ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.261.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 261

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
3 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) ( 1 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

DIRETTIVI

3.10.2009   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/1


DIRETTIVA 2009/57/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva 77/536/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Id-Direttiva 77/536/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu 1974 rigward l-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif mibdula bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (5), u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal tratturi kif definiti fil-punt (j) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom dawn il-karatteristiċi:

(a)

spazju sa mal-art ta’ taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1 000 mm;

(b)

wisa’ ta’ pedati fiss jew varjabbli ta’ wieħed mill-fusien ta’ 1 150 mm jew aktar;

(c)

il-possibilità li jitqiegħed apparat ta’ multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u ta’ draw bar;

(d)

il-massa bejn 1,5 u 6 tunnellati, li tkun taqbel mal-piż tat-trattur mhux mgħobbi, hekk kif definit fil-punt 2.1.1. tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE, li tinkludi l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib imwaħħla b’konformità mad-Direttiva preżenti u t-tajers tal-ikbar daqs possibbli rrakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 2

1.   Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li jissodisfa il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar kif stabbiliti fl-Annessi I sa V.

2.   L-Istat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm-il darba dan ikun meħtieġ, b’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli tal-produzzjoni huma konformi mat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur li huma jappruvaw permezz tal-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka KEE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti konformi mal-mudell muri fl-Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex ma jippermettux l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li għandhom approvazzjoni tat-tip tal-komponenti skont l-Artikolu 2 u strutturi oħra.

Artikolu 4

1.   L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi li jitqiegħdu fis-suq l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur għal raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni kemm il-darba dawn ikollhom il-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti.

2.   Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi li jitqiegħdu fis-suq strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, li regolarment jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, fejn jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, li mudell tiegħu jinsab fl- Anness VII, komplut għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li japprovaw jew li inkella jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 6

1.   Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE jiskopri li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-mudelli tal-produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jistgħu jittieħdu, meta n-nuqqas ta’ konformità jkun wieħed serju u konsistenti, li jestendu sal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’tali nuqqas ta’ konformità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, u r-raġunijiet li jwasslu għal din il-miżura.

Artikolu 7

Kull deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, jew li tiprojbixxi l-użu jew it-tqegħid tagħhom fis-suq, li tittieħed skont id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha telenka fid-dettall ir-raġunijiet li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien li fihom tista’ teżerċita tali rimedji.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet li jirrigwardaw l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew sodisfatti.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet relatati mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IX ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 10

Fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti kull trattur msemmi fl-Artikolu 1, għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissodisfa il-ħtiġiet li stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

Artikolu 11

L-emendi meħtieġa biex ir-rekwiżiti tal-Annessi I sa IX jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 77/536/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness X, il-parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 21.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 68) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 1.

(4)  Ara l-Anness X, Parti A.

(5)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.


LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS II

Kondizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u tat-twaħħil tagħha mat-trattur

ANNESS III

Proċedura tal-ittestjar

ANNESS IV

Figuri

ANNESS V

Mudell tar-rapport dwar it-test tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti tal-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (qafas tas-sigurtà jew kabina) fir-rigward kemm tas-saħħa tagħha kif ukoll tas-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur.

ANNESS VI

Marki

ANNESS VII

Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS VIII

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS IX

Mudell ta’ Anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għal tip ta’ trattur fir-rigward is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (kabina jew qafas tas-sigurtà) u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur

ANNESS X

Parti A: Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

Parti B: Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

ANNESS XI

Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS I

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-Komponenti

1.   DEFINIZZJONI

1.1.

Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (il-kabina tas-sigurtà jew il-qafas)

Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (il-kabina tas-sigurtà jew il-qafas) tfisser l-istruttura fuq trattur li l-għan essenzjali tagħha huwa li tevita jew tnaqqas ir-riskji għas-sewwieq li jirriżultaw mit-tgerbib tat-trattur waqt l-użu normali.

1.2.

L-istrutturi imsemmija fil-punt 1.1 huma karatterizzati mill-fatt li, fil-każ ta’ tgerbib, dawn jassiguraw spazju bla xkiel fi ħdanhom li jkun kbir biżżejjed sabiex jipproteġi lis-sewwieq.

2.   ĦTIĠIET ĠENERALI

2.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li tissodisfa l-għan essenzjali stabbilit fil-punt 1.

2.2.

Din il-ħtieġa għandha tkun ivverifikata minn wieħed jew żewġ metodi tat-testijiet deskritti fl-Anness III. Il-metodu magħżul għandu jikkonsidra t-toqol tat-trattur kif ġej hawn taħt:

 

għal tratturi b’toqol speċifikat bl-Artikolu 1 – Anness III, Parti B,

 

għal tratturi b’toqol ta’ aktar minn 1.5 tunnellata u mhux aktar minn 3.5 tunnellata - L-Anness III parti A,

 

f’dak li jirrigwarda tratturi b’pożizzjoni tas-sewqan riversibbli (jiġifieri b’sedil u steering wheel riversibbli) jew mgħammra b’iktar sedili, il-metodu tal-ittestjar deskritt fil-parti B ta’ Anness III biss għandu japplika.

3.   APPLIKAZZJONI GĦAT-TIP APPROVAT TAL-KE TAL-KOMPONENTI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tat-trattur jew inkella mill-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti imsemmija hawn taħt, b’kull wieħed bi tlett kopji u bil-partikolaritajiet li ġejjin:

 

disinn tal-arranġament ġenerali jew fi skala immarkata fid-disinn jew billi tagħti l-qisien ewlenija tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Dan id-disinn għandu b’mod partikulari juri d-dettalji tal-komponenti tal-immuntar,

 

ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tal-immuntar,

 

deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tal-immuntar fuq it-trattur u, meta meħtieġ, dettalji tal-kurazzata, mezzi tal-aċċess u tal-ħarba, dettalji tal-utaja u l-fatturi biex jevitaw il-qlib kontinwu u d-dettalji tas-sħana u l-ventilazzjoni,

 

dettalji tal-materjal użat fil-partijiet strutturali li jinkludi l-mezzi tat-twaħħil u l-boltijiet tat-twaħħil (ara l-Anness V).

3.3.

Trattur rappreżentattiv tat-tip ta’ trattur li għalih l-istruttura tal-protezzjoni għandha tkun approvata jrid ikun ippreżentat lis-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

3.4.

Dak li jkollu l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jista’ jitlob estensjoni għat-tipi l-oħra ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE tal-komponenti għandha tagħti estensjoni jekk l-istruttura appruvata ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-tipi ta’ tratturi li għalihom l-estensjoni hija mitluba huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

 

il-piż tat-trattur mingħajr saborra, hekk kif definit fil-punt 1.3. tal-Anness II, ma jeċċedix b’aktar minn 5 % il-piż tar-referenza tal-massa użat fit-test,

 

il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li magħhom isir it-twaħħil huma identiċi,

 

xi komponenti bħal ma huma mudguards, u bonnet cowls li jistgħu jipprovdu sostenn għall-apparat ta’ protezzjoni kontra l-qlib huma identiċi,

 

il-pożizzjoni tas-sedil ma tkunx inbidlet.

4.   MARKI

4.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li hija konformi mat-tip approvat għandha jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1.

l-isem jew it-trademark;

4.1.2.

il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li tkun konformi mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3.

in-numru serjali tal-istruttura tal-protezzjoni;

4.1.4.

l-għamla u t-tip(i) tat-trattur(i) li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija intiża.

4.2.

Dawn id-dettalji kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3.

Dawn il-marki għandhom jkunu viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassrux.

ANNESS II

Kondizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u tat-twaħħil tagħha mat-trattur

1.   ĦTIĠIET ĠENERALI

1.1.   Għanijiet tat-testijiet

Testijiet magħmula bl-użu ta’ strumenti speċjali huma intiżi sabiex jissimulaw dawk it-tagħbijiet imposti fuq l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta t-trattur jinqaleb. Dawn it-testijiet, deskritti fl-Anness III, għandhom jippermettu li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u s-saljaturi tat-twaħħil mat-trattur ikunu studjati.

1.2.   Tħejjija għat-test

1.2.1.

L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tkun ittestjata fuq trattur tat-tip li għalih tkun ġiet iddisinjata. Għandha tiġi mwaħħla mat-trattur skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-trattur u/jew dawk tal-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.2.2.

Għat-testijiet it-trattur għandu jkun mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tas-serje tal-produzzjoni li jistgħu jinfluwenzaw is-saħħa tal-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-test tas-saħħa.

Il-komponenti li jistgħu joħolqu periklu fiż-żona ta’ spazju għandhom jiġu imwaħħla wkoll sabiex jiġu eżaminati fir-rigward ta’ jekk ikunux konformi mal-ħtiġiet tal-punt 4.1 ta’ dan l-Anness.

1.2.3.

It-testijiet għandhom iseħħu bit-trattur wieqaf.

1.3.   Piż tat-trattur

Il-massa W imkejjla kif użata fil-formuli (ara l-Anness III parti A u B) biex jiġi kalkulat l-għoli tal-waqgħa tal-piż tal-pendlu u l-forza tat-tgħaffiġ, għandha tkun mill-anqas dik definita fil-punt 2.1.1. tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE (i.e., bl-esklużjoni tal-aċċessorji voluntarji imma inklużi l-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburanti, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal u x-xufier) flimkien mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u mnaqqas b’75 kg. Mhux inklużi huma l-oġġetti voluntarji, s-saborra ta’ quddiem jew ta’ wara, is-saborra tat-tajers, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal jew xi komponenti speċjalizzati.

2.   TAGĦMIR U APPARAT

2.1.   Il-piż tal-pendlu

2.1.1.

Il-piż tal-pendlu għandu jkun sospiż b’żewġ ktejjen jew ħbula tal-ħadid minn punti tal-pern mhux anqas minn 6 m ‘l fuq mill-art. Għandhom jiġu provduti mezzi għall-aġġustament indipendenti tal-għoli tal-piż sospiż u tal-angolu bejn il-piż u l-ktajjen jew il-ħbula li qegħdin iżommuh.

2.1.2.

Il-piż għandu jkun ta’ 2 000 ± 20 kg imma eskluż il-piż tal-ktajjen jew tal-ħbula, li huma nfushom ma għandhomx ikunu iktar minn 100 kg. It-tul tal-ġnub tan-naħa tal-impatt għandu jkun 680 ± 20 mm (ara l-Anness IV, fig.4) Il-piż għandu jkun mimli b’tali mod li l-pożizzjoni fiċ-ċentru tal-gravità tkun kostanti.

2.1.3.

Għandhom jiġu provduti mezzi għall-ġbid lura tal-piż bħal pendlu sa għoli li jkun iddeterminat għal kull test. Mekkaniżmu ta’ rilaxx bil-ħeffa għandu jippermetti li l-piż jitbandal ‘l isfel mingħajr ma jbiddel il-miel b’relazzjoni mal-ktejjen u l-ħbula li jżommuh.

2.2.   Sostenn tal-pendlu

Il-ponot tal-pern tal-pendlu għandhom jiġu imqiegħda b’mod riġidu hekk li ċ-ċaqlieq f’kull direzzjoni ma jeċċedix 1 % tal-għoli tal-waqgħa.

2.3.   Irbit

2.3.1.

It-trattur għandu jkun marbut permezz ta’ apparat li permezz tiegħu jiġi miżmum jew ristrett b’tali mod li jżommu l-linji tal-art li jkunu mwaħħla riġidi ma’ bażi tal-konkritt tali li ma jċedix. Il-linji għandhom jitqiegħdu spazzjati sabiex jippermettu li t-trattur jiġi mizmum hekk kif muri fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7. Għal kull test ir-roti tat-trattur u kull planċier tal-fus użati għandhom jistrieħu fuq bażi li ma ċċedix.

2.3.2.

Apparti mill-apparat ta’ tensjoni u l-irbit tal-linji tal-art it-trattur għandu jiġi marbut b’ħabel tal-ħadid tad-dimensjonijiet speċifikati.

Il-ħabel tal-ħadid għandu jkun ta’ kwalunkwe tip ta’ fili tondi, bil-ġewwieni tal-fibra, kostruzzjoni 6 x 19 skont ISO 2408. Id-dijametru nominali tal-ħabel għandu jkun ta’ 13 mm.

2.3.3.

Il-pern tan-nofs ta’ trattur artikulat għandu jiġi miżmum u imwaħħal kif meħtieġ għall-impatti ta’ quddiem, ta’ wara, u tal-ġenb u għall-testijiet tat-tgħaffiġ u għandu, aktar minn hekk, jiġi mirfuh mill-ġenb għall-impatti tal-ġenb. Ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara mhux neċessarjament għandhom ikunu bi dritt xulxin jekk dan ikun aktar konvenjenti sabiex jitwaħħlu il-ħbula tal-ħadid.

2.4.   Riffieda u seratizz tar-rota

2.4.1.

Travu għandu jintuża bħala riffieda għar-rota fil-ġenb tal-impatt kif muri fl-Anness IV, il-fig. 7.

2.4.2.

Travu ta’ injam artab ta’ madwar 150 x 150 mm għandu jitwaħħal mal-art sabiex jgħaqqad it-tajers man-naħa opposta tal-impatt kif jidher fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7.

2.5.   Ir-riffieda u r-rabbata għat-tratturi artikulati

2.5.1.

Ir-riffieda u r-rabbata addizjonali għandhom jintużaw għat-tratturi artikulati. L-għan ta’ dawn huwa sabiex jassiguraw li s-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib hija mwaħħla tkun riġida daqs dak tat-trattur riġidu.

2.5.2.

Dettajli speċifiċi addizzjonali jinsabu fl-Anness III fir-rigward tat-testijiet tal-impatt u tat-tgħaffiġ.

2.6.   Crushing Rig

Parank kif muri fl-Anness IV, il-fig. 8, għandu jkun kapaċi li jeżerċita forza ‘l-isfel fuq l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib minn travu riġidu ta’ approssimament 250 mm wiegħsa imwaħħal ma mekkaniżmu tal-applikar tat-tgħabija permezz ta’ minċotti universali. Pjanċieri xierqa tal-fus għandhom ikunu pprovduti sabiex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

2.7.   Apparat tal-kejl

2.7.1.

Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti A u B, għandu jintuża apparat li fuqu ikun imqiegħed issikkat fuq arblu orizzontali għall-iskop li jkejjel id-differenza bejn id-diflezzjoni massima momentanja u d-diflezzjoni residwa waqt it-test tal-impatt tal-ġenb.

2.7.2.

Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti A, il-kejl għandu jsir wara t-testijiet tal-laboratorju sabiex jiddeterminaw liema parti tal-istruttura ta’ protezzjoni tkun daħlet fiż-żona ta’ spazju msemmija f’punt 2 tal-Anness III parti A.

2.7.3.

Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti B, għandu jkun ipprovdut apparat – li jista jinkludi tagħmir fotografiku – sabiex wara li jsiru t-testijiet tal-laboratorji jkun stabbilit liema parti tal-istruttura tal-protezzjoni, matul dawn it-testijiet, tkun daħlet jew kienet f’kuntatt maż-żona ta’ spazju preskritta f’punt 2 tal-Anness III parti B.

2.8.   Tolleranzi tal-kejl

It-tolleranzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-kejl magħmul matul it-testijiet:

2.8.1.

qisien lineari imkejjla matul it-test (bl-eċċezzjoni ta’ 2.8.2); struttura ta’ protezzjoni u qisien tat-trattur, żona ta’ spazju tad-diflezzjonijiet tat-tyre meta meta marbut għat-test tal-impatt: ± 3 mm;

2.8.2.

għoli tal-piż tal-pendlu issetjat għat-test tal-impatt: ± 6 mm;

2.8.3.

il-piż imkejjel tat-trattur: ± 20 kg;

2.8.4.

il-piż applikat matul it-testijiet tat-tgħaffiġ: ± 2 %;

2.8.5.

l-angolu tal-ktajjen jew tal-ħbula tal-ħadid użati bħala sostenn fil-punt tal-impatt: ± 2 °.

3.   TESTIJIET

3.1.   Ħtiġiet Ġenerali

3.1.1.   Sekwenza tat-testijiet

3.1.1.1.

Il-lista u sekwenza tat-testijiet għandha tkun kif ġej. In-numri tad-dettalji huma dawk tat-testijiet kif deskritti fl-Anness III parti A u B:

1.

impatt minn wara

1.1,

2.

test tat-tgħaffiġ fuq wara

1.4,

3.

impatt minn quddiem

1.2,

4.

impatt mill-ġenb

1.3,

5.

test tat-tgħaffiġ fuq quddiem

1.5.

3.1.1.2.

Jekk, matul it-test, xi parti tal-apparat tal-irbit tiċċaqlaq jew tinkiser, it-test għandu jiġi ripetut.

3.1.1.3.

L-ebda tiswija jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib m’għandhom isiru matul it-test.

3.1.1.4.

Il-gear-box tat-trattur għandha tkun fin-newtral u l-brejkijiet miftuħa matul it-test kollu.

3.1.1.5.

Fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’sedil u steering wheel riversibbli), l-ewwel impatt għandu jkun lonġitudinali u għandu jiġi applikat fuq l-itqal estremità (b’aktar minn 50 % tal-massa tat-trattur). Dan għandu jiġi segwit minn test ta’ tgħaffiġ fuq l-istess estremità. It-tieni impatt għandu jkun fuq l-eħfef estremità, u t-tielet impatt għandu jkun mill-ġenb. Fl-aħħar, għandu jitwettaq it-tieni test ta’ tgħaffiġ fuq l-eħfef estremità.

3.1.2.   Wesgħa tas-sarbut

Il-wisgħa tas-sarbut issetjat għat-tajers ta’ wara għandu jintgħażel hekk li kemm jista jkun possibbli l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx sostnuta bit-tajers matul it-testijiet.

3.1.3.   Tneħħija ta’ komponenti li ma joħolqux ħsara

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li, bħala unitajiet sħaħ, jikkostitwixxu protezzjoni għax-xufier – inkluż protezzjoni mit-temp - għandhom ikunu fornuti mat-trattur li għandu jkun ittestjat. Huwa permissibbli li jitneħħew it-twieqi ta’ ħġieġ tas-sigurtà ta’ quddiem, tal-ġnub u ta’ wara jew xi materjal simili u kull panew li jista’ jitneħħa, tagħmir u aċċessorji li ma għandhom l-ebda funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistgħux joħolqu ħsara fil-każ ta’ tgerbib.

3.1.4.   Direzzjoni tal-impatti

In-naħa tat-trattur li tirċievi l-impatt tal-ġenb għandha tkun dik li aktarx li toħloq l-akbar tgħawwiġ. L-impatt ta’ wara għandu jkun fuq il-kantuniera l-aktar ‘il bogħod mill-impatt tal-ġenb u l-impatt ta’ quddiem, il-kantuniera l-aktar qrib għall-impatt tal-ġenb.

3.1.5.   Pressjoni tat-tajers u t-trattib

It-tajers ma għandhomx ikunu bl-ilma bħala saborra. Il-pressjoni u t-trattib f’dawk it-tajers li huma marbuta fid-diversi testijiet għandhom ikun skont it-tabella li ġejja:

 

Pressjoni tat-tajer (bar)

Trattib (mm)

Tajers Radial-ply

Tajers Diagonal-Ply

Quddiem

Wara

Quddiem

Wara

Quddiem

Wara

Sistema tal-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem u ta’ wara tal-istess daqs

1,20

1,20

1,00

1,00

25

25

Sistema tal-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem iżgħar minn ta’ wara

1,80

1,20

1,50

1,00

20

25

Sistema tal-ingranaġġ fuq żewġ roti

2,40

1,20

2,00

1,00

15

25

4.   INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

4.1.

Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ippreżentata għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tkun meqjusa bħala li tissodisfa il-ħtiġiet dwar is-saħħa meta tissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.1.1.

tkun ħielsa minn qsim u tixqieq kif deskritti fil-punt 3.1 tal-Anness III parti A B;

4.1.2.

għal testijiet tal-Anness III parti A: l-ebda parti taż-żona tal-ispazji ma tkun ‘il barra mill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib;

għal testijiet tal-Anness III parti B: l-ebda parti miz-żona tal-ispazji ma tkun iddaħħlet fl-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib waqt l-impatt jew it-testijiet tal-impatt jew hija ‘l barra mill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, kif deskritta fil-punt 3.2 tal-Anness III parti B;

4.1.3.

għal testijiet tal-Anness III parti A: id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-diflezzjoni residwa, msemmija f’punt 3.3. tal-Anness III parti A ma teċċedix il-15 cm;

għal testijiet tal-Anness III parti B: matul it-test tal-impatt fuq il-ġenb, id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-diflezzjoni residwa, riferita fil-punt 3.3. tal-Anness III parti B ma teċċedix il-25 cm.

4.2.

M’hemm l-ebda fattur ieħor li jippreżenta periklu partikulari lis-sewwieq e.g. ħġieġ ta’ tip li x’aktarx li jixxaqqaq b’mod perikoluż, kuxxinar insuffiċjenti fis-saqaf jew inkella fejn ras is-sewwieq tista’ taħbat.

5.   RAPPORT TAT-TEST

5.1.

Ir-rapport tat-test għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent msemmi fl-Anness VII. Il-preżentazzjoni ta’ dan ir-rapport għandha tkun kif murija fl-Anness V. Ir-rapport għandu jinkludi:

5.1.1.

deskrizzjoni ġenerali tal-għamla u l-kostruzzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib inklużi l-materjali u t-tagħmir; il-qisien esterni tat-trattur bl-istruttura ta’ protezzjoni armata, il-qisien interni ewlenin, l-ispazju minimu mill-isteering wheel, id-distanza laterali mill-isteering wheel sal-ġnub tal-istruttura tal-protezzjoni, l-għoli tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni fuq is-sedil jew il-punt tar-referenza tas-sedil u fuq il-pjanċier tas-saqajn jekk ikun hemm, dettalji tal-provvedimenti dwar id-dħul u l-ħruġ normali u għall-ħrib kif determinat mill-partijiet tal-istruttura tal-protezzjoni; u d-dettalji tas-sħanat u, meta meħtieġ, is-sistema tal-ventilazzjoni;

5.1.2.

dettalji ta’ xi fatturi speċjali bħal ma hu l-apparat li jipprevjeni t-tgerbib kontinwu tat-trattur,

5.1.3.

deskrizzjoni qasira tal-kuxxinar intern intiż li jimminimizza l-feriti fir-ras u l-ispalla u jew inkella l-effett li jnaqqas il-ħoss;

5.1.4.

stqarrija dwar it-tip ta’ windscreen u l-ħġieġ imwaħħal.

5.2.

Ir-rapport għandu jidentifika b’mod ċar it-tip ta’ trattur (għamla, tip, deskrizzjoni kummerċjali, eċċ.) użat għall-ittestjar u t-tipi li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija intiża għalih.

5.3.

Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti hija estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport tal-approvazzjoni tat-tip KE oriġinali tal-komponenti kif ukoll l-indikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 3.4 tal-Anness I.

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR

A –   Metodu tat-test I

1.   TESTIJIET TAL-IMPATT U T-TGĦAFFIĠ

1.1.   Impatt fuq wara

1.1.1.

It-trattur għandu jitqiegħed b’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta 20 ° għal dak vertikali, sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni masima, il-ktajjen ta’ sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu jkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-quċċata tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tal-għoli tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja karatabum mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk parti maħruġa tippreżenta żona inadegwata għall-għoli, il-pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dik il-parti b’tali mod li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2.

Il-qafas riġidu ta’ tratturi għandu jkun marbut sewwa. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom ikunu madwar 2 m wara l-fus ta’ wara u 1.5 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem. Għandhom ikunu jew fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn irbit wieħed għandu jagħti forza riżulatanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex it-trattib fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara jkunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam 150 × 150 mm għandu jkun imqabbad quddiem ir-roti ta’ wara u ssikkatt ferm magħhom.

1.1.3.

Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tkun meqjusa bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5. Il-punt tad-dawrien għandu jkun sostnutt minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u għandu jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji tal-art.

1.1.4.

Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq dak tal-punt tal-impatt, huwa mogħti bil-formula:

H = 125 + 0,020 W

fejn H hija l-għoli tal-waqgħa f’millimetri u W hija l-massa tat-trattur kif definita fil-punt 1.3. tal-Anness II.

Il-piż għandu mbagħad jintelaq u jitħalla jikkraxxja kontra l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.2.   Impatt fuq quddiem

1.2.1.

It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-katina ta’ rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta’ kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’dan il-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba mal-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment tax-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandiex tkun aktar minn 80 mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80 mm ‘il ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2.

Trattur b’qafas riġidu għandu jkun marbut hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti tat-twaħħlil tal-irbit għandhom ikunu approssimament 2 m wara l-fus ta’ wara u 1, 50 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex it-trattib fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam 150 × 150 mm għandu jkun imqabbad wara r-roti ta’ wara u ssikkat magħhom.

1.2.3.

Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tiġi trattata bħall-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji tal-art.

1.2.4.

Il-piż għandu jinġibed lura hekk li l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,020 W.

1.3.   Impatt fil-ġenb

1.3.1.

It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-diflezzjoni, ‘l barra milli vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jkun aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat l-ewwel mal-art f’inċident tat-tgerbib, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm ma jkunx ċert li l-parti l-oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt tal-impatt għandu jkun fil-pjan linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs tal-aġġustament. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. F’dak li jirrigwarda tratturi b’postijiet tas-sewqan riversibbli (b’sedil u steering wheel riversibbli), il-punt ta’ impatt ikun definit b’relazzjoni mal-punt fil-pjan medjan tat-trattur mal-pjan li jkun perpendikulari miegħu skont linja li tgħadddi minn punt ekwidistanti miż-żewġ punti ta’ referenza mis-sedil.

1.3.2.

Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt sejjer ikun amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ tirbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus mill-punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt 1.5 m ‘il quddiem tal-pern u l-ieħor minn punt approssimament 1.5 m wara il-pern. L-irbit għandhom jiġu issikati sabiex ikun hemm devjazzjoni fit-tajers li jmissu mal-irbit huma kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Wara l-irbit, seratizz tal-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod mal-art b’tali mod li jkun imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri fl-Anness IV, il-fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintgħażel b’tali mod li meta jkun f’posizzjoni kontra r-rota ikun f’angolu ta 30 ± 3 ° mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhomx ikunu pprevenuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal mal-art kontra l-parti ta’ barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3.

Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex dik is-sezzjoni tat-trattur li jkun fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imwaħħla riġidament mal-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu mal-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuqhom l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha titwaħħal u tkun mirfuda bħal fl-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ mill-anqas 100 × 100 mm u marbut mal-linji tal-art. Riffieda għandha tkun imqiegħda kontra il-punt tad-dawrien u marbuta mal-art b’tali mod li jkollha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4.

Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,150 W.

1.4.   It-tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jkun imqiegħed fuq il-parank hekk kif deskritt fil-punt 2.6 tal-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa fuq l-aktar parti ta’ wara tal-istruttura tal-protezzjoni li ġġorr il-piż tal-pjan tal-medjan longitudinali tat-trattur tkun fin-nofs bejn il-punti tal-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

It-travetti tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tajers ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li jkun marbut ‘il quddiem tat-trattur.

1.5.   Tgħaffiġ fuq quddiem

1.5.1.

Dan għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ ta’ wara bl-eċċezzjoni li it-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-aktar fuq quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2.

Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni ma ssostnix il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isofri devjazzjoni li tkun mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa u t-trattur imqiegħed mill-ġdid b’tali mod li s-seratizz huwa fuq dak il-punt tal-istruttura tal-protezzjoni li jista’ imbagħad isostni ‘il wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2.   ŻONA TA’ SPAZJU

2.1.

Iż-“żona ta’ spazju” hija definita mill-pjani kif ġej, bit-trattur jkun fuq wiċċ orizzontali:

 

orizzontali, 95 ċm mis-sedil ikkompressat;

 

vertikali, perpendikulari mal-pjan medjan tat-trattur u 10 ċm wara d-dahar tas-sedil;

 

vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 ċm lejn ix-xellug taċ-ċentru tas-sedil;

 

vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 ċm lejn il-lemin taċ-ċentru tas-sedil;

 

pjan inklinat li fih ikun hemm il-linja orizzontali f’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur, 95 ċm fuq is-sedil ikkompressat u 45 ċm (biż-żieda taċ-ċaqliq possibbli tas-sedil ‘il quddiem u lura) lejn il-quddiem tad-dhar tas-sedil. Dan il-pjan inklinat jgħaddi minn quddiem l-isteering wheel u l-eqreb punt ikun ta’ 4 ċm tar-rimm tal-isteering wheel.

2.2.

Id-dahar tas-sedil għandu jkun iddeterminat billi jkun injorat il-kuxxinar tiegħu. Is-sedil għandu jkun fil-parti l-aktar lura tal-aġġustament tiegħu għal operazzjoni bil-qiegħda normali tat-trattur u fil-pożizzjoni l-aktar għolja jekk din tkun independentement varjabbli. Meta s-suspenzjoni tas-sedil tista’ tkun aġġustata din għandha tkun fil-pożizzjoni medja u l-piż fuqu jkun ta’ 75 kg.

3.   KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1.   Fratturi u qsim

Għal kull test il-membri strutturali, il-ġonot u s-saljaturi tat-twaħħil kollha fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal fratturi u qsim, xi qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2.   Żona ta’ spazju

3.2.1.

Wara kull test l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi eżaminata biex tara jekk xi parti mill-istruttura tal-protezzjoni tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju madwar is-sedil tas-sewqan hekk kif definit fil-punt 2.

3.2.2.

B’żieda ma’ dan, l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi eżaminata sabiex tiddetermina jekk xi parti miż-żona ta’ spazju tkunx ‘il barra mill-protezzjoni tal-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt ma’ art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ikun ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni l-issettjar tat-tajer u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3.   Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test tal-impatt mal-ġenb id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-deflezzjoni residwa f’għoli ta’ 950 mm ‘il fuq mis-sedil bil-piż għandha tkun irrekordjata. Parti mill-virga indikata fil-punt 2.7.1 tal-Anness II għandha tkun imwaħħla mal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq il-virga wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4.   Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali d-devjazzjoni permanenti tal-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rekordjata. Għal dan il-għan, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mas-sedil għandha tiġi rekordjata.

B –   Metodu tat-test II

1.   TESTIJIET TAL-IMPATT U TAT-TGĦAFFIĠ

1.1.   Impatt fuq wara

1.1.1.

It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt ikollha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. Fil-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu tkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tal-għoli tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali ma’ linja linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk membru mħarreġ ‘il barra jkun preżenti f’żona inadekwata għall-għoli, pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dak il-membru b’tali mod li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2.

Tratturi b’qafas riġidi għandhom jiġu marbuta sewwa. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom jkunu madwar 2 m wara il-fus ta’ wara u 1.5 m quddiem il-fus ta’ quddiem. M’għandhomx jkunu la fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn rabta waħda għandha tati forza riżultanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-devjazzjoni fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam ta’ 150 × 150 mm għandu jitwaħħal quddiem ir-roti ta’ wara u jiġi ssikkat ħafna kontra tagħhom.

1.1.3.

Tratturi artikulati għandu ikollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ 100 × 100 mm u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta tal-linji tal-art.

1.1.4.

Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 2,165 × 10-8 × WL2 jew H = 5,73 × 10–2 × I

fejn:

H

=

l-għoli ta’ waqgħa f’millimetri,

W

=

il-piż tat-trattur hekk kif definit fi 1.3 tal-Anness II,

L

=

il-wheel base massimu tat-trattur f’millimetri,

I

=

il-momentum tal-inertia tal-fus ta’ wara, bir-roti maqlugħin, f’kilogrammi għal kull metru kwadru (kg/m2).

Il-piż għandu imbagħad jintelaq u jitħalla li jikkraxxja kontra l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.1.5.

M’għandu jkun hemm l-ebda impatt fuq wara fil-każ ta’ trattur b’tal-inqas 50 % tal-piż, hekk kif definit mill-punt 1.3. tal-Anness II, jkun fuq il-fus ta’ quddiem.

1.2.   Impatt fuq quddiem

1.2.1.

It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba mal-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandux jkun aktar minn 80 mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80 mm il-ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja f’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2.

Tratturi b’qafas riġidu għandhom ikunu marbuta hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom ikunu approssimament 2 m wara l-fus ta’ wara u 1.5 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-devjazzjoni fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-ħbula jiġu ssikkati, seratizz tal-injam ta’ 150 × 150 mm għandu jitwaħħal wara r-roti ta’ wara u ssikkat sewwa kontra tagħhom.

1.2.3.

Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta mal-linji tal-art.

1.2.4.

Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,020 W.

1.3.   Impatt mal-ġenb

1.3.1.

It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-devjazzjoni, ‘il barra milli vertikali. Fil-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta issir qalba laġenba, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm m’huwiex ċert li l-parti oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt tal-impatt għandu jkun fil-pjan b’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs tal-aġġustament. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. Fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’sedil u steering wheel riversibbli), il-punt ta’ impatt għandu jiġi stabbilit b’relazzjoni mal-intersezzjoni tal-pjan medjan tat-trattur u ta’ pjan perpendikulari miegħu, b’linja dritta li tgħaddi minn punt li huwa ekwidistanti miż-żewġ punti ta’ referenza tas-sedil.

1.3.2.

Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt huwa amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ irbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus minn punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt tal-irbit approssimament 1.5 m quddiem il-fus u ieħor minn punt madwar 1.5 m wara l-fus. L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-dejvazzjoni fit-tajers li jmissu mal-irbit ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Wara l-irbit, seratizz tal-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod mal-art b’tali mod li huwa imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri f’Anness IV, fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintgħażel b’tali mod li meta f’pożizzjoni kontra r-rota huwa f’angolu ta 30 ± 3 ° mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhomx ikunu pprevenuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal mal-art kontra barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3.

Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex is-sezzjoni tat-trattur li fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imqiegħdha riġidament mal-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu mal-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuq l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha tkun marbuta u mifruda skont l-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt tal-artikulazzjoni għandu jiġi sostnut minn seratizz tal-anqas 100 × 100 mm u marbut mal-linji tal-art. Għandha tiġi ppożizzjonata riffieda kontra l-punt tal-artikulazzjoni u asigurata mal-art b’tali mod li għandha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4.

Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,150 W

1.4.   Tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jiġi ppożizzjonat mal-parank hekk kif deskritt fil-punt 2.6 tal-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa qabel l-iktar parti ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni li tkun terfa’ t-tgħabija tal-medjan tal-pjan longitudinali tat-trattur li hija fin-nofs bejn il-punti tal-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

L-irfid tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tajers ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li torbot il-quddiem tat-trattur.

1.5.   Tgħaffiġ fuq quddiem

1.5.1.

Dan it-test għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ fuq wara bl-eċċezzjoni li t-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-iktar fuq quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2.

Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni ma ssostnix il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isofri devjazzjoni li tikkoinċidi mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa u t-trattur jiġi pożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li s-seratizz huwa fuq dak il-punt tal-istruttura tal-protezzjoni li jista’ imbagħad isostni l-wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2.   ŻONA TA’ SPAZJU

2.1.

Iż-żona tal-ispazju hija illustrata fl-Anness IV, il-fig. 3, u hija definita b’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali mat-trattur u li jgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fil-punt 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi meqjus li jersaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel matul l-impatti iżda li jibqa’ perpendikulari mal-art tat-trattur jew tal-istruttutra tal-protezzjoni kontra l-qlib jekk hu armat b’mod reżiljenti.

Meta l-isteering wheel hija aġġustata, il-pożizzjoni tagħha għandha tkun dik normal tas-sewqan bil-qiegħda.

2.2.

Ix-xifer taż-żona għandhom jittieħdu kif ġej:

2.2.1.

il-pjani vertikali 250 mm minn kull naħa tal-pjan ta’ referenza estiżi ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2.

il-pjani paralleli estiżi mit-tarf ta’ fuq tal-pjani msemmija f’punt 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u inklinat b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fuq il-ġenb ta’ fejn l-impact ikun milqut huwa tal-anqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;

2.2.3.

pjan orizzontali ta’ 900 mm ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.4.

pjan inklinat perperndikulari mal-pjan ta’ referenza u li jinkludi 900 mm direttament fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u l-aktar punt lura mill-istruttura tas-sedil li jinkludi is-sospensjonijiet;

2.2.5.

pjan vertikali perpendikulari mal-pjan ta’ referenza jestendi ‘l isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil;

2.2.6.

wiċċ kurvilineari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, b’raġġ ta’ 120 mm tanġenzjali mal-pjani msemmija f’punti 2.2.3. u 2.2.4;

2.2.7.

wiċċ kurvilineari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 900 mm u jestendi ‘il quddiem għall 400 mm minn u tanġenzjali għall-pjan msemmi f’punt 2.2.3 fil-punt 150 mm ‘il quddiem tal-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.8.

pjan perpendikualri inklinat mal-pjan ta’ referenza, li jgħaqqad il-wiċċ msemmi f’punt 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mal-isteering wheel. Fil-każ ta’ pożizzjoni għolja tal-isteering wheel dan il-pjan huwa mibdul ma’ pjan tanġenzjali mal-wiċċ 2.2.7;

2.2.9.

pjan vertikali, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, 40 mm il-quddiem tal-isteering wheel;

2.2.10.

pjan orizzontali mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.11.

fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’ sedil u steering wheel riversibbli), l-ispazju għandu jkun il-kombinazzjoni taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ posizzjonijiet tal-isteering wheel u s-sedil;

2.2.12.

fil-każ ta’ trattur li jista’ jkun mgħammar b’iktar sedili, it-testijiet għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju kkombinat tal-punti ta’ referenza tas-sedil għal kull possibbiltà disponibli għat-twaħħil tas-sedilli. L-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju kkombinat madwar id-diversi punti ta’ referenza tas-sedil;

2.2.13.

meta tkun proposta għażla ġdida għas-sedil wara li jkun sar it-test, għandha ssir kalkolazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-ispazju madwar il-punt ta’ referenza ġdid tas-sedil jinsabx kompletament fl-ispazju kombinat stabbilit preċedentement. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun meħtieġ li jsir test ġdid.

2.3.

Il-lokazzjoni tas-sedil u l-punt tar-referenza tas-sedil

2.3.1.

Għall-għan tad-definizzjoni taż-żona tal-ispazju fil-punt 2.1, is-sedil għandu jkun il-punt l-aktar lura minn kull medda orizzontali kif aġġustata. Għandu jkun issetjat fin-nofs tal-medda vertikali aġġustata fejn hemm aġġustament indipendenti mill-pożizzjoni orizzontali.

Il-punt ta’ referenza għandu jkun stabbilit bl-użu tal-apparat illustrat fl-Anness IV, il-fig. 1 u 2, sabiex jissimulaw tgħabija minn okkupant uman. L-apparat jikkonsisti minn sedil pan board u backrest boards. Il-backrest board ta’ taħt għandu jiġi imwaħħal fir-reġjun tal-ischium humps (A) u loin (B), l-irbit (B) jkun jista jiġi aġġustat għall-għoli.

2.3.2.

Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan orizzontali medjan tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-backrest ta’ taħt u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Il-pjan orizzontali jgħaddi mill-wiċċ ta’ taħt tas-sedil pan board 150 mm quddiem it-tanġent imsemmi hawn fuq.

2.3.3.

Meta s-sospenzjoni tas-sedil huwa pprovdut bl-aġġustament għall-piż tax-xufier, dan għandu jiġi ssetjat sabiex is-sedil ikun fin-nofs tal-medda dinamika.

L-apparat għandu jiġi pożizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jiġi mgħobbi b’forza ta’ 550 N fil-punt 50 mm quddiem ir-rabta (A), u ż-żewġ partijiet tal-backrest board għandhom jiġu ppressati bil-mod b’mod tanġenzjali kontra l-backrest.

2.3.4.

Jekk mhux possibbli li jkunu ddeterminati tanġenti definiti għal kull żona tal-backrest (‘il fuq u ‘l isfel mir-reġjun lumbari) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1.

meta l-ebda tanġent definit għaż-żona t’isfel m’huwa possibbli: il-parti t’isfel tal-backrest board hija ppressata kontra l-backrest b’mod vertikali;

2.3.4.2.

meta l-ebda tanġent definit għaż-żona ta’ fuq m’huwa possibli: l-irbit (B) huwa ffissat f’għoli ta’ 230 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti t’isfel tal-backrest board hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-backrest board huma ppressati bil-mod kontra l-backrest b’mod tanġenzjali.

3.   KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1.   Fratturi u qsim

Wara kull test, il-membri strutturali kollha, l-irbit u s-saljaturi tal-irbit fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viziv għal fratturi u qsim, kull qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2.   Żona ta’ spazju

3.2.1.

Waqt kull test l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk xi parti mill-istruttura ta’ protezzjoni tkunx daħlet fiż-żona tal-ispazju madwar is-sedil tas-sewqa hekk kif definit fil-punti 2.1 u 2.2.

3.2.2.

Barra minn hekk, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi verifikat jekk xi parti miż-żona tal-ispazju hijiex barra mill-protezzjoni tal-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt mal-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni is-settjar tat-tajer u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3.   Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test tal-impatt tal-ġenb, id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u d-devjazzjoni residwa f’għoli ta’ 900 mm fuq u 150 mm ‘il quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil għandu jiġi rrekordjat. Wieħed mit-truf tal-arblu indikat fil-punt 2.7.1 tal-Anness II għandu jitwaħħal mal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u it-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq l-arblu wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4.   Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali id-devjazzjoni permanenti tal-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rrekordjata. Għal dan l-iskop, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mar-referenza tas-sedil għandha tiġi rrekordjata.

ANNESS IV

FIGURI

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

MARKI

Il-marka tat-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tikkonsisti minn rettanglu madwar l-ittra żgħira “e”, u warajha numru distintiv tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

1. Għall-Ġermanja,

2. Għal Franza,

3. Għall-Italja,

4. Għall-Olanda,

5. Għall-Isvezja,

6. Għall-Belġju,

7. Għall-Ungerija,

8. Għar-Repubblika Ċeka,

9. Għal Spanja,

11. Għar-Renju Unit,

12. Għall-Awstrija,

13. Għal-Lussemburgu,

17. Għall-Finlandja,

18. Għad-Danimarka,

19. Għar-Rumanija,

20. Għall-Polonja,

21. Għall-Portugall,

23. Għall-Greċja,

24. Għall-Irlanda,

26. Għas-Slovenja,

27. Għas-Slovakkja.

29. Għall-Estonja,

32. Għall Latvja,

34. Għall Bulgarija

36. Għall-Litwanja,

49. Għal Ċipru,

50. Għal Malta.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti li jaqbel man-numru maħruġ fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti maħruġ fir-rigward tas-saħħa tat-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur.

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

Image

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

1.

L-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ta’ trattur, fir-rigward tas-saħħa tal-protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil mat-trattur għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.

Rappreżentant tat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat, li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni u t-twaħħil tagħha, approvat, u armat, għandu jiġi ppreżentat lis-servizzi tekniċi li jagħmlu testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

3.

Is-servizz tekniku responsabbli sabiex jagħmel testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jivverifika jekk it-tip approvat tal-istruttura tal-protezzjoni hijiex intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li dwarha tkun mitluba l-approvazzjoni tat-tip. B’mod partikulari, għandu jiġi aċċertat li t-twaħħil tal-istruttura tal-protezzjoni jikkorispondi ma’ dak li ġie ittestjat meta tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti.

4.

Il-possessur tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jista’ jitlob għall-estensjoni tagħha għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-estensjoni bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.1.

it-tip il-ġdid tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u it-trattur tat-twaħħil tagħha irċevew l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti;

5.2.

hija iddisinjata sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tkun intalbet;

5.3.

it-twaħħil tal-istruttura tal-protezzjoni tat-trattur taqbel ma’ dik ittestjata meta kienet ingħatat l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti.

6.

Ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ingħatat jew ġiet miċħuda.

7.

Jekk l-applikazzjoni tal-approvazzjoni KE tat-tip għal tip ta’ trattur hija introdotta fl-istess ħin li talba għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti hija mitluba, il-verifiki previsti f’punti 2 u 3 m’għandhomx jsiru.

ANNEX IX

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS X

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-lista ta’ emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva 77/536/KEE tal-Kunsill

(ĠU L 220, 29.8.1977, p. 1)

 

Anness I, Parti X, Att ta’ Adeżjoni 1979

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 108)

 

Anness I, Parti IX A, Att ta’ Adeżjoni 1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 209)

 

Direttiva 87/354/KEE tal-Kunsill

(ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43)

Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula mill-punt 9(a) tal-Anness tad-Direttiva 77/536/KEE.

Direttiva 89/680/KEE tal-Kunsill

(ĠU L 398, 30.12.1989, p. 26)

 

Punt XI.C.II. 2 tal-Anness I, Att ta’ Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 205)

 

Direttiva 1999/55/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 146, 11.6.1999, p. 28)

 

Punt I.A.21 tal-Anness II, Att ta’ Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 53)

 

Direttiva 2006/96/KE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula fl-ewwel Artikolu fid-Direttiva 77/536/KEE u għal dak li għandu x’jaqsam mal-Anness, il-punt 20.

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

77/536/KEE

fid-29 ta’ Diċembru 1978.

87/354/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

89/680/KEE

fit-3 ta’ Jannar 1990.

1999/55/KE

fit-30 ta’ Ġunju 2000 (1)

2006/96/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.


(1)  Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/55/KE:

1.   “Mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur, jew

jipprojbixxu id-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk it-tratturi in kwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:

ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b’din id-Direttiva,

jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jissodifax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.”

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 77/536/KEE

Direttiva 1999/55/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 9

 

Artikolu 1

Artikolu 1

 

Artikolu 2

Artikolu 2

 

Artikolu 3

Artikolu 3

 

Artikolu 4

Artikolu 4

 

Artikolu 5

Artikolu 5

 

Artikolu 6

Artikolu 6

 

Artikolu 7

Artikolu 7

 

 

Artikolu 2

Artikolu 8

Artikolu 8

 

Artikolu 9

Artikoli 10 u 11

 

Artikoli 10 u 11

Artikolu 12, (1)

 

Artikolu 12, (2)

 

Artikolu 12

 

Artikolu 13

 

Artikolu 14

Artikolu 13

 

Artikolu 15

Annessi I sa IX

 

Annessi I sa IX

 

Anness X

 

Anness XI


3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/40


DIRETTIVA 2009/75/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva 79/622/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Id-Direttiva 79/622/KEE hija waħda mid-Direttivi partikolari li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici (5), u li stabbilietpreskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, fir-rigward tal-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (kontroll statiku). Dawn il-preskrizzjonijet tekniċi ji jimmiraw lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE, li għandha tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar sistemi tal-vetturi rigward tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għat-tratturi kif definiti u fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

spazju ħieles taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1 000 mm;

(b)

wisa’ fissa minima aġġustabbli tat-track ta’ waħda mill-fwies tas-sewqan ta’ 1 150 mm jew aktar;

(c)

possibilità li jitwaħħlilha strument għall-multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar;

(d)

massa ta’ 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi mal-massa bla piż tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fil-punt 2.1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2003/37/KE, li jinkludi l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skont din id-Direttiva u tyres tal-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 2

1.   Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip KE għal komponent E għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur skont ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u kontroll stabbiliti fl-Annessi I sa V.

2.   Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip KE għal komponentgħandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrolla, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali kontroll għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur approvati skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell esibit f’Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.

Artikolu 4

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent.

Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u li jonqsu konsistentement milli jikkkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, kopji taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, kompluti għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 6

1.   Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jsib li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ma jikkonformawx mat-tip li huwa jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu jestendu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità serja u ripetuta.

L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u dwar ir-raġunijiet għat-teħid ta’ tali miżura.

Artikolu 7

Kull deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permess għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IX ġew sodisfatti.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fiċ-ċirkulazzjoni għall-ewwel darba jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa XI ġew sodisfatti.

Artikolu 10

Għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/57/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (6) jistgħu, għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, jkunu mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I sa IV ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

L-emendi neċessarji biex ir-rekwiżiti fl-Annessi I sa IX jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata mill-atti msemmija fl-Anness X, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-president

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-president

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 17.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 179, 17.7.1979 p. 1.

(4)  Anness X, Parti A.

(5)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(6)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

ANNESS II

Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi

ANNESS III

Proċeduri għall -kontroll

ANNESS IV

Figuri

ANNESS V

Mudell tar-rapport tal-kontroll ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ta’ struttura ta’ protezzjoni (qafas jew kabina tas-sigurtà) rigward is-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur

ANNESS VI

Marki

ANNESS VII

Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

ANNESS VIII

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE

ANNESS IX

Mudell ta’ Anness għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ trattur dwar is-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (kontrolli statiċi)

ANNESS X

Parti A: Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Parti B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ANNESS XI

Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS I

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent1.

1.   DEFINIZZJONI

1.1.

“Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib” (safety cab jew qafas), minn issa ’il quddiem msejħa “struttura ta’ protezzjoni”, tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lis-sewwieq li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

1.2.

L-istrutturi msemmija f’1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt lil-kontrolli preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lis-sewwieq.

2.   REKWIŻITI ĠENERALI

2.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u mibnija sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fil-punt 1.

2.2.

Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk ir-rekwiżiti tal-Annessi II u III jiġu sodisfatti.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent dwar is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma’ trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tliet kopji u bil-partikolari li ġejjin:

tpinġija ġenerali tal-arranġament jew fuq skala mmarkata fuq it-tpinġija jew inkella li tagħti d-dimensjonijiet tal-istruttura ta’ protezzjoni. Din it-tpinġija għandha partikolarment turi dettalji tal-komponenti tat-twaħħil;

ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tat-twaħħil;

deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ protezzjoni li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur u, fejn neċessarju, dettalji dwar cladding, mezzi ta’ aċċess u ħarba, dettalji dwar kuttunament interjuri u karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji ta’ sħana u ventilazzjoni;

dettalji ta’ materjali wżati fil-partijiet strutturali li jinkludu saljaturi u serraturi ta’ twaħħil (Ara Anness V).

3.3.

Trattur li jirrapreżenta t-tip ta’ trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta’ protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta’ protezzjoni.

3.4.

Min għandu approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jista’ jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta’ protezzjoni approvata u t-tip(i) ta’ trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

il-massa tat-trattur mingħajr saborra, kif definita fil-punt 1.3 tal-Anness II, ma testendix b’aktar minn 5 % il-massa ta’ riferenza użat fil-kontroll;

il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li miegħu twaħħlu huma identiċi;

il-komponenti bħal mudguards u bonnet cowls li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura ta’ protezzjoni huma identiċi;

il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sedil fl-istruttura ta’ protezzjoni u l-posizzjonijiet relattivi tal-istruttura ta’ protezzjoni u t-trattur għandhom jkunu tali li ż-żona ta’ spazju tibqa’ fil-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa waqt il-kontroll kollha.

4.   MARKI

4.1.

Kull struttura ta’ protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1.

il-marka tan-negozju jew l-isem;

4.1.2.

marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3.

numru serjali tal-istruttura ta’ protezzjoni;

4.1.4.

Ditta u tip(i) tat-trattur(i) li għaliha jew għalihom hija maħsuba l-istruttura ta’ protezzjoni.

4.2.

Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3.

Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux.

ANNESS II

Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.   Għanijiet tal-kontroll

Kontrolli li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali tagħbijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn -il-kontrolli, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tal-kontroll.

1.2.   Preparazzjoni għall-kontroll

1.2.1.   L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skont il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma’ waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għall-kontroll; madankollu l-istruttura ta’ protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom-għall-kontrolli għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn ‘il quddiem se tiġi msejjħa bħala “l-assemblea”.

1.2.2.   L-assemblea għandha titwaħħal mal-bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l-bedplate ma jitgħawġux b’mod sinjifikanti b’relazzjoni mal-istruttura ta’ protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta’ twaħħil tal-assemblea mal-bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa tal-assemblea.

1.2.3.   L-assemblea għandha tiġi miżmuma u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tal-kontroll tiġi assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur.

1.2.3.1.   Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ punt 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tal-kontroll.

1.2.4.   Għall-kontroll it-trattur għandu jiġi mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista’ tinfluwenza s-saħħa tal-istruttura tal-protezzjoni jew li tista’ tkun meħtieġa għall-kontroll tas-saħħa.

Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi kontrollat jekk ġewx milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 4.

Kull komponent li s-sewwieq stess jista’ jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru l-kontrolli. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru l-kontrolli, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f’din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tal-kontroll irid jirreferi għal dan il-fatt.

1.3.   Massa tat-trattur

Il-massa ta’ referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fil-punt 2.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant, żjut, karburanti, għodda u s-sewwieq) kif ukoll l-istruttura ta’ protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg.

Mhumiex inklużi tagħbiiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, saborra tat-tyre, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati.

2.   APPARAT U TAGĦMIR

2.1.   Kontrolli għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali)

2.1.1.   Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal-bedplate, independentement mit-tyre jekk preżenti.

2.1.2.   Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta’ protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness IV.

2.1.2.1.   It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm.

2.1.2.2.   Għandha issir disposizzjoni sabiex it-tagħbija jista’ jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma’ travu li huwa ta’ tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn 250 u 700 mm.

2.1.2.3.   It-trufijiet tat-travu f’kuntatt mal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b’radius massimu ta’ 50 mm.

2.1.2.4.   Ġunti universali – jew l-ekwivalenti – għandhom jiġu inkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma tkaxkarx l-istruttura fit-tidwir jew fiċ-ċaqliq f’kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija.

2.1.2.5.   Fejn it-tul orizzontali tal-istruttura ta’ protezzjoni li għaliha għandha tiġi applikata t-tagħbija ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija, l-ispazju għandu jiġi mimli sabiex it-tagħbija tiġi distribwita ma’ dan it-tul.

2.1.3.   Tagħmir għall-kejl, sa fejn teknikament possibbli, tal-enerġija assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni tal-applikazzjoni tagħha u t-tagħwiġa relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix-chassis tat-trattur.

2.1.4.   Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.2.   Kontrolli ta’ tgħaffiġ (wara u quddiem)

2.2.1.   Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal-bedplate, indipendentement mit-tyres.

2.2.2.   Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta’ protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 tal-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa’ 250 mm.

2.2.3.   Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata.

2.2.4.   Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.3.   Tolleranza fil-kejl

2.3.1.   Dimensjonijiet: ± 3 mm.

2.3.2.   Tagħwiġa: ± 3 mm.

2.3.3.   Massa tat-trattur ± 20 kg.

2.3.4.   Tagħbijiet u forzi: ± 2 %.

2.3.5.   Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III:

mill-bidu tal-kontroll, taħt tagħbija żero: ± 2°,

waqt il-kontroll, taħt tagħbija: 10° fuq u 20° taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu.

3.   KONTROLL

3.1.   Rekwiżiti ġenerali

3.1.1.   Sekwenza tal-kontroll

3.1.1.1.   Is-sekwenza tal-kontroll għandha tkun kif ġej:

3.1.1.1.1.

Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2)

Għal tratturi b’min tal-anqas 50 % tal-massa kif definita fil-punt 1.3 fuq ir-roti ta’ wara t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2).

3.1.1.1.2.

L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ:

L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

fuq wara f’każ 1 (Anness III, punt 1.5), jew

fuq quddiem f’każ 2 (Anness III, punt 1.6),

3.1.1.1.3.

Tagħbija mill-ġenb (Anness III, punt 1.3)

3.1.1.1.4.

It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ:

It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak tal-istruttura ta’ protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

fuq quddiem f’każ 1 (Anness III, punt 1.6), jew

fuq wara f’każ 2 (Anness III, punt 1.5),

3.1.1.1.5.

It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, punt 1.7):

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali (ara punt 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta’ protezzjoni.

3.1.1.2.   Jekk, waqt il-kontroll, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, il-kontroll għandu jinbeda mill-ġdid.

3.1.1.3.   Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.2.   Wisa’ tas-serbut tar-roti

Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f’wisa’ tas-serbut li jiżgura li ma tista’ ssir l-ebda interferenza mal-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.3.   Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għas-sewwieq – inkluża protezzjoni tat-temp – għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni.

L-istruttura ta’ protezzjoni li tiġi kontrollata ma’ għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, jew bi kwalunkwe pannell, tagħmir u aċċessorji li ma’ għandhomx funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta’ qlib.

3.1.4.   Strumentazzjoni

L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-tagħwiġa tal-forza (ara figura 4 tal-Anness IV). Tagħwiġa totali u permanenti tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tal-kontroll (ara figura 5 tal-Anness IV)

3.1.5.   Direzzjoni tat-tagħbija

F’każ ta’ trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika tal-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x’aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta’ spazju waqt il-kontrolli (ara wkoll Anness III, punt 1.3).

4.   REKWIŻITI TAL-AĊĊETTAZZJONI

4.1.   Struttura ta’ protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti tas-saħħa jekk wara l-kontrolli tissoddisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

4.1.1.

L-istruttuta tal-protezzjoni ma tkunx daħlet fl-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fil-punt 3.2 tal-Anness III jew dejjem ħarset iż-żona ħielsa matul il-kontrolli speċifikati fil-punti 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 tal-Anness III.

Jekk ikun sar kontroll ta’ tagħbija eċċessiva, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul il-kontroll prinċipali u kemm matul il-kontroll ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4c tal-Anness IV).

4.1.2.

Waqt il-kontrolli l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ għandiex timponi pressjoni fuq l-istruttura tas-sedil.

4.1.3.

Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba jintlaħaq f’kull waħda mill-kontrolli speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 tal-forza massimas.

4.2.   Addizzjonalment, ma’ għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lis-sewwieq, e.g. nuqqas ta’ kuttunament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista’ tintlaqat ras is-sewwieq.

5.   RAPPORT TAL-KONTROLL

5.1.   Ir-rapport tal-kontroll għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandu jinkludi:

5.1.1.

deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni (ara Anness V għad-dimensjonijiet obbligatorji), li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, ħruġ normali u ħruġ ta’ emerġenza; id-disposizzjonijiet għas-sistemi ta’ sħana u ta’ ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta’ spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu.

5.1.2.

Dettalji ta’ karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur.

5.1.3.

Deskrizzjoni qasira ta’ kuxxinament interjuri.

5.1.4.

Dikjarazzjoni tat-tip tal-windscreen u glazing użat u ta’ marki ta’ approvazzjoni KE jew oħrajn inkorporati.

5.2.   Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport tal-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 tal-Anness I.

5.3.   Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta’ trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għall-kontroll u t-tipi li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija maħsuba.

6.   SIMBOLI

mt

=

massa ta’ riferenza ta’ trattur (kg) kif definit fil-punt 1.3.

D

=

tagħwiġa (mm) ta’l-istruttura fil-punt ta’ u f’linja mal-applikazzjoni tat-tagħbija.

D’

=

tagħwiġa (mm) tal-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba.

F

=

forza ta’ tagħbija statika (N:newtons).

Fmax

=

forza statika ta’ -tagħbija massima li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda.

F’

=

il-forza tal-enerġija kkalkulata mitluba.

F-D

=

kurva ta’ forza/tagħwiġa.

Eis

=

penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J:joules).

Eil 1

=

penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J).

Eil 2

=

il-penetrazzjoni ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J).

Fr

=

forza applikata fuq wara fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N).

Ff

=

forza applikata fuq quddiem fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N).

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-KONTROLL

1.   KONTROLL GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ

1.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali għal kontrolli ta’ tagħbija orizzontali

1.1.1.   It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta’ travu iebes, li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija; it-travu iebes jista’ jkun mgħammar b’mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta’ tagħwiġa taħt tagħbija ma’ għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li tiġi applikata it-tagħbija, il-valuri F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f’żidiet ta’ tagħwiġa ta’ 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, it-tagħbija ma għandhiex titnaqqas sakemm jitlesta l-kontroll; imma huwa permess li ma tiżdiedx aktar it-tagħbija jekk mixtieq, e.g. biex jiġi reġistrat il-kejl.

1.1.2.   Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kkurvat, għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2.5 tal-Anness II. L-applikazzjoni ta’ tagħbija għandha, madankollu, tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 tal-Anness II.

1.1.3.   Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt tal-applikazzjoni, travu sostitut għall-kontroll li ma jżidx saħħa mal-istruttura jista’ jintuża għall-proċedura tal-kontroll.

1.1.4.   L-istruttura għandha tiġi viżwalment ikkontrollata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, il-kontroll ta’ tagħbija żejda speċifikat f’1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 tal-Anness II.

1.2.   Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 tal-Anness IV)

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.

Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fil-punt 1.3 tal-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.

Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed f’distanza ta’ wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni “l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa” tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.

It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a)

l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1,4 mt);

(b)

l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.3.   Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 tal-Anness IV)

It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90° mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni f’punt ta’ 300 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil, bis-sedil fil-pożizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta’ protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f’kuntatt mal-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f’dak il-punt. Fil-każ ta’ trattur b’pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta’ fuqnett tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta’ referenza tas-sedil.

It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a)

l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija daqs jew aktar mill-penetrazzjoni tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1,75 mt); jew

(b)

l-istruttura ta’ protezzjoni tikser iż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.4.   Kontroll ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)

1.4.1.   Il-kontroll ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tat-tagħwiġa miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b).

1.4.2.   Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % tal-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 c).

1.4.2.1.   Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5 %, 10 % jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.

1.4.2.2.   Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbiet 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.

1.4.2.3.   Matul il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew il-penetrazzjoni fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament.

1.5.   Tgħaffiġ fuq wara

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ wara l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jinsabu fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li tkun tista’ imbagħad treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr.

Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf jekk l-istruttura tikser ż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.6.   Tgħaffiġ fuq quddiem

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ quddiem l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali ta’ referenza. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi mgħawweġ biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff.

Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.

Waqqaf il-kontroll jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.7.   It-tieni tagħbija lonġitudinali

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur.

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.

Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed ‘il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2.

Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (i.e. dik il-parti li x’aktarx tmiss l-art f’inċident ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun f’distanza ta’ wieħed minn sitta mill-wisa’ ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni “l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa” tal-istruttura ta’ protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu m’għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a)

l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mill-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew

(b)

l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

2.   ŻONA TA’ SPAZJU

2.1.   Iż-żona ta’ spazju hija murija fil-figura 6 tal-Anness IV u definita f’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa’ perpendikolari mal-art tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien.

Fejn l-isteering wheel huwa aġġustabli, il-pożizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda.

2.2.   Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala:

2.2.1.   pjani vertikali ta’ 250 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza li jestendi ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2.   pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil u mmejjel b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;

2.2.3.   pjan orizzontali 900 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.4.   pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza u li jinkludi punt 900 mm direttament ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil;

2.2.5.   wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b’serje ta’ linji dritti perpendikolari għall-pjan ta’ referenza li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f’kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu;

2.2.6.   wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, f’radius ta’ 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4;

2.2.7.   wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, b’radius ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f’punt 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.8.   pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mill-isteering wheel. F’każ ta’ pożizzjoni għolja ta’ isteering, dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7;

2.2.9.   pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, 40 mm ‘il quddiem mill-isteering wheel;

2.2.10.   pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.11.   fil-każ ta’ trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet tal-isteering wheel u s-sedil;

2.2.12.   fil-każ ta’ trattur li jista’ jkun mgħammar b’sedili mhux obbligatorji, il-kontrolli għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju magħqud kif definit mill-punti ta’ referenza għal kull għażla possibbli. L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles magħqud magħmul mill-varji punti ta’ referenza tas-sedili;

2.2.13.   fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq il-kontroll, irid ikun hemm kalkolu li jiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta’ referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir kontroll ġdid.

2.3.   Lokazzjoni tas-sedil u punt ta’ referenza tas-sedil

2.3.1.   Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta’ spazju f’punt 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta’ kwalunkwe medda ta’ aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta’ aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-pożizzjoni orizzontali tiegħu.

Il-punt ta’ referenza għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-apparat illustrat f’figuri 7 u 8 tal-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f’pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar. L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jiġi nperjat fir-reġjun tal-ħotbiet tal-ġenbejn (A) u ġenbejn (B), bil-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli.

2.3.2.   Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent mal-għuda tas-serħan t’isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqtal-wiċċ ta’ isfel tal-pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi.

2.3.3.   Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b’sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista’ jiġi aġġustat għat-toqol tas-sewwieq jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta’ dan iċ-ċaqliq.

L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b’forza ta’ 550N f’ punt 50 mm ‘l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b’tanġent mad-dahar.

2.3.4.   Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1.

fejn l-ebda tanġent għaż-żona t’isfel mhux possibbli, il-parti t’isfel tal-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment;

2.3.4.2.

fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta’ fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f’għoli li hu 230 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti ta’ isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar.

3.   KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU

3.1.   Żona ta’ spazju ħieles

Waqt kull kontroll, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta’ protezzjoni daħlitx f’żona ta’ spazju ħieles madwar is-sedil tas-sewwieq kif definit fil-punt 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta’ spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f’kuntatt mal-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it-tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur.

3.2.   Tagħwiġa permanenti finali

Wara l-kontrolli, it-tagħwiġa permanenti finali tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tal-kontroll, il-pożizzjoni tal-membri ewlenija tal-istruttura ta’ protezzjoni f’relazzjoni mal-punt ta’ referenza tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati.

ANNESS IV

FIGURI

Figura 1

:

Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali

Figura 2

:

Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara

Figura 3

:

Eżempju ta’ arranġament għal kontroll ta’ tkissir

Figura 4a

:

Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija mhux meħtieġ

Figura 4b

:

Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija meħtieġ

Figura 4ċ

:

Kurva forza/tagħwiġa - il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija għandu jitkompla

Figura 5

:

Illustrazzjoni tat-termini tagħwiġa permanenti, tagħwiġa elastika u tagħwiġa totali

Figura 6a

:

Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6b

:

Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6ċ

:

Veduta isometrika

Figura 7

:

Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil

Figura 8

:

Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil.

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

MARKI

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għandha tikkonsisti f’rettangolu li ddawwar f’ittri żgħar l-ittra “e” segwita mill-ittra jew ittri distintivi tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

1. għall-Ġermanja

2. għall-Franza

3. għall-Italja

4. għall-Olanda

5. għall-Isvezja

6. għall-Belġju

7. għall-Ungerija

8. għar-Repubblika Ċeka

9. għal Spanja

11. għar-Renju Unit

12. għall-Awstrija

13. għal-Lussemburgu

17. għall-Finlandja

18. għad-Danimarka

19. għar-Rumanija

20. għall-Polonja

21. għall-Portugall

23. għall-Greċja

24. għall-Irlanda

26. għas-Slovenja

27. għas-Slovakkja.

29. għall-Estonja

32. għal-Latvja

34. għall-Bulgarija

36. għal-Litwanja

49. għal Ċipru

50. għal Malta.

Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent maħruġ rigward is-saħħa tat-tip tal-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur.

Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali “S”

Image

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE

1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ trattur, rigward is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.

Trattur li jirrappreżenta t-tip ta’ trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip.

3.

Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli għall-approvazzjoni tat-tip għandu jikkontrolla jekk it-tip approvat tal-istruttura ta’ protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċċerta li t-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni tikkorrespondi ma’ dak li ġie tkontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.

Min għandu approvazzjoni tat-tip KE jista’ jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5.

L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.1.

it-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni ġdida u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur għandha approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE;

5.2.

hija ddisinjata li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE;

5.3.

it-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni mat-trattur tikkorrespondi ma’ dik li ġiet kontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE.

6.

Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata.

7.

Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni li hija maħsuba li tintrama’ fuq it-tip ta’ trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip KE, ma jsirux il-kontrolli msemmija f’2 u 3.

ANNESS IX

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS X

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE

(ĠU L 179, tas-17.7.1979, p. 1)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 82/953/KEE

(ĠU L 386, tal-31.12.1982, p. 31)

 

Punt IX.A.15.h) tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1985

(ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213)

 

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE

(ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43)

Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 u Anness punt 9(h) għad-Direttiva 79/622/KEE

Direttiva tal-Kummissjoni 88/413/KEE

(ĠU L 200, tas-26.7.1988, p. 32)

 

Punti XI.C.II.4 tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 206)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/40/KE

(ĠU L 124, tat-18.5.1999, p. 11)

 

Punt I. A.29 tal-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 61)

 

Direttiva 2006/96/CE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 għad-Direttiva 79/622/CEE, u l-Anness, punt A.28

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

79/622/KEE

fis-27 ta’ Diċembru 1980.

82/953/KEE

30 ta’ Settembru 1983 (1)

87/354/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

88/413/KEE

30 ta’ Settembru 1988 (2)

1999/40/KE

30 ta’ Ġunju 2000 (3)

2006/96/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2006.


(1)  Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 82/953/KEE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:

jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokumenti msemmija fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew

jipprojbixxi l-d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, Stat Membru:

m’ għandux joħroġ aktar id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.   B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ trattuti li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/536/KEE.”

(2)  Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/413/KEE:

“1.   Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:

jirrifjuta, fir-rigward tat-tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;

jekk l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib fuq dawn it-tip ta’ tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

2.   Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:

ma għandhomx joħorġu d-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward tat-tip ta’ trattur li l-istrument ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.”

(3)  Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/40/KE:

“1.   Mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħorġu d-dokument li hemm ipprovdut għalih fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew

jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk it-tratturi involuti jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:

ma għandhomx joħorġu aktar id-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kull tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.”

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/622/KEE

Direttiva 1999/40/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1 u 2

 

Artikoli 2 u 3

Artikolu 3(1)

 

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 4, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikoli 4 u 5

 

Artikoli 5 u 6

Artikolu 6, l-ewwel sentenza

 

Artikoli 7, l-ewwel paragrafu

Artikolu 6, it-tieni sentenza

 

Artikoli 7, it-tieni paragrafu

 

Artikolu 2

Artikolu 8

Artikolu 8

 

Artikolu 9

Artikoli 9, frażi tal-bidu

 

Artikolu 1, frażi tal-bidu

Artikolu 9, l-ewwel inċiż

 

Artikolu 1, punt (a)

Artikolu 9, it-tieni inċiż

 

Artikolu 1, punt (b)

Artikolu 9, it-tielet inċiż

 

Artikolu 1, punt (c)

Artikolu 9, ir-raba’ inċiż

 

Artikolu 1, punt (d)

Artikoli 10 u 11

 

Artikoli 10 u 11

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 12

 

Artikoli 13 u 14

Artikolu 13

 

Artikolu 15

Annessi I - IX

 

Annessi I - IX

 

Anness X

 

Anness XI