ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.263.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
7 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 929/2009 tas-6 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2009 tas-6 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2009 tal-5 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fis-subdiviżjoni 28.1 tal-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/2009 tal-5 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju f’VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2009 tas-6 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija

9

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà ( 1 )

11

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/739/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2009 li tistipula l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri taħt il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7493)  ( 1 )

32

 

 

2009/740/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2009 li tagħti deroga lil-Franza skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7514)

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 929/2009

tas-6 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,7

ZZ

28,7

0707 00 05

TR

114,4

ZZ

114,4

0709 90 70

TR

110,4

ZZ

110,4

0805 50 10

AR

93,2

CL

77,5

TR

80,9

ZA

69,8

ZZ

80,4

0806 10 10

BR

235,1

EG

159,5

TR

103,6

US

152,0

ZZ

162,6

0808 10 80

BR

63,0

CL

87,3

NZ

70,3

US

80,3

ZA

67,3

ZZ

73,6

0808 20 50

AR

82,8

CN

58,3

TR

97,2

ZA

78,9

ZZ

79,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 930/2009

tas-6 ta’ Ottubru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/2010 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 928/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/2010, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 262, 6.10.2009, p. 38.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-7 ta’ Ottubru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,59

0,61

1701 11 90  (1)

35,59

4,23

1701 12 10  (1)

35,59

0,47

1701 12 90  (1)

35,59

3,93

1701 91 00  (2)

40,52

5,31

1701 99 10  (2)

40,52

2,18

1701 99 90  (2)

40,52

2,18

1702 90 95  (3)

0,41

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 931/2009

tal-5 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fis-subdiviżjoni 28.1 tal-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2009 (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1

(3)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 6.


ANNESS

Nru

E2/EE/BS/001

Stat membru

L-Estonja

Stokk

HER/03D.RG

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

Subdiviżjoni 28.1.

Data

12.7.2009


7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 932/2009

tal-5 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju f’VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ XII u XIV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi li jistadu skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

22/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

POK/561214

Speċi

Pollakkju (Pollachius virens)

Żona

VI; l-ilmijiet tal-KE ta’ Vb; L-ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV

Data

1.9.2009


7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2009

tas-6 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta’ April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 dwar is-sistema tan-negozju għall-prodotti agrikoli [traduzzjoni mhix uffiċjali] (3) jistabbilixxi s-sistema ta’ preferenzi li jgħoddu fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fit-Turkija (4), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1396/98 (5), stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur u stabbilixxa regoli dettaljati għal ġestjoni tagħhom.

(3)

L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f’setturi agrikoli oħrajn, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti msemmija f’dan ir-Regolament jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) (6).

(4)

Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota msemmija f’dan ir-Regolament ma titqiesx bħala kritika fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Madankollu ma jistax jiġi eskluż li tista’ ssir kritika skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu, minħabba ċirkustanzi ġodda.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għandu jitħassar u jinbidel b’Regolament ġdid. Madankollu huwa f’loku li r-Regolament imsemmi jinżamm applikabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għall-perjodi tal-kwota tal-importazzjoni ta’ qabel dawk koperti b’dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwota tariffarja, indikata fl-Anness, għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni).

2.   Il-kwoti indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax.

Artikolu 2

It-tqegħid fil-kummerċ ħieles tal-prodotti importati skont il-kwota prevista fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ prova tal-oriġini, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Protokoll Nru 3 anness għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE - Turkija.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għandu jitħassar. Madankollu, jibqa’ japplika għad-dazji mnissla minn liċenzji maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2010 u sal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 113, 15.4.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.

(5)  ĠU L 187, 1.7.1998, p. 41.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Dazju doganali skont il-kwota tariffarja

(f’EUR/tunnellata)

Kwota tariffarja annwali

(f’tunnellati, piż nett)

09.0244

0207 25 10

170

1 000

0207 25 90

186

0207 27 30

134

0207 27 40

93

0207 27 50

339

0207 27 60

127

0207 27 70

230


DIRETTIVI

7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


DIRETTIVA 2009/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April, 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (3), it-tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru, 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (4), it-tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE tal-14 ta’ Mejju, 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (5) u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju, 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ir-raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-vetturi) (6) ġew emendati kemm-il darba, (7) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dawn l-erba’ Direttivi għandhom jiġu kodifikati kif ukoll id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE tal-11 ta’ Mejju, 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE, 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (8).

(2)

Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur) hi ta’ importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta’ assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi ta’ inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta’ assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, konklużi fil-Komunità. Assigurazzjoni ta’ vetturi b’mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta’ persuni u vetturi. Għaldaqstant l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-Komunità għandu jkun għan ewlieni.

(3)

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu hi koperta b’assigurazzjoni. Il-limitu tar-responsabbiltà koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ din il-kopertura għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ dawk il-miżuri.

(4)

Sabiex tiġi eskluża kull interpretazzjoni ħażina possibbli ta’ din id-Direttiva u jkun iktar faċli li tikseb assigurazzjoni li tkopri vetturi li għandhom reġistrazzjoni temporanja, id-definizzjoni tat-territorju fejn il-vettura tkun normalment ibbażata għandha tirreferi għat-territorju tal-Istat li l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni tiegħu, kemm jekk tkun pjanċa permanenti kif ukoll temporanja.

(5)

Waqt li jkun osservat il-kriterju ġenerali tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni biex jiġi determinat it-territorju li fih il-vettura hi normalment ibbażata, għandha tiġi stabbilita regola speċjali fil-każ ta’ inċidenti kkawżati minn vettura mingħajr pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew li jkollha pjanċa ta’ reġistrazzjoni li ma tkunx tikkorrispondi jew ma tkunx għadha tikkorrispondi mal-vettura. F’dan il-każ u għall-iskop ewlieni li jiġu solvuti l-pretensjonijiet, it-territorju fejn il-vettura hi bbażata għandu jkun ikkunsidrat bħala t-territorju fejn sar l-inċident.

(6)

Projbizzjoni ta’ kontrolli sistematiċi fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għandha tapplika għal vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll għal dawk li normalment huma bbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz iżda li jkunu deħlin mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Huma biss kontrolli li mhumiex sistematiċi, ma jiddiskriminawx u jiġu mwettqa bħala parti minn kontroll li mhux immirat esklussivament għall-verifika ta’ assigurazzjoni li jistgħu jiġu permessi.

(7)

It-tneħħija ta’ kontrolli tal-karti ħodor għal vetturi normalment ibbażati fi Stat Membru li jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tista’ tkun effettwata permezz ta’ ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi, fejn kull uffiċċju nazzjonali jiggarantixxi kumpens skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ xi telf jew korriment li jagħti dritt għal kumpens ikkawżat fit-territorju tiegħu minn waħda minn dawk il-vetturi, kemm jekk assigurata u kemm jekk le.

(8)

Din il-garanzija tippresupponi li l-vetturi bil-mutur Komunitarji kollha li jivjaġġaw fit-territorju tal-Komunità huma koperti b’assigurazzjoni. Il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandha, għalhekk, tipprovdi għall-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi kontra responsabilta’ ċivili, u l-assigurazzjoni għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Komunità.

(9)

Is-sistema prevista f’din id-Direttiva tista’ tiġi estiża għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu l-uffiċċju nazzjonali tal-Istati Membri jkunu kkonkludew ftehim simili.

(10)

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ vetturi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi pubbliċi jew privati. F’każ ta’ inċidenti kkawżati minn tali vetturi, l-Istat Membru li jkun qed juża d-deroga għandu jinnomina awtorità jew korp sabiex jikkumpensa għad-dannu lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati fi Stat Membru ieħor. Għandu jiġi żgurat li kumpens xieraq jitħallas mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi meta jkunu f’pajjiż ieħor iżda wkoll lill-vittmi ta’ inċidenti li jseħħu fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata, sew jekk ikunu jew ma jkunux residenti fit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-kumpens ta’ vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn tali vetturi tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni.

(11)

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jaġixxi b’deroga mill-obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li għandhom pjanċa speċjali. F’dak il-każ, l-Istati Membri l-oħra jistgħu jeżiġu, fid-dħul għat-territorju tagħhom, karta ħadra valida jew kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-fruntieri, sabiex jiżguraw l-għoti ta’ kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi fit-territorji tagħhom. Iżda, billi t-tneħħija ta’ kontrolli tal-fruntieri fi ħdan il-Komunità tkun tfisser li m’għadux aktar possibbli li tiġi żgurata li l-vetturi li qed jaqsmu l-fruntiera huma koperti mill-assigurazzjoni, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati f’pajjiż ieħor ma jistax jiġi garantit. Għandu jiġi żgurat li l-kumpens dovut jingħata mhux biss lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi meta barra minn pajjiżhom, iżda wkoll lil vittmi ta’ inċidenti kkawżati fl-Istat Membru fejn il-vettura hi normalment ibbażata. Għal dan l-għan, Stati Membri għandhom jittrattaw lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawk il-vetturi bl-istess mod bħal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati. Tabilħaqq, kumpens għal vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati għandhom jitħallsu mill-korp ta’ indennizz tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. Fejn isir ħlas lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li huma soġġetti għad-deroga, il-korp ta’ indennizz għandu jkollu pretensjoni kontra l-korp tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun ibbażata. Wara ċertu perijodu biex tkun tista’ tiġi implimentata u applikata din il-possibbiltà ta’ deroga, u filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minnha, il-Kummissjomi għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti għas-sostituzzjoni jew it-tħassir tagħha bil-għan li tiġi emendata jew imħassra.

(12)

L-obbligi tal-Istati Membri li jiggarantixxu assigurazzjoni li tkopri mill-inqas ċerti ammonti minimi tikkostitwixxi element importanti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-vittmi. L-ammont minimu ta’ kopertura għal dannu personali għandu jkun ikkalkolat b’mod li l-vittmi kollha li jkunu sofrew dannu serju jkunu kumpensati b’mod sħiħ u ġust, filwaqt li jittieħed kont tal-frekwenza baxxa ta’ inċidenti li jinvolvu numru ta’ vittmi u n-numru zgħir ta’ inċidenti li fihom numru ta’ vittmi jsofru danni serji ħafna matul l-istess inċident. Għandu jiġi provdut ammont minimu ta’ kopertura għal kull vittma għal kull pretensjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ dawn l-ammonti minimi, għandu jiġi stabbilit perijodu ta’ tranżizzjoni. Madanakollu, għandu jkun provdut perijodu li jkun aqsar mill-perijodu ta’ tranżizzjoni li fih l-Istati Membri għandhom iżidu l-ammonti minimi għal mill-inqas nofs il-livelli li għalihom ikunu jipprovdu.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-ammont minimu ta’ kopertura ma jonqosx tul iż-żmien, għandha tiġi stabbilita klawżola ta’ reviżjoni perjodika billi jintuża bħala punt ta’ referenza l-Indiċi Ewropew ta’ Prezzijiet tal-Konsumaturi (EICP), ippubblikat mill-Eurostat, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar indiċi armonizzati ta’ prezzijiet tal-konsumatur (9). Għandhom jiġu stabbiliti wkoll ir-regoli ta’ proċedura li jirregolaw tali reviżjoni.

(14)

Huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall-korp li jkun jiggarantixxi li l-vittma ma tibqax mingħajr kumpens meta l-vettura li tkun ikkaġunat l-inċident ma tkunx koperta b’assigurazzjoni jew ma tkunx identifikata. Huwa importanti li jiġi provdut li l-vittma ta’ dak l-inċident tkun tista’ tapplika direttament lil dak il-korp bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt. Madanakollu, Stati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw ċerti esklużjonijiet limitati fir-rigward ta’ ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp u li jipprovdu li kumpens għal ħsara lil propjetà kkaġunata minn vettura mhux identifikata jista’ jkun limitat jew eskluż minħabba perikolu ta’ frodi.

(15)

Huwa fl-interess ta’ vittmi li l-effetti ta’ ċerti klawsoli ta’ esklużjoni jkunu limitati għar-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-persuna reponsabbli għall-inċident. Madanakollu, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew akkwistati bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li kumpens għandu jitħallas mill-korp imsemmi hawn fuq.

(16)

Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq dak il-korp, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ ċerti eċċessi meta l-korp jipprovdi kumpens għal ħsara lil proprjetà kkaġunata minn vetturi li ma jkunux assigurati jew, skont il-każ, vetturi misruqa jew akkwistati bi vjolenza.

(17)

Il-possibbiltà li tillimita jew teskludi kumpens leġittimu tal-vittmi abbażi tal-fatt li l-vettura ma tkunx identifikata m’għandhiex tapplika fejn il-korp ta’ indennizz ħallas kumpens għal danni personali konsiderevoli lil kull vittma ta’ inċident fejn tkun saret ħsara lill-proprjetà. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess sal-limitu stabbilit f’din id-Direttiva li għalih tkun responsabbli l-vittma tal-ħsara lill-proprjetà. Il-kondizzjonijiet għal danni personali li għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu determinati mill-leġislazzjoni nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun sar l-inċident. Meta jkun qed jistabbilixxi dawn il-kondizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu f’kunsiderazzjoni, inter alia, jekk l-offiża kinitx teħtieġ kura fi sptar.

(18)

Fir-rigward ta’ inċident ikkawżat minn vettura li ma tkunx assigurata, il-korp li jħallas kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi li ma jkunux assigurati jew identifikati ikun jinsab f’qagħda aħjar mill-vittma li jieħu azzjoni kontra l-parti responsabbli. Għalhekk, għandu jkun stabbilit li dan il-korp m’għandux jitlob mill-vittma, jekk għandu jkun ikkumpensat, li jistabbilixxi li l-parti responsabbli ma tkunx tista’ jew tiċħad li tħallas.

(19)

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-korp li hemm referenza għalih hawn qabel u l-assiguratur ta’ responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma tal-inċident, l-Istati Membri, biex jevitaw xi dewmien fil-pagament tal-kumpens lill-vittma, għandhom jassiguraw li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens sakemm il-kwistjoni tkun risolta.

(20)

Il-vittmi tal-inċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn fil-Komunità jseħħu l-inċidenti.

(21)

Il-membri tal-familja tal-persuna assigurata, tax-xufier jew ta’ xi persuna oħra responsabbli għandhom jingħataw protezzjoni paragunabbli għal dik ta’ partijiet terzi oħra, f’kull każ fir-rigward tal-korrimenti personali tagħhom.

(22)

Danni personali u ħsara lill-proprjetà sofferti minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u persuni li jużaw it-triq mingħajr vetturi bil-mutur, li s-soltu huma l-partijiet l-iżjed dgħajfa f’inċident, għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura involuta fl-inċident fejn dawn il-persuni jkunu intitolati għall-kumpens skont il-liġi ċivili nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax ir-responsabbiltà ċivili jew il-livell tal-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ inċident speċifiku, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.

(23)

L-inklużjoni fil-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ kull passiġġier fil-vettura hi kisba kbira tal-leġislazzjoni eżistenti. Dan l-objettiv jitqiegħed fil-periklu jekk il-leġislazzjoni nazzjonali jew xi klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni tkun teskludi l-passiġġieri milli jkunu assigurati minħabba li kienu jafu jew misshom kienu jafu li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew ta’ droga fil-ħin tal-inċident. Il-passiġġier normalment ma jkunx f’pożizzjoni li jivvaluta sew il-livell ta’ intossikazzjoni tas-sewwieq. L-għan li tiskoraġġixxi persuni milli jsuqu meta jkunu taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew ta’ xi droga ma jintlaħaqx billi jitnaqqas il-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni għall-passiġġieri li jkunu vittmi ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur. Il-kopertura ta’ dawk il-passiġġieri taħt l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura ma tippreġudikax xi responsabbiltà li jista’ jkollhom skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tkun tapplika, lanqas il-livell tal-għoti ta’ danni f’inċident speċifiku.

(24)

Il-poloz kollha tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi bil-mutur għandhom ikopru it-territorju kollu tal-Komunità.

(25)

Xi impriżi ta’ assigurazzjoni jinserixxu fil-polzi ta’ assigurazzjoni tagħhom klawżola li għandha l-effett li l-polza titħassar jekk il-vettura assigurata tibqa’ barra mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn dak speċifikat. Din il-prattika hi f’kunflitt mal-prinċipju stabbilit f’din id-Direttiva, li skont hu l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri, abbażi ta’ premium wieħed, it-territorju kollu tal-Komunità. Għandu għalhekk jiġi speċifikat li l-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tibqa’ valida tul il-perijodu kollu tal-kuntratt, irrispettivament jekk il-vettura tibqax fi Stat Membru ieħor għal perijodu partikolari, mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi.

(26)

Fl-interess tal-parti assigurata, kull polza tal-assigurazzjoni għandha tiggarantixxi għal premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa bil-liġi tal-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik il-kopertura tkun akbar.

(27)

Għandhom jittieħdu passi biex isir iktar faċli sabiex tinkiseb kopertura ta’ assigurazzjoni għal vetturi impurtati minn Stat Membru għal ieħor, anke jekk il-vettura għadha mhix reġistrata fl-Istat Membru destinatarju. Għandha tingħata deroga temporanja mir-regola ġenerali li tiddetermina l-Istat Membru fejn jinsab ir-riskju. Għal perjodu ta’ tletin ġurnata mid-data ta’ meta l-vettura tkun ikkunsinjata, tkun disponibbli jew mibgħuta lix-xerrej, l-Istat Membru destinatarju għandu jkun ikkunsidrat li jkun l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju.

(28)

Kull persuna li tkun tixtieq tagħmel kuntratt ġdid ta’ assigurazzjoni ta’ vettura bil-mutur ma’ assiguratur ieħor għandha tkun f’pożizzjoni li tiġġustifika r-rendikont ta’ pretensjonijiet tagħha taħt il-polza l-qadima. Persuni li għandhom poloz ta’ assigurazzjoni għandu jkollhom id-dritt li jitolbu f’kull ħin stqarrija li tikkonċerna l-pretensjonijiet, jew in-nuqqas ta’ pretensjonijiet, li jinvolvu l-vettura jew vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali. L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew kull korp li jista’ jinħatar minn Stat Membru biex jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandu jipprovdi din l-istqarrija lill-persuna li jkollha l-polza ta’ assigurazzjoni fi żmien ħmistax-il jum minn meta ssir it-talba.

(29)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni kif suppost għall-vittmi ta’ inċidenti ta’ vettura bil-mutur, l-Istati Membri m’għandhomx jippermettu li impriżi ta’ assigurazzjoni jserrħu fuq eċċessi kontra l-parti li tkun sofriet id-danni.

(30)

Id-dritt li tinvoka kuntratt ta’ assigurazzjoni u li tagħmel pretensjoni direttament kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni hija ta’ importanza kbira għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti ta’ vetturi bil-mutur. Sabiex jiġi faċilitat ħlas ta’ pretensjonijiet effiċjenti u malajr u sabiex jiġu evitati safejn hu possibbli proċeduri legali għaljin, għandha jkun stabbilit dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-intrapriza ta’ assigurazzjoni li tkun tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili għal vittmi ta’ kull inċident b’vettura bil-mutur.

(31)

Sabiex tiġi msaħħa l-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur, proċedura ta’ “offerta raġunata” għandha tiġi estiża għal kull xorta ta’ inċident b’vettura bil-mutur. Din l-istess proċedura għandha tapplika wkoll mutatis mutandis fejn l-inċident tagħmel tajjeb għalih is-sistema tal-uffiċju nazzjonali tal-assiguraturi.

(32)

Skont l-Artikolu 11(2) moqri flimkien mal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru, 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l- eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (10), il-partijiet li jkunu sofrew ħsara jistgħu jiftħu proċeduri legali kontra assiguraturi kontra r-responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati.

(33)

Is-sistema ta’ uffiċċju tal-karta ħadra tassigura l-pagament malajr tal-pretensjonijiet fil-pajjiż ta’ min ikun sofra korriment, anki meta l-parti l-oħra tkun ġejja minn pajjiż Ewropew differenti.

(34)

Il-partijiet li jsofru ħsara b’riżultat ta’ inċident b’vettura bil-mutur li jaqa’ l-għan ta’ din id-Direttiva u li jseħħ fi Stat li ma jkunx dak tar-residenza tagħhom għandhom ikunu intitolati li jagħmlu talba fl-Istat Membru tar-residenza kontra rappreżentant għall-pretensjonijiet maħtur f’dak l-Istat Membru mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-parti responsabbli. Din is-soluzzjoni tkun tiffaċilita li l-ħsara sofferta mill-partijiet li jkunu sofrew ħsara barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom tiġi trattata bi proċeduri li jkunu familjari magħhom.

(35)

Din is-sistema li jkun hemm rappreżentanti għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara ma tkun taffetwa bl-ebda mod la s-sustanza tal-liġi li għandha tkun applikata f’kull każ individwali u lanqas il-materja ta’ ġurisdizzjoni.

(36)

L-eżistenza ta’ dritt ta’ azzjoni diretta għall-parti li tkun sofriet ħsara kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni hija supplement loġiku għall-ħatra ta’ dawk ir-rappreżentanti u aktar minn hekk ittejjeb il-pożizzjoni legali tal-partijiet li jkunu sofrew danni b’riżultat ta’ inċidenti b’vettura bil-mutur li jseħħ barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

(37)

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex l-Istat Membru ta’ fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun awtorizzata, ikun jeħtieġ li dik l-impriża taħtar rappreżentanti għall-pretensjonijiet li jkunu jew residenti jew stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn inċidenti bħal dawk u li jieħdu l-azzjoni xierqa biex iħallsu l-pretensjonijiet f’isem u akkont tal-impriża ta’ assigurazzjoni, inkluż il-pagament ta’ kumpens. Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ persuni li jsofru danni minn inċidenti bħal dawk, kif ukoll biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni quddiem awtoritajiet nazzjonali inklużi, meta xieraq, quddiem il-qrati, sakemm dan ikun kompatibbli mar-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.

(38)

L-attivitajiet tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet danni jekk ir-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ma jkunux jipprovdu għal dan.

(39)

Il-ħatra ta’ rappreżentanti responsabbli għall-pretensjonijiet għandha tkun waħda mill-kundizzjonijiet għal aċċess għal u t-tkomplija tal-attività ta’ assigurazzjoni mniżżla fil-parti 10 tal-punt A tal-Anness tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (11), ħlief għar-responsabbiltà ċivili tat-trasportatur u l-kundizzjonijiet għall-ezerċizzju ta’ dik l-attivita’. Dik il-kundizzjoni għandha għalhekk tkun koperta b’awtorizzazzjoni uffiċjali waħda maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tistabbilixxi l-uffiċju prinċipali tagħha, kif speċifikat fit-Titolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (12). Dik il-kundizzjoni għandha wkoll tkun tapplika għal impriżi ta’ assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità li jkunu akkwistaw awtorizzazzjoni li tagħtihom aċċess għall-attività ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru tal-Komunità.

(40)

Minbarra li wieħed jassigura li impriża ta’ assigurazzjoni jkollha rappreżentant fl-Istat ta’ residenza tal-parti li ssofri danni, huwa xieraq li jkun iggarantit id-dritt speċifiku tal-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara li jkollha l-pretensjoni tagħha ttrattata minnufih. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm inklużi fil-liġi nazzjonali sanzjonijiet finanzjarji sistematiċi u effettivi jew amministrattivi ekwivalenti xierqa — bħal ma huma inġunzjonijiet flimkien ma’ multi amministrattivi, rappurtaġġ lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza fuq bażi regolari, kontrolli fil-post, pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali u fl-istampa, is-sospensjoni tal-attivitajiet tal-kumpannija (il-projbizzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ġodda għal perijodu speċifiku), ħatra ta’ rappreżentant speċjali tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza responsabbli li jara li dak in-negozju jkun immexxi skont il-liġijiet tal-assigurazzjoni, it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni għal din ix-xorta ta’ negozju, sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti fuq diretturi u impjegati tat-tmexxija — fil-każ li l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jonqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jagħmlu offerta ta’ kumpens f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Din m’għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’ kull miżura oħra, speċjalmenet taħt il-liġi ta’ sorveljanza, li tista’ tkun meqjusa xierqa. Madanakollu, hija kundizzjoni li r-responsabbiltà u l-ħsara sofferta ma jkunux kontestati, sabiex l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun tista’ tagħmel offerta raġunata fil-perijodu ta’ żmien preskritt. L-offerta ta’ kumpens raġunata għandha tkun bil-miktub u jkun fiha l-bażi li fuqha jkunu ġew stmati r-responsabbiltà u l-ħsara.

(41)

Minbarra dawk is-sanzjonijiet, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni li permezz tagħha għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti minn qorti lill-parti li tkun sofriet ħsarali tkun sofriet ħsara meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien stabbilit. Jekk l-Istati Membri jkollhom regoli nazzjonali eżistenti li jkopru l-ħtiġiet għal imgħax fuq pagamenti tard din id-dispożizzjoni tista’ tkun implimentata b’referenza għal dawn ir-regoli.

(42)

Il-partijiet li jkunu sofrew ħsara b’riżultat ta’ inċidenti b’vetturi bil-mutur kultant ikollhom id-diffikultà li jistabbilixxu l-isem tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tipprovdi assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur li jkunu involuti f’inċident.

(43)

Fl-interess ta’ dawn il-partijiet li jkunu sofrew ħsara, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentri ta’ informazzjoni biex jassiguraw li din l-informazzjoni dwar kull inċident li jinvolvi vettura bil-mutur, tkun disponibbli mingħajr dewmien. Dawn iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom ukoll jagħmlu informazzjoni dwar ir-rappreżentanti għall-pretensjonijiet disponibbli lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara. Huwa meħtieġ li dawn iċ-ċentri jikkooperaw ma’ xulxin u jwieġbu malajr għat-talbiet għal informazzjoni dwar rappreżentanti għall-pretensjonijiet magħmula minn ċentri ta’ informazzjoni fi Stati Membri oħrajn. Jidher li huwa xieraq li dawn iċ-ċentri jiġbru informazzjoni dwar id-data ta’ terminazzjoni effettiva tal-kopertura ta’ assigurazzjoni imma mhux dwar l-iskadenza tal-validità oriġinali tal-polza jekk it-tul tal-kuntratt ikun estiż minħabba nuqqas ta’ kanċellazzjoni.

(44)

Għandha ssir dispożizzjoni speċifika fir-rigward ta’ vetturi (per eżempju, vetturi tal-gvern jew tal-militar) li jidħlu fl-eżenzjonijiet mill-obbligu li jkunu assigurati kontra responsabbiltà ċivili.

(45)

Il-parti li tkun sofriet ħsara jista’ jkollha interess leġittimu li tkun infurmata dwar l-identità tas-sid jew tax-xufier normali jew tad-detentur iddikjarat tal-vettura, per eżempju jekk hi tkun tista’ takkwista kumpens biss minn dawk il-persuni minħabba li l-vettura ma tkunx assigurata kif xieraq jew li l-ħsara tkun teċċedi is-somma assigurata, f’liema każ din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll.

(46)

Ċerta informazzjoni mogħtija, bħall-isem u l-indirizz tas-sid jew tax-xufier normali tal-vettura u n-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, tikkostitwixxi data personali fit-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (13). L-ipproċessar ta’ dik id-data li hi meħtieġa għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandu għalhekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46/KE. L-isem u l-indirizz tax-xufier normali għandhom jingħataw biss jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tipprovdi għal hekk.

(47)

Biex ikun assigurat li l-parti li tkun sforiet ħsara ma tibqax mingħajr kumpens li għalih tkun intitolata, huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għal korp ta’ indennizz li lilu l-parti li tkun sofriet danni tkun tista’ tapplika meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant jew li tkun manifestament qed tittardja l-pagament ta’ pretensjoni jew meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikatali tkun sofriet ħsara. L-intervent ta’ korp ta’ indennizz għandu jkun limitat għal każi individwali rari meta l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli tkun konformi mad-doveri tagħha minkejja li jkun hemm l-effett diswassiv tal-impożizzjoni possibbli ta’ sanzjonijiet.

(48)

Ir-rwol meħud minn korp ta’ indennizz hu dak li jwettaq il-pretensjoni fir-rigward ta’ xi telf jew korriment soffert mill-parti li tkun sofriet ħsara li tkun sofriet ħsara fil-każi biss li jistgħu jkunu objettivament iddeterminati u għalhekk il-korp ta’ indennizz għandu jillimita l-attività tiegħu li jivverifika li offerta għal kumpens tkun saret skont il-limiti ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti, mingħajr ma ssir stima tal-merti.

(49)

Persuni ġuridiċi li bil-liġi huma surrogati lill-parti li tkun sofriet ħsara fil-pretensjonijiet tagħha kontra l-persuna responsabbli għall-inċident jew tal-impriża ta’ assigurazzjoni ta’ dan tal-aħħar (bħal ma huma, per eżempju, impriżi oħra ta’ assigurazzjoni jew korpi ta’ sigurtà soċjali) m’għandhomx ikunu intitolati li jippreżentaw pretensjoni korrispondenti lill-korp ta’ indennizz.

(50)

Huwa meħtieġ li l-korp ta’ indennizz għandu jkollu d-dritt ta’ surroga safejn hu jkun indennizza l-parti li tkun sofriet ħsara. Sabiex tkun iffaċilitata l-azzjoni tal-korp ta’ indennizz kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni meta din tkun naqset li taħtar rappreżentant jew tkun manifestament ittardjat fil-pagament ta’ pretensjoni, il-korp ta’ indennizz fl-Istat tal-parti li tkun sofriet ħsara għandu jgawdi wkoll minn dritt awtomatiku għal ħlas lura b’surroga fid-drittijiet tal-parti li tkun sofriet ħsara min-naħa tal-korp korrispondenti fl-Istat ta’ fejn l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun stabbilita. Dan il-korp hu l-iżjed addattat biex jibda l-proċeduri ta’ rikors kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

(51)

Anki jekk l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-pretensjoni kontra korp ta’ indennizz tkun waħda sussidjarja, il-persuna li tkun sofriet ħsara m’għandhiex tkun obbligata li tippreżenta t-talba tagħha għal indennizz lill-persuna responsabbli għall-inċident qabel ma tippreżentaha lill-korp ta’ indennizz. F’dan il-każ il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun almenu fl-istess pożizzjoni bħal fil-każ ta’ talba kontra l-fond ta’ garanzija.

(52)

Din is-sistema tista’ tibda tiffunzjona permezz ta’ ftehim bejn il-korpi ta’ indennizz stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri li jiddefinixxi l-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għal ħlas lura.

(53)

Meta jkun impossibbli li jkun identifikat l-assiguratur ta’ vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali fir-rigward ta’ ħsarat li għandhom jitħallsu lill-parti li tkun sofriet ħsara huwa l-fond ta’ garanzija li jipprovdi għal dan il-għan li jinsab fl-Istat Membru fejn il-vettura li ma tkunx assigurata, li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident, tkun normalment ibbażata. Meta jkun impossibbli li tkun identifikata l-vettura, għandha ssir dispożizzjoni sabiex id-debitur finali jkun il-fond ta’ garanzija li jipprovdi għal dan il-għan li jinsab fl-Istat Membru li fih seħħ l-inċident.

(54)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

“vettura” tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le;

(2)

“il-parti li tkun sofriet ħsara” tfisser kull persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew korriment ikkawżati minn vetturi;

(3)

“l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi” tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun kostitwita skont ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar, 1949, mis-Sub-Kumitat għat-Trasport Stradali tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi tal-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li jwettqu negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;

(4)

“territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:

(a)

it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew

(b)

fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew

(c)

fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew

(d)

f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, sabiex titħallas il-pretensjoni kif previst fl-Artikolu 2(a) jew fl-Artikolu 10;

(5)

“karta ħadra” tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali tal-assigurazzjoni maħruġ f’isem uffiċċju nazzjonali skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport Stradali tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(6)

“impriża ta’ assigurazzjoni” tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;

(7)

“stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju, 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (14).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 6, 7 u 8 japplikaw għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri:

(a)

wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi li taħt il-kondizzjonijiet tiegħu kull aġenzija nazzjonali tiggarantixxi l-ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ pretensjonijiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħha, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;

(b)

mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;

(c)

għall-perijodu ta’ dak il-ftehim.

Artikolu 3

Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi

Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.

Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:

(a)

skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;

(b)

kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.

L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.

Artikolu 4

Spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni

L-Istati Membri għandhom jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi bbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fir-rigward ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Madankollu, jistgħu jwettqu spezzjonijiet mhux sistematiċi tal-assigurazzjoni sakemm ma jkunux diskriminatorji u li jitwettqu bħala parti minn kontroll mhux immirat esklusivament għal verifika tal-assigurazzjoni.

Artikolu 5

Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi

1.   Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat konċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li jsir il-ħlas ta’ kumpens għat-telf u l-korriment ikkawżat fit-territorju tiegħu u fit-territorju ta’ Stati Membri oħra minn vetturi li jkunu japprtjenu lil dawk il-persuni.

Għandu b’mod partikolari jaħtarawtorità jew korp fil-pajjiż fejn it-telf jew korriment isseħħ li jkun responsabbli sabiex jikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara skont il-liġijiet ta’ dak l-Istat f’każi meta l-punt (a) tal-Artikolu 2 ma jkunx japplika.

Għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-kumpens.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista.

2.   Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista tagħhom għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu huma trattati bl-istess mod bħal vetturi li għalihom l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.

Mill-11 ta’ Ġunju 2010 l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat dawn ir-rapporti, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti dwar is-sostituzzjoni jew it-tħassir ta’ din id-deroga.

Artikolu 6

L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi

Kull Stat Membru għandu jassigura li, meta inċident fit-territorju tiegħu jkun ikkawżat minn vettura li normalment tkun bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi għandu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 2 (a), jikseb informazzjoni:

(a)

dwar it-territorju li fih il-vettura tkun normalment ibbażata, u dwar in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha, jekk ikun hemm;

(b)

safejn ikun possibbli, dwar id-dettalji tal-assigurazzjoni tal-vettura, kif dawn normalment ikunu jidhru fuq il-karta ħadra u li jkunu fil-pussess tad-detentur tal-vettura, safejn dawn id-dettalji huma meħtieġa mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura normalment tkun ibbażata.

Kull Stat Membru għandu wkoll jassigura li l-uffiċċju jikkomunika din l-informazzjoni msemmija f’punti (a) u (b) lill-uffiċċju nazzjonali tal-Istat li fit-territorju tiegħu l-vettura msemmija fl-ewwel paragrafu tkun normalment ibbażata.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW VETTURI NORMALMENT IBBAŻATI FIT-TERRITORJU TA’ PAJJIŻ TERZ

Artikolu 7

Miżuri nazzjonali li jikkonċernaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-vetturi kollha li huma normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jidħlu fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ m’għandhomx jintużaw fit-territorju tiegħu sakemm xi telf jew korriment ikkawżati minn dawk il-vetturi ma jkunux koperti, skont il-ħtiġiet tal-liġijiet tal-Istati Membri varji dwar l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi, fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ.

Artikolu 8

Dokumentazzjoni li tikkonċerna vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz

1.   Kull vettura normalment ibbażata fit-territorju ta’ pajjiż terz għandha, qabel ma tidħol fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ, tkun provduta jew b’karta ħadra valida jew ċertifikat ta’ assigurazzjoni tal-fruntiera li jkun jistabbilixxi li l-vettura hi assigurata skont l-Artikolu 7.

Madankollu, vetturi normalment ibbażati f’pajjiż terz għandhom ikunu ittrattati bħal vetturi normalment ibbażati fil-Komunità jekk l-uffiċċji nazzjonali tal-Istati Membri kollha jiggarantixxu flimkien, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali proprja tiegħu dwar assigurazzjoni obbligatorja, ħlas ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkaġunati minn dawk il-vetturi.

2.   Malli jkun ġie aċċertat, b’kooperazjoni mill-qrib mal-Istati Membri, li l-obbligi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ikunu ġew adottati, il-Kummissjoni għandha tiffissa d-data li minnha, u t-tipi ta’ vetturi li dwarhom, l-Istati Membri ma jkunux aktar jeħtieġu l-produzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

KAPITOLU 3

AMMONTI MINIMI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI OBBLIGATORJA

Artikolu 9

Ammonti minimi

1.   Mingħajr preġudizzju għal xi garanziji ogħla li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jesiġi li l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tkun obbligatorja mill-inqas fir-rigward tal-ammonti li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ ħsara personali, ammont minimu kopert ta’ EUR 1 000 000 għal kull vittma jew EUR 5 000 000 għal kull pretensjoni, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi;

(b)

fil-każ ta’ ħsara lill-proprjetà, EUR 1 000 000 għall kull talba, ikun x’ikun in-numru ta’ vittmi.

Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perijodu ta’ tranżizzjoni li jibqa’ sejjer sa’ mhux iktar tard mill-11 ta’ Ġunju 2012, li fih jadattaw l-ammonti minimi tagħhom għall-ammonti li jidhru fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri li jistabbilixxu dan il-perijodu ta’ tranżizzjoni għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni u jindikaw it-tul tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Madanakollu, sa’ mhux iktar tard mill-11 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom iżidu l-garanziji għal mill-inqas nofs tal-livelli msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   Kull ħames snin mill-11 ta’ Ġunju 2005 jew fi tmiem kull perjodu ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ammonti msemmija f’dak il-paragrafu għandhom jiġu riveduti skont l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IEPK), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2494/95.

L-ammonti għandhom jiġu aġġustati awtomatikament. Tali ammonti għandhom jiżdiedu bil-bidla perċentewali indikata mill-IEPK għall-perijodu rilevanti, jew aħjar, il-ħames snin li jiġu minnufih qabel ir-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, u li jinġiebu lejn l-eqreb multiplu sa EUR 10 000.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-ammonti aġġustati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 4

KUMPENS GĦAL KULL ĦSARA KAWŻATA MINN VETTURA LI MA TKUNX IDENTIFIKATA JEW VETTURA LI GĦALIHA L-OBBLIGU TA’ ASSIGURAZZJONI MSEMMI FL-ARTIKOLU 3 MA JKUNX ĠIE SODISFATT

Artikolu 10

Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-ħlas ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident u assiguraturi oħra jew korpi ta’ siġurta soċjali meħtieġa li jikkumpensaw il-vittma fir-rigward tal-istess inċident. Iżda, l-Istati Membri jistgħu ma jħallux il-korp li jagħmel il-ħlas għall-kumpens kondizzjonali fuq il-vittma li tistabbilixxi b’xi mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tkun qed tirrifjuta li tħallas.

2.   Il-vittma tista’ f’kull każ tapplika direttament lill-korp li, abbażi ta’ informazzjoni provduta fuq talba tal-korp mill-vittma, għandu jkun obbligat li jagħtiha tweġiba raġunata dwar il-ħlas ta’ xi kumpens.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li jkunu daħlu volontarjament fil-vettura li tkun ikkawżat it-telf jew il-korriment meta l-korp jkun jista’ jġib provi li kienu jafu li l-vettura ma kinitx assigurata.

3.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-ħlas ta’ kumpens mill-korp fil-każ ta’ ħsara lil proprjetà kkawżata minn vettura li ma tkunx identifikata.

Madankollu, fejn il-korp ikun ħallas kumpens għal danni personali sinifikanti lil kull vittma tal-istess inċident fejn il-ħsara lill-proprjetà tkun ġiet ikkawżata minn vettura li ma tkunx identifikata, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għal danni lill-proprjetà fuq il-bażi li l-vettura ma tkunx ġiet identifikata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċess ta’ mhux iktar minn EUR 500 li għandu jagħmel tajjeb għalih il-vittma tal-imsemmija ħsara lill-proprjetà.

Il-kondizzjonijiet li fihom danni personali għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti skont il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, inter alia, jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura fi sptar.

4.   Kull Stat Membru għandu japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens mill-korp, mingħajr preġudizzju għal kull prattika oħra li hi iktar favorevoli għall-vittma.

Artikolu 11

Tilwim

Fil-każ ta’ tilwim bejn il-korp li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10(1) u l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa hekk li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens mingħajr dewmien lill-vittma.

Jekk finalment ikun deċiż li l-parti l-oħra kellha tħallas l-ammont kollu jew parti mill-kumpens, dik il-part l-oħra għandha tħallas lura kif xieraq lill-parti li tkun għamlet il-pagament.

KAPITOLU 5

KATEGORIJI SPEĊJALI TA’ VITTMI, KLAWSOLI TA’ ESKLUŻJONI, PREMIUM WIEĦED, VETTURI LI JINTBAGĦTU MINN STAT MEMBRU GĦALL-IEĦOR

Artikolu 12

Kategoriji speċjali ta’ vittmi

1.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tkopri r-responsabbiltà għal danni personali tal-passiġġieri kollha, minbarra x-xufier, ikkawżati mill-użu ta’ vettura.

2.   Il-membri tal-familja tad-detentur tal-polza, ix-xufier jew kull persuna oħra li tkun responsabbli taħt il-liġi ċivili fil-każ ta’ inċident, u li r-responsabbilità tagħha tkun koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 m’għandhomx ikunu esklużi mill-assigurazzjoni fir-rigward tal-korrimenti personali tagħhom minħabba dik ir-relazzjoni.

3.   L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà li jsofru dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr vettura bil-mutur li, b’konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skont il-liġi ċivili nazzjonali.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ kumpens.

Artikolu 13

Klawsoli ta’ esklużjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident, fejn dik id-dispożizzjoni statutorja jew klawsola kuntrattwali tkun teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:

(a)

persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,

(b)

persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura konċernata,

(c)

persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura konċernata.

Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom ikunu daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jkun jista’ juri li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu jekk u sakemm il-vittma tkun tista’ takkwista kumpens għall-ħsara li tkun saritilha mingħand korp ta’ sigurtà soċjali.

2.   Fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-korp speċifikat fl-Artikolu 10(1) iħallas kumpens minflok l-assiguratur skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-vettura tkun normalment ibbażata fi Stat Membru ieħor, dak il-korp ma jkun jista’ jagħmel ebda talba kontra xi korp f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri li, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, jipprovdu li l-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jħallas kumpens, jistgħu jiffissaw fir-rigward ta’ ħsara lil proprjetà eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 250 li għandha tagħmel tajjeb għalih il-vittma.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull dispożizzjoni statutorja jew klawżola kuntrattwali f’polza ta’ assigurazzjoni li teskludi passiġġier minn tali kopertura fuq il-bażi li kien jaf jew messu kien jaf li s-sewwieq tal-vettura kien taħt l-influwenza tal-alkoħol jew ta’ droga fil-ħin tal-inċident, għandu jitqies bħala null fir-rigward tat-talbiet ta’ tali passiġġier.

Artikolu 14

Premium wieħed

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:

(a)

jagħtu kopertura, abbażi ta’ premium wieħed u matul l-iskadenza kollha tal-kuntratt, fit-territorju kollu tal-Komunità, inkluż għal kull perjodu meta l-vettura tibqa’ fl-Istati Membri l-oħra matul il-perijodu tal-kuntratt; u

(b)

jiggarantixxu, fuq l-istess bażi tal-istess premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik tal-aħħar tkun akbar.

Artikolu 15

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

1.   B’deroga mit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 88/357/KEE, fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat l-Istat Membru destinatarju, minnufih mill-aċċettazzjoni ta’ kunsinna mix-xerrej għal perjodu ta’ tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

2.   Fil-każ li l-vettura hi involuta f’inċident matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9.

KAPITOLU 6

STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA

Artikolu 16

Stqarrija li għandha x’taqsam mat-talbiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jkollu d-dritt li jitlob f’kull ħin stqarrija li għandha x’taqsam mal-pretensjonijiet tar-responsabbiltà ta’ parti terza li jinvolvu vettura jew vetturi koperti minn kuntratt ta’ assigurazzjoni mill-inqas fil-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew man-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet.

L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew korp li jista’ jkun maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni obbligatorja jew jipprovdi tali stqarrijiet, għandhom jipprovdu din l-istqarrija lill-persuna li għandha polza ta’ assigurazzjoni fi ħmistax-il jum mit-talba.

Artikolu 17

Eċċess

L-impriżi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx jeħtieġu lil xi parti li tkun sofriet ħsara f’inċident li jġorr xi eċċess safejn tikkonċerna l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 18

Dritt ta’ azzjoni diretta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti kkawżati minn vettura koperta mill-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 għandhom dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili.

KAPITOLU 7

ĦLAS TA’ TALBIET LI JIRRIŻULTAW MINN KULL INĊIDENT IKKAWŻAT MINN VETTURA KOPERTA MINN ASSIGURAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

Artikolu 19

Proċedura għall-ħlas ta’ talbiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 għall-ħlas ta’ talbiet li jirriżultaw minn kull inċident ikkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Fil-każ ta’ talbiet li jistgħu jiġu mħallsa mis-sistema ta’ uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi msemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istess proċedura bħal fl-Artikolu 22.

Sabiex tiġi applikata din il-proċedura kull riferenza għal impriża ta’ assigurazzjoni għandha tinftiehem bħala riferenza għall-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-kumpens għall-partijiet li jsofru ħsara f’inċident li jseħħ fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza tagħhom

1.   L-iskop tal-Artikoli 20 sa 26 huwa li jkun hemm dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal partijiet li jsofru danni intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ kull telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara u li jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-liġi privata internazzjonali, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ukoll japplikaw għal partijiet li jkunu sofrew ħsara li jkunu residenti fi Stat Membru u intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ kull telf jew korriment li jkun jirriżulta minn inċidenti li jseħħu f’pajjiżi terzi li l- uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi tagħhom ikunu issieħbu fis-sistema tal-karta ħadra kull meta dawn l-inċidenti jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

2.   L-Artikoli 21 u 24 għandhom ikunu japplikaw biss fil-każ ta’ inċidenti kkawżati mill-użu ta’ vettura:

(a)

assigurata permezz ta’ stabbiliment fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara; u

(b)

normalment ibbażata fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 21

Rappreżentanti għal talbiet

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni li jkopru r-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, jaħtru rappreżentanti responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet f’kull Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom.

Ir-rappreżentant tat-talbiet għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 20(1).

Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.

2.   L-għażla ta’ rappreżentant tagħha għall-pretensjonijiet għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-impriża ta’ assigurazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrestrinġux din il-liberta’ tal-għażla.

3.   Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet jista’ jaħdem għal impriża ta’ assigurazzjoni waħda jew aktar.

4.   Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa b’konnessjoni mal-pagament tal-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet.

Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant għall-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara jew tal-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha.

5.   Rappreżentanti għall-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każi li jirreferi għalihom l-Artikolu 20(1) u li jissodisfaw għal kollox it-talbiet tagħhom għal kumpens.

Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każi fl-islien jew l-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

6.   Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 88/357/KEE jew bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

Artikolu 22

Proċedura għall-kumpens

L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji effettivi u sistematiċi xierqa jew amministrattivi ekwivalenti, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha,

(a)

l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jagħmlu offerta għal kumpens raġunat f’każi meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati; jew

(b)

l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba għal kumpens jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jipprovdu tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba f’każi meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet determinata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens li toffri l-impriża ta’ assigurazzjoni jew li jingħata mill-qorti lill-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 23

Ċentri ta’ informazzjoni

1.   Sabiex persuna li tkun sofriet ħsara jkollha l-possibbiltà li tfittex kumpens, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:

(a)

għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(i)

in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju tal-Istat inkwistjoni;

(ii)

in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, u meta l-perijodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni;

(iii)

l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar-riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(iv)

il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- obbligu ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 5(1) u (2);

(v)

rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):

l-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli għall-kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’każi meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(2)(a) ma tkunx tapplika, jekk il-vettura tibbenifika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

l-isem tal-korp li jkopri l-vettura fl-Istat Membru fejn normalment tkun ibbażata jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2);

(b)

jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik id-data;

(c)

u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu bid-data msemmija fil-punti (a) (i) sa (v).

Id-data taħt il-punti (a)(i), (ii) u (iii) għandha tinżamm għal perijodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.

2.   L-impriżi ta’ assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a)(iii) għandhom jinnotifikaw liċ-ċentri ta’ informazzjoni tal-Istati Membri kollha, bl-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet li huma jkunu ħatru skont l-Artikolu 21 f’kull Stat Membru.

3.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-parti li tkun sofriet ħsara tkun intitolata għal perjodu ta’ seba’ snin wara l-inċident biex takkwista mingħajr dewmien miċ-ċentru ta’ informazzjoni tal-Istat Membru ta’ fejn għandha r-residenza, tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata jew tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident, din id-data li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-impriża ta’ assigurazzjoni;

(b)

in-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni; u

(c)

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet tal-impriża ta’ assigurazzjoni fl-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

4.   Iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem u l-indirizz tas-sid jew ix-xufier normali jew id-detentur tal-vettura jekk il-parti li tkun sofriet ħsara jkollha interess leġittimu fl-akkwist ta’ din l-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jindirizza partikolarment:

(a)

l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew

(b)

l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara, bl-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli biex tikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(a) ma tkunx tapplika.

Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem tal-korp li jkopri l-vettura fil-pajjiż fejn normalment tkun ibbażata.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, iċ-ċentri ta’ informazzjoni jipprovdu l-informazzjoni speċifikata f’dawk il-paragrafi lil kull parti involuta f’inċident tat-traffiku kkawżat minn vettura koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

6.   L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 għandu jsir skont il-miżuri nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 24

Il-Korpi ta’ kumpens

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova korp ta’ kumpens responsabbli biex jipprovdi kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każi imsemmija fl-Artikolu 20(1).

Dawk il-partijiet li kunu sofrew ħsara jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom:

(a)

jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat it-talba tagħha għal kumpens lil impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet, l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma jkunux ipprovdew tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba; jew

(b)

jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara skont l-Artikolu 20(1). F’dan il-każ, il-partijiet li jkunu sofrew ħsara ma jkunux jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ppreżentaw talba għal kumpens direttament lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident u jekk ikunu rċevew tweġiba raġunata fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tat-talba.

Il-partijiet li jsofru d-danni ma jistgħux madanakollu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.

Il-korp ta’ kumpens għandu jieħu azzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tippreżenta talba għal kumpens lilu imma għandu jwaqqaf l-intervent tiegħu jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew ir-rappreżentant tagħha għat-talba tagħha, sussegwentament jagħti tweġiba raġunata għat-talba.

Il-korp ta’ kumpens għandu minnufih jinforma:

(a)

lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha kkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet;

(b)

lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza;

(c)

jekk magħrufa, il-persuna li tkun ikkaġunat l-inċident;

li jkunu irċevew talba mill-parti li tkun sofriet ħsara u li ser jagħti tweġiba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjonita’ din it-talba.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jittrattaw il-kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-pagament ta’ pretensjonijiet bejn dak il-korp u l-persuna jew persuni li kkawżaw l-inċident u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew korpi tas-sigurtà soċjali oħrajn meħtieġa li jikkumpensaw lill-parti li tkun sofriet ħsara fir-rigward tal-istess inċident. Madanakollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ kumpens suġġett għal xi kundizzjonijiet barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari l-istabbiliment mill-parti li tkun sofriet ħsara b’tali mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.

2.   Il-korp ta’ kumpens li jkun ta kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun intitolat jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza.

Dan il-korp tal-aħħar għandu jkun surrogat fid-drittijiet tal- parti li tkun sofriet ħsara kontra l-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha safejn il-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara jkun ipprovda kumpens għat-telf jew għall-korriment subit.

Kull Stat Membru huwa obbligat li jirrikonoxxi din is-surroga kif prevista minn kull Stat Membru ieħor.

3.   Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:

(a)

wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi ta’ kumpens stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri rigward il-funzjonijiet tagħhom u l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż;

(b)

mid-data ffissata mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li dan il-ftehim ikun ġie konkluż.

Artikolu 25

Kumpens

1.   Jekk ikun impossibbli li tkun identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-inċident, ma jkunx possibbli li tkun identifikata l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tagħmel talba għal kumpens lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. L-kumpens għandu jkun ipprovdut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 10. F’dan il-każ, il-korp ta’ kumpens għandu jkollu pretensjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(2):

(a)

meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih il-vettura normalment tkun ibbażata;

(b)

fil-każ ta’ vettura li ma tkunx identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident;

(c)

fil-każ ta’ vetturi minn pajjiż terz: kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident.

2.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal inċidenti kkawżati minn vetturi minn pajjiżi terzi koperti bl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 26

Korp Ċentrali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiffaċilitaw id-disponibilita’ fi żmien dovut tad-data bażika meħtieġa għall-ħlas tal-pretensjonijiet lill-vittmi, lill-assiguraturi tagħhom jew lir-rappreżentanti legali tagħhom.

Fejn ikun xieraq, din id-data bażika għandha tkun magħmula disponibbli f’forma elettronika f’post għall-ħażna ċentrali f’kull Stat Membru, u tkun aċċessibli mill-partijiet involuti fil-każ fuq talba espressa tagħhom.

Artikolu 27

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tagħhom. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull emenda għad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu malajr kemm jista’ jkun.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet nazzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu, skont it-Trattat, iżommu jew idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal parti li tkun sofriet ħsara mid-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 29

Tħassir

Id-Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassrin, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 31

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 39.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17.

(5)  ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33.

(6)  ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.

(7)  Ara l-Anness I, Parti A.

(8)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.

(9)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.

(10)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(11)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(12)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(13)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(14)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE

(ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1)

 

Direttiva tal-Kunsill 72/430/KEE

(ĠU L 291, 28.12.1972, p. 162)

 

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE

(ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE

(ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17)

 

Anness I, Punt IX.F tal-Att tal-Adeżjoni tal-1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 218)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE

(ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE

(ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33)

 

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 4 biss

Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65)

 

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

Artikolu 5 biss

Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14)

 


PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 29)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

72/166/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1973.

72/430/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1973.

84/5/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

fil-31 ta’ Diċembru 1988.

90/232/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

2000/26/KE

fid-19 ta’ Lulju 2002.

fid-19 ta’ Jannar 2003.

2005/14/KE

fil-11 ta’ Ġunju 2007.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 72/166/KEE

Direttiva 84/5/KEE

Direttiva 90/232/KEE

Direttiva 2000/26/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, punti 1 sa 3

 

 

 

Artikolu 1, punti 1 sa 3

Artikolu 1, punt 4, l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(a)

Artikolu 1, punt 4, it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(b)

Artikolu 1, punt 4, it-tielet inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(c)

Artikolu 1, punt 4, ir-raba’ inċiż

 

 

 

Artikolu 1, punt 4(d)

Artikolu 1, punt 5

 

 

 

Artikolu 1, punt 5

Artikolu 2(1)

 

 

 

Artikolu 4

Artikolu 2(2), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 2(2), it-tielet inċiż

 

 

 

Artikolu 2, punt (c)

Artikolu 3(1), l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(1), it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(2), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, punt (a)

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tielet frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ frażi

 

 

 

Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi

 

 

 

Artikolu 5(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 5, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 5, l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 5, it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 5, kliem tal-aħħar

 

 

 

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 7

Artikolu 7(1)

 

 

 

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

 

 

 

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

 

 

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 8

 

 

 

 

Artikolu 1(1)

 

 

Artikolu 3, ir-raba’ paragrafu

 

Artikolu 1(2)

 

 

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 1(3)

 

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 1(4)

 

 

Artikolu 10(1)

 

Artikolu 1(5)

 

 

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 1(6)

 

 

Artikolu 10(3)

 

Artikolu 1(7)

 

 

Artikolu 10(4)

 

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

 

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

 

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

 

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-aħħar

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

Artikolu 2(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

 

Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 3

 

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 12(1)

 

 

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 13(3)

 

 

Artikolu 1, it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 1(a), l-ewwel frażi

 

Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 1(a), it-tieni frażi

 

Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

 

Artikolu 14, kliem tal-bidu

 

 

Artikolu 2, l-ewwel inċiż

 

Artikolu 14, punt (a)

 

 

Artikolu 2, it-tieni inċiż

 

Artikolu 14, punt (b)

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 4

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 4(a)

 

Artikolu 15

 

 

Artikolu 4(b), l-ewwel frażi

 

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu

 

 

Artikolu 4(b), it-tieni frażi

 

Artikolu 16, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 4(c)

 

Artikolu 17

 

 

Artikolu 4(d)

Artikolu 3

Artikolu 18

 

 

Artikolu 4(e), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 19, l-ewwel paragrafu

 

 

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

 

Artikolu 19, it-tieni paragrafu

 

 

Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

 

Artikolu 19, it-tielet paragrafu

 

 

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 23(5)

 

 

Artikolu 5(2)

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 20(1)

 

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 20(2)

 

 

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 25(2)

 

 

 

Artikolu 2, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 1, punt (6)

 

 

 

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 1, punt (7)

 

 

 

Artikolu 2, punt (c), (d) u (e)

 

 

 

Artikolu 4(1), l-ewwel frażi

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(1), it-tieni frażi

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(1), it-tielet frażi

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(2), l-ewwel frażi

Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(2), it-tieni frażi

Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 21(3)

 

 

 

Artikolu 4(4), l-ewwel frażi

Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(4), it-tieni frażi

Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(5), l-ewwel frażi

Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(5), it-tieni frażi

Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 4(6)

Artikolu 22

 

 

 

Artikolu 4(7)

-

 

 

 

Artikolu 4(8)

Artikolu 21(6)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(1)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(2)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(3)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(4)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv)

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5), kliem tal-bidu

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(i)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), l-ewwel inċiż

 

 

 

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(ii)

Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), it-tieni inċiż

 

 

 

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 5(2), (3) u (4)

Artikolu 23(2), (3) u (4)

 

 

 

Artikolu 5(5)

Artikolu 23(6)

 

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 24(1)

 

 

 

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi

Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(3)

 

 

 

Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu

 

 

 

Artikolu 6a

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 7, kliem tal-bidu

Artikolu 25(1), kliem tal-bidu

 

 

 

Artikolu 7, punt (a)

Artikolu 25(1), punt (a)

 

 

 

Artikolu 7, punt (b)

Artikolu 25(1), punt (b)

 

 

 

Artikolu 7, punt (c)

Artikolu 25(1), punt (c)

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 10(1) sa (3)

 

 

 

Artikolu 10(4)

Artikolu 28(1)

 

 

 

Artikolu 10(5)

Artikolu 28(2)

 

 

 

 

Artikolu 29

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 30

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 27

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 13

Artikolu 31

 

 

 

 

Anness I

 

 

 

 

Anness II


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Ottubru 2009

li tistipula l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri taħt il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7493)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/739/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), u b'mod partikulari t-tieni sentenza tal-Artikolu 36 tiegħu,

Wara li kkonsultat lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

L-obbligu għall-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni effikaċi bejniethom fuq l-Istati Membri skont l-Artikoli 28 sa 36 tad-Direttiva Nru 2006/123/KE jinvolvi l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Sabiex tkun tista' taħdem sew, hemm bżonn li l-kooperazzjoni bejn l-Istai Membri tkun megħjuna minn mezzi tekniċi li jippermettu komunikazzjoni diretta u rapida bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva Nru 2006/123/KE fl-Artikolu 34(1) tagħha, tipprovdi li l-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni s-sistemi ta' informazzjoni eżistenti.

(2)

Is-sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ e-Government pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (2), hija għodda elettronika maħsuba biex tgħin għadd ta' atti leġiżlattivi fil-qasam tas-suq intern, li jirrikjedu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Ladarba l-IMI tippermetti skambju sikur u strutturat tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi elettroniċi u ladarba tippermetti wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jagħrfu faċilment l-interlokutur rilevanti fi Stati Membri oħra biex jikkomunikaw bejniethom b'mod rapidu u effiċjenti, huwa xieraq li jintuża' l-IMI għall-iskambju ta' informazzjoni għal finijiet tad-Direttiva Nru 2006/123/KE.

(3)

Sabiex ikun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiskambjaw l-informazzjoni b'mod effiċjenti b'mezzi elettroniċi, huwa meħtieġ li jsiru arraġamenti prattiċi għal dan l-iskambju permezz tal-IMI.

(4)

Minbarra t-talbiet għal informazzjoni biex jitwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet, kif ukoll risposti għalihom, id-Direttiva Nru 2006/123/KE tipprovdi għal żewġ mekkaniżmi speċifiċi għall-iskambju ta' informazzjoni: l-iskambju ta' informazzjoni dwar atti speċifiċi u ċirkostanzi serji relatati ma' attività ta' servizz li jistgħu jipperikolaw serjament is-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew tal-ambjent (“twissijiet”) taħt l-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE, u l-iskambju ta' informazzjoni dwar miżuri eċċezzjonali relatati mas-servizzi tas-sikurezza (“derogi każ b'każ”), taħt l-Artikolu 18 u l-Artikolu 35 tad-Direttiva Nru 2006/123/KE.

(5)

Ladarba t-twissijiet jikkonċernaw theddid serju għas-saħħa u s-sikurezza ta' persuni jew tal-ambjent, il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoriatjiet kompetenti fl-Istati Membri differenti hija essenzjali biex titwaqqaf it-theddida kkonċernata u biex dawn l-awtoritajiet jinżammu informati b'mod adegwat dwar azzjonijet meħuda minn awtoritajiet oħrajn, kif ukoll dwar it-tneħħija jew il-persistenza tat-theddida. Sabiex tkun żgurata superviżjoni effikaċi mill-awtoritajiet kompetenti tal-fornituri u s-servizzi li jipprovdu, kif ukoll protezzjoni adegwata tad-dejta personali li tinsab fit-twissijiet, huwa meħtieġ li jkun provdut għeluq għal twissija li Stat Membru jkun fetaħ skont id-Direttiva Nru 2006/123/KE, meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) ma jibqgħux issodisfati. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li joġġezzjonaw għal proposta ta' għeluq ta' twissija fejn tippersisti t-theddida ta' ħsara serja lis-saħħa jew lis-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent.

(6)

Taħt l-Artikolu 43 tad-Direttiva Nru 2006/123/KE l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva u, b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni jridu jirrispettaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali kif provdut fid-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) u d-Direttiva Nru 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u tal-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (4). Għalhekk l-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri għandu jsir skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fid-Direttivi Nru 95/46/KE u 2002/58/KE. L-ipproċessar ta' informazzjoni mill-Kummissjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (5).

(7)

Biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali fir-rigward tat-tħaddim tal-IMI, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni Nru 2008/49KE tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (6) u r-Rakkomandazzjoni Nru 2009/329/KE tas-26 ta' Marzu 2009 dwar linji gwida dwar il-protezzjoni tad-dejta għas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) (7)

(8)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bl-Artikolu 40 tad-Direttiva Nru 2006/123/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Użu tal-IMI għall-iskambju ta' informazzjoni

1.   Is-Sistema ta' informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri għal finijiet ta' konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stipulata fil-Kapitolu VI tad-Direttiva Nru 2006/123/KE li jipprovdi għal li ġej:

(a)

talbiet għal informazzjoni biex jitwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet, kif ukoll risposti għalihom, taħt il-Kapitolu VI tad-Direttiva 2006/123/KE;

(b)

twissijiet, skont l-artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/123/KE;

(c)

talbiet u notifiki ta' kull każ, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35(2) (3) u (6) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE

2.   Koordinaturi tal-IMI msemmija fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 2008/49/KE jistgħu jinħatru bħala punti ta' komunikazzjoni previsti mill-Artikolu 28(2) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE.

Artikolu 2

Funzjonijiet tal-IMI fir-rigward ta' talbiet għal informazzjoni biex jitwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet, kif ukoll risposti għalihom

Għal finijiet ta' talbiet għal informazzjoni biex jitwettqu kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet, kif ukoll risposti għalihom, l-IMI se jipprovdi għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

bgħit ta' talbiet;

(b)

bgħit u talb għal informazzjoni addizzjonali;

(c)

ilqugħ ta' talbiet;

(d)

tressiq ta' talbiet;

(e)

tweġib għat talbiet.

Artikolu 3

Funzjonijiet tal-IMI fir-rigward tat-twissijiet

1.   Għal finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni dwar twissijiet, l-IMI għandu jipprovdi għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

li jintbagħtu twissijiet, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE;

(b)

li tintbagħat u tintalab informazzjoni addizzjonali dwar twissijiet;

(c)

li jiġu rtirati twissijiet mibgħuta bla ma jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE;

(d)

li tiġi kkorreġuta informazzjoni inkluża fit-twissijiet;

(e)

li jintbagħtu proposti għall-għeluq tat-twissijiet;

(f)

li ssir oġġezzjoni għal proposti għall-għeluq tat-twissijiet;

(g)

li jingħalqu twissijiet, meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/123/KE ma jibqgħux jintlaħqu.

2.   Sabiex jintbagħtu twissijiet u informazzjoni relatata lil Stati Membri oħra u biex jaslu twissijiet minn Stati Membri oħra, l-IMI għandu jipprovdi għal funzjoni ta' koordinatur tat-twissijiet Il-funzjoni ta' koordinatur tat-twissijiet tista' titwettaq minn atturi tal-IMI provduti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Deċiżjoni Nru 2008/49/KE.

3.   Qabel ma titħassar mis-sistema skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2008/49/KE, l-informazzjoni, bid-dejta personali inkluża, li tinsab fit-twissija li ngħalqet ma tibqax tidher għall-ebda utent fl-IMI.

Artikolu 4

Funzjonijiet tal-IMI relatati mal-mekkaniżmu ta' deroga ta' kull każ.

Sabiex isir l-iskambju ta' informazzjoni dwar twissijiet, l-IMI għandu jipprovdi għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tintbagħat talba lill-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 35(2) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE;

(b)

tingħata risposta għal talba mibgħuta taħt l-Artikolu 35(2) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE;

(c)

tintbagħat notifika lill-Kummisjoni u lill-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 35(3) u l-Artikolu 35(6) tad-Direttiva Nru 2006/123/KE;

(d)

li koordinatur ikun infurmat mill-ewwel dwar l-azzjonijiet provduti fil-punti (a), (b) u (c).

Artikolu 5

Protezzjoni tad-dejta personali

L-ipproċessar tad-dejta personali sabiex isir l-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttivi Nru 95/46/KE u 2002/58/KE.

L-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq skont ir-Regoalament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(2)  ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18.

(7)  ĠU L 100, 18.4.2009, p. 12.


7.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Ottubru 2009

li tagħti deroga lil-Franza skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7514)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2009/740/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE l-Istati Membri għandhom jallokaw u sussegwentament iqiegħdu għad-dispożizzjoni, fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, skont parametri speċifiċi, sa mhux aktar tard mit-13 ta' Diċembru 2008.

(2)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2008/477/KE jistipula li, permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ tranżizzjoni li jistgħu jinkludu arranġamenti ta’ użu komuni tal-ispettri tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(3)

Franza għarrfet lill-Kummissjoni li, peress li bħalissa din il-medda tintuża fuq bażi esklussiva minn tagħmir mobbli tal-komunikazzjoni elettronika li jintuża għal bżonnijiet tas-sigurtà nazzjonali (is-Sistema RUBIS), ma tistax timplimenta r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2008/477/KE fil-ħin.

(4)

Permezz tal-ittra tal-15 ta' Diċembru 2008, Franza talbet li tingħata deroga temporanja minn dawn ir-rekwiżiti biex tkun tista’ tkompli tuża dan it-tagħmir sakemm tinstalla tagħmir ġdid li juża meded differenti ta’ frekwenzi. Bl-ittra tad-29 ta' Ġunju 2009, ingħatat kjarifika ulterjuri b'rabta ma' din it-talba.

(5)

Franza pprovdiet ġustifikazzjoni teknika suffiċjenti għat-talba tagħha, ibbażata partikolarment fuq il-ħtieġa li s-sistema attwali ta' komunikazzjoni RUBIS tibqa' operattiva bis-sħiħ u bla interuzzjonijiet matul il-perjodu ta' migrazzjoni u waqt ix-xiri u l-installazzjoni tat-tagħmir il-ġdid.

(6)

L-ewwel fażi tal-implimentazzjoni se tispiċċa fl-1 ta' Jannar 2012 u b'hekk il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz issir disponibbli skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE fl-aktar żoni b'popolazzjoni densa ta' Franza. It-tieni fażi se tkopri ż-żoni kollha mhux inklużi fl-ewwel fażi u se tagħmilhom disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' Corsica, fejn l-ispettru ser ikun disponibbli sal-31 ta' Mejju 2014.

(7)

B'kunsiderazzjoni tat-tul previst tal-migrazzjoni, u sabiex jiġi żgurat l-iqsar żmien possibbli ta' tranżizzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi bdew il-proċess tal-migrazzjoni fl-1 ta' Lulju 2009.

(8)

Rapport dwar il-progress tal-migrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-impenji għandu jgħin biex il-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi ġestit b’mod xieraq.

(9)

Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju indikaw fil-laqgħa tal-Kumitat tat-2 ta’ Ottubru 2008 li huma ma joġġezzjonawx għal deroga tranżizzjonali.

(10)

Id-deroga mitluba mhux se tipposponi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/477/KE jew toħloq differenzi bla ħtieġa fis-sitwazzjonijiet kompetittivi jew regolatorji bejn l-Istati Membri. It-talba hija ġustifikata u deroga tranżizzjonali tkun xierqa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni 2008/477/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza qiegħda b'dan tiġi awtorizzata tipposponi l-implimentazzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni 2008/477/KE sal-31 ta' Mejju 2014, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 2

Franza għandha tagħmel il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz disponibbli, skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE, fl-aktar żoni b'popolazzjoni densa ta' Franza sal-1 ta' Jannar 2012, fosthom ir-reġjun tal-Ile de France, ħalli b'hekk mill-anqas nofs il-popolazzjoni Franċiża tkun koperta sa dik id-data. Franza għandha tagħmel il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz disponibbli skont id-Deċiżjoni 2008/477/KE, fiż-żoni l-oħra kollha sal-31 ta' Diċembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' Corsica, fejn din għandha ssir disponibbli sal-31 ta' Mejju 2014.

Artikolu 3

Franza għandha tissottometti l-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/477/KE sal-1 ta' Jannar 2012 u t-tieni rapport sal-31 ta' Mejju 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37.