ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.312.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
27 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1139/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jintużaw

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Picodon de l’Ardèche ou [jew] Picodon de la Drôme (DPO)]

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1145/2009 tas-26 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjjiżi terzi ta' V, VI, VII, VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

38

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

40

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1147/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

42

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

43

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet ( 1 )

44

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/146/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi ( 1 )

55

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/851/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9105)  ( 1 )

56

 

 

2009/852/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083)  ( 1 )

59

 

 

2009/853/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2009 li tawtorizza lil Franza biex tikkonkludi ftehim ma’ Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament għal trasferimenti ta’ fondi bejn Franza u kull wieħed minn dawn it-territorji sabiex jitqiesu bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan Franza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9254)

71

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Konġunta tal-Kunsill 2009/854/PESK tal-20 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

73

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1139/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jintużaw

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa adatt li jitneħħew mil-leġislazzjoni fis-seħħ dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/373/KEE tat-8 ta’ Lulju 1991 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar garanzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli u ta’ oġġetti tal-ikel mill-Komunità lejn l-Unjoni Sovjetika (1) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 599/91 tal-5 ta’ Marzu 1991 li jintroduċi garanzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli u ta’ oġġetti tal-ikel mill-Komunità, il-Bulgarija, iċ-Ċekoslovakkja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Jugoslavja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja lejn l-Unjoni Sovjetika (2) kienu jittrattaw sitwazzjoni temporanja u għalhekk eżawrew l-effetti tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jippreskrivi r-rati ta’ dazju li għandha tapplika l-Komunità bħala riżultat tan-negozjati taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT minħabba l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea (3) ġie inkorporat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (4) u b’riżultat eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/620/KE tal-1 ta’ Ottubru 1996 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi, mill-1 ta’ Jannar 1994, l-ammont addizzjonali li għandu jitnaqqas mill-impost jew dazji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li joriġina fil-Marokk (5) implimenta Ftehim li sussegwentement ġie sostitwit u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/958/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 rigward it-tmiem tal-Ftehim li sar fis-sura ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk f’deroga proviżorja, li tirrigwardja l-importazzjoni fil-Komunità tat-tadam li ġej mill-Marokk, mill-Protokoll Nru 1 tal-Agrikoltura għall-Ftehim tal-Ewro-Mediterran fejn jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra (6), kellu natura temporanja; huma għalhekk eżawrew l-effetti tagħhom.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1804/98 tal-14 ta’ Awwissu 1998 li jistabbilixxi dazju awtonomu li jista’ jiġi applikat għall-fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-qamħirrun li jidħol fil-kodiċijiet NM 2303 10 19 u 2309 90 20 u li jintroduċi kwota ta’ rata tat-tariffa fuq l-importazzjonijiet tal-fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-qamħirrun (it-tgħam tal-gluten tal-qamħirrun) li jidħlu fil-kodiċijiet NM 2303 10 19 u 2309 90 20 li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (7) li kien adottat fil-qafas ta’ tilwima kummerċjali mal-Istati Uniti tal-Amerika u li, minn dak iż-żmien, ġiet solvuta u bħala riżultat dak ir-Regolament m’għad għandu l-ebda rilevanza prattika.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2249/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jiftaħ kwota ta’ tariffa Komunitarja għall-importazzjoni ta’ laħam tal-annimali bovini, mingħajr għadam, u mnixxef (8) kien ta’ natura temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(7)

Il-miżuri li ġejjin li jirrigwardaw ċerti stati ma baqgħux jintużaw wara l-adeżjoni ta’ dawk l-istati mal-Unjoni Ewropea: (i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/211/KEE tas-26 ta’ Marzu 1985 dwar il-konklużjoni ta’ bdil ta’ ittri li jestendi l-bdil ta’ ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ klawżola 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar il-kummerċ fil-laħam tal-muntun u tal-mogħoż (9); (ii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/722/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi tal-ismijiet tal-inbid (10); (iii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/724/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ungerija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi tal-ismijiet tal-inbejjed (11); (iv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/726/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-protezzjoni reċiproka u l-kontroll ta’ ismijiet ta’ nbejjed (12); (v) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/95 tal-10 ta’ April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw mill-Bulgarija, mill-Ungerija u mir-Rumanija (13); (vi) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja,ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fil-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles u affarijiet li relatati mal-kummerċ mal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, sabiex jitqies il-Ftehim dwar l-Agrikoltura li ntlaħaq waqt in-Negozjati Multilaterali dwar il-Kummerċ tar-Round tal-Urugwaj (14); (vii) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 410/97 tal-24 ta’ Frar 1997 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u l-Miżuri relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra (15); (viii) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/98 tad-19 ta’ Jannar 1998 dwar l-approvazzjoni ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ungerija dwar ċerti arranġamenti fuq l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli (16); (ix) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/86/KE tat-18 ta’ Mejju 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Estonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultat tan-negozjati dwar l-agrikoltura tar-Round tal-Urugway, inkluż it-titjib tal-arranġamenti preferenzjali eżistenti (17); (x) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1037/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-importazzjoni tal-meraq tal-għeneb u tal-most li joriġinaw f’Ċipru (18); (xi) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 678/2001 tas-26 ta’ Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Patti ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambji ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Rumanija dwar konċessjonijiet ta’ kummerċ reċiproku preferenzjali għal ċerti nbejjed u spirti (19); (xii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/63/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Polonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea u r-riżultat tan-negozjati dwar l-agrikoltura tar-Round tal-Urugway, inkluż it-titjib tal-arranġamenti preferenzjali eżistenti (20); (xiii) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2002 tat-22 ta’ Lulju 2002 li jistabbilixxi konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli li dwarhom hemm ipprovdut fil-Ftehim Ewropew mal-Litwanja (21); (xiv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, biex jitqies ir-riżultat ta’ negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (22); (xv) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/285/KE tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Ungerija, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (23); (xvi) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/463/KE tat-18 ta’ Marzu 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Estonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (24); (xvii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (25); (xviii) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/298/KE tal-14 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ċeka, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (26); (xix) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/299/KE tal-14 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Slovakka, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (27); (xx) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/452/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, li jaġixxu fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (28); (xxi) id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/484/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Latvja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jitqies ir-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproki ġodda (29);

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, dawk ir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet li m’għadhomx jintużaw għandhom jitħassru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 599/91, (KE) Nru 933/95, (KE) Nru 3093/95, (KE) Nru 1926/96, (KE) Nru 410/97, (KE) Nru 1804/98, (KE) Nru 2658/98, (KE) Nru 1037/1999, (KE) Nru 2249/1999, (KE) Nru 678/2001 u (KE) Nru 1361/2002 u d-Deċiżjonijiet 85/211/KEE, 91/373/KEE, 93/722/KE, 93/724/KE, 93/726/KE, 96/620/KE, 1999/86/KE, 2002/63/KE, 2002/958/KE, 2003/18/KE, 2003/285/KE, 2003/286/KE, 2003/298/KE, 2003/299/KE, 2003/452/KE, 2003/463/KE u 2004/484/KE huma mħassra.

2.   It-tħassir tar-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma fis-seħħ ta’ atti Komunitarji adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 202, 25.7.1991, p. 39.

(2)  .ĠU L 67, 14.3.1991, p. 21.

(3)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(5)  ĠU L 277, 30.10.1996, p. 35.

(6)  ĠU L 333, 10.12.2002, p. 21.

(7)  ĠU L 233, 20.8.1998, p. 1.

(8)  ĠU L 275, 26.10.1999, p. 2.

(9)  ĠU L 96, 3.4.1985, p. 30.

(10)  ĠU L 337, 31.12.1993, p. 11.

(11)  ĠU L 337, 31.12.1993, p. 93.

(12)  ĠU L 337, 31.12.1993, p. 177.

(13)  ĠU L 96, 28.4.1995, p. 1.

(14)  ĠU L 254, 8.10.1996, p. 1.

(15)  ĠU L 62, 4.3.1997, p. 5.

(16)  ĠU L 336, 11.12.1998, p. 1.

(17)  ĠU L 29, 3.2.1999, p. 9.

(18)  ĠU L 127, 21.5.1999, p. 5.

(19)  ĠU L 94, 4.4.2001, p. 1.

(20)  ĠU L 27, 30.1.2002, p. 1.

(21)  ĠU L 198, 27.7.2002, p. 1.

(22)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 18.

(23)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 32.

(24)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 31.

(25)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 60.

(26)  ĠU L 107, 30.4.2003, p. 12.

(27)  ĠU L 107, 30.4.2003, p. 36.

(28)  ĠU L 152, 20.6.2003, p. 22.

(29)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 78.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1140/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-ristrutturazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Komunità, l-Artikolu 75(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (2) jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jingħata kumpens lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b'mod permanenti il-produzzjoni kollha tal-ħalib jew parti minnha u jpoġġi l-kwoti individwali hekk rilaxxati fir-riżerva nazzjonali.

(2)

Sabiex titħeġġeġ iktar ir-ristrutturazzjoni meħtieġa, l-imposta għaż-żejjed li għandha titħallas mill-produtturi tal-ħalib skont l-Artikolu 78(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-kwota nazzjonali mnaqqsa mill-kwoti individwali mixtrija skont l-Artikolu 75(1)(a), soġġetta għall-kundizzjoni li dawk il-kwoti rilaxxati jibqgħu fir-riżerva nazzjoni fis-sena tal-kwoti kkonċernata.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jissaħħu l-istrumenti finanzjarji għal iktar ristrutturazzjoni fis-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-flus addizzjonali miġbura abbażi tal-metodu l-ġdid ta' kalkolu għall-istess raġunijiet ta' ristrutturazzjoni.

(4)

Dan il-metodu ta' kalkolu għandu japplika temporanjament, għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni tal-ħalib biss sabiex il-miżura tiġi llimitata sakemm meħtieġ.

(5)

L-Artikolu 186 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tieħu miżuri f'każijiet ta' disturbi fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli, fejn il-prezzijiet tas-suq intern jogħlew u jinżlu b'mod sinifikattiv. Madankollu, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mhumiex koperti b'dak l-Artikolu.

(6)

Fil-kuntest tad-diffikultajiet serji u l-instabbiltà tal-prezz li qed jogħla fis-suq tal-ħalib, ikun xieraq li jitkabbar l-ambitu tal-Artikolu 186 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirreaġixxi għad-disturbi tas-suq b'mod flessibli u malajr.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 78 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Wara l-paragrafu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta'April 2010 u fir-rigward tal-kusinni, l-imposta għaż-żejjed għandha titħallas fuq il-ħalib kummerċjalizzat li jaqbeż il-kwota nazzjonali kif stabbilit f'konformità mas-Subtaqsima II u mnaqqas bil-kwoti individwali għal kusinni rilaxxati fir-riżerva nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 75(1)(a) mit-30 ta’ Novembru 2009 u tinżamm hekk sal-31 ta' Marzu tal-perjodu ta' tnax-il xahar ikkonċernat.”;

(b)

Wara l-paragrafu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Id-differenza bejn l-ammont tal-imposta għaż-żejjed li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1a u dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tintuża mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-miżuri ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-ħalib.”;

(2)

Fl-Artikolu 79, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u mill-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni, l-imposta għaż-żejjed għandha tkun kollha kemm hi allokata, f'konformità mal-Artikoli 80 u 83, lill-produtturi li taw kontribut għal qbiż fil-kwoti nazzjonali kif stabbiliti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 78(1a).”;

(3)

Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

rigward il-prodotti tas-setturi taz-zokkor, ħops, ċanga u vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, fejn il-prezzijiet fis-suq Komunitarju għal kwalunkwe minn dawk il-prodotti jogħla jew jaqa' b'mod sinifikanti;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  Opinjoni tat-22 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1141/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,9

MK

54,6

TR

61,2

ZZ

51,2

0707 00 05

MA

52,9

TR

76,1

ZZ

64,5

0709 90 70

MA

40,4

TR

124,9

ZZ

82,7

0805 20 10

MA

67,6

ZZ

67,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

48,0

HR

67,0

MA

63,0

TR

74,1

ZZ

63,0

0805 50 10

AR

64,7

TR

68,8

ZZ

66,8

0808 10 80

AU

142,2

CA

105,6

CN

108,9

MK

20,3

US

97,5

XS

24,5

ZA

115,0

ZZ

87,7

0808 20 50

CN

68,5

TR

91,0

US

163,7

ZZ

107,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien, minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“IFRC 17”. L-IFRIC 17 hija intepretazzjoni li tipprovdi kjarifika u gwida dwar it-trattament fil-kontabilità ta’ distribuzzjonijiet ta’ assi mhux likwidi lis-sjieda ta’ entità.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 17 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

L-adozzjoni tal-emendi għall-IFRIC 17 timplika, b’konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS ) 10 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità konċernati.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Interpretazzjoni 17 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar (IFRIC) Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien, qed tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(3)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS ) 10 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 17 u l-emendi għall-IFRS 5 u l-IAS 10, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 17

L-Interpretazzjoni IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 17

Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien

REFERENZI

L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008)

L-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni

L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif irrivedut fl-2007)

L-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ

L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat f’Mejju 2008)

SFOND

1

Xi kultant entità tiddistribwixxi assi apparti flus (assi mhux flus) bħala dividendi lis-sidien tagħha (*) li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien. F’dawk is-sitwazzjonijiet, entità tista’ tagħti wkoll lis-sidien tagħha l-għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus. L-IFRIC irċieva rikjesti għal gwida dwar kif entità għandha tikkontabilizza dawk id-distribuzzjonijiet.

2

L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRSs) ma jipprovdux gwida dwar kif entità għandha tkejjel id-distribuzzjonijiet lis-sidien tagħha (komunement imsejħa dividendi). L-IAS 1 jeħtieġ li entità tippreżenta dettalji ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien jew fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew inkella fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

AMBITU

3

Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tipi li ġejjin ta’ distribuzzjonijiet mhux reċiproki ta’ assi minn entità lis-sidien tagħha li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien:

(a)

distribuzzjonijiet ta’ assi mhux flus (eż. oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, negozji kif iddefiniti fl-IFRS 3, interessi proprjetarji f’entità oħra jew gruppi ta’ disponiment kif iddefiniti fl-IFRS 5); u

(b)

distribuzzjonijiet li jagħtu lis-sidien għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew alternattiva fi flus.

4

Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal distribuzzjonijiet li fihom is-sidien kollha tal-istess klassi ta’ strumenti azzjonarji jiġu ttrattati b’mod ugwali.

5

Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal distribuzzjoni ta’ assi mhux flus li finalment ikun ikkontrollat mill-istess parti jew partijiet qabel u wara d-distribuzzjoni. Din l-esklużjoni tapplika għar-rapporti finanzjarji separati, individwali u kkonsolidati ta’ entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

6

Skont il-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta l-assi mhux flus finalment ikun ikkontrollat mill-istess partijiet kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni. Il-paragrafu B2 tal-IFRS 3 jgħid li “Grupp ta’ individwi għandhom jitqiesu li jikkontrollaw entità meta, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, huma kollettivament ikollhom is-setgħa li jirregolaw il-politika finanzjarja u operattiva tagħha sabiex jiksbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha.” Għaldaqstant, biex distribuzzjoni taqa’ barra mill-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni fuq il-bażi li l-istess partijiet jikkontrollaw l-assi kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni, grupp ta’ azzjonisti individwali li jirċievu d-distribuzzjoni jrid ikollhom, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, tali setgħa kollettiva finali fuq l-entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

7

Skont il-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tiddistribwixxi ftit mill-interessi azzjonarji tagħha f’sussidjarja iżda żżomm kontroll tas-sussidjarja. L-entità li tagħmel distribuzzjoni li tirriżulta fir- rikonoxximent minnha ta’ interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja tagħha għandha tikkontabilizza d-distribuzzjoni skont l-IAS 27 (kif emendat fl-2008).

8

Din l-Interpretazzjoni tindirizza biss il-kontabilità minn entità li tagħmel distribuzzjoni ta’ assi mhux flus. Ma tindirizzax il-kontabilità mill-azzjonisti li jirċievu tali distribuzzjoni.

KWISTJONIJIET

9

Meta entità tiddikjara distribuzzjoni u jkollha obbligu li tiddistribwixxi l-assi kkonċernati lis-sidien tagħha, hija għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni għad-dividend pagabbli. Konsegwentement, din l-Interpretazzjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet:

(a)

Meta għandha entità tirrikonoxxi d-dividend pagabbli?

(b)

Kif għandha entità tkejjel id-dividend pagabbli?

(c)

Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif għandha tikkontabilizza d-differenza li jista’ jkun hemm bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli?

KONSENSUS

Meta għandu jiġi rikonoxxut dividend pagabbli

10

L-obbligazzjoni li jitħallas dividend għandha tiġi rikonoxxuta meta d-dividend ikun awtorizzat b’mod xieraq u ma jkunx għadu fid-diskrezzjoni tal-entità, li hija d-data:

(a)

meta d-dikjarazzjoni tad-dividend, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, tkun approvata mill-awtorità relevanti, eż. l-azzjonisti, jekk il-ġurisdizzjoni tkun teħtieġ tali approvazzjoni, jew

(b)

meta d-dividend jiġi ddikjarat, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, jekk il-ġurisdizzjoni ma tkunx teħtieġ approvazzjoni ulterjuri.

Kejl ta’ dividend pagabbli

11

Entità għandha tkejjel obbligazzjoni li tiddistribwixxi assi mhux flus bħala dividend lis-sidien tagħha skont il-valur ġust tal-assi li jridu jiġu ddistribwiti.

12

Jekk entità tagħti lis-sidien tagħha għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus, l-entità għandha tistma d-dividend pagabbli billi tikkunsidra kemm il-valur ġust ta’ kull alternattiva kif ukoll il-probabbiltà assoċjata li s-sidien jagħżlu alternattiva jew oħra.

13

Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ u fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrevedi u taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli bi kwalunkwe bidla fl-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli, rikonoxxuta fl-ekwità bħala aġġustament fl-ammont tad-distribuzzjoni.

Kontabilità għal xi differenza li jista’ jkun hemm bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli meta entità ssalda d-dividend pagabbli

14

Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif għandha tirrikonoxxi d-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli fi profitt jew telf.

Preżentazzjoni u żvelar

15

Entità għandha tippreżenta d-differenza deskritta fil-paragrafu 14 bħala entrata f’linja separata fil-profitt jew telf.

16

Entità għandha tiżvela din l-informazzjoni, jekk applikabbli:

(a)

l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu; u

(b)

iż-żieda jew it-tnaqqis fl-ammont miżmum fil-kotba rikonoxxut fil-perijodu skont il-paragrafu 13 bħala riżultat ta’ bidla fil-valur ġust tal-assi li għandhom jiġu ddistribwiti.

17

Jekk, wara t-tmiem tal-perijodu ta’ rapportaġġ iżda qabel ma jiġu awtorizzati r-rapporti finanzjarji għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend li jkun distribuzzjoni ta’ assi mhux flus, hija għandha tiżvela:

(a)

in-natura tal-assi li għandu jiġi ddistribwit;

(b)

l-ammont tal-assi li għandu jiġi ddistribwit kif miżmum fil-kotba sat-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ; u

(c)

il-valur ġust tal-assi li għandu jiġi ddistribwit kif stmat sat-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ, jekk ikun differenti mill-ammont tiegħu miżmum fil-kotba, u l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRS 7 paragrafu 27(a) u (b) dwar il-metodu użat sabiex jiġi ddeterminat il-valur ġust.

DATA EFFETTIVA

18

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRS 5 (kif emendat minn din l-Interpretazzjoni).


(*)  Il-paragrafu 7 tal-IAS 1 jiddefinixxi sidien bħala detenturi ta' strumenti kklassifikati bħala ekwità.

Appendiċi

Emendi għall-IFRS 5

Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

Il-paragrafu 5A huwa miżjud.

AMBITU

5A

Ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni, preżentazzjoni u kejl f'dan l-IFRS applikabbli għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ japplikaw ukoll għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lil sidien li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien).

Wara l-paragrafu 5A, l-intestatura u l-paragrafu 8 huma emendati, u l-paragrafu 12A huwa miżjud.

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TA’ DISPONIMENT) BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ JEW MIŻMUMA GĦAD-DISTRIBUZZJONI LIS-SIDIEN

8

Sabiex il-bejgħ ikun ferm probabbli, il-livell adattat tal-maniġment għandu jkun impenjat bi pjan għall-bejgħ tal-assi (jew tal-grupp ta’ disponiment), u jrid ikun inbeda programm attiv biex jinstab xerrej u biex il-pjan iseħħ. Barra minn hekk, l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) għandu jiġi rriklamat b’mod attiv għall-bejgħ bi prezz li jkun raġonevoli meta mqabbel mal-valur ġust kurrenti tiegħu. Minbarra dan, il-bejgħ għandu jkun mistenni li jikkwalifika għal rikonoxximent bħala bejgħ komplut fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni, ħlief kif permess mill-paragrafu 9, u l-azzjonijiet meħtieġa biex il-pjan iseħħ għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għall-pjan jew li l-pjan ser jiġi rtirat. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk il-bejgħ huwiex ferm probabbli.

12A

Assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien meta l-entità tkun impenjata li tiddistribwixxi l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) lis-sidien. Sabiex dan ikun il-każ, l-assi jridu jkunu disponibbli għad-distribuzzjoni immedjata fil-kundizzjoni preżenti tagħhom u d-distribuzzjoni trid tkun ferm probabbli. Sabiex id-distribuzzjoni tkun ferm probabbli, iridu jkunu nbdew azzjonijiet biex isseħħ id-distribuzzjoni u għandhom ikunu mistennija li ser jintemmu fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni. L-azzjonijiet meħtieġa biex isseħħ id-distribuzzjoni għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għad-distribuzzjoni jew li d-distribuzzjoni ser tiġi rtirata. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk id-distribuzzjoni hijiex ferm probabbli.

Il-paragrafu 15A u nota f’qiegħ il-paġna qed jiġu miżjuda.

KEJL TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW TA’ GRUPPI TA’ DISPONIMENT) IKKLASSIFIKATI BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ

15A

Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien skont liema hu l-anqas bejn l-ammont miżmum fil-kotba jew il-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti tad-distribuzzjoni (*).

Il-paragrafu 44D huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA

44D

Il-paragrafi 5A, 12A u 15A ġew miżjuda u l-paragrafu 8 ġie emendat mill-IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien f’Novembru 2008. Dawk l-emendi għandhom jiġu applikati prospettivament għal assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) li huma kklassifikati bħala miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien f’perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRIC 17.

Emenda għall-IAS 10

Avvenimenti wara l-Perijodu tar-Rapportaġġ

Il-paragrafu 13 huwa emendat.

DIVIDENDI

13

Jekk jiġu ddikjarati dividendi wara l-perijodu tar-rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ, id-dividendi mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fit-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ għaliex ma tkun teżisti ebda obbligazzjoni f’dak iż-żmien. Dawk id-dividendi huma żvelati fin-noti skont l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.


(*)  Il-kosti tad-distribuzzjoni huma l-kosti inkrimentali attribwibbli direttament lid-distribuzzjoni, esklużi kosti ta’ finanzjament u l-ispiża tat-taxxa fuq id-dħul.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1143/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Picodon de l’Ardèche ou [jew] Picodon de la Drôme (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż, u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Picodon de l’Ardèche ou Picodon de la Drôme”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

It-tlaba għall-emenda tirrigwarda, fost oħrajn, l-emenda għad-denominazzjoni tal-prodott “Picodon de l’Ardèche ou Picodon de la Drôme” li jsir “Picodon”. Din hija denominazzjoni tradizzjonali li, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, titqies bħala denominazzjoni tal-oriġini u li twettaq il-kundizzjonijiet previsti għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini. L-isem Picodon jikkorridpondi għall-forma mqassra, tas-soltu u li tintuża tradizzjonalment fin-negozju u fit-taħdit kurrenti sabiex tindika l-prodott miksub skont l-ispeċifikazzjoni.

(3)

L-emendi li saru jirrigwardaw ukoll kjarifiki dwar id-definizzjoni u l-prattiki użati mill-produtturi waqt l-ipproċessar tal-prodott. L-inklużjoni formali tagħhom fl-ispeċifikazzjoni għandha l-għan li tippreżerva d-denominazzjoni minn riskji potenzjali, u biex tikkaratterizza aħjar lill-prodott billi ssaħħaħlu r-rabta mal-oriġini. Finalment, l-isem tad-Digriet nazzjonali li jipproteġi d-denominazzjoni ġie aġġornat.

(4)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni, kif jitlob l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, ippubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Minħabba li ma ntbagħtet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan, l-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 74, 28.3.2009, p. 74.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.3 —   Ġobnijiet

FRANZA

Picodon (DPO)


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera [it-trasportatur bl-ajru li jopera], u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 stabbilixxa l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni tagħrif li huwa rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista Komunitarja. Ġie kkomunikat ukoll tagħrif rilevanti minn pajjiżi terzi. Abbażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati jew b’mod dirett jew, meta dan ma setax isir, permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, filwaqt li indikatilhom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet prinċipali li kellhom jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, jew li jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur bl-ajru li huwa inkluż fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati tathom l-opportunità biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni bil-fomm lill-Kumissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, kif ukoll lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’każijiet speċifiċi, minn xi wħud mill-Istati Membri.

(6)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru sema’ l-preżentazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) u tal-Kummissjoni dwar il-proġetti ta’ għajnuna teknika mwettqin f’pajjiżi li jaffettwahom ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Huwa tgħarraf dwar it-talbiet għal iktar għajnuna teknika u iktar kooperazzjoni sabiex tittejjeb il-ħila amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bil-ħsieb li jitranġa kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

(7)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tgħarraf ukoll dwar l-azzjonijiet ta’ nfurzar li wettqu l-EASA u l-Istati Membri sabiex jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Komunità Ewropea u mħaddmin minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ pajjiżi terzi.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif xieraq.

It-trasportaturi Komunitarji

(9)

Wara tagħrif li ħareġ minn spezzjonijiet fuq l-art (“ramp inspections”) li twettqu mis-SAFA (il-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin) fuq inġenji tal-ajru ta’ ċerti trasportaturi bl-ajru Komunitarji, kif ukoll minn ċerti spezzjonijiet u verifiki ta’ oqsma speċifiċi mwettqin mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tagħhom, uħud mill-Istati Membri implimentaw ċerti miżuri ta’ nfurzar. Huma għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawn il-miżuri: l-awtoritajiet kompetenti tal-Litwanja rrevokaw iċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC) tat-trasportatur bl-ajru “FLYLAL Lithuanian Airlines” u dawk ta’ Spanja niedew il-proċedura biex iwaqqfu l-AOC tat-trasportatur bl-ajru “Euro Continental” nhar it-30 ta’ Ottubru 2009.

Albanian Airlines MAK

(10)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur Albanian Airlines MAK, iċċertifikat fl-Albanija. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza, mill-Ġermanja u mill-Italja, kif ukoll minn stati oħrajn tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (l-ECAC) waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (4). Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw l-iktar inġenji tal-ajru tat-tip MD82.

(11)

It-trasportatur Albanian Airlines MAK wieġeb kif xieraq u fil-ħin għat-talba mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza, tal-Ġermanja u tal-Italja dwar l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza.

(12)

Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija (id-DGCA) kkonfermaw li n-nuqqasijiet identifikati fl-ispezzjonijiet tas-SAFA fil-verità wrew nuqqasijiet sistematiċi fl-operat u fis-sistema tal-kwalità tat-trasportatur Albanian Airlines MAK. Id-DGCA wettqu investigazzjoni ddettaljata tal-konformità tat-trasportatur bl-ajru mal-istandards applikabbli tas-sikurezza, u wara ddeċidew li jimponu restrizzjonijiet fuq l-operat tat-trasportatur bl-ajru flimkien ma’ tibdiliet strutturali fih. B’mod partikulari, id-DGCA għarrfu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li l-flotta tnaqqset minn tliet għal żewġ inġenji tal-ajru u li l-inġenju tal-ajru tat-tip MD-82 bir-reġistrazzjoni ZA-ASA ġie rtirat mill-AOC tat-trasportatur Albanian Airlines u tneħħa mir-reġistru fl-1 ta’ Ottubru 2009. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Ottubru, id-DGCA illimitaw l-operat tat-trasportatur bl-ajru għal-livell u għad-destinazzjonijiet li kienu jeżistu f’dik id-data u talbu lit-trasportatur bl-ajru jibdel l-amministraturi tiegħu minnufih u jsaħħaħ is-sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tiegħu.

(13)

Fil-11 ta’ Novembru, id-DGCA għamlu preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li fihom ikkonfermaw li dawn l-azzjonijiet korrettivi kienu ġew implimentati u li dawn tqiesu li jindirizzaw b’mod effettiv in-nuqqasijiet identifikati fil-qasam tas-sikurezza.

(14)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija wrew li huma aġixxew sabiex jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportatur Albanian Airlines MAK.

(15)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Albanija huma mistiedna jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni msemmi fil-premessa (32) tar-Regolament (KE) Nru 787/2007 (5) b’pass iktar mgħaġġel u huma mfakkra fl-impenn tagħhom, imsemmi fil-premessa (33) tal-istess Regolament, li ma joħorġu l-ebda AOC ieħor sa ma jkun implimentat b’mod sodisfaċenti l-programm tal-istrutturar mill-ġdid. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Albanija hija mistiedna tħaffef il-pass tal-bini tal-ħila tad-DGCA, sabiex tiżgura li s-sorveljanza kontinwa tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Albanija titwettaq b’mod sostenibbli u f’konformità mal-istandards applikabbli tas-sikurezza.

(16)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni se twettaq spezzjoni dwar l-istandardizzazzjoni fl-Albanija fil-bidu tal-2010 sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa ta’ dawk l-impriżi li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħhom.

Egypt Air

(17)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 619/2009 (6) u wara l-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva f’Ġunju 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ressqu erba’ rapporti ta’ kull xahar li jkopru x-xhur ta’ Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009 biex juru l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjan kif ivverifikat minnhom. B’referenza għal dawn ir-rapporti li ffukaw fuq l-ispezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntalbu jipprovdu r-rapporti tal-verifiki dwar il-manutenzjoni, l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operat waqt it-titjira li huma wettqu fuq it-trasportatur bl-ajru. Fl-10 ta’ Novembru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu bagħtu r-rapport tal-ispezzjoni tal-bażi tat-trasportatur Egypt Air li saret f’Ottubru 2009 u li wasslet biex jiġġedded l-AOC tat-trasportatur. Ir-rapporti tal-verifiki dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-operat waqt it-titjira u l-operat ta’ mal-art ma ntbagħtux. Id-dokumenti pprovduti juru li, filwaqt li t-trasportatur bl-ajru għamel progress sinifikanti, huwa mistenni li jkun hemm iktar titjib fl-oqsma tal-manutenzjoni, tal-inġinerija u tal-operat.

(18)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntrabtu wkoll li jipprovdu lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar l-għeluq sodisfaċenti ta’ sejbiet li kienu ħarġu qabel waqt spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air li kienu twettqu fl-2008 u fl-2009. Għal dak il-għan, huma indirizzaw il-korrispondenza rilevanti lil ċerti Stati Membri li fihom l-inġenji tal-ajru tat-trasportatur Egypt Air kienu suġġetti għal spezzjonijiet fuq l-art fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009. Il-proċess biex jingħalqu dawn is-sejbiet għadu għaddej u għandu jiġi vverifikat b’mod regolari.

(19)

Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jagħraf l-isforzi li għamel it-trasportatur sabiex ilesti l-azzjonijiet meħtieġa biex titranġa l-qagħda tiegħu fil-qasam tas-sikurezza, kif ukoll ir-rieda qawwija ta’ kooperazzjoni murija kemm mit-trasportatur kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu. Madanakollu, minħabba l-ambitu u l-firxa tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli għan-nuqqasijiet li kienu identifikati qabel fil-qasam tas-sikurezza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu ntalbu jkomplu jibagħtu rapporti ta’ kull xahar dwar il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan u dwar l-għeluq tas-sejbiet identifikati matul l-ispezzjonijiet tas-SAFA, flimkien ma’ kwalunkwe rapporti oħra ta’ verifiki li jwettqu fuq it-trasportatur Egypt Air.

(20)

Wara li jitlesta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu għandhom iwettqu verifika aħħarija u jibagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni li jkunu għamlu. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tipproċedi bil-verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi li jkun wettaq it-trasportatur bl-ajru permezz ta’ żjara li għandha titwettaq mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bl-għajnuna tal-Istati Membri. Sadanittant, l-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-għadd ta’ spezzjonijiet tat-trasportatur Egypt Air jiġi intensifikat sabiex dawn jipprovdu l-bażi għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ dan il-każ matul il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li jmiss.

Yemenia Yemen Airways

(21)

Skont ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2008 u 1131/2008 (7), l-Istati Membri komplew jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportatur Yemenia mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ spezzjonijiet regolari fuq l-art tal-inġenji tal-ajru tiegħu li jinżlu f’ajruporti tal-Komunità. Fl-2009, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit irrappurtaw it-tali spezzjonijiet. Il-Kummissjoni rċeviet dokumentazzjoni li turi li t-trasportatur bl-ajru rreaġixxa b’mod xieraq u fil-ħin sabiex isolvi s-sejbiet li ħarġu minn dawn l-ispezzjonijiet.

(22)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, il-Kummissjoni rċeviet iktar tagħrif mingħand l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen kif ukoll mingħand it-trasportatur Yemenia Yemen Airways dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi fl-oqsma tal-manutenzjoni u tal-operat.

(23)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-verifiki li wettqu fuq il-faċilitajiet tal-manutenzjoni tat-trasportatur Yemenia wara s-sospensjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tiegħu bin-numru EASA.145.0177 bil-għan li tiġi vvalutata l-konformità tat-trasportatur Yemenia mal-istandard tal-Jemen bin-numru YCAR-145. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Jemen bagħtu pjan irrivedut ta’ azzjoni korrettiva tat-trasportatur Yemenia li jġib id-data tal-15 ta’ Settembru 2009, wara l-verifika tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li wettqet l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili u tal-Meteoroloġija (il-CAMA) skont ir-rekwiżiti nazzjonali (YCAR-145) u l-verifika ta’ segwitu li l-CAMA wettqet fl-20 ta’ Settembru 2009. Iż-żewġ dokumenti wrew li s-sejbiet kollha ngħalqu. Barra minn hekk, il-CAMA pprovdiet dokumentazzjoni individwali li tappoġġaha l-għeluq tas-sejbiet waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li saret fl-10 ta’ Novembru 2009.

(24)

Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tgħarraf dwar il-valutazzjoni pożittiva, f’dan l-istadju, mill-EASA u mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi tat-trasportatur Yemenia sabiex dan jerġa’ jikseb l-approvazzjoni Ewropea tiegħu tal-manutenzjoni.

(25)

Qed jingħarfu l-isforzi li għamel it-trasportatur Yemenia sabiex jirranġa n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza identifikati fid-diversi verifiki. Qed tiġi nnutata t-tlestija tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva fil-qasam tal-manutenzjoni min-naħa tat-trasportatur Yemenia hekk kif irrappurtat fil-valutazzjonijiet li l-CAMA wettqet f’dan il-qasam. L-EASA u l-Istati Membri se jorganizzaw żjara fuq il-post fil-Jemen mill-iktar fis possibbli sabiex tiġi vverifikata l-qagħda tat-trasportatur Yemenia fil-qasam tas-sikurezza bil-għan li tiġi evalwata l-konformità tiegħu, fil-verità, mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u sabiex tiġi evalwata l-ħila tal-CAMA li tiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fil-Jemen.

(26)

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità tat-trasportatur Yemenia, fil-verità, mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq l-art li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008. Il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru se jerġa’ janalizza dan il-każ matul il-laqgħa tiegħu li jmiss.

It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(27)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għarrfet lill-Kummissjoni li qed tirtira l-liċenzji tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin: Virunga Air Charter, Air Navette, Air Beni, Air Boyoma, Butembo Airlines, Sun Air services, Rwakabika Bushi Express, Aigle Aviation, Kivu Air, Comair, Free Airlines, Great Lake Business Company, Air Infini, Bel Glob Airlines, Safari Logistics, Tembo Air Services, Katanga Airways, Cargo Bull, Africa One, Malila Airlift, Transport Aérien Congolais (TRACO), El Sam Airlift, Thom’s Airways, Piva Airlines, u Espace Aviation Service. Dawn it-trasportaturi bl-ajru ilhom li temmew l-attivitajiet tagħhom mit-30 ta’ Lulju 2009.

(28)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għarrfu li rtiraw il-liċenzji tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru li ġejjin, li l-Kummissjoni ma kinitx ġiet mgħarrfa minn qabel li kellhom liċenzja tal-operat: Air Fox, Trans Kasai Air, Wetrafa, Adala Airways, Executive Aviation, Flight Express, Katana Airways, Showa Air Cargo, Gloria Airways, Soft Trans Air, Lomami Aviation, Pegassus Aviation, African Trading and Transport, u Brooks Trading. Dawn it-trasportaturi bl-ajru ilhom li temmew l-attivitajiet tagħhom mit-30 ta’ Lulju 2009.

(29)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru msemmija hawn fuq, li għandhom liċenzja maħruġa mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għandhom jitneħħew mill-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru minn Ġibuti

(30)

Hemm evidenza vverifikata tan-nuqqas ta’ ħila tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati f’Ġibuti li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza, kif muri mir-riżultati tal-verifika ta’ Ġibuti li l-ICAO wettqet f’Marzu 2008 fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). Din il-verifika rrappurtat għadd kbir ta’ nuqqasijiet sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħila tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Ġibuti li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-ajru. Meta tlestiet il-verifika tal-ICAO, ma kinux implimentati aktar minn 96 % tal-istandards tal-ICAO.

(31)

Hemm evidenza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti mhumiex kapaċi biżżejjed li jirranġaw b’mod effettiv is-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità li sabet l-ICAO, kif jidher mill-fatt li fir-rapport finali tagħha ta’ Frar 2009, l-ICAO tqis li parti sinifikanti ħafna mill-azzjonijiet korrettivi li dawn l-awtoritajiet ipproponew jew implimentaw fil-fatt ma jindirizzawx in-nuqqasijiet osservati. B’mod partikulari fil-qasam tal-operat tal-inġenji tal-ajru, iżjed minn żewġ terzi tal-azzjonijiet proposti minn Ġibuti ma tqisux li setgħu jiġu aċċettati bis-sħiħ mill-ICAO.

(32)

Barra minn hekk, l-ICAO ħabbret tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza lill-istati kollha msieħba fil-Konvenzjoni ta’ Ċikago sabiex tgħarrafhom li Ġibuti la kien stabbilixxa sistema affidabbli għas-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti kienu ħarġulhom Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) u lanqas ma kien stabbilixxa pjan ta’ azzjoni aċċettabbli biex jirranġa din il-qagħda.

(33)

Il-Kummissjoni, wara li qieset dan ta’ hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru lliċenzjati f’dan l-istat u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti sabiex iwieġbu għas-sejbiet u għall-osservazzjonijiet tal-ICAO dwar l-aċċettabbiltà tal-azzjonijiet korrettivi.

(34)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti (id-DACM) għarrfu lill-Kummissjoni li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni mmirat sabiex jiġu indirizzati s-sejbiet tal-ICAO, u li kien hemm biss għadd limitat ta’ sejbiet li tqiesu li ngħalqu. Id-DACM la taw dettalji dwar l-azzjonijiet li ttieħdu u lanqas ma taw evidenza dwar l-għeluq sodisfaċenti tas-sejbiet relatati. Id-DACM ma weġbux għall-osservazzjonijiet li għamlet l-ICAO dwar ir-rilevanza tal-34 azzjoni li hija qieset li ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw is-sejbiet.

(35)

Id-DACM ikkonfermaw li ġraw żewġ inċidenti fatali fl-2002 u fl-2007, li kellhom x’jaqsmu ma’ inġenji tal-ajru tat-tip Let 410 u Antonov 26. Madanakollu, huma ma tawx tagħrif dwar l-investigazzjonijiet tal-inċidenti tal-inġenji tal-ajru u lanqas dwar l-azzjonijiet tagħhom sabiex jiġi indirizzat dak li kkaġuna dawn l-inċidenti.

(36)

Id-DACM għarrfu lill-Kummissjoni li huma ħassru l-AOC tat-trasportatur Djibouti Airlines fit-30 ta’ Lulju 2009 u li f’dik id-data l-linja tal-ajru kienet diġà waqqfet l-attivitajiet tagħha. Huma għarrfu wkoll li ħassru l-AOC tat-trasportatur Daallo Airlines fil-15 ta’ Settembru. Madanakollu, t-trasportatur Daallo Airlines għad għandu liċenzja tal-operat u juża inġenji tal-ajru tat-tip DC9 irreġistrati fil-Komoros, inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 24 irreġistrati fl-Armenja, u inġenji tal-ajru tat-tip Ilyushin 18 irreġistrati fil-Każakstan. Ma ngħatatx l-identità ta’ min iħaddem verament dawn l-inġenji tal-ajru. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Ġibuti ma wrewx li huma jinsabu f’qagħda li jwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Ġibuti.

(37)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati f’Ġibuti għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Kongo

(38)

F’Novembru tal-2008 l-ICAO wettqet verifika tal-USOAP fir-Repubblika tal-Kongo. Is-sejba li ġejja wasslet għal tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza: “L-ANAC (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili) ħarġet għadd ta’ ċertifikati ta’ operaturi tal-ajru (AOCs) mingħajr ma l-ewwel stabbiliet u implimentat proċess għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-operaturi tal-ajru. B’hekk, dawn l-AOCs inħarġu mingħajr ma l-ANAC kienet żgurat li l-operaturi kienu konformi mal-Istandards mogħtija fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago jew mad-dispożizzjonijiet tad-Dokument nru 8335 tal-ICAO. Barra minn hekk, hemm operaturi li qegħdin jaħdmu b’liċenzja provviżorja tal-operat u mingħajr AOC”. Dan it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza għadu fis-seħħ.

(39)

Matul din il-verifika tal-ICAO, ħarġu 63 sejba li juru n-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara dan, ir-Repubblika tal-Kongo ressqet pjan ta’ azzjonijiet korrettivi. Madanakollu, l-ICAO m’aċċettatx iżjed minn terz tal-azzjonijiet korrettivi proposti.

(40)

Fis-26 ta’ Awwissu 2009, ajruplan tal-merkanzija mħaddem mit-trasportatur bl-ajru Aero Fret Business iċċertifikat fir-Repubblika tal-Kongo kien involut f’inċident qrib l-ajruport ta’ Brazzaville, li fih mietu s-sitt passiġġieri kollha. Bħala l-Istat fejn seħħ l-inċident, ir-Repubblika tal-Kongo hija responsabbli għall-investigazzjoni tas-sikurezza li trid titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 13 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago sabiex jiġi identifikat dak li kkaġuna l-inċident u jiġi evitat li jerġa’ jseħħ inċident simili. Madanakollu, il-verifika tal-ICAO identifikat ukoll ħdax-il nuqqas fil-qasam tal-investigazzjoni tal-inċidenti fir-Repubblika tal-Kongo, li minnhom sitt azzjonijiet korrettivi proposti ma tqisux li kienu sodisfaċenti.

(41)

Waqt żewġ laqgħat li saru fi Brussell, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo għarrfu lill-Kummissjoni li kien beħsiebhom jipproċedu għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta’ tliet operaturi bl-għajnuna tal-esperti tal-ICAO. Barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet bagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom tal-15 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħhom l-operaturi Aero-Service, Equaflight Services, Société Nouvelle Air Congo u Trans Air Congo ngħataw Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru għal sena. Fl-istess data, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo għarrfet lill-kumpaniji Aero Fret Business, Canadian Airways, Congo Airways (WAC), Emeraude, Equajet, Heli-Union Congo, Mani Air Fret, Mistral Aviation u Protocole Aviation li l-AOCs tagħhom kienu ġew irtirati sakemm tiġi eżaminata d-dokumentazzjoni neċessarja meħtieġa sabiex jinkiseb AOC ġdid. Barra minn hekk, ġew irtirati ċ-Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru tal-kumpaniji li ġejjin: Air Cargo International, BIP Congo, Brazza Airways, Clesh Aviation, Finalair, Heavy Lift Congo, Ligne Aérienne Colombe, Locair Craft, Maouene, Natalco Airlines u United Express Service. Madanakollu, dawn l-awtoritajiet la wrew li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni segwit għall-ħruġ ta’ kwalunkwe AOC huwa konformi mal-istandards rilevanti tal-ICAO u lanqas li s-sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru li nħarġilhom AOC minnhom qed titwettaq f’konformità ma’ dawn l-istandards.

(42)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ressqu kummenti bil-miktub lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-miżuri meħudin sabiex jiġi solvut it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza li qajmet l-ICAO kif ukoll biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet l-oħrajn tal-konformità mniżżlin fir-rapport tal-verifika tal-USOAP li wettqet l-ICAO. Il-Kummissjoni tinnota l-miżuri kollha li l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ħadu sal-lum u tħeġġiġhom biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw azzjonijiet korrettivi sostenibbli. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib, flimkien mal-ICAO, kwalunkwe żvilupp fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fir-Repubblika tal-Kongo, u hija lesta toffri għajnuna teknika bil-għan li tittejjeb il-ħila amministrattiva u teknika tal-awtorità responsabbli għas-sorveljanza f’dan il-pajjiż.

(43)

Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kongo ma wrewx li għandhom biżżejjed ħila jimplimentaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Għalhekk, u sakemm jiġu solvuti b’mod sostenibbli n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali, inkluż it-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Kongo għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat u għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru minn Sao Tome u Prinċipe

(44)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur Executive Jet Services, iċċertifikat f’Sao Tome u Prinċipe. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati mill-Belġju u minn Franza waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (8). It-trasportatur Executive Jet Services ma weġibx b’mod xieraq u ma wriex li dawn in-nuqqasijiet tranġaw b’suċċess u b’mod sostenibbli.

(45)

Hemm evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet gravi fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur STP Airways, iċċertifikat f’Sao Tome u Prinċipe. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati minn Franza u mir-Renju Unit waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqin bħala parti mill-programm SAFA (9). Madanakollu, it-trasportatur STP Airways wieġeb kif xieraq u fil-ħin għat-talba mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta’ Franza dwar l-aspett tas-sikurezza tal-operat tiegħu.

(46)

Hemm evidenza li xi trasportaturi bl-ajru li dal-ħin huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità Ewropea ċaqalqu parti mill-attivitajiet tagħhom lejn Sao Tome u Prinċipe.

(47)

B’mod partikulari, hemm evidenza vverifikata li turi li t-trasportatur bl-ajru Hewa Bora Airways, iċċertifikat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li dal-ħin huwa suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, għadu qed juża, skont ftehim ta’ twellija lura (“lease-back”), l-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767 bin-numru tas-serje 23178, li tneħħa mir-reġistru tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u ġie rreġistrat f’Sao Tome u Prinċipe bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-TOP (10).

(48)

Barra minn hekk, it-trasportatur bl-ajru Africa’s Connection juża l-inġenju tal-ajru tat-tip Dornier 228 bin-numru tas-serje 8068 irreġistrat f’Sao Tome u Prinċipe bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-RAS, inġenju tal-ajru li qabel kien irreġistrat fil-Gabon u li kien jitħaddem mit-trasportatur SCD Aviation li huwa ċċertifikat fil-Gabon, u li dal-ħin huwa suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità.

(49)

Barra minn hekk, hemm evidenza vverifikata li t-trasportatur bl-ajru British Gulf International iċċertifikat f’Sao Tome huwa l-istess trasportatur British Gulf International li qabel kien iċċertifikat fil-Kirgiżtan u li kien suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat f’Ottubru 2006 (11). It-trasportatur British Gulf International qed ikompli juża wkoll inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12 u bin-numru tas-serje 401901. Inġenju tal-ajru ta’ dan it-tip imħaddem mit-trasportatur bl-ajru kien involut f’inċident f’Al Habniaya (fl-Iraq) fit-13 ta’ Novembru 2008, li wassal biex l-inġenju tal-ajru ġie distrutt kompletament u biex sitt persuni tilfu ħajjithom.

(50)

Il-Kummissjoni, wara li qieset is-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, bdiet konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe, li fiha esprimiet tħassib serju dwar is-sikurezza tal-operat tat-trasportaturi Executive Jet Services u STP Airways, kif ukoll dwar iċ-ċaqliq ta’ inġenji tal-ajru wżati minn trasportaturi bl-ajru li dal-ħin huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità lejn ir-reġistru ta’ Sao Tome, u li fiha talbet għal kjarifiki dwar l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iwieġbu għal dan it-tħassib.

(51)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome (l-INAC) għarrfu lill-Kummissjoni li, matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur Executive Jet Services, huma ddeċidew, fis-26 ta’ Ottubru 2009, li jwaqqfu b’mod provviżorju l-operat tal-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767 bin-numru tas-serje 23178 u bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-TOP imħaddem minn dan it-trasportatur.

(52)

It-trasportatur bl-ajru Executive Jet Services talab li jagħmel preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u rrapporta dwar l-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet innutati mill-programm tas-SAFA.

(53)

L-INAC għarrfu lill-Kummissjoni li, matul il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur STP Airways, huma ddeċidew, fis-26 ta’ Ottubru, li jwaqqfu l-operat ta’ żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 767, wieħed bin-numru tas-serje 25411 (b’marka tar-reġistrazzjoni mhix magħrufa) u l-ieħor bin-numru tas-serje 26208 (bil-marka tar-reġistrazzjoni S9-DBY), li wara tneħħew mir-reġistru. L-INAC irrappurtaw li għalkemm it-trasportatur STP Airways għandu AOC validu, m’hemm l-ebda inġenju tal-ajru fuq dan iċ-ċertifikat dal-ħin.

(54)

It-trasportatur bl-ajru STP Airways talab li jagħmel preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u rrapporta dwar l-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet innutati mill-programm tas-SAFA. Huwa kkonferma li m’hu qed jitħaddem l-ebda inġenju tal-ajru iktar u li beħsiebu jitlob biex l-AOC tiegħu jitwaqqaf.

(55)

L-INAC għarrfu li ħarġu tlettax-il AOC, li tlieta minnhom qalu li kienu mwaqqfin jew irrevokati. Madanakollu, l-INAC naqsu milli jipprovdu evidenza dwar it-twaqqif jew ir-revoka taċ-ċertifikati tat-trasportaturi bl-ajru Sky Wind, Styron Trading u Jet Line.

(56)

Id-dokumentazzjoni li ressqu l-INAC turi li iktar minn nofs it-trasportaturi bl-ajru li għandhom AOC validu maħruġ minn dawn l-awtoritajiet għandhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom ’il barra minn Sao Tome u Prinċipe. B’mod partikulari, it-trsaportaturi British Gulf International Company Ltd, Global Aviation Operation, Goliaf Air, Transafrik International Ltd, Transcargo u Transliz Aviation m’għandhomx il-post ewlieni tan-negozju tagħhom f’Sao Tome, kif muri mit-tweġiba tagħhom għat-talba tal-Kummissjoni kif ukoll mill-indirizzi msemmijin fuq l-AOCs rispettivi tagħhom.

(57)

L-INAC ma wrewx li huma jwettqu l-obbligi tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe f’konformità mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza, minħabba li parti sostanzjali minn dawn it-trasportaturi m’humiex qed jaħdmu b’mod regolari f’Sao Tome u li l-INAC stqarrew li huma jiddependu, b’mod parzjali, fuq is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati li fihom jitwettaq l-operat fil-verità. Madanakollu, l-INAC naqsu milli jipprovdu ftehimiet xierqa ma’ dawn l-awtoritajiet.

(58)

Barra minn hekk, analiżi tal-AOCs maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe wriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konsistenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-flotot imħaddmin, mal-approvazzjoni għall-ġarr ta’ prodotti perikolużi, u mal-awtorizzazzjoni għall-operat f’viżibbiltà baxxa, li ma setgħux jiġu ċċarati matul il-konsultazzjonijiet.

(59)

Hemm evidenza ta’ rata għolja ta’ inċidenti li qed jaffettwaw trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe. L-INAC ikkonfermaw li kien hemm erba’ inċidenti fatali b’inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12, Ilyushin 76 u DHC 6 imħaddmin minn trasportaturi bl-ajru rreġistrati f’Sao Tome u Prinċipe. Bi tweġiba għal din is-sitwazzjoni, l-INAC indikaw li, fil-21 ta’ Frar 2009, huma ddeċidew li jwaqqfu l-operat kollu tal-inġenji tal-ajru tat-tip Antonov 12 irreġistrati f’Sao Tome u Prinċipe. Madanakollu, l-INAC ikkonfermaw li t-trasportaturi bl-ajru British Gulf International, Transliz Aviation u Goliaf Air, iċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe, għadhom qed iħaddmu nġenji tal-ajru ta’ dan it-tip.

(60)

Hemm evidenza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Sao Tome u Prinċipe ma jridux juru li huma konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, kif muri mill-fatt li Sao Tome u Prinċipe ppospona b’mod kontinwu l-verifika tiegħu mill-ICAO fil-qafas tal-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). Il-verifika tal-ICAO li kellha ssir f’Mejju 2007u mbagħad f’April 2008 ma setgħetx issir f’dawk id-dati.

(61)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati f’Sao Tome u Prinċipe ma jissodisfawx l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għaldaqstant għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

Ukraine Cargo Airways

(62)

Fit-22 ta’ Settembru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom Nru 574 tas-17 ta’ Awwissu 2009 li jtemmu l-operat tat-trasportatur Ukraine Cargo Airways skont l-AOC tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 bin-numru 145, b’effett mid-data tad-deċiżjoni. Waqt il-preżentazzjoni tagħhom quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-11 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina kkonfermaw li “l-kumpanija Ukraine Cargo Airways ma tagħmilx parti mil-linji tal-ajru rreġistrati fl-Ukraina”.

(63)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur Ukraine Cargo Airways għandu jitneħħa mill-Anness A.

Volare

(64)

Fil-31 ta’ Lulju 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom Nru 357 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jirrevokaw b’effett immedjat l-AOC tat-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina Volare.

(65)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur bl-ajru Volare għandu jitneħħa mill-Anness A.

Motor Sich

(66)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, fis-27 ta’ Ottubru 2009, tim ta’ esperti mill-KE, immexxi mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, żar lit-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina Motor Sich (MSI) biex jivverifika l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u l-għeluq effettiv tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel, bil-għan li dawn in-nuqqasijiet jiġu solvuti b’mod sostenibbli.

(67)

Fir-rapport taż-żjara tat-tim intqal li t-trasportatur MSI wera li għamel analiżi tal-kawżi ewlenin tas-sejbiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet tas-SAFA. Jidher li l-analiżi tal-kawżi ewlenin kif ukoll il-pjanijiet ta’ azzjonijiet korrettivi li ħarġu minnha qed jindirizzaw is-sejbiet b’mod xieraq. Matul iż-żjara, it-trasportatur MSI stqarr li s-sejbiet li tqajmu qabel mis-SAFA dwar il-flotta tiegħu tal-inġenji tal-ajru kollha kienu ġew indirizzati u rranġati, inklużi s-sistema tat-twissija għall-viċinanza tal-art (l-EGPWS), iċ-ċinturini tas-sikurezza tas-sits tal-kabina tal-ekwipaġġ, u x-xbieki biex iżommu l-merkanzija f’postha. Barra minn hekk, intqal ukoll li ġew stabbiliti ċ-ċarts għall-kalkolu tal-prestazzjoni waqt it-tluq għat-tipi kollha ta’ inġenji tal-ajru u għar-“runways” kollha wżati. Wara spezzjoni fiżika u/jew analiżi tad-dokumenti, it-tim immexxi mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huwa sodisfatt li: (a) is-sits tal-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12, AN-72 u YAK-40 ġew mgħammra biċ-ċinturini tas-sikurezza; (b) l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 ġew mgħammra b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr (meta saret iż-żjara, kienet qed issir l-istallazzjoni fuq l-inġenju tal-ajru UR-11316 u t-tim analizza din l-istallazzjoni); (c) l-EGPWS ġiet stallata fuq l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u AN-140; (d) ġew stabbiliti ċ-ċarts tal-prestazzjoni waqt it-tluq għar-“runways” kollha li qed jintużaw dal-ħin għall-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u YAK-40. Waqt il-preżentazzjoni tagħhom quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina kkonfermaw li t-trasportatur għandu l-ħila japplika s-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità u ntrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifika li għandha titwettaq dwar din il-kwistjoni.

(68)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-operat waqt it-titjira, matul iż-żjara, t-tim ħa kampjuni tal-Listi tat-tagħmir minimu (l-MELs), tal-manwali tal-operazzjonijiet, tal-iskeda tal-limiti tal-ħinijiet tat-titjiriet, id-dokumenti u l-proċeduri tal-kontroll tal-operat u tal-bgħit tat-titjiriet, u ħa kampjuni tal-fowlders tat-titjira rritornati u lesti. Ma ġew innutati l-ebda differenzi mill-istandards tal-ICAO. Barra minn hekk, matul iż-żjara, it-trasportatur MSI wera lit-tim li huwa jwettaq analiżi tad-dejta dwar it-titjiriet irreġistrata għat-titjiriet kollha mwettqin b’kull inġenju tal-ajru li huwa jħaddem.

(69)

It-trasportatur bl-ajru talab li jinstema’ mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u, fil-11 ta’ Novembru 2009, għamel preżentazzjonijiet li fihom ressaq tagħrif bil-miktub li jappoġġa l-azzjonijiet korrettivi implimentati sabiex jiġu solvuti n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel.

(70)

Wara l-preżentazzjonijiet li saru fil-11 ta’ Novembru 2009 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina u mit-trasportatur bl-ajru, il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru talab lill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tipprovdi d-dokumentazzjoni li ġejja sabiex ikun jista’ jiddeċiedi jekk it-tneħħija tat-trasportatur Motor Sich kinetx iġġustifikata f’dan l-istadju: (a) il-verifika tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tat-trasportatur bl-ajru; (b) konferma li l-inġenji tal-ajru kollha tat-trasportatur Motor Sich użati għal titjiriet internazzjonali huma mgħammra f’konformità mal-istandards tal-ICAO, b’mod partikulari: (i) biċ-ċinturini tas-sikurezza fis-sits tal-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12, AN-72 u YAK-40; (ii) b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr fil-kabini tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12; (iii) bl-EGPWS fuq l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u AN-140; (c) konferma li d-dejta dwar il-prestazzjoni waqt it-tluq għar-“runways” kollha li qed jintużaw dal-ħin mit-trasportatur Motor Sich għall-inġenji tal-ajru tat-tip AN-12 u YAK-40 hija disponibbli fil-manwal tal-operazzjonijiet tat-trasportatur; (d) evidenza li t-38 sejba mqajma mill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina matul l-2009 waqt l-attivitajiet tagħha ta’ sorveljanza fuq it-trasportatur ġew solvuti b’mod sodisfaċenti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ressqu dan it-tagħrif fis-16 ta’ Novembru.

(71)

Wara li wasal it-tagħrif mitlub mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Motor Sich għandu jitneħħa mill-Anness A.

UMAir

(72)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 619/2009, fit-28 ta’ Ottubru 2009, tim ta’ esperti mill-KE żar lit-trasportatur bl-ajru tal-Ukraina UMAir biex jivverifika l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u l-għeluq effettiv tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel, bil-għan li dawn in-nuqqasijiet jiġu solvuti b’mod sostenibbli.

(73)

Waqt iż-żjara, it-tim ingħata pjan ta’ azzjonijiet korrettivi aġġornat li wera li l-maniġer tal-kwalità tagħhom kien lesta analiżi tal-azzjonijiet korrettivi li kienu implimentaw. Madanakollu, l-verifika tal-istat tas-sejbiet li qajjem tim ta’ esperti mill-KE waqt żjara lil dan it-trasportatur bl-ajru fit-28 ta’ Mejju 2009 wriet li, filwaqt li kienu saru sforzi sinifikanti minn meta saret dik iż-żjara ’l hawn sabiex is-sejbiet li tqajmu jkunu indirizzati b’mod xieraq, ċerti sejbiet li jaffettwaw is-sikurezza tat-titjiriet (il-monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet għal inġenji tal-ajru tat-tip DC-9) u l-ajrunavigabbiltà kontinwa, l-manutenzjoni u l-inġinerija (il-programm tal-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-magna għadu ma bediex jintuża għal inġenji tal-ajru tat-tip DC-9 u MD-80) għadhom ma jistgħux jitqiesu bħala magħluqa. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat waqt it-titjira, tqajmet sejba ġdida minħabba differenza li ġiet innutata fil-Lista approvata tat-tagħmir minimu (l-MEL) tal-inġenji tal-ajru tat-tip DC-9.

(74)

Matul il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-11 ta’ Novembru 2009, it-trasportatur UMAir stqarr li kien talab li l-AOC tiegħu jkun ristrett sabiex jiġu esklużi t-titjiriet lejn il-Komunità b’inġenji tal-ajru tat-tip DC-9. Fil-11 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina ħarġulu AOC ġdid li kien jeskludi t-titjiriet lejn l-UE b’inġenji tal-ajru ta’ dan it-tip.

(75)

Qed jiġu nnutati t-titjib li għamel it-trasportatur bl-ajru UMAir fil-perjodu miż-żjara tal-esperti tal-KE f’Mejju 2009 u r-restrizzjonijiet imposti fuq l-AOC tiegħu. Minħabba l-isforzi sinifikanti li t-trasportatur bl-ajru għamel sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-operat f’konformità mal-istandards internazzjonali, għandu jitħalla jerġa’ jibda l-operat tiegħu lejn il-Komunità b’parti mill-flotta tiegħu.

(76)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, it-trasportatur UMAir għandu jitressaq mill-Anness A għall-Anness B u b’hekk għandu jitħalla jkompli l-operat tiegħu lejn il-Komunità bl-inġenju tal-ajru tat-tip MD-83 bil-marka tar-reġistrazzjoni UR-CFF.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Ukraina

(77)

Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 619/2009, il-Kummissjoni kompliet timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-diversi miżuri ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fl-1 ta’ Lulju 2009. Għal dak il-għan, bejn is-26 u d-29 ta’ Ottubru, esperti mill-KE żaru lill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina. L-għan ta’ din iż-żjara kien li jiġi vverifikat l-istat tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi proposti sabiex jingħalqu s-sejbiet li kienu ħarġu mir-rapport taż-żjara tal-esperti tal-KE li kienet saret bejn il-25 u d-29 ta’ Mejju 2009 kif ukoll dawk ippreżentati fil-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi ppreżentat mill-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Istat tal-Ukraina fit-23 ta’ Ġunju sabiex tittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru taħt il-kontroll regolatorju tagħha.

(78)

Ir-rapport taż-żjara indika li 14 mit-33 sejba li kienu ħarġu matul iż-żjara li saret f’Mejju 2009 jistgħu jitqiesu magħluqa abbażi tal-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina matul iż-żjara. 19-il sejba għadhom miftuħin.

(79)

Qed jiġi nnutat it-titjib li għamlu l-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn meta saret iż-żjara f’Mejju 2009 ’l hawn u b’mod partikulari taż-żieda fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tat-trasportaturi bl-ajru tal-Ukraina, kif ukoll it-tneħħija ta’ għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru mir-reġistru Ukrain (aktar minn 800 inġenju tal-ajru mill-1 600 inġenju tal-ajru li kien hemm fl-2008). L-awtoritajiet huma mistiedna jżidu aktar l-isforzi tagħhom sabiex isaħħu s-sorveljanza tagħhom tas-sikurezza.

Ariana Afghan Airlines

(80)

Abbażi tad-dokumentazzjoni mressqa mit-trasportatur, il-Kummissjoni nnutat li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines kien wettaq tibdil fl-amministrazzjoni, kien qabbad esperti esterni sabiex igħinuh fit-tfassil mill-ġdid tal-politiki, tal-proċeduri u tal-manwali tiegħu, u kien xtara żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310 u kien qed jiġi megħjun fl-operat tiegħu mill-kumpanija Turkish Technic. Innutat ukoll l-intenzjoni tat-trasportatur li jiġi suġġett għal verifika mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru.

(81)

Il-Ministeru Afgan tat-Trasport u l-Avjazzjoni Ċivili (il-MoTCA) kiteb u spjega l-progress li sar kemm mill-MoTCA u kif ukoll mit-trasportatur Ariana lejn l-ilħiq tal-istandards internazzjonali. Ikkonferma li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines wettaq tibdiliet sinifikanti fit-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, fil-ġestjoni u fid-dokumentazzjoni, iżda kkonferma li għad trid titwettaq verifika tal-operatur, għalkemm kien hemm waħda li kienet ippjanata li titlesta sal-aħħar tal-2009. Għalhekk il-MoTCA għadu mhux qiegħed f’pożizzjoni li jikkonferma li t-trasportatur Ariana Afghan Airlines huwa konformi mal-istandards tal-ICAO u li implimenta sistema effettiva għall-ġestjoni tas-sikurezza. Għalkemm il-MoTCA stqarr li matul din is-sena twettqu diversi attivitajiet ta’ sorveljanza (per eż. spezzjonijiet tat-titjiriet u tal-bażijiet), ma pprovdiex evidenza dwar ir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

(82)

Il-Kummissjoni tinnota l-progress li qed jagħmel it-trasportatur Ariana Afghan Airlines biex ikun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madanakollu, sakemm tiġi pprovduta evidenza addizzjonali li t-trasportatur bl-ajru indirizza l-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu identifikati qabel, qed jitqies, abbażi tal-kriterji komuni, li t-trasportatur bl-ajru għandu jibqa’ fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Angola

TAAG Angolan Airlines

(83)

Minn Lulju 2009 ’l hawn, it-trasportatur TAAG Angolan Airlines kellu permess jopera fil-Portugall biss bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF bil-kundizzjonijiet mogħtija fil-premessi (58) u (59) tar-Regolament (KE) Nru 619/2009 (12).

(84)

Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola (l-INAVIC) jipprovdulha tagħrif dwar is-sorveljanza tat-trasportatur bl-ajru TAAG Angolan Airlines, b’mod partikulari fir-rigward taż-żieda fis-sorveljanza tat-titjiriet lejn il-Portugall u dwar ir-riżultati tagħhom.

(85)

L-INAVIC għarrfu lill-Kummissjoni li saħħew is-sorveljanza kontinwa tat-trasportatur TAAG Angolan Airlines, b’mod partikulari permezz ta’ spezzjonijiet fuq l-art, u li r-riżultati ta’ dawk l-ispezzjonijiet fuq l-art ma jurux nuqqasijiet fis-sikurezza jew nuqqasijiet ripetittivi.

(86)

It-trasportatur TAAG Angolan Airlines talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel preżentazzjonijiet fl-10 ta’ Novembru 2009, bil-ħsieb li jipprovdi tagħrif dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu u dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operat tiegħu lejn Liżbona. Kien innutat li twettqu aktar minn 100 titjira b’inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777 lejn Liżbona mingħajr tħassib dwar is-sikurezza u li t-trasportatur TAAG ġie ċċertifikat fit-23 ta’ Ottubru 2009 mill-INAVIC biex iwettaq operat skont l-ETOPS 120 min bil-Boeing 777. It-trasportatur bl-ajru talab ukoll biex il-flotta tal-B737-700 tiegħu tgawdi wkoll mill-istess dispożizzjonijiet bħall-flotta B777.

(87)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall ikkonfermaw li r-riżultati tal-ispezzjonijiet fuq l-art tat-trasportatur TAAG Angolan Airlines li wettqu kemm ilu li reġa’ beda jopera lejn Liżbona ma żvelawx nuqqasijiet fis-sikurezza jew nuqqasijiet ripetittivi.

(88)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur TAAG għandu jibqa’ fl-Anness B bil-kundizzjoni li ma jwettaqx iktar minn għaxar titjiriet fil-ġimgħa bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF jew bl-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ minn Luanda lejn Liżbona. Dawn it-titjiriet għandhom jiġu operati biss wara li l-awtoritajiet tal-Angola jkunu wettqu spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru qabel kull titjira li titlaq mill-Angola u wara li l-awtoritajiet Portugiżi jkunu wettqu spezzjonijiet fuq l-art tal-inġenji tal-ajru fil-Portugall. Din hija miżura temporanja u l-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni abbażi tat-tagħrif kollu disponibbli u, b’mod partikulari abbażi ta’ evalwazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Portugall.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola

(89)

L-INAVIC irrappurtaw progress sinifikanti fir-riżoluzzjoni tas-sejbiet li kien fadal wara l-aħħar żjara ta’ valutazzjoni tas-sikurezza mill-UE li saret mit-8 sal-11 ta’ Ġunju 2009. B’mod partikulari, huma aġġornaw aktar ir-regolamenti speċifiċi dwar l-operat f’konformità mar-rekwiżiti tal-ICAO u komplew jimpjegaw persunal ikkwalifikat, speċjalment spetturi tal-operat waqt it-titjira kkwalifikati fuq inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700, li wassal għal żieda ġenerali ta’ 30 % fl-attivitajiet ta’ sorveljanza.

(90)

L-INAVIC irrappurtaw progress fiċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola, proċess li huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tal-2010, madanakollu, apparti t-trasportatur TAAG Angolan Airlines, s’issa ma ġie ċċertifikat mill-ġdid l-ebda trasportatur bl-ajru ieħor.

(91)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-INAVIC biex tkompli ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru mill-Angola b’determinazzjoni u b’kunsiderazzjoni xierqa għat-tħassib potenzjali dwar is-sikurezza li ġie identifikat f’dan il-qafas. Sakemm titlesta ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi Aerojet, Air26, Air Gemini, Air Gicango, Air Jet, Air Nave, Alada, Angola Air Services, Diexim, Gira Globo, Heliang, Helimalongo, Mavewa, Pha, Rui & Conceicao, Sal, Servisair u Sonair f’konformità sħiħa mar-Regolamenti l-ġodda tal-Angola dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li dawn it-tmintax-il trasportatur bl-ajru għandhom jibqgħu fl-Anness A.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Każakstan

Berkut State Aircompany

(92)

It-trasportatur Berkut State Aircompany għarraf lill-Kummissjoni li neħħa nġenju tal-ajru wieħed tat-tip IL-76 u nġenju tal-ajru wieħed tat-tip AN-12 mill-flotta tiegħu u li f’Awwissu 2009 iddeċieda li jirrestrinġi l-operat tiegħu għal titjiriet interni biss.

(93)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan ikkonfermaw din is-sitwazzjoni u pprovdew evidenza li fit-30 ta’ Ottubru 2009 ħarġu “Ċertifikat tal-Operat” lit-trasportatur Berkut State Aircompany li jeskludi t-titjiriet kummerċjali.

(94)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Berkut State Aircompany għandu jitneħħa mill-Anness A.

Prime Aviation

(95)

It-trasportatur Prime Aviation, iċċertifikat fil-Każakstan, talab li jinstema’ mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamel preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009. Iddikjara li l-flotta kummerċjali tiegħu hija limitata għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger 604 bil-marka tar-reġistrazzjoni P4-CHV irreġistrat barra l-Każakastan (f’Aruba).

(96)

L-awtorità kompetenti ta’ Aruba hija responsabbli għas-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru tat-tip Challenger 604 bil-marka tar-reġistrazzjoni P4-CHV skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 1 u 8 għall-Konvenzjoni ta’ Ċikago kif ukoll tal-Anness 6 għall-aspetti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Huma wettqu verifika tat-trasportatur Prime Aviation f’Marzu 2009 li żvelat ħafna nuqqasijiet. Id-dokumentazzjoni mressqa mit-trasportatur bl-ajru lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru ma fihiex evidenza li l-azzjonijiet korrettivi kollha tlestew b’mod sodisfaċenti. Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness 6 tal-ICAO, din il-verifika ma tipprovdix evidenza li s-sorveljanza tal-operat qed titwettaq b’mod effettiv. B’mod partikulari, ma ngħatatx evidenza li l-Lista tat-Tagħmir Minimu (l-MEL) hija approvata b’mod adegwat u l-kundizzjonijiet biex jiġu ddiferiti d-difetti għad iridu jiġu kkjarifikati.

(97)

Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li dan it-trasportatur għandu jibqa’ fl-Anness A.

Is-sorveljanza ġenerali tas-sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru mill-Każakstan

(98)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakastan talbu li jinstemgħu mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru u għamlu preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009 sabiex jirrappurtaw dwar it-titjib fis-sorveljanza tagħhom tas-sikurezza.

(99)

Huma għarrfu lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru bl-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jissolvew iż-żewġ kwistjonijiet ta’ tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, li kienu tressqu lill-ICAO fit-30 ta’ Ottubru 2009. Dawn l-azzjonijiet qegħdin jiġu implimentati bil-mod il-mod, bil-ħsieb li l-azzjonijiet relatati mal-inġenji tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru jitlestew sa Ottubru 2010.

(100)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu li kienu bdew sensiela ta’ miżuri ta’ nfurzar, li wasslu għat-twaqqif jew għar-revoka ta’ diversi Ċertifikati ta’ Operaturi tal-Ajru. B’mod partikulari, huma waqqfu l-AOCs tat-trasportaturi Pankh Center Kazakhstan, Air Flamingo, Arkhabay, Air Company Atyrau Aue Joly u Turgay Avia. Huma waqqfu wkoll iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ta’ 66 inġenju tal-ajru tat-tip Antonov 2 u neħħew mir-reġistru tal-Każakstan tlettax-il inġenju tal-ajru, fosthom għaxra tat-tip Ilyushin 76, wieħed tat-tip Illyushin 62, wieħed tat-tip Antonov 28 u wieħed tat-tip Antonov 2.

(101)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan għarrfu lill-Kummissjoni wkoll u pprovdew evidenza li ġew irrevokati l-AOCs tal-għaxar trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Każakstan li ġejjin: Irbis, Aerotur, MAK Air, Excellent Glide, Tulpar Avia Service, Takhmid Air, Starline KZ, Olimp Air, EOL Air (irrekovat fl-1 ta’ April 2009), u Sayat Air (irrevokat fid-19 ta’ Awwissu 2009). Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jitneħħew mill-Anness A.

(102)

Abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportaturi bl-ajru kollha lliċenzjati fil-Każakstan, ħlief għat-trasportatur Air Astana, għandhom jibqgħu fl-Anness A.

(103)

Qed jiġi nnutat li l-Każakstan intrabat li jwettaq riforma ambizzjuża tas-settur tal-avjazzjoni tiegħu, b’mod partikulari bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza. Qed jintlaqgħu bil-ferħ ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni u t-twaqqif ta’ Ċentru għall-Valutazzjoni tat-Titjiriet. Dawn ser jipprovdu għal regolamentazzjoni aħjar tal-avjazzjoni ċivili fil-Każakstan u għandhom iwittu t-triq għal titjib sinifikanti lejn il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakstan huma mistiedna jikkooperaw bis-sħiħ mal-ICAO biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni proposti jkunu aċċettabbli għall-ICAO u jkunu implimentati fil-ħin.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Kirgiżtan

(104)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan għamlu preżentazzjonijiet fil-11 ta’ Novembru 2009 u rrappurtaw dwar il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħhom stabbilit biex jitranġaw il-kwistjonijiet ta’ tħassib identifikati fil-qasam tas-sikurezza. B’mod partikulari, huma indikaw li l-leġiżlazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ġiet riveduta, li qiegħda titwaqqaf aġenzija indipendenti tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u li l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala trasportatur tal-ajru saru aktar stretti. Huma stqarrew ukoll li parti sinifikanti mill-AOC wara ġiet irrevokata u li l-biċċa l-kbira tal-inġenji tal-ajru fil-fatt kienu tneħħew mir-reġistru.

(105)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan għarrfu li lit-trasportatur bl-ajru Asian Air kienu ħarġulu AOC ġdid. Abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li t-trasportatur Asian Air għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

(106)

Qed jingħaraf li l-Kirgiżtan wettaq riforma ambizzjuża tas-settur tal-avjazzjoni tiegħu, b’mod partikulari bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza. Qed tiġi enfasizzata l-importanza tal-verifika mwettqa mill-ICAO f’April 2009 bħala parti mill-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). L-awtoritajiet kompetenti tal-Kirgiżtan huma mistiedna jikkooperaw bis-sħiħ mal-ICAO biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni proposti jkunu aċċettabbli għal din l-organizzazzjoni u jkunu implimentati fil-ħin.

(107)

Kien deċiż li l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandha twettaq spezzjoni tal-Kirgiżtan sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u min-naħa tal-impriżi li tissorvelja. L-ispezzjoni ser titwettaq ladarba jkun hemm ftehim mal-ICAO dwar il-pjan ta’ azzjoni u ladarba dan ikun implimentat.

It-trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa

(108)

Abbażi tal-evidenza vverifikata (13) ta’ nuqqasijiet ewlenin tas-sikurezza nnutati u li jaffettwaw l-operat waqt it-titjira tat-trasportatur bl-ajru YAK Service, iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni formali ta’ dak it-trasportatur fil-15 ta’ Lulju 2009. Fl-4 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li, wara spezzjonijiet li wettqu u li kkonfermaw dawn is-sejbiet, l-operat ta’ dan it-trasportatur bl-ajru b’inġenji tal-ajru tat-tip YAK-42 u YAK-40 ġew ristretti skont deċiżjoni tagħhom tal-24 ta’ Lulju 2009.

(109)

Fis-6 ta’ Ottubru 2009 l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi mit-trasportatur bl-ajru huma rtiraw ir-restrizzjonijiet fuq l-operat fuq l-inġenji tal-ajru tiegħu. It-trasportatur bl-ajru, megħjun mill-awtorità tiegħu, instema’ mill-Kummissjoni u minn Stat Membru fit-30 ta’ Ottubru.

(110)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għamlu preżentazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru fil-11 ta’ Novembru, li fihom spjegaw id-diversi attivitajiet ta’ sorveljanza u azzjonijiet ta’ nfurzar li kienu wettqu biex jiżguraw li dak it-trasportatur bl-ajru jsolvi, b’mod sostenibbli, n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza li kienu nnutati qabel. Barra minn hekk, huma stqarrew li l-inġenji tal-ajru mħaddmin mit-trasportatur YAK Services ser isirulhom spezzjonijiet regolari fuq l-art sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards internazzjonali. Abbażi ta’ dan it-tagħrif, il-Kummissjoni u l-membri tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru jqisu li n-nuqqasijiet li kienu identifikati qabel fil-qasam tas-sikurezza min-naħa tat-trasportatur YAK Services ġew indirizzati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa.

(111)

Abbażi tat-tagħrif ippreżentat minn dawn l-awtoritajiet, abbażi tal-kriterji komuni, qed jitqies li, f’dan l-istadju, ma jeħtieġx li tittieħed iktar azzjoni. L-Istati Membri ser jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva tat-trasportatur YAK Services mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fuq l-art li għandhom jitwettqu fuq l-inġenji tal-arju ta’ dan it-trasportatur skont ir-Regolament (KE) Nru 351/2008.

(112)

Permezz ta’ korrispondenza tad-9 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tal-kumitat taċ-ċertifikazzjoni tagħhom tas-6 ta’ Novembru 2009 li jirtira r-restrizzjonijiet imposti qabel fuq l-operat tat-trasportatur bl-ajru Aeroflot Nord.

(113)

Fid-9 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għarrfu lill-Kummissjoni li kienu bidlu d-deċiżjoni tagħhom tal-25 ta’ April 2008, li biha kienu eskludew mill-operat lejn il-Komunità inġenji tal-ajru fl-AOC ta’ tlettax-il trasportatur bl-ajru Russu. Dawn l-inġenji tal-ajru ma kinux mgħammra biex iwettqu titjiriet internazzjonali skont l-istandards tal-ICAO (ma kinux mgħammra bis-sistemi TAWS/E-GPWS) u ċ-ċertifikati tagħhom tal-ajrunavigabbiltà kienu skadew u ma kinux iġġeddu.

(114)

Skont id-deċiżjoni l-ġdida, l-inġenji tal-arju li ġejjin ma jistgħux joperaw lejn il-Komunità, ġo fiha jew ’il barra minnha:

a)

Aircompany Yakutia: Tupolev TU-154: RA-85007; Antonov AN-140: RA-41250; AN-24RV: RA-46496, RA-46665, RA-47304, RA-47352, RA-47353, RA-47360; AN-26: RA-26660.

b)

Atlant Soyuz: Tupolev TU-154M: RA-85672 u RA-85682.

c)

Gazpromavia: Tupolev TU-154M: RA-85625 u RA-85774; Yakovlev Yak-40: RA-87511, RA-88186 u RA-88300; Yak-40K: RA-21505 u RA-98109; Yak-42D: RA-42437; il-ħelikopters kollha (22) tat-tip Kamov Ka-26 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (49) tat-tip Mi-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (11) tat-tip Mi-171 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (8) tat-tip Mi-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha (1) tat-tip EC-120B: RA-04116.

d)

Kavminvodyavia: Tupolev TU-154B: RA-85494 u RA-85457.

e)

Krasnoyarsky Airlines: L-inġenju tal-ajru tat-tip TU-154M bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-85683 li qabel kien imniżżel fl-AOC tat-trasportatur Krasnoyarsky Airlines li kien irrevokat aktar kmieni din is-sena, bħalissa qed jitħaddem minn trasportatur bl-ajru ieħor iċċertifikat fil-Federazzjoni Russa.

f)

Kuban Airlines: Yakovlev Yak-42: RA-42331, RA-42336, RA-42350, RA-42538, u RA-42541.

g)

Orenburg Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85602; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip TU-134 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Antonov An-24 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip An-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-2 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mi-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa).

h)

Siberia Airlines: Tupolev TU-154M: RA-85613, RA-85619, RA-85622 u RA-85690.

i)

Tatarstan Airlines: Yakovlev Yak-42D: RA-42374, RA-42433; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Tupolev TU-134A, inklużi: RA-65065, RA-65102, RA-65691, RA-65970 u RA-65973; l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Antonov AN-24RV, inklużi: RA-46625 u RA-47818; l-inġenji tal-ajru tat-tip AN24RV bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46625 u RA-47818 bħalissa qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor.

j)

Ural Airlines: Tupolev TU-154B: RA-85319, RA-85337, RA-85357, RA-85375, RA-85374, RA-85432 u RA-85508.

k)

UTAir: Tupolev TU-154M: RA-85813, RA-85733, RA-85755, RA-85806, RA-85820; l-inġenji tal-ajru kollha (25) tat-tip TU-134: RA-65024, RA-65033, RA-65127, RA-65148, RA-65560, RA-65572, RA-65575, RA-65607, RA-65608, RA-65609, RA-65611, RA-65613, RA-65616, RA-65620, RA-65622, RA-65728, RA-65755, RA-65777, RA-65780, RA-65793, RA-65901, RA-65902, u RA-65977; l-inġenji tal-ajru bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-65143 u RA-65916 qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor; l-inġenji tal-ajru kollha (1) tat-tip TU-134B: l-inġenju tal-ajru bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-65726 qed jitħaddem minn trasportatur Russu ieħor; l-inġenji tal-ajru kollha (10) tat-tip Yakovlev Yak-40: RA-87292, RA-87348, RA-87907, RA-87941, RA-87997, RA-88209, RA-88210, RA-88227, RA-88244 u RA-88280; il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-26 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-10 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip Mil-8 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip AS-355 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); il-ħelikopters kollha tat-tip BO-105 (il-marka tar-reġistrazzjoni tagħhom mhix magħrufa); l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-24B (bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46267 u RA-47289) u l-inġenji tal-ajru tat-tip AN-24RV (bil-marki tar-reġistrazzjoni RA-46509, RA-46519 u RA-47800) qed jitħaddmu minn trasportatur Russu ieħor.

l)

Rossija (STC Russia): Tupolev TU-134: , RA-65904, RA-65905, RA-65911, RA-65921 u RA-65979; TU-214: RA-64504, RA-64505; Ilyushin IL-18: RA-75454 u RA-75464; Yakovlev Yak-40: RA-87203, RA-87968, RA-87971, u RA-88200; l-inġenju tal-ajru bil-marka tar-reġistrazzjoni RA-65555 qed jitħaddem minn trasportatur Russu ieħor.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħrajn inklużi fl-Annessi A u B

(115)

S’issa ma ntbagħtet l-ebda evidenza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet korrettivi x-xierqa mit-trasportaturi bl-ajru l-oħrajn inklużi fil-lista Komunitarja, aġġornata fit-13 ta’ Lulju 2009, u mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, minkejja t-talbiet speċifiċi li għamlet il-Kummissjoni. Għalhekk, abbażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom jibqgħu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (l-Anness A) jew għal restrizzjonijiet fuq l-operat (l-Anness B), skont il-każ.

(116)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Anness A għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness A għal dan ir-Regolament.

2.

L-Anness B għandu jinbidel bit-test imniżżel fl-Anness B għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(4)  DGAC/F-2009-541, -798, LBA/D-2008-805, LBA/D-2009-8, -921, ENAC-IT-2008-602, -750, -648, ENAC-IT-2009-126, -198, -359, -374, -451, -597, -686, -730, DGCATR-2008-519, -347, DGCATR-2009-445, -559.

(5)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 12.

(6)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 4.

(7)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 39 u ĠU L 306, 15.11.2008, p. 49.

(8)  BCAA-2009-122, DGAC/F-2009-2112, DGAC/F-2009-2113.

(9)  CAA-UK-2009-126, DGAC/F-2009-137, DGAC/F-2009-257, DGAC/F-2009-779, DGAC/F-2009-1776.

(10)  BCAA-2009-122, DGAC/F-2009-2112, DGAC/F-2009-2113.

(11)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 28.

(12)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 8.

(13)  FOCA-2008-320, ACG-2009-82, ACG-2009-150, CAA-N-2008-98, CAALAT-2009-11, ACG-2008-300, CAA-NL-2008-72, HCAAGR-2008-53, LBA/D-2008-482, ACG-2009-176, DGAC/F-2008-545, DGAC/F-2008-2646, DGAC/F-2009-372, ENAC-IT-2009-226


ANNESS A

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC) jew tal-Liċenzja ta' l-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

AIR KORYO

GACA-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ir-RDPK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Ir-Repubblika tas-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

SIEM REAP AIRWAYS INTERNATIONAL

AOC/013/00

SRH

Ir-Renju tal-Kambodja

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Repubblika tar-Rwanda

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportatur TAAG Angola Airlines, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

004

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GEMINI

002

GLL

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

003

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

ALADA

005

RAD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

PHA

019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

RUI & CONCEICAO

012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SAL

013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SERVISAIR

018

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

014

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux applikabbli

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

RAC 06-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/051/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/ TVC/036/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/031/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/029/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/028/08

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

BRV

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSINESS AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/048/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/052/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TVC/026/08

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/035/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0032/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ENTREPRISE WORLD AIRWAYS (EWA)

409/CAB/MIN/TVC/003/08

EWS

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

FILAIR

409/CAB/MIN/TVC/037/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GALAXY KAVATSI

409/CAB/MIN/TVC/027/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR)

409/CAB/MIN/TVC/053/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/045/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TVC/038/08

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB)

409/CAB/MIN/TVC/033/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/042/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES (LAC)

Firma ministerjali (l-ordinanza nru 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/04008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/034/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TVC/025/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TVC/030/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/050/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TVC/044/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRACEP CONGO AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/046/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANS AIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/024/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TVC/039/08

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TVC/049/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Ġibuti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ġibuti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Ġibuti

DJIBOUTI AIRLINES

Mhux magħruf

DJB

Ġibuti

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

Mhux magħruf

CEL

Il-Ginea Ekwatorjali

EGAMS

Mhux magħruf

EGM

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

Mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

STAR EQUATORIAL AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportaturi Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, u Ekspres Transportasi Antarbenua, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASCO NUSA AIR

135-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CARDIG AIR

121-013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MEGANTARA

121-025

MKE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA AIRLINES

121-002

MNA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA BUANA AIR

135-041

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NYAMAN AIR

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

REPUBLIC EXPRESS AIRLINES

121-040

RPH

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAMPOERNA AIR NUSANTARA

135-036

SAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SKY AVIATION

135-044

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

135-006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakstan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportatur Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AERO AIR COMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AEROPRAKT KZ

Mhux magħruf

APK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR ALMATY

AK-0331-07

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR COMPANY KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR DIVISION OF EKA

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR FLAMINGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AIR TRUST AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AK SUNKAR AIRCOMPANY

Mhux magħruf

AKS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ALMATY AVIATION

Mhux magħruf

LMT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ARKHABAY

Mhux magħruf

KEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA CONTINENTAL AIRLINES

AK-0345-08

CID

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA CONTINENTAL AVIALINES

AK-0371-08

RRK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASIA WINGS

AK-0390-09

AWA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ASSOCIATION OF AMATEUR PILOTS OF KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ATMA AIRLINES

AK-0372-08

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ATYRAU AYE JOLY

AK-0321-07

JOL

Ir-Repubblika tal-Każakstan

AVIA-JAYNAR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BEYBARS AIRCOMPANY

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BERKUT AIR/BEK AIR

AK-0311-07

BKT/BEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BERKUT KZ

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

AK-0374-08

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

COMLUX

AK-0352-08

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

DETA AIR

AK-0344-08

DET

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EAST WING

AK-0332-07

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EASTERN EXPRESS

AK-0358-08

LIS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EURO-ASIA AIR

AK-0384-09

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

EURO-ASIA AIR INTERNATIONAL

Mhux magħruf

KZE

Ir-Repubblika tal-Każakstan

FENIX

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

FLY JET KZ

AK-0391-09

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

IJT AVIATION

AK-0335-08

DVB

Ir-Repubblika tal-Każakstan

INVESTAVIA

AK-0342-08

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakstan

IRTYSH AIR

AK-0381-09

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

JET AIRLINES

AK-0349-09

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

JET ONE

AK-0367-08

JKZ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIR JET

AK-0387-09

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0347-08

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAIRWEST

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAVIA

Mhux magħruf

KKA

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KAZAVIASPAS

Mhux magħruf

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

KOKSHETAU

AK-0357-08

KRT

Ir-Repubblika tal-Każakstan

MEGA AIRLINES

AK-0356-08

MGK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

MIRAS

AK-0315-07

MIF

Ir-Repubblika tal-Każakstan

NAVIGATOR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ORLAN 2000 AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KOV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

PANKH CENTER KAZAKHSTAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

PRIME AVIATION

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SALEM AIRCOMPANY

Mhux magħruf

KKS

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SAMAL AIR

Mhux magħruf

SAV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SAYAKHAT AIRLINES

AK-0359-08

SAH

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SEMEYAVIA

Mhux magħruf

SMK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SCAT

AK-0350-08

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYBUS

AK-0364-08

BYK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYJET

AK-0307-09

SEK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

SKYSERVICE

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

TYAN SHAN

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

UST-KAMENOGORSK

AK-0385-09

UCK

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHETYSU AIRCOMPANY

Mhux magħruf

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHERSU AVIA

Mhux magħruf

RZU

Ir-Repubblika tal-Każakstan

ZHEZKAZGANAIR

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Każakstan

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIAN AIR

Mhux magħruf

AAZ

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

AEROSTAN (EX BISTAIR-FEZ BISHKEK)

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

EEA

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

SGL

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

Il-Liberja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Gabon responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief għat-trasportaturi Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR SERVICES SA

0002/MTACCMDH/SGACC/DTA

AGB

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR TOURIST (ALLEGIANCE)

0026/MTACCMDH/SGACC/DTA

NIL

Ir-Repubblika tal-Gabon

NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE)

0020/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

SCD AVIATION

0022/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

SKY GABON

0043/MTACCMDH/SGACC/DTA

SKG

Ir-Repubblika tal-Gabon

SOLENTA AVIATION GABON

0023/MTACCMDH/SGACC/DTA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Gabon

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Sao Tome u Prinċipe

AFRICA CONNECTION

10/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

BRITISH GULF INTERNATIONAL COMPANY LTD

01/AOC/2007

BGI

Sao Tome u Prinċipe

EXECUTIVE JET SERVICES

03/AOC/2006

EJZ

Sao Tome u Prinċipe

GLOBAL AVIATION OPERATION

04/AOC/2006

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

GOLIAF AIR

05/AOC/2001

GLE

Sao Tome u Prinċipe

ISLAND OIL EXPLORATION

01/AOC/2008

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

Sao Tome u Prinċipe

TRANSAFRIK INTERNATIONAL LTD

02/AOC/2002

TFK

Sao Tome u Prinċipe

TRANSCARG

01/AOC/2009

Mhux magħruf

Sao Tome u Prinċipe

TRANSLIZ AVIATION (TMS)

02/AOC/2007

TMS

Sao Tome u Prinċipe

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Is-Sjerra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Is-Sjerra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Is-Sjerra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Is-Sjerra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Is-Sjerra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Is-Sjerra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sjerra Leone

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

Mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

IL-LISTA TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

L-istat tal-operatur

It-tip ta' inġenji tal-ajru

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni

L-istat tar-reġistrazzjoni

AFRIJET (2)

CTA 0002/MTAC/ANAC-G/DSA

 

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50; u inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Falcon 900

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-LGV; TR-LGY; u TR-AFJ

Ir-Repubblika tal-Gabon

AIR ASTANA (3)

AK-0388-09

KZR

Il-Każakstan

Il-flotta kollha ħlief għal żewġ inġenji tal-ajru tat-tip B767; erba’ inġenji tal-ajru tat-tip B757; għaxar inġenji tal-ajru tat-tip A319/320/321; u ħames inġenji tal-ajru tat-tip Fokker 50

Il-flotta kollha ħlief għall- P4-KCA, P4-KCB; P4-EAS, P4-FAS, P4-GAS, P4-MAS; P4-NAS, P4-OAS, P4-PAS, P4-SAS, P4-TAS, P4-UAS, P4-VAS, P4-WAS, P4-YAS, P4-XAS; P4-HAS, P4-IAS, P4-JAS, P4-KAS, P4-LAS

Aruba (ir-Renju tal-Olanda)

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief għal LET 410 UVP

Il-flotta kollha ħlief għad- D6-CAM (851336)

Il-Komoros

GABON AIRLINES (4)

CTA 0001/MTAC/ANAC

GBK

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Boeing B-767-200

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-LHP

Ir-Repubblika tal-Gabon

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

CTA 0003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika tal-Gabon

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip Challenger CL601; u inġenju tal-ajru wieħed tat-tip HS-125-800

Il-flotta kollha ħlief għat- TR-AAG, ZS-AFG

Ir-Repubblika tal-Gabon; ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel

TAAG ANGOLA AIRLINES (5)

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha ħlief għal tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-777 u erba’ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B-737-700

Il-flotta kollha ħlief għad- D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TBF, D2, TBG, D2-TBG, u D2-TBJ

Ir-Repubblika tal-Angola

UKRAINIAN MEDITERRANEAN

164

UKM

L-Ukraina

Il-flotta kollha ħlief għal inġenju tal-ajru wieħed tat-tip MD-83

Il-flotta kollha ħlief għall- UR-CFF

L-Ukraina


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista’ jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin flimkien mal-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk tinżamm il-konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  It-trasportatur Afrijet jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(3)  It-trasportatur Air Astana jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(4)  It-trasportatur Gabon Airlines jista’ juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fil-Komunità Ewropea.

(5)  It-trasportatur TAAG Angola Airlines jista’ jopera biss lejn il-Portugall bl-użu tal-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi (58) u (59) ta’ dan ir-Regolament.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1145/2009

tas-26 ta' Novembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjjiżi terzi ta' V, VI, VII, VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2009 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies eżawrita mid-data li tidher f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

8/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

DWS/56789-

Speċi

Klieb il-baħar tal-fond

Żona

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX

Data

17 ta’ Ottubru 2009


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1146/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 62.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-27 ta’ Novembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

34,42

0,96

1701 11 90  (1)

34,42

4,58

1701 12 10  (1)

34,42

0,82

1701 12 90  (1)

34,42

4,28

1701 91 00  (2)

40,56

5,30

1701 99 10  (2)

40,56

2,17

1701 99 90  (2)

40,56

2,17

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1147/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mit-13 ta’ Novembru sas-26 ta’ Novembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 15,49 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 25 500 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1148/2009

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar l-offerti kkomunikati għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) ħarġet sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju fuq il-qamħirrum impurtat fil-Portugall minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li ma tilqa' l-ebda waħda mill-offerti.

(3)

B'qies partikulari għall-kriterji msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, mhuwiex f'loku li jsir tnaqqis massimu fid-dazju.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhi se tintlaqa' l-ebda offerta minn dawk ikkomunikati bejn mit-13 ta’ Novembru u sas-26 ta’ Novembru 2009 fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 677/2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


DIRETTIVI

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/44


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/145/KE

tas-26 ta’ Novembru 2009

li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 44(2), u l-Artikolu 48(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kwistjonijiet dwar il-bijodiversità u l-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti kibru fl-importanza tagħhom matul dawn l-aħħar snin, kif huwa rifless fi żviluppi differenti fuq livell internazzjonali u Komunitarju. L-eżempji jinkludu d-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE tal-24 ta’ Frar 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 870/2004 tal-24 ta’ April 2004 li jistabbilixxi programm tal-Komunità dwar il-ħarsien, karatterizzazzjoni, ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1467/94 (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (5). Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi skont id-Direttiva 2002/55/KE biex jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-kwistjonijiet fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ tal-ħxejjex.

(2)

Biex ikunu żgurati l-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, għandhom jitkabbru u jitqiegħdu fis-suq landraces u varjetajiet tradizzjonalment imkabbar f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda mit-tagħwir ġenetiku (varjetajiet ta’ konservazzjoni) ukoll fejn ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ġenerali fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ varjetajiet u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ. Flimkien mal-iskop ġenerali ta’ protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, l-interess partikulari ta’ konservazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet huwa marbut mal-fatt li huma partikolarment adattati tajjeb għal kundizzjonijiet partikulari lokali.

(3)

Biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, il-varjetajiet li ma għandhom l-ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda li ġew żviluppati biex jikbru f’kundizzjonijiet partikulari (varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari) għandhom jitkabbru u jitqiegħdu fis-suq ukoll fejn ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ġenerali fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ varjetajiet u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ. Flimkien mal-iskop ġenerali ta’ protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, l-interess partikulari ta’ konservazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet huwa marbut mal-fatt li huma adattati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet klimatiċi, pedagoġiċi jew agrotekniċi partikulari (bħalma huma kura manwali, u ħsad ripetut).

(4)

Biex jiġu ppreservati varjetajiet ta’ konservazzjoni u varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari, jeħtieġ li jingħataw derogi fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet kif ukoll għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ dawk il-varjetajiet.

(5)

Dawk id-derogi għandhom ikunu dwar ir-rekwiżiti sustantivi għall-approvazzjoni ta’ varjetà u r-rekwiżiti proċedurali previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżaminar u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżaminar ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (6).

(6)

L-Istati Membri għandhom, b’mod partikulari, ikunu awtorizzati li jadottaw id-dispożizzjonijiet tagħhom stess fir-rigward ta’ preċiżjoni, stabilità u uniformità. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, fir-rigward tal-preċiżjoni u l-istabilità, minn tal-inqas ikunu msejsa fuq il-karatteristiċi elenkati fil-kwestjonarju tekniku li jrid jimtela mill-applikant b’konnessjoni mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-varjetà kif imsemmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE. Fejn l-uniformità hija stabbilita fuq il-bażi ta’ entitajiet mhux tipiċi, id-dipożizzjonijiet għandhom jissejsu fuq standards definiti.

(7)

Għandhom jiġu previsti r-rekwiżiti proċedurali li skonthom varjetà ta’ konservazzjoni jew varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari tista’ tiġi aċċettata mingħajr investigazzjoni uffiċjali. Barra dan, fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet, huwa meħtieġ li jiġu previsti ċerti derogi mir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2002/55/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (7).

(8)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ varjetajiet ta’ konservazzjoni, għandhom jiġu previsti restrizzjonijiet dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa, partikolarment fir-rigward tar-reġjun tal-oriġini, biex jiġi żgurat li t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa jsir fil-kuntest ta’ konservazzjoni in situ u l-użu tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li japprovaw reġjuni addizzjonali fejn żerriegħa li taqbeż il-kwantitajiet meħtieġa biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-varjetà kkonċernata fir-reġjun ta’ oriġini tagħha tista’ titqiegħed fis-suq, bil-kundizzjoni li dawn ir-reġjuni addizzjonali huma komparabbli fir-rigward ta’ ambjenti naturali u seminaturali. Biex ikun żgurat li titħares ir-rabta mar-reġjun ta’ oriġini, dan ma għandux japplika fejn Stat Membru japprova reġjuni addizzjonali ta’ produzzjoni.

(9)

Għandhom jiġu ffissati restrizzjonijiet kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq ta’ kull varjetà ta’ konservazzjoni u kull varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari.

(10)

Fil-każ ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni, il-kwantitajiet ta’ żerriegħa li jitqiegħdu fis-suq għal kull varjetà ma għandhomx jaqbżu l-kwantità meħtieġa biex tipproduċi ħxejjex tal-varjetà kkonċernata fuq wiċċ limitat stipulat skont l-importanza tal-kultivazzjoni tal-ispeċi kkonċernata. Biex ikun żgurat li dawn il-kwantitajiet ikunu rispettati, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-produtturi biex jinnotifikaw il-kwantitajiet ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni li beħsiebhom jipproduċu u għandhom jallokaw il-kwantitajiet lill-produtturi fejn dan ikun xieraq.

(11)

Għal varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi għandu jkollhom l-għamla ta’ obbligu li ż-żerriegħa titqiegħed fis-suq f’imballaġġi żgħar, billi l-ispiża relattivament għolja taż-żerriegħa mibjugħa f’imballaġġi żgħar ikollha l-effett ta’ limitazzjoni kwantitattiva.

(12)

Għal varjetajiet ta’ konservazzjoni u l-varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari, it-traċċabilità taż-żerriegħa għandha tiġi żgurata permezz ta’ rekwiżiti xierqa ta’ siġillar u tikkettar.

(13)

Biex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata kif suppost għelejjel taż-żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni u varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikazzjoni u l-verifika taż-żerriegħa. Għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali ta’ segwitu fuq iż-żerriegħa. Għandu jitwettaq monitoraġġ uffiċjali fl-istadji kollha ta’ produzzjoni u tqegħid fis-suq. L-ammonti ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni li jitqiegħdu fis-suq għandhom jiġu rrapurtati mill-fornituri lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(14)

Wara tliet snin il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri previsti f’din id-Direttiva, partikolarment, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni u varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari, humiex effettivi.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-ispeċi tal-ħxejjex koperti mid-Direttiva 2002/55/KE, din id-Direttiva tistipula ċerti derogi, fir-rigward tal-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti peermezz tat-tkabbir u t-tqegħid fis-suq:

(a)

għall-approvazzjoni tal-inklużjoni fil-katalgi nazzjonali ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex, kif previsit fid-Direttiva 2002/55/KE, ta’ landraces u varjetajiet tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku, minn issa ‘l quddiem “varjetajiet ta’ konservazzjoni”, u

(b)

għall-approvazzjoni għall-inklużjoni fil-katalgi msemmija fil-punt (a) ta’ varjetajiet bl-ebda valur intrinsiku kummerċjali għal produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari, minn issa ‘l quddiem “varjetajiet żviluppati biex jikbru f’kundizzjonijiet partikulari”, u

(c)

għat-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni u varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari bħal dawn.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva, għandha tapplika d-Direttiva 2002/55/KE.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ambjent naturali tiegħu u, fil-każ ta’ speċi ta’ pjanti kkultivati, f’ambjent ikkultivat fejn dawn żviluppaw il-proprjetajiet distintivi tagħhom;

(b)

“tgħawwir ġenetiku” tfisser telf ta’ diversità ġenetika bejn u ġewwa populazzjonijiet u varjetajiet tal-istess speċi biż-żmien, jew tnaqqis fil-bażi ġenetika ta’ speċi kawża ta’ intervenzjoni umana jew bidla fl-ambjent;

(c)

“landrace” tfisser sett ta’ popolazzjonijiet jew kloni ta’ speċi ta’ pjanti li huma adattati b’mod naturali għall-kundizzjonijiet ambjentali tar-reġjun tagħhom.

KAPITOLU II

Varjetajiet ta’ konservazzjoni

Taqsima I

Approvazzjoni ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni

Artikolu 3

Varjetajiet ta’ konservazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetajiet ta’ konservazzjoni soġġetti għar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 4 u 5.

2.   Il-varjetajiet ta’ konservazzjoni għandhom jiġu aċċettati kif ġej:

(a)

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetà bħala varjetà ta’ konservazzjoni li ż-żerriegħa tagħha tkun jew iċċertifikata bħala “żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetà ta’ konservazzjoni” jew verifikata bħala “żerriegħa standard ta’ varjetà ta’ konservazzjoni”. Varjetà bħal din għandha tiddaħħal f’katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex bħala “varjetà ta’ konservazzjoni li ż-żerriegħa tagħha għandha tiġi ċċertifikata skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE jew tiġi verifikata skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva”;

(b)

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetà bħala varjetà li ż-żerriegħa tagħha tista’ tiġi verifikata biss bħala “żerriegħa standard ta’ varjetà ta’ konservazzjoni”. Varjetà bħal din għandha tiddaħħal f’katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex bħala “varjetà ta’ konservazzjoni li ż-żerriegħa tagħha għandha tiġi verifikata skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE”.

Artikolu 4

Rekwiżiti sostantivi

1.   Biex tkun approvata bħala varjetà ta’ konservazzjoni, landrace jew varjetà msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) għandha tippreżenta interess għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2003/91/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw id-dispożizzjonijiet tagħhom stess fir-rigward ta’ preċiżjoni, stabilità u uniformità ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni.

F’każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-preċiżjoni u l-istabilità mill-inqas għandhom japplikaw il-karatteristiċi li msemmija:

(a)

fil-kwestjonarji tekniċi assoċjati mal-protokolli tat-test tal-Uffiċċju Komunitarju dwar il-Varjetà tal-Pjanti (CPVO), għall-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/91/KE, li japplikaw għal dawk l-ispeċi, jew

(b)

fil-kwestjonarji tekniċi tal-Linjigwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (UPOV), għall-sipeċi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2003/91/KE, li tapplika għal dawk l-ispeċi.

Għall-valutazzjoni tal-uniformità għandha tapplika d-Direttiva 2003/91/KE.

Madankollu, jekk il-livell ta’ uniformità huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ entitajiet mhux tipiċi, għandu japplika standard tal-popolazzjoni ta’ 10 % u probabilità ta’ approvazzjoni ta’ mill-anqas 90 %.

Artikolu 5

Rekwiżiti proċedurali

B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, ma għandux ikun meħtieġ investigar uffiċjali jekk it-tagħrif li ġej ikun biżżejjed għad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni:

(a)

id-deskrizzjoni tal-varjetà ta’ konservazzjoni u d-denominazzjoni tagħha;

(b)

ir-riżultati ta’ testijiet mhux uffiċjali;

(c)

l-għarfien li nkiseb minn esperjenza prattika matul il-kultivazzjoni, ir-riproduzzjoni u l-użu kif innotifikat mill-applikant għall-Istat Membru kkonċernat;

(d)

tagħrif ieħor, b’mod partikulari minn awtoritajiet ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dan l-iskop mill-Istati Membri.

Artikolu 6

Esklużjoni tal-approvazzjoni

Varjetà ta’ konservazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata għall-inklużjoni fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet jekk:

(a)

hija diġà elenkata fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex bħala varjetà li mhijiex varjetà ta’ konservazzjoni, jew tħassret minn dak il-katalgu komuni fl-aħħar sentejn, jew il-perjodu li ngħata skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/55/KE skada inqas minn sentejn ilu; jew

(b)

hija protetta minn dritt esklussiv tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanta, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (8), jew minn dritt esklussiv nazzjonali tal-varjetà tal-pjanta, jew hemm applikazzjoni pendenti għal dritt bħal dan.

Artikolu 7

Denominazzjoni

1.   Fir-rigward ra’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni li kienu magħrufa qabel il-25 ta’ Mejju 2000, l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mir-Regolament (KE) Nru 637/2009, minbarra fejn derogi bħal dawn jiksru drittijiet preċedenti ta’ parti terza li huma protetti permezz tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Minkejja l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw aktar minn isem wieħed ta’ varjetà jekk l-ismijiet ikkonċernati jkunu storikament magħrufa.

Artikolu 8

Reġjun tal-oriġini

1.   Fejn Stat Membru jaċċetta varjetà ta’ konservazzjoni, huwa għandu jidentifika l-lokalità jew il-lokalitajiet, ir-reġjun jew ir-reġjuni, li fihom storikament tkabbret il-varjetà u li adattat b’mod naturali għalihom, minn issa ‘l quddiem “reġjun tal-oriġini”. Huwa għandu jieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni minn awtoritajiet tar-riżorsi tal-ġenetika tal-pjanti jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dak l-iskop mill-Istati Membri.

Fejn ir-reġjun ta’ oriġini jinsab f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa għandu jiġi identifikat mill-Istati Membru kollha kkonċernati bi ftehim komuni.

2.   L-Istat Membru jew l-Istati Membri li jwettqu l-identifikazzjoni tar-reġjun tal-oriġini għandu/għandhom jinnotifika(w) ir-reġjun identifikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Għażla għall-preservazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi preservata varjetà ta’ konservazzjoni fir-reġjun ta’ oriġini tagħha.

Taqsima II

Produzzjoni taż-żerriegħa u t-tqegħid fis-suq tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni

Artikolu 10

Ċertifikazzjoni

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li żerriegħa tal-varjetà ta’ konservazzjoni tista’ tiġi ċċertifikata bħala żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetà ta’ konservazzjoni jekk tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żerriegħa mnissla minn żerriegħa prodotta skont prassi definita sewwa għall-preservazzjoni tal-varjetà;

(b)

iż-żerriegħa tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ta’ “żerriegħa ċertifikata” prevista fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward tal-purità minima tal-varjetà u r-rekwiżiti dwar l-investigazzjoni uffiċjali jew investigazzjoni taħt superviżjoni uffiċjali;

(c)

iż-żerriegħa għandha purità biżżejjed tal-varjetà.

Artikolu 11

Verifika

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li żerriegħa tal-varjetà ta’ konservazzjoni tista’ tiġi ċċertifikata bħala żerriegħa standard ta’ varjetà ta’ konservazzjoni jekk tilħaq ir-rewkiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żerriegħa tikkonforma mar-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ “żerriegħa standard” previst fid-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward tal-purità minima tal-varjetà;

(b)

iż-żerriegħa għandha purità biżżejjed tal-varjetà.

Artikolu 12

Ittestjar taż-żerriegħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu t-testijiet biex jikkontrollaw li ż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ konservazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 10 u 11.

2.   It-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jeżistux, skont kwalunkwe metodu xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjuni meħuda għat-test imsemmi fil-paragrafu 1 jintgħażlu minn lottijiet omoġeni. Huma għandhom jiżguraw li jiġu applikati r-regoli fuq il-piż tal-lott u l-piż ta’ kampjun kif previst fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/55/KE.

Artikolu 13

Reġjun tal-produzzjoni taż-żerriegħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa tal-varjetà ta’ konservazzjoni tista’ tiġi prodotta biss fir-reġjun ta’ oriġini.

Jekk iż-żerriegħa ma tistax tiġi prodotta f’dak ir-reġjun, minħabba problema ambjentali speċifika, l-Istati Membri jistgħu japprovaw reġjuni addizzjonali għal produzzjoni taż-żerriegħa filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni tagħrif dwar minn awtoritajiet dwar riżors ġenetiku tal-pjanti jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dan l-iskop mill-Istati Membri. Minkejja dan, żerriegħa prodotta f’dawk ir-reġjuni addizzjonali għandha tiġi użata esklussivament fir-reġjun tal-oriġini.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bir-reġjuni li beħsiebhom japprovaw għall-produzzjoni taż-żerriegħa skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jistgħu, fi żmien 20 jum ta’ ħidma mill-wasla ta’ dawk in-notifiki, jirrikjedu li l-kwistjoni titressq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija. Għandha tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 48(1)(b) tad-Direttiva 2002/55/KE, biex jitfasslu, jekk ikun meħtieġ, restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet għall-ħatra ta’ reġjuni bħal dawn.

Jekk la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ieħor ma jagħmlu talba skont it-tieni subparagrafu, l-Istat Membru rilevanti jista’ japprova r-reġjuni addizzjonali għal produzzjoni taż-żerriegħa kif kien innotifikat.

Artikolu 14

Kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa tal-varjetà ta’ konservazzjoni tista’ titqiegħed fis-suq biss soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hija ġiet prodotta fir-reġjun ta’ oriġini tagħha jew f’reġjun imsemmi fl-Artikolu 13;

(b)

it-tqegħid fis-suq isir fir-reġjun ta’ oriġini tagħha.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1(b), Stat Membru jista’ japprova reġjuni addizzjonali fit-territorju tiegħu stess għat-tqegħid fis-suq ta’ varjetà ta’ konservazzjoni bil-kundizzjoni li dawk ir-reġjuni huma komparabbli għar-reġjun ta’ oriġini f’dak li għandu x’jaqsam mal-abitat naturali u seminaturali ta’ dik il-varjetà.

Fil-każ fejn l-Istati Membri japprovaw reġjuni addizzjonali bħal dawn, huma għandhom jiżguraw l-ammont ta’ żerriegħa meħtieġa għall-produzzjoni ta’ mill-inqas il-kwantità ta’ żerriegħa msemmija fl-Artikolu 15 ikun riservat biex jikkonserva l-varjetà fir-reġjun ta’ oriġini tagħha.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bl-approvazzjoni ta’ reġjuni addizzjonali bħal dawn.

3.   Fil-każ fejn Stat Membru japprova reġjuni addizzjonali għal produzzjoni taż-żerriegħa skont l-Artikolu 13, huwa ma għandux juża d-deroga prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Restrizzjonijiet kwantitattivi

Kull Stat Membru għandu jiżgura li, għal kull varjetà ta’ konservazzjoni, il-kwantità taż-żerriegħa mqiegħda fis-suq ma taqbiżx il-kwantità meħtieġa għall-produzzjoni tal-ħxejjex fuq l-għadd ta’ ettari stipulat fl-Anness I għall-ispeċi rispettivi.

Artikolu 16

Applikazzjoni tar-restrizzjonijiet kwantitattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jinnotifikawhom qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ produzzjoni bid-daqs u l-akkwati taż-żona għall-produzzjoni taż-żerriegħa.

2.   Jekk, abbażi tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, il-kwantitajiet stipulati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 15 x’aktarx jinqabżu, l-Istati Membri għandhom jallokaw lil kull produttur ikkonċernat il-kwantità li jista’ jqiegħed fis-suq fl-istaġun rispettiv ta’ produzzjoni.

Artikolu 17

Siġill tal-imballaġġi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-varjetà tal-konservazzjoni tista’ titqiegħed fis-suq biss f’imballaġġi magħluqa li jkollhom tagħmir ta’ siġill.

2.   Imballaġġi taż-żerriegħa għandhom jiġu ssiġillati b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jirvinaw is-sistema ta’ siġill jew mingħajr ma jħallu evidenza ta’ tbagħbis fuq it-tikketta tal-fornitur jew fuq l-imballaġġ.

3.   Biex jiġi żgurat siġill skont il-paragrafu 2, is-sistema ta’ siġill għandha tinkludi mill-inqas tikketta jew it-twaħħil ta’ siġill.

Artikolu 18

Tikkettar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġi jew ir-reċipjenti ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni jkollhom tikketta tal-fornitur jew avviż stampat jew ittimbrat li jinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

il-kliem “regoli u standards tal-KE”;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-persuna reponsabbli li twaħħal it-tikketti jew il-marka tal-identifikazzjoni tiegħu;

(c)

is-sena ta’ siġill miktuba bħala: “siġill fi …”(is-sena), jew is-sena tal-aħħar teħid ta’ kampjuni għall-iskopijiet tal-aħħar ittestjar tal-ġerminazzjoni miktuba bħala: “meħud bħala kampjun fi …”(is-sena);

(d)

l-ispeċi;

(e)

id-denominazzjoni tal-varjetà tal-konservazzjoni;

(f)

il-kliem “żerriegħa ċertifikata ta’ varjetà ta’ konservazzjoni” jew “żerriegħa standard ta’ varjetà ta’ konservazzjoni”;

(g)

ir-reġjun tal-oriġini;

(h)

meta r-reġjun ta’ produzzjoni taż-żerriegħa jkun differenti mir-reġjun tal-oriġini, l-indikazzjoni tar-reġjun tal-produzzjoni taż-żerriegħa;

(i)

in-numru ta’ referenza tal-lott mogħti mill-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti;

(j)

il-piż nett jew gross iddikjarat, jew l-għadd dikjarat ta’ żrieragħ;

(k)

meta l-piż ikun indikattiv u jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi fl-għamla ta’ pretkuni jew addittivi solidi oħra, in-natura tat-trattament kimiku jew l-addittiv u l-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-ħbub jew żrieragħ puri u l-piż totali.

Artikolu 19

Kontroll uffiċjali ta’ segwitu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-varjetà tal-konservazzjoni mqiegħda fis-suq skont din id-Direttiva tkun soġġetta għal spezzjonijiet aleatorji ta’ kontroll uffiċjali ta’ segwitu biex jivverifikaw l-identità tagħha tal-varjetà u l-purità tagħha tal-varjetà.

Il-kontroll uffiċjali ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq skont metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jeżistux, skont kwalunkwe metodu xieraq.

Artikolu 20

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz ta’ monitoraġġ uffiċċjali matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq li ż-żerriegħa tikkonforma ma’ dan il-Kapitolu, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għall-varjetà, l-akkwati tal-produzzjoni taż-żerriegħa u l-kwantitajiet.

KAPITOLU III

Varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari

Taqsima I

Approvazzjoni ta’ varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari

Artikolu 21

Varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari

1.   L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari soġġetti għar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 22 u 23.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari bħala varjetà li għandha żerriegħa li tista’ tiġi verifikata biss bħala “żerriegħa standard ta’ varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikolari”. Varjetà bħal din għandha tiddaħħal fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex bħala “varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari li għandha żerriegħa li għandha tiġi vverifikata skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE”.

Artikolu 22

Rekwiżiti sostantivi

1.   Biex tiġi aċċettata bħala varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b), varjetà ma għandu jkollha l-ebda valur kummerċjali intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari.

Varjetà għandha titqies li ġiet żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari jekk ġiet żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet agrotekniċi, klimatiċi jew pedagoġiċi partikulari.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2003/91/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw id-dispożizzjonijiet tagħhom stess fir-rigward ta’ diffrenzjar, stabilità u uniformità tal-varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari.

F’każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għad-differenzjar u l-istabilità mill-inqas għandhom japplikaw il-karatteristiċi msemmija:

(a)

fil-kwestjonarji tekniċi assoċjati mal-protokolli tat-testijiet tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetà tal-Pjanti (UKVP), għall-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/91/KE, li japplikaw għal dawk l-ispeċi, jew

(b)

fil-kwestjonarji tekniċi tal-Linjigwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV), għall-ispeċi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2003/91/KE, li japplikaw għal dawk l-ispeċi.

Għall-valutazzjoni tal-uniformità, għandha tapplika d-Direttiva 2003/91/KE.

Minkejja dan, jekk il-livell tal-uniformità jiġi stabbilit abbażi ta’ entitajiet mhux tipiċi, għandhom jiġu applikati standard tal-popolazzjoni ta’ 10 % u probabilità ta’ approvazzjoni ta’ mill-inqas 90 %.

Artikolu 23

Rekwiżiti proċedurali

Permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, ma għandha tintalab l-ebda investigazzjoni uffiċjali jekk it-tagħrif li ġej ikun biżżejjed għad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari:

(a)

id-deskrizzjoni tal-varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari u d-denominazzjoni tagħhom;

(b)

ir-riżultati tat-testijiet mhux ufffiċjali;

(c)

l-għarfien li nkiseb mill-esperjenza prattika waqt il-kultivazzjoni, ir-riproduzzjoni u l-użu, kif innotifikat mill-applikant lill-Istat Membru kkonċernat;

(d)

tagħrif ieħor, partikolarment minn awtoritajiet tar-riżorsi tal-ġenetika tal-pjanti jew minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għal dan l-iskop mill-Istati Membri.

Artikolu 24

Esklużjoni tal-approvazzjoni

Varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari ma għandhiex tiġi aċċettata għall-inklużjoni fil-katalgu nazzjonali tal-varjetajiet jekk:

(a)

hija diġà elenkata fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi tal-ħxejjex bħala varjetà li mhijiex varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari, jew tħassret minn dak il-katalgu komuni fl-aħħar sentejn, jew il-perjodu li ngħata skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/55/KE skada inqas minn sentejn ilu; jew

(b)

hija protetta minn dritt esklussiv tal-Komunità tal-varjetà tal-pjanta, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, minn dritt esklussiv nazzjonali tal-varjetà tal-pjanta, jew jekk hemm applikazzjoni pendenti għal dritt bħal dan.

Artikolu 25

Denominazzjoni

1.   Fir-rigward ra’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari li kienu magħrufa qabel il-25 ta’ Mejju 2000, l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mir-Regolament (KE) Nru 637/2009, minbarra fejn derogi bħal dawn jiksru drittijiet preċedenti ta’ parti terza li huma protetti permezz tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Minkejja l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw aktar minn isem wieħed ta’ varjetà jekk l-ismijiet ikkonċernati jkunu storikament magħrufa.

Taqsima II

Tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari

Artikolu 26

Verifika

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li żerriegħa tal-varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari tista’ tiġi verifikata bħala żerriegħa standard ta’ varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari jekk tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iż-żerriegħa tikkonforma mar-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta’ ‘żerriegħa standard’ previst fid-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward tal-purità minima tal-varjetà;

(b)

iż-żerriegħa għandha purità biżżejjed tal-varjetà.

Artikolu 27

Ittestjar taż-żerriegħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu t-testijiet biex jikkontrollaw li ż-żerriegħa tal-varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari tikkonforma mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 26.

2.   It-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jeżistux, skont kwalunkwe metodu xieraq.

Artikolu 28

Restrizzjonijiet kwantitattivi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa ta’ varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari titqiegħed fis-suq f’imballaġġi żgħar, li ma jaqbżux il-piż nett stipulat għal kull speċi fl-Anness II.

Artikolu 29

Siġill tal-pakketti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari tista’ titqiegħed fis-suq biss f’imballaġġi magħluqa li jkollhom tagħmir ta’ siġill.

2.   Imballaġġi taż-żerriegħa għandhom jiġu ssiġillati b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jirvinaw is-sistema ta’ siġill jew mingħajr ma jħallu evidenza ta’ tbagħbis fuq it-tikketta tal-fornitur jew fuq l-imballaġġ.

3.   Biex jiġi żgurat siġill skont il-paragrafu 2, is-sistema ta’ siġill għandha tinkludi mill-inqas tikketta jew it-twaħħil ta’ siġill.

Artikolu 30

Tikkettar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġi ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari jkollhom tikketta tal-fornitur jew avviż stampat jew ittimbrat li jinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

il-kliem “regoli u standards tal-KE”;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-persuna reponsabbli li twaħħal it-tikketti jew il-marka tal-identifikazzjoni tiegħu;

(c)

is-sena ta’ siġill espressa bħala: “siġill fi …”(is-sena), jew is-sena tal-aħħar teħid ta’ kampjuni għall-iskopijiet tal-aħħar ittestjar tal-ġerminazzjoni miktuba bħala: “meħud bħala kampjun fi …”(is-sena);

(d)

l-ispeċi;

(e)

id-denominazzjoni tal-varjetà;

(f)

il-kliem “varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari”;

(g)

in-numru ta’ referenza tal-lott mogħti mill-persuna responsabbli li twaħħal it-tikketti;

(h)

il-piż nett jew gross iddikjarat, jew l-għadd dikjarat ta’ żrieragħ;

(i)

meta l-piż ikun indikattiv u jintużaw pestiċidi granulati, sustanzi fl-għamla ta’ pretkuni jew addittivi solidi oħra, in-natura tat-trattament kimiku jew l-addittiv u l-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-ħbub puri taż-żrieragħ u l-piż totali.

Artikolu 31

Kontroll uffiċjali ta’ segwitu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żerriegħa tal-varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari tkun soġġetta għal spezzjonijiet aleatorji ta’ kontroll uffiċjali ta’ segwitu biex jivverifikaw l-identità tagħha tal-varjetà u l-purità tagħha tal-varjetà.

Il-kontroll uffiċjali ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq skont metodi internazzjonali attwali, jew, fejn metodi bħal dawn ma jeżistux, skont kwalunkwe metodu xieraq.

Artikolu 32

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz ta’ monitoraġġ uffiċjali matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq li ż-żerriegħa tikkonforma ma’ dan il-Kapitolu, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għall-varjetà u l-kwantitajiet.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 33

Rappurtar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri li joperaw fit-territorju tagħhom jirrappurtaw għal kull staġun ta’ produzzjoni l-ammont imqiegħed fis-suq ta’ żerriegħa ta’ kull varjetà ta’ konservazzjoni u ta’ kull varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari.

Meta jintalbu, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ammont imqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom ta’ kull varjetà ta’ konservazzjoni u ta’ kull varjetà żviluppata biex titkabbar f’kundizzjonijiet partikulari.

Artikolu 34

Notifika tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ riżorsi tal-ġenetika tal-pjanti

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 5(d), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(d).

Artikolu 35

Evalwazzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 36

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir din it-tip ta’ referenza.

2.   L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 378, 23.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 18.

(5)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10.

(8)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.


ANNESS I

Restrizzjonijiet kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ta’ konservazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 15

Isem botaniku

Numru massimu ta’ ettari għal kull Stat Membru għal produzzjoni ta’ ħxejjex għal kull varjetà ta’ konservazzjoni

Allium cepa L. - grupp Cepa

Brassica oleracea L.

Brassica rapa L.

Capsicum annuum L.

Cichorium intybus L.

Cucumis melo L.

Cucurbita maxima Duchesne

Cynara cardunculus L.

Daucus carota L.

Lactuca sativa L.

Lycopersicon esculentum Mill.

Phaseolus vulgaris L.

Pisum sativum L. (partim)

Vicia faba L. (partim)

40

Allium cepa L. - grupp Aggregatum–

Allium porrum L.

Allium sativum L.

Beta vulgaris L.

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Cucumis sativus L.

Cucurbita pepo L.

Foeniculum vulgare Mill.

Solanum melongena L.

Spinacia oleracea L.

20

Allium fistulosum L.

Allium schoenoprasum L.

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm.

Apium graveolens L.

Asparagus officinalis L.

Cichorium endivia L.

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Phaseolus coccineus L.

Raphanus sativus L.

Rheum rhabarbarum L.

Scorzonera hispanica L.

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Zea mays L. (partim)

10


ANNESS II

Piż massimu nett għal kull imballaġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 28

Isem botaniku

Piż massimu nett għal kull imballaġġ fi grammi

Phaseolus coccineus L.

Phaseolus vulgaris L.

Pisum sativum L. (partim)

Vicia faba L. (partim)

Spinacia oleracea L.

Zea mays L. (partim)

250

Allium cepa L. [grupp cepa, grupp aggregatum]

Allium fistulosum L.

Allium porrum L.

Allium sativum l.

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm.

Beta vulgaris L.

Brassica rapa L.

Cucumis sativus L.

Cucurbita maxima Duchesne

Cucurbita pepo L.

Daucus carota L.

Lactuca sativa L.

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Raphanus sativus L.

Scorzonera hispanica L.

Valerianella locusta (L.) Laterr.

25

Allium schoenoprasum L.

Apium graveolens L.

Asparagus officinalis L.

Brassica oleracea L. [all]

Capsicum annuum L.

Cichorium endivia L.

Cichorium intybus L.

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Cucumis melo L.

Cynara cardunculus L.

Lycopersicon esculentum Mill.

Foeniculum vulgare Mill.

Rheum rhabarbarum L.

Solanum melongena L.

5


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/55


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/146/KE

tas-26 ta’ Novembru 2009

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi aluminium phosphide, calcium phosphide, magnesium phosphide, cymoxanil, dodemorph, 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, metamitron, sulcotrione, tebuconazole u triadimenol bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/125/KE (2) fiha żbalji terminoloġiċi fir-rigward tal-użi li jistgħu jiġu awtorizzati għall-aluminium phosphide, il-calcium phosphide u l-magnesium phosphide. Dawn l-iżbalji jridu jiġu kkoreġuti.

(2)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2008/125/KE hu kkoreġut kif ġej:

(1)

F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 266 (aluminium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentanza huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida, rodentiċida, talpiċida jew leporiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom aluminium phosphide.

Għall-użu bħala rodentiċida, talpiċida jew leporiċida l-użi ta’ barra biss jistgħu jiġu awtorizzati.”

(2)

F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 267 (calcium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentenza huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala rodentiċida u talpiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom calcium phosphide.”

(3)

F’parti A tas-seba’ kolonna (dispożizzjonijiet speċifiċi) tar-ringiela Nru 268 (magnesium phosphide) l-ewwel u t-tieni sentenza huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala insettiċida, rodentiċida, talpiċida jew leporiċida fil-forma ta’ prodotti lesti għall-użu li fihom magnesium phosphide.

Għall-użu bħala rodentiċida, talpiċida jew leporiċida l-użi ta’ barra biss jistgħu jiġu awtorizzati.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 78.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Novembru 2009

li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9105)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/851/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 22(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2006/66/KE, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw regolarment permezz ta’ kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed marbut mat-tħejjija ta’ dak ir-rapport, huwa xieraq li tkun limitata l-lista tal-informazzjoni meħtieġa għal dik id-dejta li hija l-iktar ta’ ħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għal titjib fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom iħejju r-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE permezz tal-kwestjonarju fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS

IL-KWESTJONARJU GĦAR-RAPPORT TAL-ISTATI MEMBRI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2006/66/KE

1.   Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

Informazzjoni li għandha tingħata fl-ewwel rapport mill-Istati Membri:

(a)

Jekk jogħġbok agħti referenza u link elettroniku, jekk disponibbli, għal-liġijiet nazzjonali tagħkom li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll għal kull emenda.

(b)

Kien hemm xi dispożizzjoni stabbilita fl-Artikoli 8,15 u 20, li ġiet trasposta permezz ta’ ftehimiet volontarji bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi kkonċernati?

2.   Prestazzjoni ambjentali

Liema passi, inkużi l-istrumenti ekonomiċi tal-Artikolu 9, ittieħdu biex tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tal-batteriji u l-akkumulaturi f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva?

3.   Skemi ta’ ġbir

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor (massimu ta’ 100 kelma) kif l-Artikolu 8 ġie implimentat fil-prattika.

4.   Miri ta’ ġbir

Jekk jogħġbok speċifika r-rati ta’ ġbir milħuqa f’kull sena kalendarja koperta b’dan ir-rapport, inklużi batteriji u akkumulaturi inkorporati f’tagħmir. L-ewwel rapport għandu jkopri biss is-sena 2011.

5.   Trattament u riċiklaġġ

(a)

X’miżuri ttieħdu sabiex ikun żgurat li l-batteriji u l-akkumulaturi kollha mormija li jinġabru jgħaddu minn trattament u riċiklaġġ xieraq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2006/66/KE?

(b)

Sar użu mill-possibbiltà li wieħed jiddisponi minn batteriji jew akkumulaturi portabbli perikolużi miġbura kif speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1). Jekk iva, jekk jogħġbok agħti referenza ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura notifikata lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1).

(c)

X’livell ta’ riċiklaġġ intlaħaq f’kull sena kalendarja kkonċernata? Il-batteriji u l-akkumulaturi miġbura ntbagħtu kollha għar-riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 12(1)?

(d)

X’livell ta’ effiċjenza ta’ riċiklaġġ intlaħaq f’kull sena kalendarja kkonċernata mis-26 ta’ Settembru 2011 u, jekk disponibbli, fis-sena ta’ qabel?

6.   Rimi

(a)

X’miżuri ttieħdu biex ikun żgurat li l-batteriji u akkumulaturi industrijali u awtomotivi mormija ma jispiċċawx fil-miżbliet?

(b)

Ittieħdu xi miżuri oħrajn li jmorru lil hinn minn dawk tal-Artikolu 14 biex jitnaqqas ir-rimi ta’ batteriji u akkumulaturi fl-iskart muniċipali mħallat?

7.   Esportazzjonijiet

X’inhu l-ammont ta’ batteriji jew akkumulaturi mormija u miġbura li ġew esportati lejn pajjiżi terzi? Jekk jogħġbok speċifika lejn liema pajjiżi. U għal kemm minn dawn il-batteriji u akkumulaturi mormija u esportati ngħatat evidenza soda li l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ saru taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 15?

8.   Finanzjament

(a)

X’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-batteriji u akkumulaturi mormija jkun iffinanzjat minn produtturi jew partijiet terzi f’isimhom?

(b)

X’miżuri ttieħdu biex ikun żgurat li l-produtturi ma jħallsux darbtejn meta l-batteriji u l-akkumulaturi jinġabru taħt skemi stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2000/53/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill (1) jew id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/96/KE? (2)

9.   Rapporti ta’ implimentazzjoni nazzjonali

Jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar kwalunkwe miżuri meħuda skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2006/66/KE (massimu ta’ 50 kelma għal kull miżura)

10.   Spezzjonijiet u infurzar

(a)

Jekk jogħġbok agħti dettalji dwar sistemi ta’ spezzjonijiet u monitoraġġ applikati fl-Istati Membri biex tkun żgurata l-konformità mad-Direttiva 2006/66/KE b’mod partikolari mal-Artikoli 4 u 21 tagħha.

(b)

Kemm il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva 2006/66/KE instabu? Kien hemm xi batteriji u akkumulaturi mhux konformi u li ġew irtirati mis-suq nazzjonali? Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet li ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva.

11.   Tagħrif ieħor

(a)

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor id-diffikultajiet ewlenin li ltqajtu magħhom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Kif kienu jew kif jistgħu jkunu indirizzati dawn il-problemi?

(b)

Jekk jogħġbok indika il-korp amministrattiv (isem, indirizz, indirizz elettroniku, dettalji oħra ta’ kuntatt) responsabbli mill-koordinazzjoni tat-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju.


(1)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

(2)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9083)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/852/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel imsejsa, fost l-oħrajn, fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawn il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u jissupplimenta r-regoli mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti strutturali għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll rekwiżiti ta’ iġjene fir-rigward ta’ ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(3)

Permezz tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att tal-Adeżjoni), ir-Rumanija ngħatat perjodu tranżizzjonali, li jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità min-naħa ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib bir-rekwiżiti strutturali u iġjeniċi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(4)

Il-Punt (a) tat-taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

(5)

Minn mindu ssieħbet ir-Rumanija l-għadd ta’ stabbilimenti li huma konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali kiber. Madankollu, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib għadhom għaddejjin bit-titjib strutturali neċessarju sabiex ikunu konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Fid-dawl tat-titjib srutturali li jinsab għaddej, huwa neċessarju li tiġi prevista deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolmenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004. Il-lista tal-istabbilimenti li mhumiex konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti strutturali hija stipulata fl-Anesss I ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Barra minn dan, il-punt (c) tat-Taqsima B.I. tal-Kapitolu 5 tal-Anness VII tal-Att ta’ Adeżjoni jawtorizza, sal-31 ta’ Diċembru 2009 ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(7)

L-azjendi tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi huma mifruxa mat-territorju kollu tar-Rumanija. Il-proporzjon tal-ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, imwassal lil stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fir-Rumanija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

(8)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, huwa f’loku li tingħata deroga limitata fiż-żmien mir-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-għan li tippermetti lir-Rumanija li ġġib is-settur tal-ħalib tagħha konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(9)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jkomplu jipproċessaw ħalib, konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(10)

Barra minn dan, sabiex ma jiġux penalizzati dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li jikkonformaw mar-rekwiżiti strutturali, huwa xieraq li dawn l-istabbilimenti jiġu awtorizzati biex jirċievu ħalib mhux konformi bl-istess kundizzjonijiet bħalma japplikaw għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(11)

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ħalib li ġejjin minn ħalib mhux konformi għandu jkun ristrett għar-Rumanija jew inkella dawn jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-derogi previsti f’din id-Deċiżjoni.

(12)

Dan il-perjodu tranżizzjonali mogħti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar, mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fir-Rumanija għandha tiġi riveduta qabel tmiem dak il-perjodu. Għaldaqstant ir-Rumanija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, l-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib li jipproduċu l-ħalib nej lil dawk l-istabbilimenti u s-sistema tal-ġbir u l-ġarr tal-ħalib mhux konformi.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni l-espressjoni ‘ħalib mhux konformi’ tfisser il-ħalib nej li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, ir-rekwiżiti strutturali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-Anness II, il-Kapitolu II u fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Anness III, it-Taqsima I, il-Kapitoli II u III, it-Taqsima II, il-Kapitoli II u III, u t-Taqsima V, il-Kapitolu I, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-prodotti tal-ħalib prodotti mill-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jitqiegħdu biss fis-suq domestiku fir-Rumanija; jew

(b)

jintużaw biss għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti fir-Rumanija msemmija fil-paragrafu 1.

Prodotti tal-ħalib bħal dawn għandu jkollhom marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni li hija differenti mill-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u mhux, kemm-il darba l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 4

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Subkapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib mhux konformi għandhom:

(a)

jitqiegħdu biss fis-suq domestiku fir-Rumanija; jew

(b)

jintużaw biss għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti fir-Rumanija msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4.

Prodotti tal-ħalib bħal dawn għandu jkollhom marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni li hija differenti mill-marka tas-saħħa jew tal-identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 6

Ir-Rumanija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-progress li jkun sar biex dan li ġej ikun konformi mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 2(1), inkluża skeda għall-konformità tagħhom mar-rekwiżiti strutturali msemmija f’dik id-dispożizzjoni;

(b)

azjendi tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(c)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jitressaq lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

Għal dawn ir-rapporti għandha tintuża l-formola stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS I

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

AB 641

S.C. Biomilk SRL

Lopadea Noua, Jud. Alba, 517395

2

AB 1256

S.C. Binal Mob SRL

Rimetea, Jud. Alba, 517610

3

AB 3386

S.C. Lactate C.H. S.RL

Sanmiclaus, Jud. Alba, 517761

4

AR 563

S.C. Silmar Prod SRL

Santana, Jud. Arad, 317280

5

AG 11

S.C. Agrolact Cosesti

Cosesti, Jud. Arges, 115202

6

BC 2519

S.C. Marlact SRL

Buhoci, Jud. Bacau, 607085

7

BH 4020

S.C. Moisi Serv Com SRL

Borsa, nr. 8, jud. Bihor, 417431

8

BH 5158

S.C. Biolact Bihor SRL

Paleu, Jud. Bihor, 4 17166

9

BN 2120

S.C. Eliezer SRL

Lunca Ilvei, Jud. Bistrita Nasaud, 427125

10

BN 2192

S.C. Simcodrin Com SRL

Budesti-Fanate, Jud. Bistrita-Nasaud, 427021

11

BN 2399

S.C. Carmo- Lact Prod SRL

MOnor., Jud. Bistrita-Nasaud, 427175

12

BN 209

S.C. Calatis Group Prod SRL

Bistrita, Jud. Bistrita-Nasaud, 427006

13

BN 2125

S.C. Sinelli SRL

Milas, Jud. Bistrita- Nasaud, 427165

14

BT 8

S.C. General Suhardo SRL

Paltinis, Jud. Botosani, 717295

15

BT 11

S.C. Portas Com SRL

Vlasinesti, Jud. Botosani, 717465

16

BT 109

S.C. Lacto Mac SRL

Bucecea, Jud. Botosani, 717045

17

BT 115

S.C. Comintex SRL

Darabani, Jud. Botosani, 715100

18

BT 263

S.C. Cosmi SRL

Saveni, Jud. Botosani 715300

19

BT 50

S.C. Pris Com Univers SRL

Flamanzi, Jud. Botosani, 717155

20

BV 8

S.C. Prodlacta SA Homorod

Homorod, Jud. Brasov, 507105

21

BV 2451

S.C. Prodlacta SA Fagaras

Fagaras, Jud. Brasov, 505200

22

BR 36

S.C. Hatman SRL

Vadeni, Jud. Braila, 817200

23

BR 63

S.C. Cas SRL

Braila, Jud. Braila, 810224

24

BZ 0098

S.C. Meridian Agroind

Ramnicu Sarat, Jud. Buzau, 125300

25

BZ 0627

S.C. Ianis Cos Lact SRL

C.A. Rosetti, Jud. Buzau, 127120

26

BZ 2012

S.C. Zguras Lacto SRL

Pogoanele, Jud. Buzau, 25200

27

CL 0044

S.C. Ianis Dim SRL

Lehliu Gară, Jud. Calarasi, 915300

28

CL 0368

S.C. Lacto GMG SRL

Jegalia, Jud. Calarasi, 917145

29

CJ 41

S.C. Kazal SRL

Dej, Jud. Cluj, 405200

30

CJ 7584

S.C. Aquasala SRL

Bobalna, Jud. Cluj, 407085

31

CT 04

S.C. Lacto Baneasa SRL

Baneasa, Jud. Constanta, 907035

32

CT 15

S.C. Nic Costi Trade SRL

Dorobantu, Jud. Constanta, 907211

33

CT 225

S.C. Mih Prod SRL

Cobadin, Jud.Constanta, 907065

34

CT 256

S.C. Ian Prod SRL

Targusor, Jud.Constanta, 907275

35

CT 258

S.C. Binco Lact SRL

Sacele, Jud.Constanta, 907260

36

CT 311

S.C. Alltocs Market SRL

Pietreni, Jud.Constanta, 907112

37

CT 11988

S.C. Lacto Baron SRL

Harsova, Jud. Constanta, 905400

38

CT 12203

S.C. Lacto Genimico SRL

Harsova, Jud. Constanta, 905400

39

CT 30

S.C. Eastern European Foods SRL

Mihail Kogalniceanu, Jud. Constanta, 907195

40

CT 294

S.C. Suflaria Import Export SRL

Cheia, Jud. Constanta, 907277

41

L9

S.C. Covalact SA

Sfantu Gheorghe, Jud. Covasna, 520076

42

CV 2451

S.C. Agro Pan Star SRL

Sfantu Gheorghe, Jud. Covasna, 520020

43

DJ 80

S.C. Duvadi Prod Com SRL

Breasta, Jud. Dolj, 207115

44

DJ 730

S.C. Lactido SA

Craiova, Jud. Dolj, 200378

45

GL 4136

S.C. Galmopan SA

Galati, Jud. Galati, 800506

46

GR 5610

S.C. Lacta SA

Giurgiu, Jud. Giurgiu, 080556

47

GJ 231

S.C. Sekam Prod SRL

Novaci, Jud. Gorj, 215300

48

GJ 2202

S.C. Arte Import Export

Targu. Jiu, Jud. Gorj, 210112

49

HR 383

S.C. Lactate Harghita SA

Cristuru Secuiesc, Jud. Harghita, 535400

50

HR 166

S.C. Lactopan SRL

Mujna, Jud. Harghita, 537076

51

HR 119

S.C. Bomilact SRL

Mădăraș, Jud. Harghita, 537071

52

HR 213

S.C. Paulact SA

Mărtiniș, Harghita, 537175

53

HR 625

S.C. Lactis SRL

Odorheiu Secuiesc, Harghita, 535600

54

HD 1014

S.C. Sorilact SA

Risculita, Jud. Hunedoara, 337012

55

IL 0750

S.C. Balsam Med SRL

Țăndărei, Jud. Ialomita, 925200

56

IL 1167

S.C. Sanalact SRL

Slobozia, Jud. Ialomita, 920002

57

IS 1012

S.C. Agrocom S.A.

Strunga, Jud. Iasi, 707465

58

IS 1540

S.C. Promilch S.R.L.

Podu Iloaiei, Jud. Iasi, 707365

59

MM 793

S.C. Wromsal SRL

Satulung, Jud. Maramures 437270

60

MM 6325

S.C. Ony SRL

Larga, Jud. Maramures, 437317

61

MM 1795

S.C. Calitatea SRL

Tautii Magheraus, Jud. Maramures, 437349

62

MM 4714

S.C. Saturil SRL

Giulesti, Jud. Maramures, 437162

63

MH 1304

S.C. IL SA Mehedinti

Drobeta Turnu Severin, Jud. Mehedinti, 220167

64

MS 297

S.C. Rodos S.R.L

Faragau, Jud. Mures, 547225

65

MS 483

S.C. Heliantus Prod

Reghin, Jud. Mures, 545300

66

MS 532

S.C. Horuvio Service SRL

Lunca Santu, Jud. Mures, 547375

67

MS 2462

S.C. Lucamex Com SRL

Gornesti, Jud. Mures, 547280

68

MS 5554

S.C. Globivetpharm S.R.L

Batos, Jud. Mures, 547085

69

L12

S.C. Camytex Prod SRL

Targu Neamt, Jud. Neamt, 615200

70

NT 900

S.C. Complex Agroalimentar SRL

Bicaz, Jud. Neamt, 615100

71

PH 212

S.C. Vitoro SRL

Ploiesti, Jud. Prahova, 100537

72

SM 4189

S.C. Primalact SRL

Satu Mare, Jud. Satu Mare, 440089

73

SJ 282

S.C. Calion SRL

Jibou, Jud. Salaj, 455200

74

SV 1085

S.C. Bucovina SA Falticeni

Falticeni, Jud. Suceava, 725200

75

SV 1562

S.C. Bucovina SA Suceava

Suceava, Jud. Suceava, 720290

76

SV 1888

S.C. Tocar Prod SRL

Fratautii Vechi, Jud. Suceava, 727255

77

SV 4540

S.C. Kinetas SRL

Boroaia, Jud. Suceava, 727040

78

SV 4909

S.C. Zada Prod SRL

Horodnic de Jos, Jud. Suceava, 727301

79

SV 6159

S.C. Ecolact SRL

Milisauti, Jud. Suceava, 727360

80

TR 78

S.C. Interagro SRL

Zimnicea, Jud. Teleorman, 145400

81

TR 27

S.C. Violact SRL

Putineiu, Jud. Teleorman, 147285

82

TR 81

S.C. Big Family SRL

Videle, Jud. Teleorman, 145300

83

TR 239

S.C. Comalact SRL

Nanov, Jud. Teleorman, 147215

84

TR 241

S.C. Investrom SRL

Sfintesti, Jud. Teleorman, 147340

85

TL 965

S.C. Mineri SRL

Mineri, Jud. Tulcea, 827211

86

VN 231

S.C. Vranlact SA

Focsani, Jud. Vrancea, 620122

87

VN 348

S.C. Stercus Lacto SRL

Ciorasti, Jud. Vrancea, 627082

88

VN 35

S.C. Monaco SRL

Vrâncioaia, Jud. Vrancea, 627445


ANNESS II

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

L35

S.C. Danone PDPA Romania SRL

Bucuresti, 032451

2

L81

S.C. Raraul SA

Campulung Moldovenesc, Jud.Suceava, 725100


ANNESS III

LISTA TA’ STABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

1

L18

S.C. Depcoinf MBD SRL

Targu Trotus, Jud. Bacau, 607630

2

L72

S.C. Lactomuntean SRL

Teaca, Jud. Bistrita Nasaud, 427345

3

L78

S.C. Romfulda Prod SRL

Beclean, Jud. Bistrita Nasaud, 425100

4

L107

S.C. Bendear Cris Prod Com SRL

Sieu Magherus, Jud. Bistrita-Nasaud, 427295

5

L109

S.C. G&B Lumidan SRL

Rodna, Jud. Bistrita-Nasaud, 427245

6

L110

S.C. Lech Lacto SRL

Lechinta, Jud. Bistrita-Nasaud, 427105

7

L3

S.C. Aby Impex SRL

Sendriceni, Jud. Botosani, 717380

8

L4

S.C. Spicul 2 SRL

Dorohoi, Jud. Botosani, 715200

9

L116

S.C. Ram SRL

Ibanesti, Jud. Botosani, 717215

10

L73

S.C. Eurocheese Productie SRL

Bucuresti, 030608

11

L97

S.C. Terra Valahica SRL

Berca, Jud. Buzau, 127035

12

L129

S.C. Bonas Import Export SRL

Dezmir, Jud. Cluj, 407039

13

L84

S.C. Picolact Prodcom SRL

Iclod, Jud. Cluj, 407335

14

L122

S.C. Napolact SA

Cluj-Napoca, Jud. Cluj, 400236

15

L43

S.C. Lactocorv SRL

Ion Corvin, Jud. Constanta, 907150

16

L40

S.C. Betina Impex SRL

Ovidiu, Jud. Constanta, 905900

17

L41

S.C. Elda Mec SRL

Topraisar, Jud. Constanta, 907210

18

L87

S.C. Niculescu Prod SRL

Cumpana, Jud. Constanta, 907105

19

L118

S.C. Assla Kar SRL

Medgidia, Jud. Constanta, 905600

20

L130

S.C. Muntina Prod SRL

Constanta, Jud. Constanta, 900735

21

L58

S.C. Industrializarea Laptelui SA

Targoviste, Jud. Dambovita, 130062

22

L82

S.C. Totallact Group S.A.

Dragodana, Jud. Dambovita, 137200

23

L91

S.C. Cosmilact SRL

Schela, Jud. Galati, 807265

24

L55

S.C. Gordon Prod SRL

Bisericani, Jud. Harghita, 535062

25

L65

S.C. Karpaten Milk

Suseni, Jud. Harghita, 537305

26

L124

S.C. Primulact SRL

Miercurea Ciuc, Jud. Harghita, 530242

27

L15

S.C. Teletext SRL

Slobozia, Jud. Ialomita, 920066

28

L99

S.C. Valizvi Prod Com SRL

Garbovi, Jud. Ialomita, 927120

29

L47

S.C. Oblaza SRL

Bârsana, Jud. Maramures, 437035

30

L85

S.C. Avi-Seb Impex SRL

Copalnic, Manastur, Jud. Maramures, 437103

31

L86

S.C. Zea SRL

Boiu Mare, Jud. Maramures, 437060

32

L16

S.C. Roxar Prod Com SRL

Cernesti, Jud. Maramures, 437085

33

L54

S.C. Rodlacta S.R.L.

Faragau, Jud. Mures, 547225

34

L32

S.C. Hochland Romania SRL

Sighisoara, Jud. Mures, 545400

35

L21

S.C. Industrializarea Laptelui Mures S.A.

Targu Mures, Jud. Mures, 540390

36

L108

S.C. Lactex Reghin SRL

Solovastru, Jud. Mures, 547571

37

L121

S.C. Mirdatod Prod S.R.L

Ibanesti, Jud. Mures, 547325

38

L96

S.C. Prod A.B.C. Company SRL

Grumazesti, Jud. Neamt, 617235

39

L101

S.C. 1 Decembrie SRL

Targu Neamt, Jud. Neamt, 615235

40

L106

S.C. Rapanu SR. COM SRL

Petricani, Jud. Neamt, 617315

41

L6

S.C Lacta Han Prod SRL

Urecheni, Jud. Neamt, 617490

42

L123

S.C. ProCom Pascal SRL

Pastraveni, Jud. Neamt, 617300

43

L63

S.C. Zoe Gab SRL

Fulga, Jud. Prahova, 107260

44

L50

S.C. Ecolact Prod SRL

Paulesti, Jud. Prahova, 107246

45

L100

S.C. Alto Impex SRL

Provita de Jos, Jud. Prahova, 107477

46

L53

S.C. Friesland Romania SA

Carei, Jud. Satu Mare, 445100

47

L93

S.C. Agrostar Company Lyc SRL

Ciuperceni, Jud. Satu Mare, 447067

48

L120

S.C. Unicarm SRL

Vetis, Jud. Satu Mare, 447355

49

L88

S.C. Agromec Crasna S.A.

Crasna, Jud. Salaj, 457085

50

L89

S.C. Ovinex SRL

Sarmasag, Jud. Salaj, 457330

51

L67

S.C. Gefa Impex SRL

Talmaciu, Jud. Sibiu, 555700

52

L71

S.C. Lacto Sibiana S.A.

Sura Mica, Jud. Sibiu, 557270

53

L5

S.C. Niro Serv Com SRL

Gura Humorului, Jud. Suceava, 725300

54

L36

S.C. Prolact Prod Com SRL

Vicovu de Sus, Jud. Suceava, 727610

55

L83

S.C. Balaceana Prod SRL

Balaceana, Jud. Suceava, 727125

56

L128

S.C. Tudia SRL

Gramesti, Jud. Suceava, 727285

57

L68

S.C. Aida SRL

Galanesti, Jud. Suceava, 727280

58

L80

S.C. Industrial Marian S.R.L.

Drănceni, Jud. Vaslui, 737220

59

L 136

S.C. Campaei Prest SRL

Hidiseul de Sus, Jud. Bihor, 417277

60

L135

S.C. Multilact SRL

Baia Mare, Jud. Maramures, 430015

61

L134

S.C. Lactocrist S.R.L.

Cristian, Jud. Sibiu, 557085

62

L137

S.C. Dunarea Prod S.R.L.

Milcovul, Jud. Vrancea, 627205


ANNESS IV

FORMOLA TAR-RAPPORT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Nru tal-istabbiliment

Isem

Indirizz

Reġjun

Il-progress li sar (deskrizzjoni fil-qosor)

Il-livell ta’ konformità stmat

(%)

Id-data ppjanata għall-konformità

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjun

Total ta’ rziezet tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

31.12.2009

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

31.12.2009

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.11.2010

Għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.11.2010

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.11.2010

Total ta’ rziezet tal-ħalib

30.9.2011

L-għadd ta’ rziezet tal-ħalib b’ħalib mhux konformi

30.9.2011

% ta’ rziezet tal-ħalib mhux konformi mit-total

30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsira RO

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjun

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

31.12.2009

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

31.12.2009

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

L-għadd ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib

30.11.2010

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.11.2010

Total ta’ punti ta’ ġbir tal-ħalib

30.9.2011

% ta’ punti mhux konformi ta’ ġbir tal-ħalib mit-total

30.9.2011

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsira RO

 

 

 

 

 

 

 

 


27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

li tawtorizza lil Franza biex tikkonkludi ftehim ma’ Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament għal trasferimenti ta’ fondi bejn Franza u kull wieħed minn dawn it-territorji sabiex jitqiesu bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan Franza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9254)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2009/853/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-applikazzjoni minn Franza,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Novembru 2007, Franza talbet deroga skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 għat-trasferimenti ta’ fondi bejn Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament u Franza.

(2)

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006, it-trasferimenti ta’ fondi bejn Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament u Franza kienu ġew provviżorjament meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi fi Franza mill-4 ta’ Diċembru 2007.

(3)

L-Istati Membri ġew mgħarrfa waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu tas-16 ta’ Ġunju 2009 li l-Kummissjoni qieset li kienet irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tevalwa t-talba ta’ Franza.

(4)

Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna ma jifformawx parti mit-territorju tal-Komunità kif iddeterminat skont l-Artikolu 299 tat-Trattat tal-KE. Madankollu, Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Diċembru 1998 kif ukoll il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna permezz tal-Protokoll 27 dwar Franza mehmuż mat-Trattat tal-Komunità Ewropea jifformaw parti miż-żona monetarja ta’ Franza. Għalhekk Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna huma konformi mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(5)

Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament f’Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna jipparteċipaw direttament fis-sistemi ta’ pagament u ta’ kumpens fi Franza, fosthom jew CORE jew Target2-Banque de France. Għalhekk huma konformi mal-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(6)

Ir-regolamenti tal-KE li se jkunu applikabbli għal Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna jeżiġu l-adozzjoni minn Franza ta’ leġiżlazzjoni speċifika għal dan il-għan. L-adozzjoni minn Franza tal-Ordni n 2009-102 tat-30 ta’ Jannar 2009 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi lil u minn Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna tiżgura li dawk it-territorji jkunu inkorporaw, fis-sistemi ġuridiċi tagħhom, dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

(7)

L-Ordni n 2009-103 tat-30 ta’ Jannar 2009 li tirrigwarda l-iffriżar ta’ assi notevolment fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu jiżgura li jeżistu miżuri xierqa f’Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna li jimponu pieni finanzjarji fir-rigward tal-entitajiet jew il-persuni mniżżla min-Nazzjonijiet Uniti jew l-Unjoni Ewropea.

(8)

L-Ordni n 2006-60 tad-19 ta’ Jannar 2006 li timmodernizza l-liġi finanzjarja u ekonomika f’Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna, id-Digriet n 2006-736 tas-26 ta’ Ġunju 2006 li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u li jimmodifika l-kodiċi finanzjarja u monetarja u l-Liġi n 2004-130 tal-11 ta’ Frar 2004 li tirriforma l-istatut ta’ ċerti professjonijiet legali u tal-ġudikatura jiżguraw li Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna għandhom sistema kontra l-ħasil ta’ flus ekwivalenti ta’ dik applikata fit-territorju Franċiż fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi.

(9)

Għalhekk, Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna adottaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 u jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom japplikawhom u b’hekk jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-Artikolu 17(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Huwa għalhekk xieraq li Franza tingħata d-deroga mitluba.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza għandha tiġi awtorizzata biex tikkonkludi ftehim ma’ Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament, bl-iskop li t-trasferimenti ta’ fondi bejn Saint-Pierre-et-Miquelon, Mayotte, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polinesja Franċiża u Wallis u Futuna rispettivament u Franza huma meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi fi ħdan Franza għall-iskopijiet tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/73


KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/854/PESK

tal-20 ta’ Novembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1).

(2)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/862/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK sal-24 ta’ Novembru 2009.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sal-24 ta’ Mejju 2010,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Novembru 2009 sal-24 ta’ Mejju 2010 għandu jkun ta’ EUR 1 120 000”;

(2)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hi għandha tagħlaq fl-24 ta’ Mejju 2010.”;

(3)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reviżjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sal-15 ta’ April 2010.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 98.