ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.294.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
11 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1076/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffissar tad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1329/2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2009 tal-10 ta' Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso del Delta del Po (IĠP))

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1079/2009 tal-10 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1278/2008

6

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE tal-10 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 ( 1 )

7

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/825/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

10

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/826/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt mill-werqa tax-Xnien (Medicago sativa) bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7641)

12

 

 

2009/827/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7645)

14

 

 

2009/828/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2009 dwar l-abbozz ta’ Digriet Leġiżlattiv Reġjonali li jiddikjara lir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra bħala Żona Ħielsa minn Organiżmi Modifikati Ġenetikament, notifikat mir-Repubblika tal-Portugall skont l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8438)  ( 1 )

16

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1076/2009

tal-10 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,6

MK

23,1

TR

83,8

ZZ

48,2

0707 00 05

EG

171,8

JO

161,3

MA

69,5

TR

122,2

ZZ

131,2

0709 90 70

MA

65,5

TR

107,5

ZZ

86,5

0805 20 10

MA

79,3

ZZ

79,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

49,8

CN

52,2

HR

54,9

TR

81,2

UY

49,8

ZZ

57,6

0805 50 10

AR

61,9

TR

79,1

ZA

69,7

ZZ

70,2

0806 10 10

AR

205,2

BR

241,3

LB

223,8

TR

124,4

US

259,3

ZZ

210,8

0808 10 80

CA

71,4

MK

20,3

NZ

101,3

US

101,8

ZA

79,7

ZZ

74,9

0808 20 50

CN

60,2

ZZ

60,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1077/2009

tal-10 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffissar tad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1329/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2008 tat-22 ta' Diċembru 2008 li jadotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat f’parti mir-Renju Unit (2). L-għajnuna tingħata minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali li għadda minnhom is-settur tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq f’Diċembru 2008, meta studji wrew livelli elevati ta’ bifenili poliklorinati (PCB) f’laħam tal-majjal li joriġina fl-Irlanda. Is-sitwazzjoni nbidlet minn dakinhar u b’riżultat ta’ dan il-miżuri ma għadx baqa’ bżonnhom.

(2)

L-għotja ta’ għajnuna għal ħżin privat tal-laħam tal-majjal għalhekk trid tispiċċa u għandha tiġi stipulata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Biex tkun evitata l-ispekulazzjoni r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u d-data tal-għeluq għandha tkun l-għada tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1329/2008 għandha tkun 13 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 56.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1078/2009

tal-10 ta' Novembru 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso del Delta del Po (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Riso del Delta del Po” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 75, 31.3.2009, p. 37.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Riso del Delta del Po (IĠP)


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1079/2009

tal-10 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (KE) Nru 1278/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat tingħata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jaddotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda (2). L-għajnuna tingħata minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li għadda minnhom is-settur tal-laħam tal-majjal fl-Irlanda f’Diċembru 2008, fejn studji wrew livelli għoljin tal-bifenili poliklorinati (PCBs) fil-laħam tal-majjal li joriġina fl-Irlanda Is-sitwazzjoni nbidlet minn dakinhar u b'riżultat ta' dan il-miżuri ma għadhomx meħtieġa.

(2)

Għalhekk l-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal jrid jispiċċa u tiġi stipulata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu u d-data tal-għeluq għandha tkun l-għada li jidħol fis-seħħ.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal prevista bir-Regolament (KE) Nru 1278/2008 għandha tkun it-13 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 78.


DIRETTIVI

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/7


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/137/KE

tal-10 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/22/KE tarmonizza r-rekwiżiti biex jitqiegħdu fis-suq u/jew jibdew jintużaw l-istrumenti tal-kejl b’funzjoni ta’ kejl definita fl-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-010. L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzali stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness rilevanti speċifiku għall-istrument.

(2)

L-annessi speċifiċi għall-istrumenti tad-Direttiva 2004/22/KE fihom rekwiżiti adatti għat-tipi differenti ta’ strumenti tal-kejl. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-iżbalji permissibbli sabiex ikunu garantiti l-preċiżjoni u l-prestazzjoni tal-istrument tal-kejl u biex l-iżball fil-kejl f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim ideali u mingħajr disturbi ma jaqbiżx il-valur tal-Iżball Massimu permissibbli (ŻMP).

(3)

Billi ġew żviluppati speċifikazzjonijiet ġodda fir-rigward tal-miters tal-gass u t-tagħmir għall-konverżjoni tal-volumi, ir-rekwiżit speċifiku ħafna tal-punt 2.1 tal-Anness MI-002 jista’ jostakola l-progress tekniku u l-innovazzjoni u joħloq barrieri għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-miters tal-gass. Għalhekk, għandu jiġi sostitwit b'rekwiżit iktar ġenerali tal-prestazzjoni.

(4)

Fil-punt 7.3 tal-Anness I, fir-rigward tal-istrumenti tal-kejl id-Direttiva 2004/22/KE tistabbilixxi protezzjoni ġenerali minn żbalji eċċessivament influwenzati barra mill-firxa kkontrollata. Madankollu, l-esperjenza wriet li sabiex ikun hemm garanzija li strument tal-kejl ma jisfruttax l-Iżball Massimu Permissibbli (ŻMP) u jivvantaġġja sistematikament wieħed jew ieħor mill-Partijiet involuti fit-tranżazzjoni, jeħtieġ li jkun rekwiżit ukoll għall-ħarsien minn żbalji eċċessivament influwenzati fil-firxa kkontrollata ta’ dawk l-istrumenti.

(5)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-titjib fit-tfassil tal-liġijiet (2), l-Istati Membri qed jitħeġġu jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista' jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasponiment, u li jippubblikawhom.

(6)

Għalhekk, id-Direttiva 2004/22/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istrumenti tal-Kejl stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/22/KE.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 tad-Direttiva 2004/22/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

Id-Direttiva 2004/22/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness MI-001, fit-taqsima “ŻMP” tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-punt 6a li ġej:

“6a.

Il-miter ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.

(2)

L-Anness MI-002 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1 tal-Parti I, il-paragrafu taħt it-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miter tal-gass ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.

(b)

Fil-punt 8 tal-Parti II, il-paragrafu li ġej jiżdied wara n-nota:

“It-tagħmir tal-konverżjoni tal-volumi ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.

(3)

Fl-Anness MI-003, fil-punt 3 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-miter ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.

(4)

Fl-Anness MI-004, fil-punt 3 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-miter sħiħ tas-sħana ma għandux jisfrutta ż-ŻMP jew jivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.

(5)

Fl-Anness MI-005, fil-punt 2 tar-Rekwiżiti Speċifiċi, jiżdied il-punt 2.8 li ġej:

“2.8.

Is-sistema tal-kejl ma għandhiex tisfrutta ż-ŻMP jew tivvantaġġja sistematikament kwalunkwe parti”.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Ottubru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra

(2009/825/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (1) ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002. Sussegwentement, ġie konkluż fil-31 ta’ Jannar 2008 skont id-Deċiżjoni 2008/143/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008.

(2)

Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra biex jieħu kont tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f’Bejġing fil-5 ta’ Settembru 2005 u konkluż skont id-Deċiżjoni 2008/144/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 (3).

(3)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 (4), ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ser jaderixxu għall-Ftehim permezz ta’ protokoll bejn il-Kunsill u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(4)

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (5), biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fi Brussell fil-31 ta’ Marzu 2009.

(5)

Il-proċeduri kostituzzjonali u istituzzjonali meħtieġa tlestew u għaldaqstant il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU L 46, 21.2.2008, p. 25.

(2)  ĠU L 46, 21.2.2008, p. 23.

(3)  ĠU L 46, 21.2.2008, p. 37.

(4)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.

(5)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 21.


Il-Kummissjoni

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2009

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt mill-werqa tax-Xnien (Medicago sativa) bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7641)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2009/826/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2000 il-kumpanija Viridis għamlet rikjesta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Franza biex iqiegħdu fis-suq żewġ estratti tal-weraq mix-Xnien iż-żejt (Medicago sativa) bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid fl-ikel. fit-28 ta’ April 2003 l-entità kompetenti għall-evalwazzjoni tal-ikel ta’ Franza ħarġet ir-rapport inizjali ta’ evalwazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li kien jinħtieġ obbligu ta’ evalwazzjoni supplimentari.

(2)

Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar is-27 ta’ Frar 2004. Xi Stati Membri għamlu kummenti supplimentari.

(3)

Fit-12 ta’ Ottubru 2006, il-kumpanija L.-R.D. (Luzerne – Recherche et Développement) ħadet f’idejha r-responsabbiltà għall-applikazzjoni; naqset l-ambitu tal-applikazzjoni tal-estratt tal-werqa mix-Xnien u ressqet it-tweġibiet għar-rapport inizjali ta’ evalwazzjoni u l-mistoqsijiet supplimetari mqajma mill-Istati Membri.

(4)

L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet kkonsultata fil-11 ta’ Frar 2008 u ppreżentat l-“Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Nutriment tal-Prodotti Djetetiċi u l-Allerġiji fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea fuq is-sikurezza tal-konċentrat tal-proteina Alfalfa bħala ikel” fit-13 ta’ Marzu 2009.

(5)

F’dik l-opinjoni, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-konċentrat tal-proteina tax-Xnien (Medicago sativa) jista’ jittiekel mill-bniedem mingħajr periklu fil-kundizzjonijiet speċifikati għall-użu.

(6)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-konċentrat tal-proteina tax-Xnien (Medicago sativa) huwa konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konċentrat tal-proteina tax-Xnien (Medicago sativa) minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-prodott, kif speċifikat fl-Anness 1, jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-użu fis-supplimentari tal-ikel.

Artikolu 2

L-ammont massimu tal-estratt tal-proteina mix-Xnien (Medicago sativa) preżenti fil-porzjon irrakkomandat għal konsum ta’ kuljum mill-manifattur hu ta’ 10 g.

Artikolu 3

L-isem tal-ingredjent alimentari ġdid awtorizzat minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġett tal-ikel li fih minn dan l-ingredjent, għandu jkun “Proteina Lucerne (Medicago sativa)” jew “Proteina Alfalfa (Medicago sativa)”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Luzerne — Recherche et Développement (L.-R.D.), Complexe agricole du Mont Bernard, F-51000 Chalons en Champagne

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-ESTRATT TAL-PROTEINA MIX-XNIEN (MEDICAGO SATIVA)

Deskrizzjoni

Ix-Xnien hu pproċessat fi żmien sagħtejn mill-ħsad. Jitqatta’ u jitfarrak. Meta jgħaddi minn pressa tat-tip li tipproduċi ż-żejt, ix-Xnien jipprovdi fdal fibruż u sugu tal-pressa (10 % ta’ materja niexfa). Il-materja niexfa ta’ dan is-sugu fiha madwar 35 % tal-proteina kruda. Is-sugu tal-pressa (pH 5.8-6.2) hu newtralizzat. Tisħin minn qabel u injezzjoni tal-fwar jippermettu l-koagulazzjoni tal-proteini assoċjati ma’ pigmenti tal-karotenojd u tal-klorofilla. Il-materja solida li ssolidifikat mill-proteina tinfired permezz ta’ ċentrifugazzjoni u wara titnixxef. Wara ż-żieda ta’ aċidu assorbiku, il-konċentrat tal-proteina tax-Xnien jitrammel u jinħażen f’gass inerti jew fil-friża.

Kompożizzjoni tal-estratt tal-proteina mix-Xnien (Medicago sativa)

Proteina

45-60 %

Xaħam

9-11 %

Free carbohydrates (soluble fibre)

1-2 %

Polisakkaridi (fibra li ma tinħallx)

including cellulose

11-15 %

2-3 %

Minerali

8-13 %

Saponini

Mhux aktar minn 1,4 %

Iżoflavoni

Mhux aktar minn 350 mg/kg

Coumestrol

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Phytates

Mhux aktar minn 200 mg/kg

L-canavanine

Mhux aktar minn 4,5 mg/kg


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2009

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7645)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2009/827/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Ġunju 2003, il-kumpanija Robert Craig & Sons għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel; fis-7 ta’ Mejju 2004, l-entità kompetenti tar-Renju Unit dwar l-evalwazzjoni tal-ikel ħarġet ir-rapport inizjali tal-evalwazzjoni tagħha. F’dan ir-rapport l-entità kompetenti waslet għall-konklużjoni li l-użu tal-Chia (Salvia hispanica) huwa bla periklu fl-użi alimentari li ġew proposti.

(2)

Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fl-14 ta’ Ġunju 2004.

(3)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni; għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fl-4 ta’ April 2005 u ħarġet l-opinjoni tagħha fil-5 ta’ Ottubru 2005. Madankollu, minħabba li l-applikant ma setax jipprovdi biżżejjed dejta, fl-opinjoni tagħha l-EFSA ma waslitx għal opinjoni dwar is-sikurezza, iżda kienet lesta tqis l-applikazzjoni mill-ġdid sakemm l-applikant iressaq iżjed informazzjoni.

(4)

Fit-30 ta’ Settembru 2006, ir-responsabbiltà tal-applikazzjoni kienet trasferita lill-kumpanija Columbus Paradigm Institute S.A. li ressqet iżjed dejta u informazzjoni kif kien mitlub mill-EFSA. B’dan il-mod l-EFSA kienet mitluba tiffinalizza l-evalwazzjoni taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fil-21 ta’ Jannar 2008.

(5)

L-EFSA tat it-tieni opinjoni tagħha dwar is-sikurezza taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna bħala ingredjent alimentari fit-13 ta’ Marzu 2009.

(6)

F’dik l-opinjoni l-EFSA għarfet li l-informazzjoni mgħoddija lilha kienet evidenza li ssostni konklużjoni pożittiva dwar is-sikurezza taż-żrieragħ tal-Chia u taż-żrieragħ sħaħ tal-Chia mitħuna. B’mod partikolari, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-użu taż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa mitħuna fil-prodotti tal-ħobż skont il-kundizzjonijiet speċifikati ma għandux ikollu effett negattiv fuq is-saħħa pubblika.

(7)

Fuq il-bażi tal-istudju xjentifiku, ġie stabbilit li ż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa tal-Chia mitħuna huma konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica) u ż-żerriegħa tal-Chia mitħuna, kif speċifikat fl-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq Komunitarju bħala ingredjent alimentari ġdid biex jintuża fil-prodotti tal-ħobż b’kontenut massimu ta’ 5 % ta’ żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica).

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent alimentari ġdid, awtorizzat b’din id-Deċiżjoni, fuq it-tikketta tal-prodott alimentari li fih dan l-ingredjent, għandha tkun “żerriegħa tal-Chia (Salvia hispanica)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Columbus Paradigm Institute S.A., Chaussée de Tervuren 149, B-1410 Waterloo.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻERRIEGĦA TAL-CHIA (SALVIA HISPANICA)

Deskrizzjoni

Il-Chia (Salvia hispanica) hija pjanta sajfija erbaċea annwali li tagħmel mal-familja tal-Labiatae.

Wara l-ħsad, iż-żrieragħ jitnaddfu b’mod mekkaniku. Il-fjuri, il-weraq u partijiet oħrajn tal-pjanta jitneħħew.

Iż-żerriegħa sħiħa tal-Chia mitħuna ssir billi ż-żerriegħa sħiħa tingħadda minn mitħna tal-martell li taħdem b’veloċità varjabbli.

Il-kompożizzjoni taż-żerriegħa tal-Chia

Materjal niexef

91-96 %

Proteina

20-22 %

Xaħam

30-35 %

Karboidrati

25-41 %

Fibra kruda (*)

18-30 %

Irmied

4-6 %


(*)  Il-fibra kruda hija dik il-parti tal-fibra li tkun magħmula prinċipalment minn ċellulosa, pentosani u lignin, li mhumiex diġeribbli.


11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2009

dwar l-abbozz ta’ Digriet Leġiżlattiv Reġjonali li jiddikjara lir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra bħala Żona Ħielsa minn Organiżmi Modifikati Ġenetikament, notifikat mir-Repubblika tal-Portugall skont l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8438)

(Il-verżjoni bil-Portugiż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/828/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95(6) tiegħu,

Billi:

PROĊEDURA

(1)

F’ittra li ġġib id-data tal-5 ta’ Mejju 2009, ir-Rappreżentanza Permanenti Portugiża għall-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE, abbozz ta’ Digriet Leġiżlattiv Reġjonali “l-abbozz tad-digriet”) li jiddikjara lir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra bħala Żona Ħielsa mill-Organiżmi Modifikati Ġenetikament (OMG). L-abbozz tad-digriet kien akkumpanjat minn stqarrija spjegattiva u dokument li ta fil-qosor l-argumenti bir-raġunijiet u l-ġustifikazzjonijiet għad-dikjarazzjoni tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra bħala Żona Ħielsa mill-OMG.

(2)

B’ittra tas-26 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Portugiżi li kienet irċieviet in-notifika skont l-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE u li l-perjodu ta’ sitt xhur biex tiġi eżaminata skont l-Artikolu 95(6) kien beda wara din in-notifika. In-notifika Portugiża ma kien fiha l-ebda letteratura xjentifika, studju inkella informazzjoni xjentifika oħra li setgħet tappoġġa l-argumenti rispettivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni talbet lill-Portugall, permezz ta’ dik l-ittra, sabiex issaħħaħ in-notifika tagħha b’informazzjoni aktar konkreta fil-forma ta’ letteratura xjentifika rilevanti li tindika l-evidenza marbuta mal-ħarsien tal-ambjent inkella l-ambjent tax-xogħol abbażi ta’ problema speċifika għar-reġjun ta’ Madejra. Il-Portugall ressaq l-informazzjoni komplementari fil-31 ta’ Lulju 2009.

(3)

Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll avviż fir-rigward tat-talba f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (1) sabiex tinforma lill-partijiet l-oħrajn interessati dwar l-abbozz tal-miżuri nazzjonali li l-Portugall kien biħsiebu jadotta. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, Latvja, Malta u r-Rumanija ressqu l-kummenti tagħhom.

LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA

(4)

L-Artikolu 95(5) u (6) tat-Trattat jipprovdi:

“5.   (…) Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jitqiesu bħala (li kienu) approvati.

Meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m’hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jittawwal b’perjodu ieħor ta’ sitt xhur.”

ABBOZZ TAD-DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI NOTIFIKATI

L-ambitu tad-dispożizzjoniet nazzjonali notifikati

(5)

F’konformità mal-Artikolu 1 tal-abbozz ta’ digriet, ir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra hija dikjarata bħala żona ħielsa mill-koltivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (OMG). F’konformità mal-Artikolu 2, l-introduzzjoni ta’ materjal għall-propagazzjoni tal-pjanti jew iż-żrieragħ li fihom l-OMG fit-territorju tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra u wkoll l-użu tiegħu fl-agrikoltura jkun ipprojbit. L-Artikolu 3 jkun jiddefinixxi l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu hawn fuq bħala offiża amministrattiva u l-Artikolu 4 jkun jistipula l-penali addizzjonali. L-Artikolu 5 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u d-deċiżjoni tal-offiżi amministrattivi u l-Artikolu 6 jistipulaw l-użu tal-introjtu mill-multi.

Impatt fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja tad-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati

(6)

L-ambitu tal-abbozzi tad-dispożizzjonijiet tal-aħħar, flimkien mal-ispjega tan-nota spjegattiva, jimplika li ġeneralment se jkollu impatt fuq:

il-koltivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ żrieragħ modifikati ġenetikament awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet tal-parti C (Artikoli 12-24) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u minn issa ‘l quddiem “Direttiva 2001/18”),

Il-koltivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ żrieragħ modifikati ġenetikament li diġà kienu approvati bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ orgniażmi modifikati ġenetikament (3) [verżjoni mhux uffiċjali] u issa notifikati bħala prodotti eżistenti skont l-Artikoli 8 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (4) (minn issa ‘l-quddiem “ir-Regolament 1829/2003”),

il-koltivazzjoni ta’ varjetajiet ta’ żrieragħ modifikati ġenetikament, awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1829/2003.

(7)

Id-Diretttiva 2001/18 hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. Għandha l-għan li tqarreb il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri fl-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni ta’ OMĠ maħsuba għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent. Skont l-Artikolu 34 tagħha, l-Istati Membri kienu mitluba jittrasponuha f’liġi nazzjonali sas-17 ta’ Ottubru 2002.

(8)

Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament 1829/2003 hu mmirat biex (a) jipprovdi l-bażi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ ikel u għalf modifikati ġenetikament, waqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern; (b) jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ ikel u għalf modifikati ġenetikament u (c) jistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tikkjettar tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.

ĠUSTIFIKAZZJONI PPREŻENTATA MILL-PORTUGALL

(9)

Informazzjoni dwar l-abbozz tal-Att, li toffri interpretazzjoni dwar l-impatt tal-Att fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja, hija pprovduta:

Fid-dokument imressaq flimkien man-notifika tal-5 ta’ Mejju 2009 intitolata “L-Istabbiliment tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra (RAM) bħala ”Żona Ħielsa mill-Organiżmi Modifikati Ġenetikament (OMĠ) - “Argumenti”,

L-informazzjoni addizzjonali ppreżentata fil-31 ta’ Lulju 2009 intitolata “L-Istabbiliment tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra (RAM) bħala ‘Żona Ħielsa mill-Organiżmi Modifikati Ġenetikament (OMĠ)’ – Informazzjoni addizzjonali”.

(10)

Fil-ġustifikazzjoni tiegħu, il-Portugall indika raġunijiet agrikoli u naturali.

(11)

Ir-raġunijiet agrikoli jirreferu għall-impossibbiltà li l-għelejjel MĠ jeżistu flimkien mal-għelejjel konvenzjonali u/jew organiċi fiż-Żona Awtonoma ta’ Madejra. B’mod partikolari jsemmu aspetti bħalma huma d-distanza bejn l-għelieqi, ix-xfar tal-għelieqi, iż-żrigħ ta’ varjetajiet b’ċikli differenti tat-tkabbir, żoni ta’ rifuġju, installazzjoni ta’ nasbiet jew barrieri biex l-għabra tad-dakra ma titħalliex tixtered, sistemi tat-tinwib, ċikli tal-produzzjoni tal-għelejjel, it-tnaqqis tad-daqs tar-riżervi taż-żrieragħ (seed banks) permezz ta’ ħrit adegwat tal-ħamrija, il-ġestjoni tal-popolazzjonijiet fuq xfar lgħelieqi, l-għażla tal-aqwa dati għaż-żrigħ, il-manipulazzjoni taż-żrieragħ biex jiġi evitat it-taħlit inkella l-prevenzjoni tat-twaqqigħ taż-żrieragħ fil-vjaġġi lejn u mill-għelieqi u max-xfar tal-għelieqi.

(12)

Ir-raġunijiet naturali huma marbuta mal-effetti tal-introduzzjoni tal-OMĠ fin-natura (fil-każ tar-RAM, il-foresta naturali ta’ Madejra), li ma ġewx studjati biżżejjed, minkejja li ġew ippubblikati bosta artikli li fihom tqajjem tħassib fir-rigward tal-konsegwenzi tar-rilaxx intenzjonat ta’ OMĠ fin-natura u l-effetti ambjentali li jirriżultaw, li wieħed jista’ jistennihom. Madankollu jeżistu bosta riskji potenzjali oħra li mhumiex koperti minn dawn l-istudji xjentifiċi.

(13)

Ir-raġunijiet naturali jkomplu jirreferu għal:

(a)

testijiet preliminari mwettqa bl-użu ta’ varjetajiet MĠ;

(b)

mudell li juri l-kapaċità invażiva tal-varjetajiet MĠ;

(c)

interazzjoni tal-mudell għall-użu ta’ pjanti li fihom l-OMĠ;

(d)

il-kapaċità li pjanti transġeniċi jiddakkru minn xulxin;

(e)

effetti paralleli ma’ speċijiet oħra;

(f)

produzzjoni ta’ tossini;

(g)

interazzjonijiet kollaterali;

(h)

effetti marbuta ma’ alterazzjonijiet ġenetiċi;

(i)

implikazzjonijiet fi prattiki agrikoli dgħajfa;

(j)

trasferiment tal-ġeni;

(k)

effetti fuq il-katina alimentari.

(14)

Il-Portugall jikkonkludi li abbażi tal-punti hawn fuq, l-introduzzjoni ta’ materjal modifikat ġenetikament fir-RAM jista’ jkollha effetti perikolużi ferm għall-ambjent Madejran b’mod ġenerali (għalxejn issir distinzjoni bejn iż-żoni agrikoli u dawk forestali). Minkejja li ma jeżistux teoriji solidi dwar il-kwistjoni, ir-riċerka u l-esperimenti, kif ukoll ix-xebħ teoretiku, jissuġġerixxu li r-riskju għan-natura li jirriżulta mir-rilaxx intenzjonat tal-OMĠ tant huwa perikoluż u tant jhedded is-saħħa ambjentali u ekoloġika ta’ Madejra li lanqas ħaqq ikun hemm is-sogru li dawn jintużaw, la direttament fis-settur agrikolu u lanqas fuq bażi sperimentali.

VALUTAZZJONI LEGALI

(15)

L-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE japplika għal miżuri nazzjonali ġodda, fuq il-bażi tal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, minħabba li problema speċifika għal dak l-Istat Membru li tirriżulta wara l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonazzjoni u li huma ġustifikati minn evidenza xjentifika ġdida.

(16)

Skont l-Artikolu 95(6) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni għandha, tapprova jew tiċħad l-abbozz tad-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti wara li tkun ivverifikat jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja inkella restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew le u jekk humiex ta’ xkiel għall-ħidma tas-suq intern.

(17)

Madankollu, skont l-istess dispożizzjoni, meta tkun iġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m’hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu jista’ jittawwal b’perjodu ieħor ta’ sitt xhur.

(18)

In-notifika mressqa mill-awtoritajiet Portugiżi fil-5 ta’ Mejju 2009 hija maħsuba biex tinkiseb approvazzjoni għall-introduzzjoni tal-abbozz ta’ digriet.

(19)

Il-Portugall ma speċifikax l-att tal-Komunità Ewropea li minnu jidderoga l-abbozz ta’ digriet. Il-koltivazzjoni tal-OMĠ fil-biċċa l-kbira hija rregolata mid-Direttiva 2001/18 u r-Regolament 1829/2003.

(20)

L-Artikolu 95(5) tat-Trattat jesiġi li meta Stat Membru jqis li tkun meħtieġa l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijeit nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu ġustifikati skont il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin (5):

evidenza xjentifika ġdida;

raġunijiet ta’ ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol;

minħabba problema speċifika għal dak l-Istat Membru;

minħabba l-adozzjoni tal-miżura ta’ armonizzazzjoni.

(21)

Il-ġustifikazzjoni mressqa mill-Portugall tagħmel referenza estensiva għall-effetti potenzjali tal-kultivazzjoni tal-varjetajiet MĠ fuq l-ambjent. In-notifika fiha analiżi ta’ kwistjonijiet estiżi u kkumplikati bħalma huma t-testijiet preliminari li jsiru permezz ta’ varjetajiet MĠ, mudell li juri l-kapaċità invażiva tal-varjetajiet MĠ, l-interazzjoni tal-mudell mal-użu tal-pjanti li fihom OMĠ, il-kapaċità ta’ pjanti transġeniċi li jiddakkru minn xulxin, effetti paralleli ma’ speċijiet oħra, il-produzzjoni ta’ tossini, interazzjonijiet kollaterali, effetti marbuta ma’ alterazzjonijiet ġenetiċi, implikazzjonijiet fi prattiki agrikoli dgħajfa, it-trasferiment tal-ġeni u l-effetti fuq il-katina tal-ikel.

(22)

Minn dawn il-ġustifikazzjonijiet jirriżulta li permezz ta’ valutazzjoni xjentifika tar-riskju, jkun meħtieġ li jiġi indikat jekk l-evidenza xjentifika mressqa tirrelatax għall-protezzjoni tal-ambjent inkella tal-ambjent tax-xogħol abbażi ta’ problema speċifika għar-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra li tirriżulta wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 u r-Regolament 1829/2003 inkella dispożizzjonijiet oħra tal-KE. Din il-valutazzjoni għandha ssir mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li, f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) 178/2002 (6), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, hija kompetenti biex tipprovdi l-parir xjentifiku u l-appoġġ xjentifiku u tekniku għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Komunità fl-oqsma kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, u li għandha tipprovdi informazzjoni indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha f’dawn l-oqsma u tikkomunika dwar ir-riskji. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament, l-EFSA għandha toħroġ opinjoni xjentifika fuq it-talba tal-Kummissjoni, dwar kwalunkwe kwistjoni fil-kompetenza tal-missjoni tagħha, u fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tipprovdi li l-Awtorità tiġi kkonsultata;

(23)

Għalhekk, fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet mandat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fejn talbitha, abbażi tal-evidenza ġdida pprovduta mill-Portugall u fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE, jekk l-evidenza partikolari tirrigwardax il-protezzjoni tal-ambjent għal raġunijiet ta’ xi problema speċifika għaż-żona konċernata, jiġifieri r-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra.

(24)

F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-adozzjoni tal-Opinjoni tal-EFSA hija meħtieġa qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar in-notifika Portugiża. Fid-dawl tal-ambitu estiż tal-effetti ambjentali potenzjalment negattivi, indikati min-notifika Portugiża u l-kumplessità tal-aspetti xjentifiċi marbuta mal-koltivazzjoni tal-OMĠ fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra, jeħtieġ li l-EFSA tingħata perjodu ta’ żmien raġjonevoli qabel l-adozzjoni tal-Opinjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet l-EFSA biex tagħti l-Opinjoni tagħha sal-31 ta’ Jannar 2010.

(25)

Il-ġustifikazzjonijiet imressqa mill-Portugall ma jagħmlux referenzi speċifiċi għall-periklu għas-saħħa tal-bniedem li tkun ikkawżata mill-koltivazzjoni tal-OMĠ fir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra. Filwaqt li jirreferi speċifikament għar-riskji għall-ambjent u s-“saħħa ekoloġika”, ma tressqet l-ebda evidenza fir-rigward tal-effetti identifikati jew potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem. L-argumenti xjentifiċi kollha ffokaw biss fuq l-aspetti agrikoli u l-protezzjoni tal-bijodiversità f’Madejra.

(26)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni fi żmien sitt xhur, jiġifieri data ta’ skadenza tal-4 ta’ Novembru 2009, kif stipulat fl-Artikolu 95(6)(1) tat-Trattat tal-KE, jkollha nuqqasijiet fir-rigward tal-appoġġ xjentifiku meħtieġ għal kwistjoni kumplessa bħal din. Għaldaqstant, fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni u n-nuqqas ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 95(6)(3) tat-Trattat tal-KE, għandha ttawwal il-perjodu għad-deċiżjoni dwar in-notifika Portugiża għal sitt xhur oħra, jiġifieri sal-4 ta’ Mejju 2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perjodu għall-approvazzjoni jew ir-rifjut tad-Digriet Leġiżlattiv Reġjonali li jiddikjara lir-Reġjun Awtonomu ta’ Madejra bħala Żona Ħielsa minn Organiżmi Modifikati Ġenetikament, notifikat mir-Repubblika tal-Portugall f’konformità mal-Artikolu 95(5) tat-Trattat tal-KE, huwa mtawwal sal-4 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 139, 19.6.2009, p. 2.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 15.

(4)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(5)  ECJ, C-439/05 P u C-454/05 P, para. 56-58.

(6)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

11.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/20


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2009/829/ĠAI

tat-23 ta’ Ottubru 2009

dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, u b’mod partikolari l-punt 36 tagħhom, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu japplika għal ordnijiet ta’ qabel il-proċess. Fl-10 miżura tiegħu, il-programm ta’ miżuri biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali jindirizza r-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ superviżjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas għandu jkollhom il-mira li jsaħħu l-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali, billi jippermettu li persuna residenti fi Stat Membru wieħed iżda soġġetta għal proċedimenti kriminali fi Stat Membru ieħor, tkun issorveljata mill-awtoritajiet fl-Istat li fih hija tkun residenti waqt li tistenna proċess. Bħala konsegwenza, id-Deċiżjoni Qafas preżenti għandha bħala objettiv tagħha s-sorveljanza tal-movimenti tal-mixli fid-dawl tal-objettiv prevalenti ta’ protezzjoni tal-pubbliku ġenerali u r-riskju għall-pubbliku mir-reġim eżistenti, li jipprevedi żewġ alternattivi biss: detenzjoni proviżorja jew moviment mhux issorveljat. Għalhekk il-miżuri ser jagħtu effett ulterjuri lid-dritt taċ-ċittadini li josservaw il-liġi biex jgħixu fis-sikurezza u s-sigurtà.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jimmiraw ukoll li jsaħħu d-dritt għal-libertà u l-preżunzjoni ta’ innoċenza fl-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha u biex jiżguraw kooperazzjoni bejn l-Istati Membri meta persuna tiġi soġġetta għal obbligazzjonijiet jew superviżjoni sakemm ikun hemm deċiżjoni tal-Qorti. Konsegwentement, id-Deċiżjoni Qafas preżenti għandha bħala l-objettiv tagħha l-promozzjoni, fejn adatt, tal-użu ta’ miżuri mhux ta’ kustodja bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, anki meta, skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, detenzjoni proviżorja ma setgħetx tiġi imposta ab initio.

(5)

Fir-rigward tad-detenzjoni ta’ persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali, hemm riskju ta’ trattament differenti bejn dawk li huma residenti fl-Istat tal-proċess u dawk li m’humiex: persuna mhux residenti tirriskja li tintbagħat lura taħt kustodja sakemm isir il-proċess anki meta, f’ċirkustanzi simili, persuna residenti ma tiffaċċjax dan ir-riskju. F’żona Ewropea komuni ta’ ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali li mhix residenti fl-Istat tal-proċess ma tiġix ittrattata b’mod differenti minn persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali li hija residenti.

(6)

Iċ-ċertifikat, li għandu jintbagħat flimkien mad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, għandu jispeċifika l-indirizz fejn il-persuna kkonċernata ser toqgħod fl-Istat ta’ esekuzzjoni, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tiffaċilita s-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni.

(7)

L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar it-tul ta’ żmien massimu, jekk hemm, li matulu l-miżuri ta’ superviżjoni jistgħu jiġu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni. Fi Stati Membri fejn il-miżuri ta’ superviżjoni għandhom jiġu mġedda perjodikament, dan il-perijodu ta’ żmien massimu għandu jinftiehem bħala l-perijodu ta’ żmien totali wara liema ma jibqax legalment possibbli li jiġġeddu l-miżuri ta’ superviżjoni.

(8)

Kull talba mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għall-konferma tal-ħtieġa li tittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istat emittenti, li tapplika għad-deċiżjoni dwar tiġdid, reviżjoni u rtirar tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni. Tali talba għall-konferma ma għandhiex tobbliga lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti sabiex tieħu deċiżjoni ġdida biex ittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni.

(9)

L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha relatati ma’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, inkluża li tordna detenzjoni proviżorja. Tali detenzjoni proviżorja tista’ b’mod partikolari tiġi ordnata wara ksur tal-miżuri ta’ superviżjoni jew wara nuqqas ta’ konformità ma’ ċitazzjoni biex tattendi kwalunkwe smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali.

(10)

Sabiex jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa u diffikultajiet fir-rigward tat-trasferiment ta’ persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali għall-finijiet ta’ smigħ jew ta’ proċess, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-konferenzi bit-telefon u l-videokonferenzi.

(11)

Fejn xieraq, tista’ tintuża sorveljanza elettronika għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, skont il-liġi u l-proċeduri nazzjonali.

(12)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tippermetti li l-miżuri ta’ superviżjoni imposti fuq il-persuna kkonċernata jkunu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni, filwaqt li jkun żgurat l-kors normali tal-ġustizzja u, b’mod partikolari li jkun żgurat li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli sabiex tingħamel skont il-liġi. F’każ li l-persuna kkonċernata ma tirritornax fl-Istat emittenti b’mod volontarju, huwa jew hija tista’ tiġi kkonsenjata lill-Istat emittenti skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew”).

(13)

Waqt li din id-Deċiżjoni Qafas tkopri l-atti kriminali kollha u m’hijiex ristretta għal tipi jew livelli partikolari ta’ atti kriminali, il-miżuri ta’ superviżjoni għandhom ġeneralment ikunu applikati f’każ ta’ reati anqas serji. Għalhekk id-dispożizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, minbarra l-Artikolu 2(1) tagħha, għandhom japplikaw fis-sitwazzjoni meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni jkollha tiddeċiedi dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata. Konsegwentement, l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew għandu japplika ukoll f’dik is-sitwazzjoni.

(14)

L-ispejjeż tal-ivjaġġar tal-persuna kkonċernata bejn l-Istat ta’ esekuzzjoni u dak emittenti in konnessjoni mas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni jew għall-iskop li tattendi xi smigħ ma humiex regolati b’din id-Deċiżjoni Qafas. Il-possibiltà, partikolarment għall-Istat emittenti, li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha jew għal parti minnhom hija regolata mil-liġi nazzjonali.

(15)

Ladarba l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jiġifieri r-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ superviżjoni matul il-kors ta’ proċedimenti kriminali ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’ dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni Qafas ma tmurx ‘il hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Xejn f’din id-Deċiżjoni Qafas m’għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi rifjut li tiġi rikonoxxuta deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jekk hemm indikazzjonijiet oġġettivi li hija kienet imposta biex tikkastiga persuna minħabba s-sess tiegħu jew tagħha, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, il-konvinzjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha jew li din il-persuna tista’ tkun żvantaġġata għal waħda minn dawn ir-raġunijiet.

(17)

Din id-Deċiżjoni Qafas ma għandha timpedixxi lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni f’mezzi tal-informazzjoni oħrajn u l-libertà ta’ reliġjon.

(18)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu applikati f’konformità mad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jiċċirkolaw u jirresjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(19)

Id-data personali pproċessata meta tiġi implimentata din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun protetta skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (3) u skont il-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi regoli li skonthom Stat Membru wieħed jirrikonoxxi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, jissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni imposti fuq persuna fiżika u jikkonsenja l-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti f’każ ta’ ksur ta’ dawn il-miżuri.

Artikolu 2

Objettivi

1.   L-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huma:

(a)

li jiġi żgurat il-kors dovut tal-ġustizzja, u b’mod partikolari, li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli biex tingħamel skont il-liġi;

(b)

li jiġi promoss, fejn adatt, l-użu, matul proċedimenti kriminali, ta’ miżuri mhux ta’ kustodja għal persuni li m’humiex residenti fl-Istat Membru fejn qed iseħħu l-proċedimenti;

(c)

li tittejjeb il-protezzjoni tal-vittmi u tal-pubbliku inġenerali.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas ma tagħti l-ebda dritt lil persuna li tuża, matul proċedimenti kriminali, miżura mhux ta’ kustodja bħala alternattiva għall-kustodja. Din hija materja regolata mil-liġi u l-proċeduri tal-Istat fejn qed iseħħu l-proċedimenti kriminali.

Artikolu 3

Protezzjoni tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna

Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-vittimi, tal-pubbliku ġenerali u tas-sigurtà interna, skont l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

(a)

“deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni” tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f’konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta’ superviżjoni;

(b)

“miżuri ta’ superviżjoni” tfisser l-obbligi u l-istruzzjonijiet imposti fuq persuna fiżika, f’konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat emittenti;

(c)

“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru li fih tkun inħarġet deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni;

(d)

“Stat ta’ esekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li fih jiġu ssorveljati l-miżuri ta’ superviżjoni.

Artikolu 5

Drittijiet fundamentali

Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif sanċiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Nomina ta’ awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet ġudizzjarji, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni Qafas fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtoritajiet mhux ġudizzjarji bħala l-awtoritajiet kompetenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Deċiżjoni Qafas, dment li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura simili taħt il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.

3.   Id-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 18(1)(c) għandhom jittieħdu minn awtorità ġudizzjarja kompetenti.

4.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 7

Rikors għall-awtorità ċentrali

1.   Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu tipprevedi hekk, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Stat Membru jista’, jekk huwa meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċeviment amministrattivi ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni, flimkien maċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatati miegħu. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji tal-informazzjoni, l-inkjesti u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità ċentrali jew awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informazzjoni relatata mal-awtorità ċentrali jew awtoritajiet ċentrali nnominata jew innominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.

Artikolu 8

Tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni

1.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-miżuri ta’ superviżjoni li ġejjin:

(a)

obbligu għall-persuna biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe bidla ta’ residenza, b’mod partikolari għall-fini tar-riċeviment taċ-ċitazzjoni sabiex tattendi smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali;

(b)

obbligu li ma tidħolx f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fl-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni;

(c)

obbligu biex tibqa’ f’post speċifiku, fejn applikabbli matul ħinijiet speċifiċi;

(d)

obbligu li fih limitazzjonijiet dwar tluq mit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni;

(e)

obbligu biex tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika;

(f)

obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ persuni speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, liema miżuri ta’ superviżjoni, barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, huwa lest li jissorvelja. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu b’mod partikolari:

(a)

obbligu li ma jkunx hemm involviment f’attivitajiet speċifiċi fir-rigward ta’ reat(i) allegatament imwettqa, li jista’ jinkludi involviment fi professjoni specifika jew qasam ta’ impjieg;

(b)

obbligu li ma tinsaqx vettura;

(c)

obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta’ flus jew li tingħata tip ieħor ta’ garanzija, li tista’ tingħata jew permezz ta’ numru speċifiku ta’ pagamenti bin-nifs jew inkella f’darba;

(d)

obbligu biex isirilha trattament terapewtiku jew trattament għal xi vizzju;

(e)

obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ oġġetti speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa.

3.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt dan l-Artikolu disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 9

Kriterji relatati mal-Istat Membru li lilu tista’ tintbagħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni

1.   Deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tista’ tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f’każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata dwar il-miżuri kkonċernati, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f’dak l-Istat.

2.   L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’, fuq talba tal-persuna, tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru minbarra l-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, bil-kondizzjoni li din l-aħħar awtorità tkun tat il-kunsens tagħha biex din tintbagħat.

3.   Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħtu l-kunsens li tintbagħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni f’każijiet skont il-paragrafu 2.

4.   Kull Stat Membru għandu jagħmel dikjarazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 3. L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw tali dikjarazzjoni fi kwalunkwe waqt. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 10

Proċedura biex id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat flimkien maċ-ċertifikat

1.   Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) jew (2), l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tibgħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lil Stat Membru ieħor, hija għandha tiżgura li hija tkun akkumpanjata b’ċertifikat, li l-forma standard tiegħu hija stabbilita fl-Anness I.

2.   Id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk dan hekk jitlob. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmijin.

3.   Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu ċertifikat bħala preċiż, mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti.

4.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu, minbarra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(1), jinkludi biss tali miżuri kif notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni skont l-Artikolu 8(2).

5.   L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tispeċifika:

(a)

fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien li għalih tapplika d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u jekk it-tiġdid ta’ din id-deċiżjoni hux possibbli;

u

(b)

fuq bażi indikattiva, it-tul ta’ żmien proviżorju li għalih x’aktarx ser tkun meħtieġa s-sorveljanza tal-miżuri, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li huma magħrufa meta d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat.

6.   L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta’ esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe waqt partikolari.

7.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, din tal-aħħar għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-ħolqien ta’ Network Ġudizzjarju Ewropew (4), sabiex tinkiseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni.

8.   Meta awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tirċievi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien ma’ ċertifikat m’għandha l-ebda kompetenza biex tirrikonoxxi dik id-deċiżjoni, din l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat id-deċiżjoni flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Kompetenza dwar is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni

1.   Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni ma tkunx irrikonoxxiet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni mibgħuta lilha u ma tkunx infurmat lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti b’ tali rikonoxximent, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tibqa’ kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni imposti.

2.   Jekk il-kompetenza għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni ġiet trasferita lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, tali kompetenza għandha tmur lura għand l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti

(a)

fejn il-persuna kkonċernata tkun stabbiliet ir-residenza legali u ordinarja tagħha fi Stat li mhux l-Istat ta’ esekuzzjoni;

(b)

hekk kif l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun innotifikat l-irtirar taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10(1), skont l-Artikolu 13(3), lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni;

(c)

fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat il-miżuri ta’ superviżjoni u l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(4)(b), tkun irrifjutat li tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni modifikati għaliex dawn ma jaqgħux taħt it-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 8(1) u/jew taħt dawk notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni kkonċernat skont l-Artikolu 8(2);

(d)

meta l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) ikun skada;

(e)

fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tkun iddeċidiet li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni u tkun infurmat lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar dan, b’applikazzjoni tal-Artikolu 23.

3.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex tiġi evitata kemm jista’ jkun, kwalunkwe skontinwità fis-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni.

Artikolu 12

Deċiżjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha, mill-iktar fis possibli u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u ċ-ċertifikat, tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni mibgħuta skont l-Artikolu 9 u b’segwitu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u mingħajr dewmien għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal rifjut imsemmijin fl-Artikolu 15.

2.   Jekk ġie introdott rimedju legali kontra d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-limitu ta’ żmien għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni għandu jiġi estiż b’20 jum ta’ xogħol oħra.

3.   Jekk, f’każijiet eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tikkonforma mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel hi, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm bi ħsiebha tieħu żmien biex tagħti deċiżjoni finali.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ tipposponi d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni fejn iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 huwa inkomplet jew manifestament ma jikkorrispondix mad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, sa tali limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilita biex iċ-ċertifikat ikun kompletat jew ikkoreġut.

Artikolu 13

Adattament tal-miżuri ta’ superviżjoni

1.   Jekk in-natura tal-miżuri ta’ superviżjoni hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat tista’ tadattahom b’konformità mat-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni li japplikaw, skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, għal reati ekwivalenti. Il-miżura ta’ superviżjoni adattata għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun ma’ dik imposta fl-Istat emittenti.

2.   Il-miżura ta’ superviżjoni adattata m’għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta’ superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.

3.   Wara l-wasla tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2)(b) jew (f), l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira ċ-ċertifikat dment li s-sorveljanza fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx għadu beda. Fi kwalunkwe każ, tali deċiżjoni għandha tittieħed u tiġi kkomunikata mill-aktar fis possibbli u f’mhux aktar tard minn għaxart ijiem min-notifika rilevanti.

Artikolu 14

Kriminalità doppja

1.   Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda ta’ libertà għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u skont kif inhuma definiti bil-liġi tal-Istat emittenti, għandhom, skont it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-att, iwasslu għal rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal,

traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjoni u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5),

laundering ta’ rikavati mill-kriminalità,

falsifikazzjoni ta’ flus, inkluż l-ewro,

atti kriminali konnessi mal-informatika,

atti kriminali ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-perikolu li jinqerdu,

faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

omiċidju, offiża gravi fuq persuna,

kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti umani,

ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobja,

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

it-traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

frodi,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas,

traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u growth promoters oħra,

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

traffikar ta’ vetturi misruqa,

stupru,

inċendju volontarju,

atti kriminali li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru/bastimenti,

sabutaġġ.

2.   Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta’ reati mal-lista fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat lilu skont l-Artikolu 27 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

3.   Għal reati oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jagħmel ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni soġġett għall-kondizzjoni li d-deċiżjoni tirrigwarda atti li jikkostitwixxu wkoll reat skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostituttivi jew minn kif inhu deskritt.

4.   L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali, mal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, permezz ta’ dikjarazzjoni notifikata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiddikjaraw li huma ma humiex ser japplikaw il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ xi reati jew tar-reati kollha msemmijin f’dak il-paragrafu. Tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe mument. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta’ dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Raġunijiet għal rifjut

1.   L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jekk:

(a)

iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10 huwa inkomplet jew manifestament ma jikkorrispondix għad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u mhux ikkompletat jew ikkorreġut f’perijodu raġonevoli stabbilit mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni;

(b)

ma jintlaħqux il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1), 9(2) jew 10(4);

(c)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jkun jikser l-prinċipju ne bis in idem;

(d)

id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni hija relatata, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u, fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(4), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(1), għal att li ma jkunx jikkostitwixxi reat taħt il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni; fi kwistjonijiet ta’ taxxa, dwana u valuta, madankollu, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni ma tippreskrivix taxxi tal-istess tip jew ma fiha ebda dispożizzjoni dwar taxxi, dazji jew valuta tal-istess tip bħal-liġi tal-Istat emittenti;

(e)

il-prosekuzzjoni kriminali hija preskritta skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni u tirrigwarda att li jaqa’ fil-kompetenza tal-Istat ta’ esekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(f)

hemm immunità skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, li tagħmel is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni impossibbli;

(g)

skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna, minħabba l-età tagħha, ma tistax tinżamm kriminalment responsabbli għall-att li fuqu hi bbażata d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni;

(h)

f’każ ta’ ksur tal-miżuri ta’ superviżjoni, ikollha tirrifjuta li tikkonsenja l-persuna kkonċernata skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew”).

2.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkomunika, b’mezzi xierqa, mal-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti u, kif meħtieġ, titlob lil din tal-aħħar biex tipprovdi mingħajr dewmien l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.

3.   Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni hija tal-opinjoni li r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tista tkun miċħuda fuq il-bażi tal-paragrafu 1 punt h), iżda madanakollu hija lesta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni li hemm fiha, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’dan waqt li tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda possibbli. F’tali każ, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira ċ-ċertifikat skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(3). Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti ma tirtirax iċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni li hemm fiha, bl-intendiment li l-persuna kkonċernata tista’ ma tkunx ikkonsenjata fuq il-bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Artikolu 16

Liġi li tirregola s-superviżjoni

Is-sorveljanza ta’ miżuri ta’ superviżjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni.

Artikolu 17

Kontinwazzjoni tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni

Meta l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) jkun ser jiskadi u jkun għad hemm il-ħtieġa għall-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni sabiex testendi s-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari u l-konsegwenzi previsti għall-persuna jekk l-Artikolu 11(2)(d) ikun japplika. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tindika l-perijodu ta’ żmien li għalih aktarx tkun meħtieġa tali estensjoni.

L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tiddeċiedi dwar din it-talba skont il-liġi nazzjonali tagħha, waqt li tindika fejn adatt it-tul massimu tal-estensjoni. F’dawn il-każijiet, jista’ japplika l-Artikolu 18(3).

Artikolu 18

Kompetenza għat-teħid tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti u l-liġi li tirregola

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha relatati ma’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni. Tali deċiżjonijiet sussegwenti jinkludu notevolment:

(a)

it-tiġdid, ir-reviżjoni u l-irtirar tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni;

(b)

il-modifika tal-miżuri ta’ superviżjoni;

(c)

il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista’ tiġi nfurzata li jkollha l-istess effett.

2.   Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1.

3.   Fejn huwa meħtieġ mil-liġi nazzjonali tagħha, awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tuża l-proċedura ta’ rikonoxximent stabbilta fid-Deċiżjoni Qafas sabiex tagħti effett lid-deċiżjonijiet msemmijin fil-paragarfu 1 a) u b) fis-sistema legali nazzjonali tagħha. Tali rikonoxximent ma għandux iwassal għal eżami ġdid tar-raġunijiet għal rifjut.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat il-miżuri ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1(b), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’:

(a)

tadatta dawn il-miżuri modifikati b’applikazzjoni tal-Artikolu 13, fil-każ li n-natura tal-miżuri ta’ superviżjoni modifikati hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat ta’ eskuzzjoni;

jew

(b)

tirrifjuta li tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni modifikati jekk dawn il-miżuri ma jaqgħux taħt it-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 8(1) u/jew taħt dawk notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni kkonċernat skont l-Artikolu 8(2).

5.   Il-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti skont il-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti li jistgħu jinbdew fl-Istat ta’ eżekuzzjoni kontra l-persuna kkonċernata fir-rigward tar-reati kriminali mwettqin minnha barra minn dawk li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni.

Artikolu 19

Obbligi tal-awtoritajiet involuti

1.   Fi kwalunkwe waqt matul is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tistieden lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk is-sorveljanza tal-miżuri għadhomx meħtieġa fiċ-ċirkostanza tal-każ partikolari in kwistjoni. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha, mingħajr dewmien, twieġeb għal stedina bħal din, u fejn meħtieġ permezz tat-teħid ta’ deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1).

2.   Qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(5), l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tispeċifika, ex officio jew fuq talba tal-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, għal liema perijodu addizzjonali, jekk hemm, hija tistenna li s-sorveljanza tal-miżuri għadha meħtieġa.

3.   L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti bi kwalunkwe ksur ta’ miżura ta’ superviżjoni, u bi kwalunkwe sejba oħra li tista’ tirriżulta fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1). In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.

4.   Bil-ħsieb li l-persuna kkonċernata tkun mismugħa, il-proċedura u l-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istrumenti tad-dritt internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni Ewropea li tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw il-konferenzi bit-telefon u bil-vidjo għas-smigħ ta’ persuni jistgħu jintużaw mutatis mutandis, b’mod partikolari fejn il-leġislazzjoni tal-Istat emittenti tipprevedi li għandu jkun hemm smigħ ġudizzjarju qabel tittieħed deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(1).

5.   L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) u bil-fatt li ġie introdott rimedju legali kontra deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni.

6.   Jekk iċ-ċertifikat rigward id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni ġiet irtirata, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri ordnati hekk kif hi tkun ġiet debitament infurmata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

Artikolu 20

Informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni

1.   L-awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tkun irċeviet deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ liema m’għandha l-ebda kompetenza li tirrikonoxxi, flimkien ma’ ċertifikat, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar lil liema awtorità huwa bagħat din id-deċiżjoni, flimkien maċ-ċertifikat, skont l-Artikolu 10(8).

2.   L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:

(a)

dwar kwalunkwe bidla fir-residenza tal-persuna kkonċernata;

(b)

dwar il-perijodu ta’ żmien massimu li matulu l-miżuri ta’ superviżjoni jistgħu jiġu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni, f’każ li l-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni tipprevedi tali massimu;

(c)

dwar il-fatt li fil-prattika huwa impossibbli li ssir sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għar-raġuni li, wara t-trażmissjoni tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u taċ-ċertifikat lill-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna ma tistax tinstab fit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni, f’liema każ ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu tal-Istat ta’ esekuzzjoni biex jissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni;

(d)

dwar il-fatt li ddaħħal rimedju legali kontra deċiżjoni li tirrikonoxxi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni;

(e)

dwar id-deċiżjoni finali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u t-teħid tal-miżuri kollha meħtieġa għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni;

(f)

dwar kwalunkwe deċiżjoni li jiġu adattati l-miżuri ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 13;

(g)

dwar kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u li tassumi responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 15, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Artikolu 21

Konsenja tal-persuna

1.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista’ tiġi nfurzata li għandhom l-istess effett, il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew.

2.   F’dan il-kuntest, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew ma jistax jiġi invokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni biex tiċħad il-konsenja tal-persuna.

3.   Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, li huwa ser japplika wkoll l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti.

4.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt il-paragrafu preċedenti disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 22

Konsultazzjonijiet

1.   Sakemm mhux prattikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin:

(a)

waqt il-preparazzjoni, jew, għallinqas, qabel ma tintbgħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10;

(b)

biex tkun iffaċilitata s-sorveljanza bla xkiel u effiċjenti tal-miżuri ta’ superviżjoni;

(c)

fejn persuna tkun wettqet ksur serju tal-miżuri ta’ superviżjoni imposti.

2.   L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont debitu ta’ kwalunkwe indikazzjoni kkomunikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni dwar ir-riskju li l-persuna kkonċernata tista’ toħloq għall-vittmi u għall-pubbliku inġenerali.

3.   B’applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni utli kollha, inklużi:

(a)

informazzjoni li tippermetti l-verifika tal-identità u l-post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata;

(b)

informazzjoni rilevanti estratta minn rekords kriminali skont l-istrumenti leġislattivi applikabbli.

Artikolu 23

Notifiki mhux imwiġbin

1.   Fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tkun bagħtet diversi notifiki msemmijin fl-Artikolu 19(3) fir-rigward tal-istess persuna lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, mingħajr ma din l-awtorità tal-aħħar tkun ħadet deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tistieden lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti sabiex tieħu din id-deċiżjoni, u tagħtiha limitu ta’ żmien raġonevoli biex tagħmel dan.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emitteti ma taġixxix fil-limitu ta’ żmien mogħtija indikat mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità tal-aħħar tista’ tiddeċiedi li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni. F’tali każ, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar id-deċiżjoni tagħha, u l-kompetenza għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għandha tmur lura għand l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(2).

3.   Fejn il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni teħtieġ konferma perjodika tal-ħtieġa li tittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti sabiex tipprovdi tali konferma, waqt li tagħtiha limitu ta’ żmien raġonevoli sabiex tirrispondi għal tali talba. F’każ li l-awtorita kompetenti fl-Istat emittenti ma tweġibx fil-limitu ta’ żmien ikkonċernat, l-awtorita kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tibgħat talba ġdida lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, waqt li tagħtiha limitu’ ta’ żmien raġonevoli sabiex twieġeb għal tali talba u tindika li hija tista’ tiddeċiedi li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni jekk ma tirċievi l-ebda risposta f’dak il-limitu ta’ żmien. Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma tirċevix risposta għal tali talba ġdida fil-limitu ta’ żmien stabbilit, hija tista’ taġixxi skont il-paragrafu 2.

Artikolu 24

Lingwi

Iċ-ċertifikati għandhom jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, jew meta din id-Deċiżjoni Qafas tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Spejjeż

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ esekuzzjoni, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklussivament fit-territorju tal-Istat emittenti.

Artikolu 26

Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħrajn

1.   Sakemm tali ftehim jew arranġamenti jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Qafas tidħol fis-seħħ;

(b)

jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Qafas tkun daħlet fis-seħħ.

2.   Il-ftehim u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda każ ma għandhom jaffettwaw ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li mhumiex partijiet għalihom.

3.   L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta’ Marzu 2010, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kunsill bil-ftehim u l-arranġamenti eżistenti msemmijin fil-paragrafu 1(a) li huma jixtiequ jkomplu japplikaw.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat kwalunkwe tali arranġament jew ftehim.

Artikolu 27

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sal-1 ta’ Diċembru 2012.

2.   Sal-istess data, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 28

Rapport

1.   Sal-1 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27(2).

2.   Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kunsill għandu jivvaluta:

(a)

sa liema punt l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas; u

(b)

l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BILLSTRÖM


(1)  Opinjoni (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4.

(5)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(6)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


ANNESS I

ĊERTIFIKAT

imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI ta’ 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (1)

(a)   Stat Emittenti:

Stat ta’ Esekuzzjoni:

(b)   Awtorità li ħarġet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni:

Isem uffiċjali:

Jekk jogħġbok indika jekk għandhiex tinkiseb xi informazzjoni addizzjonali dwar id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni minn:

l-awtorità speċifikata hawn fuq

l-awtorità ċentrali; jekk immarkajt din il-kaxxa, jekk jogħġbok agħti l-isem uffiċjali ta’ din l-awtorità ċentrali:

awtorità kompetenti oħra; jekk immarkajt din il-kaxxa, jekk jogħġbok agħti l-isem uffiċjali ta’ din l-awtorità:

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità emittenti/awtorità ċentrali/awtorità kompetenti oħra

Indirizz:

Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kariga (titolu/grad):

Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Posta Elettronika (jekk hemm):

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

(c)   Jekk jogħġbok indika liema awtorità għandha tiġi kkuntattjata jekk ikollha tinkiseb xi informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni:

l-awtorità msemmija fil-punt (b)

awtorità oħra; jekk immarkajt din il-kaxxa, jekk jogħġbok agħti l-isem uffiċjali ta’ din l-awtorità:

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità, jekk din l-informazzjoni għadha ma ngħatatx taħt il-punt (b)

Indirizz:

Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kariga (titolu/grad):

Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt)

Posta Elettronika (jekk hemm):

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

(d)   Informazzjoni dwar il-persuna fiżika li fir-rigward tagħha nħarġet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni:

Kunjom:

Isem/Ismijiet:

Kunjom ta’ xebba, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Nazzjonalità:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizzi/residenzi:

fl-Istat emittenti:

fl-Istat ta’ esekuzzjoni:

xi mkien ieħor:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

Jekk disponibbli, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

Tip u numru tad-dokument(i) ta’ identità tal-persuna (karta tal-identità, passaport):

Tip u numru tal-permess ta’ residenza tal-persuna fl-Istat ta’ esekuzzjoni:

(e)   Informazzjoni dwar l-Istat Membru li qed jintbagħtulu d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat

Id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni, flimkien maċ-ċertifikat qed jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni indikat fil-punt (a) għar-raġuni li ġejja:

il-persuna kkonċernata għandha r-residenza legali u ordinarja tagħha fl-Istat ta’ esekuzzjoni u, wara li kienet infurmata dwar il-miżuri kkonċernati, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f’dak l-Istat

il-persuna kkonċernata talbet li d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat lill-Istat Membru minbarra dak li fih il-persuna għandha r-residenza legali u ordinarja tagħha, għar-raġuni(jiet) li ġejjin:

(f)   Indikazzjonijiet rigward id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni:

Id-deċiżjoni ngħatat fi (data: JJ-XX-SSSS):

Id-deċiżjoni saret infurzabbli fi (data: JJ-XX-SSSS):

Jekk, fiż-żmien tat-trażmissjoni ta’ dan iċ-ċertifikat, ġie introdott rimedju legali kontra d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni, jekk jogħġbok immarka din il-kaxxa … 

Numru ta’ referenza tal-fajl tad-deċiżjoni (jekk disponibbli):

Il-persuna kkonċernata kienet f’detenzjoni proviżorja matul il-perijodu li ġej (fejn applikabbli):

(1)

Id-deċiżjoni tkopri b’kollox: … reati allegati.

Sommarju tal-fatti u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu r-reat(i) allegat(i), inkluż il-ħin u l-post, u l-grad ta’ parteċipazzjoni mill-persuna kkonċernata:

Natura u klassifikazzjoni legali tar-reat(i) allegat(i) u d-dispożizzjonijiet statutorji applikabbli li abbażi tagħhom tkun inħarġet id-deċiżjoni:

2.

Jekk ir-reat(i) allegat(i) msemmi/jin fil-punt 1 jikkostitwixxu wieħed jew aktar mir-reati li ġejjin, kif definiti fil-liġi tal-Istat emittenti u li huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-liberta’ ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, jekk jogħġbok ikkonferma billi timmarka l-kaxxa/i rilevanti:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar tal-bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal,

traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjoni u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

laundering tar-rikavati minn kriminalità,

falsifikazzjoni ta’ flus, inkluż l-ewro,

reati konnessi mal-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,

faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

omiċidju, offiżi gravi fuq persuna,

kummerċ illeċitu fl-organi u t-tessuti umani,

ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobja,

serq organizzat jew bl-użu tal-armi,

traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

frodi,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas,

traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u growth promoters oħrajn,

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

traffikar ta’ vetturi misruqa,

stupru,

inċendju volontarju,

atti kriminali li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta’ ajruplani/bastimenti,

sabutaġġ.

3.

Safejn ir-reat(i) allegat(i) identifikat(i) fil-punt 1 hawn fuq mhux kopert(i) mill-punt 2 jew jekk id-deċiżjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat jintbagħtu lil Stat Membru, li jkun iddikjara li ser jivverifika l-kriminalità doppja (Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas), jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni sħiħa tar-reat(i) allegat(i) kkonċernat(i):

(g)   Indikazzjonijiet rigward it-tul ta’ żmien u n-natura tal-miżura/i ta’ superviżjoni

1.

It-tul ta’ żmien li għalih tapplika d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u jekk it-tiġdid ta’ din id-deċiżjoni hux possibbli (fejn applikabbli):

2.

Tul ta’ żmien proviżorju li għalih x’aktarx ser tkun meħtieġa s-sorveljanza tal-miżuri, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li huma magħrufa meta d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat (informazzjoni indikattiva):

3.

Natura tal-miżura/i ta’ superviżjoni (huwa possibbli timmarka aktar minn kaxxa waħda):

obbligu għall-persuna biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe bidla ta’ residenza, b’mod partikolari għall-fini tar-riċeviment taċ-ċitazzjoni sabiex tattendi smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali;

obbligu li ma tidħolx f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fl-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni;

obbligu biex tibqa’ f’post speċifiku, fejn applikabbli matul ħinijiet speċifiċi;

obbligu li fih limitazzjonijiet dwar tluq mit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni;

obbligu biex tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika;

obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ persuni speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa.

miżuri oħrajn li l-Istat ta’ esekuzzjoni huwa ppreparat jissorvelja skont notifika taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Qafas:

Jekk immarkajt din il-kaxxa rigward “miżuri oħra”, jekk jogħġbok speċifika liema hija l-miżura kkonċernata billi timmarka l-kaxxa/kaxex adatt(i):

obbligu li ma jkunx hemm involviment f’attivitajiet speċifiċi fir-rigward ta’ reat(i) allegatament imwettqa, li jista’ jinkludi involviment fi professjoni specifika jew qasam ta’ impjieg;

obbligu li ma tinsaqx vettura;

obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta’ flus jew li tingħata tip ieħor ta’ garanzija, li tista’ tingħata jew permezz ta’ numru speċifiku ta’ pagamenti bin-nifs jew inkella f’darba;

obbligu biex isirilha trattament terapewtiku jew trattament għal xi vizzju;

obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ oġġetti speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa.

miżuri oħra (jekk jogħġbok speċifika):

4.

Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata tal-miżura(i) ta’ superviżjoni indikata(i) taħt 3:

(h)   Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ, inklużi raġunijiet speċifiċi għall-imposizzjoni tal-miżura(i) ta’ superviżjoni (informazzjoni fakultattiva):

It-test tad-deċiżjoni huwa mehmuż maċ-ċertifikat.

Firma tal-awtorità li qed toħroġ iċ-ċertifikat u/jew tar-rappreżentant tagħha biex tikkonferma li l-kontenut taċ-ċertifikat huwa preċiż:

Isem:

Kariga (titolu/grad):

Data:

Referenza tal-fajl (jekk hemm):

(Fejn adatt) Timbru uffiċjali:


(1)  Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiteb, jew jiġi tradott, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, jew fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li hija aċċettata minn dak l-Istat.


ANNESS II

FORMOLA

imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI ta’ 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja

RAPPORT TA’ KSUR TA’ MIŻURA TA’ SUPERVIŻJONI U/JEW TA’ KWALUNKWE SEJBA OĦRA LI TISTA’ TIRRIŻULTA FIT-TEĦID TA’ KWALUNKWE DEĊIŻJONI SUSSEGWENTI

(a)   Dettalji tal-identità tal-persuna soġġetta għal superviżjoni:

 

Kunjom:

 

Isem/Ismijiet:

 

Kunjom ta’ xebba, fejn applikabbli:

 

Psewdonimi, fejn applikabbli:

 

Sess:

 

Nazzjonalità:

 

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

 

Data tat-twelid:

 

Post tat-Twelid:

 

Indirizz:

 

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

(b)   Dettalji tad-deċiżjoni dwar miżura(i) ta’ superviżjoni;

 

Deċiżjoni maħruġa fi:

 

Referenza tal-fajl (jekk hemm):

 

Awtorità li ħarġet id-deċiżjoni:

 

Isem uffiċjali:

 

Indirizz:

 

Ċertifikat maħruġ fi:

 

Awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat:

 

Referenza tal-fajl (jekk hemm):

(c)   Dettalji tal-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-miżura(i) ta’ superviżjoni:

 

Isem uffiċjali tal-awtorità:

 

Isem tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata:

 

Kariga (titolu/grad):

 

Indirizz:

 

Tel. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona):

 

Fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona):

 

Posta Elettronika:

 

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

(d)   Ksur ta’ miżura(i) ta’ superviżjoni u/jew sejbiet oħra li setgħu jirriżultaw fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti:

Il-persuna msemmija f’(a) qed tikser il-miżura(i) ta’ superviżjoni li ġejja/ġejjin:

obbligu għall-persuna biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe bidla ta’ residenza, b’mod partikolari għall-fini tar-riċeviment taċ-ċitazzjoni sabiex tattendi smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali;

obbligu li ma tidħolx f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fl-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni;

obbligu biex tibqa’ f’post speċifiku, fejn applikabbli matul ħinijiet speċifiċi;

obbligu li fih limitazzjonijiet dwar tluq mit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni;

obbligu biex tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika;

obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ persuni speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa;

miżuri oħra (jekk jogħġbok speċifika):

Deskrizzjoni tal-ksur (post, data u ċirkostanzi speċifiċi):

Hemm sejbiet oħra li jistgħu jirriżultaw fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti;

Deskrizzjoni tas-sejbiet:

(e)   Dettalji tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk għandha tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur:

 

Kunjom:

 

Isem/Ismijiet:

 

Indirizz:

 

Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt):

 

Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt):

 

Posta Elettronika:

 

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

 

Firma tal-awtorità li qed toħroġ il-formola u/jew tar-rappreżentant tagħha, li tikkonferma li l-kontenut tal-formola huwa korrett:

 

Isem:

 

Kariga (titolu/grad):

 

Data:

 

Timbru uffiċjali (fejn applikabbli):


DIKJARAZZJONI MILL-ĠERMANJA

Il-Ġermanja tiddikjara li skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, mhix ser tapplika l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Qafas fir-rigward tar-reati kollha msemmijin hemmhekk.

Din id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


DIKJARAZZJONI MILL-POLONJA

Skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-UE dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Polonja tiddikkjara li mhijiex ser tapplika l-paragrafu (1) tal-Artikolu msemmi hawn fuq fir-rigward tar-reati kollha msemmija f'dak il-paragrafu.”

Id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


DIKJARAZZJONI MILL-UNGERIJA

Skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-UE dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Ungerija tiddikjara li mhijiex ser tapplika l-paragrafu (1) tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Qafas imsemmija hawn fuq fir-rigward tar-reati msemmijin f'dak il-paragrafu.”

Din id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li rreferiet għar-“raġunijiet kostituzzjonali” imsemmija fl-Artikolu 14(4), l-Ungerija pprovdiet l-ispjegazzjoni li ġejja:

“Wara r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona, l-Ungerija emendat il-Kostituzzjoni tagħha sabiex tikkonforma mal-obbligi msemmija fih, inkluż il-ħtieġa li ma tiġix applikata l-kondizzjoni tal-kriminalità doppja f'materji kriminali. Din id-dispożizzjoni kostituzzjonali ser tidħol fis-seħħ fl-istess waqt bħat-Trattat ta' Lisbona. Madankollu, sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat, il-kriminalità doppja tibqa' kwistjoni kostituzzjonali importanti u - bħala prinċipju kostituzzjonali minqux mill-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni - ma għandhiex tkun injorata. Għalhekk, l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Qafas ma għandu jiġi applikat għall-ebda reat elenkat (jew kif ifformulat mill-artikolu rilevanti: ma għandux jiġi applikat ‘fir-rigward tar-reati kollha’).”


DIKJARAZZJONI MIL-LITWANJA

Konformement mal-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Litwanja tiddikjara li għal raġunijiet kostituzzjonali, mhijiex ser tapplika l-Artikolu 14(1) fir-rigward ta' kwalunkwe reat imsemmi fih.

Din id-Dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.