ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.285.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
31 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1034/2009 tat-30 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1035/2009 tat-30 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1036/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u l-Mediterran min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Malta.

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1037/2009 tat-30 ta’ Ottubru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2009

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija ( 1 )

10

 

*

Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

36

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/797/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2009 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

40

 

 

2009/798/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2009 li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

41

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/799/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8243)  ( 1 )

42

 

 

2009/800/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347)  ( 1 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1034/2009

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,9

MK

29,1

TR

63,2

ZZ

44,1

0707 00 05

TR

127,9

ZZ

127,9

0709 90 70

MA

64,2

TR

114,8

ZZ

89,5

0805 50 10

AR

67,9

TR

75,0

ZA

77,4

ZZ

73,4

0806 10 10

BR

222,6

EG

90,3

TR

113,8

US

256,8

ZZ

170,9

0808 10 80

CA

74,5

NZ

92,2

TR

91,6

US

79,8

ZA

75,9

ZZ

82,8

0808 20 50

CN

71,0

ZZ

71,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1035/2009

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, b’piż ta’ koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan l-ispirtu tax-xorb.

(2)

Abbażi tat-tagħrif fornut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008, dan il-perjodu medju taż-żmien ta’ maturazzjoni fl-2008 kien ta’ tmien snin għall-iScotch whisky.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Konsegwentement jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2009/2010.

(5)

Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1196/2008 tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2008/2009 (3) eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2008/2009. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sigurtà legali, dan ir-Regolament għandu jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010, il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1196/2008 għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 20.


ANNESS

Koeffiċjenti applikabbli għar-Renju Unit

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-fabrikazzjoni tal-malt whisky

għaċ-ċereali użati fil-fabrikazzjoni tal-grain whisky

Mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010

0,196

0,197


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1036/2009

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u l-Mediterran min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Malta.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

24/T&Q

Stat membru

Malta

Stokk

BFT/AE045W

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Mediterran

Data

10 ta’ Lulju 2009


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1037/2009

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Novembru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

3,49

ta' kwalità baxxa

23,49

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

42,91

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

21,78

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

21,78

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

42,91


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.10.2009-29.10.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

146,82

101,33

Prezz FOB USA

121,08

111,08

91,08

72,37

Tariffa fuq il-Golf

16,00

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

4,86

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,64  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

42,46  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/10


DIRETTIVA 2009/125/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (3) ġiet emendata sostanzjalment. Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi (li huma strettament limitati għat-twessigħ tal-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva biex ikunu inklużi l-prodotti kollha relatati mal-enerġija), dik id-Direttiva għandha tiġi rriformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Id-differenzi li jeżistu bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-ekodisinn tal-prodotti relatati mal-enerġija jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-Komunità u għaldaqstant jista’ jkollhom impatt dirett fuq it-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern. L-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali huwa l-uniku mezz għall-prevenzjoni ta’ dawn l-ostakoli għall-kummerċ u l-kompetizzjoni inġusta. L-estensjoni tal-ambitu għall-prodotti kollha relatati mal-enerġija tiżgura li r-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodotti sinjifikanti kollha relatati mal-enerġija jistgħu jiġu armonizzati fil-livell Komunitarju.

(3)

Il-prodott relatati mal-enerġija jammontaw għal proporzjon kbir mill-konsum tar-riżorsi naturali u tal-enerġija fil-Komunità. Għandhom ukoll numru ta’ impatti importanti fuq l-ambjent. Għall-parti l-kbira tal-kategoriji tal-prodotti li jinsabu fis-suq tal-Komunità, jistgħu jiġu osservati gradi differenti ħafna ta’ impatt ambjentali, għalkemm dawn iwettqu funzjonijiet simili. Fl-interess tal-iżvilupp sostenibbli, għandu jitħeġġeġ it-titjib kontinwu f’dawk il-prodotti li għandhom impatt fuq l-ambjent, notevolment billi jiġu identifikati l-għejun prinċipali tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u jiġi evitat it-trasferiment tat-tniġġis, fejn dan it-titjib ma jkunx jinvolvi spejjeż eċċessivi.

(4)

Bosta prodotti relatati mal-enerġija għandhom potenzjal għal titjib sinifikanti biex jitnaqqsu l-impatti ambjentali u biex jinkiseb iffrankar fl-enerġija permezz ta’ tfassil aħjar li jwassal ukoll għal iffrankar ekonomiku għan-negozji u l-utenti finali. Minbarra l-prodotti li jużaw, jiġġeneraw, jittrasferixxu, jew ikejlu l-enerġija, ċerti prodotti relatati mal-enerġija, inklużi prodotti użati fil-bini bħal twieqi, materjal ta’ insulazzjoni, jew xi prodotti li jużaw l-ilma, bħall-irjus tad-doċoċ jew il-vitien, jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal iffrankar sinifikanti tal-enerġija waqt l-użu.

(5)

L-ekodisinn tal-prodotti huwa fattur kruċjali fl-istrateġija tal-Komunità dwar il-Politika Integrata għall-Prodotti. Bħala trattament preventiv, maħsub biex itejjeb il-dehra ambjentali tal-prodotti filwaqt li jinżammu l-kwalitajiet funzjonali tagħhom, jipprovdi opportunitajiet ġodda ġenwini għall-fabbrikanti, għall-konsumaturi u għas-soċjetà fit-totalità tagħha.

(6)

It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija - fejn waħda mill-għażliet disponibbli hija użu aktar effiċjenti tal-elettriku mill-konsumatur - huwa kkunsidrat bħala fattur li jikkontribwixxi sostanzjalment biex jintlaħqu l-miri tal-Komunità rigward l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Id-domanda għall-elettriku tirrappreżenta l-kategorija tal-użu aħħari tal-enerġija li l-aktar li qed tikber b’rata mgħaġġla u, fin-nuqqas ta’ xi azzjoni politika li taħdem kontra din it-tendenza, hija maħsuba li tikber fl-20 30 sena li ġejjin. Tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija, hekk kif suġġerit mill-Kummissjoni fil-Programm Ewropew tagħha dwar il-Bidla tal-Klima (ECCP), huwa fil-fatt possibli. Il-Bidla tal-Klima hija waħda mill-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (4). L-iffrankar tal-enerġija huwa l-aktar mod effettiv meta mqabbel man-nefqa sabiex tiżdied is-sigurtà tal-forniment u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni. Għalhekk, hemm bżonn li tittieħed azzjoni għad-domanda u li jiġu stabbiliti għanijiet sostanzjali f’dan il-qasam.

(7)

Għandha tittieħed azzjoni matul il-fażi tad-disinn tal-prodotti relatati mal-enerġija, peress li jidher li t-tniġġis ikkawżat matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott huwa determinat f’dan il-punt, u l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż involuti jsiru f’dan l-istadju.

(8)

Għandha tiġi stabbilita sistema koerenti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-Komunità għall-prodotti relatati mal-enerġija, bil-għan li jkunżgurat il-moviment ħieles ta’ dawk il-prodotti li jkunu jikkonformaw ma’ rekwiżiti bħal dawn u li jittejjeb l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent. Rekwiżiti Komunitarji bħal dawn għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u tal-kummerċ internazzjonali.

(9)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jitfasslu b’kont meħud tal-miri u l-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali, u jinkludu kif ikun xieraq il-miri tal-istrateġiji tematiċi relevanti ta’ dak il-Programm.

(10)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent billi tnaqqas l-impatt potenzjali ta’ prodotti relatati mal-enerġija fuq l-ambjent, li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u utenti finali oħra. L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ ukoll kunsiderazzjoni xierqa tal-impatt fuq is-saħħa, dak soċjali u ekonomiku tal-miżuri kkunsidrati. It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi tal-prodotti jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u għat-tnaqqis tad-domanda tar-riżorsi naturali, li huma prekondizzjonijiet għal attività ekonomika soda kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli.

(11)

Jekk Stat Membru jqis li hu meħtieġ li jinżammu d-dispożizzjonijiet nazzjonali minħabba bżonnijiet prevalenti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, jew li jiddaħħlu dispożizzjonijiet ġodda bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-protezzjoni tal-ambjent minħabba problema speċifika ta’ dak l-Istat Membru li tinqala’ wara li tkun ġiet adottata l-miżura implimentattiva applikabbli, huwa jista’ jagħmel dan taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 95(4),(5) u (6) tat-Trattat, li jistipula li l-Kummissjoni tkun notifikata minn qabel u li tagħti l-approvazzjoni tagħha.

(12)

Sabiex il-benefiċċji ambjentali jilħqu l-massimu tagħhom permezz ta’ disinn imtejjeb jista’ jkun meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti relatati mal-enerġija, kif ukoll jingħataw pariri dwar kif jużaw il-prodott b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

(13)

L-approċċ imfassal fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2003 bit-titolu “Politika Integrata għall-Prodotti – Nibnu fuq il-Ħsibijiet dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja Ambjentali”, li huwa element innovattiv ewlieni tas-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali, jimmira biex inaqqas l-impatt tal-prodotti fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-għażla u l-użu tal-materja prima, il-manifattura, l-ippakkettar, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja. Il-qies tal-impatt ambjentali ta’ prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu fl-istadju tad-disinn għandu potenzjal għoli biex jiffaċilita l-progress ambjentali b’mod effettiv meta mqabbel man-nefqa, inkluża rigward l-effiċjenza tar-riżorsi u tal-materjali u għaldaqstant jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali. Għandu jkun hemm biżżejjed flessibiltà biex dan il-fattur ikun jista’ jiġi integrat fid-disinn tal-prodott waqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-fatturi tekniċi, funzjonali u ekonomiċi.

(14)

Għalkemm approċċ komprensiv għall-prestazzjoni ambjentali huwa mixtieq, il-mitigazzjoni tal-gassijiet serra permezz ta’ effiċjenza akbar fl-enerġija għandha titqies bħala mira ambjentali ta’ prijorità waqt li l-adozzjoni ta’ pjan ta’ ħidma għadha tkun pendenti.

(15)

Biex jiġi żgurat li l-impatt ambjentali tagħhom jitnaqqas kemm jista’ jkun, l-iffissar ta’ rekwiżiti speċifiċi u kwantifikati tal-ekodisinn għal ċerti prodotti jew aspetti ambjentali diversi jkunu meħtieġa u ġustifikati. Tenut kont tal-bżonn urġenti ta’ kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-impenji fil-qafas tal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Bidla fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti, u mingħajr ebda preġudizzju għall-approċċ integrat imsemmi f’din id-Direttiva, għandha tingħata ċerta prijorità lil dawk il-miżuri li jkollhom potenzjal għoli li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra bi ftit spejjeż. Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal użu sostenibbli tar-riżorsi u jitqiesu wkoll bħala l-kontribuzzjoni prinċipali għall-qafas ta’ programmi b’tul ta’ għaxar snin dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli li ġie aċċettat fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ġewwa Johannesburg mis-26 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru tal-2002.

(16)

Bħala prinċipju ġenerali u fejn xieraq, il-konsum enerġetiku tal-prodotti relatati mal-enerġija li jkunu stand-by jew mitfija jrid jitnaqqas għall-minimu neċessarju biex jaħdmu tajjeb.

(17)

Filwaqt li bħala referenza għandhom jittieħdu l-prodotti jew teknoloġiji disponibbli fis-suq li l-iktar jaħdmu tajjeb, anki fis-swieq internazzjonali, il-livell tar-rekwiżiti għall-ekodisinn irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-analiżi teknika, ekonomika u ambjentali. Il-flessibbiltà fil-metodu ta’ kif jiġi stabbilit il-livell tar-rekwiżiti tista’ tħaffef u tiffaċilita t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali. Il-partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jikkoperaw b’mod attiv f’din l-analiżi. L-istabbiliment tal-miżuri obbligatorji jeħtieġ konsultazzjoni xierqa tal-partijiet involuti. Din it-tip ta’ konsultazzjoni tista’ titfa’ dawl fuq il-bżonn għal introduzzjoni li ssir permezz ta’ fażijiet jew għal xi miżuri transitorji. L-introduzzjoni ta’ miri temporanji tgħin biex iżżid il-possibbiltà ta’ tbassir tal-politika, u tippermetti l-akkomodazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif ukoll tiffaċilita l-ippjanar fit-tul għal partijiet interessati.

(18)

Għandha tingħata prijorità lil modi alternattivi ta’ azzjoni bħal ma’ hija l-awto-regolamentazzjoni individwali min-naħa tal-industrija fejn azzjonijiet bħal dawn x’aktarx jilħqu l-għanijiet politiċi b’mod aktar malajr jew b’anqas spejjeż minn dawk ir-rekwiżiti obbligatorji. Miżuri leġiżlattivi jistgħu jkunu meħtieġa meta s-suq jonqos milli jevolvi lejn id-direzzjoni t-tajba jew inkella b’veloċità aċċettabbli.

(19)

Awto-regolamentazzjoni, inklużi l-ftehim volontarji offruti bħala impenni unilaterali min-naħa tal-industrija, tista’ tippermetti progress mgħaġġel minħabba l-implimentazzjoni veloċi u effettiva fl-infiq, u tippermetti adattazzjoni xierqa u flessibbli għall-possibiltajiet teknoloġiċi u s-sensittivitajiet tas-suq.

(20)

Għall-ivvalutar ta’ ftehim volontarju jew ta’ miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni magħmula bħala alternattivi għall-miżuri implimentattivi, informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq mill-inqas il-kwistjonijiet li ġejjin: il-parteċipazzjoni miftuħa, il-valur miżjud, ir-rappreżentattività, l-għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji, l-involviment tas-soċjetà ċivili, il-monitoraġġ u r-rappurtar, l-effettività fl-infiq fl-amministrazzjoni ta’ inizjattiva awto-regolatorja u sostenibbiltà.

(21)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2002 bit-titolu “Ftehim Ambjentali fuq livell Komunitarju fi ħdan il-Kwadru tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Simplifikazzjoni u t-Titjib tal-Ambjent Regolatorju” tista’ sservi ta’ gwida utli meta ssir il-valutazzjoni tal-awto-regolamentazzjoni min-naħa tal-industrija fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.

(22)

Din id-Direttiva għandha wkoll tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-ekodisinn għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kif ukoll ditti żgħar ħafna. Integrazzjoni bħal din tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ disponibbiltà kbira u aċċess aktar faċli għall-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tal-prodotti tagħhom.

(23)

Dawk il-prodotti relatati mal-enerġija li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti fil-miżuri implimentattivi ta’ din id-Direttiva għandhom iġibu il-marka “CE” u kull informazzjoni assoċjata magħha sabiex ikunu jistgħu jitpoġġew fis-suq intern u jiċċirkolaw liberament. L-infurzar rigoruż tal-miżuri implimentattivi huwa meħtieġ sabiex jitnaqqas l-impatt tal- prodotti relatati mal-enerġija regolati fuq l-ambjent u tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta.

(24)

Waqt li tkun qed tipprepara l-miżuri implimentattivi u l-pjan ta’ ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet involuti, bħall-industrija, inklużi l-SMEs u l-industrija tas-snajja’, it-trade unions, il-kummerċjanti, in-negozjanti li jbiegħu bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni tal-ambjent u l-organizazzjonijiet tal-konsumaturi.

(25)

Waqt li tkun qed tipprepara miżuri implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti, b’mod partikolari dawk li jkunu jikkonċernaw is-sustanzi tossiċi, fejn l-Istati Membri jkunu indikawhom bħala sustanzi li għandhom jiġu preservati, u dan mingħajr ma tnaqqas il-livelli ta’ protezzjoni eżistenti u ġustifikati fl-Istati Membri.

(26)

Għandha tingħata attenzjoni għall-moduli u r-regoli li jkunu intenzjonati għall-użu fid-Direttivi tal-armonizzazzjoni teknika imwaqqfa fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (5).

(27)

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza għandhom ipartu l-informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati fl-ambitu ta’ din id-Direttiva bl-għan li tittejjeb is-sorveljanza tas-suq, b’kont dovut għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6). Koperazzjoni bħal din għandha tagħmel l-aħjar użu mill-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni u tal-programmi tal-Komunità relevanti. Għandu jiġi faċilitat l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll dwar il-kisbiet ta’ soluzzjonijiet fl-ippjanar. L-akkumulazzjoni u t-tixrid tal-għarfien li joħroġ mill-isforzi tal-ekodisinn min-naħa tal-fabbrikanti huwa wieħed mill-benefiċċji kruċjali ta’ din id-Direttiva.

(28)

Korp kompetenti hu normalment korp pubbliku jew privat, maħtur mill-awtoritajiet pubbliċi, u li jippreżenta l-garanziji neċessarji ta’ imparzjalità u disponibbiltà ta’ ħiliet tekniċi biex titwettaq il-verifika tal-prodotti fir-rigward tal-osservanza tal-miżuri implimentattivi applikabbli.

(29)

Sabiex jittieħed kont tal-importanza li tiġi evitata n-nuqqas ta’ osservanza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi neċessarji għal sorveljanza effettiva tas-suq ikunu disponibbli.

(30)

Għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ u mal-informazzjoni tal-ekodisinn għall-SMEs, jista’ jkun xieraq li jiġu kkunsidrati wkoll xi attivitajiet kumplimentari.

(31)

Huwa fl-interess tat-tħaddim tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fuq livell Komunitarju. Ladarba dan l-istandard ikun ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu għandha tqajjem preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-miżura implimentattiva adottata fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva, għalkemm għandhom jitħallew mezzi oħra li jippermettu li tintwera din il-konformità.

(32)

Wieħed mill-irwoli ewlenin tal-istandards armonizzati għandu jkun dak li jgħin lill-fabbrikanti japplikaw il-miżuri implimentattivi adottati taħt din id-Direttiva. Standards bħal dawn jistgħu jkunu essenzjali sabiex jiġu stabbiliti metodi ta’ kejl u ta’ ttestjar. Fil-każ tar-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn, l-istandards armonizzati jistgħu jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli billi jigwidaw lill-fabbrikanti sabiex jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodotti tagħhom, konformement mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Dawn l-istandards għandhom jindikaw b’mod ċar ir-relazzjoni bejn il-klawżoli tagħhom u r-rekwiżiti in kwistjoni. L-għan ta’ standards armonizzati ma għandux ikun dak li jiffissal-limiti għal aspetti ambjentali.

(33)

Għall-finijiet tad-definizzjonijiet użati f’din id-Direttiva, huwa utli li wieħed jirriferi għal standards internazzjonali relevanti bħall-ISO 14040.

(34)

Din id-Direttiva hija konformi ma’ ċerti prinċipji għall-implimentazzjoni ta’ approċċ ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u għall-istandards (7) u li ssir referenza għall-istandards armonizzati Ewropej. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1999 fuq l-irwol tal-istandardizzazzjoni fl-Ewropa (8) tirrakkmanda lill-Kummissjoni sabiex din teżamina jekk il-prinċipju tal-approċċ il-ġdid jistax jiġi estiż għas-setturi li għadhom mhux koperti bħala mezz li jtejjeb u li jissimplifika l-leġiżlazzjoni, fejn ikun possibbli.

(35)

Din id-Direttiva tikkumplimenta l-istrumenti Komunitarji eżistenti bħalma hi d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-apparat tad-dar (9), ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema Komunitarja riveduta għall-għoti tal-ekotikketti (10),, id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (11), id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sostanzi ta’ riskju f’tagħmir elettriku u elettroniku (12) u d-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi biex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (13) u Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (14). Is-sinerġiji bejn din id-Direttiva u l-istrumenti diġà eżistenti tal-Komunità għandhom jikkontribwixxu billi jżidu l-impatti rispettivi tagħhom u jibnu rekwiżiti koerenti li jkunu jistgħu jiġu applikati mill-fabbrikanti.

(36)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (15).

(37)

B’ mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda jew tħassar id-Direttivi 92/42/KEE (16), 96/57/KE (17) u 2000/55/KE (18). Tali emenda jew tħassir għandhom isiru skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(38)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, inkluża l-introduzzjoni ta’ miżuri implimentattivi matul il-perjodu tranżizzjonali, u fejn xieraq ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(39)

Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, tad-Direttiva 2005/32/KE u ta’ miżuri implimentattivi, tirrivedi l-operat, il-metodi u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva u tevalwa kemm hu xieraq it-twessigħ tal-ambitu tagħha lil hinn mill-prodotti relatati mal-enerġija. F’dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta r-rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll il-partijiet interessati kkonċernati.

(40)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ xi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(41)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern billi l-prodotti jkunu meħtieġa jilħqu livell adegwat ta’ prestazzjoni ambjentali, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’, minħabba d-daqs u l-effett tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan.

(42)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2005/32/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2005/32/KE.

(43)

Din id-Direttiva m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness IX, Parti B.

(44)

Konformement mall-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (19), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta’ rekwiżiti Komunitarji tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija bl-għan li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dawk il-prodotti fi ħdan is-suq intern.

2.   Din id-Direttiva tipprovdi għat-twaqqif ta’ rekwiżiti li l-prodotti relatati mal-enerġija u li jaqgħu taħt il-miżuri implimentattivi jridu jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma. Hija tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli billi żżid l-effiċjenza fl-enerġija u l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent, u fl-istess ħin iżżid is-sigurtà fil-forniment tal-enerġija.

3.   Din id-Direttiva ma tapplikax għall-mezzi tat-trasport ta’ persuni jew merkanzija.

4.   Din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi adottati taħtha huma mingħajr ebda preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-immaniġġar tal-iskart u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kimiċi, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-gassijiet florinati b’effett serra.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“prodott relatat mal-enerġija”, minn hawn ‘il quddiem “prodott”, ifisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jiġi mqiegħed fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati f’ prodotti relatati mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista’ tiġi stmata b’mod indipendenti;

2.

“komponenti u partijiet oħra għall-immuntar” tfisser partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti, u li mhumiex preżenti fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom ma tistax tiġi stmata b’mod indipendenti;

3.

“miżuri implimentattivi” tfisser miżuri adottati skont din id-Direttiva li jistabbilixxu r-rekwiżiti meħtieġa tal-ekodisinn għal prodotti definiti jew għall-aspetti ambjentali tagħhom;

4.

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-ħsieb li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir bi ħlas jew b’xejn u irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ;

5.

“tħaddim” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott skont l-użu maħsub tiegħu minn utent aħħari fil-Komunità;

6.

“fabbrikant” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-prodotti koperti f’din id-Direttiva u li tkun responsabbli għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva in vista tat-tqegħid tagħhom fis-suq/jew it-tħaddim taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew it-trademark jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta’ fabbrikant, hekk kif definit fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt jew ta’ importatur kif imfisser fil-punt 8, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq u/jew tħaddem prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;

7.

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-fabbrikant sabiex twettaq f’ismu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x’jaqsmu ma’ din id-Direttiva;

8.

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju waqt il-ħidma kummerċjali tagħha;

9.

“materjali” tfisser il-materjali kollha wżati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott;

10.

“disinn tal-prodott” tfisser l-għadd ta’ proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħrajn li jridu jiġu sodisfatti minn prodott fl-ispeċifikazzjoni teknika għal dak il-prodotti;

11.

“aspett ambjentali” tfisser element jew funzjoni ta’ prodott li jista’ jkollu interazzjoni mal-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

12.

“impatt ambjentali” tfisser kull bidla fl-ambjent li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

13.

“ċiklu tal-ħajja” tfisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta’ prodott mill-użu tal-materja prima sar-rimi finali, l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;

14.

“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha prodott jew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem tal-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta’ prodott, li jintbagħat lura lill-post għall-ġbir, fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta’ prodott wara li ġie arranġat mill-ġdid;

15.

“riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta’ produzzjoni ta’ materjal ta’ skart sabiex għall-fini oriġinali tiegħu jew għal finijiet oħra iżda eskluż l-irkupru tal-enerġija;

16.

“irkupru tal-enerġija” tfisser l-użu ta’ skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta’ inċinerazzjoni diretta ma’ skart ieħor jew mingħajru iżda bl-irkupru tas-sħana;

17.

“irkupru” tfisser kull operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (20);

18.

“skart” tfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2006/12/KE li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;

19.

“skart perikoluż” ifisser kull skart li kopert mill-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (21);

20.

“profil ekoloġiku” tfisser deskrizzjoni, skont il-miżuri implimentattivi applikabbli għall-prodott, tal-inputs u l-outputs (bħalma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati mal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-impatt ambjentali u huma espressi fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;

21.

“prestazzjoni ambjentali” ta’ prodott tfisser ir-riżultati tal-immaniġġar tal-aspetti ambjentali tal-prodott mill-fabbrikant, hekk kif riflessi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu;

22.

“titjib fil-prestazzjoni ambjentali” tfisser il-proċess li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott matul ħafna ġenerazzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament fir-rispett tal-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament;

23.

“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni tal-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu;

24.

“rekwiżit għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit relatat ma’ prodott, jew id-disinn ta’ prodott, li jkun maħsub biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu, jew kull rekwiżit ieħor għat-tqassim tal-informazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-aspett ambjentali ta’ prodott;

25.

“rekwiżit ġeneriku għall-ekodisinn” tfisser kull rekwiżit għall-ekodisinn ibbażat fuq il-profil ekoloġiku sħiħ ta’ prodott mingħajr valuri ta’ limitu fissi għal aspetti ambjentali partikolari;

26.

“rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn” tfisser rekwiżit kwantifikat u li jista’ jitkejjel għall-ekodisinn li jkollu x’jaqsam ma’ aspett ambjentali partikolari ta’ prodott, bħalma huwa l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, u kkalkulat għal ċerta unità ta’ prestazzjoni tal-output;

27.

“standard armonizzat” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta tal-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni, konformement mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (22), bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, li l-konformità magħha ma tkunx mandatorja.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u/jew tħaddim

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jassiguraw li l-prodotti li jaqgħu taħt il-miżuri implimentattivi jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq jew jiġu mħaddma biss meta dawn ikunu konformi ma’ dawn il-miżuri u meta jkollhom il-marka CE skont l-Artikolu 5.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq. Għandhom jagħmlu mezz li dawn l-awtoritajiet ikollhom u jagħmlu użu mill-poteri neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, u b’hekk jaqdu dmirhom skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jispjegaw id-doveri, il-poteri u l-arranġamenti organizzattivi tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikollhom id-dritt li:

(a)

jorganizzaw spezzjonijiet xierqa konformi mal-prodott, fuq skala adegwata, u jobbligaw lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jirtira mis-suq dawk il-prodotti li ma jkunux konformi, skont l-Artikolu 7;

(b)

jesiġu li l-partijiet konċernati jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif speċifikat fil-miżuri implimentattivi;

(c)

jieħdu kampjuni tal-prodotti u jissottomettuhom għal spezzjonijiet ta’ konformità.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar ir-riżultati tas-sorveljanza tas-suq, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumaturi u partijiet interessati oħra jingħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-konformità tal-prodott.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-importatur

Fejn il-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità u fin-nuqqas ta’ rappreżentant awtorizzat, l-importatur għandu jkollu dawn l-obbligi:

(a)

li jiżgura li prodott imqiegħed fis-suq u/jew mħaddem jikkonforma ma’ din id-Direttiva u l-miżura implimentattiva applikabbli; u

(b)

li jżomm u jkollu disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika.

Artikolu 5

Immarkar u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE

1.   Qabel ma prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi jitqiegħed fis-suq u/jew jibda jaħdem, marka CE għandha titwaħħal u dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinħareġ li fiha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jassigura u jiddikjara li il-prodott jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-miżura implimentattiva applikabbli.

2.   Il-marka CE tikkonsisti fl-inizjali “CE” hekk kif tidher fl-Anness III.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VI u għandha tirriferi għall-miżura implimentattiva adatta.

4.   It-twaħħil tal-marki fuq prodott li x’aktarx iqarrqu lill-utenti tal-prodott fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tal-marka CE għandhom ikunu projbiti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-informazzjoni li tingħata skont il-Parti 2 tal-Anness I tkun fil-lingwa (i) uffiċjali meta l-prodott jilħaq lill-utent aħħari.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw ukoll li din l-informazzjoni tingħata f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari:

(a)

jekk l-informazzjoni tistax tingħata permezz ta’ simboli armonizzati jew kodiċi rikonoxxuti jew miżuri oħrajn; u

(b)

it-tip ta’ utent antiċipat tal-prodott u n-natura tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.

Artikolu 6

Moviment ħieles

1.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, ta’ prodott li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli u li jkollhom il-marka CE skont l-Artikolu 5 fuq il-bażi ta’ rekwiżiti ta’ ekodisinn relatati mal-parametri għall-ekodisinn imsemmija fil-Parti I tal-Anness 1 li jaqgħu taħt il-miżura implimentattiva applikabbli.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, ta’ prodott li jkollu l-marka CE skont l-Artikolu 5 fuq il-bażi ta’ rekwiżiti ta’ ekodisinn relatati mal-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I fejn il-miżuri implimentattivi applikabbli huma b’tali mod li l-ebda rekwiżit tal-ekodisinn mhu meħtieġ.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu l-wiri ta’ prodotti li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-miżura implimentattiva applikabbli, pereżempju fil-fieri, wirjiet u esibizzjonijiet oħra, kemm-il darba ikun hemm indikazzjoni ċara li dawn ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq u/jew jitħaddmu qabel ma jsiru konformi.

Artikolu 7

Klawżola ta’ salvagwardja

1.   Meta Stat Membru jivverifika li prodott li jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 5 u li jintuża skont l-użu maħsub tiegħu ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun obbligat li jġib il-prodott konformi mad-dispożizzjonijiet tal-miżura implimentattiva applikabbli u/jew mal-marka CE u li jwaqqaf il-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet skont il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li jista’ jkun li prodott jista’ ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji li, skont il-gravità tan-nuqqas ta’ konformità, jistgħu saħansitra jżommu t-tqegħid fis-suq tal-prodott sa meta l-konformità tiġi stabbilita.

Jekk il-ksur jibqa’ jseħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew iċaħħad it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim tal-prodott in kwistjoni jew jassigura li dan jiġi rtirat mis-suq.

F’każijiet ta’projbizzjoni jew irtirar mis-suq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati b’dan minnufih.

2.   Kull deċiżjoni minn Stat Membru skont din id-Direttiva li tillimita jew iżżomm it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ prodott għandha tiddikjara l-bażi li fuqha tkun ittieħdet.

Deċiżjoni bħal din għandha tkun mgħarrfa minnufih lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji legali disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u t-termini perentorji ta’ dawn ir-rimedji.

3.   L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1, u għandu jindika r-raġunijiet tiegħu, u, b’mod partikolari, dwar jekk il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikunx sar minħabba:

(a)

in-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;

(b)

l-applikazzjoni żbaljata tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2);

(c)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-partijiet konċernati u tista’ tfittex parir tekniku mingħand esperti esterni indipendenti.

Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u lill-Istati l-Membri l-oħra dwar l-opinjoni tagħha.

Meta l-Kummissjoni jidhrilha li d-deċiżjoni mhix ġustifikata, għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri dwar dan.

5.   Meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ibbażata fuq nuqqas ta’ standard armonizzat, il-Kummissjoni għandha minnufih tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 (2), (3) u (4). Fl-istess ħin il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1).

6.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn ikunu ġustifikati, sabiex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni provduta waqt il-proċedura.

7.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandhom jinħarġu fil-pubbliku, b’mod trasparenti.

8.   L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawk id-deċiżjonijiet għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Qabel iqiegħdu prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi fis-suq u/jew qabel ma jiġi mħaddem prodott bħal dan, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiżguraw li tkun saret stima ta’ konformità tal-prodott mar-rekwiżiti relevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli.

2.   Il-proċeduri tal-istima ta’ konformità għandhom jiġu speċifikati mill-miżuri implimentattivi u jħallu lill-fabbrikanti l-għażla bejn il-kontroll tad-disinn intern stabbilit fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva u s-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ din id-Direttiva. Meta din tkun ġustifikata kif dovut u proporzjonata għar-riskju, il-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandha tiġi speċifikata fost il-moduli relevanti kif deskritt fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

Fejn Stat Membru jkollu indikazzjonijiet qawwija li prodott probabbilment ma jkunx konformi, dan għandu jippubblika mill-iktar fis possibbli evalwazzjoni sostanzjata tal-konformità tal-prodott li tista’ ssir minn korp kompetenti sabiex ikun possibbli, fejn ikun il-każ, li tittieħed azzjoni korrettiva f’waqtha.

Jekk prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinjat minn organizzazzjoni li tkun reġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġar tal-ambjent u verifika (EMAS) (23) u l-funzjoni tad-disinn tkun inkluża fl-ambitu ta’ dik ir-reġistrazzjoni, is-sistema ta’ tmexxija ta’ dik l-organizzazzjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness V ta’ din id-Direttiva.

Jekk prodott kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinnjat minn organizzazzjoni li jkollha sistema ta’ tmexxija li tkun tinkludi l-funzjoni tad-disinn tal-prodott u li tkun implimentata skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dik is-sistema ta’ ġestjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Anness V.

3.   Wara li l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun qiegħed fis-suq jew beda jħaddem prodott kopert minn miżuri implimentattivi, dan għandu jżomm id-dokumenti relatati mal-istima ta’ konformità li twettqet u d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-Istati Membri għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun ġie manifatturat.

Id-dokumenti relevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem wara l-irċevuta tat-talba min-naħa tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

4.   Id-dokumenti relatati mal-istima ta’ konformità u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE msemmija fl-Artikolu 5 għandhom isiru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Preżunzjoni tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom iqisu prodott li jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 5 bħala konferma mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikun ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta’ referenza tiegħu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti kollha tal-miżura implimentattiva applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw.

3.   Prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-miżura implimentattiva applikabbli, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti mill-ekotiketta.

4.   Għal raġunijiet tal-preżunzjoni ta’ konformità fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’, billi taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), tiddeċiedi li ekotikketti oħrajn jissodisfaw il-kondizzjonijiet ekwivalenti għall-Ekotikketta tal-Komunità skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000. Dawk il-prodotti li jkunu ġew mogħtija ekotikketti oħrajn bħal dawn għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-miżura implimentattiva applikabbli, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti mill-ekotikketta.

Artikolu 10

Standards armonizzati

1.   L-Istati Membri, għandhom, safejn ikun possibbli, jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġu kkonsultati fuq livell nazzjonali dwar il-proċess ta’ preparazzjoni u ta’ spezzjoni tal-istandards armonizzati.

2.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards armonizzati li l-applikazzjoni tagħhom hija maħsuba li tissodisfa d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ miżura implimentattiva applikabbli ma jkunux jissodisfaw bis-sħiħ dawk id-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti stabbilit taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE dwar dan, u jindikaw r-raġunijiet għal dan. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni urġentement.

3.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tippubblika jew le, jew li tippubblika b’restrizzjoni, li żżomm fis-seħħ jew tirtira r-referenzi għall-istandards armonizzati konċernati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, toħroġ mandat ġdid bl-għan li jkun hemm reviżjoni tal-istandards armonizzati konċernati.

Artikolu 11

Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar

Il-miżuri implimentattivi jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikanti jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom li jqiegħdu komponenti u partijiet oħra għall-immuntar fis-suq u/jew li jħaddmuhom li dawn jipprovdu lill-fabbrikant ta’ prodott kopert mill-miżuri implimentattivi b’informazzjoni relevanti dwar il-kompożizzjoni tal-materjal u l-konsum tal-enerġija, tal-materjali u/jew ta’ riżorsi tal-komponenti jew partijiet oħra għall-immuntar.

Artikolu 12

Koperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati sabiex jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva biex jikkoperaw bejniethom u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni b’informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fit-tħaddim ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari, jgħinu fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 7.

Il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni għandhom jieħdu kemm jista’ jkun vantaġġ mill-mezzi ta’ informazzjoni elettroniċi u jista’ jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   In-natura speċifika u l-istruttura tal-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tinkoraġġixxi u tikkontribwixxi għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Impriżi żgħar u ta’ daqs medju

1.   Fil-kuntest ta’ programmi li minnhom jistgħu jibbenifikaw l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ditti żgħar ħafna, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ inizjattivi li jintegraw aspetti ambjentali fosthom l-effiċjenza fl-enerġija meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom.

2.   Linjigwida li jkopru l-karatteristiċi speċifiċi ta’ SMEs attivi fil-qasam tal-prodott affettwat jistgħu jakkumpanjaw miżura implimentattiva. Jekk hemm il-ħtieġa, u b’konformità mal-paragrafu 1, jista’ jiġi prodott aktar materjal speċjalizzat mill-Kummissjoni biex jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-SMEs.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ ta’ netwerks u ta’ strutturi ta’ sostenn, li jinkoraġġixxu lill-SMEs u ditti żgħar ħafna biex jadottaw approċċ ambjentalment sod mill-istadju tad-disinn tal-prodott u jadattaw ruħhom għal-leġiżlazzjoni Ewropea futura.

Artikolu 14

Informazzjoni għall-konsumatur

Konformement mal-miżura implimentattiva applikabbli, il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, fil-forma li jqisu xierqa, li l-konsumaturi ta’ prodotti jkollhom:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista’ jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott; u

(b)

meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri implimentattivi, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji tal-ekodisinn.

Artikolu 15

Miżuri implimentattivi

1.   Meta prodott jissodisfa l-kriterji msemmija taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jiġi kopert minn miżura implimentattiva jew b’ miżura ta’ awto-regolamentazzjoni skont il-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu. Tali miżuri implimentattivi, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej:

(a)

il-prodott għandu jirrappreżenta volum sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ b’mod indikattiv ta’ aktar minn 200 000 unità f’sena fi ħdan il-Komunità skont il-figuri disponibbli l-aktar riċenti;

(b)

meta jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq u/jew imħaddma, il-prodott għandu jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent fi ħdan il-Komunità, kif huwa speċifikat fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Komunità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE; u

(c)

il-prodott għandu jirrappreżenta potenzjal sinifikanti għall-progress fir-rigward tal-impatt ambjentali mingħajr ma jġib miegħu spejjeż eċċessivi, billi jqis b’mod partikolari:

(i)

in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità jew il-falliment tal-forzi tas-suq biex jindirizzaw il-kwistjoni b’mod xieraq; u

(ii)

id-differenzi estensivi fil-prestazzjoni ambjentali fost il-prodotti disponibbli fis-suq b’funzjonalità ekwivalenti.

3.   Fil-preparazzjoni tal-abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet li jkun esprima l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) u tikkunsidra:

(a)

il-prijoritajiet ambjentali tal-Komunità, bħal dawk imfassla fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE jew il-Programm Ewropew tal-Kummissjoni għall-Bidla fil-Klima (ECCP); u

(b)

leġiżlazzjoni Komunitarja u awto-regolamentazzjoni relevanti, bħal ftehimiet volontarji, li, wara evalwazzjoni konformement mal-Artikolu 17, huma mistennija jilħqu l-għanijiet politiċi iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji.

4.   Fit-tħejjija ta’ abbozz ta’ miżura implimentattiva, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, fost l-oħrajn l-effiċjenza fl-enerġija. Id-dettall tal-analiżi tal-aspetti ambjentali u tal-fattibilità tat-titjib għandhom ikunu proporzjonati mas-sinifikat tagħhom. M’għandux ikun hemm dewmien eċċessiv fl-adozzjoni ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi ta’ prodott minħabba inċertezzi dwar aspetti oħrajn;

(b)

twettaq stima, li għandha tikkunsidra l-impatt ambjentali, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna fir-rigward tal-kompetittività, anke fir-rigward ta’ swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji;

(c)

tikkonsidra il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;

(d)

twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;

(e)

tħejji memorandum ta’ spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura implimentattiva bbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fil-punt (b); u

(f)

tiffissa data(i) ta’ implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f’diversi stadji, waqt li tikkunsidra b’mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna jew fuq gruppi ta’ prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minnhom stess.

5.   Il-miżuri implimentattivi għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;

(b)

is-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv;

(c)

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-konsumaturi b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott;

(d)

ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija;

(e)

fil-prinċipju, l-iffissar ta’ rekwiżit għall-ekodisinn ma għandux ikollu l-konsegwenza li tiġi imposta fuq il-fabbrikanti xi teknoloġija proprjetarja; u

(f)

ma għandux jitqiegħed piż amministrattiv żejjed fuq il-fabbrikanti.

6.   Il-miżuri implimentattivi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ekodisinn skont l-Anness I u/jew l-Anness II.

Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għall-ekodisinn għal aspetti ambjentali magħżula li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.

Il-miżuri implimentattivi jistgħu jipprevedu wkoll li ebda rekwiżit tal-ekodisinn ma jkun meħtieġ fir-rigward ta’ ċerti parametri speċifiċi tal-ekodisinn li għalihom issir referenza fil-Parti I tal-Anness I.

7.   Ir-rekwiżiti meħtieġa għandhom ikunu fformulati b’mod li jiggarantixxu li awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva. Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika jekk il-verifikazzjoni tistax tiġi ssir b’mod dirett fuq il-prodott jew inkella fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika.

8.   Il-miżuri implimentattivi għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness VII.

9.   Studji u analiżi relevanti li jintużaw mill-Kummissjoni biex tipprepara l-miżuri implimentattivi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-faċilità tal-aċċess u l-użu minn SMEs interessati.

10.   Fejn xieraq, miżura implimentattiva li tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Artikolu 16

Pjan ta’ ħidma

1.   Skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Ottubru 2011 biex tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Il-pjan ta’ ħidma għandu jispeċifika, għat-tliet snin sussegwenti, lista indikattiva ta’ gruppi ta’ prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi.

Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi emendat kull tant żmien mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv.

2.   Madanakollu, matul il-perjodu transitorju, waqt li l-ewwel pjan ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun qiegħed jiġi stabbilit, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, il-Kummissjoni għandha tintroduċi kif xieraq bil-quddiem:

(a)

miżuri implimentattivi li jibdew b’dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal tagħmir li jsaħħan u dak li jsaħħan l-ilma, sistemi ta’ muturi tal-elettriku, dawl kemm fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, appliances domestiċi, tagħmir tal-uffiċċju fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, apparat elettroniku għall-konsumatur u sistemi ta’ HVAC (tisħin ventilazzjoni u arja kkondizzjonata); u

(b)

miżura implimentattiva separata li tnaqqas it-telf minn prodotti li jkunu stand-by fil-każ ta’ grupp ta’ prodotti.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Artikolu 17

Awto-regolamentazzjoni

Il-ftehimiet voluntarji jew miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni ppreżentati bħala alternattiva għall-miżuri implimentattivi fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu evalwati mill-inqas fuq il-bażi tal-Anness VIII.

Artikolu 18

Forum Konsultattiv

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fil-mod kif jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull miżura implimentattiva, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet kollha interessati li huma kkonċernati bil- prodott jew grupp ta’ prodotti in kwistjoni, bħall-industrija, inklużi SMEs u l-industrija tas-snajja, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jikkontribwixxu, b’mod partikolari, biex jiġu definiti u riveduti miżuri implimentattivi, biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti li jissorveljaw is-suq u biex jiġu valutati ftehim voluntarji u miżuri oħra ta’ awto-regolamentazzjoni. Dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu fil-Forum Konsultattiv. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Forum għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ir-regoli li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta’ nuqqas ta’ konformità u n-numru ta’ unitajiet ta’ prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Novembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 21

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mill-2012, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid l-effikaċja ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, inter alia:

(a)

il-metodoloġija għall-identifikar u l-kopertura ta’ parametri ambjentali sinjifikanti, bħall-effiċjenza tar-riżorsi, meta wieħed iqis iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;

(b)

il-limitu tal-miżuri implimentattivi;

(c)

il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq; u

(d)

kwalunkwe awto-regolazzjoni stimulata relevanti.

Wara din ir-reviżjoni, u b’mod partikolari meta wieħed iqis l-esperjenza relatata mal-kamp ta’ applikazzjoni estiż ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tevalwa partikolarment jekk hux xieraq tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati mal-enerġija, sabiex jinkiseb tnaqqis sinjifikanti tal-impatti ambjentali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 18, u kif ikun xieraq, għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva.

Artikolu 22

Kunfidenzjalità

Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-Parti 2 tal-Anness I, mill-fabbrikant u/jew rappreżentant awtorizzat għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw il-kunfidenzjalità leġittima tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 23

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 9, 11, 14, 15 u 20 u mal-Annessi I sa V, VII u VIII sal-20 ta’ Novembru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif id-dikjarazzjoni għandha tiġi fformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 24

Tħassir

Id-Direttiva 2005/32/KE, kif emendata mid-Direttiva msemmija fil-Parti A tal-Anness IX, hija b’dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IX.

Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 120.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009.

(3)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(7)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(8)  ĠU C 141, 19.5.2000, p. 1.

(9)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(10)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(12)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(13)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(14)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(16)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(17)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.

(18)  ĠU L 279, 1.11.2000, p. 33.

(19)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(20)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(21)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(22)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(23)  ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.


ANNESS I

Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn

(imsemmija fl-artikolu 15)

Ir-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn jimmiraw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, li jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta’ limitu. Il-metodu msemmi f’dan l-Anness għandu jiġi applikat meta ma jkunx xieraq li jiġi stabbiliti valuri ta’ limitu għall-grupp tal-prodotti li jkunu qed jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti matul il-preparazzjoni tal-abbozz tal-miżura implimentattiva li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) li għandha tkun speċifikata fil-miżura implimentattiva.

Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall- prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-paramentri relevanti għall-ekodisinn fost dawk elenkati fil-Parti 1, ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ informazzjoni fost dawk li huma stabbiliti fil-Parti 2 u r-rekwiżiti għall-fabbrikant elenkati fil-Parti 3.

Parti 1.    Parametri tal-ekodisinn għall-prodotti

1.1.

Safejn għandhom x’jaqsmu mad-disinn tal-prodott, l-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati b’referenza għall-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott:

(a)

l-għażla u l-użu tal-materja prima;

(b)

il-manifaturra;

(c)

l-imballaġġ, it-trasport u d-distribuzzjoni;

(d)

l-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(e)

l-użu; u

(f)

it-tmiem tal-ħajja, jiġifieri l-istat tal-prodott meta jkun wasal fit-tmiem tal-ewwel użu tiegħu sakemm jintrema għall-aħħar darba.

1.2.

Għal kull fażi, għandha ssir stima ta’ dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin fejn ikun relevanti:

(a)

il-konsum mistenni ta’ materjali, enerġija u riżorsi oħra bħall-ilma frisk;

(b)

l-emissjonijiet antiċipati fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija;

(c)

it-tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni u oqsma elettromanjetiċi;

(d)

il-produzzjoni mistennija ta’ materjal ta’ skart; u

(e)

il-possibiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta’ materjali u/jew ta’ enerġija, fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE.

1.3.

B’mod partikolari, għandhom jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, u jkunu miżjuda ma’ oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun valutat il-potenzjal għal titjib fl-aspetti ambjentali msemmija fil-punt 1.2:

(a)

il-piż u l-volum tal-prodott;

(b)

l-użu ta’ materjal li jirriżulta minn attivitajiet ta’ riċiklaġġ;

(c)

il-konsum ta’ enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

(d)

l-użu ta’ sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għall-ambjent skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikketjar ta’ sustanzi perikolużi (1), u tenut kont tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi speċifiċi, bħad-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2) jew id-Direttiva 2002/95/KE;

(e)

il-kwantità u n-natura ta’ oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni kif suppost;

(f)

faċilità ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif espress minn: in-numru ta’ materjali u komponenti wżati, l-użu ta’ komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta’ għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta’ standards, kodiċi ta’ komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta’ partijiet tal-plastik skont l-istandards tal-ISO), l-użu ta’ materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta’ valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi perikolużi;

(g)

inkorporazzjoni ta’ komponenti wżati;

(h)

evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ komponenti jew appliances sħaħ;

(i)

estensjoni tat-tul tal-ħajja kif espress minn: l-inqas tul ta’ ħajja ggarantita, l-inqas żmien għad-disponibiltà ta’ spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, possibbiltà ta’ tiswija;

(j)

ammonti ta’ skart iġġenerat u ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;

(k)

emissjonijiet fl-arja (gassijiet serra, aġenti aċidifikanti, komposti organiċii li jevaporaw, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-miżuri kontra l-emissjoni ta’ tniġġis fil-forma gassuża u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f’makkinarju ambulanti li mhux tat-triq (3);

(l)

emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b’effett ħażin fuq il-bilanċ ta’ ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu); u

(m)

emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruġ aċċidentali u tixrid ta’ sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta’ użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jgħaddi minn ġol-ħamrija meta jintrema bħala skart).

Parti 2.   Rekwiżiti relatati mal-għoti ta’ informazzjoni

Il-miżuri implimentattivi jistgħu jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni mill-fabbrikant li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat, użat u riċiklat minn partijiet minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, fejn applikabbli:

(a)

informazzjoni mid-disinnjatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura;

(b)

informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u l-prestazzjoni ta’ prodott, li takkompanja l-prodott meta jitqiegħed fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;

(c)

informazzjoni għall-konsumaturi dwar kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni tal-prodott sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jassiguraw li jibqa’ tajjeb għal użu itwal, kif ukoll dwar kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ spare parts u l-possibiltajiet li prodott jinbidel għall-aħjar; u

(d)

informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.

L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli.

Din l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skont leġiżlazzjoni Komunitarji oħra, bħad-Direttiva 2002/96/KE.

Parti 3.   Rekwiżiti għall-fabbrikant

1.

Meta jindirizzaw l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura implimentattiva bħala li huma kapaċi li jiġu influwenzati b’mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-prodotti għandhom jagħmlu stima tal-mudell tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, abbażi ta’ ipoteżi realistika dwar il-kondizzjonijiet normali u l-finijiet tal-użu. Aspetti ambjentali oħra jistgħu jiġu valutati fuq bażi volontarja.

Fuq il-bażi ta’ din l-istima, il-fabbrikanti għandhom jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodott. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti għall-ambjent u l-inputs/outputs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott espressa fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jitkejlu.

2.

Il-fabbrikant għandu jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa s-soluzzjonijiet ta’ disinni alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta’ referenza.

Il-punti ta’ referenza għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura implimentattiva abbażi l-informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura.

L-għażla ta’ soluzzjoni speċifika ta’ disinn għandha tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħas-sigurtà u s-saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, il-kwalità, u l-prestazzjoni, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u tal-possibiltà li l-prodott jitqiegħed fis-suq, filwaqt li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti kollha.


(1)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(2)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(3)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.


ANNESS II

Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn

(imsemmija fl-artikolu 15(6))

Rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali speċifiku tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta’ ċertu riżors, bħal-limitu fuq l-użu ta’ dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ikun xieraq (bħal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżit ta’ kwantitajiet minimi ta’ materjal riċiklat).

Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tidentifika, kif inhu xieraq għall-prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-parametri relevanti għall-ekodisinn fost dawk li huma msemmija fil-Parti I tal-Anness I, u tistabbilixxi l-livelli ta’ dawk ir-rekwiżiti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) kif ġej:

1.

Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott in kwistjoni fis-suq u tidentifika l-possibbiltajiet tekniċi biex tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, filwaqt li l-vijabbiltà ekonomika tal-possibbiltajiet tkompli tkun ikkunsidrata u kwalunkwe telf sinifikanti fil-prestazzjoni jew fl-utilità għall-konsumaturi jkun evitat.

L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġija disponibbli fis-suq.

Il-prestazzjoni ta’ prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u “benchmarks” stabbiliti taħt leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.

Abbażi ta’ din l-analiżi u meta titqies il-fattibilità ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b’attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija fl-użu, il-livell ta’ effiċjenza fl-enerġija jew konsum għandu jiġi stabbilit billi jiġi mmirat il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu tal-analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta’ skont reali abbażi tad-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta’ ħajja realistiku għall-prodott; huwa bbażat fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri (li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż tal-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta’ possibbiltajiet ta’ titjib tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta’ żmien tal-mudelli rappreżentattivi tal-prodott li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż tal-operat ikopru primarjament il-konsum tal-enerġija u spejjeż addizzjonali f’riżorsi oħra, bħall-ilma jew prodotti tal-ħasil.

Għandha ssir analiżi ta’ sensittività li tkopri l-fatturi relevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew tal-produzzjoni, rati ta’ skont, u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jkunu ġew evitati, biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabbli. Ir-rekwiżit jiġi adattat skont kif meħtieġ.

Tista’ tiġi applikata metodoloġija simili għal riżorsi oħra bħall-ilma.

2.

Għall-iżvilupp ta’ analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, tista’ tintuża informazzjoni disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħra tal-Kommunità.

L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn tal-prodotti ikkumerċjat mal-imsieħba ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.

3.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit għandha tikkunsidra ċ-ċiklu ta’ disinn mill-ġdid tal-prodott.


ANNESS III

Il-Marka CE

(imsemmija fl-artikolu 5(2))

Image

Il-marka CE għandha tkun għolja mill-inqas 5 mm. Jekk il-marka CE tkun imċekkna jew imkabbra l-proporzjonijiet li ngħataw fid-disinn iggradat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-marka CE għandha titwaħħal mal-prodott. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandha titwaħħal mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jkunu miegħu.


ANNESS IV

Kontroll intern tad-disinn

(imsemmi fl-artikolu 8(2))

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2.

Il-fabbrikant għandu jagħmel fajl ta’ dokumentazzjoni teknika li jagħmel possibli stima ta’ konformità tal-prodott bir-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a)

id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;

(b)

ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(c)

il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva;

(d)

elementi tal-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x’jaqsmu mal-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;

(e)

lista ta’ standards adattati msemmija fl-Artikolu 10, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 ma kienux applikati jew fejn dawk l-istandards ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli;

(f)

kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fil- Parti 2 tal-Anness I; u

(g)

ir-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli.

3.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodott ikun manifatturat konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn imsemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.


ANNESS V

Sistema ta’ ġestjoni tal-istima ta’ konformità

(imsemmi fl-artikolu 8(2))

1.   Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tal-punt 2 jiggarantixxi u jiddikjara li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tista’ tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2.   Sistema ta’ ġestjoni tista’ tintuża għall-istima ta’ konformità ta’ prodott bil-kondizzjoni li l-fabbrikant jimplimenta l-elementi ambjentali speċifikati fil-punt 3.

3.   Elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni

Dan il-punt jispeċifika l-elementi u l-proċeduri li bihom il-fabbrikant ikun jista’ juri li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli.

3.1.   Il-Politika tal-Prestazzjoni Ambjentali tal-Prodott

Il-fabbrikant għandu jkun jista’ juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva applikabbli. Għandu wkoll ikun jista’ jipprovdi qafas biex ikunu jistgħu jsiru jew jiġu riveduti oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott sabiex il-prestazzjoni ambjentali totali tal-prodott tkun tista’ titjieb.

Il-miżuri kollha li jkunu adottati mill-fabbrikant biex itejbu l-wirja ambjentali ġenerali u jwaqqfu profil ekoloġiku ta’ prodott, jekk ikun meħtieġ mill-miżura implimentattiva, mid-disinn u l-manifattura, iridu jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat fil-forma ta’ proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub.

Dawn il-proċeduri u struzzjonijiet jrid ikollhom, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

(a)

il-lista tad-dokumenti li għandha tkun ippreparata biex turi l-konformità tal-prodott, u jekk ikun relevanti, li għandhom ikunu disponibbli;

(b)

l-oġġettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott u l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, is-setgħat tal-amministraturi u l-allokazzjoni tar-riżorsi f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;

(c)

il-kontrolli u t-testijiet li għandhom isiru wara l-manifattura biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-prodott kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali;

(d)

proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u biex jiżguraw li din tinżamm aġġornata; u

(e)

il-metodu biex jivverifika l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-elementi ambjentali tas-sistema ta’ ġestjoni.

3.2.   Ippjanar

Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm:

(a)

il-proċeduri għall-istabbiliment tal-profil ekoloġiku tal-prodott;

(b)

oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, li jikkunsidraw il-possibiltajiet teknoloġiċi u jqisu r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi;

(c)

programm biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3.3.   Implimentazzjoni u Dokumentazzjoni

3.3.1.

Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ ġestjoni għandha, b’mod partikolari, tikkonforma ma’ dawn li ġejjin:

(a)

ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għandhom ikunu definiti u dokumentati sabiex jiżguraw prestazzjoni ambjentali tal-prodott effettiva u jsir rapport dwar l-operat tiegħu għall-analiżi u t-titjib;

(b)

id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti u jindikaw il-kontroll tad-disinn u l-mezzi tekniċi għall-verifika implimentati u l-proċessi u l-miżuri sistematiċi li ġew użati meta l-prodott kien qed jiġi ddisinjat; u

(c)

il-fabbrikant għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata informazzjoni li tiddeskrivi l-elementi ambjentali ċentrali tas-sistema ta’ ġestjoni u l-proċeduri għall-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa.

3.3.2.

Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna l-prodott għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a)

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;

(b)

ir-riżultati ta’ studji ta’ stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta’ stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(c)

il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura implimentattiva;

(d)

dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti tal-ekodisinn inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura implimentattiva applikabbli;

(e)

il-fabbrikant għandhu jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b’mod partikolari, liema standards ikunu ġew applikati; fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 mhumiex applikati jew fejn ma jkoprux b’mod totali r-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva relevanti, il-metodi li ġew użati biex il-konformità tkun żgurata; u

(f)

kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tal-prodott li hija provduta skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I, Parti 2.

3.4.   Kontrolli u azzjoni korrettiva

3.4.1.

Il-fabbrikant għandu:

(a)

jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura li l- prodott jkun manifatturat b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u mar-rekwiżiti tal-miżura implimentattiva li japplikaw għalih;

(b)

jistabbilixxi u jżomm aġġornati l-proċeduri biex in-nuqqas ta’ konformità tkun investigata u tingħata risposta, u jimplimenta tibdil fil-proċeduri dokumentati li jirriżultaw minn azzjoni korrettiva; u

(c)

iwettaq, mill-inqas kull tliet snin, verifika interna sħiħa tas-sistema ta’ ġestjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi ambjentali tagħha.


ANNESS VI

Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-KE

(Imsemmija fl-artikolu 5(3))

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE għandha tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

1.

L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

2.

Deskrizzjoni tal-mudell biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa;

3.

Fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

4.

Fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra użati,

5.

Fejn ikun xieraq, referenza għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Kommunità li tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE applikata; u

6.

Identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


ANNESS VII

Kontenut tal-miżuri implimentattivi

(imsemmija fl-artikolu 15(8))

Il-miżura implimentattiva għandha tispeċifika, b’mod partikolari:

1.

It-tifsira eżatta tat-tip(i) ta’ prodott(i) kopert(i);

2.

Ir-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodott(i) kopert(i), id-data/i ta’ implimentazzjoni u l-miżuri jew perjodi tranżitorji jew proviżorji;

(a)

fil-każ ta’ rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn, il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I, akkompanjati minn eżempji ta’ parametri magħżula minn dawk imsemmija fil-punt 1.3 tal-Anness I, bħala gwida waqt il-valutazzjoni tat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti ambjentali identifikati;

(b)

fil-każ ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);

3.

Il-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit għall-ekodisinn ma hu meħtieġa;

4.

Ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni tal-prodott fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata tal-prodott;

5.

L-istandards ta’ kejl u/jew metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom kienu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Id-dettalji tal-istima ta’ konformità skont id-Deċiżjoni 93/465/KEE

(a)

fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill-Modulu A; il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ dik il-proċedura speċifika;

(b)

fejn hu relevanti l-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi;

fejn moduli differenti jkunu stabbiliti f’rekwiżiti oħra CE għall-istess prodott, il-modulu definit fil-miżura implimentattiva għandhom jipprevalixxu fuq ir-rekwiżit in kwistjoni;

7.

Rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti l-iżjed dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-miżura implimentattiva;

8.

It-tul tal-perjodu transitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jitħaddmu l- prodotti li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data tal-adozzjoni tal-miżura implimentattiva;

9.

Id-data għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura implimentattiva, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.


ANNESS VIII

Awto-regolament

(imsemmija fl-artikolu 17)

Flimkien mar-rekwiżit legali bażiku li inizjattivi awto-regolatorji għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b’mod partikolari s-suq intern u r-regoli ta’ kompetizzjoni), kif ukoll ma’ impenji internazzjonali tal-Komunità, inklużi regoli multilaterali ta’ kummerċ, il-lista li ġejja li mhix eżawrenti ta’ kriterji indikattivi tista’ tintuża biex tiġi valutata l-ammissibbiltà ta’ inizjattivi awto-regolatorji bħala alternattiva għall-miżura implimentattiva fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.

1.   Il-grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni

Għandom jkunu miftuħin inizjattivi awto-regolatorji għall-parteċipazzjoni ta’ operaturi ta’ pajjiżi terzi, kemm fil-fażi preparatorja kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni.

2.   Valur miżjud

L-inizjattivi awto-regolatorji għandom jagħtu valur miżjud (iżjed minn “negozju tas-soltu”) fis-sens tal-prestazzjoni ambjentali totali mtejba tal-prodott kopert.

3.   Rappreżentattività

L-industrija u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkunu qed jieħdu sehem f’azzjoni awto-regolatorja għandom jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tas-settur ekonomiku relevanti, bl-inqas eċċezzjonijiet possibbli. Għanda tingħata attenzjoni sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni.

4.   Għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji

L-għanijiet definiti mill-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti b’termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk l-inizjattiva awto-regolatorja tkopri firxa twila ta’ żmien, għandhom jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-għanijiet u mal-miri (temporanji) b’mod li jkun jiflaħ l-ispiża u kredibbli bl-użu ta’ indikaturi ċari u ta’ min joqgħod fuqhom. Informazzjoni ta’ riċerka u dejta xjentifika u teknoloġika għandhom iħaffu l-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi.

5.   Involviment tas-soċjetà ċivili

Bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, inizjattivi awto-regolatorji għandhom jiġu ppubblikati, anke bl-użu tal-Internet u mezzi elettroniċi oħra sabiex tinxtered l-informazzjoni.

L-istess għandu japplika għar-rapporti temporanji u finali ta’ monitoraġġ. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija, l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar inizjattivi awto-regolatorji.

6.   Monitoraġġ u rapportar

Inizjattivi awto-regolatorji għandu jkollhom sistema tajba ta’ monitoraġġ b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati fl-inizjattiva awto-regolatorja, għandhom jiġu mistiedna biex jimmonitorjaw is-suċċess tal-objettivi.

Il-pjan ta’ monitoraġġ u r-rappurtar għandu jkun dettaljat, trasparenti u oġġettiv. Għandu jibqa’ f’id is-servizzi tal-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1), li għandhom iqisu jekk intlaħqux l-objettivi tal-ftehim volontarju jew ta’ miżuri awto-regolatorji oħra.

7.   Effettività tan-nefqa fl-amministrazzjoni ta’ inizjattiva awto-regolatorja

L-ispiża li tamministra inizjattiva awto-regolatorja, b’mod partikolari rigward il-monitoraġġ, ma għandhiex twassal għal piż amministrattiv disproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħhom u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.

8.   Sostenibbiltà

Inizjattivi awto-regolatorji għandhom iwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ din id-Direttiva, inkluż l-approċċ integrat u għandhom ikunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (jiġifieri saħħa, kwalità tal-ħajja u interessi ekonomiċi) għandha tiġi integrata.

9.   Kompatibbiltà tal-inċentivi

Inizjattivi awto-regolatorji x’aktarx ma jagħtux ir-riżultati mistennija jekk fatturi u inċentivi oħra - pressjoni tas-suq, taxxi u leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali - jibagħtu sinjali kontradittorji lill-parteċipanti fl-inizjattiva awto-regolatorja. Il-konsistenza fil-politika hija essenzjali f’dan ir-rigward u għandha titqies fl-istima tal-effikaċja tal-inizjattiva.


ANNESS IX

PARTI A

Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 24)

Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29).

 

Id-Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48).

L-Artikolu 1 biss

PARTI B

Lista ta’ limiti tal-ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 24)

Id-Direttiva

L-iskadenza għat-traspożizzjoni

2005/32/KE

fil-11 ta’ Awwissu 2007.

2008/28/KE


ANNESS X

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Id-Direttiva 2005/32/KE

Din id-Direttiva

L-Artikoli 1 sa 20

L-Artikoli 1 sa 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 26

L-Annessi I sa VIII

L-Annessi I sa VIII

L-Anness IX

L-Anness X


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/36


DIRETTIVA 2009/126/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (3) stabbilixxiet il-ħtieġa li jitnaqqas it-tniġġis tal-arja għal livelli li jimminimizzaw l-effetti dannużi fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent.

(2)

Il-Protokoll ta’ Ġinevra dwar il-Kontroll ta’ Emissjonijiet ta’ Komposti Organiċi Volatili jew il-Flussi Transkonfinali tagħhom jistabbilixxi l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili (VOCs) u l-Protokoll ta’ Gothenburg biex titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu fil-Livell tal-Art (4) jistabbilixxi l-ogħla livelli ta’ emissjonijiet għal erba’ sustanzi inkwinanti id-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-VOCs u l-ammonja, u jitlob li jintużaw l-aqwa tekniki disponibbli jintużaw biex jitrażżnu l-emissjonijiet.

(3)

Id-Direttiva Nru 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja u arja iktar nadifa għall-Ewropa (5) tistabbilixxi għanijiet għall-kwalità tal-arja għall-ożonu fil-livell tal-art u l-benżin u d-Direttiva Nru 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (6) tistabbilixxi limiti massimi nazzjonali ta’ emissjonijiet għall-VOCs li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art. L-emissjonijiet ta’ VOCs, inkluż il-fwar tal-petrol, f’wieħed mill-istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għal problemi fil-kwalità tal-arja fi Stati Membri oħra.

(4)

L-ożonu wkoll huwa gass b’effett serra u jikkontribwixxi għat-tisħin atmosferiku u għall-bidla fil-klima.

(5)

Id-Direttiva Nru 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet ta’ servizz (7) (Fażi I tal-irkupru tal-fwar tal-petrol) għandha l-għan li tirkupra l-fwar tal-petrol li joħroġ mill-ħżin u d-distribuzzjoni tal-petrol bejn it-terminals taż-żejt u l-istazzjonijiet ta’ servizz.

(6)

Il-fwar tal-petrol joħroġ ukoll waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz u għandu jiġi rkuprat b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 94/63/KE.

(7)

Diversi strumenti Komunitarji ġew żviluppati u implimentati biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-VOCs. Madankollu, hija meħtieġa aktar azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet għas-saħħa u l-ambjent stabbiliti fis-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali u d-Direttiva 2001/81/KE.

(8)

Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburanti tat-trasport stradali, id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (8) ser tippermetti, mill-1 ta’ Jannar 2011, it-tqegħid fis-suq ta’ petrol li fih proporzjon akbar ta’ komponenti tal-biokarburant minn dak li kien il-każ fil-passat. Dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet tal-VOCs, minħabba l-possibilità tal-Istati Membri li jimplimentaw derogi limitati mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva rigward il-pressjoni tal-fwar.

(9)

L-istazzjonijiet ta’ servizz eżistenti jista’ jkollhom bżonn jadattaw l-infrastruttura eżistenti u jkun aħjar li jiġi installat tagħmir għall-irkupru tal-fwar meta s-sistema tal-forniment tal-karburant tiġi rranġata mill-ġdid (jiġifieri alterazzjoni jew tiġdid sinifikanti tal-infrastruttura tal-istazzjon, b’mod partikolari tat-tankijiet u tal-pajpijiet), peress li dan inaqqas b’mod sinifikanti l-ispiża tal-adattamenti meħtieġa. Madankollu, l-istazzjonijiet eżistenti li huma ikbar jistgħu jadattaw aħjar u għandhom jinstallaw l-irkupru tal-fwar tal-petrol iktar kmieni, peress li dawn jikkontribwixxu iktar għall-emissjonijiet. Stazzjonijiet ġodda ta’ servizz jistgħu jintegraw tagħmir għall-irkupru tal-fwar tal-petrol matul id-disinn u l-bini tal-istazzjon ta’ servizz u għalhekk ikunu jistgħu jinstallaw tagħmir bħal dan mill-ewwel.

(10)

It-tankijiet tal-karburant ta’ vetturi bil-mutur ġodda ma fihomx fwar tal-petrol. Għaldaqstant hija meħtieġa deroga għall-ewwel forniment ta’ karburant ta’ dawn il-vetturi.

(11)

Għalkemm diversi Stati Membri għandhom rekwiżiti nazzjonali rigward is-sistemi tal-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II, m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni Komunitarja. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell uniformi minimu ta’ rkupru tal-fwar tal-petrol sabiex ikun hemm livell għoli ta’ benefiċċju ambjentali u sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ tat-tagħmir għall-irkupru tal-fwar tal-petrol.

(12)

Kontrolli perjodiċi tat-tagħmir kollu installat għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II għandhom isiru sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir għall-irkupru tal-fwar tal-petrol jipproduċi tnaqqis reali fl-emissjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kontrolli għandhom jitwettqu minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: servizzi uffiċċjali ta’ spezzjoni, l-operatur innifsu jew parti terza. Fil-każ ta’ spezzjonijiet uffiċċjali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 li tipprevedi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (9).

(13)

It-tagħmir għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II għandu jiġi ttestjat regolarment. Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għandu jiġi mħeġġeġ jiżviluppa metodoloġija ta’ ttestjar armonizzata.

(14)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi billi n-nuqqas ta’ konformità jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(15)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (10), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(16)

Peress li hija adottata skont l-Artikolu 175 tat-Trattat, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti li huma kompatibbli mat-Trattat. Skont l-Artikolu 176 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżuri bħal dawn.

(17)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (11).

(18)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni rigward il-metodi u l-istandards armonizzati. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, speċifikament it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-fwar tal-petrol fl-atmosfera ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba fin-natura transkonfinali tat-tniġġis tal-arja jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri bl-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ fwar tal-petrol li joħroġ fl-atmosfera waqt ir-riforniment tal-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1.

“petrol” tfisser petrol kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 94/63/KE;

2.

“fwar tal-petrol” tfisser kwalunkwe kompost gassuż li jevaporaw mill-petrol;

3.

“stazzjon ta’ servizz” tfisser stazzjon ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 94/63/KE;

4.

“stazzjon ta’ servizz eżistenti” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat qabel l-1 ta’ Jannar 2012;

5.

“stazzjon ta’ servizz ġdid” tfisser stazzjon ta’ servizz mibni jew li għalih ingħata jew permess individwali għall-ippjanar, jew liċenzja għall-kostruzzjoni jew liċenzja għall-operat fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara;

6.

“Sistema għall-irkupru tal-fwar tat-tip Fażi II” tfisser tagħmir immirat għall-irkupru tal-fwar tal-petrol li jintilef mit-tank tal-karburant ta’ vettura waqt ir-riforniment tal-karburant fi stazzjon ta’ servizz u li jittrasferixxi dak il-fwar tal-petrol f’tank għall-ħżin fi stazzjon ta’ servizz jew lura fid-distributur tal-petrol biex jerġa’ jinbiegħ;

7.

“l-effiċjenza fil-qbid tal-fwar tal-petrol” tfisser l-ammont ta’ fwar tal-petrol maqbud mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II paragunat mal-ammont ta’ fwar tal-petrol li joħroġ fl-atmosfera fin-nuqqas ta’ sistema bħal din u espress f’perċentwal;

8.

“il-proporzjon fwar/petrol” tfisser il-proporzjon bejn il-volum fi pressjoni atmosferika tal-fwar tal-petrol li jgħaddi mis-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II u l-volum ta’ petrol li jkun ħareġ;

9.

“il-fluss” tfisser it-total tal-kwantità annwali ta’ petrol li jinħatt mill-kontejners mobbli għal ġo stazzjon ta’ servizz.

Artikolu 3

Stazzjonijiet ta’ servizz

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz ġdid għandu jkun mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II jekk:

(a)

il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew

(b)

il-fluss reali jew maħsub tiegħu ikun akbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li jkun ser isir xogħol estensiv ta’ rinnovament fuqu għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II waqt il-proċess ta’ rinnovament jekk:

(a)

il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 500 m3 fis-sena; jew

(b)

il-fluss reali jew maħsub tiegħu jkun ikbar minn 100 m3 fis-sena u jkun jinsab f’bini użat b’mod permanenti bħala post ta’ residenza jew ta’ xogħol.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stazzjon ta’ servizz eżistenti li għandu fluss li jaqbeż it-3 000 m3 fis-sena għandu jiġi mgħammar b’sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għall-istazzjonijiet ta’ servizz użati esklussivament b’rabta mal-bini u l-kunsinna ta’ vetturi ġodda bil-mutur.

Artikolu 4

Livell minimu għall-irkupru tal-fwar tal-petrol

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’effett mid-data li fiha s-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol ta’ sistemi bħal dawn tkun daqs jew ikbar minn 85 % kif iċċertifikat mill-manifattur skont l-istandards tekniċi jew proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip Ewropej rilevanti msemmija fl-Artikolu 8 jew, jekk ma jkunx hemm standards jew proċeduri bħal dawn, skont kwalunkwe standard nazzjonali rilevanti.

2.   B’effett mid-data li fiha s-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II isiru obbligatorji skont l-Artikolu 3, fejn il-fwar irkuprat tal-petrol jiġi trasferit għal tank tal-ħżin fi stazzjon ta’ servizz, il-proporzjon tal-fwar/petrol għandu jkun daqs jew akbar minn 0,95 iżda inqas jew daqs 1,05.

Artikolu 5

Kontrolli perjodiċi u informazzjoni lill-konsumatur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol waqt it-tħaddim tas-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II tkun ittestjata mill-inqas darba fis-sena jew billi jiġi ċċekkjat li l-proporzjon fwar/petrol f’kondizzjonijiet simulati ta’ fluss tal-petrol ikun f’konformità mal-Artikolu 4(2) jew billi tintuża kwalunkwe metodoloġija oħra xierqa.

2.   Fejn ikun hemm sistema awtomatika ta’ monitoraġġ installata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effiċjenza tal-qbid tal-fwar tal-petrol tiġi ttestjata mill-inqas darba kull tliet snin. Kull sistema awtomatika ta’ monitoraġġ bħal din għandha tirreġistra awtomatikament difetti fil-funzjonament xieraq tas-sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II u fis-sistema awtomatika tal-monitoraġġ innifisha, tindika n-nuqqasijiet lill-operatur tal-istazzjon ta’ servizz u twaqqaf awtomatikament il-fluss tal-petrol mill-pompa difettuża jekk id-difett ma jiġix irranġat fi żmien sebat ijiem.

3.   Meta stazzjon ta’ servizz ikun installa sistema għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan juri tabella, stiker jew avviż ieħor qrib il-pompa tal-petrol jew fuqu, li jinforma lill-konsumaturi dwar dan il-fatt.

Artikolu 6

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet sal-1 ta’ Jannar 2012 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari:

(a)

il-limitu ta’ 100 m3 fis-sena msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) u (2)(b) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 94/63/KE;

(b)

ir-rekord ta’ konformità waqt it-tħaddim tas-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II; u

(c)

il-ħtieġa ta’ tagħmir awtomatiku ta’ monitoraġġ.

Għandha tirrapporta r-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tinkludi magħhom, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva.

Artikolu 8

Adattamenti tekniċi

Jistgħu jiġu adottati metodi u standards armonizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 5. Fejn ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ kwalunkwe standard rilevanti mfassal mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), dawk l-Artikoli, bl-eċċezzjoni tal-effikaċja tal-qbid tal-fwar tal-petrol u l-proporzjon fwar/petrol imsemmija fl-Artikolu 4 u l-perijodi ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 5, jistgħu jiġu adattati għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 9

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 2012. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009.

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 179, 17.7.2003, p. 3.

(5)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(7)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24.

(8)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(9)  ĠU L 118, 27.4.2001, p. 41.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ottubru 2009

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/797/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1) u 2006/651/KE, Euratom (2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Susanna FLORIO, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur is-Sur Stefano PALMIERI, responsabile dell'area di ricerca Sviluppo locale e politica industriale dell'IRES CGIL — Istituto di ricerche economiche e sociali Confederazione generale italiana del lavoro (Group II — Employees Group) bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

(2)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/41


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ottubru 2009

li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/798/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-Proposta tal-Gvern Olandiż,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur J.W. VAN DEN BRAAK, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru s-Sinjura J.A. VAN DEN BANDT-STEL, permanent gedelegeerde VNO-NCW te Brussel (Grupp I - Grupp ta' Min Iħaddem), kif indikat mill-Ministru tal-Ekonomija Olandiż, fil-Kumitat Ekonomku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 269, 28.09.2006, p. 13.


Il-Kummissjoni

31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8243)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/799/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali.

(2)

Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li jkunu flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja ġiet soġġetta, qabel ma ntbagħtet, għal test kimiku biex ikun żgurat li l-prodotti kkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għal saħħet il-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tinstab il-preżenza tal-chloramphenicol u n-nitrofuran u l-metaboliti tiegħu.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/772/KE tal-1 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontroll ta’ residwi mibgħuta minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3) emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE (4) biex jittieħed kont tal-pjan ta’ kontroll ta’ residwi għall-bajd intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mibgħut mill-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi.

(4)

Il-bajd u l-prodotti mill-bajd għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista tal-prodotti stabbilita fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE u din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd u prodotti mill-bajd miċ-Ċina lejn il-Komunità hija mingħajr ħsara għal miżuri sanitarji oħra adottati għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew tal-annimali.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE, jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

bajd u prodotti mill-bajd”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154.

(3)  ĠU L 263, 2.10.2008, p. 20.

(4)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.


31.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/800/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistipula miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi elenkati fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jeżiġu dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tal-fdalijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) tapprova l-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti tal-annimali primarji indikati f’dik il-lista.

(3)

Il-Belize, il-Kamerun u l-Polineżja Franċiża ressqu pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn dawk il-pajjiżi terzi fir-rigward tal-għasel. Dak il-prodott għandu għalhekk jiġi inkluż fl-annotazzjoni għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi terzi fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(4)

Fil-preżent, il-Montenegro hu elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u tal-għasel. Dan l-elenkar huwa provviżorju, filwaqt li wieħed qed jistenna aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(5)

Il-Montenegro ressaq pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mit-tjur, prodotti tal-akkwakultura, il-bajd u l-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tal-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u l-għasel. Dawn il-prodotti għandhom għaldaqstant jibqgħu elenkati fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE, u l-indikazzjoni dwar in-natura provviżorja ta’ dik l-annotazzjoni għandha titħassar.

(6)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tat-tajr, l-annimali tal-akkwakultura u l-bajd. Għaldaqstant, dawn il-prodotti għandhom jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(7)

L-ispeċi ekwini mhumiex koperti mill-pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi li l-Montenegro ressaq lill-Kummissjoni. Għaldaqstant il-prodotti ekwini għandhom jitħassru mill-annotazzjoni għal dan il-pajjiż terz fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(8)

Is-Seychelles fil-preżent huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti tal-akkwakultura imma għadu ma ressaqx pjan tal-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-2009. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għas-Seychelles għall-prodotti tal-akkwakultura għandha titħassar mill-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għandhom isiru ċerti emendi żgħar lin-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(10)

Sabiex wieħed jevita xi tfixkil lill-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex jiġu koperti kunsinni ta’ xi annimali u ta’ prodotti ġejjin mill-annimali li joriġinaw mill-Montenegro u mis-Seychelles u li telqu minn dawk il-pajjiżi terzi għall-Komunità qabel dakinhar li tibda tapplika din id-Deċiżjoni..

(11)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2009.

L-emendi tal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE bid-Deċiżjoni preżenti ma għandhomx japplikaw għal kunsinni tal-annimali ekwini u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Montenegro u dawk tal-akkwakultura mis-Seychelles fejn l-importatur ta’ tali annimali u prodotti jista’ juri li dawn kienu ntbagħtu mill-Montenegro u mis-Seychelles, rispettivament, u li kienu fi triqithom lejn il-Komunità qabel id-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Ħnieżer

Ekwini

Tajr

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Tajr selvaġġ

Tajr imrobbi

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilles tal-Olanda

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċile

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falklands

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

X (6)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (7)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (8)

X

SA

L-Għarabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (9)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sottogrupp veterinarju KE-Andorra (skont id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati jew minn Stati Membri tal-UE għall-produzzjoni tal-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għall-qatla (annimali għall-produzzjoni tal-ikel biss).

(4)  Annimali ovini biss.

(5)  L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(7)  Mhux inkluż il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.

(8)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(9)  Il-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”