-analiżi tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b) tal-IFRS 7 jekk, minflok jagħmel dan, jiżvela informazzjoni dwar iż-żmien stmat li fih mistenni li jsir il-ħruġ nett ta’ flus li jirriżulta minn obbligazzjonijiet rikonoxxuti ta’ assigurazzjoni. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ analiżi, skond iż-żmien stmat, tal-ammonti rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

(ii)


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1166/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jbiddel u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar “l-OKS unika”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 113d(2) u l-Artikolu 121 tiegħu, it-tielet u r-raba’ subparagrafu,

Billi:

(1)

Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini “Prosecco di Conegliano Valdobbiadene” u “Montello e Colli Asolani” huma imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2). Dawn id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini ġew sostitwiti bid-denominazzjonijiet tal-oriġini “Prosecco”, “Conegliano Valdobbiadene – Prosecco”, “Colli Asolani – Prosecco” u “Asolo – Prosecco” permezz tad-digriet Taljan tas-17 ta’ Lulju 2009 ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali Taljana Gazzetta Ufficiale della Repubblica italiana nru 173 tat-28 ta’ Lulju 2009.

(2)

Fl-istess digriet, il-varjetà ta’ dielja “Prosecco” issa tissejjaħ “Glera”. Biex tiġi evitata konfużjoni bejn id-denominazzjoni tal-oriġini “Prosecco” u l-isem tal-varjeta ta’ dielja, għandu jiġi sostitwit it-terminu “Prosecco” fejn dan ifisser il-varjetà tad-dielja “Glera”fir-Regolament (KE) Nru 606/2009.

(3)

L-awtoritajiet Taljani rrapportaw uffiċjalment li l-varjetà “Prosecco/Glera” ma tistax tiġi kkultivata fir-reġjun “Trentino-Alto Adige”; Għalhekk ikun xieraq li dan ir-reġjun ma jibqax jissemma fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 bħala li jista’ jipproduċi din il-varjetà.

(4)

Żball tipografiku daħal fl-Anness IA, Appendiċi 7, tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-regoli ġenerali permezz ta’ trattament elettrodijaliżi. L-unitajiet għall-kontenut massimu fis-simulatur iridu jkunu pprovduti f’μg/l u mhux f’g/l.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu għalhekk jiġi hekk emendat biex jitranġa l-iżball.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009. Fl-interess tal-konsistenza mal-leġiżlazzjoni Taljana nazzjonali u biex jiggarantixxu prattiċi enoloġiċi identiċi għall-vendemmi 2009, huwa xieraq li dawn il-modifiki u emendi jsiru applikabbli b’mod retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2009.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

L-anness II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-parti B, il-paragrafu 4, il-punt (a), it-tieni sentenza hija sostitwita bis-sentenza li ġejja:

“Madankollu, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta’ kwalità għolja jistgħu jiġu prodotti b’mod tradizzjonali, bl-użu, bħala kostitwenti tal-cuvée, ta’ nbejjed miksuba mill-għeneb tal-varjetà ‘Glera’ maħsud fir-reġjuni Veneto u Friuli-Venezia Giulia;”

2.

parti C, hi emendata kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Madankollu, il-cuvées maħsubin għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja bid-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini ‘Prosecco’, ‘Conegliano Valdobbiadene - Prosecco’ u ‘Colli Asolani - Prosecco’ jew ‘Asolo – Prosecco’, u li jkunu saru minn varjetà waħda biss ta’ dielja, jista’ jkollhom qawwa alkoħolika totali b’volum ta’ mhux inqas minn 8,5 % vol.”

(b)

fil-paragrafu 9, punt a), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Bħala deroga, inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità għolja b’denominazzjoni protetta tal-oriġini jista’ jsir bl-użu, għall-kostituzzjoni tal-cuvée, ta’ nbejjed magħmulin minn għeneb tal-varjetà tad-dielja ‘Glera’, maħsud fir-reġjuni tad-denominazzjoni tal-oriġini ‘Conegliano-Valdobbiadene - Prosecco’, ‘Colli Asolani - Prosecco’ et ‘Asolo – Prosecco’;”

3.

Fl-Appendiċi 1, t-terminu “Glera” huwa miżjud wara it-terminu “Girò N” u t-terminu “Prosecco” jitneħħa.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, l-Appendiċi 7 punt 1.4, is-sitt sub-paragrafu, it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-kontenut fis-simulat tal-komponenti kollha ddeterminati għandu jkun anqas minn 50 μg/l.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1167/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’lista ta’ stqarrijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel quddiem l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, u tipprovdi opinjoni fir-rigward tal-istqarrija dwar is-saħħa kkonċernata.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Fit-13 ta’ Frar 2009 il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew erba’ opinjonijiet dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa mill-Awtorità. Fis-16 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew opinjoni waħda dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa mill-Awtorità.

(6)

Żewġ opinjonijiet kellhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għal stqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju tal-mard, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u tliet opinjoni kellhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għal stqarrijiet dwar is-saħħa li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Sadanittant applikazzjoni waħda għal awtorizzazzjoni ta’ stqarrija dwar is-saħħa se tkun suġġetta għal deċiżjoni oħra.

(7)

Wara applikazzjoni mill-UNICER Bebidas de Portugal SGPS, imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-ilma minerali tal-Melgaço® fuq it-tnaqqis tal-gliċemija (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-219)  (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-konsum regolari tal-ilma minerali Melgaço jnaqqas il-livelli ta’ ipergliċemija fil-ġisem”.

(8)

Fuq il-bażi tad-dejta li tressqet, l-Awtorità kkonkludiet li ma ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-ilma minerali Melgaço® u l-effett indikat. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(9)

Wara applikazzjoni minn Ocean Spray International Services (UK) Ltd., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fir-rigward ta’ stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti ta’ Ocean Spray Cranberry Products® fuq infezzjonijiet fis-sistema urinarja fin-nisa (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-117)  (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-konsum regolari ta’ żewġ porzjonijiet kuljum ta’ prodott tal-Ocean Spray li kull wieħed fih tipikment 80 mg ta’ cranberry proanthocyanidins jgħin biex inaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet fis-sistema urinarja fin-nisa billi jevita li l-batterji jeħlu fis-sistema urinarja.”

(10)

Fuq il-bażi tad-dejta mressqa, l-Awtorità kkonkludiet li ma ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Ocean Spray Cranberry Products® u l-effett indikat. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(11)

Wara applikazzjoni minn Soremartec Italia S.R.L., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-Kinder Chocolate® fuq l-iżvilupp (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-283)  (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Kinder Chocolate, iċ-ċikkulata li tgħin lit-tfal jikbru”.

(12)

Abbażi tad-dejta ppreżentata, l-Awtorità kkonkludiet li ma ġiet stabbilita l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Kinder Chocolate® u l-effett indikat. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(13)

Wara applikazzjoni minn Plada Industriale S.R.L., imressqa skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni fuq stqarrija dwar is-saħħa relatata mal-effetti tal-formulae ta’ prosegwiment mal-kostitwenti bioattivi fuq il-mard tal-intestini (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-270)  (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Tgħin fil-mard ħafif tal-intestini (bħall-kolika, l-istitikezza, is-sintomi diġestivi)”.

(14)

Fuq il-bażi tad-dejta mressqa, l-Awtorità kkonkludiet li ma ġietx stabbilita relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ preparazzjonijiet tal-ikel għat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur b’taħlita fissa ta’ galaktooligosakkaridi, ħalib aċidifikat, nukleotidi u beta-palmitate u l-effett indikat. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ma għandhiex tiġi awtorizzata.

(15)

Il-kummenti mill-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ngħataw widen meta ġew stabbiliti l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(16)

Skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) tiegħu u li m’humiex awtorizzati b’deċiżjoni skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistgħu jkomplu jintużaw għal sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, billi l-applikazzjonijiet ikkonċernati ma sarux qabel id-19 ta’ Jannar 2008, ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 28(6)(b) mhuwiex sodisfatt, u l-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit f’dan l-Artikolu ma japplikax. Għaldaqstant, il-perjodu tranżitorju ta’ sitt xhur għandu jingħata biex jippermetti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istqarrijiet dwar is-saħħa stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Komunità ta’ stqarrijiet permessi kif stipulat fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Madankollu, l-istqarrijiet dwar is-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u li huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 944, 1-9.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 943, 1-16.

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 940, 1-8.

(5)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 939, 1-10.


ANNESS

STQARRIJIET DWAR IS-SAĦĦA MIĊĦUDA

Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija ta’ ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

Stqarrija dwar is-saħħa fl-Artikolu 14(1)(a) li tirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard

Ilma minerali Melgaço®

Il-konsum regolari tal-ilma minerali Melgaço jnaqqas il-livelli ta’ ipergliċemija fil-ġisem

Q-2008-219

Stqarrija dwar is-saħħa fl-Artikolu 14(1)(a) li tirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard

Ocean Spray Cranberry Products®

“Il-konsum regolari ta’ żewġ porzjonijiet kuljum ta’ prodott tal-Ocean Spray li kull wieħed fih tipikment 80 mg ta’ cranberry proanthocyanidins jgħin biex inaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet fis-sistema urinarja fin-nisa billi jevita li l-batterji jeħlu fis-sistema urinarja.”

Q-2008-117

Stqarrija dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Kinder Chocolate®

Kinder Chocolate, iċ-ċikkulata li tgħin lit-tfal jikbru

Q-2008-283

Stqarrija dwar is-saħħa tal-Artikolu 14(1)(b) li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal

Formulae ta’ prosegwiment b’taħlita fissa ta’ katina qasira ta’ galacto-oligosaccharides, ħalib aċidifikat, nukleotidi u beta-palmitate

Tgħin fil-mard ħafif tal-intestini (bħall-kolika, l-istitikezza, is-sintomi diġestivi)

Q-2008-270


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1168/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel huma projbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni b’konformità ma’ dak ir-Regolament u sakemm ma jkunux inklużi f’lista ta’ indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ stqarrijiet dwar is-saħħa jistgħu jiġu sottomessi minn operaturi tan-negozju tal-ikel lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(3)

Wara li tirċievi applikazzjoni l-Awtorità għandha tgħarraf bla dewmien lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u tipprovdi opinjoni dwar l-istqarrija kkonċernata li tirrigwarda s-saħħa.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità.

(5)

Wara applikazzjoni mingħand Brudy Technology S.L, imressqa fit-9 ta’ Ottubru 2008, skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tal-Algatrium® fuq ir-reazzjoni tal-antiossidanti (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2008-705) (2). L-istqarrija proposta mill-applikant kien fiha dan il-kliem li ġej: “L-Algatrium® jippromwovilek ir-reazzjoni tal-antiossidanti: sustanza nutrittiva speċjali li wriet xjentifikament l-istimulazzjoni fil-bniedem tal-ħarsien mill-mard permezz tal-antiossidanti naturali li jinstabu fiċ-ċelluli.”

(6)

Fis-16 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità li kkonkludiet li fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Algatrium® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, peress li t-talba mhix konformi mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m’għandhiex tiġi awtorizzata.

(7)

Il-kummenti mingħand l-applikanti u l-membri tal-pubbliku li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ġew meqjusin fit-tfassil tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament.

(8)

L-istqarrijiet dwar is-saħħa msemmijin fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huma soġġetti għall-miżuri ta’ transizzjoni stipulati fl-Artikolu 28(5) ta’ dak ir-Regolament. B’danakollu, dwar l-istqarrija “L-Algatrium® jippromwovilek ir-reazzjoni tal-antiossidanti: sustanza nutrittiva speċjali li wriet xjentifikament l-istimulazzjoni fil-bniedem tal-ħarsien mill-mard permezz tal-antiossidanti naturali li jinstabu fiċ-ċelluli” l-Awtorità qatgħatha li m’hemm stabbilita l-ebda relazzjoni ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Algatrium® u l-effett indikat. Għalhekk l-istqarrija mhix konformi mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u b’konsegwenza ta’ dan, il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 28(5) ta’ dan ir-Regolament ma japplikax. Għaldaqstant, għandu jkun previst perijodu transitorju ta’ sitt xhur, li jippermetti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw rwieħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istqarrija dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi inkluża fil-lista Komunitarja ta’ stqarrijiet permessi stipulati fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Madankollu, tista’ tibqa’ tintuża għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 942, 1-9.


ANNESS

STQARRIJA DWAR IS-SAĦĦA MIĊĦUDA

Applikazzjoni - Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Stqarrija

Referenza tal-opinjoni tal-EFSA

L-Artikolu 13(5) stqarrija li tirrigwarda s-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata reċentement u/jew li tinkludi talba għall-ħarsien ta’ dejta riservata

Algatrium®

“L-Algatrium® jippromwovilek ir-reazzjoni tal-antiossidanti: sustanza nutrittiva speċjali li wriet xjentifikament l-istimulazzjoni fil-bniedem tal-ħarsien mill-mard permezz tal-antiossidanti naturali li jinstabu fiċ-ċelluli.”

Q-2008-705


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1169/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 353/2008 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li għall-kategoriji kollha ta’ dikjarazzjonijiet tas-saħħa magħmula fuq l-ikel, huma biss id-dikjarazzjonijiet tas-saħħa konformi mal-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma ppreżentati lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurezza Alimentari (EFSA), minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala l-Awtorità u għalhekk soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, jinħtieġ jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li skonthom l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-saħħa jistgħu jitqiesu validi u jiċċaraw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri f’dan ir-rigward f’konformità mal-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(2)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, il-lista ta’ dikjarazzjonijiet awtorizzati kif ukoll dawn miċħuda għandha tiġi ppubblikata f’reġistru minħabba raġunijiet ta’ trasparenza. L-għan hu, kif spjegat fil-premessa 31 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, biex jiġu evitati applikazzjonijiet multipli b’rigward għall-klejms li diġà ġew evalwati u huma suġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk, jinħtieġ li jiġi ċċarat ukoll fost il-modalitajiet ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, ir-regoli dwar l-irtirar tal-applikazzjonijiet kif ukoll l-iskadenza sabiex tiġi ppreżentata talba għall-irtirar.

(3)

Għalhekk, l-applikant għandu jiġi permess biss jirtira applikazzjoni sal-mument li l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. Tali skadenza hi meħtieġa sabiex tiġi ppreservata l-utilità tal-valutazzjoni tal-Awtorità tad-dikjarazzjonijiet u l-effettività tal-proċedura għal awtorizzazzjoni u ċaħda tad-dikjarazzjonijiet u sabiex jiġi evitat t-tressiq ta’ applikazzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet li diġà ġew evalwati. F’dan ir-rigward, huwa biss treġġiegħ lura tal-applikazzjonijiet ippreżentati skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, li jistgħu jtemmu l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, li f’każ kuntrarju jissoktaw wara li l-Awtorità tkun ħarġet l-opinjoni tagħha.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008 (2) qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 7:

“Artikolu 7a

Verifika tal-validità tal-applikazzjonijiet mill-Istati Membri

1.   Skont l-Artikolu 15(2)(a) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tal-applikazzjonijiet qabel ma jsiru disponibbli għall-Awtorità.

2.   Minħabba l-paragrafu 1, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tivverifika li l-applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 15 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jinkludu d-dejta kif hemm referenza għalija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jivverifikaw li:

(i)

Għall-applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, id-dikjarazzjoni għas-saħħa hi dikjarazzjoni għas-saħħa li tikkonċerna t-tnaqqis tad-dikjarazzjonijiet tar-riskji tal-mard jew li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal;

(ii)

Għall-applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, id-dikjarazzjoni għas-saħħa hi kwalunkwe dikjarazzjoni għas-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dak ir-Regolament għajr dikjarazzjonijiet tas-saħħa li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal.”

(2)

L-Artikolu 7b li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 7a:

“Artikolu 7b

Irtirar tal-applikazzjonijiet

1.   Applikazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 15 jew 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tista’ titreġġa’ lura sal-mument li l-Awtorità tadotta l-opinjoni tagħha skont l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.   Talba għall-irtirar ta’ applikazzjoni għandha titressaq lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru, li lilha tressqet l-applikazzjoni skont l-Artikolu 15(2) jew l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

3.   L-awtorità nazzjonali kompetenti, għandha, mingħajr telf ta’ żmien, tavża lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-irtirar. Huwa biss l-irtirar tal-applikazzjoni skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu li jtemm il-proċedura.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 11.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1170/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta’ vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3),

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxu l-listi ta’ vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel. Modifiki ta’ dawn il-listi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).

(2)

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxu l-listi ta’ vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jiżdiedu mal-ikel. Modifiki ta’ dawn il-listi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3).

(3)

Vitamini ġodda u forom minerali ġew ivvalutati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari. Is-sustanzi li jkunu rċevew opinjoni xjentifika favorevoli u li għalihom il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jitħarsu għandhom jiżdiedu mal-listi rispettivi f’dawk l-atti.

(4)

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati u tqiesu l-kummenti li ġew ipprovduti.

(5)

Wara l-valutazzjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari, jixraq li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet għal xi vitamini u sustanzi minerali għall-identifikazzjoni tagħhom.

(6)

Id-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE huma ssostitwiti rispettivament bit-test fl-Anness I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-kelma “Boron” hija miżjuda fil-lista fil-punt 2;

(2)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


ANNESS I

“ANNESS I

Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel

1.   Vitamini

Vitamina A (μg -RE)

Vitamina D (μg)

Vitamina E (mg α-TE)

Vitamina K (μg)

Vitamina B1 (mg)

Vitamina B2 (mg)

Niaċin (mg NE)

Aċidu pantoteniku (mg)

Vitamina B6 (mg)

Aċidu Foliku (μg) (*)

Vitamina B12 (μg)

Biotina (μg)

Vitamina C (mg)

2.   Minerali

Calcium (mg)

Manjeżju (mg)

Ħadid (mg)

Ram (μg)

Jodju (μg)

Żingu (mg)

Manganiż (mg)

Sodju (mg)

Potassju (mg)

Silenju (μg)

Kromju (μg)

Molibdenu (μg)

Fluworidu (mg)

Kloridu (mg)

Fosfru (mg)

Boronju (mg)

Silikon (mg)


(*)  Aċidu Foliku huwa t-terminu inkluż fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel.”


ANNESS II

“ANNESS II

Vitamini u minerali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel

A.   Vitamini

1.   VITAMINA A

(a)

retinol

(b)

aċetat tar-retinil

(c)

palmitat tar-retinil

(d)

beta-karoten

2.   VITAMINA D

(a)

kolekalċiferol

(b)

ergokalċiferol

3.   VITAMINA E

(a)

D-alfa-tokoferol

(b)

DL-alfa-tokoferol

(c)

aċetat ta’ D-alfa-tokoferil

(d)

aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil

(e)

suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil

(f)

tocoferols imħalltin (*)

(g)

tocotrienol tocoferol (**)

4.   VITAMINA K

(a)

fillokinona (fitomenadjona)

(b)

menakinona (***)

5.   VITAMINA B1

(a)

idroklorur tat-tijamina

(b)

mononitrat tat-tijamina

(c)

klorit tal-mononitrat tat-tijamina

(d)

klorit tal-fosforat tat-tijamina

6.   VITAMINA B2

(a)

riboflavin

(b)

riboflavin 5′-fosfat, sodju

7.   NIJAĊINA

(a)

aċidu nikotiniku

(b)

nikotinamida

(c)

inositol hexanicotinate (inositol hexaniacinate)

8.   AĊIDU PANTOTENIKU

(a)

D-pantotenat, kalċju

(b)

D-pantotenat, sodju

(c)

dekspantenol

(d)

pantethine

9.   VITAMINA B6

(a)

idroklorur tal-piridossina

(b)

piridossina 5′-fosfat

(c)

pyridoxal 5′-fosfat

10.   FOLAT

(a)

aċidu pterojlmonoglutamiku

(b)

L-metilfolat tal-kalċju

11.   VITAMINA B12

(a)

ċjanokobalamina

(b)

idrossokobalamina

(c)

5′-deoxyadenosylcobalamin

(d)

methylcobalamin

12.   BIJOTINA

(a)

D-bijotina

13.   VITAMINA Ċ

(a)

aċidu L-assorbiku

(b)

L-assorbat tas-sodju

(c)

L-assorbat tal-kalċju (****)

(d)

L-assorbat tal-potassju

(e)

L-assorbil 6-palmitat

(f)

L-assorbat tal-magnesium

(g)

L-assorbat taż-żingu

B.   Minerali

aċetat tal-kalċju

L-assorbat tal-kalċju

bisgliċinat tal-kalċju

karbonat tal-kalċju

klorur tal-kalċju

malat ċitrat tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-kalċju

gliċerofosfat tal-kalċju

lattat tal-kalċju

pyruvate tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku

suċċinat tal-kalċju

idrossidu tal-kalċju

calcium L-lisinat

malat tal-kalċju

ossidu tal-kalċju

L-pidolat tal-kalċju

L-threonate tal-kalċju

sulfat tal-kalċju

aċetat tal-manjeżju

L-assorbat tal-magnesium

bisglikinat tal-manjeżju

karbonat tal-manjeżju

klorur tal-manjeżju

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-manjeżju

gliċerofosfat tal-manjeżju

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku

laktat tal-manjeżju

L-lisinat tal-manjeżju

idrossidu tal-manjeżju

malat tal-manjeżju

ossidu tal-manjeżju

L-pidolat tal-manjeżju

ċitrat tal-potassju tal-manjeżju

pyruvate tal-manjeżju

suċċinat tal-manjeżju

sulfat tal-manjeżju

taurate tal-manjeżju

acetyl taurate tal-manjeżju

karbonat ferruż

ċitrat ferruż

ċitrat ferriku tal-ammonju

glukonat ferruż

fumarat ferruż

difosfat ferriku tas-sodju

laktat ferruż

sulfat ferruż

difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)

sakkarat ferriku

element tal-ħadid (carbonyl + electrolytic + hydrogen imnaqqas)

bisglikinat ferruż

L-pidolat ferruż

fosfat ferruż

taurate ħadid (II)

karbonat tar-ram

ċitrat tar-ram

glukonat tar-ram

sulfat tar-ram

L-aspartat tar-ram

bisglycinate tar-ram

kumpless ram lisin

ossidu tar-ram (II)

jodur tas-sodju

jodat tas-sodju

jodur tal-potassju

jodat tal-potassju

aċetat taż-żingu

L-assorbat taż-żingu

L-aspartat taż-żingu

bisglikinat taż-żingu

klorur taż-żingu

ċitrat taż-żingu

glukonat taż-żingu

laktat taż-żingu

L-lisinat taż-żingu

malat taż-żingu

sulfat taż-żingu mono-L-methionine

ossidu taż-żingu

karbonat taż-żingu

L-pidolate taż-żingu

picolinate taż-żingu

sulfat taż-żingu

assorbat tal-manganiż

L-aspartat tal-manganiż

bisglycinate tal-manganiż

karbonat tal-manganiż

klorur tal-manganiż

ċitrat tal-manganiż

glukonat tal-manganiż

gliċerofosfat tal-manganiż

pidolate tal-maganiż

sulfat tal-manganiż

il-bikarbonat tas-sodju

karbonat tas-sodju

klorur tas-sodju

ċitrat tas-sodju

glukonat tas-sodju

laktat tas-sodju

idrossidu tas-sodju

imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku

bikarbonat tal-potassju

karbonat tal-potassju

klorur tal-potassju

ċitrat tal-potassju

glukonat tal-potassju

gliċerofosfat tal-potassju

laktat tal-potassju

idrossidu tal-potassju

L-pidolate tal-potassju

malat tal-potassju

imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku

L-selenomethionine

ħmira arrikkita bis-selenju (*****)

aċidu tas-selenju

selenat tas-sodju

idroġenu selenit tas-sodju

selenit tas-sodju

klorit (III) tal-kromjum

lactate trihydrate (III) tal-kromjum

nitrat tal-kromjum

picolinate tal-kromjum

sulfat (III) tal-kromjum

molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))

molibdat tal-postassju (molibdenu (VI))

molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))

fluworidu tal-kalċju

florur tal-potassju

fluworidu tas-sodju

monofluworfosfat tas-sodju

aċidu boriku

borat tas-sodju

aċidu orthosilicic stabbilit bil-choline (choline-stabilised orthosilicic acid)

dijossidu silikon

aċidu silicic (******)


(*)  alpha-tocopherol < 20 %, beta-tocopherol < 10 %, gamma-tocopherol 50 – 70 % u delta-tocopherol 10 - 30 %

(**)  Livelli tipiċi ta’ tocopherols u tocotrienols individwali:

115 mg/g alpha-tocopherol (101 mg/g minimu)

5 mg/g beta-tocopherol (< 1 mg/g minimu)

45 mg/g gamma-tocopherol (25 mg/g minimu)

12 mg/g delta-tocopherol (3 mg/g minimu)

67 mg/g alpha-tocotrienol (30 mg/g minimu)

< 1 mg/g beta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu)

82 mg/g gamma-tocotrienol (45 mg/g minimu)

5 mg/g delta-tocotrienol (< 1 mg/g minimu).

(***)  Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.

(****)  Jista’ jkun fihom sa 2 % ta’ thereonate.

(*****)  Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2.5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.

(******)  Fil-forma ta’ ġel.”


ANNESS III

“ANNESS II

Formulazzjonijiet ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel

1.   Formulazzjonijiet ta’ Vitamini

VITAMINA A

retinol

aċetat tar-retinil

palmitat tar-retinil

beta-karoten

VITAMINA D

kolekalċiferol

ergokalċiferol

VITAMINA E

D-alfa-tokoferol

DL-alfa-tokoferol

aċetat ta’ D-alfa-tokoferil

aċetat ta’ DL-alfa-tokoferil

suċċinat aċidu ta’ D-alfa-tokoferil

VITAMINA K

fillokinona (fitomenadjona)

menakinona (*)

VITAMINA B1

idroklorur tat-tijamina

mononitrat tat-tijamina

VITAMINA B2

riboflavin

riboflavin 5′-fosfat, sodju

NIJAĊINA

aċidu nikotiniku

nikotinamida

AĊIDU PANTOTENIKU

D-pantotenat, kalċju

D-pantotenat, sodju

dekspantenol

VITAMINA B6

idroklorur tal-piridossina

piridossina 5′-fosfat

dipalmitat tal-piridossina

AĊIDU FOLIKU

aċidu pterojlmonoglutamiku

L-metilfolat tal-kalċju

VITAMINA B12

ċjanokobalamina

idrossokobalamina

BIJOTINA

D-bijotina

VITAMINA Ċ

aċidu L-assorbiku

L-assorbat tas-sodju

L-assorbat tal-kalċju

L-assorbat tal-potassju

L-assorbil 6-palmitat

2.   SUSTANZI MINERALI

karbonat tal-kalċju

klorur tal-kalċju

malat ċitrat tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-kalċju

gliċerofosfat tal-kalċju

lattat tal-kalċju

imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku

idrossidu tal-kalċju

malat tal-kalċju

ossidu tal-kalċju

sulfat tal-kalċju

aċetat tal-manjeżju

karbonat tal-manjeżju

klorur tal-manjeżju

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku

glukonat tal-manjeżju

gliċerofosfat tal-manjeżju

imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku

laktat tal-manjeżju

idrossidu tal-manjeżju

ossidu tal-manjeżju

ċitrat tal-potassju tal-manjeżju

sulfat tal-manjeżju

bisglikinat ferruż

karbonat ferruż

ċitrat ferruż

ċitrat ferriku tal-ammonju

glukonat ferruż

fumarat ferruż

difosfat ferriku tas-sodju

laktat ferruż

sulfat ferruż

difosfat ferriku (pirofosfat ferriku)

sakkarat ferriku

ħadid elementali (karbonil + elettrolitiku + idroġenu imnaqqas)

karbonat tar-ram

ċitrat tar-ram

glukonat tar-ram

sulfat tar-ram

kumpless ram lisin

jodur tas-sodju

jodat tas-sodju

jodur tal-potassju

jodat tal-potassju

aċetat taż-żingu

bisglikinat taż-żingu

klorur taż-żingu

ċitrat taż-żingu

glukonat taż-żingu

laktat taż-żingu

ossidu taż-żingu

karbonat taż-żingu

sulfat taż-żingu

karbonat tal-manganiż

klorur tal-manganiż

ċitrat tal-manganiż

glukonat tal-manganiż

gliċerofosfat tal-manganiż

sulfat tal-manganiż

il-bikarbonat tas-sodju

karbonat tas-sodju

ċitrat tas-sodju

glukonat tas-sodju

laktat tas-sodju

idrossidu tas-sodju

imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku

ħmira arrikkita bis-selenju (**)

selenat tas-sodju

idroġenu selenit tas-sodju

selenit tas-sodju

fluworidu tas-sodju

florur tal-potassju

bikarbonat tal-potassju

karbonat tal-potassju

klorur tal-potassju

ċitrat tal-potassju

glukonat tal-potassju

gliċerofosfat tal-potassju

laktat tal-potassju

idrossidu tal-potassju

imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku

klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu

sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu

molibdat tal-ammonju (molibdenu (VI))

molibdat tas-sodju (molibdenu (VI))

aċidu boriku

borat tas-sodju


(*)  Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.

(**)  Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta’ selenat tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2,5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenomethionine (bejn 60 u 85 % tat-total tas-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta’ selenju organiku inkluż selenoċisteina m’għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta’ selenju estratt. Il-livelli ta’ selenju organiku normalment m’għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta’ selenju estratt.”


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fit-12 ta' Marzu 2009, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Intepretazzjoni 9 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) Rivalutazzjoni ta' Derivati Mdeffsa u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl minn hawn 'il quddiem ’emendi għall-IFRIC 9 l-IAS 39’. L-emendi għall-IFRIC 9 l-IAS 39 jikkjarifikaw it-trattament tal-istrumenti finanzjarji derivati mdeffsa f'kuntratti oħra meta assi finanzjarju ibridu jiġi rriklassifikat barra l-valur ġust permezz tal-kategorija ta' profitt jew telf.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IFRIC 9 u għall-IAS 39 jilħqu l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Interpretazzjoni 9 Rivalutazzjoni ta' Derivati Mdeffsa tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRIC 9 u l-IAS 39, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 9

Emendi għall-Interpretazzjoni IFRIC 9 Rivalutazzjoni ta' Derivati Mdeffsa

IAS 39

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”

Emendi għal Interpretazzjoni 9 tal-IFRIC

Rivalutazzjoni ta’ Derivati Mdeffsa

Il-paragrafu 7 huwa emendat. Jiżdiedu l-paragrafi 7A u 10.

KONSENSUS

7

Entità għandha tivvaluta jekk derivat imdeffes hux meħtieġ li jkun isseparat mill-kuntratt li jospitah u meqjus għall-iskop ta’ kontabilità bħala derivat malli l-entità ssir parti kontraenti. Mhux permess li sussegwentement issir rivalutazzjoni sakemm ma jkunx hemm jew (a) bidla fit-termini tal-kuntratt li timmodifika b’mod sinifikanti l-flussi tal-flus li altrimenti jkunu meħtieġa bil-kuntratt jew (b) riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji ‘l barra mill-kategorija ta’ “valur ġust permezz tal-profitt jew telf”, f’liema każi tkun meħtieġa valutazzjoni. Entità tiddetermina jekk modifikazzjoni fil-flussi tal-flus tkunx sinifikanti billi tikkunsidra l-punt sa fejn il-flussi futuri mistennija tal-flus assoċjati mad-derivat imdeffes, mal-kuntratt li jospitah jew mat-tnejn li huma, ikunu nbidlu, u jekk il-bidla tkunx sinifikanti meta mqabbla mal-flussi tal-flus mistennija qabel fil-kuntratt.

7A

Il-valutazzjoni ta’ jekk derivat imdeffes huwiex meħtieġ li jkun isseparat mill-kuntratt li jospitah u meqjus għall-iskop ta’ kontabilità bħala derivat mar-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarju ‘l barra mill-kategorija “valur ġust permezz tal-profitt jew telf” skont il-paragrafu 7 għandha ssir fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data li tiġi l-aktar tard bejn:

(a)

meta l-entità tkun saret parti kontraenti għall-ewwel darba; u

(b)

meta tkun saret bidla fit-termini tal-kuntratt li mmodifikat b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus li altrimenti kienu jkunu meħtieġa skont il-kuntratt.

Għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, ma għandux jiġi applikat il-paragrafu 11(c) tal-IAS 39 (jiġifieri il-kuntratt ibridu (kombinat) għandu jiġi ttrattat bħallikieku ma tkejjilx bil-valur ġust bil-bdil fil-valur ġust rikonoxxut fil-profitt jew telf). Jekk entità ma tkunx kapaċi tagħmel din il-valutazzjoni, il-kuntratt ibridu (kombinat) għandu jibqa’ kklassifikat bħala bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fl-intier tiegħu.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

10

Derivati Mdeffsa (Emendi għall-IFRIC 9 u għall-IAS 39) maħruġ f’Marzu 2009 emenda l-paragrafu 7 u żied il-paragrafu 7A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jintemmu fit-30 ta’ Ġunju 2009 jew wara.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafu 12 huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 103J.

DERIVATI MDEFFSA

12

Jekk l-entità tkun meħtieġa b'dan l-Istandard biex tissepara derivat imdeffes mill-kuntratt li jospitah, iżda ma tistax tkejjel id-derivat imdeffes separatament jew mal-akkwiżizzjoni jew fi tmiem perijodu ta' rappurtaġġ finanzjarju sussegwenti, għandha tittratta l-kuntratt ibridu (kombinat) kollu bħala bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Bl-istess mod, jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel separatament id-derivat imdeffes li jkun jeħtieġ li jiġi sseparat malli ssir riklassifikazzjoni ta’ kuntratt ibridu (kombinat) ‘il barra mill-kategorija ta’ “valur ġust permezz tal-profitt jew telf”, dik ir-riklassifikazzjoni mhix permessa. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-kuntratt ibridu (kombinat) jibqa’ kklassifikat fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fl-intier tiegħu.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103J

Entità għandha tapplika l-paragrafu 12, kif emendat mid-Derivati Mdeffsa (Emendi għall-IFRIC 9 u għall-IAS 39), maħruġ f’Marzu 2009, għal perijodi annwali li jintemmu fit-30 ta’ Ġunju 2009 jew wara.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jqassam, għas-sena tas-suq 2009/2010, 5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (2) jistipula li l-5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb biex titqassam bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti, kif stipulat fl-Artikolu 94(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena tas-suq 2009/2010, għandha tkun allokata qabel is-16 ta’ Novembru tas-sena tas-suq li tkun għaddejja.

(2)

Għal dak il-għan, id-Danimarka bagħtet lill-Kummissjoni tagħrif relatat maż-żoni koperti b’kuntratti ta’ bejgħ/xiri, impenji ta’ proċessar u kuntratti ta’ proċessar, u stima tar-rendiment tat-tiben u l-fibra tal-kittien u l-qanneb.

(3)

Bil-maqlub, l-ebda fibra ta’ kittien jew qanneb mhi se tiġi prodotta għas-sena tas-suq 2009/2010 fl-Italja, l-Irlanda, il-Greċja jew il-Lussemburgu.

(4)

Fuq il-bażi ta’ stimi ta’ produzzjoni li jirriżultaw mit-tagħrif pprovdut, il-produzzjoni totali fil-ħames Stati Membri konċernati mhux se tilħaq il-kwantità totali ta’ 5 000 tunnellata allokati għalihom, u l-kwantitajiet nazzjonali garantiti li jidhru hawn taħt għandhom ikunu stabbiliti.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2009/2010, it-tqassim fi kwantitajiet nazzjonali garantiti stipulat fl-Artikolu 94(1a) flimkien mal-Anness XI A.II.(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun kif ġej:

Id-Danimarka

95.2 tunnellata,

L-Irlanda

0 tunnellata,

Il-Greċja

0 tunnellata,

L-Italja

0 tunnellata,

Il-Lussemburgu

0 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-16 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1173/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum u għar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri ta’ intervent fl-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-intervent pubbliku permezz ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri ta’ qamħ durum jew ta’ ross paddy (2).

(2)

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni l-lista taċ-ċentri ta’ intervent għad-deżinjazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju.

(3)

Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri ta’ intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(4)

Minħabba l-emendi frekwenti li jistgħu jsiru f’dan ir-rigward, u fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-iskema tal-intervent, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-operaturi informazzjoni aġġornata u tipprovdi f’dan ir-rigward l-ewwel pubblikazzjoni bl-elementi ddettaljati tal-lista tal-postijiet tal-ħżin f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) u informazzjoni aġġornata skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 b’kull mezz tekniku xieraq permezz tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-operaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri ta’ intervent u dwar l-informazzjoni ddettaljata relatata ma’ dawn il-lokalitajiet, permezz ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C).

L-emendi u l-aġġornament ta’ din l-informazzjoni għandhom isiru skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.


ANNESS

A:   Ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum

IL-GREĊJA

Θράκη

Ανατολική Μακεδονία

Κεντρική Μακεδονία

Κεντρική Ελλάδα

Στερεά Ελλάδα

SPANJA

Cadiz

Cordoba

Sevilla

Huesca

Teruel

Zaragoza

Burgos

Palencia

Salamanca

Soria

Valladolid

Zamora

Albacete

Ciudad real

Cuenca

Guadalajara

Badajoz

Caceres

Navarra

FRANZA

Le Pouzin

Castelnaudary

Angouleme

Moulins-sur-Yevre

Orgeres en Beauce

Saint Sauveur

Toury

Voves

Fourques

Aigues-Mortes

Baziege

Lespinasse

Sainte Christie

L’Isle Jourdain

Sete

Issoudun

La Ville aux Dames

Mer

Artenay

La Creche

Lavaur

Beaumont de Lomagne

Fontenay le Comte

IL-PORTUGALL

Beja

B:   Ċentri ta’ intervent għar-ross

IL-BULGARIJA

Plovdiv

IL-GREĊJA

Κεντρική Ελλάδα

Μακεδονία

SPANJA

Cadiz

Cordoba

Sevilla

Zaragoza

Albacete

Ciudad Real

Cuenca

Lerida

Badajoz

Caceres

Navarra

FRANZA

Arles

Fourques

Aigues-Mortes

L-ITALJA

Piemonte

IL-PORTUGALL

Beja


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1174/2009

tat-30 ta' Novembru 2009

li jistabilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 34a u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar ir-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 218/92 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 34a u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE jipprevedi li l-Istat Membru tar-rimborż jista' jobbliga lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni kodifikata elettronika addizzjonali li tissupplimenta l-kodiċi stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/9/KE, sal-punt li tali informazzjoni hija meħtieġa minħabba xi restrizzjoni dwar id-dritt tat-tnaqqis taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (3), jew għall-implimentazzjoni ta' deroga li jikseb Stat Membru tar-rimborż taħt l-Artikoli 395 jew 396 ta' dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 34a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-rimborż għandhom jinformaw elettronikament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b'kull informazzjoni li jridu jipprovdu taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE.

(3)

Għal dan il-għan, id-dettalji tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE għandhom jiġu determinati. B'mod partikolari għandhom jiġu speċifikati l-kodiċi użati għat-trażmissjoni ta' din l-informazzjoni. Il-kodiċi stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament ġew żviluppati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (SCAC) fuq il-bażi tal-informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri għall-fini tal-applikar tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE.

(4)

L-applikanti jistgħu jkunu obbligati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE li jipprovdu deskrizzjoni tal-attività ta' negozju tagħhom bl-użu tal-kodiċi armonizzati. Għal dak il-għan, il-kodiċi użati komunement previsti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 li jemendah kif ukoll ċerti regolamenti tal-KE dwar dominji statistiċi speċifiċi (4), għandhom jiġu użati.

(5)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 jiddikjara li l-awtorità li ssirilha t-talba, fuq talba tal-awtorità li tagħmel it-talba, tinnotifika d-destinatarju bl-istrumenti u deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi u rigward l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT fl-Istat Mmbru li fih hija stabbilita l-awtorità li tagħmel it-talba.

(6)

Fejn Stat Membri tar-rifużjoni jitlob l-Istat Membru tal-istabbiliment biex jinnotifika l-applikant bid-deċiżjonijiet u l-istrumenti tiegħu għall-fini tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/9/KE, għal raġunijiet ta' ħarsien tad-dejta, għandu jkun possibbli li tali notifika ssir permezz tan-netwerk komuni tal-komunikazzjoni/l-interface ta' sistema komuni (CNN/CSI) kif definit fl-Artikolu 2(1)(19) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

(7)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw, inter alia, l-Artikolu 34a inserit fir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 bl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 143/2008 tat-12 ta' Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 dwar l-introduzzjoni ta’ arranġamenti amministrattivi ta’ koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw il-post tal-forniment ta’ servizzi, l-iskemi speċjali u l-proċedura ta’ rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (5). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data li l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 143/2008 isir applikabbli.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fejn Stat Membru ta' rifużjoni jinnotifika Stati Membri oħra li jeħtieġ informazzjoni addizzjonali kodifikata elettronikament kif previst fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE, il-kodiċi speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu Użati għall-għanijiet tat-trażmissjoni ta' din l-informazzjoni.

Artikolu 2

Fejn Stat Membru tar-rifużjoni jeħtieġ deskrizzjoni tal-attività tan-negozju tal-applikant kif previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE, tali informazzjoni għandha tingħata fir-raba' livell tal-kodiċi NACE Rev. 2, kif previst fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (KE) 1893/2006.

Artikolu 3

Fejn Stat Membri tar-rifużjoni jitlob Stat Membru tal-istabbiliment ta' destinatarju biex jinnotifika d-destinatarju bi strumenti u deċiżjonijiet relatati ma' refużjoni taħt id-Direttiva 2008/9/KE, dik it-talba ta' notifika tista' tintbagħat permezz tan-netwerk CCN/CSI kif definit fl-Artikolu 2(1)(19) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(3)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 1.


ANNESS

Kodiċi għall-użu fit-trażmissjoni tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 34(a)(2) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003

Il-Kodiċi 1.   Karburant

1.1

Karburant għall-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.1.1

Petrol

1.1.2

Dijżil

1.1.3

LPG

1.1.4

Gass Naturali

1.1.5

Biokarburant

1.2

Karburant għall-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.2.1

Petrol

1.2.2

Dijżil

1.2.3

LPG

1.2.4

Gass Naturali

1.2.5

Biokarburant

1.2.6

PKW

1.2.7

LKW

1.3

Karburant għall-mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

1.3.1

Petrol

1.3.2

Dijżil

1.3.3

LPG

1.3.4

Gass Naturali

1.3.5

Biokarburant

1.4

Karburant użat speċifikament għal vetturi għall-ittestjar

 

1.5

Prodotti taż-żejt Użati fil-lubrifikazzjoni ta’ mezzi tat-trasport jew magni tagħhom

 

1.6

Karburant mixtri biex jinbiegħ

 

1.7

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-merkanzija

 

1.8

Karburant għall-karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

1.8.1

Użati esklussivament għal skopijiet ta’ negozju

1.8.2

Użati parzjalment għat-trasport tal-passiġġieri kummerċjali, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

1.8.3

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk f’1.8.2

1.9

Karburant użat għall-muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550 kg

1.9.1

Użati parzjalment għat-trasport tal-passiġġieri kummerċjali, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

1.9.2

Użati għal skopijiet ta’ negozju

1.10

Karburant għal magni u trakters agrikoli

1.10.1

Petrol

1.10.2

Dijżil

1.10.3

LPG

1.10.4

Gass Naturali

1.10.5

Biokarburant

1.11

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’anqas minn 9 postijiet u karozzi tal-kiri

1.11.1

Petrol

1.11.2

Dijżil

1.11.3

LPG

1.11.4

Gass Naturali

1.11.5

Biokarburant

1.12

Karburant għall-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri apparti 1.8 u 1.9

 

1.13

Karburant għall-mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

1.14

Karburant għall-mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

Il-Kodiċi 2.   Il-kiri tal-mezzi tat-trasport

2.1

Kiri ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

2.2

Kiri tal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

2.2.1

Għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-6 xhur

2.2.2

Għal perjodu kontinwu ekwivalenti għal jew li ma jaqbiżx is-6 xhur

2.2.3

PKW

2.2.4

LKW

2.3

Kiri ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

2.3.1

Għal perjodu kontinwu li jaqbeż is-6 xhur

2.3.2

Għal perjodu kontinwu ekwivalenti għal jew li ma jaqbiżx is-6 xhur

2.4

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-merkanzija

 

2.5

Kiri ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

2.5.1

Użati esklussivament għal skopijiet ta’ negozju

2.5.2

Użati parzjalment għat-trasport tal-passiġġieri kummerċjali jew tagħlim tas-sewqan

2.5.3

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk f’2.5.2

2.6

Kiri ta’ muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550 kg

2.6.1

Użati għat-trasport ta’ passiġġieri kummerċjali jew tagħlim tas-sewqan

2.6.2

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

2.7

Kiri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-kategorija M1

 

2.8

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom aktar minn 9 postijiet

 

2.9

Kiri ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom anqas minn 9 postijiet

2.9.1

Użati għal operazzjonijiet kummerċjali

2.9.2

Użati għal operazzjonijiet apparti dawk kummerċjali

2.10

Kiri ta’ mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

2.11

Kiri ta’ mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

2.12

Kiri ta’ mezzi tat-trasport apparti dawk f’2.5 u 2.6

 

Il-Kodiċi 3.   Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport (minbarra l-merkanzija u s-servizzi msemmija taħt il-kodiċijiet 1 u 2)

3.1

Nefqa relatata mal-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.1

Xiri ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.2

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.3

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.4

Iggaraxxjar u parkeġġ għal mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.1.5

Infiq ieħor relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.1

Xiri tal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.2

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.3

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport b’massa anqas jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.4

Iggaraxxjar u parkeġġ għal mezzi tat-trasport b’massa anqas jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.5

Infiq ieħor relatat mal-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.2.6

PKW

3.2.7

LKW

3.3

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.1

Xiri ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.2

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.3

Xiri u installazzjoni ta’ aċċessorji għal mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.4

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.3.5

Infiq ieħor relatat ma’ mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

3.4

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.1

Xiri ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.2

Manutenzjoni ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.3

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

3.4.4

Infiq ieħor relatat ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija apparti dawk fi 3.4.1, 3.4.2 u 3.4.3

3.5

Manutenzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

3.5.1

Użati esklussivament għal skopijiet ta’ negozju

3.5.2

Użati parzjalment għat-trasport tal-passiġġieri kummerċjali, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.5.3

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk fi 2.5.2

3.6

Manutenzjoni ta’ muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550 kg

3.6.1

Użati għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.6.2

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

3.7

Infiq, apparti manutenzjoni, iggaraxxjar u parkeġġ relatat ma’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji

3.7.1

Użati esklussivament għal skopijiet ta’ negozju

3.7.2

Użati parzjalment għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-kiri

3.7.3

Użati parzjalment għal skopijiet apparti dawk fi 3.7.2

3.8

Infiq, apparti f’manutenzjoni, iggaraxxjar u parkeġġ relatat ma’ muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew sport u inġenji tal-ajru b’massa ta’ anqas minn 1 550 kg.

3.8.1

Użati għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri, tagħlim tas-sewqan jew għall-bejgħ mill-ġdid

3.8.2

Użati għal skopijiet oħra ta’ negozju

3.9

Xiri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaqgħu taħt il-kategorija “M1”

 

3.10

Xiri ta’ aċċessorji għal karozzi tal-passiġġieri taħt il-kategorija “M1”, inkluż l-armar u l-installazzjoni

 

3.11

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’aktar minn 9 postijiet jew ma’ mezzi tat-trasport tal-merkanzija

 

3.12

Infiq relatat mal-mezzi tat-trasport tal-passiġġieri b’anqas minn 9 postijiet użati għal operazzjonijiet kummerċjali

 

3.13

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport li għalihom ma teżisti ebda restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

3.14

Infiq relatat ma’ mezzi tat-trasport li għalihom hemm restrizzjoni fuq id-dritt tat-tnaqqis

 

3.15

Manutenzjoni ta’ mezzi għat-trasport tal-passiġġieri apparti karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji, muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni u sport, u inġenji tal-ajru b’massa akbar minn 1 550 kg.

 

3.16

Iggaraxxjar jew parkeġġ ta’ mezzi tat-trasport tal-passiġġieri

 

3.17

Infiq, apparti f’manutenzjoni, iggaraxxjar jew parkeġġ relatat ma’ mezzi tat-trasport apparti dawk ta’ karozzi tal-passiġġieri jew b’użi varji, muturi, karavannijiet u vetturi għal skopijiet ta’ rikreazzjoni u sport, u inġenji tal-ajru b’massa akbar minn 1 550 kg.

 

Il-Kodiċi 4.   Ħlasijiet għall-użu tat-triq

4.1

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport b’massa akbar minn 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

4.2

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport b’massa anqas minn jew ekwivalenti għal 3 500 kg, apparti mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

4.2.1

PKW

4.2.2

LKW

4.3

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-mezzi tat-trasport għal passiġġieri bil-ħlas

 

4.4

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kull mezz tat-trasport li jaqsam il-Pont Great Belt

 

4.5

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kull mezz tat-trasport li jaqsam il-Pont Öresund

 

4.6

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom aktar minn 9 spazji

 

4.7

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal mezzi għat-trasport tal-passiġġieri li fihom anqas minn 9 spazji

 

4.8

Ħlasijiet għall-użu tat-triq għal vetturi użati fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

4.8.1

Għall-organizzatur tal-avveniment

4.8.2

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

Il-Kodiċi 5.   Spejjeż ta’ vjaġġar, bħal nollijiet tat-taxi, nollijiet tat-trasport pubbliku

5.1

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

5.2

Għal persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

5.3

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

5.3.1

Għall-organizzatur tal-avveniment

5.3.2

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

Il-Kodiċi 6.   Akkomodazzjoni

6.1

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

6.2

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

6.3

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli li jattendi konferenzi kwalifikanti

 

6.4

Infiq fuq akkomodazzjoni għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

6.4.1

Għall-organizzatur tal-avveniment

6.4.2

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

6.5

Infiq fuq akkomodazzjoni għal impjegat tal-persuna taxxabbli li jġib il-merkanzija jew jipprovdi s-servizzi

 

6.6

Infiq fuq akkomodazzjoni għal forniment li jiġi mibgħut lil ħaddieħor

 

6.7

Infiq fuq akkomodazzjoni apparti dawk f’6.5 jew 6.6

 

Il-Kodiċi 7.   Ikel, xorb u servizzi ta’ ristoranti

7.1

Ikel u xorb provdut mil-lukandi, barijiet, ristoranti u boarding houses, inkluż il-kollazzjon

7.1.1

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

7.1.2

Għall-persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

7.2

Ikel u xorb provdut fil-kuntest ta’ konferenza, fiera, wirja jew kungress

7.2.1

Għall-organizzatur tal-avveniment

7.2.2

Għal parteċipant fl-avveniment, fejn il-ħlas isir direttament lill-organizzatur

7.3

Ikel u xorb għal impjegat tal-persuna taxxabbli li jġib il-merkanzija jew jipprovdi s-servizzi

 

7.4

Servizzi ta’ ristoranti mixtrija għal forniment li jiġi mibgħut lil ħaddieħor

 

7.5

Xiri ta’ ikel, xorb jew servizzi ta’ ristoranti apparti dawk f’7.2, 7.3 u 7.4

 

Il-Kodiċi 8.   Dħul għal fieri u wirjiet

8.1

Għall-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

8.2

Għall-persuna oħra apparti l-persuna taxxabbli jew impjegat tal-persuna taxxabbli

 

Il-Kodiċi 9.   Infiq għal lussi u divertiment

9.1

Xiri ta’ alkoħol

 

9.2

Xiri ta’ tabakk manifatturat

 

9.3

Infiq fuq riċevimenti u divertiment

9.3.1

Għal skopijiet ta’ pubbliċità

9.3.2

Mhux għal skopijiet ta’ pubbliċità

9.4

Infiq fuq manutenzjoni ta’ inġenji għad-divertiment

 

9.5

Infiq fuq opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet

 

9.6.

Infiq għal lussi u divertiment għall-pubbliċità

 

9.7

Infiq għal lussi u divertiment apparti dawk f’9.1, 9.2 u 9.3

 

Il-Kodiċi 10.   Oħrajn

10.1

Għodod

 

10.2

Tiswijiet fil-perjodu tal-garanzija

 

10.3

Servizzi marbuta mal-edukazzjoni

 

10.4

Xogħol fuq propjetà

10.4.1

Xogħol fuq propjetà immobbli

10.4.2.

Xogħol fuq propjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha

10.4.3.

Xogħol fuq propjetà immobbli apparti dawk f’kodiċi 3

10.5

Xiri jew kiri ta’ propjetà

10.5.1

Xiri jew kiri ta’ propjetà immobbli

10.5.2

Xiri jew kiri ta’ propjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni

10.5.3

Xiri jew kiri ta’ propjetà mobbli konnessa ma’ jew użata fi propjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni

10.5.4

Xiri jew kiri ta’ propjetà immobbli apparti dawk f’kodiċi 2

10.6

Forniment ta’ ilma, gass jew elettriku permezz tan-netwerk ta’ distribuzzjoni

 

10.7

Rigali ta’ valur żgħir

 

10.8

Spejjeż relatati mal-uffiċċju

 

10.9

Parteċipazzjoni f’fieri jew seminars, edukazzjoni jew taħriġ

10.9.1

Fieri

10.9.2

Seminars

10.9.3

Edukazzjoni

10.9.4

Taħriġ

10.10

Rata fissa addizzjonali fuq bhejjem u prodotti agrikoli

 

10.11

Infiq fuq posta lejn pajjiżi barra l-UE

 

10.12

Infiq fuq faks u telefown, marbuta mal-akkomodazzjoni

 

10.13

Oġġetti u servizzi mixtrija mill-organizzattur tal-vjaġġ għall-benefiċċju dirett tal-vjaġġatur

 

10.14

Oġġetti mixtrija biex jinbiegħu apparti dawk f’1.6

 

10.15

Servizzi mixtrija biex jinbiegħu apparti dawk f’6.6 u 7.4

 

10.16

Xogħol fuq propjetà

10.16.1

Xogħol fuq propjetà immobbli użata bħala residenza jew faċilità ta’ rikreazzjoni

10.16.2

Xogħol fuq propjetà immobbli apparti dik f’10.16.1

10.16.3

Xogħol fuq propjetà mobbli konnessa ma’ jew użata fi propjetà immobbli f’10.16.1

10.16.4

Xogħol fuq propjetà mobbli apparti dik f’10.16.3

10.17

Infiq fuq propjetà

10.17.1

Infiq fuq propjetà immobbli użata biex wieħed jgħix fiha jew għar-rikreazzjoni

10.17.2

Infiq fuq propjetà immobbli apparti dik f’10.17.1


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1175/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aglio Bianco Polesano” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 104, 6.5.2009, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Aglio Bianco Polesano (DPO)


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1176/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Redykołka (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Redykołka” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 103, 5.5.2009, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.3.   Ġobon

IL-POLONJA

Redykołka (DPO)


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/64


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (tat-22 ta’ Diċembru 1994) dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħat ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (4), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar il-Kuntratti Pubbliċi (minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”) Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ xiri b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn issa ‘l quddiem “il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u indikati bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li jippermetti li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawk id-Direttivi jkunu fl-istess ħin jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f’dawk id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li ma humiex koperti mill-Ftehim. Fl-istess ħin, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(4)

Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE għandhom ikunu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 412 000” jinbidel b’“EUR 387 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”.

(2)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ammont “EUR 412 000” jinbidel b’“EUR 387 000”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ammont “EUR 412 000” jinbidel b’“EUR 387 000”.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 133 000” jinbidel b’“EUR 125 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 206 000” jinbidel b’“EUR 193 000”;

(c)

fil-punt (c), l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”.

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 206 000” jinbidel b’“EUR 193 000”.

(3)

Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”.

(5)

L-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 133 000” jinbidel by b’“EUR 125 000”;

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 206 000” jinbidel b’“EUR 193 000”;

(c)

fil-punt (c), l-ammont “EUR 206 000” jinbidel b’“EUR 193 000”.

Artikolu 3

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE hija modifikata kif ġej:

(1)

Fil-punt (a), l-ammont “EUR 412 000” jinbidel b’“EUR 387 000”.

(2)

Fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 150 000” jinbidel b’“EUR 4 845 000”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(3)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.


DIRETTIVI

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/66


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/152/KE

tat-30 ta' Novembru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I tas-sustanza attiva carbendazim

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/135/KE (2), il-carbendazim kien inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik l-inklużjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

Fuq talba l-inklużjoni ta' sustanza attiva tista' tiġi mġedda għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxar snin. Fis-6 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet tali talba mingħand in-notifikant dwar it-tiġdid tal-inklużjoni għal din is-sustanza.

(3)

Fl-10 ta' Jannar 2008, in-notifikatur issottometta dossier tekniku lill-Istat Membru relatur, il-Ġermanja, b'sostenn tat-talba tiegħu. Il-Ġermanja tat l-abbozz tagħha tar-rapport tal-evalwazzjoni mill-ġdid fis-27 ta' Lulju 2009. Huwa meħtieġ li l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari twettaq reviżjoni esperta.

(4)

Minħabba li huwa impossibbli li titlesta l-proċedura tat-tiġdid qabel id-data meta l-inklużjoni tal-carbendazim se tiskadi u peress li t-talba għat-tiġdid saret fi żmien suffiċjenti, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/414/KEE, it-tiġdid għandu jingħata għall-perjodu neċessarju sabiex titlesta dik il-proċedura.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fir-ringiela Nru 149 (il-carbendazim (l-istereochemistry mhux dikjarata) Nru CAS 10605-21-7 CIPAC Nru 263), fis-sitt kolonna (l-iskadenza tal-inklużjoni), il-kliem “31 ta' Diċembru 2009” huwa sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2010”.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 37.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/67


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/153/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-isem komuni u l-purità tas-sustanza attiva tal-proteini idrolizzati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE kienet emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) biex tinkludi ċerti proteini idrolizzati.

(2)

L-Istat Membru relatur irċieva informazzjoni addizzjonali dwar proteini idrolizzati. Jidher li l-proteini idrolizzati jistgħu jiġu oriġinati minn ħafna komposti organiċi differenti. Għalhekk huwa xieraq li wieħed jirreferi għall-isem komuni u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità, kif stabbilit fir-rapport ta’ reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati.

(3)

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 240 tinbidel b’dan li ġej:

NRU

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“240

PROTEINI IDROLIZZATI

Nru tas-CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

Rapport ta’ reviżjoni (SANCO/2615/2008)

L-1 ta’ Settembru 2009

fil-31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. Proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE)1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/2008) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta’ użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/69


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/154/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż is-cyflufenamid bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fis-17 ta’ Marzu 2003 applikazzjoni minn Nisso Chemical Europe GmbH għall-inklużjoni tas-sustanza attiva cyflufenamid fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/636/KE (2) ikkonfermat li l-fajl kien komplut fis-sens li jista’ jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew evalwati, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni fit-30 ta’ Jannar 2006.

(3)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentat lill-Kummissjoni fil-format tar-Rapport Xjentifiku tal-EFSA għas-cyflufenamid fit-8 ta’ April 2009 (3). Dan ir-rapport kien rivedut mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-2 ta’ Ottubru 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-cyflufenamid.

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu s-cyflufenamid huwa mistenni li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li s-cyflufenamid tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, sabiex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

(5)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jiġu riveduti l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu s-cyflufenamid sabiex jiġi assigurat li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mil-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq, għandu jiġi pprovdut żmien itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub f’konformità mal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva jinsabu f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Dawn għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-cyflufenamid bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Settembru 2010. Sa din id-data, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kondizzjonijiet fl-Anness I ta’ din id-Direttiva relatati mas-cyflufenamid jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-cyflufenamid bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi tal-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna s-cyflufenamid. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-cyflufenamid bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih is-cyflufenamid bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Settembru 2011 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 221, 4.9.2003, p. 42.

(3)  Il-konklużjoni tar-reviżjoni inter pares dwar il-pestiċidi fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ riskju tas-sustanza attiva tas-cyflufenamid. Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 258, 1-99.


ANNESS

Fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE l-annotazzjoni li ġejja huija miżjuda fi tmiem il-lista:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“302

Cyflufenamid

Nru N: 180409-60-3

Nru CIPAC: 759

(Z)-N-[α-(cyclopropylmethoxyimino).-.2,3 -difluoro-6-(trifluoromethyl)benzyl]-2-phenylacetamide

> 980 g/kg

L-1 ta’ April 2010

Il-31 ta’ Marzu 2020

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar is-cyflufenamid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-2 ta’ Ottubru 2009 għandu jiġi kkunsidrat.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri għandhom iqisu partikolarment il-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

Il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/72


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/155/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-livell ta’ purità meħtieġ tas-sustanza attiva metazachlor

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Wara eżami li fih ir-Renju Unit aġixxa bħala Stat Membru relatur, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE (2) inkludiet is-sustanza attiva metazachlor fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Fir-rigward ta’ dik is-sustanza, id-Direttiva 2008/116/KE stabbiliet livell massimu ta’ 0,01 % għal toluene bħala impurità tal-manifattura. Dak il-livell kien ibbażat fuq l-ispeċifikazzjoni mogħtija min-notifikatur.

(2)

In-notifikatur talab għal emenda fid-Direttiva 91/414/KEE li żżid dak il-livell massimu għal 0,05 %. Dan issottometta t-tagħrif neċessarju biex ikun jista’ jappoġġja t-talba tiegħu. Fit-2 ta’ Frar 2009 l-Istat Membru relatur ippreżenta addendum  (3) mal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni li fih ikkonkluda li livell massimu ta’ 0,05 % ma jikkawża l-ebda riskju ieħor barra minn dawk ir-riskji li diġa’ ġew meqjusa fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal dik is-sustanza.

(3)

Għaldaqstant, il-livell massimu ta’ toluene bħala impurità tal-manifattura tal-metazachlor għandu jiżdied għal 0,05 %.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(5)

Peress li din id-Direttiva għandha tapplika mill-istess data tad-Direttiva 2008/116/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fir-ringiela 223 (metazachlor) tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-kolonna 4 (il-purità), il-kliem “0,01 %” jinbidlu bil-kliem “0,05 %”.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.

(3)  Addendum 2 – Jannar 2009 – mal-Volum 4, Anness C mar-rapport u d-deċiżjoni proposta tar-Renju Unit magħmula lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Diċembru 2007

dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

(2009/857/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1)

Huwa kkunsidrat xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jippermettu transizzjoni bla xkiel mis-sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, kif definit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li ser jibqa' japplika sal-31 ta' Ottubru 2014,għas-sistema ta' votazzjoni prevista fl-Artikolu l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2014, inkluż, matul perijodu transitorju sal-31 ta' Marzu 2017, dispożizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 3(2), tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

(2)

Huwa mfakkar li l-prattika tal-Kunsill hija li jiddedika kull sforz biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-atti adottati bil-maġġoranza kwalifikata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI BEJN L-1 TA' NOVEMBRU 2014 U L-31 TA' MARZU 2017

Artikolu 1

Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

(a)

mill-inqas tliet kwarti tal-popolazzjoni, jew

(b)

mill-inqas tliet kwarti ta' l-għadd ta' Stati Membri

meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu, matul dawn id-diskussjonijiet, jagħmel kull ma jkun fis-setgħa tiegħu sabiex isib soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti bil-liġi ta' l-Unjoni, sabiex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI MILL-1 TA' APRIL 2017

Artikolu 4

Mill-1 ta' April 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

(a)

mill-inqas 55 % tal-popolazzjoni, jew

(b)

mill-inqas 55 % ta' l-għadd ta' Stati Membri

meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 5

Il-Kunsill għandu, matul din id-diskussjoni, jagħmel kull ma jista' biex jilħaq soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti fil-liġi ta' l-Unjoni, biex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

TAQSIMA 3

DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


Il-Kummissjoni

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/75


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Novembru 2009

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni u mid-Deċiżjoni 2009/560/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9193)

(2009/858/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 27 (5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (2) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/560/KE tat-22 ta’ Lulju 2009 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2009 u li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (3) tapprova l-verżjonijiet emendati ta’ ċerti programmi nazzjonali approvati mid-Deċiżjoni 2008/897/KE.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2009 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(5)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal uħud minn dawn il-programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar tagħrif reċenti dwar in-nefqa reali li saret mill-Istati Membri kkonċernati.

(6)

Barra minn hekk, ir-Rumanija u s-Slovakkja bagħtu programmi emendati għall-qerda tal-idrofobija u l-Polonja u s-Slovenja bagħtu programmi emendati għall-Bluetongue.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu li huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għal dawk l-erbgħa Stati Membri għandhom għalhekk jiġu approvati.

(8)

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-Bluetongue ppreżentat mill-Polonja fit-30 ta’ April 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Il-programm emendat għall-monitoraġġ u l-qerda tal-Bluetongue ppreżentat mis-Slovenja fit-23 ta’ Lulju 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mir-Rumanija fl-20 ta’ Awwissu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mis-Slovakkja fit-3 ta’ Awwissu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2008/897/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 400 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 2 500 000 għal Spanja;”

(b)

Fil-punt (g), “EUR 2 000 000” tinbidel b’“EUR 1 370 000”;

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu (2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jsiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq ta’ testijiet għat-tuberculin u l-gamma-interferon u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 14 000 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 9 100 000 għal Spanja;

(ċ)

EUR 2 900 000 għall-Italja;

(d)

EUR 120 000 għall-Polonja;

(e)

EUR 200 000 għall-Portugall.”

(3)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

EUR 3 600 000 għal Spanja;”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (e) sa (g) jinbidlu b’dan li ġej:

“(e)

EUR 16 650 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 90 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 60 000 għall-Irlanda;”

(b)

Il-punti (j) sa (l) jinbidlu b’dan li ġej:

“(j)

EUR 55 000 000 għal Franza;

(k)

EUR 2 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 20 000 għal-Latvja;”

(ċ)

Fil-punt (o), “EUR 1 400 000” tinbidel b’“EUR 300 000”;

(d)

Il-punti (r) sa (u) jinbidlu b’dan li ġej:

“(r)

EUR 3 550 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 2 700 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 100 000 għar-Rumanija;”

(e)

Il-Punti (w) u (x) jinbidlu b’dan li ġej:

“(w)

EUR 490 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 1 600 000 għall-Iżvezja.”

(5)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c), “EUR 1 400 000” tinbidel b’“EUR 1 600 000”;

(b)

Fil-punt (d), “EUR 75 000” tinbidel b’“EUR 140 000”;

(ċ)

Fil-punt (f), “EUR 600 000” tinbidel b’“EUR 350 000”;

(d)

Il-punti (h) sa (m) jinbidlu b’dan li ġej:

“(h)

EUR 700 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 1 250 000 għal Spanja;

(j)

EUR 1 450 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 700 000 għall-Italja;

(l)

EUR 100 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 90 000 għal-Latvja;”

(e)

Fil-punt (q), “EUR 1 700 000” tinbidel b’“EUR 2 350 000”;

(f)

Il-punti (s) sa (u) jinbidlu b’dan li ġej:

“(s)

EUR 4 500 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 650 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 50 000 għar-Rumanija;”

(6)

Fl-Artikolu 6(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 670 000 għal Franza;”

(7)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (e), “EUR 500 000” tinbidel b’“EUR 250 000”;

(b)

Fil-punt (k), “EUR 550 000” tinbidel b’“EUR 1 400 000”;

(ċ)

Fil-punt (s), “EUR 50 000” tinbidel b’“EUR 80 000”;

(d)

Fil-punt (v), “EUR 400 000” tinbidel b’“EUR 220 000”.

(8)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) sa (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 400 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 350 000 għall-Bulgarija;

(ċ)

EUR 1 050 000 għar-Repubblika Ċeka;”

(b)

Il-punti (g) sa (k) jinbidlu b’dan li ġej:

“(g)

EUR 3 300 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 1 200 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 5 400 000 għal Spanja;

(j)

EUR 14 100 000 għal Franza;

(k)

EUR 5 350 000 għall-Italja;”

(ċ)

Fil-punt (m), “EUR 230 000” tinbidel b’“EUR 250 000”;

(d)

Fil-punt (r), “EUR 2 900 000” tinbidel b’“EUR 2 600 000”;

(e)

Il-punti (t) sa (v) jinbidlu b’dan li ġej:

“(t)

EUR 790 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 530 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 580 000 għar-Rumanija;”

(f)

Il-punti (x) u (y) jinbidlu b’dan li ġej:

“(x)

EUR 500 000 għas-Slovakkja;

(y)

EUR 500 000 għall-Finlandja;”

(g)

Fil-punt (za), “EUR 5 900 000” tinbidel b’“EUR 4 600 000”.

(9)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu (2), huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (a) sa (c) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 1 100 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 500 000 għal-Litwanja;

(ċ)

EUR 880 000 għall-Ungerija;”

(b)

Fil-punt (f), “EUR 500 000” tinbidel b’“EUR 760 000”.

(10)

Fl-Artikolu 11(2), il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

EUR 1 100 000 għall-Polonja.”

(11)

Fl-Artikolu 12(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 1 650 000 għall-Polonja.”

(12)

Fl-Artikolu 13(2) il-punti (b) sa (e) jinbidlu b’dan li ġej:

“(c)

EUR 870 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 850 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 550 000 għas-Slovenja;”

(13)

Fl-Artikolu 14(2), “EUR 175 000” tinbidel b’“EUR 310 000”.

(14)

Fl-Artikolu 15(2), il-punt (c), jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

EUR 460 000 għall-Portugall.”

(15)

Fl-Artikolu 15a (4), “EUR 5 400 000” tinbidel b’“EUR 3 000 000”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(3)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 56.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9262)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/859/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li kienu diġà fis-suq sentejn wara n-notifika, waqt li dawk is-sustanzi jkunu qed jiġu investigati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi d-diphenylamine.

(3)

Għad-diphenylamine, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skont id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri relaturi li għandhom iressqu r-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għad-diphenylamine l-Irlanda kienet l-Istat Membru relatur u kull tagħrif rilevanti tressaq fl-20 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha għall-Valutazzjoni u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva diphenylamine (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali u ġie ffinalizzat fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-diphenylamine.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Partikolarment, ma segħetx issir valutazzjoni affidabbli tal-esponiment tal-konsumatur, billi ma kienx hemm dejta dwar il-preżenza u t-tossiċità tal-metaboliti mhux identifikati tas-sustanza, kif ukoll dwar il-formazzjoni possibbli tan-nitrosamini matul il-ħżin tas-sustanza attiva u matul l-ipproċessar tat-tuffieħ ittrattat. Barra minn hekk, ma kienet disponibbli l-ebda dejta dwar il-prodott li jirriżulta mid-disintegrar jew ir-reazzjoni tar-residwi tad-diphenylamine fi prodotti pproċessati. Konsegwentement, ma setgħetx tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li d-diphenylamine issodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu fuq ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk kienx biħsiebu jkompli jappoġġa s-sustanza jew le. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, il-punti ta’ tħassib identifikati ma setgħux jitneħħew, u l-valutazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat tal-esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom id-diphenylamine jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk, id-diphenylamine m’għandux ikun inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom id-diphenylamine jiġu rtirati fi żmien preskritt u ma jiġux imġedda, u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-diphenylamine, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jiġu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-diphenylamine jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax it-tressiq ta’ applikazzjoni għad-diphenylamine skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tiegħu ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5), bil-ħsieb li possibbilment jiġi inkluż fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali ma tax opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u l-Kummissjoni b’hekk bagħtet proposta lill-Kunsill relatata ma’ dawn il-miżuri. Peress li, mal-iskadenza tal-perjodu stipulat fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas ma indika li hu kontrihom, dawn għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-diphenylamine ma għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-diphenylamine jiġu irtirati sat-30 ta’ Mejju 2010;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-diphenylamine ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 188. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tad-diphenylamine (iffinalizzata fit-30 ta’ Settembru 2008).

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar in-noninklużjoni tat-triazoxide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9271)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/860/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li jkunu diġà fis-suq sentejn wara n-notifika, waqt li dawk is-sustanzi jkunu qed jiġu investigati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi t-triazoxide.

(3)

Għat-triazoxide l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skont id-dispożizzjonijiet stipulati bir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jinnominaw l-Istati Membri relaturi li għandhom iressqu r-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għat-triazoxide l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-25 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva triazoxide (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triazoxide.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, qam xi tħassib. B’mod partikolari ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni tar-riskju ta’ min jorbot fuqha għall-konsumatur peress li hemm dejta nieqsa biex tiġi ddeterminata n-natura tar-residwi fil-prodotti li ġejjin mill-pjanti u t-trasferiment possibbli ta’ residwi fil-prodotti mill-annimali. Barra minn hekk, id-dejta disponibbli ma wrietx li r-riskji fuq medda twila ta’ żmien għall-mammali, l-għasafar, il-ħut u d-dud tal-art huma aċċettabli. Għaldaqstant, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li t-triazoxide laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk kienx biħsiebu jkompli jappoġġa s-sustanza jew le. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitwarrab għal kollox, u l-valutazzjonijiet magħmula fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat tal-esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triazoxide jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

It-triazoxide ma għandhiex għalhekk tkun inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu l-miżuri biex jiġi żgurat li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom it-triazoxide jiġu rtirati fi żmien perjodu preskritt u ma jiġġeddux u ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triazoxide għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triazoxide jibqgħu disponibbli għall-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(10)

Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għat-triazoxide skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tagħha tniżżlu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5), fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu u l-Kummissjoni b’hekk bagħtet proposta lill-Kunsill relatata ma’ dawn il-miżuri. Peress li, mal-iskadenza tal-perjodu stipulat fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas ma indika li hu kontrihom, dawn għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-triazoxide ma għandhiex tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triazoxide jiġu rtirati sat-30 ta’ Mejju 2010;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triazoxide m’hi se tingħata jew tiġġedded mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Rapport Xjentifiku EFSA (2008), 193. Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva triazoxide (iffinalizzat fis-26 ta’ Settembru 2008).

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/861/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) jistipula regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġetti tal-ikel ibbażati fost oħrajn fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti dwar l-iġjene tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib.

(3)

Skont il-punt (c) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att ta’ Adeżjoni), il-Bulgarija ngħatat perjodu tranżitorju, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità ta ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi.

(4)

Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw il-ħalib nej li m’huwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib mhux konformi”) huma elenkati fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni. Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw kemm il-ħalib konformi kif ukoll dak mhux konformi, sakemm dan l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati, huma elenkati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Appendiċi.

(5)

L-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma mifruxa fit-territorju kollu tal-Bulgarija. Il-proporzjon ta’ ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

(6)

B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, jixraq li tiġi prevista deroga b’limitu ta’ żmien mir-rekwiżiti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-ħsieb li dan jippermetti lill-Bulgarija tikkonforma s-settur tal-ħalib tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(7)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ikomplu jipproċessaw anki wara l-31 ta’ Diċembru 2009 ħalib konformi u mhux konformi sakemm l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(8)

It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandu, madankollu, ikun ristrett għall-Bulgarija jew jintuża għal iktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-deroga stipulata f’din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-perjodu tranżitorju mogħti minn din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fil-Bulgarija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. Għaldaqstant, il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li jfornu l-ħalib nej lill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru u dwar is-sistema tal-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “ħalib mhux konformi” jfisser ħalib nej li mhux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u dak mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi u ta’ dak mhux konformi jsir fuq linji ta’ produzjoni separati.

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzjoni separati.

Artikolu 4

Il-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandhom biss:

(a)

jitqiegħdu fis-suq domestiku fil-Bulgarija; jew

(b)

jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

Dawn il-prodotti tal-ħalib għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa li tkun differenti mill-marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 5

Il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fl-ikkonformar ta’ dawn li ġejjin mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti ta’ produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi;

L-ewwel rapport annwali għandu jitressaq għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

Il-formola stipulata fl-Anness III għandha tintuża għal dawk ir-rapporti.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u dak mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0412010

“Bi Si Si Handel” OOD

gr. Elena

ul. “Treti mart” 19

2

BG 0512025

“El Bi Bulgarikum” EAD

gr. Vidin

YUPZ

3

BG 0612027

“Mlechen ray — 99” EOOD

gr. Vratsa

4

BG 0612043

ET “Zorov- 91 -Dimitar Zorov”

gr. Vratsa

5

BG 1912013

“ZHOSI” OOD

s. Chernolik

6

BG 2012020

“Yotovi” OOD

gr. Sliven

kv. “Rechitsa”

7

BG 2512020

“Mizia-Milk” OOD

gr. Targovishte

Industrialna zona

8

BG 0812009

“Serdika — 90” AD

gr. Dobrich

ul. “25 septemvri” 100

9

BG 2112001

“Rodopeya — Belev” EOOD

4700 town Smolyan,

“Traciya” 1 str.

10

BG 1212001

“S i S — 7” EOOD

gr. Montana

“Vrachansko shose” 1

11

BG 2812003

“Balgarski yogurt” OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska


ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 1312002

„Milk Grup“ EOOD

s. Yunacite

2

0112014

ET „Veles — Kostadin Velev“

gr. Razlog

ul. „Golak“ 14

3

2312041

„Danim — D. Stoyanov“

EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

4

2712010

„Kamadzhiev — milk“ EOOD

s. Kriva reka

obsht. N. Kozlevo

5

BG 1212029

SD „Voynov i sie“

gr. Montana ul. „N.Yo. Vaptsarov“ 8

6

0712001

„Ben Invest“ OOD

s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo

7

1512012

ET „Ahmed Tatarla“

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

8

2212027

„Ekobalkan“ OOD

gr. Sofia

bul „Evropa“ 138

9

2312030

ET „Favorit — D. Grigorov“

s. Aldomirovtsi

10

2312031

ET „Belite kamani“

s. Dragotintsi

11

BG 1512033

ET „Voynov — Ventsislav Hristakiev“

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

12

BG 1612020

ET „Bor — Chvor“

s. Dalbok izvor

obsht. Parvomay

13

BG 1512029

„Lavena“ OOD

s. Dolni Dabnik

obl. Pleven

14

BG 1612028

ET „Slavka Todorova“

s. Trud

obsht. Maritsa

15

BG 1612051

ET „Radev — Radko Radev“

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

16

BG 1612066

„Lakti ko“ OOD

s. Bogdanitza

17

BG 2112029

ET „Karamfil Kasakliev“

gr. Dospat

18

BG 0912004

„Rodopchanka“ OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

19

0112003

ET „Vekir“

s. Godlevo

20

0112013

ET „Ivan Kondev“

gr. Razlog

Stopanski dvor

21

0212028

„Vester“ OOD

s. Sigmen

22

0212037

„Megakomers“ OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

23

0512003

SD „LAF — Velizarov i sie“

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

24

0612035

OOD „Nivego“

s. Chiren

25

0612041

ET „Ekoprodukt — Megiya — Bogorodka Dobrilova“

gr. Vratsa

ul. „Ilinden“ 3

26

0612042

ET „Mlechen puls — 95 — Tsvetelina Tomova“

gr. Krivodol

ul. „Vasil Levski“

27

1012008

„Kentavar“ OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

28

1212022

„Milkkomm“

EOOD

gr. Lom ul. „Al. Stamboliyski“ 149

29

1212031

„ADL“ OOD

s. Vladimirovo obsht. Boychinovtsi

30

1512006

„Mandra“ OOD

s. Obnova

obsht. Levski

31

1512008

ET „Petar Tonovski-Viola“

gr. Koynare

ul. „Hr. Botev“ 14

32

1512010

ET „Militsa Lazarova — 90“

gr. Slavyanovo,

ul. „Asen Zlatarev“ 2

33

1612024

SD „Kostovi — EMK“

gr. Saedinenie

ul. „L. Karavelov“ 5

34

1612043

ET „Dimitar Bikov“

s. Karnare

obsht. „Sopot“

35

1712046

ET „Stem — Tezdzhan Ali“

gr. Razgrad

ul. „Knyaz Boris“ 23

36

2012012

ET „Olimp- P. Gurtsov“

gr. Sliven

m — t „Matsulka“

37

2112003

„Milk — inzhenering“ OOD

gr. Smolyan

ul. „Chervena skala“ 21

38

2112027

„Keri“ OOD

s. Borino,

obsht. Borino

39

2312023

„Mogila“ OOD

gr. Godech, ul. „Ruse“ 4

40

2512018

„Biomak“ EOOD

gr. Omurtag

ul. „Rodopi“2

41

2712013

„Ekselans“ OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

42

2812018

ET „Bulmilk — Nikolay Nikolov“

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

43

2812010

ET „Mladost — 2 — Yanko Yanev“

gr. Yambol,

ul. „Yambolen“ 13

44

BG 1012020

ET „Petar Mitov-Universal“

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

45

BG 1112016

Mandra „IPZHZ“

gr. Trojan

ul. „V.Levski“ 281

46

BG 1712042

ET „Madar“

s. Terter

47

BG 2612042

„Bulmilk“ OOD

s. Konush

obl. Haskovska

48

BG 0912011

ET „Alada — Mohamed Banashak“

s. Byal izvor

obsht. Ardino

49

1112026

„ABLAMILK“ EOOD

gr. Lukovit,

ul. „Yordan Yovkov“ 13

50

1312005

„Ravnogor“ OOD

s. Ravnogor

51

1712010

„Bulagrotreyd — chastna kompaniya“ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

52

1712013

ET „Deniz“

s. Ezerche

53

2012011

ET „Ivan Gardev 52“

gr. Kermen

ul. „Hadzhi Dimitar“ 2

54

2012024

ET „Denyo Kalchev 53“

gr. Sliven

ul. „Samuilovsko shose“ 17

55

2112015

OOD „Rozhen Milk“

s. Davidkovo, obsht. Banite

56

2112026

ET „Vladimir Karamitev“

s. Varbina

obsht. Madan

57

2312007

ET „Agropromilk“

gr. Ihtiman, ul. „P.Slaveikov“ 19

58

2412041

„Mlechen svyat 2003“

OOD

s. Bratya Daskalovi

obsht. Bratya Daskalovi

59

2612038

„Bul Milk“ EOOD

gr. Haskovo

Sev. industr. zona

60

2612049

ET „Todorovi — 53“

gr. Topolovgrad

ul. „Bulgaria“ 65


ANNESS III

Formola għar-rapporti kif imsemmi fl-Artikolu 5

Reġjun

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 31.12.2009

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 31.12.2009

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 31.12.2009

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.11.2010

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.11.2010

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.11.2010

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.9.2011

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.9.2011

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sommarju BU

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjun

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 31.12.2009

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.11.2010

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.9.2011

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sommarju BG

 

 

 

 

 

 

 

 

 


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9326)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/862/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/866/KE tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta’ ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2) kienet adottata bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni bil-virus tal-epatite A (HAV) ta’ ċerti molluski bivalvi importati mill-Perù li kienu identifikati bħala l-oriġini ta’ tifqigħa tal-epatite A fil-bnedmin. Dik id-Deċiżjoni inizjalment applikat sal-31 ta’ Marzu 2009, iżda dan il-pejodu ta’ applikazzjoni ttawwal sat-30 ta’ Novembru 2009 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/297/KE tas-26 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (3).

(2)

L-awtoritajiet Peruvjani pprovdew informazzjoni li tikkonċerna l-miżuri korrettivi mwaqqfa biex jittejjeb il-kontroll tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità.

(3)

Bejn is-7 u t-18 ta’ Settembru 2009 twettqet missjoni ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni biex tivvaluta s-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ li jirregolaw il-produzzjoni tal-molluski bivalvi u l-prodotti tas-sajd maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.

(4)

Iż-żjara ta’ spezzjoni vverifikat li l-awtoritajiet Peruvjani qed idaħħlu fis-seħħ il-miżuri korrettivi misjuba fl-informazzjoni li huma pprovdew wara t-tifqigħa tal-Epatite A. B’mod partikolari, huma qegħdin jirrevedu kompletament il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni u se jirrevedu wkoll il-monitoraġġ taż-żoni tal-produzzjoni f’dak li jolqot il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni u l-frekwenza tagħha. Dawn ir-reviżjonijiet għadhom għaddejjin.

(5)

Biex titħares saħħet il-konsumaturi jeħtieġ li jinżammu l-miżuri protettivi previsti mid-Deċiżjoni 2008/866/KE sakemm l-awtoritajiet Peruvjani jlestu l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi u l-Kummissjoni tkun wettqet spezzjoni oħra fuq il-post. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE sat-30 ta’ Novembru 2010, mingħajr ħsara għas-setgħa tal-Kummissjoni li timmodifika, tirrevoka jew testendi dawk il-miżuri fid-dawl ta’ kull tagħrif ġdid marbut mal-evoluzzjoni tal-qagħda fil-Perù u tal-eżitu ta’ spezzjonijiet mis-servizzi tagħha.

(6)

Id-Deċiżjoni 2008/866/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/866/KE, id-data “30 ta’ Novembru 2009” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Novembru 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 22.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/91


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2010, lil ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9343)

(It-testi bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Spanjola u Żvediża biss huma awtentiċi)

(2009/863/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf jistgħu jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità skont l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji għandhom jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ f’ċertu limitu ta’ żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa sostnut minn programm ta’ ħidma multiannwali.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi tal-baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2010.

(5)

Għalhekk, kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità maħtura, biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant fil-laqgħat ta’ ħidma. Derogi lil dik il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jeħtieġ appoġġ għal attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma tiegħu. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità ieħor.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (5), l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-EAGF għandu jiġi mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, b’mod partikolari għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 302 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-EUR 23 000.

Artikolu 2

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, fl-Olanda biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 354 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 3

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Vigo, fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 260 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 4

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Weymouth, fir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 265 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 35 000.

Artikolu 5

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 309 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 22 500.

Artikolu 6

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ Staphylococci Koagulasi pożittiva, inkluż l-iStaphylococccus aureus.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 291 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 22 500.

Artikolu 7

1.   Il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, l-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia coli inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 250 381.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 20 000.

Artikolu 8

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, fl-Iżvezja, biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 275 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 9

1.   Il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, l-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fir-rigward tal-analiżi u l-ittestjar ta’ parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 312 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 10

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tar-resistenza antimikrobjali.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 370 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż is-EUR 27 000.

Artikolu 11

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, fil-Belġju, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ proteini tal-annimali fl-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 525 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 12

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, fl-Olanda biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (6) u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 13

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments, Fougères, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmija permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 14

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), f’Berlin, il-Ġermanja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 15

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità, f’Ruma, fl-Italja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 275 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 16

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, fil-Ġermanja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b’kontenut għoli ta’ xaħam.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 198 900.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 17

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenhagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fiċ-ċereali u l-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 198 900.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 18

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-frott u l-ħaxix, inklużi l-prodotti b’kontenut għoli ta’ ilma u aċtu.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 445 840.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 45 000.

B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi se jorganizza laqgħa ta’ ħidma konġunta.

Artikolu 19

Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi permezz ta’ metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 352 000.

Artikolu 20

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ dijossini u PCBs fl-għalf u l-ikel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 432 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 55 410.

Artikolu 21

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 21 għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

Artikolu 22

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata:

Għall-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella): lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fl-Olanda;

Għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra: lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Estacion Maritima, s/n, 36200,Vigo, fi Spanja;

Għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi: lil-Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, ir-Renju Unit;

Għal-Listeria monocytogenes: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-iStaphylococci pożittiv għall-koagulasi, inkluż l-iStaphylococcus aureus: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għall-Campylobacter: lill-iStatens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 751 89 Uppsala, fl-Iżvezja;

Għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għar-reżistenza antimikrobjali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, fid-Danimarka;

Għall-proteini tal-annimali fi prodotti tal-għalf: lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Chaussée de Namur 24 5030 Gembloux, fil-Belġju;

Għar-residwi: lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fl-Olanda;

Għar-residwi: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur les Médicaments Vétérinaires et les Désinfectants de L’Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Site de Fougères, BP 90203, 35302 Fougères, fi Franza;

Għar-residwi: lill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit, Postfach 100214, Mauerstrasse 39-42, 10562, Berlin, fil-Ġermanja;

Għar-residwi: lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fiċ-ċereali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Department of Food Chemistry, Moerkhoej Bygade 19, 2860 Soeborg, fid-Danimarka;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fil-frott u l-ħaxix: lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Sacramento s/n, La Kanada de San Urbano, 04120 Almeria, fi Spanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi bil-metodi monoresidwi: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 1206, Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, fil-Ġermanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tad-dijossini u PCBs fl-għalf u fl-ikel: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(6)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/97


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ biltong fil-Komunità minn ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel u mill-Urugwaj

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9362)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi (2) tistipula r-regoli dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem. Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u r-regoli dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn il-prodotti.

(2)

Il-Parti 3 tal-Anness II għal dik id-Deċiżjoni tinkludi lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet ta’ biltong/jerky (laħam maqtugħ strixxi u mnixxef fix-xemx) u prodotti tal-laħam pastorizzat huma awtorizzati.

(3)

Skont id-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-importazzjonijiet ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali domestiċi bovini, ovini u kaprini u bhejjem tal-kaċċa tad-dwiefer mifruqa mrobbijin (minbarra l-qżieqeż) li ġie ttrattat b’mod speċifiku, huma awtorizzati li jidħlu fil-Komunità minn reġjun tal-Afrika t’Isfel fejn mhemmx il-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(4)

L-Afrika t’Isfel talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud minn bhejjem salvaġġi tal-kaċċa bid-dwiefer mifruqa, maqbudin mill-istess reġjun tal-Afrika t’Isfel fejn diġà hemm l-awtorizzazzjoni dwar il-bhejjem imrobbija tal-istess speċji.

(5)

Numru ta’ spezzjonijiet Komunitarji li ġew imwettqa fl-Afrika t’Isfel wrew li l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz jipprovdi l-garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, skont l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/99/KE.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud minn bhejjem salvaġġi tal-kaċċa bid-dwiefer mifruqa (minbarra l-qżieqeż) tkun awtorizzata mir-reġjun tal-Afrika t’Isfel li diġà huwa awtorizzat li jesporta dawn il-prodotti meħudin mill-annimali domestiċi, bil-kundizzjoni li l-biltong ikun ġie ttrattat bil-mod speċifiku “E” stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(7)

Barra minn hekk, l-Urugwaj huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam meħud minn annimali domestiċi bovini li ġie ttrattat b’mod speċifiku huma awtorizzati li jidħlu fil-Komunità minn dak il-pajjiż terz.

(8)

L-Urugwaj talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza wkoll l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun ġie ttrattat bil-mod xieraq speċifiku minn dak il-pajjiż terz.

(9)

B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Urugwaj, huwa xieraq li tkun awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità minn dak il-pajjiż terz ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun ġie ttrattat bil-mod speċifiku “E” stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(10)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

1.

L-entrata “Urugwaj” fil-Parti 2 tiġi mibdula b’dan li ġej: “Urugwaj (1)”;

2.

Il-Parti 3 tinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


ANNESS

PARTI 3

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat

KoDiċi ISO

Pajjiż l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż)

Annimali domestiċi ovini/kaprini

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż)

Annimali domestiċi bid-difer sħiħ

1.

Tjur

2.

Tjur tal-kaċċa mrobbija

Għasafar li ma jtirux

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa

(minbarra l-qżieqeż)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ

Leporidae salvaġġi

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa

(minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

AR

L-Arġentina - AR

F

F

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

NA

In-Namibja

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

In-Namibja NA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

UY

L-Urugwaj

E

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

ZA

L-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

L-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

E

XXX

A

A

E

 

ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

E

A

E

XXX

XXX

Mhemm l-ebda ċertifikat stipulat u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat mhijiex awtorizzata sakemm il-pajjiż ma jkunx awtorizzat fil-Parti 2 għat-trattament ‘A’ fuq l-ispeċji relevanti.”


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/100


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda metaflumizone u gamma-cyhalothrin

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9366)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/865/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju tal-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Marzu 2005 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni mingħand BASF Agro S.A.S, France għall-inklużjoni tas-sustanza attiva metaflumizone fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/517/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għar-rekwiżiti ta’ dejta u ta’ informazzjoni fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

F’Awwissu 2001 ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Pytech Chemicals GMbH li tikkonċerna il-gamma-cyhalothrin. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/686/KE (3) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Il-konferma tal-kompletezza tad-dossiers kienet meħtieġa sabiex dawn setgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għall-perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi konċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni dwar il-verifika dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva.

(4)

Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew valutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikanti. L-Istat Membru relatur ressaq l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi lill-Kummissjoni fit-15 ta’ April 2008 (metaflumizone) u fit-25 ta’ Jannar 2008 (gamma-cyhalothrin).

(5)

Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti evalwattivi mill-Istat Membru relatur, instab li kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li l-Istat Membru relatur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq l-evalwazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet snin stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Minħabba li l-evalwazzjoni s’issa ma identifikat raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dokumenti. Huwa mistenni li l-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibilità tal-inklużjoni fl-Anness I tal-metaflumizone u l-gamma-cyhalothrin se jkun tlesta fi żmien 24 xahar.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom metaflumizone u gamma-cyhalothrin għal perjodu li ma jaqbiżx l-24 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 201, 21.8.2002, p. 34.

(3)  ĠU L 313, 21.8.2002, p. 21.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/102


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9399)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/866/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Diċembru 2004, Syngenta Seeds S.A.S. bagħtet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, biex jitqiegħdu fis-suq ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti minn qamħirrun MIR604 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MIR604 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fil-21 ta’ Lulju 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew huma prodotti minn qamħirrum MIR604 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi intenzjonati tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib kollu li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti.

(5)

Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-prodotti.

(6)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(7)

Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum MIR604. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħrajn li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(8)

Bl-istess mod, l-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel jew l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(9)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(10)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà lill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(12)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(14)

Fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill ma setax jilħaq deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata kemm favur kif ukoll kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Skont dan hi l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) MIR604, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5.

(b)

ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5;

(ċ)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

L-ittikkettjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-Monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Iżvizzera.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds SAS., chemin Hobit 12, BP 27, 31790 Saint-Sauveur, FRANCE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-046

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Syngenta Seeds S.A.S.

Indirizz

:

Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza

F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Iżvizzera.

(b)   L-isem u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5.

(2)

Ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5;

(3)

Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-IR6Ø4-5, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi proteina modifikata Cry3 A li tipprovdi protezzjoni kontra ċerti pesti koleopterani (Diabrotica spp.). Ġenu pmi, li jippermetti ċ-ċelloli trasformati tal-qamħirrum jutilizzaw il-mannożju bħala l-uniku sors ta’ karbonju, intuża bħala markatur opzjonabbli fil-proċess tal-modifika ġenetika.

(ċ)   L-ittikkettjar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

(2)

Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 u fid-dokumenti li jakkumpanjawhom.

(d)   Il-metodu ta’ investigazzjoni:

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5;

Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm;

Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF423 aċċessibli permezz taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

(e)   L-identifikatur uniku:

SYN-IR6Ø4-5

(f)   L-informazzjoni mitluba skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ:

Il-pjan ta’ superviżjoni għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

(i)   Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-ħoloq għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/106


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għall-ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9406)

(2009/867/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 dwar roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta’ dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) (ir-‘Regolament ta’ eżenzjoni’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jarmaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-‘dazju estiż antidumping’). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali listi suċċessivi ta’ min jarma r-roti (4) li għalihom il-ħlas tad-dazju antidumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġie sospiż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2)

Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu taħt eżami (5), intgħażel perjodu ta’ eżami. Dan il-perjodu ġie ddefinit mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Mejju 2009. Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha taħt eżami, li jitlob l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ mmuntar li saru matul il-perjodu rilevanti ta’ eżami.

A.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHOM INGĦATAT SOSPENSJONI MINN QABEL

A.1.   Talbiet aċċettabbli għall-eżenzjoni

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet imniżżlin fit-Tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet kienu diġà rċevew is-sospensjoni tagħhom b’effett mill-jum meta jasal dokument ta’ applikazzjoni komplut għand il-Kummissjoni. L-informazzjoni rikjesta u pprovduta mill-ġdid ġiet eżaminata u vverifikata, fejn meħtieġ, fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li ntbagħtu mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

Tabella 1

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

MADIROM PROD Srl.

Bucuresti, Sector 6, Splaiul Independentei no. 319, OB. 152

Ir-Rumanija

A896

Rose Versand GmbH

Schersweide 4, 46395 Bocholt

Il-Ġermanja

A897

Winora Staiger GmbH

Max-Planck-Strasse 6, 97526 Sennfeld

Il-Ġermanja

A894

(4)

Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ immuntar tar-roti tal-applikanti, il-valur tal-partijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ntużaw fl-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ mmuntar u huma, għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju estiż antidumping.

(6)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 mid-dazju antidumping estiż għandha tidħol fis-seħħ mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju estiż antidumping għandu jkun ikkunsidrat null mid-data ta’ meta waslu t-talbiet tagħhom għall-eżenzjoni.

A.2.   Talba inaċċettabbli għall-eżenzjoni

(7)

Il-parti elenkata fit-Tabella 2 hawn isfel ressqet ukoll talba għall-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping.

Tabella 2

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

CITIC - MARMES BICYCLE CZ, s.r.o.

Žichlínské Předměstí, Albrechtická 391, 56301 Lanškroun

Ir-Repubblika Ċeka

A891

(8)

Din il-parti ma ssottomettietx tweġiba għall-kwestjonarju.

(9)

Ladarba l-parti elenkata fit-Tabella 2 naqset milli tissodisfa l-kriterji għall-eżenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talba tagħha għall-eżenzjoni, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament. Fid-dawl ta’ dan, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż antidumping imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju estiż antidumping għandu jinġabar mid-data li fiha waslu t-talbiet imressqa minn din il-parti.

B.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI MA NGĦATATX QABEL

B.1.   Talbiet ammissibbli għall-eżenzjoni li għalihom għandha tingħata sospensjoni

(10)

Il-partijiet interessati huma hawnhekk infurmati bil-wasla ta’ talbiet ulterjuri għal eżenzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, mill-partijiet elenkati fit-Tabella 3. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, għandha tidħol fis-seħħ kif muri fil-kolonna intitolata “Data ta’ dħul fis-seħħ”:

Tabella 3

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Eddy Merckx Cycles N.V.

Birrebeekstraat 1, 1860 Meise

Il-Belġju

30.4.2009

A954

Sektor SRL

Via Don Peruzzi 27/B, 36027 Rosa (VI)

L-Italja

27.5.2009

A956

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju definittiv antidumping impost fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (6), kif miżmumir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (7) u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (8).

L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti sa mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bit-titolu ‘Data ta’dħul fis-seħħ’.

Tabella 1

Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizjonali TARIC

MADIROM PROD Srl.

Bucuresti, Sector 6, Splaiul Independentei no. 319, OB. 152

Ir-Rumanija

Artikolu 7

11.8.2008

A896

Rose Versand GmbH

Schersweide 4, 46395 Bocholt

Il-Ġermanja

Artikolu 7

16.9.2008

A897

Winora Staiger GmbH

Max-Planck-Strasse 6, 97526 Sennfeld

Il-Ġermanja

Artikolu 7

27.11.2008

A894

Artikolu 2

It-talba għal eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-parti elenkati hawn taħt fit-Tabella 2 hija b’dan rrifjutata.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan il-mezz imneħħija għall-parti ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bl-isem ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’.

Tabella 2

Lista ta’ partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizjonali TARIC

CITIC - MARMES BICYCLE CZ, s.r.o.

Žichlínské Předměstí, Albrechtická 391, 56301 Lanškroun

Ir-Repubblika Ċeka

Artikolu 5

23.5.2008

A891

Artikolu 3

Il-partijiet elenkati fit-tabella 3 hawn taħt jikkostitwixxu l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, daħlet fis-seħħ mid-data rilevanti kif murija fil-kolonna bit-titolu ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’ fit-Tabella 3.

Tabella 3

Lista ta’ partijiet li qed jiġu eżaminati

Isem

Indirizz

Il-pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizjonali TARIC

Eddy Merckx Cycles N.V.

Birrebeekstraat 1, 1860 Meise

Il-Belġju

Artikolu 5

30.4.2009

A954

Sektor SRL

Via Don Peruzzi 27/B, 36027 Rosa (VI)

L-Italja

Artikolu 5

27.5.2009

A956

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2 u 3.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(4)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3; ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9; ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6; ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2; ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9; ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3; ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6; ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8; ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5; ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2; ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3; ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5; ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2; ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4; ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16; ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5; ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73; ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19 u ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62.

(5)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62.

(6)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

(8)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.