ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.267.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
10 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2009 tad-9 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 946/2009 tat-8 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fi IIIa u IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2009 tad-9 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE ( 1 )

7

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/129/KE tad-9 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi għall-għanijiet li tadatta l-Anness III magħha minħabba progress tekniku ( 1 )

18

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/746/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7592)

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 945/2009

tad-9 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

30,9

TR

71,2

ZZ

51,1

0707 00 05

TR

122,8

ZZ

122,8

0709 90 70

TR

82,7

ZZ

82,7

0805 50 10

AR

99,8

CL

83,5

TR

76,5

UY

55,5

ZA

97,8

ZZ

82,6

0806 10 10

BR

188,8

TR

103,3

US

186,7

ZZ

159,6

0808 10 80

BR

63,1

CL

86,9

NZ

77,5

US

80,3

ZA

69,1

ZZ

75,4

0808 20 50

CN

41,0

TR

88,0

ZA

79,5

ZZ

69,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 946/2009

tat-8 ta' Ottubru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju fi IIIa u IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

23/T&Q

Stat membru

L-Iżvezja

Stokk

POK/2A34.

Speċi

Pollakkju (Pollachius virens)

Żona

IIIa u IV; L-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId

Data

28.9.2009


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 947/2009

tad-9 ta’ Ottubru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/2010 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 941/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,41

0,66

1701 11 90  (1)

35,41

4,28

1701 12 10  (1)

35,41

0,53

1701 12 90  (1)

35,41

3,98

1701 91 00  (2)

38,95

5,78

1701 99 10  (2)

38,95

2,65

1701 99 90  (2)

38,95

2,65

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/7


DIRETTIVA 2009/110/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 47(2) u tal-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (4) ġiet adottata bħala tweġiba għad-dehra ta’ prodotti ġodda ta’ ħlas elettroniku mħallsa minn qabel, u kellha l-ħsieb toħloq qafas ġuridiku ċar imfassal biex isaħħaħ is-suq intern filwaqt li jiżgura livell xieraq ta’ superviżjoni prudenzjali.

(2)

Fir-reviżjoni tagħha tad-Direttiva 2000/46/KE, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi reveduta dik id-Direttiva minħabba li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha tqiesu li xekklu l-ħolqien ta’ suq uniku reali għas-servizzi tal-flus elettroniċi u l-iżvilupp ta’ servizzi bħal dawn li jistgħu jintużaw b’mod faċli mill-utent.

(3)

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (5) stabbiliet qafas ġuridiku modern u koerenti għas-servizzi tal-ħlas, inkluża l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar rekwiżiti prudenzjali għal kategorija ġdida ta’ fornituri ta’ servizz tal-ħlas, partikolarment istituzzjonijiet tal-ħlas.

(4)

Bil-għan li jitneħħew l-ostakli għad-dħul fis-suq u biex isir aktar faċli il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-ħruġ tal-flus elettroniċi, ir-regoli li għalihom huma suġġetti l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jiġu riveduti sabiex ikun żgurat ambjent ekwu għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ ħlas.

(5)

Jixraq li l-applikazzjoni tad-Direttiva tiġi limitata għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li joħorġu flus elettroniċi. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal valur monetarju maħżun fuq strumenti speċifiċi mħallsa minn qabel, imfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, għaliex jippermettu lid-detentur tal-flus elettroniċi jixtri oġġetti jew servizzi fl-istabbiliment tal-emittent tal-flus elettroniċi jew fi ħdan network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi. Strument għandu jitqies li jintuża f’network limitat’ jekk ikun jista’ jintuża biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi f’ħanut speċifiku jew katina ta’ ħwienet jew għal firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi, tkun liema tkun il-lokazzjoni ġeografika tal-punt tal-bejgħ. Strumenti bħal dawn jaf jinkludu kards tal-ħwienet, tal-petrol, tas-sħubija, tat-trasport pubbliku, kupuni għall-ikel jew kupuni għal servizzi (bħal kupuni għall-kura tat-tfal, jew kupuni għal servizzi soċjali jew skemi ta’ kupuni għal servizzi li jissussidjaw l-impjiegi ta’ persunal biex jagħmel xogħol tad-dar bħat-tindif, mogħdija jew ġardinaġġ), li xi drabi jkunu suġġetti għal taxxa speċifika jew qafas legali ta’ xogħol imfassal biex jippromwovi l-użu ta’ strumenti bħal dawn biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni soċjali. Fejn tali strument speċifiku jiżviluppa fi strument għall-użu ġeneriku, m’għandhiex tibqa’ tapplika l-eżenzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta’ kummerċjanti elenkati m’għandhomx ikunu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal network ta’ fornituri ta’ servizz li kull ma jmur jikber.

(6)

Jixraq ukoll li din id-Direttiva ma tapplikax għal valur monetarju użat għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi diġitali, fejn, minħabba n-natura tal-oġġett jew tas-servizz, l-operatur iżidlu valur intrinsiku eż. fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ aċċess, tiftix jew tqassim, dejjem sakemm l-oġġett jew is-servizz imsemmi jkun jista’ jintuża biss permezz ta’ apparat diġitali, bħal mobile jew kompjuter, u sakemm l-operatur tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni ma jaġixxix biss bħala intermedjarju bejn l-utent tas-servizz ta’ ħlas u l-fornitur tal-prodotti u tas-servizzi. Din hija sitwazzjoni fejn utent tas-servizz tal-mobile jew ta’ network diġitali ieħor iħallas direttament lill-operatur tan-network u la jkun hemm relazzjoni ta’ ħlas dirett u lanqas relazzjoni ta’ debitur-kreditur dirett bejn l-abbonat tan-network u kull fornitur terza parti tal-prodotti u s-servizzi mogħtija bħala parti mit-tranżazzjoni.

(7)

Jixraq li tiġi introdotta definizzjoni ċara tal-flus elettroniċi sabiex tkun teknikament newtrali. Din id-definizzjoni għandha tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas joħroġ valur maħżun imħallas minn qabel bi tpartit għal fondi, li jkun jista’ jintuża għall-finijiet ta’ ħlas minħabba li persuni terzi jgħodduh bħala ħlas.

(8)

Id-definizzjoni ta’ flus elettroniċi għandha tkopri l-flus elettroniċi kemm jekk ikunu miżmuma fuq apparat tal-ħlas li jkun għand id-detentur tal-flus elettroniċi kif ukoll jekk ikunu maħżuna mill-bogħod fuq server u ġestiti mid-detentur tal-flus elettroniċi permezz ta’ kont ta’ ħlas speċifiku tal-flus elettroniċi. Din id-definizzjoni għandha tkun wiesgħa biżżejjed biex tevita li xxekkel l-innovazzjoni teknoloġika u biex tkopri mhux biss il-prodotti kollha tal-flus elettroniċi disponibbli llum fis-suq iżda wkoll dawk il-prodotti li jistgħu jiġi żviluppati fil-ġejjieni.

(9)

Ir-reġim prudenzjali superviżorju għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandu jiġi rivedut u jinġieb eqreb għar-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn l-istituzzjonijiet. Għandu jkun hemm ukoll koerenza mar-reġim superviżorju prudenzjali li japplika għall-istituzzjonijiet tal-ħlas taħt id-Direttiva 2007/64/KE. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, referenza għall-“istituzzjonijiet tal-ħlas” fid-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għal istituzzjoni tal-flus elettroniċi; referenza għal “servizz ta’ ħlas” għandha tinqara bħala referenza għall-attivita’ ta’ servizzi ta’ ħlas u ħruġ tal-flus elettroniċi; referenza għal “utent tas-servizzi ta’ ħlas” għandha tinqara bħala referenza għal utent tas-servizz ta’ ħlas u detentur tal-flus elettroniċi; referenza għal “din id-Direttiva” għandha tinqara bħala referenza kemm għad-Direttiva 2007/64/KE kif ukoll għal din id-Direttiva; referenza għat-Titolu II tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għat-Titolu II tad-Direttiva 2007/64/KE u għat-Titolu II ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 5(6) ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 5(2) sa (5) ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva; referenza għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 6(1)(c))(e) ta’ din id-Direttiva; u referenza għall-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva.

(10)

Huwa magħruf li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jiddistribwixxu l-flus elettroniċi (inkluż bil-bejgħ tal-prodotti tal-flus elettroniċi jew bil-bejgħ mill-ġdid tagħhom lill-pubbliku, billi jipprovdu mezz ta’ distribuzzjoni tal-flus elettroniċi lill-klijenti, jew bil-fidi tal-flus elettroniċi fuq talba mill-konsumaturi jew biż-żieda tal-prodotti tal-flus elettroniċi tal-konsumaturi), permezz ta’ persuni fiżiċi jew permezz ta’ persuni legali f’isimhom, skont ir-rekwiżiti tal-mudelli tan-negozji rispettivi tagħhom. Filwaqt li m’għandux ikun permess li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi joħorġu flus elettroniċi permezz ta’ aġenti, madankollu għandu jkun permess lilhom li jagħtu servizzi ta’ ħlasijiet elenkati fl-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE permezz tal-aġenti, jekk il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfatti.

(11)

Hemm bżonn ta’ reġim ta’ kapital inizjali magħqud ma’ wieħed ta’ kapital kurrenti sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-konsumatur u l-operat sod u prudenti tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Minħabba l-ispeċifiċità tal-flus elettroniċi, għandu jsir provvediment għal metodu addizzjonali għall-kalkolu ta’ kapital kurrenti. Għandha tinżamm diskrezzjoni superviżorja sħiħa sabiex ikun żgurat li l-istess riskji jkunu ttrattati bl-istess mod għall-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas u li jinżamm il-metodu ta’ kalkolu li jinkludi s-sitwazzjoni speċifika tan-negozju ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi partikulari. Barra minn hekk, għandu jsir provvediment biex l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu meħtieġa jżommu l-fondi tad-detenturi tal-flus elettroniċi mifruda minn fondi tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi għal skopijiet ta’ negozju ieħor. Istituzzjonijiet tal-ħlas elettroniku għandhom ukoll ikunu suġġetti għal rekwiżiti effettivi kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

(12)

L-operat tas-sistemi ta’ ħlas huwa attività li mhijiex riżervata biss għal kategoriji speċifiċi tal-istituzzjoni. Madankollu, huwa importanti li wieħed jagħraf il-fatt li, bħal fil-każ tal-istituzzjonijiet tal-ħlas, huwa possibbli wkoll li l-operat tas-sistemi ta’ ħlas isir mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.

(13)

Il-ħruġ tal-flus elettroniċi ma jikkostitwix fih innifsu attività ta’ teħid ta’ depożitu skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward it-teħid u l-attività tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (6), fid-dawl tal-karattru speċifiku tiegħu bħala sostitut elettroniku għall-muniti u għall-karti tal-flus li x’aktarx jintużaw biss għal ħlasijiet ta’ ammonti limitati u mhux bħala mezz ta’ tfaddil. L-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi m’għandhomx jitħallew jagħtu kreditu minn fondi li jkunu rċevew, jew li jinżammu bil-għan li joħorġu flus elettroniċi. Barra minn hekk, l-emittenti ta’ flus elettroniċi m’għandhomx jitħallew jagħtu interessi jew xi benefiċċju ieħor jekk dawk il-benefiċċji ma jkunux relatati mat-tul ta’ żmien li fih id-detentur tal-flus elettroniċi jkollu l-flus elettroniċi. Il-kondizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jinkludu rekwiżiti prudenzjali li huma proporzjonati mar-riskji operattivi u finanzjarji affrontati minn dawn l-entitajiet waqt in-negozju tagħhom relatat mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, indipendentement minn kull attività kummerċjali oħra mwettqa mill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi.

(14)

Madankollu, hemm bżonn li jinżamm livell ta’ kondizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rigward il-ħruġ ta’ flus elettroniċi sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta għall-istess servizz fost għażla akbar ta’ istituzzjonijiet għall-benefiċċju tad-detenturi tal-flus elettroniċi. Din għandha tintlaħaq billi l-karatteristiċi tas-sistema ta’ superviżjoni prudenzjali li huma l-anqas diffiċli u li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jiġu bbilanċjati mad-dispożizzjonijiet l-aktar stretti minn dawk li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, b’mod partikulari rigward is-salvagwardja tal-fondi tad-detenturi tal-flus elettroniċi. Minħabba l-importanza kruċjali tas-salvagwardja, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati minn qabel dwar il-bidliet materjali, bħall-bidla fil-metodu ta’ salvagwardja, bidla fl-istituzzjoni ta’ kreditu fejn il-fondi salvagwardati jiġu ddepożitati jew jinbidlu fil-impriża tal-assigurazzjoni jew fl-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun assigurat jew iggarantiet il-fondi salvagwardati.

(15)

Ir-regoli tal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju ewlieni barra mill-Komunità għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha. Importanti li jsir provvediment li dawn ir-regoli ma jkunux aktar favorevoli minn dawk għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jkollhom l-uffiċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru ieħor. Il-Komunità għandha tkun tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li japplikaw regoli li jagħtu lil fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra l-Komunità l-istess trattament fil-Komunità. Il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li li jkollhom l-uffiċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità għandhom jibbenefikaw la mil-libertà tal-istabbiliment taħt l-Artikolu 43 tat-Trattat fl-Istati Membri ħlief dawk fejn huma stabbiliti u lanqas mil-liberta’ li jipprovdu servizzi skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 49 tat-Trattat.

(16)

Jixraq li l-Istati Membri jitħallew jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ istituzzjonijiet li joħorġu biss ammont ta’ flus elettroniċi. L-istituzzjonijiet li jgawdu minn din ir-rinunzja m’għandux ikollhom id-dritt taħt din id-Direttiva li jeżerċitaw il-libertà tal-istabbiliment jew il-libertà li jipprovdu servizzi u m’għandhomx jinfluwenzaw indirettament dawk id-drittijiet bħala membri ta’ sistema tal-ħlas. Madankollu, jixraq li jiġu rreġistrati d-dettalji tal-entitajiet kollha li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi, inklużi dawk l-istituzzjonijiet li jgawdu minn rinunzja. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw entitajiet bħal dawn f’reġistru tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.

(17)

Għal raġunijiet ta’ prudenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li jkunu awtorizzati jew li jibbenefikaw mir-rinunzja f’konformità ma’ din id-Direttiva, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE, l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali li jkunu intitolati, taħt il-liġi nazzjonali, li joħorġu flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma joperawx fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra u l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali meta joperaw fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi biss jistgħu joħorġu flus elettroniċi.

(18)

Il-flus elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jinfdew sabiex tiġi ppreservata l-fiduċja tad-detentur tal-flus elettroniċi. Il-fidi ma jimplikax, fih innifsu, li l-fondi rċevuti flok il-flus elettroniċi għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-fidi għandu jkun dejjem possibbli f’kull ħin, flus bi flus mingħajr il-possibbiltà li jsir qbil dwar prezz minimu ta’ fidi. Il-fidi, b’mod ġenerali, għandu dejjem ikun bla ħlas. Madankollu, f’każijiet speċifikati f’din id-Direttiva għandu jkun possibbli li jintalab ħlas proporzjonat u bbażat fuq l-ispejjeż bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar taxxa jew kwistjonijiet soċjali jew xi obbligi fuq min joħroġ il-flus elettroniċi skont xi leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità jew nazzjonali, bħar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kull azzjoni li tolqot l-iffriżar tal-fondi, jew kull miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati.

(19)

Id-detenturi tal-flus elettroniċi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom proċeduri bonarji ta’ lmenti u riparazzjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-Kapitolu 5 ta’ Titolu IV tad-Direttiva 2007/64/KE għandu għalhekk japplika mutatis mutandis fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Referenza għal “fornitur tas-servizz ta’ ħlas” fid-Direttiva 2007/64/KE għalhekk għandha tinqara bħala referenza għal emittent ta’ flus elettroniċi, referenza għall-“utent tas-servizz ta’ pagament” għandha tinqara bħala referenza għal detentur ta’ flus elettroniċi; u referenza għat-Titoli III u IV tad-Direttiva 2007/64/KE għandha bħala referenza għat-Titolu III ta’ din id-Direttiva.

(20)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(21)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni sabiex jitqiesu l-inflazzjoni jew l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq u biex tiżgura l-applikazzjoni konverġenti tal-eżenzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi ġodda mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22)

Jeħtieġ li jiġi rivedut il-funzjonament effiċjenti ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa toħroġ rapport kull tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

(23)

Fl-interessi taċ-ċarezza legali, għandhom isiru arranġamenti tranżitorji sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li bdew l-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali, li ttrasponew id-Direttiva 2000/46/KE jistgħu jkomplu dawn l-attivitajiet fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat għal perijodu speċifikat. Dan il-perijodu għandu jkun itwal għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li bbenefikaw mir-rinunzja prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE.

(24)

Din id-Direttiva tintroduċi definizzjoni ġdida tal-flus elettroniċi li l-ħruġ tagħhom jista’ jibbenefika mid-derogi fl-Artikoli 34 u 53 tad-Direttiva 2007/64/KE. Għalhekk, is-sistema simplifikata ta’ diliġenza meħtieġa tal-klijent għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi f’konformità mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu (8) għandha tiġi emendata skont dan.

(25)

Insegwitu għad-Direttiva 2006/48/KE, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jitqiesu li huma istituzzjonijiet tal-kreditu, għalkemm ma jistgħux jirċievu depożiti mill-pubbliku u lanqas jagħtu kreditu mill-fondi li jirċievu mill-pubbliku. Fid-dawl tas-sistema mdaħħla minn din id-Direttiva, xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ istituzzjoni tal-kreditu fid-Direttiva 2006/48/KE sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jitqisux istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jibqgħu jitħallew joħorġu flus elettroniċi u jwettqu din l-attività madwar il-Komunità, bil-kondizzjoni tar-rikonoxximent reċiproku u li s-sistema komprensiva ta’ superviżjoni prudenzjali tapplika għalihom skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam bankarju. Madankollu, fl-interess li jinżamm livell ta’ kondizzjonijiet ugwali, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, b’mod alternattiv, għandhom ikunu jistgħu jwettqu dik l-attività permezz ta’ kumpanija sussidjarja skont is-sistema ta’ superviżjoni prudenzjali ta’ din id-Direttiva, u mhux skont id-Direttiva 2006/48/KE.

(26)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti kollha tad-Direttiva 2000/46/KE. Għalhekk id-Direttiva 2000/46/KE għandha tkun irrevokata.

(27)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta’ ħafna regoli differenti li jeżistu attwalment fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri u għalhekk jista’ jinkiseb aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(28)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li jillustraw, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni kif ukoll li jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar l-eżerċizzju tal-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi li skonthom l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-kategoriji li ġejjin ta’ emittenti ta’ flus elettroniċi:

(a)

l-istituzzjonijiet tal-kreditu, kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi, skont il-liġi nazzjonali, fergħa tagħhom fi ħdan it-tifsira tal-punt 3 tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, fejn fergħa tinsab fil-Komunità u li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab barra l-Komunità skont l-Artikolu 38 ta’ dik id-Direttiva;

(b)

l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, inklużi, skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u l-liġi nazzjonali, fergħa tagħhom li tinsab fil-Komunità u li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab barra l-Komunità;

(c)

l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali li jkunu intitolati, skont il-liġi nazzjonali, li joħorġu flus elettroniċi;

(d)

il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;

(e)

l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta jaġixxu bħala awtoritajiet pubbliċi.

2.   It-Titolu II ta’ din id-Direttiva jistipula r-regoli għall-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Titolu II ta’ din id-Direttiva, jew ta’ parti minnhom, għall-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE, bl-eċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ dak l-Artikolu.

4.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal valur monetarju maħżun fi strumenti eżentati kif speċifikat fil-punt (k) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE.

5.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal valur monetarju li jintużaw sabiex ikunu eżentati tranżazzjonijiet monetarji kif speċifikat fil-punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘istituzzjoni tal-flus elettroniċi’ tfisser persuna ġuridika li ngħatat awtorizzazzjoni skont it-Titolu II biex toħroġ il-flus elettroniċi;

(2)

‘flus elettroniċi’ tfisser valur monetarju maħżun elettronikament, anke b’mod manjetiku, kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE u li huwa aċċettat minn persuna ġuridika għajr l-emittent tal-flus elettroniċi;

(3)

‘emittent tal-flus elettroniċi’ tfisser l-entitajiet msemmija fl-Artikolu 1(1), l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mir-revoka skont l-Artikolu 1(3) u l-persuni ġuridiċi li jibbenefikaw mir-revoka skont l-Artikolu 9;

(4)

‘medja ta’ flus elettroniċi pendenti’ tfisser l-ammont totali medju ta’ passivi finanzjarji marbuta mal-flus elettroniċi maħruġa fi tmiem kull jum kalendarju matul is-sitt xhur kalendarji preċedenti, ikkalkulat fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar kalendarju u applikat għal dak ix-xahar kalendarju.

TITOLU II

REKWIŻITI GĦALL-BIDU, GĦALL-EŻERĊIZZJU U GĦAS-SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI TAN-NEGOZJU TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-FLUS ELETTRONIĊI

Artikolu 3

Regoli prudenzjali ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Artikoli 5 u10 sa 15, l-Artikolu 17(7) u l-Artikoli 18 sa 25 tad-Direttiva 2007/64/KE japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mutatis mutandis.

2.   L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar kull bidla materjali fil-miżuri li ttieħdu għas-salvagwardja tal-fondi li jkunu rċevew minflok il-flus elettroniċi li nħarġu.

3.   Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew tbigħ, b’mod dirett jew indirett, sehem kwalifikat skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE f’istituzzjoni tal-flus elettroniċi, jew li żżid jew tnaqqas aktar, b’mod dirett jew indirett, tali sehem kwalifikat li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmum jilħaq, jaqbeż jew jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ssir jew ma tibqax tkun is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel dwar l-intenzjoni tagħha ta’ tali akkwist, bejgħ, żieda jew tnaqqis.

L-akkwirent propost għandu jagħti lill-awtorità kompetenti informazzjoni li tindika d-daqs tas-sehem li jrid ikollu kif ukoll l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 19a(4) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fit-tieni subparagrafu x’aktarx li taħdem għad-detriment tal-amministrazzjoni prudenti u tajba tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifissru l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra diretturi jew maniġers, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-partijiet interessati jew mill-membri konċernati.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stipulat f’dan il-paragrafu.

Jekk sehem jinxtara minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, dawk l-awtoritajiet, irrispettivament minn xi sanzjonijiet oħra li se jkunu adottati, għandhom jipprevedu li jkun sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot ta’ min ikun kiseb is-sehem, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li jitqiesu nulli.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-obbligi kollha jew ta’ parti minnhom skont dan il-paragrafu fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punt (e) tal-Artikolu 6(1).

4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jqassmu u jifdu flus elettroniċi permezz ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f’isimhom. Jekk l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi trid tqassam flus elettroniċi fi Stat Membru ieħor billi tqabbad lil tali persuna fiżika jew ġuridika, għandha ssegwi l-proċeduri skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2007/64/KE.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi m’għandhomx joħorġu flus elettroniċi permezz tal-aġenti. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jitħallew jipprovdu servizzi ta’ ħlas imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) permezz ta’ aġenti, sakemm il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/64/KE jkunu ssodisfatti.

Artikolu 4

Kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi stipulati fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE, ta’ mhux inqas minn EUR 350 000.

Artikolu 5

Fondi proprji

1.   Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, kif stipulat fl-Artikoli 57 sa 61, 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE ma jistgħux ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont il-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

2.   Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li mhumiex marbuta mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, ir-rekwiżiti dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont wieħed minn tliet metodi (A, B jew C) stipulati fl-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Għall-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi, ir-rekwiżit dwar il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3.

L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi dejjem għandu jkollhom fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għas-somma ta’ rekwiżiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew daqshom.

3.   Metodu D: Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni tal-flus elettroniċi għall-attività ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-anqas 2 % tal-medja ta’ flus elettroniċi pendenti.

4.   Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi tikkalkula r-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, ir-rekwiżiti dwar fondi proprji tagħha għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti.

5.   Abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riksju, tad-databases tat-telf tar-riskju u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2, jew iħallu lill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu rilevanti skont il-paragrafu 2.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-fondi proprji:

(a)

fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni tal-ħlas, ditta tal-investiment, kumpannija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni mill-ġdid;

(b)

fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra għajr il-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

7.   Fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2006/48/KE ikunu ssodisfatti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ewlenin ta’ kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 6

Attivitajiet

1.   Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas elenkati fl-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE;

(b)

l-għoti ta’ kreditu marbut mas-servizzi ta’ ħlas imsemmija fil-punti 4, 5 jew 7 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE, meta jinkisbu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(3) u (5) tad-Direttiva;

(c)

il-forniment ta’ servizzi operattivi u anċillari marbuta mill-qrib fir-rigward tal-ħruġ tal-flus elettroniċi jew mal-forniment ta’ servizzi ta’ ħlas imsemmija fil-punt (a);

(d)

l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas kif definiti fil-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE u bla ħsara għall-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva;

(e)

attivitajiet ta’ negozju minbarra l-ħruġ ta’ flus elettroniċi, li jqisu l-liġi Komunitarja u nazzjonali applikabbli.

Il-kreditu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu m’għandux jingħata mill-fondi li jidħlu bi skambju ma’ flus elettroniċi u li jinżammu skont l-Artikolu 7(1).

2.   L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx jitħallew jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE.

3.   Kull fond li jasal għand istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mid-detentur tal-flus elettroniċi għandu jinbidel bla dewmien għal flus elettroniċi. Tali fondi m’għandhomx jikkostitwixxu depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn li jaslu mill-pubbliku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE.

4.   L-Artikolu 16(2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE għandu japplika għal fondi li jaslu għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li mhumiex marbuta mal-attività tal-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta’ salvagwardja

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi li ġew irċevuti b’kontrakambju għal flus elettroniċi li ġew emessi, skont l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2007/64/KE. Il-fondi riċevuti fil-forma ta’ pagament permezz ta’ strument ta’ pagament ma jeħtieġux li jkunu salvagwardjati sakemm ma jkunux akkreditati għal kont ta’ pagament ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jew xort’ oħra magħmulin disponibbli għall-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi skont ir-rekwiżiti ta’ termini taż-żmien għall-eżekuzzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2007/64/KE, skont fejn ikun applikabbli. F’kull każ, tali fondi għandhom ikunu ssalvagwardati għal mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol, kif definit fil-punt 27 tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, wara l-emissjoni tal-flus elettroniċi.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, beni sikuri, likwidi, ta’ riskju baxx huma beni li jidħlu f’waħda mill-kategoriji tat-Tabella 1 tal-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adekwatezza tal-kapital ma ditti ta’ investiment u istituzjonijiet ta’ kreditu (10) li għalihom il-ħlas kapitali ta’ riskju speċifiku ma huwiex ogħla minn 1.6 % imma jeskludi l-beni kwalifikanti l-oħrajn kif definit fil-punt 15 ta’ dak l-Anness.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-beni sikuri, ta’ riskju baxx huma wkoll unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li tinvesti biss f’beni kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u b’ġustifikazzjoni adegwata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, a bażi ta’ valutazzjoni tas-sigurtà, il-maturità, il-valur jew element ieħor ta’ riskju tal-beni kif speċifikat fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, jiddeterminaw liema minn dawk il-beni ma jikkostitwixxux beni sikuri, ta’ riskju baxx għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.   L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2007/64/KE għandu japplika għall-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva li ma humiex marbutin mal-attività tal-emissjoni tal-flus elettroniċi.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jiddeterminaw, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, liema metodu għandu jintuża mill-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi biex jissalvagwardjaw il-fondi.

Artikolu 8

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw għall-fergħat tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkollhom is-sede prinċipali tagħhom barra mill-Komunità, meta jibdew jew jissoktaw bl-attività tagħhom, provvediment li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi li għandha s-sede prinċipali tagħha fil-Komunità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li għandhom is-sede prinċipali tagħhom barra mill-Komunità.

3.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehmiet konklużi ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, taqbel li tapplika l-provvediment li jiżguraw li l-fergħat ta’ istituzzjoni ta’ flus elettroniċi li jkollha s-sede prinċipali barra mill-Komunità jkunu ttrattati b’mod identiku mal-Komunità kollha.

Artikolu 9

Eżenzjonijiet opzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetneti tagħhom li jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ kull jew parti mill-proċeduri u mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2007/64/KE, u jippermettu lill-persuni ġuridiċi jitniżżlu f’reġistru għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jekk iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

l-attivitajiet totali jiġġeneraw medja pendenti ta’ flus elettroniċi li ma taqbiżx il-limitu mqiegħed mill-Istat Membru li iżda, f’kull każ, ma jkunx ogħla minn EUR 5 000 000; u

(b)

ħadd mill-persuni fiżiċi responsbbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma jkun ġie kkundannat għal reati relatati ma’ riċiklaġġ ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.

Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew iwettqu xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi sabiex tapplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, dak ir-rekwiżit għandu jiġi valutat abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddisponi għall-għoti ta’ eżenzjonijiet opzjonali skont dan l-Artikolu li jkunu suġġetti għal rekwiżit addizzjonali tal-ammont ta’ ħżin massimu fuq l-istrument ta’ pagament jew kont ta’ pagament tal-konsumatur fejn jinħażnu l-flus elettroniċi.

Persuna ġuridika reġistrata skont dan il-paragrafu tista’ trendi servizzi ta’ pagament mhux marbutin mal-flus elettroniċi emessi skont dan l-Artikolu biss jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE ikunu ġew sodisfatti.

2.   Persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa jkollha s-sede prinċipali tagħha fl-Istat Membru li fih realment tmexxi l-attivitajiet tagħha.

3.   Persuna ġuridika reġistrata skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Madankollu, l-Artikoli 10(9) u 25 tad-Direttiva 2007/64/KE m’għandhomx japplikaw għalihom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kwalunkwe persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi ruħha biss f’xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6(1).

5.   Il-persuni ġuridiċi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla fil-qagħda tagħhom li tkun relevanti għall-kondizzjonijiet speċifikat fil-paragrafu 1; u

(b)

mill-anqas darba kull sena f’data speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti tirrapporta dwar il-medja ta’ flus elettroniċi pendenti.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li fejn il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 ma jiġux sodisfatti aktar, il-persuni ġuridiċi għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju skont l-Artikolu 3. Kwalunkwe minn dawn il-persuni li ma fittxewx l-awtorizzazzjoni fiż-żmien imsemmi għandhom jiġi pprojbit lilhom, skont l-Artikolu 10, li jemettu flus elettroniċi.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mogħtijin setgħa biżżejjed biex jivverifikaw l-ottemperanza kontinwa mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu.

8.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/60/KE jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

9.   Jekk Stat Membru javvalixxi ruħu mill-eżoneru dispost fil-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sat-30 ta’ April 2011. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Inoltre, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-għadd ta’ persuni ġuridiċi kkonċernati u, fuq bażi annwa, bl-ammont totali ta’ flus elettroniċi pendenti emessi mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

TITOLU III

EMESSJONI U RIMBORŻABBILTÀ TA’ FLUS ELETTRONIĊI

Artikolu 10

Projbizzjoni tal-emissjoni ta’ flus elettroniċi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-persuni naturali jew legali li ma humiex emittenti ta’ flus elettroniċi milli jemettu flus elettroniċi.

Artikolu 11

Ħruġ u rimborżabbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti ta’ flus elettroniċi jemettu l-flus elettroniċi bil-parità kontabbli bħalma jkun hemm fuq l-irċevuta tal-fondi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi, l-emittenti tal-flus elettroniċi jirrimborżaw, f’kull ħin u bil-parità kontabbli, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma.

3.   Il-kuntratt bejn l-emittenti tal-flus elettroniċi u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu b’mod ċar u prominenti jiddikjara l-kondizzjonijiet tar-rimborż, inklużi l-ħlasijiet marbutin mar-rimborż, u d-detentur tal-flus elettroniċi għandu jkun mgħarraf b’dawn il-kondizzjonijiet qabelma jkun marbut bi kwalunkwe kuntratt jew offerta.

4.   Ir-rimborż għandu jkun suġġett għal ħlas biss jekk ikun hekk iddikjarat fil-kuntratt skont il-paragrafu 3 u biss f’wieħed mis-segwenti każijiet:

(a)

fejn ir-rimborż ikun rikjest qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt;

(b)

fejn il-kuntratt jipprovdi għal data ta’ terminazzjoni u d-detentur tal-flus elettroniċi jkun ittermina l-kuntratt qabel dik id-data; jew

(c)

fejn ir-rimborż ikun mitlub aktar minn sena wara d-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt.

Kull ħlas bħal dan għandu jkun proporzjonat u jipparaguna mal-ispejjeż attwali magħmula mill-emittenti tal-flus elettroniċi.

5.   Fejn ir-rimborż ikun rikjest qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, id-detentur tal-flus elettroniċi jista’ jitlob li l-flus elettroniċi jiġu mifdija kollha jew parzjalment.

6.   Fejn ir-rimborż ikun rikjest mid-detentur tal-flus elettroniċi ma’ għeluq sena, jew matulha, mid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt:

(a)

il-valur monetarju totali tal-flus elettroniċi għandu jkun rimborżat; jew

(b)

fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda jew iżjed mill-attivitajiet elenkati fil-punt 6 tal-Artikolu 6(1) u ma jkunx magħruf minn qabel liema proporzjon mill-fond għandha tintuża bħala flus elettroniċi, il-fondi kollha mitluba mid-detentur tal-flus elettroniċi għandhom jiġu mifdijin.

7.   Minkejja l-paragrafi 4, 5 u 6, id-drittijiet ta’ rimborż ta’ persuna, li ma tkunx konsumatur, li taċċetta flus elettroniċi għandhom ikunu suġġetti għall-ftehim kontrattwali bejn l-emittent tal-flus elettroniċi u dik il-persuna.

Artikolu 12

Projbizzjoni ta’ mgħaxijiet

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxa l-għoti ta’ mgħax jew ta’ xi benefiċċju ieħor marbut mat-tul ta’ żmien li matulu d-detentur tal-flus elettroniċi jżomm il-flus elettroniċi.

Artikolu 13

Proċeduri ta’ ilmenti extraġudizzjarji u rmedji għar-riżoluzzjoni tad-disputi

Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tad-Direttiva 2007/64/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-emittenti tal-flus elettroniċi fir-rigward tad-doveri tagħhom skont dan it-Titolu.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U MIŻURI IMPLIMENTATTIVI

Artikolu 14

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jkunu neċessarji għall-aġġornament tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sabiex tieħu kont tal-inflazzjoni jew tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni konverġenti tal-eżenzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1(4) u (5). Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2007/64/KE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16

Armonizzazzjoni sħiħa

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet armonizzanti ta’ din id-Direttiva fl-Artikolu 1(3), is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 3(3), l-Artikolu 5(7), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 18(2), u safejn din id-Direttiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni, l-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet oħra għajr dawk imsemmijin f’din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti tal-flus elettroniċi ma jidderogawx, għad-detriment tad-detentur tal-flus elettroniċi, mid-dispożizzjonijiet tad-Dritt nazzzjonali li jimplimenta jew ikun jikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva skont fejn ikun espliċitament dispost fiha.

Artikolu 17

Reviżjoni

Sa l-1 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, partikolarment dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tagħha.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011, attivitajiet skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju ewlieni, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor skont il-ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2000/46/KE mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, hew mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra fit-Titolu II ta’ din id-Direttiva, jew imsemmijin fih.

L-Istati Membri għandhom jesiġu minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutw, sat-30 ta’ Ottubru 2011, jekk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ikunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkun meħtieġ li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu ottemperaw ruħhom għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru u għandhom jkunu meħtieġa li jottemperaw mar-rekwiżiti fit-Titolu II. Fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ma jikkonformawx mal-ħtiġiet stabbiliti f’din id-Direttiva sat-30 ta’ Ottubru 2011, għandhom ikunu pprojbiti milli jemettu flus elettroniċi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandha tingħata awtomatikament l-awtorizzazzjoni u tiddaħħal fir-reġistru previst fl-Artikolu 3 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 4 u 5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi inkwistjoni qabel tingħata l-awtorizzazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu bdew qabel it-30 ta’ April 2011 attivitajiet konformement mal-liġi nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2000/46/KE sat-30 ta’ April 2012, mingħajr ma tinħtieġ awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u mingħajr ma tkun meħtieġa konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Titolu II ta’ din id-Direttiva. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perijodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas mogħtija deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi.

Artikolu 19

Emendament tad-Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva 2005/60/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

il-punt (a) fl-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

impriża oħra li ma tkunx istituzzjoni tal-kreditu li twettaq xi waħda jew aktar mill-operazzjonijiet imsemmijin fil-punti 2 sa 12 u l-punti 14 sa 15 tal-Anness I mad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-attivitajiet ta’ uffiċċji tal-kambju (bureaux de change);”;

(2)

il-punt (d) fl-Artikolu 11(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

flus elettroniċi, kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (*), fejn, jekk l-istrument ma jistax jiġi rikarigat, l-ammont massimu miżmum fl-istrument ma jkunx aktar minn EUR 250, jew fejn, jekk l-istrument jista’ jiġi rikarigat, ikun impost limitu ta’ EUR 2 500 fuq l-ammont totali tat-tranżazzjoni f’sena kalendarja, għajr meta ammont ta’ EUR 1 000 jew aktar jinfeda f’dik l-istess sema kalendarja fuq talba tad-detentur tal-flus elettroniċi skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/110/KE. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-pagamenti nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jżidu l-ammont ta’ EUR 250 msemmi f’dan il-punt sa limitu massimu ta’ EUR 500.

(*)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7”."

Artikolu 20

Emendament tad-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u li tikkonċedi krediti għaliha nnifisha;”;

(b)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża apparti minn istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista holdings jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti 2 sa 12 u 15 tal-Anness I.”.

(2)

il-punt 15 li ġej huwa miżjud mal-Anness I:

“15.

Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi.”.

Artikolu 21

Tħassir

Id-Direttiva 2000/46/KE hija b’dan imħassra b’effett mit-30 ta’ April 2011, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1) u (3) ta’ din id-Direttiva.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 22

Trażpożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk il-miżuri.

Huma ħandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  Opinjoni tas-26 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 30, 6.2.2009, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(4)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.

(5)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.


10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/18


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/129/KE

tad-9 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi għall-għanijiet li tadatta l-Anness III magħha minħabba progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Il-komposti li fihom il-fluworin fil-preżent huma rregolati taħt in-numri ta’ referenza 26 sa 43, u n-numri ta’ referenza 47 sa 56 fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE. Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata tagħhom f’toothpastes tirreferi għall-kontenut tal-fluworin elementali (0,15 % ikkulkulat bħala F, jiġifieri 1 500 ppm).

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur, li postu ttieħed mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (minn hawn ‘il quddiem “SCCS”) (2), fl-opinjoni tiegħu SCCP/0882/08 iddikjara li l-konċentrazzjoni massima permessa ta’ fluworidu ta’ 0,15 % (1 500 F- ppm) ma tqajjimx dubju dwar is-sikurezza meta jużawha t-tfal taħt is-sitt snin, fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli. Id-dejta użata kienet iġġenerata minn studji primarjament fuq il-fluworidu tas-sodju.

(3)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi tal-SCCS, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar il-prodotti kożmetiċi għall-għanijiet tal-adattament tal-Anness III magħha minħabba progress tekniku (3) introduċiet rekwiżit ta’ twissija għall-komposti rregolati li fihom il-fluworin li għandha tiġi stampata fuq it-tikketta tat-toothpastes li fihom il-fluworidu. Dan ir-rekwiżit jirreferi għall-kontenut tal-fluworidu minflok il-fluworin elementali. Bħala riżultat, mhux il-komposti kollha li fihom il-fluworin li qegħdin fil-lista tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE kienu koperti bir-rekwiżit introdott tal-ittikkkettjar.

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-SCCS ikkjarifika li fl-opinjonijiet SCCNFP/0653/03 u SCCP/0882/05, kienet inġibdet l-attenzjoni li estrapolazzjoni ta’ komposti oħra li fihom il-fluworin imniżżla fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE tista’ ssir biss fir-rigward tal-fluworiżi. Madankollu, għall-iskopijiet tar-referenza għall-komposti li fihom il-fluworin fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, introdotta bid-Direttiva 2007/53/KE, l-SCCS ikkunsidra li t-termini “fluworin” u “fluworidu” kienu ekwivalenti u li tista’ tintuża waħda flok l-oħra.

(5)

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li wieħed jiċċara li r-rekwiżit tal-ittikkettjar jirreferi għall-għoxrin kompost kollha li fihom il-fluworidu mniżżla fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, u mhux biss għal dawk li fihom il-fluworidu.

(6)

Għaldaqstant, il-kundizzjoni għall-ittikkettjar li għandha tkun stampata fuq it-tikketta tat-toothpastes li fihom il-komposti tal-fluworin imniżżla fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE għandha tirreferi għall-kontenut tal-fluworin minflok tal-fluworidu. Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla skossi, l-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel id-data tal-applikazzjoni tagħha.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Ottubru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva, jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ toothpaste bit-tikketta li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva qabel id-data stipulata fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  L-isem tal-kumitat ġie mibdul bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(3)  ĠU L 226, 30.8.2007, p. 19.


ANNESS

Fil-kolonna “f” li tikkorrispondi man-numri ta’ referenza 26 sa 43, 47 u 56 tal-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, it-test ta’ wara l-ewwel sentenza huwa mibdul bis-sentenzi li ġejjin:

“Għal toothpastes b’komposti li fihom fluworin b’konċentrazzjoni ta’ bejn 0,1 sa 0,15 % ikkalkulata bħala F, sakemm mhux diġà ttikkettjati b’kontraindikazzjonijiet għat-tfal (pereżempju ‘għall-użu mill-adulti biss’), l-ittikkettjar li ġej huwa obbligatorju:

‘Tfal ta’ 6 snin jew iżgħar: Uża ammont daqs piżella għal tindif taħt superviżjoni biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont li jista’ jinbela’. Jekk tieħu wkoll il-fluworidu minn sorsi oħra kkonsulta dentist jew tabib.’ ”


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Ottubru 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2009

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7592)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)

(2009/746/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni l-programm ta’ kontroll tas-sajd tagħhom għall-2009 flimkien mal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ispejjeż li se jintefqu fit-twettiq tal-proġetti fit-tali programm.

(2)

L-applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju.

(3)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament Komunitarju għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2).

(4)

Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.

(5)

Sabiex ikun imħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji ddefiniti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) u sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(6)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri [bastimenti] bażata fuq satellita [bbażati fuq is-satelliti] (3).

(7)

Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniku abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (4).

(8)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2009 għall-infiq li daħlu għalih l-Istati Membri fl-2009 huma u jimplimentaw sistemi ta’ kontroll u sorveljanza applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd (PKS), kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-ħlasijiet kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2013. Il-ħlasijiet mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza ma għandhomx ikunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Teknoloġiji ġodda u netwerks tal-IT

1.   L-ispejjeż imġarrba għax-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għat-teknoloġija kompjuterizzata u t-twaqqif ta’ netwerks tal-IT sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sikur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness I.

2.   Fil-każ ta’ spejjeż fl-ambitu tal-Anness I, marbuta mas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), sistemi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar elettroniċi (ERS) inkella sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat, ir-rata ta’ kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ 95 %.

Artikolu 4

Tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika

1.   L-ispejjeż imġarrba għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz tal-VMS għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 95 % tal-ispejjeż eliġibbli, fil-limiti stipulati fl-Anness II.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-pargrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 1 500 kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniċi

L-ispejjeż imġarrba għall-iżvilupp, ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għall-komponenti meħtieġa għall-ERS, sabiex l-iskambju tad-dejta jkun effiċjenti u sikur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness III.

Artikolu 6

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar elettroniku

1.   L-ispejjeż mġarrba għax-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir tal-ERS li jippermetti li l-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw elettronikament dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd, għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness IV.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal EUR 4 500 kull bastiment, bla ħsara għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ tagħmir li jikkombina l-funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal EUR 6 000.

Artikolu 7

Proġetti pilota

L-ispejjeż imġarrba fuq proġetti piloti fuq teknoloġiji ta’ kontroll ġodda għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 95 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 8

Programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju

L-ispejjeż imġarrba fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħlijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 9

Skemi pilota ta’ spezzjoni u osservazjoni

L-ispejjeż imġarrba fuq skemi pilota ta’ spezzjoni u ta’ osservazzjoni għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 10

Valutazzjoni tal-ispejjeż

L-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-valutazzjoni tal-ispejjeż imġarrba għall-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd għandhom jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli fil-limiti stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 11

Inizjattiva għat-trawwim ta’ kuxjenza dwar ir-regoli tal-PKS

L-ispejjeż imġarrba għal inizjattivi li jinkludu seminars u għodod tal-midja mmirati lejn it-titjib tal-għarfien fost is-sajjieda u entitajiet oħra bħalma huma spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd irresponsabbli u illegali u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-politika komuni tas-sajd, għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 75 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 12

Bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa tas-sajd

1.   L-ispejjeż marbuta max-xiri u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se tikkwalifika, fil-limiti stabbiliti fl-Anness X, għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata għal kull Stat Membru fl-Anness X hija kkalkulata abbażi tal-utilizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kkonċernati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza bħala perċentwal tal-attività totali tagħhom fis-sena, kif dikjarata mill-Istati Membri.

Artikolu 13

Kontribuzzjoni massima totali mill-Komunità għal kull Stat Membru

L-ispejjeż totali ppjanati għal kull Stat Membru, is-sehem eliġibbli tagħhom u l-kontribuzzjoni Komunitarja massima għal kull Stat Membru għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 12 huma dawn li ġejjin:

(f’Eur)

Stat Membru

Spiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Spiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Belġju

805 000

805 000

764 750

Il-Bulgarija

352 000

362 000

282 250

Id-Danimarka

1 945 552

1 945 552

1 667 139

Il-Ġermanja

222 000

278 000

220 000

L-Estonja

706 000

706 000

645 500

L-Irlanda

120 000

90 000

45 000

Il-Greċja

16 867 000

8 928 000

4 735 400

Spanja

17 218 103

14 772 123

8 190 517

Franza

2 631 500

2 333 000

1 049 750

L-Italja

19 589 925

6 361 340

3 273 170

Il-Litwanja

407 900

407 900

378 300

Malta

1 003 475

1 003 475

922 127

L-Olanda

3 145 000

2 750 000

2 560 750

Il-Polonja

497 713

468 713

416 479

Il-Portugall

783 500

759 250

629 038

Ir-Rumanija

80 000

80 000

62 500

Il-Finlandja

920 000

820 000

659 750

L-Iżvezja

1 715 000

1 715 000

1 541 750

Ir-Renju Unit

4 309 798

3 601 555

2 055 830

Total

73 319 466

48 186 908

30 100 000

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(3)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(4)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TAL-IT

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Bulgarija

BG/09/01

20 000

30 000

15 000

BG/09/02

13 000

13 000

6 500

BG/09/03

12 000

12 000

6 000

BG/09/04

25 000

25 000

23 750

BG/09/05

70 000

70 000

66 500

Subtotal

140 000

150 000

117 750

Id-Danimarka

DK/09/01

134 176

134 176

127 468

DK/09/02

402 528

402 528

201 264

DK/09/03

670 880

670 880

637 336

DK/09/04

167 720

167 720

159 334

DK/09/05

167 720

167 720

159 334

Subtotal

1 543 024

1 543 024

1 284 736

Il-Ġermanja

DE/09/01

90 000

90 000

85 000

DE/09/02

16 000

72 000

36 000

Subtotal

106 000

162 000

121 500

L-Estonja

EE/09/01

600 000

600 000

570 000

EE/09/02

50 000

50 000

25 000

Subtotal

650 000

650 000

595 000

L-Irlanda

IE/09/01

90 000

60 000

30 000

Subtotal

90 000

60 000

30 000

Il-Greċja

EL/09/01

1 500 000

368 000

64 400

EL/09/02

210 000

0

0

Subtotal

1 710 000

368 000

64 400

Spanja

ES/09/01

530 000

530 000

265 000

ES/09/02

146 000

146 000

73 000

ES/09/03

99 000

99 000

49 500

ES/09/04

16 000

0

0

ES/09/05

28 000

28 000

14 000

ES/09/06

353 000

353 000

176 500

ES/09/07

800 000

800 000

760 000

ES/09/24

81 459

0

0

ES/09/28

141 120

141 120

70 560

ES/09/32

282 000

282 000

141 000

ES/09/35

360 000

360 000

342 000

Subtotal

2 836 579

2 739 120

1 891 560

Franza

FR/09/01

553 500

410 000

205 000

FR/09/02

130 000

130 000

65 000

FR/09/03

120 000

120 000

60 000

Subtotal

803 500

660 000

330 000

L-Italja

IT/09/01

220 000

55 000

27 500

Subtotal

220 000

55 000

27 500

Il-Litwanja

LT/09/01-01

27 000

27 000

25 650

Subtotal

27 000

27 000

25 650

L-Olanda

NL/09/01

300 000

300 000

285 000

NL/09/02

150 000

150 000

142 500

NL/09/03

40 000

40 000

38 000

NL/09/04

75 000

75 000

71 250

NL/09/11

30 000

0

0

NL/09/12

30 000

30 000

28 500

Subtotal

625 000

595 000

565 250

Il-Polonja

PL/09/01

93 000

64 000

32 000

PL/09/02

10 000

10 000

9 500

PL/09/03

30 000

30 000

28 500

Subtotal

133 000

104 000

70 000

Il-Portugall

PT/09/01-01

2 500

2 500

1 250

PT/09/01-02

218 250

194 000

97 000

PT/09/03

1 500

1 500

750

PT/09/04

7 000

7 000

3 500

PT/09/05-01

40 000

40 000

38 000

PT/09/05-02

30 000

30 000

28 500

PT/09/05-03

35 000

35 000

33 250

PT/09/05-04

125 000

125 000

118 750

PT/09/05-05

9 750

9 750

9 263

PT/09/05-06

9 000

9 000

8 550

Subtotal

478 000

453 750

338 813

Ir-Rumanija

RO/09/01

15 000

15 000

7 500

Subtotal

15 000

15 000

7 500

Il-Finlandja

FI/09/01

200 000

200 000

100 000

FI/09/02

20 000

20 000

10 000

FI/09/03

15 000

15 000

7 500

Subtotal

235 000

235 000

117 500

L-Iżvezja

SE/09/01

40 000

40 000

20 000

SE/09/02

80 000

80 000

76 000

SE/09/03

135 000

135 000

128 250

SE/09/04

80 000

80 000

76 000

SE/09/05

80 000

80 000

76 000

SE/09/06

50 000

50 000

47 500

SE/09/07

60 000

60 000

30 000

Subtotal

525 000

525 000

453 750

Ir-Renju Unit

UK/09/01

55 880

55 880

53 086

UK/09/03

56 916

56 916

54 071

UK/09/04

113 831

100 000

50 000

UK/09/25

10 245

10 245

9 733

UK/09/26

15 362

15 362

7 681

UK/09/27

3 415

4 000

2 000

UK/09/30

5 123

6 000

3 000

UK/09/34

1 890

1 890

1 796

UK/09/37

1 708

2 000

1 000

UK/09/43

17 758

0

0

UK/09/44

17 075

17 075

8 538

UK/09/45

13 660

13 660

6 830

UK/09/46

10 245

12 000

6 000

UK/09/47

1 196

1 196

598

UK/09/48

797

797

758

UK/09/60

570

570

285

UK/09/64

2 277

2 000

1 000

UK/09/65

4 241

4 241

2 121

UK/09/67

3 159

3 159

3 002

Subtotal

335 348

306 991

211 499

Total

10 472 451

8 648 885

6 252 408


ANNESS II

TAGĦMIR TAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Spanja

ES/09/15

90 000

90 000

45 000

ES/09/26

89 656

89 656

85 174

Subtotal

179 656

179 656

130 174

Franza

FR/09/04

1 098 000

1 098 000

366 000

FR/09/05

225 000

225 000

75 000

Subtotal

1 323 000

1 323 000

441 000

Malta

MT/09/01

22 000

22 000

7 500

Subtotal

22 000

22 000

7 500

Total

1 524 656

1 524 656

578 674


ANNESS III

SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI U TA’ RAPPURTAR ELETTRONIĊI

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Belġju

BE/09/01

280 000

280 000

266 000

BE/09/02

300 000

300 000

285 000

Subtotal

580 000

580 000

551 000

Il-Bulgarija

BG/09/06

25 000

25 000

23 750

BG/09/07

80 000

80 000

76 000

Subtotal

105 000

105 000

99 750

Id-Danimarka

DK/09/06

268 352

268 352

254 935

Subtotal

268 352

268 352

254 935

Spanja

ES/09/08

89 553

89 553

85 076

ES/09/09

31 732

31 732

30 146

ES/09/10

34 694

34 694

32 960

ES/09/11

72 764

72 764

69 126

ES/09/12

49 885

49 885

47 391

ES/09/13

7 431

0

0

ES/09/16

70 000

70 000

66 500

Subtotal

356 059

348 628

331 199

Il-Litwanja

LT/09/01-02

353 000

353 000

335 350

Subtotal

353 000

353 000

335 350

Malta

MT/09/02-01

8 400

8 400

7 980

MT/09/02-02

60 000

60 000

57 000

MT/09/02-03

2 000

2 000

1 900

MT/09/03

32 375

32 375

30 757

MT/09/04

97 200

97 200

92 340

Subtotal

199 975

199 975

189 977

L-Olanda

NL/09/05

40 000

40 000

38 000

NL/09/13

200 000

200 000

190 000

Subtotal

240 000

240 000

228 000

Il-Polonja

PL/09/04

64 883

64 883

61 639

PL/09/05-01

16 665

16 665

15 832

PL/09/05-04

18 443

18 443

17 521

PL/09/05-05

3 556

3 556

3 379

PL/09/05-07

25 000

25 000

23 750

PL/09/06

41 166

41 166

39 108

Subtotal

169 713

169 713

161 229

Il-Portugall

PT/09/02-01

53 500

53 500

50 825

PT/09/02-02

53 500

53 500

50 825

PT/09/06-01

133 000

133 000

126 350

PT/09/06-02

53 500

53 500

50 825

PT/09/06-03

12 000

12 000

11 400

Subtotal

305 500

305 500

290 225

Il-Finlandja

FI/09/04

550 000

550 000

522 500

Subtotal

550 000

550 000

522 500

L-Iżvezja

SE/09/08

300 000

300 000

285 000

Subtotal

300 000

300 000

285 000

Total

3 427 599

3 420 168

3 249 165


ANNESS IV

TAGĦMIR TA' REĠISTRAZZJONI U TA' RAPPURTAR ELETTRONIKU

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Belġju

BE/09/03

225 000

225 000

213 750

Subtotal

225 000

225 000

213 750

Id-Danimarka

DK/09/07

134 176

134 176

127 468

Subtotal

134 176

134 176

127 468

Il-Ġermanja

DE/09/05

90 000

90 000

85 500

Subtotal

90 000

90 000

85 500

L-Estonja

EE/09/03

50 000

50 000

47 500

Subtotal

50 000

50 000

47 500

Il-Greċja

EL/09/03

7 510 000

7 510 000

4 146 000

Subtotal

7 510 000

7 510 000

4 146 000

Spanja

ES/09/14

2 000 000

0

0

Subtotal

2 000 000

0

0

Franza

FR/09/06

225 000

225 000

213 750

Subtotal

225 000

225 000

213 750

Malta

MT/09/05

763 200

763 200

715 500

+ MT/09/02-04

 

 

 

Subtotal

763 200

763 200

715 500

L-Olanda

NL/09/06

1 800 000

1 800 000

1 710 000

Subtotal

1 800 000

1 800 000

1 710 000

Il-Polonja

PL/09/05-02

109 200

109 200

103 740

PL/09/05-03

46 800

46 800

44 460

PL/09/05-06

39 000

39 000

37 050

Subtotal

195 000

195 000

185 250

Ir-Rumanija

RO/09/02

50 000

50 000

47 500

Subtotal

50 000

50 000

47 500

L-Iżvezja

SE/09/09

300 000

300 000

285 000

SE/09/10

200 000

200 000

190 000

Subtotal

500 000

500 000

475 000

Ir-Renju Unit

UK/09/02

418 896

418 896

397 952

Subtotal

418 896

418 896

397 952

Total

13 961 272

11 961 272

8 365 170


ANNESS V

PROĠETTI PILOTA

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Bulgarija

BG/09/08

25 000

25 000

23 750

Subtotal

25 000

25 000

23 750

Spanja

ES/09/34

96 887

96 887

92 043

Subtotal

96 887

96 887

92 043

L-Iżvezja

SE/09/11

40 000

40 000

38 000

SE/09/12

200 000

200 000

190 000

Subtotal

240 000

240 000

228 000

Total

361 887

361 887

343 793


ANNESS VI

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U TA’ SKAMBJU

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Bulgarija

BG/09/09

70 000

70 000

35 000

Subtotal

70 000

70 000

35 000

Il-Ġermanja

DE/09/03

21 000

21 000

10 500

DE/09/04

5 000

5 000

2 500

Subtotal

26 000

26 000

13 000

L-Estonja

EE/09/04

6 000

6 000

3 000

Subtotal

6 000

6 000

3 000

L-Irlanda

IE/09/02

30 000

30 000

15 000

Subtotal

30 000

30 000

15 000

Spanja

ES/09/17

25 920

25 920

12 960

ES/09/25

70 690

70 690

35 345

ES/09/33

22 000

22 000

11 000

Subtotal

118 610

118 610

59 305

Franza

FR/09/07

115 000

115 000

57 500

Subtotal

115 000

115 000

57 500

L-Italja

IT/09/02

6 871 585

0

0

IT/09/03

342 000

0

0

IT/09/04

26 340

26 340

13 170

IT/09/05

30 000

30 000

15 000

IT/09/06

880 000

880 000

440 000

Subtotal

8 149 925

936 340

468 170

Il-Litwanja

LT/09/02

14 500

14 500

7 250

Subtotal

14 500

14 500

7 250

Malta

MT/09/06

18 300

18 300

9 150

Subtotal

18 300

18 300

9 150

L-Olanda

NL/09/14

45 000

45 000

22 500

NL/09/15

25 000

25 000

12 500

NL/09/16

45 000

45 000

22 500

Subtotal

115 000

115 000

57 500

Il-Finlandja

FI/09/05

30 000

30 000

15 000

Subtotal

30 000

30 000

15 000

L-Iżvezja

SE/09/13

50 000

50 000

25 000

Subtotal

50 000

50 000

25 000

Ir-Renju Unit

UK/09/05

3 415

3 415

1 708

UK/09/06

27 456

27 456

13 728

UK/09/07

11 201

11 201

5 601

UK/09/08

29 141

29 141

14 571

UK/09/09

75 812

75 812

37 906

UK/09/10

18 031

0

0

UK/09/11

23 313

0

0

UK/09/12

46 443

0

0

UK/09/13

12 021

0

0

UK/09/14

3 643

0

0

UK/09/15

8 538

8 538

4 269

UK/09/17

6 830

6 830

3 415

UK/09/28

2 163

2 163

1 082

UK/09/29

797

0

0

UK/09/36

2 145

0

0

UK/09/38

975

975

488

UK/09/39

171

171

86

UK/09/49

3 415

3 415

1 708

UK/09/50

530

0

0

UK/09/51

3 415

3 415

1 708

UK/09/52

5 692

5 692

2 846

UK/09/61

2 277

2 277

1 139

UK/09/62

2 049

2 049

1 025

UK/09/63

1 025

1 025

513

Subtotal

290 498

183 575

91 793

Total

9 033 833

1 713 325

856 668


ANNESS VII

SKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZJONI

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Ir-Renju Unit

UK/09/40

11 384

11 384

5 692

UK/09/53

18 213

0

0

UK/09/54

36 426

0

0

Subtotal

66 023

11 384

5 692

Total

66 023

11 384

5 692


ANNESS VIII

ANALIŻI U VALUTAZZJONI TAL-ISPIŻA

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Bulgarija

BG/09/10

12 000

12 000

6 000

Subtotal

12 000

12 000

6 000

Total

12 000

12 000

6 000


ANNESS IX

INIZJATTIVA GĦAT-TRAWWIM TA’ KUXJENZA DWAR IR-REGOLI TAL-PKS

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Spanja

ES/09/27

165 518

165 518

124 139

Subtotal

165 518

165 518

124 139

Franza

FR/09/08

15 000

10 000

7 500

Subtotal

15 000

10 000

7 500

L-Italja

IT/09/07

200 000

0

0

IT/09/08

140 000

140 000

105 000

IT/09/09

120 000

120 000

90 000

IT/09/10

110 000

110 000

82 500

Subtotal

570 000

370 000

277 500

Il-Litwanja

LT/09/03

13 400

13 400

10 050

Subtotal

13 400

13 400

10 050

Il-Finlandja

FI/09/06

5 000

5 000

4 750

Subtotal

5 000

5 000

4 750

L-Iżvezja

SE/09/14

100 000

100 000

75 000

Subtotal

100 000

100 000

75 000

Ir-Renju Unit

UK/09/18

11 384

0

0

UK/09/19

11 384

0

0

UK/09/20

8 538

0

0

UK/09/21

22 767

0

0

UK/09/22

17 075

17 075

12 807

UK/09/23

17 075

17 075

12 807

UK/09/55

911

0

0

Subtotal

89 134

34 150

25 614

Total

958 052

698 068

524 553


ANNESS X

BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA

(f’Eur)

Stat Membru u l-kodiċi tal-proġett

L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

L-ispiża eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Greċja

EL/09/04

3 000 000

1 050 000

525 000

EL/09/05

4 647 000

0

0

Subtotal

7 647 000

1 050 000

525 000

Spanja

ES/09/18

3 000 000

3 000 000

1 500 000

ES/09/19

2 000 000

2 000 000

1 000 000

ES/09/20

1 344 450

1 344 450

672 470

ES/09/21

1 397 414

1 397 414

698 707

ES/09/22

34 483

0

0

ES/09/23

84 207

0

0

ES/09/29

92 400

0

0

ES/09/30

3 381 840

3 381 840

1 690 920

ES/09/31

130 000

0

0

Subtotal

11 464 794

11 123 704

5 562 097

Franza

FR/09/09

150 000

0

0

Subtotal

150 000

0

0

L-Italja

IT/09/11

5 000 000

5 000 000

2 500 000

IT/09/12

3 700 000

0

0

IT/09/13

1 950 000

0

0

Subtotal

10 650 000

5 000 000

2 500 000

L-Olanda

NL/09/07

25 000

0

0

NL/09/08

70 000

0

0

NL/09/09

100 000

0

0

NL/09/10

100 000

0

0

NL/09/17

70 000

0

0

Subtotal

365 000

0

0

Ir-Rumanija

RO/09/03

15 000

15 000

7 500

Subtotal

15 000

15 000

7 500

Il-Finlandja

FI/09/07

100 000

0

0

Subtotal

100 000

0

0

Ir-Renju Unit

UK/09/24

2 845 760

2 561 184

1 280 592

UK/09/31

48 378

0

0

UK/09/32

19 921

0

0

UK/09/33

2 846

0

0

UK/09/41

45 886

0

0

UK/09/42

24 851

0

0

UK/09/56

25 043

0

0

UK/09/57

11 839

0

0

UK/09/58

22 767

22 767

11 384

UK/09/59

56 916

56 916

28 458

UK/09/66

5 692

5 692

2 846

Subtotal

3 109 899

2 646 559

1 323 280

Total

33 501 693

19 835 263

9 917 877