ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.286.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 286

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
31 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ( 1 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni ( 1 )

31

 

*

Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki ( 1 )

36

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/1


REGOLAMENT (KE) Nru 1005/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (3) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi. Billi għandhom isiru iżjed emendi, għandu jiġi mfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Huwa stabbilit li l-emissjonijiet kontinwi ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu (ODS) joħolqu ħsara sinifikanti lis-saff tal-ożonu. Hemm evidenza ċara ta’ nuqqas fil-piż atmosferiku ta’ ODS, u ġew osservati xi sinjali bikrin ta’ rkupru stratosferiku. Madankollu, l-irkupru tas-saff tal-ożonu għal-livell tal-konċentrazzjonijiet li kien jeżisti qabel l-1980 mhuwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Żieda fir-radjazzjoni UV-B li tirriżulta mit-tnaqqis tal-ożonu għalhekk tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. Fl-istess ħin, ħafna minn dawn is-sustanzi għandhom potenzjal għoli ta’ tisħin globali u huma fatturi li jikkontribwixxu biex tiżdied it-temperatura tal-pjaneta. Għalhekk jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri effiċjenti sabiex tkun imħarsa s-saħħa umana u l-ambjent kontra l-effetti ħżiena li jirriżultaw minn emissjonijiet bħal dawn u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar dewmien fl-irkupru tas-saff tal-ożonu.

(3)

Fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħha dwar l-ambjent u l-kummerċ, il-Komunità, bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE (4), saret Parti mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Protezzjoni tas-Saff tal-Ożonu u tal-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu l-Ożonu (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”).

(4)

Bosta ODS huma gassijiet tal-effett serra li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Qafas għat-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha għaliex bosta jaħsbu li l-Protokoll se jneħħi gradwalment l-ODS. Minkejja l-progress li sar permezz tal-Protokoll, il-ħidma biex l-ODS jitneħħew gradwalment għad trid isseħħ fl-intier tagħha fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li bħalissa bosta alternattivi għall-ODS għandhom potenzjal għoli ta’ tisħin globali. Għalhekk, hemm bżonn li wieħed inaqqas għall-minimu u jelimina l-produzzjoni u l-użu tal-ODS kull fejn ikunu disponibbli alternattivi teknikament vijabbli li għandhom potenzjal baxx ta’ tisħin.

(5)

L-aħħar miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu kienu adottati mill-Partijiet fil-Protokoll fil-laqgħa tagħhom f’Montreal f’Settembru 2007 u f’Doha f’Novembru 2008. Huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell ta’ Komunità sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-Komunità skont il-Protokoll u partikolarment biex tiġi implimentata t-tneħħija aċċelerata tal-idroklorofluworokarbonji, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riskji li jiddaħħlu alternattivi b’potenzjali għoljin ta’ tisħin globali.

(6)

B’segwitu għat-tħassib imsemmi fir-Rapport tal-2006 tal-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika relatat mat-tkabbir aċċelerat tal-produzzjoni u l-konsum tal-idroklorofluworokarbonji fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-Partijiet fil-Protokoll fl-2007 adottaw id-Deċiżjoni XIX/6 waqt id-dsatax-il laqgħa tagħhom bi skeda ta’ tneħħija aċċelerata tal-idroklorofluworokarbonji. Wara din id-Deċiżjoni, id-data tat-tneħħija gradwali tal-produzzjoni għandha titressaq mill-2025 għall-2020.

(7)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000, mill-2010 ‘l quddiem, l-idroklorofluworokarbonji ma jistgħux jibqgħu jintużaw għall-manutenzjoni u servicing ta’ tagħmir ta’ tkessiħ u tal-arja kondizzjonata. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ użu illegali ta’ idroklorofluworokarbonji verġni bħal materjal riċiklat jew reklamat, materjal reklamat jew riċiklat għandu jintuża biss f’operazzjonijiet ta’ manutenzjoni jew servicing. Il-bejgħ mill-ġdid ta’ idroklorofluworkarbonji riċiklati għandu jkun projbit, u l-idroklorofluworokarbonji riċiklati għandhom jintużaw biss meta jkunu rkuprati minn tagħmir bħal dan u mill-intrapriża biss li tkun wettqet jew tkun inkarigata biex twettaq l-irkupru. Minħabba raġunijiet ta’ konsistenza, din l-eżenzjoni għandha tapplika wkoll għal tagħmir tas-sħana bil-pompa.

(8)

Fid-dawl tad-disponibbiltà wiesgħa ta’ teknoloġiji u sustanzi alternattivi biex jissostitwixxu ODS, huwa xieraq f’ċerti każijiet li jkunu provduti miżuri ta’ kontroll li jkunu aktar stretti minn dawk li hemm provduti fir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u aktar stretti minn dawk tal-Protokoll.

(9)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji kompletament aloġenati oħra, aloni, tetraklorur tal-karbonju, idrobromofluworokarbonji tal-1,1,1-trikloroetan, bromoklorometan u bromur tal-metil tneħħew gradwalment u għalhekk, it-tpoġġija fis-suq ta’ dawk is-sustanzi u ta’ prodotti u tagħmir li fih dawk is-sustanzi huwa projbit. Issa huwa xieraq ukoll li l-projbizzjoni tal-użu ta’ dawk is-sustanzi tkun progressivament iġġeneralizzata għall-manutenzjoni jew servicing ta’ tagħmir bħal dan.

(10)

Anke wara t-tneħħija gradwali ta’ sustanzi kontrollati l-Kummissjoni għandha taħt ċerti kondizzjonijiet tagħti eżenzjonijiet għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni X/14 tal-Partijiet fil-Protokoll tistabbilixxi kriterji għall-għotja ta’ eżenzjonijet għal dawk l-użi. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi kondizzjonijiet għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi. Biex tiġi evitata żieda fil-kwantitajiet użati għal dawn l-għanijiet, il-produtturi u l-importaturi m’għandux ikollhom il-permess biex iżidu b’mod sinifikanti l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq. Kondizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi għal dawk l-użi deċiżi mill-Partijiet għandhom jiġu integrati f’dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-konformità magħhom.

(11)

Id-disponibbiltà ta’ alternattivi tal-bromur tal-metil kienet riflessa fi tnaqqis iktar sostanzjali fil-produzzjoni u l-konsum tiegħu meta mqabbel mal-Protokoll, kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-bromur tal-metil f’Anness I tad-Direttiva 91/414/KE tal-Kunsill u l-irtirar ta’ awtoriżżazzjoni għall- prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dik is-sustanza (5) u fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (6) L-eżenzjoni għal użu kritiku ta’ bromur tal-metil għandha tieqaf kompletament filwaqt li temporanjament għandu jkun possibbli li tingħata deroga f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza mhux mistennija bħal fil-każ ta’ annimali li jeqirdu l-pjanti jew fil-każ li tfaqqa’ xi epidemija meta użu ta’ emerġenza bħal dan għandu jkun permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu lill-pjanti (7) u d-Direttiva 98/8/KE. F’każijiet bħal dawn għandhom ikunu speċifikati miżuri biex l-emissjonijiet jitnaqqsu għall-minimu, bħal pereżempju l-użu ta’ films kważi impermeabbli għall-fumigazzjoni tal-ħamrija.

(12)

Fl-isfond tar-Regolament tal-Kummissjni (KE) Nru 2032/2003 tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (8) li pprojbixxa l-użu tal-bromur tal-metil bħala bijoċidu mill-1 ta’ Settembru 2006, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE li tipprojbixxi l-użu tal-bromur tal-metil bħala prodott li jipproteġi l-pjanti mit-18 ta’ Marzu 2010, l-użu tal-bromur tal-metil għall-kwarantina u għal applikazzjonijiet ta’ qabel it-trasbord, għandhom ikunu projbiti wkoll mit-18 ta’ Marzu 2010.

(13)

Il-Protokoll, fl-Artikolu 2F(7), jesiġi li l-Partijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-użu ta’ idroklorofluworokarbonji jkun limitat għal dawk l-applikazzjonijiet fejn ma jkunux disponibbli sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar adattati għall-ambjent. Fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ teknoloġiji alternattivi u sostituti, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ idroklorofluworokarbonji kif ukoll prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mil l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu limitati iktar. Id-Deċiżjoni VI/13 tal-Partijiet għall-Protokoll tipprovdi li l-evalwazzjoni ta’ alternattivi għall-idroklorofluworokarbonji għandha tqis fatturi bħalma huma l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu, l-effiċjenza fl-enerġija, il-potenzjal ta’ fjammabbiltà, it-tossiċità, il-potenzjal tat-tisħin globali u l-impatti potenzjali fuq l-użu effettiv u t-tneħħija gradwali tal-klorofluworokarbonji u l-aloni. Il-Partijiet ikkonkludew f’dik id-deċiżjoni li l-kontrolli fuq l-idroklorofluworokarbonji skont il-Protokoll għandhom ikunu konsiderevolment issikkati biex is-saff tal-ożonu jkun protett u biex jirrifletti d-disponibbiltà tal-alternattivi.

(14)

Il-miżuri ta’ kontroll li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti u t-tagħmir li fihom sustanzi kontrollati għandhom jiġu estiżi għal prodotti u tagħmir li jiddipendu minnhom dawk is-sustanzi sabiex jiġu evitati modi li bihom wieħed jaħrab mir-restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament. Billi addizzjonalment jiġu koperti prodotti u tagħmir li għalihom id-diżinn, l-użu jew l-operat kif suppost jeħtieġ il-preżenza ta’ sustanza kontrollata, tiġi eliminata opportunità potenzjali biex jitqiegħdu fis-suq, prodotti ta’ importazzjoni jew esportazzjoni jew tagħmir li ma jkunx fihom sustanzi kontrollati f’dak il-waqt, iżda li jkun jeħtiġilhom jerġgħu jimtlew f’data aktar tard. Barra minn hekk, eżenzjonijiet għal prodotti u tagħmir immanifatturati qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ kontroll għandhom jitneħħew għax m’għadhomx rilevanti u jistgħu jikkostitwixxu riskju ta’ tqegħid fis-suq jew kummerċ, u dan kollu b’mod illegali.

(15)

Sustanzi kontrollati kif ukoll prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew jiddipendu minnhom minn Stati li mhumiex Parti għall-Protokoll ma għandhomx ikunu importati. Barra minn hekk, l-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji jew jiddipendu minnhom wara d-dħul fis-seħħ ta’ projbizzjoni tal-użu ta’ dawk il-prodotti u t-tagħmir jew ta’ sustanzi kkontrollati għall-manutenzjoni jew servicing fil-Komunità għandha tkun projbita sabiex jiġi evitat l-akkumulu ta’ ħażniet ta’ dawk is-sustanzi f’pajjiżi fejn m’hemmx biżżejjed faċilitajiet disponibbli sabiex jinqerdu l-imsemmija sustanzi.

(16)

Is-sistema ta’ liċenzjar għal sustanzi kontrollati tinkludi l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati, sabiex jitjiebu l-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ ta’ ODS u biex jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet. Is-sistema ta’ liċenzjar għandha tiġi estiża għal prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew jiddipendu minnhom.

(17)

Sabiex jitjieb il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ il-liċenzjar għandu jkopri mhux biss id-dħul fit-territorju doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità iżda wkoll id-dħul skont proċeduri doganali oħra jew għal trattamenti u użi approvati mid-dwana. It-tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità, il-ħażna temporanja, l-imħażen doganali u l-proċedura ta’ żona libera għandhom jibqgħu possibbli mingħajr liċenzjar sabiex jiġi evitat piż mhux meħtieġ fuq operaturi u awtoritajiet doganali. Merkanzija minn u lejn territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Komunità jew li merkanizija li mhix koperta minn dan ir-Regolament, iżda li hija koperta mir-ratifikatal-Protokoll mill-Istat Membru, ma għandhiex toħloq piż mhux neċessarju għall-Istati Membri b’relazzjoni mal-liċenzjar u r-rappurtaġġ, sakemm ikunu osservati l-obbligi ta’ dan ir-Regolament u tal-Protokoll.

(18)

Qabel jinħarġu liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tivverifika mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat jekk it-tranżazzjoni ppjanata hijiex se tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż, sabiex jiġi evitat kummerċ illegali u li mhuwiex mixtieq.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (9) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE tat-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (10) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ikklassifikar, l-imballaġ u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet (11) jipprovdu għat-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala ODS u l-ittikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Billi ODS li jkunu prodotti għal materja prima, bħala aġenti tal-proċess, għal użu fil-laboratorju u għal użi analitiċi jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, għandhom ikunu distinti minn dawk is-sustanzi prodotti għal użi oħra, sabiex tiġi evitata kwalunkwe devjazzjoni tas-sustanzi kontrollati intenzjonati għall-materja prima, ta’ aġenti tal-proċess jew ta’ użi fil-laboratorju jew użi analitiċi għal użi oħra li huma kontrollati taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex l-utenti aħħarija jiġu mgħarrfa u jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament jiġi ffaċilitat, anke l-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom sustanzi ta’ dan it-tip jew li jiddipendu minnhom għandhom jiġu ttikkettati b’dan il-mod waqt manutenzjoni jew servicing.

(20)

Sabiex jitnaqqas ir-rilaxx fl-atmosfera ta’ sustanzi kontrollati, għandha ssir dispożizzjoni għall-irkupru ta’ sustanzi kontrollati użati u għall-prevenzjoni ta’ tnixxijiet ta’ sustanzi kontrollati.

(21)

Il-Protokoll jesiġi rappurtar dwar il-kummerċ ta’ ODS. Għandu għalhekk ikun meħtieġ rappurtar annwali minn produtturi, importaturi jew esportaturi ta’ sustanzi kontrollati. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissimplifika l-proċeduri ta’ rappurtar biex tkun konformi mal-Protokoll u biex ikunu evitati ripetizzjonijiet fil-proċess, il-faċilitajiet ta’ qerda għandhom ukoll jirrappurtaw direttament lill-Kummissjoni. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi ta’ rappurtar skont il-Protokoll u biex tittejjeb l-applikazzjoni prattika, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tibdel ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Istati Membri u l-impriżi. Fl-isfond tal-iżvilupp previst ta’ strumenti ta’ rappurtar ibbażati fuq l-Internet, il-Kummissjoni, kif xieraq, għandha tħejji miżuri biex tadatta r-rekwiżiti ta’ rappurtar hekk kif l-istrumenti ta’ rappurtar relevanti jkunu introdotti.

(22)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri hija rregolata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (12) u l-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (13), b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u sigurtà tal-ipproċessar, it-trasferiment ta’ data personali mill-Kummissjoni għal għand l-Istati Membri, il-legalità tal-ipproċessar, u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data għal tagħrif, l-aċċess u r-rettifika tad-data personali tagħhom.

(23)

L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet billi jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskji sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, u b’hekk jimmiraw dawk l-attivitajiet li jirrappreżentaw l-ikbar riskju għall-kummerċ illegali jew l-emissjoni ta’ sustanzi kontrollati. Ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 li tistipula kriterji minimi għal ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (14) għandha tipprovdi linji gwida għat-twettiq ta’ ispezzjonijiet mill-Istati Membri.

(24)

Fl-isfond tal-innovazzjoni kontinwa fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrivedi b’mod regolari dan ir-Regolament u tagħmel il-proposti xierqa, b’mod partikolari dwar l-eżenzjonijiet u d-derogi previsti meta jsiru disponibbli alternattivi ekonomikament u teknikament fattibbli għall-użu ta’ sustanzi kontrollati, biex tissaħħaħ iktar il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u fl-istess ħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Protokoll, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tallinja l-Annessi għal dan ir-Regolament mad-deċiżjonijiet tal-Partijiet, b’mod partikolari ma’ dawk li jikkonċernaw il-metodi approvati ta’ qerda, il-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi kontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi u rigward proċessi li fihom jistgħu jintużaw sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-proċess.

(25)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (15).

(26)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tiddetermina l-format u l-kontenut ta’ tikketti għal sustanzi kontrollati li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq jew użati bħala materja prima, bħala aġenti tal-proċess, jew għal użu fil-laboratorju u għal użi analitiċi; biex temenda l-Anness III dwar proċessi li għalihom jistgħu jintużaw sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar, biex temenda l-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess jew jiġu emessi mill-użi tal-aġent ta’ proċess; biex temenda l-Anness V dwar il-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u d-distribuzzjoni ulterjuri ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju jew użi analitiċi; biex tiddetermina mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għal sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju jew użi analitiċi; biex temenda l-Anness VI; tadotta modifiki u skedi taż-żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi tal-aloni; biex temenda l-lista ta’ eżiġenzi li għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-liċenzja; biex tadotta miżuri addizzjonali ta’ monitoraġġ dwar il-kummerċ ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati; biex tadotta regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti u tagħmir impurtati minn kwalunkwe Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll li kienu prodotti bl-użu ta’ sustanzi kontrollati; biex temenda l-Anness VII dwar teknoloġiji ta’ qerda; biex tistabbilixxi lista bi prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru mill-qerda jew il-qerda mingħajr irkupru preċedenti ta’ sustanzi kontrollati għandhom ikunu kkunsidrati teknikament u ekonomikament fattibbli u għalhekk obbligatorji; biex tadotta rekwiżiti ta’ kwalifiki minimi għall-persunal; biex tistabbilixxi lista ta’ teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi biex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati; biex tinkludi sustanzi ġodda fl-Anness II u biex temenda r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Istati Membri u l-impriżi. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(27)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12/KE tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (16) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (17) jistipulaw miżuri dwar ir-rimi u l-irkupru tal-iskart b’mod li jkun tajjeb għall-ambjent u dwar il-kontrolli ta’ skart perikoluż. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ODS u li jinsabu fl-iskart tal-kostruzzjoni u fl-iskart tal-bini mwaqqa’ u fit-tagħmir li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) (18). Skont il-Protokoll it-teknoloġiji approvati biss mill-Partijiet jistgħu jiġu applikati għall-qerda ta’ sustanzi kontrollati. Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Partijiet għandhom għalhekk jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament biex ikun żgurat li dawn it-teknoloġiji biss huma applikati sakemm l-applikazzjoni tagħhom hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Komunità dwar l-iskart.

(28)

Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu flessibbli biex ikunu introdotti obbligi ta’ rappurtar dwar sustanzi identifikati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sabiex ikun jista’ jiġi evalwat id-daqs tal-impatt ambjentali tagħhom, u biex ikun żgurat li dawk is-sustanzi l-ġodda li ġew identifikati bħala sustanzi li b’mod sinifikanti jistgħu jirriżultaw fit-tnaqqis tas-saff tal-ożonu jkunu suġġetti għall-mizuri ta’ kontroll. F’dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-irwol ta’ sustanzi b’ħajja qasir, b’rigward partikolari tal-evalwazzjoni tal-ożonu tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti/l-Organizzazzjoni meterjoloġika Dinjija (UNEP/WMO) fl-2006, li kkonkludiet li l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu ta’ dawn is-sustanzi huwa akbar milli qabel kien maħsub.

(29)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(30)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi Komunitarji bħala Parti Kontraenti tal-Protokoll u sabiex tiġi indirizzata problema ambjentali transkonfinali ta’ impatt dinji filwaqt li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju u dak estern ta’ ODS u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu fuq dawk is-sustanzi, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri jekk jaġixxu individwalment u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri meħtieġa, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamar u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn dawn is-sustanzi.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal sustanzi kontrollati, għal sustanzi ġodda u għal prodotti u tagħmir li jkun fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“Protokoll” tfisser il-Protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, kif emendat u aġġustat l-aħħar;

2.

“Parti” tfisser kwalunkwe parti għall-Protokoll;

3.

“Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll” tfisser, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sustanza partikolari kkontrollata, kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li ma jkunux qablu li jkunu marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli għal dik is-sustanza;

4.

“sustanzi kontrollati” tfisser is-sustanzi inklużi fl-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom, sewwa jekk weħidhom u sewwa jekk f’taħlita, u sewwa jekk verġni, irkuprati, irriċiklati jew irreklamati;

5.

“klorofluworokarbonji” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp 1 tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;

6.

“aloni” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp III tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;

7.

“tetraklorur tal-karbonju” tfisser is-sustanza kontrollata speċifikata fil-Grupp IV tal-Anness I;

8.

“bromur tal-metil” tfisser is-sustanza kontrollata speċifikata fil-Grupp VI tal-Anness I;

9.

“idroklorofluworokarbonji” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp VIII tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;

10.

“sustanzi ġodda” tfisser sustanzi elenkati fl-Anness II, kemm jekk waħedhom jew f’taħlita, u kemm jekk verġni, irkuprati, irriċiklati jew irreklamati;

11.

“materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza kontrollata jew sustanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha jkunu insinifikanti;

12.

“aġenti ta’ proċess” tfisser sustanzi kontrollati użati bħala aġenti kimiċi tal-proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III;

13.

“produttur” tfisser kull persuna naturali jew legali li tipproduċi sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda fil-Komunità;

14.

“produzzjoni” tfisser l-ammont ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda prodotti, inkluż l-ammont li ġie prodott intenzjonalment jew involontarjament, bħala prodott sekondarju, sakemm dak il-prodott sekondarju ma jkunx meqrud bħala parti mill-proċess ta’ manifattura jew wara proċedura dokumentata li tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali dwar l-iskart. L-ebda ammont irkuprat, irriċiklat jew reklamat jew kwalunkwe ammont insinifikanti inevitabilment inkorporat fi prodotti fi kwantitajiet ta traċċa jew emessi matul il-manifattura m’għandu jkun meqjus bħala “produzzjoni”;

15.

“il-potenzjal ta’ ħsara għall-ożonu” jew “ODP” tfisser iċ-ċifra speċifikata fl-Anness I u II li tirrappreżenta dak li jista’ jkun l-effett ta’ kull sustanza kontrollata jew sustanzi ġodda fuq is-saff tal-ożonu;

16.

“il-livell ikkalkulat” tfisser kwantità determinata billi tkun immultiplikata l-kwantità ta’ kull sustanza kontrollata bil-potenzjal tagħha ta’ ħsara għall-ożonu u billi jiżdiedu flimkien, għal kull grupp ta’ sustanzi kontrollati fl-Anness I separatament, iċ-ċifri li jirriżultaw;

17.

“razzjonalizzazzjoni industrijali” tfisser it-trasferiment jew bejn Partijiet jew fi Stat Membru tal-livell ikkalkulat kollu tal-produzzjoni ta’ produttur wieħed lill-ieħor jew ta’ porzjon minnu, għall-iskop ta l-aqwa titjib tal-effiċjenza ekonomika jew b’reazzjoni għal nuqqasijiet antiċipati fil-fornitura bħala riżultat tal-għeluq ta’ impjanti;

18.

“importazzjoni” tfisser id-dħul ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir koperti minn dan ir-Regolament fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm it-territorju jkun kopert mir-ratifika tal-Protokoll ta’ Stat Membru u dan ir-Regolament japplika;

19.

“esportazzjoni” tfisser il-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, sa fejn it-territorju ikun kopert mir-ratifika tal-Protokoll minn Stat Membru u minn dan ir-Regolament, ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li għandhom l-istatus ta’ oġġetti tal-Komunità jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ sustanzi, prodotti jew tagħmir koperti minn dan ir-Regolament jekk għandhom status ta’ prodotti mhux tal-Komunità;

20.

“tqegħid fis-suq” tfisser il-fornitura jew id-disponibbiltà għall-partijiet terzi fi ħdan il-Komunità, bi ħlas jew mingħajr ħlas, u tinkludi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008. Fir-rigward ta’ prodotti u tagħmir li jkunu parti minn proprjetà immobbli jew minn mezzi tat-trasport, din tirriferi biss għall-forniment jew għall-ewwel tqegħid għad-dispożizzjoni fi ħdan il-Komunità;

21.

“użu” tfisser l-utilizzazzjoni ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda fil-produzzjoni, manutenzjoni jew servicing, inkluż il-mili mill-ġdid, ta’ prodotti jew tagħmir jew fi proċessi oħra;

22.

“pompa tas-sħana” tfisser apparat jew installazzjoni li jneħħi s-sħana b’temperatura baxxa mill-arja, mill-ilma jew mill-art u jipprovdi s-sħana;

23.

“irkupru” tfisser il-ġbir u l-ħażna ta’ sustanzi kontrollati minn prodotti u tagħmir jew reċipjenti matul manutenzjoni jew servicing jew qabel ir-rimi;

24.

“riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ sustanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata wara proċess bażiku ta’ tindif;

25.

“reklamazzjoni” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ sustanza kkontrollata li tkun ġiet irkuprata sabiex tilħaq il-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, b’kunsiderazzjoni għall-użu intenzjonat tagħha;

26.

“impriża” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali:

(a)

li tipproduċi, tirkupra, tirriċikla, tirreklama, tuża jew teqred sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda;

(b)

li timporta dawk is-sustanzi;

(c)

li tesporta dawk is-sustanzi;

(d)

li tqiegħed fis-suq dawn is-sustanzi; jew

(e)

li topera tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kondizzjonata jew pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, li fihom sustanzi kontrollati;

27.

“applikazzjonijiet ta’ kwarantina” tfisser trattamenti biex jiġu evitati l-introduzzjoni, l-istabbiliment jew il-firxa ta’ organiżmi dannużi fi kwarantina (inkluż il-mard), jew biex jiġi żgurat il-kontroll uffiċjali tagħhom fejn:

il-kontroll uffiċjali hu dak imwettaq minn, jew awtorizzat minn, awtorità nazzjonali għall-pjanti, l-annimali jew il-protezzjoni tal-ambjent jew is-saħħa,

l-organiżmi dannużi fi kwarantina huma tipi ta’ organiżmi dannużi li jistgħu jkunu ta’ importanza għaż-żoni suġġetti għall-periklu minnhom u fejn dawn l-imsemmija għadhom mhumiex preżenti, jew huma preżenti iżda mhux mifruxin b’mod wiesa’, u li huma kontrollati uffiċjalment;

28.

“applikazzjonijiet ta’ qabel it-trasbord” tfisser dawk l-applikazzjonijiet mingħajr kwarantina applikati mhux aktar minn 21 jum qabel l-esportazzjoni biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti uffiċjali tal-pajjiż li qiegħed jimporta jew ir-rekwiżiti uffiċjali eżistenti tal-pajjiż li qiegħed jesporta li kienu jeżistu qabel is-7 ta’ Diċembru 1995. Ir-rekwiżiti uffiċjali huma dawk imwettqin minn, jew awtorizzati minn, awtorità nazzjonali għall-pjanti, l-annimali, l-ambjent, is-saħħa jew il-prodotti maħżuna;

29.

“prodotti u tagħmir li jiddipendu fuq sustanzi kontrollati” tfisser prodotti u tagħmir li ma jaħdmux mingħajr is-sustanzi kontrollati, li ma jinkludux dawk il-prodotti u t-tagħmir użati għall-produzzjoni, l-ipproċessar, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda ta’ sustanzi kontrollati;

30.

“sustanzi verġni” tfisser sustanzi li ma ntużawx preċedentement;

31.

“prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha minbarra l-kontenituri użati għat-trasport jew il-ħażna ta’ sustanzi kontrollati.

KAPITOLU II

PROJBIZZJONIJIET

Artikolu 4

Produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati

Il- produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għandha tkun projbita.

Artikolu 5

Tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati

1.   It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi kontrollati għandu jkun ipprojbit.

2.   Is-sustanzi kontrollati m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq f’kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, għajr għall-użi ta’ laboratorju u użi analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 11(2).

3.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal sustanzi kontrollati fi prodotti u tagħmir.

Artikolu 6

Tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew jiddipendu minnhom

1.   It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew li jiddipendu minnhom għandhom jiġu pprojbiti, bl-eċċezjoni ta’ prodotti u tagħmir li għalihom l-użu tas-sustanza kontrollata rispettiva jkun awtorizzat skont l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 13 jew li ġew awtorizzati abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

2.   Għajr għall-użi msemmija fl-Artikolu 13(1), is-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar li jkun fihom aloni għandhom jiġu pprojbiti u għandhom ikunu dekummissjonati.

KAPITOLU III

EŻENZJONIJIET U DEROGI

Artikolu 7

Produzzjoni u tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati biex jiġu użati bħala materja prima

1.   B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti u mqiegħda fis-suq biex jiġu użati bħala materja prima.

2.   Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala materja prima jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010 kontenituri ta’ sustanzi bħal dawn għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss bħala materja prima. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 8

Produzzjoni u tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati biex jiġu użati bħala aġenti ta’ proċess

1.   B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti umqiegħda fis-suq biex jiġu użati bħala aġenti ta’ proċess.

2.   Sustanzi kontrollati jistgħu jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess fi stallazzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Settembru 1997, u fejn l-emissjonijiet huma insinifikanti.

3.   Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala aġenti ta’ proċess jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010, il-kontenituri ta’ sustanzi bħal dawn għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li dawk is-sustanzi jistgħu jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

4.   Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tistabbilixxi lista ta’ impriżi li fihom l-użu ta’ sustanzi kontrollati bħala aġenti ta’ proċess għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-make-up jew għal konsum bħala aġenti ta’ proċess u livelli ta’ emissjonijiet għal kull impriża kkonċernata.

L-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess fi ħdan il-Komunità m’għandux jeċċedi l-1 083 tunnellati metriċi fis-sena.

L-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jiġu emessi mill-użi tal-aġenti ta’ proċess fi ħdan il-Komunità m’għandux jeċċedi 17-il tunnellata metrika fis-sena.

5.   Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq:

(a)

temenda l-Anness III,

(b)

temenda l-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess jew jiġu emessi mill-użi tal-aġent ta’ proċess kif imsemmi fit-tieni u tielet subparagrafi tal-paragrafu 4.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 9

Tqegħid fis-suq ta’ sustanzi kontrollati għall-qerda jew għar-reklamazzjoni u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati għall-qerda

B’deroga mill-Artikoli 5 u 6, jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-qerda fi ħdan il-Komunità, sustanzi kontrollati u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu fuq sustanzi kontrollati skont ir-rekwiżiti għall-qerda msemmijin fl-Artikolu 22(1). Is-sustanzi kontrollati jistgħu wkoll jitqiegħdu fis-suq għar-reklamazzjoni fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 10

Użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi ta’ sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji

1.   B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi, soġġetti għar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar skont dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tiddetermina kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju u użu analitiku li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji jistgħu jkunu permessi fil-Komunità, il-kwantitajiet rispettivi, it-tul tal-perjodu li fih għandha tkun valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali.

3.   Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010 il-kontenituri li fihom sustanzi bħal dawn għandhom jiġu tikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-użu fil-laboratorju u użu analitiku. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Sustanzi kkontrollati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiegħdu fis-suq u jibqgħu jiġu distribwiti biss skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fl- Anness V. Il-Kummissjoni tista’ temenda dak l-Anness.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).

4.   Kwalunkwe impriża li tuża sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi għandha tirreġistra mal-Kummissjoni, u tindika s-sustanzi li qegħdin jintużaw, l-iskop, l-istima tal-konsum annwali u l-fornituri ta’ dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna dak it-tagħrif meta jkun hemm xi bidliet.

5.   Sad-data speċifikata f’avviż maħruġ mill-Kummissjoni, produtturi u importaturi li jfornu lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4 jew li jużaw is-sustanzi kontrollati għalihom stess għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista għall-perjodu speċifikat fl-avviż, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa.

6.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji lill-produtturi u l-importaturi tas-sustanzi kontrollati, għajr għall-idroklorofluworokarbonji, prodotti jew importati għall-użu essenzjali fil-laboratorju jew dak analitiku u għandha tinnotifikahom dwar l-użu li għalih huma għandhom awtorizzazzjoni u s-sustanzi u l-kwantitajiet tagħhom li huma jkunu awtorizzati li jqiegħdu fis-suq jew li jużaw għalihom stess. Il-kwantità annwali awtorizzata skont il-liċenzji għal produtturi u importaturi individwali m’għandhiex taqbeż il-130 % tal-medja annwali tal-livell ikkalkulat ta’ sustanzi kontrollati liċenzjati għall-produttur jew l-importatur rispettiv għal użu essenzjali fil-laboratorju u użu analitiku għas-snin mill-2007 sal-2009.

Il-kwantità totali awtorizzata mil-liċenzji, inklużi liċenzji għall-idroklorofluworokarbonji skont l-Artikolu 11(2), ma għandhiex taqbeż 110 tunnellati ODP. Il-kwantitajiet li jibqa’ jistgħu jkunu allokati għall-produtturi li ma jkunux poġġew fis-suq jew li ma jkunux użaw is-sustanzi kkontrollati għal użu essenzjali fil-laboratorji u għal użi analitiċi fis-snin mill-2007 sal-2009.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta’ kwoti lill-produtturi u l-importaturi. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmija fl-Artikolu 25(3).

7.   Produttur jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-produzzjoni rilevanti tal-produttur tkun tinsab sabiex jipproduċi sustanzi kontrollati msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan li jintlaħqu t-talbiet, liċenzjati skont il-paragrafu 6.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.

8.   Sal-limitu permess mill-Protokoll, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tista’ tawtorizza lil dak il-produttur biex jipproduċi jew jaqbeż il-livelli kkalkulati tal-produzzjoni stipulati fil-paragrafu 6 sabiex jissodisfa kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi tal-Partijiet fuq talba tagħhom.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.

Artikolu 11

Produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu tal-idroklorofluworokarbonji u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworokarbonji

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, bil-kondizzjoni li kull produttur jiżgura dan li ġej:

(a)

il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu tal-idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2013 ma jeċċedix 35 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(b)

il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2016 ma jeċċedix 14 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(c)

il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2019 ma jeċċedix 7 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;

(d)

li ma jipproduċix idroklorofluworokarbonji wara l-31 ta’ Diċembru 2019.

2.   B’deroga mill-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(1), l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, mqiegħda fis-suq u wżati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi.

L-Artikolu 10(3) sa (7) għandu japplika mutatis mutandis.

3.   B’deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji rreklamati jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-manutenzjoni jew servicing ta’ tagħmir eżistenti ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata u pompi tas-sħana, sakemm il-kontenitur ikun ittikkettat b’indikazzjoni li s-sustanza ġiet reklamata u b’informazzjoni dwar in-numru tal-fornitura u l-isem u l-indirizz tal-faċilità ta’ reklamazzjoni.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji riċiklati jistgħu jintużaw għall-manutenzjoni u servicing ta’ tagħmir eżistenti ta’ tkessiħ, tal-arja kondizzjonata u ta’ pompi tas-sħana, sakemm dawn kienu rkuprati minn tali tagħmir u jistgħu jintużaw biss mill-impriża li wettqet l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew servicing jew għal liema twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew servicing.

5.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jitpoġġew fis-suq biex jerġgħu jiġu ppakkjati u wara esportati. Kwalunkwe impriża li twettaq l-ippakkjar mill-ġdid u sussegwentement l-esportazzjoni tal-idroklorofluworokarbonji għandha tirreġistra mal-Kummissjoni u għandha tindika s-sustanzi kkontrollati konċernati, l-istima annwali tad-domanda għalihom, u l-fornituri ta’ dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna din l-informazzjoni meta jseħħu bidliet.

6.   Meta l-idroklorofluworokarbonji rreklamati jew irriċiklati jintużaw għall-manutenzjoni u servicing, it-tagħmir ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata u pompi tas-sħana ikkonċernat għandu jkun ittikkettat b’indikazzjoni tat-tip ta’ sustanza, il-kwantità tagħha fit-tagħmir u l-elementi fuq it-tikketta stipulati f’Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala Perikolużi għas-Saff tal-Ożonu.

7.   Impriżi li jħaddmu t-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 4 li jinkludi likwidu li fih 3 kg jew aktar, għandhom iżommu rekord tal-kwantità u t-tip ta’ sustanza rkuprata u miżjuda, u tal-kumpanija jew tat-tekniku li jkun wettaq il-manutenzjoni jew servicing.

Impriżi li jużaw idroklorofluworokarbonji reklamati jew riċiklati għall-manutenzjoni jew servicing għandhom iżommu rekord tal-impriżi li jkunu fornew idroklorofluworokarbonji reklamati u tas-sors ta’ idroklorofluworokarbonji riċiklati.

8.   B’deroga mill-Artikoli 5 u 6 il-Kummissjoni tista’, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tawtorizza eżenzjoni ta’ limitu ta’ żmien sabiex tippermetti l-użu u t-tqegħid fis-suq tal-idroklorofluworokarbonji u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworokarbonji meta jintwera li, għal użu partikolari, sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu teknikament u ekonomikament vijabbli ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jintużaw.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tistax tiġi awtorizzata għal perjodu li jaqbeż il-31 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 12

Applikazzjonijiet ta’ kwarantina u ta’ qabel it-trasbord u użi ta’ emerġenza tal-bromur tal-metil

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), sat-18 ta’ Marzu 2010, il-bromur tal-metil jista’ jitqiegħed fis-suq u jintuża għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew għal qabel it-trażbord għat-trattament ta’ merkanzija għall-esportazzjoni sakemm it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil huma rispettivament permessi mill-liġi nazzjonali konformement mad-Direttiva 91/414/KEE u d-Direttiva 98/8/KE.

Il-bromur tal-metil jista’ jintuża biss f’siti approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u fejn hu ekonomikament u teknikament vijabbli bil-kondizzjoni li mill-inqas 80 % tal-bromur tal-metil rilaxxat mill-konsenja jiġi rkuprat.

2.   Il-livell kalkulat ta’ bromur tal-metil li impriżi jqiegħdu fis-suq jew li jużaw huma stess fil-perjodu 1 ta’ Jannar 2010 sat-18 ta’ Marzu 2010 m’għandux jeċċedi 45 tunnellata ODP.

Kull impriża għandha tiżgura li l-livell ikkalkulat ta’ bromur tal-metil li tqiegħed fis-suq jew li tuża hija stess għal użu ta’ kwarantina jew għal applikazzjoni ta’ qabel it-trasbord m’għandux jaqbeż 21 % tal- medja tal-livell ikkalkulat ta’ bromur tal-metil li hija tqiegħed fis-suq jew li hija stess tuża għall-kwarantina u għal applikazzjonijiet qabel it-trasbord fis-snin 2005 sal-2008.

3.   F’emerġenza, meta minħabba li jfaqqgħu għall-għarrieda inċidenzi ta’ organiżmi dannużi jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, kemm-il darba it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu rispettivament permessi taħt id-Direttiva 91/414/KE u d-Direttiva 98/8/KE.

Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx 120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx 20 tunnellata metrika u għandha tispeċifika miżuri li jridu jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-użu.

Artikolu 13

Użi kritiċi tal-aloni u t-tneħħija ta’ tagħmir li fih l-aloni

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), l-aloni jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-użi kritiċi definiti fl-Anness VI. L-aloni jistgħu jitpoġġew fis-suq biss mill-imprizi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex l-aloni jinħażnu għal użi kritiċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-Anness VI u, jekk xieraq, tadotta modifiki u skedi taż-żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi billi tiddefinixxi dati ta’ skadenza għal applikazzjonijiet ġodda u dati ta’ limitu għal applikazzjonijiet eżistenti, filwaqt li tqis id-disponibbiltà kemm tal-alternattivi teknoloġikament vijabbli kif ukoll ta’ dawk ekonomikament vijabbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

3.   Is-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar li fihom l-aloni applikati fl-użi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitneħħew sad-dati ta’ limitu li jiġu speċifikati fl-Anness VI.

4.   Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura t’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tagħti derogi mid-dati ta’ limitu għal applikazzjonijiet eżistenti u mid-dati ta’ skadenza għal applikazzjonijiet ġodda, sakemm dawk id-dati jkunu ġew speċifikati fl-Anness VI skont il-paragrafu 2, għal każijiet speċifiċi fejn jintwera li ma jkun hemm ebda alternattiva li hija teknikament u ekonomikament vijabbli.

Artikolu 14

Trasferiment ta’ drittijiet u razzjonalizzazzjoni industrijali

1.   Kwalunkwe produttur jew importatur intitolat biex iqiegħed sustanzi kontrollati fis-suq jew li jagħmel użu minnhom huwa stess jista’ jittrasferixxi dak id-dritt f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet kollha jew parti minnhom tal-grupp ta’ sustanzi rispettivi stabbiliti skont dan l-Artikolu, lil kwalunkwe produttur jew importatur ieħor ta’ dak il-grupp ta’ sustanzi fil-Komunità. Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jkun notifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni. It-trasferiment tad-dritt li jqiegħed fis-suq jew li juża m’għandux jimplika d-dritt ulterjuri li jipproduċi jew li jimporta.

2.   Sal-limitu permess mill-Protokoll, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tista’ tawtorizza lil dak il-produttur biex jaqbeż il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11(2) għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali fl-Istat Membru konċernat, kemm-il darba l-livelli kalkulati tal-produzzjoni ta’ dak l-Istat Membru ma jaqbżux it-total tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-perjodi inkwistjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.

3.   Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tawtorizzah biex jaqbeż il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri, kemm-il darba l-livelli totali kalkulati tal-produzzjoni ta’ dak l-Istat Membru konċernat ma jaqbiżx it-total tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbilit fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-perjodi inkwistjoni. Għandu jkun meħtieġ il-qbil tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun hemm l-intenzjoni li titnaqqas il-produzzjoni.

4.   Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim kemm mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-produzzjoni rilevanti tal-produttur tkun tinsab u wkoll mal-gvern tal-Parti ta’ pajjiż terz konċernata, tawtorizza lill-produttur li jgħaqqad il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) mal-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lill-produttur f’Parti ta’ pajjiż terz skont il-Protokoll u li l-leġislazzjoni nazzjonali tal-produttur għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali ma’ Parti ta’ pajjiż terz, sakemm il-livelli kkalkulati flimkien tal-livelli tal-produzzjoni miż-żewġ produtturi ma jaqbżux it-total kalkulat tal-livelli permessi lill-produttur tal-Komunità skont l-Artikolu 10 u l-Artikolu 11 (2) u l-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lit-terza Parti skont il-Protokoll u l-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.

KAPITOLU IV

KUMMERĊ

Artikolu 15

Importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati

1.   L-importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir, għajr għal oġġetti personali, li fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi għandha tkun projbita.

2.   Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika għall-importazzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

sustanzi kontrollati biex jintużaw għall-użi fil-laboratorju jew użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11(2);

(b)

sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala materja prima;

(c)

sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess;

(d)

sustanzi kontrollati għall-qerda, permezz ta’ teknoloġiji msemmijin fl-Artikolu 22(2);

(e)

sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-idroklorofluworokarbonji li jiġu mballati mill-ġdid u sussegwentement esportati mill-ġdid sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ wara lejn il-Parti fejn il-konsum jew l-importazzjoni ta’ dak l-idroklorofluworokarbonju mhux projbit;

(f)

bromur tal-metil għal użi ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 12(3) jew, sal-31 ta’ Diċembru 2014, għall-ippakkjar mill-ġdid u sussegwentement għall-esportazzjoni mill-ġdid għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew ta’ qabel it-trażbord sakemm l-esportazzjoni mill-ġdid isseħħ matul is-sena tal-importazzjoni;

(g)

aloni rkuprati, irriċiklati jew irreklamati, bil-kondizzjoni li huma importati biss għall-użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 13(1) minn faċilitajiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li taħżen l-aloni għall-użi kritiċi;

(h)

prodotti u tagħmir li jinkludu jew li jiddipendu minn sustanzi għall-qerda fejn applikabbli mit-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 22(2);

(i)

prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati sabiex jissodisfaw użi fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11(2);

(j)

prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon sabiex jissodisfaw użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 13(1);

(k)

prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji li għalihom it-tqegħid fis-suq ġie awtorizzat skont l-Artikolu 11(5).

3.   L-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-importazzjoni għal tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-importazzjoni taħt il-proċedura ta’ ħżin temporanju, ħżin doganali jew ta’ żona ħielsa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, sakemm tibqa’ fit-territorju doganali tal-Komunità għal mhux iktar minn 45 ġurnata u li ma jkunux sussegwentement ippreżentati għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, għall-qerda jew għall-ipproċessar, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Dawk il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara l-verifika tal-konformità mal-Artikoli 16 u 20.

Artikolu 16

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ sustanzi kontrollati importati

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ sustanzi kontrollati impurtati għandu jkun suġġett għal limiti kwantitattivi. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina dawk il-limiti u talloka kwoti lill-impriżi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 u għal kull perjodu ta’ wara ta’ 12-il xahar skont il-proċedura t’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).

Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu allokati biss għal dawn is-sustanzi li ġejjin:

(a)

sustanzi kontrollati jekk ikunu użati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi jew kritiċi msemmija fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 13;

(b)

sustanzi kontrollati jekk ikunu użati bħala materja prima;

(c)

sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess.

2.   Sad-data speċifikata f’avviż maħruġ mill-Kummissjoni, importaturi ta’ sustanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa. Abbażi ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni għandha tistabilixxi limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ sustanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 17

Esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati

1.   L-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u t-tagħmir għajr l-oġġetti personali, li jkun fihom jew li jiddipendu minn dawn is-sustanzi għandhom jiġu pprojbiti.

2.   Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun applikabbli għal esportazzjoni ta’:

(a)

sustanzi kontrollati għall-użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10;

(b)

sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala materja prima;

(c)

sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess;

(d)

prodotti u tagħmir li jkun fihom sustanzi kontrollati jew li jiddipendu minnhom prodotti skont l-Artikolu 10(7) jew impurtati taħt il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 15(2);

(e)

aloni rkuprati, riċiklati jew riklamati maħżuna għal użi kritiċi msemmija fl-artikolu 13(1) minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon sabiex jissodisfaw użi kritiċi;

(f)

idroklorofluworkarbonji verġni jew irreklamati għal użi għajr dawk għall-qerda;

(g)

sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-bromur tal-metil esportat mill-ġdid għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina u ta’ qabel it-trasbord;

(h)

l-inalaturi ta’ doża mkejla manifatturati bil- klorofluworokarbonju, li l-użu tagħhom ġie awtorizzat abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul ta’ ħajja li huwa mistenni li baqagħlu l-oġġett speċifiku, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun se timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur. Din l- esportazzjoni teħtieġ notifika bil-quddiem mill-Kummissjoni lill-pajjiż importatur.

4.   L-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu suġġetti għal liċenzja, minbarra l-esportazzjoni mill-ġdid sussegwenti għal tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità, ħżin temporanju, ħżin doganali jew proċedura ta’ żona ħielsa, kif imsemmi fir-Regolament KE Nru 450/2008, sakemm l-esportazzjoni mill-ġdid isseħħ mhux iktar tard minn 45 ġurnata wara l-importazzjoni. Dik il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-impriżi wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 20.

Artikolu 18

Liċenzjar tal-importazzjoni u l-esportazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twaqqaf u topera sistema elettronika ta’ liċenzjar u għandha tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal liċenzji fi żmien 30 ġurnata minn meta jaslu għandha.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikoli 15 u 17 għandhom jiġu ppreżentati bl-użu tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għal liċenzja l-impriżi għandhom jirreġistraw f’dik is-sistema.

3.   Applikazzjoni għal liċenzja għandha tiddikjara dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-importatur u l-esportatur;

(b)

il-pajjiż tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni;

(c)

fil-każ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati deskrizzjoni ta’ kull sustanza kontrollata, inkluż:

(i)

id-deskrizzjoni kummerċjali,

(ii)

id-deskrizzjoni u l-kodiċi Nomenklatura Magħquda kif imniżżla fl-Anness IV,

(iii)

jekk is-sustanza tkunx verġni, irkuprata, riċiklata jew irreklamata,

(iv)

il-kwantità tas-sustanza f’kilogrammi metriċi,

(v)

fil-każ tal-aloni, dikjarazzjoni li għandhom jiġu importati jew esportati biex jissodisfaw użu kritiku msemmi fl-Artikolu 13(1), li tispeċifika l-użu;

(d)

fil-każ ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mis- sustanzi kontrollati:

(i)

it-tip u n-natura tal- prodotti u t-tagħmir,

(ii)

għal prodotti li jistgħu jingħaddu l-għadd ta’ unitajiet, id-deskrizzjoni u l-kwantità għal kull unità f’kilogrammi metriċi ta’ kull sustanza kontrollata,

(iii)

għal prodotti li ma jistgħux jingħaddu, il-kwantità tal-prodott, id-deskrizzjoni u l-kwantità netta totali, f’kilogrammi metriċi, ta’ kull sustanza kontrollata,

(iv)

il-pajjiż/i tad-destinazzjoni finali tal-prodotti u t-tagħmir,

(v)

jekk is-sustanzi kontrollati li fihom humiex verġni, riċiklati, irkuprati jew irreklamati,

(vi)

f’każ ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon, dikjarazzjoni li huma għall- importazzjoni jew l-esportazzjoni biex jiġi sodisfatt użu kritiku msemmi fl-Artikolu 13(1), li tispeċifika l-użu,

(vii)

fil-każ ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworkarbonji, ir-referenza għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17(3),

(viii)

il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tal-prodott jew tagħmir li għandu jkun impurtat jew esportat;

(e)

l-iskop tal-importazzjoni proposta inkluż it-trattament u l-użu mid-dwana, u fejn xieraq tkun speċifikata l-proċedura doganali maħsuba;

(f)

Il-post u d-data mistennija tal-importazzjoni jew esportazzjoni proposta;

(g)

l-uffiċċju tad-dwana fejn tiġi dikjarata l-merkanzija;

(h)

fil-każ ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati jew prodotti jew tagħmir għall-qerda, l-isem u l-indirizz tal-faċilità fejn dawn se jinqerdu;

(i)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

4.   Kull importatur jew esportatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdiliet li jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja b’relazzjoni mad-data nnotifikata skont il-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ ċertifikat li jafferma n-natura jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi li għandhom ikunu impurtati jew esportati u tista’ titlob kopja tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż li minnu ssir l-importazzjoni jew li lejh issir l-esportazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista’ taqsam id-data ppreżentata s’issa kif meħtieġ f’każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet ikkonċernati u tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni għal liċenzja jekk xi obbligi rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament ma jikkonformawx miegħu jewi għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ liċenzja tal-importazzjoni, fejn jiġi stabbilit abbażi ta’ tagħrif minn awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż konċernat li l-esportatur mhuwiex impriża awtorizzata biex tinnegozja s-sustanza rispettiva f’dak il-pajjiż,

(b)

fil-każ ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qiegħed jimporta jkunu għarrfu l-Kummissjoni li l-importazzjoni tas-sustanza kontrollata tkun tikkostitwixxi każ ta’ kummerċ illegali, jew ikollha impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-pajjiż li qiegħed jimporta sabiex ikun konformi mal-obbligi tiegħu skont il-Protokoll jew tista’ twassal għal eċċess tal-limiti kwantitattivi skont il-Protokoll għal dak il-pajjiż.

7.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli kopja ta’ kull liċenzja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.

8.   Il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun malajr, tinforma lill-applikant u l-Istat Membru kkonċernat b’kull applikazzjoni għal liċenzja rriffjutata abbażi tal-paragrafu 6 u tispeċifika ir-raġuni għalhiex ġiet irrifjutata.

9.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 3 u l-Anness IV. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 19

Miżuri għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ illegali

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati maħżuna temporanjament, ħżin doganali jew proċedura ta’ żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbut ma’ ċaqliq ta’ dan it-tip, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta’ miżuri ta’ dan it-tip.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 20

Kummerċ ma’ Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll u ma’ territorju li ma jkunx kopert mill-Protokoll

1.   L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minnhom minn u lejn xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll għandu jkun projbit.

2.   Il-Kummissjoni, tista’ tadotta regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti u tagħmir impurtati minn kwalunkwe Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll li kienu prodotti bl-użu ta’ sustanzi kontrollati imma li ma fihomx sustanzi li jistgħu jkunu pożittivament identifikati bħala sustanzi kontrollati. L-identifikazzjoni ta’ prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

3.   B’deroga mill- paragrafu 1, il-kummerċ ma’ xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll, f’sustanzi kontrollati u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minnhom jew li huma prodotti permezz ta’ xi wieħed jew aktar minn dawk is-sustanzi jista’ jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, sal-limitu li l-Istat li ma jkunx Parti għall-Protokoll ikun iddeterminat b’laqgħa tal-Partijiet skont l-Artikolu 4(8) tal-Protokoll li jkun f’konformità sħiħa mal-Protokoll u jkun ippreżenta data għal dak il-għan kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 (2) ta’ dan ir-Regolament.

4.   Suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont it-tieni subparagrafu, il-paragrafu 1 għandu japplika għal kull territorju li ma jkunx kopert bil-Protokoll bħalma japplikaw għal xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll.

Meta l-awtoritajiet ta’ territorju li ma jkunx kopert bil-Protokoll ikunu konformi mal-Protokoll u jkunu ppreżentaw data għal dak l-iskop kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha tal- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu applikabli għal dak it-territorju.

Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 21

Lista ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista ta’ prodotti u tagħmir li jista’ jkun fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati u tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-gwida tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

KAPITOLU V

KONTROLL TAL-EMISSJONIJIET

Artikolu 22

Irkupru u qerda ta’ sustanzi kontrollati li jkunu użati

1.   Sustanzi kontrollati li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, arja kundizzjonata u tagħmir tas-sħana bil-pompa, tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servicing ta’ tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għal qerda, riċiklaġġ jew reklamazzjoni.

2.   Sustanzi u prodotti kkontrollati li fihom dawn is-sustanzi għandhom jinqerdu biss b’teknoloġiji approvati elenkati fl-Anness VII jew, fil-każ ta’ sustanzi kkontrollati mhux imsemmija f’dan l-Anness, mill-aktar teknoloġija tal-qerda aċċettabbli fir-rigward tal-ambjent li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi, sakemm l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u ma’ dik nazzjonali dwar l-iskart u li rekwiżiti addizzjonali taħt tali leġislazzjoni jiġu rispettati.

3.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness VII sabiex tqis żviluppi teknoloġiċi ġodda.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

4.   Sustanzi kontrollati li jkunu jinsabu fi prodotti u tagħmir ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jekk teknikament u ekonomikament vijabbli, ikunu irkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel, bl-applikazzjoni tat-teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Anness għal dan ir-Regolament b’lista ta’ prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ sustanzi kontrollati jew il-qerda ta’ prodotti u tagħmir mingħajr irkupru minn qabel ta’ sustanzi kontrollati għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, li tispeċifika, jekk xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati. Kwalunkwe abbozz ta’ miżura biex jiġi stabbilit tali Anness għandha tkun akkumpanjata u sostnuta minn valutazzjoni ekonomika sħiħa tal-ispejjeż u l-benefiċċji, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali tal-Istati Membri.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

5.   Stati Membri għandhom jieħdu passi biex iħeġġu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi kontrollati u jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall- persunal involut.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri. u tista’ fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u l-informazjoni l-oħra rilevanti, kif xieraq, tadotta miżuri dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 23

Tnixxija u emissjonijiet ta’ sustanzi kontrollati

1.   L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjonijiet ta’ sustanzi kontrollati.

2.   L-impriżi li joperaw tagħmir ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata jew pompa tas-sħana jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li jkun fihom sustanzi kkontrollati għandhom jiżguraw li t-tagħmir jew is-sistemi stazzjonarji:

(a)

b’likwidu li fih 3 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull tnax-il xahar; dan m’għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament, li huma tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi kontrollati;

(b)

b’likwidu li fih 30 kg ta’ sustanzi kontrollati jew aktar, għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull sitt xhur;

(c)

b’likwidu li fih 300 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull tliet xhur;

u li kull tnixxija li tinsab tissewwa mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il ġurnata.

It-tagħmir jew is-sistema għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas fi żmien xahar wara li t-tnixxija tissewwa biex ikun żgurat li t-tiswija kienet effettiva.

3.   L-impriżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom iżommu reġistri dwar il-kwantità u t-tipi ta’ sustanzi kontrollati miżjuda u l-kwantità rkuprata waqt il-manutenzjoni, servicing u l-qerda finali tat-tagħmir jew tas-sistema msemmija f’ dak il-paragrafu. Huma għandhom iżommu wkoll reġistri b’ informazzjoni rilevanti oħra inkluża l-identifikazzjoni tal-impriża jew tal-bniedem tekniku li jkun wettaq il-manutenzjoni jew servicing, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-eżaminar għal tnixxijiet li jkun twettaq. Dawn ir-reġistri għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u tal-Kummissjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u ta’ informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri dwar l-armonizzazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

5.   L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati użati bħala materja prima jew bħala aġenti tal-ipproċessar.

6.   L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati prodotti b’kumbinazzjoni matul il-manifattura ta’ kimiċi oħra.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista ta’ teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi biex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

KAPITOLU VI

SUSTANZI ĠODDA

Artikolu 24

Sustanzi ġodda

1.   Il-produzzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq l-użu u l-esportazzjoni ta’ sustanzi ġodda fil- Parti A tal- Anness II huma projbiti. Din il-projbizzjoni m’għandiex tkun applikabbli għal sustanzi ġodda jekk dawn jintużaw bħala materja prima jew għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi, għal importazzjonijiet fit-tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-importazzjonijiet taħt il-proċedura ta’ ħżin temporanju, ħżin doganali jew ta’ żona ħielsa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, sakemm dawn l-importazzjonijiet ma jkunux ġew assenjati trattament jew użu doganali approvat ieħor kif imsemmi f’dak ir-Regolament, jew għall-esportazzjonijiet sussegwenti għall-importazzjonijiet diġà eżentati.

2.   Il-Kummissjoni, għandha, jekk xieraq, tinkludi f’Parti A tal-Anness II sustanzi li huma inklużi fil-Parti B ta’ dak l-Anness, li huma filfatt esportati, importati, prodotti jew kummerċjalizzati fi kwantitajiet konsiderevoli u li jinsabu mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll li jkollhom potenzjal sinifikanti ta’ ħsara għall-ożonu, u għandha, jekk xieraq, tiddetermina il-possibiltà ta’ eżenzjoni mill-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

3.   Fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tinkludi fil-Parti B tal-Anness II kwalunkwe sustanzi li mhumiex ikkontrollati iżda li jinsabu mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll jew minn awtorità rikonoxxuta ta’ statura ekwivalenti li għandhom potenzjal sinifikanti ta’ ħsara għall-ożonu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

KAPITOLU VII

KUMITAT, RAPURTAR, ISPEZZJONI U PENALI

Artikolu 25

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikun applikabbli, billi jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 26

Rappurtar mill-Istati Membri

1.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw it-tagħrif li ġej f’format elettroniku lill-Kummissjoni, għas-sena kalendarja ta’ qabel:

(a)

il-kwantitajiet ta’ bromur tal-metil awtorizzat skont l-Artikolu 12(2) u (3), għal trattamenti differenti għal skopijiet ta’ kwarantina u qabel it-trasbord użati fit-territorju tagħhhom, fejn jispeċifikaw għal liema skopijiet intuża l-bromur tal-metil, u l-progress fl-evalwazzjoni u l-użu ta’ alternattivi;

(b)

il-kwantitajiet ta’ aloni installati użati u maħżuna għal użi kritiċi, skont l-Artikolu 13(1), il-miżuri meħuda sabiex titnaqqas l-emissjoni tagħhom u stima ta’ dawn l-emissjonijiet, u l-progress biex jiġu evalwati u użati alternattivi adegwati;

(c)

il-każijiet ta’ kummerċ illegali, b’mod partikolari dawk individwati waqt ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 28.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tiddetermina l-format għall-preżentazzjoni tat-tagħrif imsemmi fil-pargrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 27

Rappurtar minn impriżi

1.   Kull sena sal-31 ta’ Marzu, kull impriża għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, billi tibgħat kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, id-data elenkata fil-paragrafi 2 sa 6 għal kull sustanza kontrollata u kull sustanza ġdida elenkata fl-Anness II għas-sena kalendarja ta’ qabel.

2.   Kull produttur għandu jikkomunika d-data li ġejja:

(a)

il-produzzjoni totali tiegħu ta’ kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

kwalunkwe produzzjoni mqiegħda fis-suq jew użata mill-produttur stess fil-Komunità, waqt li separatament jidentifika l-produzzjoni ta’ sustanzi li jintużaw bħala materja prima, aġenti tal-ipproċessar u użi oħra;

(c)

kwalunkwe produzzjoni biex jintlaħqu l-użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi fil-Komunità, liċenzjati skont l-Artikolu 10(6);

(d)

il-produzzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 10(8) biex ikunu ssodisfatti l-użi essenzjali għal-laboratorju jew użi analitiċi tal-Partijiet;

(e)

kwalunkwe żieda fil-produzzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 14 (2), (3) u (4) b’konnessjoni mar-razjonalizzazzjoni industrijali;

(f)

kwalunkwe kwantità riċiklata, reklamata jew meqruda, u t-teknoloġija użata għall-qerda, inklużi ammonti prodotti u meqruda bħala prodotti sekondarji msemmija fl-Artikolu 3(14);

(g)

kwalunkwe ħażna;

(h)

kull xiri u bejgħ minn jew lill-produtturi fil-Komunità.

3.   Kull importatur għandu jikkomunika d-dejta li ġejja għal kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

kwalunkwe kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, waqt li separatament jidentifika l-importazzjoni għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar, għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi liċenzjati skont l-Artikolu 10(6), għal użu f’applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew ta’ qabel it-trażbord u għal qerda. Importaturi li mportaw s-sustanzi kkontrollati għall-qerda għandhom jikkomunikaw d-destinazzjoni jew id-destinazzjonijiet finali attwali ta’ kull sustanza, kif ukoll jipprovdu separatament għal kull destinazzjoni l-kwantità ta’ kull sustanza u l-isem u l-indirizz ta’ faċilità tal-qerda fejn is-sustanza ġiet imwassla;

(b)

kwalunkwe kwantitajiet impurtati skont proċeduri doganali oħra, li jidentifikaw separatament il-proċeduri doganali u l-użi speċifikati;

(c)

kwalunkwe kwantità ta’ sustanzi użati msemmija fil-paragrafu 1, impurtati għal riċiklaġġ jew reklamazzjoni;

(d)

kwalunkwe ħażna;

(e)

kull xiri u bejgħ minn jew lill-impriżi fil-Komunità;

(f)

pajjiż ta’ esportazzjoni.

4.   Kull importatur għandu jikkomunika d-dejta li ġejja għal kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

kwalunkwe kwantità ta’ tali sustanzi esportati, waqt li separatament jidentifika l-kwantitajiet esportati lejn kull pajjiż destinatarju u l-kwantitajiet esportati għall-użu bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar, użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi, użi kritiċi u għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina u qabel it-trażbord;

(b)

kwalunkwe ħażna;

(c)

kull xiri u bejgħ minn jew lill-impriżi fil-Komunità;

(d)

pajjiż ta’ destinazzjoni.

5.   Kull impriża li teqred is-sustanzi kontrollati msemmija fil-paragrafu 1 u li mhijiex koperta mill-paragrafu 2, għandha tikkomunika d-data li ġejja:

(a)

kwalunkwe kwantità meqruda ta’ sustanzi ta’ dan it-tip, inklużi l-kwantitajiet f’prodotti jew tagħmir;

(b)

kwalunkwe ħażniet meqruda ta’ sustanzi ta’ dan it-tip li se jinqerdu, inklużi l-kwantitajiet f’prodotti jew tagħmir;

(c)

it-teknoloġija użata għall-qerda.

6.   Kull impriża li tuża sustanzi kontrollati bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess, għandha tikkomunika d-data li ġejja:

(a)

kwalunkwe kwantità ta’ sustanzi bħal dawn użata bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess;

(b)

kwalunkwe ħażna ta’ sustanzi bħal dawn;

(c)

il-proċessi u l-emissjonijiet involuti.

7.   Kull sena qabel il-31 ta’ Marzu, kull produttur jew importatur li hu detentur ta’ liċenzja skont l-Artikolu 10(6) għandu, għal kull sustanza li għaliha jkun irċieva awtorizzazzjoni, jagħmel rapport lill-Kummissjoni, billi jibgħat kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, in-natura tal-użu, il-kwantitajiet użati matul is-sena ta’ qabel, il-kwantitajiet li jkollu maħżuna, il-kwantitajiet irriċiklati, irkuprati jew meqruda, u l-kwantità ta’ prodotti u tagħmir li jkun fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Komunità u/jew esportati.

8.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni ppreżentata lilha.

9.   Il-format ta r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 sa 7 għandu jkun stabbilit skont il-proċedura t’ amminstrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).

10.   Il-Kummissjoni tista’ temenda r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 28

Ispezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’segwitu għal approċċ abbażi tar-riskji, inklużi l-ispezzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati kif ukoll ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-investigazzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa skont dan ir-Regolament.

2.   Suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu sejrin isiru l-investigazzjonijiet fit-territorju tiegħu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-uffiċjali ta’ dik l-awtorità fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

3.   Fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-impriżi. Meta titlob informazjoni minn xi impriża l-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-impriża.

4.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa biex tinkoraġġixxi l-iskambju xieraq ta’ informazjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni akkwistata skont dan l-Artikolu.

5.   Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, Stat Membru jista’ jmexxi ispezzjonijiet tal-impriżi jew investigazzjonijiet ta’ impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali ta’ sustanzi kkontrollati u li jinsabu joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 29

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u għandhom ukoll jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa b’dan imħassar mill-1 ta’ Jannar 2010.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 135.

(2)  . L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8.

(5)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 68.

(6)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(7)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(8)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1.

(9)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(10)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(14)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(15)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(16)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9. Id-Direttiva 2006/12/KE hija mħassra permezz tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ NOvembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3) b’ effett mit-12 ta’ Diċembru 2010.

(17)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(18)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.


ANNESS I

SUSTANZI KONTROLLATI

Grupp

Sustanza

Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu (1)

Grupp I

CFCl3

CFC-11

Trichlorofluoromethane

1,0

CF2Cl2

CFC-12

Dichlorodifluoromethane

1,0

C2F3Cl3

CFC-113

Trichlorotrifluoroethane

0,8

C2F4Cl2

CFC-114

Dichlorotetrafluoroethane

1,0

C2F5Cl

CFC-115

Chloropentafluoroethane

0,6

Grupp II

CF3Cl

CFC-13

Chlorotrifluoromethane

1,0

C2FCl5

CFC-111

Pentachlorofluoroethane

1,0

C2F2Cl4

CFC-112

Tetrachlorodifluoroethane

1,0

C3FCl7

CFC-211

Heptachlorofluoropropane

1,0

C3F2Cl6

CFC-212

Hexachlorodifluoropropane

1,0

C3F3Cl5

CFC-213

Pentachlorotrifluoropropane

1,0

C3F4Cl4

CFC-214

Tetrachlorotetrafluoropropane

1,0

C3F5Cl3

CFC-215

Trichloropentafluoropropane

1,0

C3F6Cl2

CFC-216

Dichlorohexafluoropropane

1,0

C3F7Cl

CFC-217

Chloroheptafluoropropane

1,0

Grupp III

CF2BrCl

halon-1211

Bromochlorodifluoromethane

3,0

CF3Br

halon-1301

Bromotrifluoromethane

10,0

C2F4Br2

halon-2402

Dibromotetrafluoroethane

6,0

Grupp IV

CCl4

CTC

Tetrachloromethane (carbon tetrachloride)

1,1

Grupp V

C2H3Cl3  (2)

1,1,1-TCA

1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform)

0,1

Grupp VI

CH3Br

bromur tal-metile

Bromomethane

0,6

Grupp VII

CHFBr2

HBFC-21 B2

Dibromofluoromethane

1,00

CHF2Br

HBFC-22 B1

Bromodifluoromethane

0,74

CH2FBr

HBFC-31 B1

Bromofluoromethane

0,73

C2HFBr4

HBFC-121 B4

Tetrabromofluoroethane

0,8

C2HF2Br3

HBFC-122 B3

Tribromodifluoroethane

1,8

C2HF3Br2

HBFC-123 B2

Dibromotrifluoroethane

1,6

C2HF4Br

HBFC-124 B1

Bromotetrafluoroethane

1,2

C2H2FBr3

HBFC-131 B3

Tribromofluoroethane

1,1

C2H2F2Br2

HBFC-132 B2

Dibromodifluoroethane

1,5

C2H2F3Br

HBFC-133 B1

Bromotrifluoroethane

1,6

C2H3FBr2

HBFC-141 B2

Dibromofluoroethane

1,7

C2H3F2Br

HBFC-142 B1

Bromodifluoroethane

1,1

C2H4FBr

HBFC-151 B1

Bromofluoroethane

0,1

C3HFBr6

HBFC-221 B6

Hexabromofluoropropane

1,5

C3HF2Br5

HBFC-222 B5

Pentabromodifluoropropane

1,9

C3HF3Br4

HBFC-223 B4

Tetrabromotrifluoropropane

1,8

C3HF4Br3

HBFC-224 B3

Tribromotetrafluoropropane

2,2

C3HF5Br2

HBFC-225 B2

Dibromopentafluoropropane

2,0

C3HF6Br

HBFC-226 B1

Bromohexafluoropropane

3,3

C3H2FBr5

HBFC-231 B5

Pentabromofluoropropane

1,9

C3H2F2Br4

HBFC-232 B4

Tetrabromodifluoropropane

2,1

C3H2F3Br3

HBFC-233 B3

Tribromotrifluoropropane

5,6

C3H2F4Br2

HBFC-234 B2

Dibromotetrafluoropropane

7,5

C3H2F5Br

HBFC-235 B1

Bromopentafluoropropane

1,4

C3H3FBr4

HBFC-241 B4

Tetrabromofluoropropane

1,9

C3H3F2Br3

HBFC-242 B3

Tribromodifluoropropane

3,1

C3H3F3Br2

HBFC-243 B2

Dibromotrifluoropropane

2,5

C3H3F4Br

HBFC-244 B1

Bromotetrafluoropropane

4,4

C3H4FBr3

HBFC-251 B1

Tribromofluoropropane

0,3

C3H4F2Br2

HBFC-252 B2

Dibromodifluoropropane

1,0

C3H4F3Br

HBFC-253 B1

Bromotrifluoropropane

0,8

C3H5FBr2

HBFC-261 B2

Dibromofluoropropane

0,4

C3H5F2Br

HBFC-262 B1

Bromodifluoropropane

0,8

C3H6FBr

HBFC-271 B1

Bromofluoropropane

0,7

Grupp VIII

CHFCl2

HCFC-21 (3)

Dichlorofluoromethane

0,040

CHF2Cl

HCFC-22 (3)

Chlorodifluoromethane

0,055

CH2FCl

HCFC-31

Chlorofluoromethane

0,020

C2HFCl4

HCFC-121

Tetrachlorofluoroethane

0,040

C2HF2Cl3

HCFC-122

Trichlorodifluoroethane

0,080

C2HF3Cl2

HCFC-123 (3)

Dichlorotrifluoroethane

0,020

C2HF4Cl

HCFC-124 (3)

Chlorotetrafluoroethane

0,022

C2H2FCl3

HCFC-131

Trichlorofluoroethane

0,050

C2H2F2Cl2

HCFC-132

Dichlorodifluoroethane

0,050

C2H2F3Cl

HCFC-133

Chlorotrifluoroethane

0,060

C2H3FCl2

HCFC-141

Dichlorofluoroethane

0,070

CH3CFCl2

HCFC-141b (3)

1,1-Dichloro-1-fluoroethane

0,110

C2H3F2Cl

HCFC-142

Chlorodifluoroethane

0,070

CH3CF2Cl

HCFC-142b (3)

1-Chloro-1,1-difluoroethane

0,065

C2H4FCl

HCFC-151

Chlorofluoroethane

0,005

C3HFCl6

HCFC-221

Hexachlorofluoropropane

0,070

C3HF2Cl5

HCFC-222

Pentachlorodifluoropropane

0,090

C3HF3Cl4

HCFC-223

Tetrachlorotrifluoropropane

0,080

C3HF4Cl3

HCFC-224

Trichlorotetrafluoropropane

0,090

C3HF5Cl2

HCFC-225

Dichloropentafluoropropane

0,070

CF3CF2CHCl2

HCFC-225ca (3)

3,3-Dichloro-1,1,1,2,2-pentafluoropropane

0,025

CF2ClCF2CHClF

HCFC-225cb (3)

1,3-Dichloro-1,1,2,2,3-pentafluoropropane

0,033

C3HF6Cl

HCFC-226

Chlorohexafluoropropane

0,100

C3H2FCl5

HCFC-231

Pentachlorofluoropropane

0,090

C3H2F2Cl4

HCFC-232

Tetrachlorodifluoropropane

0,100

C3H2F3Cl3

HCFC-233

Trichlorotrifluoropropane

0,230

C3H2F4Cl2

HCFC-234

Dichlorotetrafluoropropane

0,280

C3H2F5Cl

HCFC-235

Chloropentafluoropropane

0,520

C3H3FCl4

HCFC-241

Tetrachlorofluoropropane

0,090

C3H3F2Cl3

HCFC-242

Trichlorodifluoropropane

0,130

C3H3F3Cl2

HCFC-243

Dichlorotrifluoropropane

0,120

C3H3F4Cl

HCFC-244

Chlorotetrafluoropropane

0,140

C3H4FCl3

HCFC-251

Trichlorofluoropropane

0,010

C3H4F2Cl2

HCFC-252

Dichlorodifluoropropane

0,040

C3H4F3Cl

HCFC-253

Chlorotrifluoropropane

0,030

C3H5FCl2

HCFC-261

Dichlorofluoropropane

0,020

C3H5F2Cl

HCFC-262

Chlorodifluoropropane

0,020

C3H6FCl

HCFC-271

Chlorofluoropropane

0,030

Grupp IX

CH2BrCl

BCM

Bromochloromethane

0,12


(1)  Iċ-ċifri relatati mal-potenzjali għat-tnaqqis tal-ożonu huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu analizzati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet.

(2)  Din il-formula ma tirreferix għall-1,1,2-trichloroetane.

(3)  Tidentifika l-aktar sustanza kummerċjalment vijabbli kif stipulat fil-Protokoll.


ANNESS II

SUSTANZI ĠODDA

Parti A: Sustanzi ristretti skont l-Artikolu 24(1)

Sustanza

Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu

CBr2 F2

Dibromodifluoromethane (halon-1202)

1,25

Parti B: Sustanzi li għandu jsir rappurtar dwarhom skont l-Artikolu 27

Sustanza

Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu (1)

C3H7Br

1-Bromopropane (n-propil bromide)

0,02 – 0,10

C2H5Br

Bromoethane (ethyl bromide)

0,1 – 0,2

CF3I

Trifluoroiodometane (trifluiormethyl iodide)

0,01 – 0,02

CH3Cl

Chloromethane (methyl chloride)

0,02


(1)  Iċ-ċifri relatati mal-potenzjali għat-tnaqqis tal-ożonu huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu analizzati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet.


ANNESS III

Proċessi li fihom sustanzi kontrollati jintużaw bħala aġenti ta’ proċess kif hemm referenza għalihom fl-punt 8 tal-Artikolu 3(12):

(a)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride)għall-eliminazzjoni tat-triklordidu tan-nitroġenu (nitrogen trichloride) fil-produzzjoni tal-kloru u s-soda kawstika;

(b)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fl-irkupru tal-klorin fil-gassijiet (tail gas) li jiġu mill-produzzjoni tal-klorin;

(c)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride)fil-manifattura tal-gomma klorinata;

(d)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fil-manifattura tal-poli-fenilin-tereftalamid (poly-phenylene-tetrephthalamide);

(e)

l-użu ta’ CFC-12 fis-sinteżi fotokimika tal-perfluworopolieterpoliperossidu (perfluoropolyetherpoliperoxide), prekursuri taz-Z-perfluworopolieteri (Z-perfluoropolyethers) u derivati difunzjonali;

(f)

l-użu ta’ CFC-113 fit-tħejjija ta’ dijoli tal-perfluworopolieteru (perfluoropolyether diols) b’funzjonalità għolja;

(g)

l-użu ta’ tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fil-produzzjoni taċ-ċiklodim;

(h)

l-użu tal-idroklorofluworokarbonji (HFCs) fil-proċessi definiti fil-punti (a) sa (g) meta jkunu użati biex jieħdu post il-klorofluworokarbonju jew it-tetraklorur tal-karbonju.


ANNESS IV

Gruppi, Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (1) u deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-Anness I

Grupp

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Grupp I

2903 41 00

Trichlorofluoromethane

2903 42 00

Dichlorodifluoromethane

2903 43 00

Trichlorotrifluoroethanes

2903 44 10

Dichlorotetrafluoroethanes

2903 44 90

Chloropentafluoroethane

Grupp II

2903 45 10

Chlorotrifluoromethane

2903 45 15

Pentachlorofluoroethane

2903 45 20

Tetrachlorodifluoroethanes

2903 45 25

Heptachlorofluoropropanes

2903 45 30

Hexachlorodifluoropropanes

2903 45 35

Pentachlorotrifluoropropanes

2903 45 40

Tetrachlorotetrafluoropropanes

2903 45 45

Trichloropentafluoropropanes

2903 45 50

Dichlorohexafluoropropanes

2903 45 55

Chloroheptafluoropropanes

Grupp III

2903 46 10

Bromochlorodifluoromethane

2903 46 20

Bromotrifluoromethane

2903 46 90

Dibromotetrafluoroethanes

Grupp IV

2903 14 00

Carbon tetrachloride

Grupp V

2903 19 10

1,1,1-Trichloroethane (methyl chloroform)

Grupp VI

2903 39 11

Bromomethane (methyl bromide)

Grupp VII

2903 49 30

Hydrobromofluoromethanes, -ethanes or -propanes

Grupp VIII

2903 49 11

Chlorodifluoromethane (HCFC-22)

2903 49 15

1,1-Dichloro-1-fluoroethane (HCFC-141b)

2903 49 19

Idroklorofluworometani oħrajn, -etani jew -propani (HCFCs)

Grupp IX

ex 2903 49 80

Bromoklorometan (bromochloromethane)

Taħlitiet

3824 71 00

Taħlitiet li fihom klorofluworokarbonji (CFCs), kemm jekk fihom idroklorofluworokarbonji (HCFCs), perfluworokarbonji (PFCs) jew idrofluworokarbonji (HFCs) u kemm jekk le

3824 72 00

Taħlitiet li fihom il-bromochlorodifluoromethane, il-bromotrifluoromethane jew id-dibromotetrafluoroethanes

3824 73 00

Taħlitiet li fihom idrobromofluworokarbonji (HBFCs)

3824 74 00

Taħlitiet li fihom idroklorofluworokarbonji (HCFCs)kemm jekk fihom perfluworokarbonji (PFCs) jew idrofluworokarbonji (HFCs) u kemm jekk le, iżda li ma fihomx klorofluworokarbonji (CFCs)

3824 75 00

Taħlitiet li fihom tetraklorur tal-karbonju

3824 76 00

Taħlitiet li fihom 1,1,1-trichloroethane (kloroform tal-metil)

3824 77 00

Taħlitiet li fihom bromomethane (bromur tal-metiol) jew bromochlorometane


(1)  “ex” qabel il-kodiċi tfisser li sustanzi oħra minbarra dawk imsemmija fil-kolonna “Deskrizzjoni” jistgħu jaqgħu ukoll taħt dik is-subintestatura.


ANNESS V

Kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u t-tkomplija tad-distribuzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10(3)

1.   Sustanzi kontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi għandu jkun fihom biss sustanzi kontrollati manifatturati skont il-puritajiet li ġejjin:

Sustanza

%

CTC (kwalità tar-reaġent)

99,5

1,1,1-trichloroethane

99,0

CFC 11

99,5

CFC 13

99,5

CFC 12

99,5

CFC 113

99,5

CFC 114

99,5

Sustanzi kontrollati oħra b’punt tat-togħlija > 20 °C

99,5

Sustanzi kontrollati oħra b’punt tat-togħlija < 20 °C

99,0

Dawn is-sustanzi kontrollati puri jistgħu sussegwentement jitħaltu minn manifatturi, aġenti, jew distributuri ma’ kimiċi kontrollati oħra jew li mhumiex ikontrollati mill-Protokoll kif inhi d-drawwa għall-użi fil-laboratorji jew użi analitiċi.

2.   Dawn is-sustanzi u t-taħlitiet ta’ purità għolja li fihom sustanzi kontrollati għandhom jiġu forniti biss f’kontenituri li jerġgħu jingħalqu jew ċilindri taħt pressjoni għolja iżgħar minn tliet litri jew f’ampolli iżgħar tal-ħġieġ, immarkati b’mod ċar bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ristretti għall-użi fil-laboratorju jew użi analitiċi u li jispeċifikaw li s-sustanzi użati jew li jibqgħu żejda għandhom jinġabru u jiġu rriċiklati, jekk dan ikun prattiku. Il-materjal għandu jinqered jekk ir-riċiklaġġ ma jkunx prattiku.


ANNESS VI

UŻI KRITIĊI TAL-ALON

L-użu tal-alon 1301:

fl-inġenji tal-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti tal-ekwipaġġ, il-kisi ta’ barra tal-magni, il-kumpartimenti fejn tinħatt u titgħabba l-merkanzija u l-kumpartimenti fejn ma titgħabbiex merkanzija, u għall-inertjar tat-tankijiet tal-fjuwil,

f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kumpartimenti tal-persunal u tal-magni,

sabiex spazji okkupati jinbidlu fi spazji okkupati inerti fejn jista’ jinħareġ likwidu u/jew xi gass fjammabbli fis-setturi militari u taż-żejt, tal-gass u petrokimiċi, u f’vapuri tat-tagħbija eżistenti,

sabiex komunikazzjonijiet eżistenti mgħammra b’ekwipaġġ u ċentri ta’ kmand tal-forzi armati jew oħrajn, essenzali għas-sigurtà nazzjonali,

sabiex spazji fejn hemm riskju ta’ tixrid ta’ materja radjuattiva jinbidlu fi spazji inerti,

fiċ-Channel Tunnel u stallazzjonijiet u rolling stock assoċjati miegħu.

L-użu tal-alon 1211:

f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kumpartimenti tal-persunal u tal-magni,

f’tagħmir li jinżamm fl-idejn għat-tifi tan-nar u tagħmir fiss għat-tifi tan-nar għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru,

fl-inġenji tal-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti tal-ekwipaġġ, il-kisi ta’ barra tal-magni, il-kumpartimenti fejn tinħatt u titgħabba l-merkanzija u l-kumpartimenti fejn ma titgħabbiex merkanzija,

f’tagħmir għat-tifi tan-nar essenzjali għas-sikurezza personali użati minn skwadri tat-tifi tan-nar għat-tifi inizjali tan-nar,

f’tagħmir għat-tifi tan-nar militari u tal-pulizija għall-użu fuq in-nies.

L-użu tal-alon 2402 fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja biss:

fl-inġenji tal-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti tal-ekwipaġġ, il-kisi ta’ barra tal-magni, il-kumpartimenti fejn tinħatt u titgħabba l-merkanzija u l-kumpartimenti fejn ma titgħabbiex merkanzija u għall-inerting tat-tankijiet tal-fjuwil,

f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kumpartimenti tal-persunal u tal-magni,

sabiex spazji okkupati jinbidlu fi spazji okkupati inerti fejn jista’ jinħareġ likwidu u/jew xi gass fjammabbli fis-setturi militari u taż-żejt, tal-gass u petrokimiċi, u f’vapuri ta’ tagħbija eżistenti,

sabiex komunikazzjonijiet eżistenti mgħammra b’ekwipaġġ u ċentri ta’ kmand tal-forzi armati jew oħrajn, essenzali għas-sigurtà nazzjonali,

sabiex spazji fejn hemm riskju ta’ tixrid ta’ materja radjuattiva jinbidlu fi spazji inerti,

f’tagħmir li jinżamm fl-idejn għat-tifi tan-nar u tagħmir fiss għat-tifi tan-nar għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru,

f’tagħmir għat-tifi tan-nar essenzjali għas-sikurezza personali użati minn skwadri tat-tifi tan-nar għat-tifi inizjali tan-nar,

f’tagħmir għat-tifi tan-nar militari u tal-pulizija għall-użu fuq in-nies.

L-użu tal-alon 2402 fil-Bulgarija biss:

fl-inġenji tal-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti tal-ekwipaġġ, il-kisji ta’ barra tal-magni, il-kumpartimenti fejn tinħatt u titgħabba l-merkanzija u l-kumpartimenti fejn ma titgħabbiex merkanzija, u għall-inertjar tat-tankijiet tal-fjuwil,

f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kumpartimenti tal-persunal u tal-magni.


ANNESS VII

TEKNOLOĠIJI TA’ QERDA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(1)

Applikabbiltà

Teknoloġija

Sustanzi kontrollati (1)  (2)

Sorsi dilwiti (3)

 

Sustanzi kontrollati mniżżlin fl-Anness I, gruppi I, II, IV, V, VIII

Aloni mniżżlin fl-Anness I grupp III

Fowm

L-effiċenzja tal-qerda u t-tneħħija (DRE) (4)

99,99 %

99,99 %

95 %

Fran tas-siment

Approvat (5)

Mhux approvat

Mhux applikabbli

Inċinerazzjoni permezz ta’ injezzjoni ta’ likwidi

Approvat

Approvat

Mhux applikabbli

Ossidazzjoni b’gass/dħaħen

Approvat

Approvat

Mhux applikabbli

Inċinerazzjoni muniċipali ta’ skart solidu

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Approvat

Cracking f’reatturi

Approvat

Mhux approvat

Mhux applikabbli

Inċinerazzjoni f’forn li jdur

Approvat

Approvat

Approvat

Ark tal-plażma bl-argon

Approvat

Approvat

Mhux applikabbli

Plażma bi frekwenza radju akkoppjata b’mod induttiv

Approvat

Approvat

Mhux applikabbli

Plażma majkrowejv

Approvat

Mhux approvat

Mhux applikabbli

Ark tal-plażma bin-nitroġenu

Approvat

Mhux approvat

Mhux applikabbli

Dealoġenazzjoni katalitika f’fażi ta’ gass

Approvat

Mhux approvat

Mhux applikabbli

Reattur tal-fwar b’temperatura għolja ħafna

Approvat

Mhux approvat

Mhux applikabbli


(1)  Is-sustanzi kontrollati li mhumiex elenkati għandhom jinqerdu bit-teknoloġija ta’ qerda l-aktar aċċettabbli għall-ambjent u li ma toħloqx spejjeż eċċessivi.

(2)  Sorsi konċentrati jirriferu għal sustanzi verġni, irkuprati u irreklamati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

(3)  Sorsi dilwiti jirriferu għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jinsabu f’matriċi ta’ solidu, pereżempju fowm.

(4)  Il-kriterju DRE jippreżenta l-kapaċità teknoloġika li fuqha hija bbażata t-teknoloġija. Mhux dejjem jirrifletti r-rendiment li jinkiseb minn jum għall-ieħor, li fih innifsu jkun ikkontrollat bi standards minimi nazzjonali.

(5)  Approvat mill-Partijiet.


ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000

Ġdid

Artikolu 1

Artikolu 1 u 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(2) u (4)

Artikolu 3(2), il-punt (i)

Artikolu 4

Artikolu 3(2), il-punt (ii), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), il-punt (ii), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 3(4)

Artikolu 10(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 3(5)

Artikolu 10(7)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 10(8)

Artikolu 3(8)

Artikolu 14(2)

Artikolu 3(9)

Artikolu 14(3)

Artikolu 3(10)

Artikolu 14(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)(i)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)(ii)

Artikolu 4(2)(iii), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1) u (2)

Artikolu 4(2)(iii), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26(1), il-punt (a)

Artikolu 4(2)(iii), it-tielet subparagrafu

Artikolu 12(2)

Artikolu 4(2)(iv)

Artikolu 4(3)(i)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(3)(ii)

Artikolu 4(3)(iii)

Artikolu 4(3)(iv)

Artikolu 4(4), il-punt (i)(a)

Artikolu 9

Artikolu 4(4), il-punt (i)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1) u Artikolu 8(1)

Artikolu 4(4), il-punt (i)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 10(1) u Artikolu 12(3)

Artikolu 4(4), il-punt (ii)

Artikolu 4(4), il-punt (iii)

Artikolu 4(4), il-punt (iv), l-ewwel sentenza

Artikolu 13(1)

Artikolu 4(4), il-punt (iv), it-tieni sentenza

Artikolu 27(1)

Artikolu 4(4), il-punt (v)

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(5)

Artikolu 14(1)

Artikolu 4(6)

Artikolu 6

Artikolu 4(6)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), il-punt (a)

Artikolu 11(2)

Artikolu 5(2), il-punt (b)

Artikolu 7(1)

Artikolu 5(2), il-punt (c)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(8)

Artikolu 5(4), it-tieni sentenza

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(3)

Artikolu 6(1), it-tieni sentenza

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 18(5)

Artikolu 6(5)

Artikolu 18(9)

Artikolu 7

Artikolu 16(1)

Artikolu 8

Artikolu 20(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 21

Artikolu 10

Artikolu 20(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 17(1) u (2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 20(1)

Artikolu 11(3)

Artikolu 20(1)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12(1)

Artikolu 17(4)

Artikolu 12(2)

Artikolu 18(4)

Artikolu 12(3)

Artikolu 18(5)

Artikolu 12(4)

Artikolu 18(3) u (4)

Artikolu 13

Artikolu 20(3)

Artikolu 14

Artikolu 20(4)

Artikolu 15

Artikolu 16(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 22(3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 16(5)

Artikolu 22(5)

Artikolu 16(6)

Artikolu 16(7)

Artikolu 17

Artikolu 23

Artikolu 18

Artikolu 25

Artikolu 19

Artikolu 25

Artikolu 20(1)

Artikolu 28(3)

Artikolu 20(2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 20(3)

Artikolu 28(1)

Artikolu 20(4)

Artikolu 28(2)

Artikolu 20(5)

Artikolu 28(4)

Artikolu 21

Artikolu 29

Artikolu 22

Artikolu 24

Artikolu 23

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness VI

L-Anness III

L-Anness VII

L-Anness VI


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/31


REGOLAMENT (KE) Nru 1006/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Il-provvista annwali ta’ statistika dwar is-soċjetà tal-Informazzjoni kif previst fir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) hija limitata għal massimu ta’ ħames snin ta’ referenza wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u tintemm fl-2009. Mandanakollu, hemm bżonn kontinwu fuq livell Komunitarju għall-provvista annwali ta’ informazzjoni tal-istatistika koerenti dwar il-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2005 enfasizzal-importanza li tinbena soċjetà tal-informazzjoni inklussiva, ibbażata fuq l-użu wiesa’ tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-servizz pubbliku, intrapriżi żgħar u medji (IŻM) u fid-djar.

(3)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2006 rrikonoxxa l-importanza ta’ użu aktar produttiv tal-ICTs fl-intrapriżi u organizzazzjonijiet amministrattivi u ħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-istrategija i2010 b’mod vigoruż. Din l-istrateġija tippromwovi wkoll ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva, u enfasizza l-ICT bħala mutur tal-inklużjoni u kwalità tal-ħajja. Huwa meqjus element importanti fil-qbil il-ġdid ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

(4)

F’April tal-2006, il-Grupp ta’ Livell Għoli tal-i2010 stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE (3) approva l-qafas ta’ normi tal-i2010, li jistipula lista ta’ indikaturi prinċipali sabiex jiġi mkejjel l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea kif stabbilit fl-istrateġija i2010.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li twaqqaf Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (mill-2007 sal-2013) (4) tgħin sabiex titjieb il-kompetittività u l-kapaċità innovattiva fil-Komunità, sabiex tippromwovi l-iżvilupp tas-soċjetà bbażata fuq it-tagħrif, u sabiex trabbi żvilupp sostenibbli bbażat fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat. Dik id-Deċiżjoni tirrikjedi li l-Komunità tibni bażi soda ta’ analiżi sabiex tgħin l-ippjanar tal-politika f’numru ta’ setturi. Il-programm ta’ qafas stabbilit minn b’dik id-Deċiżjoni jinkoraġġixxi azzjonijiet għall-analiżi tal-politika bbażati fuq statistika uffiċjali.

(6)

Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-e-inklużjoni, adottata f’Riga fil-11 ta’ Ġunju 2006, tagħmel sejħa għal soċjetà tal-informazzjoni inklużiva. Tistipula l-qafas għal politika komprensiva dwar l-e-inklużjoni, filwaqt li tindirizza kwistjonijiet rigward is-soċjetà li qiegħda tixjieħ, il-qasma diġitali ġeografika, l-aċċessibbiltà, il-litteriżmu u l-kompetenzi diġitali, id-diversità kulturali u servizzi pubbliċi inklużivi online. Tistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ għall-ġbir ta’ provi u l-benchmarking ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea.

(7)

L-indikaturi għal valutazzjoni tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni kif espressi fl-istrateġiji politiċi tal-Komunità, bħall-qafas ta’ valutazzjoni i2010 tal-istrateġija tal-i2010 u l-iżviluppi ulterjuri tagħha taħt l-istrateġija ta’ Liżbona għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni statistika koerenti.

(8)

L-emendament tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jieħu kont tar-Regolament (KE) 223/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (5).

(9)

Dan ir-Regolament m’għandux iżid il-piż fuq min iwieġeb u fuq l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, imkejjel bl-għadd ta’ fatturi varjabbli mandatorji jew bit-tul tal-intervisti, fir-rigward tal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ statistika armonizzata fil-konfront tas-sitwazzjoni eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(11)

Il-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (6), ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(1) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-istatistiċi li għandhom jiġu miġbura għandhom jinkludu informazzjoni li hi bżonnjuża għall-indikaturi strutturali u neċessarja għall-valutazzjoni tal-istrateġiji politiċi tal-Komunità dwar l-iżvilupp tal-ispazju tal-informazzjoni Ewropew, innovazzjoni fil-kummerċ u s-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea, bħall-qafas ta’ valutazzjoni tal-i2010 u l-iżviluppi tiegħu taħt l-istrateġija ta’ Liżbona, u informazzjoni oħra neċessarja sabiex tkun provduta bażi uniformi fuq liema tkun analizzata is-soċjetà tal-informazzjoni.”.

(2)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat b’dan li ġej:

“Artikolu 6

It-trattament, it-trażmissjoni u d-disseminazzjoni ta’ data

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament, u l-miżuri implimentattivi tiegħu, lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*) dwar it-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata meħtieġa taħt dan ir-Regolament fil-forma elettronika, skont standard ta’ skambju miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.   Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandu japplika għat-trattament u d-disseminazzjoni ta’ data kunfidenzjali.

(*)  * ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.”."

(3)

L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-kwalità tal-istatistika u rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità kif stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.

3.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data trażmessa kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jkun ipprovdut xahar wara t-trażmissjoni tad-data.”.

(4)

L-Annessi I u II għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

(3)  ĠU L 80, 17.3.2006, p. 74.

(4)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(5)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(6)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS I

ANNESS I

Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni

(1)   Għanijiet

L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar l-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni.. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura u perjodiċità, suġġetti koperti, tul ta’ żmien, kategorizzar tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u l-istudji esperimentali jew ta’ fattibbiltà neċessarji.

(2)   Kopertura

Dan il-modulu jkopri l-attivitajiet kummerċjali fit-Taqsimiet Ċ sa N, Taqsima R u Diviżjoni 95 tal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE REV. 2).

L-istatistiċi ser jinġabru għal taqsimiet ta’ intrapriżi.

(3)   Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data

L-istatistika għandha tiġi pprovduta annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(4)   Suġġetti koperti

Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jittieħdu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:

sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

kummerċ elettroniku;

proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi,

l-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT,

ostakli għall-użu tal-ICT, Internet u networks elettroniċi oħra, proċessi ta’ kummerċ elettroniku u e-business,

nefqa u investiment fuq l-ICT,

is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

użu tal-ICT u l-impatt tagħha fuq l-ambjent (ICT Favur l-Ambjent),

l-aċċess għal u l-użu tal-Internet u networks teknoloġiċi oħra sabiex jiġu mqabbda oġġetti u apparat (l-Internet tal-Oġġetti),

l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jiffaċilitaw konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.

(5)   Kategorizzar tal-provvista tad-data

Mhux il-kategorizzar kollu bilfors ikun provdut kull sena; il-kategorizzar mitlub jittieħed mil-lista li ġejja, filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-unitajiet statistiċi, il-kwalità mistennija tad-data statistika u d-daqs globali tal-kampjun. Il-kategorizzar se jiġi miftiehem bħala parti mill-miżuri implimentattivi:

abbażi ta’ klassi skont id-daqs,

abbażi tal-intestatura NACE,

abbażi tar-reġjun: kategorizzar reġjonali għandu jkun limitat għal mhux aktar minn tliet raggruppamenti.

(6)   Tip tal-provvista tad-data

L-Istati Membri jittrażmettu d-data aggregata lill-Kummissjoni (Eurostat).

(7)   Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali

Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħrog studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar se jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.

ANNESS II

Modulu 2: Individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni

(1)   Għanijiet

L-għan ta’ dan il-modulu hu l-provvista ta’ statistiċi fil-ħin dwar individwi, djar u s-soċjetà tal-informazzjoni. Jipprovdi qafas għar-rekwiżiti f’termini ta’ kopertura, tul ta’ żmien u perjodiċità, suġġetti koperti, karatteristiċi tal-isfond soċjo-ekonomiku tal-provvista ta’ data, tip tal-provvista ta’ data u studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali neċessarji.

(2)   Kopertura

Dan il-modulu jkopri l-istatistiċi dwar individwi u familji.

(3)   Id-dewmien u l-perjodiċità tal-provvista tad-data

Statistiċi għandhom jiġu provduti annwalment sa massimu ta’ 15-il sena ta’ referenza mill-20 ta’ Mejju 2004. Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-perjodiċità tal-provvista għal kull karatteristika ser tkun speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(4)   Suġġetti koperti

Il-karatteristiċi li għandhom jiġu provduti jintgħażlu mil-lista ta’ suġġetti li ġejja:

l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji,

l-użu tal-Internet u networks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji,

is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT,

kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

effetti osservati tal-użu tal-ICT fuq l-individwi u/jew familji,

l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew networks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

Mhux is-suġġetti kollha se jkunu koperti kull sena.

(5)   Karatteristiċi tal-proviżjoni tad-data bi sfond soċjo-ekonomiku

Mhux il-karatteristiċi kollha bilfors ikunu provduti kull sena; il-karatteristiċi tal-isfond mitluba jintgħażlu mil-lista li ġejja u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi:

(a)

għal statistiċi provduti dwar membri tad-dar:

skont it-tip ta’ familja,

skont id-dħul finanzjarju,

skont ir-reġjun.

(b)

għal statistiċi provduti dwar individwi:

skont l-età,

skont is-sess,

skont il-livell ta’ edukazzjoni,

skont l-impjieg,

skont l-istat matrimonjali de facto,

skont il-pajjiż tat-twelid, ċittadinanza,

skont ir-reġjun.

(6)   Tip tal-provvista tad-data

L-Istati Membri jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-rekords ta’ data individwali iżda rekords bħal dawn ma jħallux l-identifikazzjoni diretta tat-taqsimiet tal-istatistika kkonċernati.

(7)   Studji ta’ fattibbiltà u studji esperimentali

Kull meta jkunu identifikati bżonnijiet ġodda sinifikanti għal data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data, jew tkun mistennija kwalità baxxa ta’ data jew jinqala’ l-bżonn għal indikaturi ġodda ta’ natura kumplessa, il-Kummissjoni ser toħroġ studji ta’ fattibbiltà jew studji esperimentali li għandhom jitlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri, qabel kwalunkwe ġbir ta’ data. Dawn l-istudji se jistmaw l-fattibbiltà tal-ġbir ta’ data rilevanti, wara li jitqies il-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-data meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq dawk li jirrispondu. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ta’ fattibbiltà jew esperimentali jew miżuri ta’ ttestjar iridu jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-indikaturi l-ġodda.


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/36


REGOLAMENT (KE) Nru 1007/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-foki huma ħlejjaq senzjenti li jistgħu jħossu wġigħ, dwejjaq, biża’ u forom oħra ta’ tbatija. Fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti li āejjin mill-foki fl-Unjoni Ewropea (3), il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tfassal immedjatament regolament biex jiġu pprojbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ kull prodott derivat mill-foki tat-tip “harp” u “hooded”. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (4), il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi projbizzjoni totali fuq l-importazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki. Fir-Rakkomandazzjoni 1776 (2006) tagħha tas-17 ta’ Novembru 2006 dwar il-kaċċa għall-foki, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomandat li l-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa li jipprattikaw il-kaċċa għall-foki jiġu mistiedna biex jipprojbixxu l-metodi kollha ta’ kaċċa krudili li ma jiggarantixxux il-mewt istantanja, bla tbatija, tal-annimali, biex jipprojbixxu l-isturdament tal-annimali bi strumenti bħall-“hakapiks”, dbiebes u armi tan-nar, u biex jippromwovu inizjattivi mmirati lejn il-projbizzjoni tal-kummerċ fil-prodotti derivati mill-foki.

(2)

L-importazzjoni fl-Istati Membri għal skopijiet kummerċjali tal-ġlud ta’ ċerti frieħ tal-foki tat-tip “harp” u “hooded” u l-prodotti derivati minnhom hi pprojbita taħt id-Direttiva 83/129/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (5).

(3)

Il-foki huma kkaċċati fil-Komunità u barra minnha, u użati biex jinkisbu prodotti u oġġetti, bħal laħam, żejt, xaħam, organi, ġlud tal-fêr u oġġetti magħmulin minnhom, li jinkludu prodotti li jvarjaw sew, bħall-kapsuli ta’ Omega-3 u ħwejjeġ li jinkorporaw il-ġlud u l-pil tal-foki. Dawn il-prodotti jinbiegħu kummerċjalment fi swieq differenti, inkluż fis-swieq Komunitarji. Minħabba n-natura nnifisha ta’ dawk il-prodotti, huwa diffiċli jew impossibbli għall-konsumatur biex jiddistingwihom minn prodotti simili li mhumiex derivati mill-foki.

(4)

Il-kaċċa għall-foki wasslet għall-espressjoni ta’ tħassib serju mill-membri tal-pubbliku u mill-gvernijiet dwar il-kunsiderazzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali, minħabba l-fatt li l-mod l-aktar frekwenti kif il-foki jinqatlu u jinselħu jikkawża uġigħ, dwejjaq, biża’ u forom oħra ta’ tbatija lil dawk l-annimali.

(5)

B’reazzjoni għat-tħassib taċ-ċittadini u l-konsumaturi dwar l-aspetti tat-trattament xieraq tal-annimali fil-qtil u s-slieħ tal-foki u l-possibilità li fis-suq hemm preżenti prodotti miksubin minn annimali maqtula u misluħa b’mod li jikkawża uġigħ, dwejjaq, biża’ u forom oħra ta’ tbatija, bosta Stati Membri adottaw, jew fi ħsiebhom jadottaw, leġiżlazzjoni li tirregola l-kummerċ ta’ prodotti derivati mill-foki, billi jiġu pprojbiti l-importazzjoni u l-produzzjoni tagħhom filwaqt li ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-kummerċ ta’ dawn il-prodotti fi Stati Membri oħra.

(6)

Għalhekk hemm differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kummerċ, l-importazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti derivati mill-foki. Dawk id-differenzi jaffettwaw ħażin l-operazzjoni tas-suq intern fi prodotti li jinkludu jew li jistgħu jinkludu prodotti derivati mill-foki u jikkostitwixxu xkiel għall-kummerċ fil-prodotti ta’ dan it-tip.

(7)

L-eżistenza ta’ dawn il-rekwiżiti legali varji tista’ tiskoraġġixxi ulterjurment lill-konsumatur milli jixtri prodotti li mhumiex magħmulin mill-foki, imma li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jintgħarfu faċilment minn oġġetti simili magħmulin mill-foki, jew prodotti li jistgħu jinkludu elementi jew ingredjenti miksuba mill-foki mingħajr ma dan ikun jista’ jintgħaraf b’mod ċar, bħal fêr, kapsuli u żejt ta’ Omega-3 u oġġetti tal-ġilda.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom għalhekk jarmonizzaw ir-regoli madwar il-Komunità fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali dwar il-prodotti derivati mill-foki u b’hekk jiġi evitat it-taqlib tas-suq intern għall-prodotti kkonċernati, inklużi l-prodotti ekwivalenti għall-prodotti derivati mill-foki jew li jistgħu jissostitwuhom.

(9)

Skont il-Protokoll dwar il-ħarsien u t-trattament xieraq tal-annimali, anness mat-Trattat, il-Komunità għandha tagħti attenzjoni partikolari għar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali meta tkun qed tiġi fformulata u implimentata, inter alia, il-politika interna tas-suq. Ir-regoli armonizzati previsti f’dan ir-Regolament għandhom iqisu kompletament il-kunsiderazzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali.

(10)

Biex tiġi eliminata l-frammentazzjoni attwali tas-suq intern, hemm il-ħtieġa li jkunu previsti regoli armonizzati filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali. Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-moviment liberu tal-prodotti kkonċernati b’mod effettiv u proporzjonat, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti derivati mill-foki, bħala regola ġenerali, m’għandux ikun permess, sabiex jerġa’ jkun hemm kunfidenza min-naħa tal-konsumatur, waqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat li jiġi sodisfatt it-tħassib dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Ladarba t-tħassib taċ-ċittadini u l-konsumaturi jestendi għall-qtil u tqaxxir tal-foki, hemm bżonn ukoll ta’ azzjoni biex titnaqqas id-domanda li twassal għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti derivati mill-foki u, b’hekk, id-domanda ekonomika li tixpruna l-kaċċa kummerċjali għall-foki, bil-ħsieb li dak it-tħassib jiġi rispettat. Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv, dawk ir-regoli armonizzati għandhom jiġu infurzati fil-waqt jew fil-punt ta’ importazzjoni għall-prodotti importati.

(11)

Għalkemm jista’ jkun possibbli li l-foki jinqatlu u jistelħu b’mod li jevita l-uġigħ, id-dwejjaq, il-biża’ jew forom oħra ta’ tbatija bla bżonn, minħabba l-kondizzjonijiet li fihom isseħħ il-kaċċa għall-foki, fil-prattika mhumiex fattibbli l-ivverifikar u l-kontroll konsistenti tar-rispett min-naħa tal-kaċċaturi tar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali, jew għall-inqas huwa diffiċli li jinkisbu b’mod effettiv, kif ġie konkluż mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fis-6 ta’ Diċembru 2007.

(12)

Huwa ċar ukoll li forom oħra ta’ regoli armonizzati, bħal rekwiżiti ta’ tikkettar, ma jiksbux l-istess riżultat. Barra minn hekk, jekk il-manifatturi, id-distributuri jew il-bejjiegħa bl-imnut jiġu rikjesti li jagħmlu tikketta fuq il-prodotti li huma kompletament jew parzjalment derivati mill-foki, dan ikun jinvolvi l-impożizzjoni ta’ piż sinifikanti fuq dawn l-operaturi ekonomiċi, u jinvolvi wkoll spejjeż sproporzjonati fil-każi fejn il-prodotti derivati mill-foki jkunu jirrapreżentaw parti minuri biss tal-prodott ikkonċernat. Għall-kuntrarju, il-miżuri inklużi f’dan ir-Regolament se jkunu aktar faċli biex wieħed ikun konformi magħhom, waqt li jserrħu moħħ il-konsumatur ukoll.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li r-regoli armonizzati previsti f’dan ir-Regolament ikunu kompletament effettivi, dawn ir-regoli m’għandhomx japplikaw biss għal dawk il-prodotti tal-foki li joriġinaw mill-Komunità, iżda anke dawk introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(14)

L-interessi ekonomiċi u soċjali fundamentali tal-komunitajiet Inuit li jikkaċċaw il-foki bħala mezz biex jiggarantixxu l-għajxien tagħhom ma għandhomx jiġu affettwati ħażin. Il-kaċċa hija parti integrali mill-kultura u l-identità tal-membri tas-soċjetà tal-Inuit u, bħala tali, hija mħarsa mid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni. Għalhekk, għandu jkun permissibli li jitqiegħdu fis-suq il-prodotti mill-foki li jirriżultaw mill-kaċċa mwettqa tradizzjonalment mill-komunitajiet Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra u li jikkontribwixxu għall-għajxien tagħhom.

(15)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki. Hu, għalhekk, bla ħsara għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali oħra li jirregolaw il-kaċċa għall-foki.

(16)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

(17)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jirriżultaw mill-foki li jirriżulta minn kaċċa mwettqa b’mod tradizzjonali mill-komunitajiet Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra u li jikkontribwixxu għall-għajxien tagħhom; li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet skont liema hi permessal-importazzjoni tal-prodotti li jirriżultaw mill-foki li tkun ta’ natura okkażjonali u li tkun tikkonsisti esklussivament minn oġġetti għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom; u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jirriżultaw mill-kaċċa regolata mill-liġi nazzjonali bl-iskop waħdieni ta’ mmaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawhb’elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(18)

Bil-għan li jiġu ffaċilitati l-operazzjoni ta’ infurzar imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti, il-Kummissjoni għandha toħroġ noti ta’ gwida teknika li jipprovdu indikazzjonijiet li ma jorbtux dwar il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jistgħu jkopru l-prodotti derivati mill-foki li huma suġġetti għal dan ir-Regolament.

(19)

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(20)

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw fuq bażi regolari dwar l-azzjonijiet meħuda biex dan ir-Regolament jiġi implimentat. Fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(21)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-operat tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tal-projbizzjonijiet nazzjonali dwar il-kummerċ tal-prodotti derivati mill-foki fil-livell Komunitarju, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“foka” tfisser eżemplari tal-ispeċi kollha tal-pinnipedi (Phocidae, Otariidae u Odobenidae);

(2)

“prodott derivati mill-foki” tfisser il-prodotti kollha, kemm jekk proċessati jew mhux proċessati, derivati jew miksuba mill-foki, inkluż laħam, żejt, xaħam, organi u ġlud tal-fer mhux maħduma u ġlud tal-fer, ikkonzat jew imlibbes, inkluż ġlud tal-fer armati f’folji, slaleb u forom simili u oġġetti magħmulin mill-ġlud tal-fer;

(3)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-introduzzjoni fis-suq Komunitarju, li bih isir disponibbli għall-partijiet terzi bi skambju għall-ħlas;

(4)

“Inuit” tfisser il-membri indiġeni tat-territorju Inuit – speċifikament dawk l-inħawi Artiċi u sub-Artiċi fejn, attwalment jew tradizzjonalment, l-Inuit għandhom drittijiet u interessi aboriġini – rikonoxxuti mill-Inuit bħala membri tal-poplu tagħhom u li jinkludu l-Inupiat, il-Yupik (Alaska), l-Inuit, l-Inuvialuit (Kanada), il-Kalaallit (Greenland) u l-Yupik (Russja);

(5)

“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq

(1)   It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki għandu jkun permess biss meta l-prodotti derivati mill-foki jirriżultaw minn kaċċa tradizzjonalment imwettqa mill-Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra u li tikkontribwixxi għall-għajxien tagħhom. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw fil-waqt jew fil-punt ta’ importazzjoni għall-prodotti importati.

(2)   B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

l-importazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki għandha tkun permessa wkoll meta tkun ta’ natura okkażjonali u tkun tikkonsisti esklussivament minn oġġetti għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom. In-natura u l-kwantità ta’ oġġetti ta’ dan it-tip m’għandhomx ikunu tali li jindikaw li qed jiġu importati għal raġunijiet kummerċjali;

(b)

it-tqegħid fis-suq għandu jkun permess ukoll għall-prodotti mill-foki li jirriżultaw mill-prodotti sekondarji tal-kaċċa li tkun regolata taħt il-liġi nazzjonali u li titwettaq għall-iskop waħdieni ta’ mmaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Tqegħid fis-suq ta’ dan it-tip għandu jkun permess biss fuq il-bażi li ma jkunx għal skopijiet ta’ qligħ. In-natura u l-kwantità ta’ prodotti mill-foki m’għandhomx ikunu tali li jindikaw li qed jitqiegħdu fis-suq għal raġunijiet kummerċjali.

L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex iddgħajjef l-ilħuq tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament.

(3)   Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura ta’ mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 9(2), għandha tfassal noti ta’ gwida teknika li jistabbilixxu lista indikattiva tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jistgħu jkopru l-prodotti derivati mill-foki li huma suġġetti għal dan l-Artikolu.

(4)   Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 4

Moviment liberu

L-Istati Membri m’għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura tal-kumitat

(1)   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (7). Dak il-Kumitat jista’ jitlob l-assistenza ta’ kumitati regolatorji oħra eżistenti skont il-bżonn, bħall-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, stabbilit mill-Artikolu 58 (1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (8).

(2)   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

(3)   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Artikolu 6

Pieni u infurzar

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżwassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet, sal-20 ta’ Awwissu 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 7

Rappurtar

(1)   Sal-20 ta’ Novembru 2011 u kull erba’ snin minn dik id-data, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-azzjonijiet meħuda biex jiġi implimentat dan ir-Regolament.

(2)   Abbażi tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien tnax-il xahar mit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 għandu japplika mill-20 ta’ Awwissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  L-Opinjoni tas-26 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 194.

(4)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 170.

(5)  ĠU L 91, 9.4.1983, p. 30.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(8)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.