ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.260.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 260

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
3 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2009 tat-2 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 921/2009 tal-1 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tal-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 1 )

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) ( 1 )

20

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/731/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Settembru 2009 li taħtar membru Grieg fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

28

 

 

2009/732/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Settembru 2009 li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

29

 

 

2009/733/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Settembru 2009 li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

30

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/734/KE

 

*

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2009/21)

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 920/2009

tat-2 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,4

ZZ

29,4

0707 00 05

TR

127,2

ZZ

127,2

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

81,0

CL

103,4

TR

91,1

UY

88,0

ZA

72,9

ZZ

87,3

0806 10 10

BR

235,1

EG

159,5

TR

100,6

US

152,0

ZZ

161,8

0808 10 80

CL

85,7

NZ

67,8

US

83,8

ZA

71,0

ZZ

77,1

0808 20 50

AR

82,8

CN

33,7

TR

95,7

ZA

76,1

ZZ

72,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 921/2009

tal-1 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-“tusk” fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tal-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata li ngħatatilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

21/T&Q

Stat membru

Franza

Stokk

USK/567EI.

Speċi

It-tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tal-ICES

Data

2.9.2009


DIRETTIVI

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/5


DIRETTIVA 2009/104/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Din id-Direttiva hija direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5). Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-qasam tal-użu tat-tagħmir tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol mill-ħaddiema, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet iktar stretti jew speċifiċi misjuba f’din id-Direttiva.

(3)

L-Artikolu 137(2) tat-Trattat jipprovdi illi l-Kunsill jista jadotta, permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi li jinkoraġġixxu t-titjib, b’mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jipproteġi s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema

(4)

Skond l-Artikolu msemmi, dawn id-Direttivi għandhom jevitaw milli jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b’manjiera li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

(5)

Id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 137(2) tat-Trattat ma jipprevjenu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi tal-kondizzjonijiet tax-xogħol aktar stretti li jkunu kompatibbli mat-Trattat.

(6)

Il-konformità mar-rekwiżiti minimi xierqa biex jiggarantixxu standard aħjar ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu ta’ tagħmir tax-xogħol hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

(7)

It-titjib fis-sikurezza, fl-iġjene u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huwa għan li ma jistax jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi.

(8)

Ix-xogħol fil-għoli jista’ jesponi lill-ħaddiema għal riskji partikolarment severi għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom notevolment għar-riskji ta’ waqgħat mill-għoli u għal inċidenti serji tax-xogħol oħra, li jammontaw għal proporzjon kbir mill-inċidenti kollha, speċjalment ta’ inċidenti fatali.

(9)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi aspett prattiku fl-isfond tat-twettiq tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(10)

Skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 litistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika (6), l-Istati Membrihuma meħtieġa li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull abbozz tar-regolamenti tekniċi ligħandhom x’jaqsmu mal-makkinarju, mat-tagħmir u mal-istallazzjonijiet.

(11)

Din id-Direttiva hi l-aktar mezz xieraq sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva, li hija t-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi r-rekwżiti minimi dwar is- sikurezza u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol, kif definiti fl-Artikolu 2.

2.   Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-kamp kollu msemmi fil-paragrafu 1, bla ħsara għad-disposizzjonijiet aktar stretti jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:

(a)   “tagħmir tax-xogħol”: kull magna, apparat, għodda, jew stallazzjoni użati waqt ix-xogħol;

(b)   “użu tat-tagħmir tax-xogħol”: kull attività li tinvolvi t-tagħmir tax-xogħol bħal tqabbid jew waqfien tat-tagħmir, l-użu tiegħu, it-trasport, it-tiswija, il-modifika, il-manutenzjoni u s-servicing, inkluż, b’mod partikolari, it-tindif;

(c)   “żona ta’ perikolu”: kull żona ġewwa jew madwar it-tagħmir tax-xogħol li fiha ħaddiem espost ikun suġġett għal riskju rigward is-saħħa jew is-sikurezza tiegħu;

(d)   “ħaddiem espost”: kwalunkwe ħaddiem li jinsab kollu kemm hu jew parzjalment f’żona ta’ perikolu;

(e)   “operatur”: il-ħaddiem jew il-ħaddiema inkarigati li jużaw it-tagħmir tax-xogħol.

IL-KAPITOLU II

L-OBBLIGI TA’ MIN IĦADDEM

Artikolu 3

Obbligi ġenerali

1.   Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi t-tagħmir tax-xogħol magħmul disponibbli għall-ħaddiema fl-impriża jew l-istabbiliment ikun xieraq għax-xogħol li għandu jitwettaq jew addattat kif jixraq għal dan l-iskop u jista’ jintuża mill-ħaddiema mingħajr ħsara għas-sikurezza jew is-saħħa tagħhom.

Fl-għażla tat-tagħmir tax-xogħol li hu biħsiebu juża, min iħaddem għandu jikkunsidra l-kondizzjonijiet u l-karatterstiċi speċifiċi tax-xogħol u l-perikli li jeżistu fl-impriża jew fl-istabbiliment, b’mod partikolari fuq il-postijiet tax-xogħol, għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, jew kull perikolu possibbli addizzjonali impost bl-użu tat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.

2.   Fejn mhux possibbli li jiġi żgurat għal kollox illi t-tagħmir tax-xogħol jista’ jintuża mill-ħaddiema mingħajr riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jimminimizza r-riskji.

Artikolu 4

Ir-Regoli li jirrigwardaw it-tagħmir tax-xogħol

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3, min iħaddem għandu jikseb jew juża:

(a)

it-tagħmir tax-xogħol li, jekk provdut lill-ħaddiema fl-impriża jew fl-istabbiliment għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1992, jikkonforma:

(i)

mad-dispożizzjonijiet ta’ kull direttiva Komunitarja rilevanti applikabbli;

(ii)

mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, safejn u sakemm l-ebda direttiva oħra Komunitarja ma tapplika jew tapplika biss parzjalment;

(b)

mat-tagħmir tax-xogħol li, jekk diġà provdut lill-ħaddiema fl-impriża jew fl-istabbiliment sal-31 ta’ Diċembru 1992, jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi previsti fl-Anness I sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara din id-data;

(c)

mingħajr preġudizzju għall-punt (a)(i), u b’deroga mill-punt (a)(ii) u l-punt (b), tagħmir ta’ xogħol speċifiku suġġett għar-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness I, jekk diġà provdut għall-ħaddiema fl-impriża u/jew stabbiliment sal-5 ta’ Diċembru 1998, li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti stabbiliti fl-Anness I, sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara dik id-data.

2.   Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi, matul il-ħajja tat-tagħmir tax-xogħol, dan jinżamm, permezz ta’ manutenzjoni adegwata, f’livell illi jikkonforma mal-paragrafu 1(a) jew (b) skont il-każ.

3.   L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u b’kont meħud tal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali jistabilixxu l-miżuri li jippermettu li jintlaħaq livell ta’ sikurezza li jikkorrispondi mal-miri msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Anness II.

Artikolu 5

Spezzjoni ta’ tagħmir ta’ xogħol

1.   Min jimpjiega għandu jassigura illi fejn is-sikurezza tat-tagħmir tax-xogħol tiddependi fuq il-kondizzjonijiet tal-installazzjoni, dan ikun soġġett għall-spezzjoni inizjali (wara l-installazzjoni imma qabel ma jibdew jaħdmu) u għal spezzjoni verifika wara kull assemblaġġ f’sit ġdid jew tqegħid f’lokazzjoni oħra, li ssir minn persuni kompetenti fis-sens tal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi żgurat l-installazzjoni korretta u l-funzjonament tajjeb ta’ dan it-tagħmir tax-xogħol.

2.   Biex ikun garantit li l-kondizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza ikunu rispettati u li d-deterjorament li aktarx jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet ta’ perikolu ikun identifikat u rimedjat fil-ħin, min jimpjiega għandu jiżgura li t-tagħmir ta’ xogħol li jkun espost għal kondizzjonijiet li jikkawżaw tali deterjorazzjoni, jkun soġġett għal:

(a)

spezzjonijiet perijodiċi u, meta jkun il-każ, provi perijodiċi minn persuni kompetenti fis-sens ta’ leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali,

(b)

spezzjonijiet speċjali minn persuni kompetenti fis-sens ta’ leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali kull darba li sseħħ xi ġrajja eċċezzjonali li tista’ ġġib magħha konsegwenzi ta’ ħsara għas-sikurezza tat-tagħmir tax-xogħol bħalma huma xogħol ta’ modifika, inċidenti, fenomeni naturali, perijodi twal ta’ nuqqas ta’ użu,

3.   Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jinżammu għal perijodu ta’ żmien xieraq.

Meta t-tagħmir tax-xogħol hu użat barra l-impriża għandu jkollu miegħu prova materjali li tkun saret l-aħħar spezzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet li bihom għandhom isiru dawn l-ispezzjonijiet.

Artikolu 6

It-tagħmir tax-xogħol li jinvolvi riskji speċifiċi

Meta l-użu tat-tagħmir tax-xogħol x’aktarx jista’ jinvolvi riskju speċifiku għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:

(a)

l-użu tat-tagħmir tax-xogħol ikun ristrett għal dawk il-ħaddiema inkarigati mill-użu tiegħu;

(b)

fil-każ ta’ tiswijiet, modifiki, manutenzjoni jew servicing, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu speċifikament awtorizzati biex jagħmlu dan ix-xogħol.

Artikolu 7

L-Ergonomija u s-saħħa fuq ix-xogħol

Il-post tax-xogħol u l-pożizzjoni tal-ħaddiema meta qed jużaw tagħmir tax-xogħol kif ukoll il-prinċipji tal-ergonomija għandhom jiġu meħuda in konsiderazzjoni sħiħa minn min jimpjiega meta japplika r-rekwiżiti minimi ta’ saħħa u ta’ sikurezza.

Artikolu 8

It-tagħrif lill-ħaddiema

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-ħaddiema jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif adegwat u, fejn xieraq, istruzzjonijiet bil-miktub dwar it-tagħmir tax-xogħol użat fuq ix-xogħol.

2.   It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub irid ikun fihom mill-inqas tagħrif adegwat dwar is-sikurezza u s-saħħa li jirrigwarda:

(a)

il-kundizzjonijiet tal-użu tat-tagħmir tax-xogħol;

(b)

is-sitwazzjonijiet anormali li jistgħu jiġu previsti;

(c)

il-konklużjonijiet miġbura mill-esperjenza akkwistata, fejn xieraq, fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol.

Il-ħaddiema għandhom jiġu magħmula konxji mir-riskji li jikkonċernawhom, mit-tagħmir tax-xogħol preżenti fl-ambjent immedjat tax-xogħol kif ukoll ta’ xi modifikazzjonijiet li jikkonċernawhom, sa fejn dawn jeffettwaw it-tagħmir tax-xogħol li jkunu jinsabu fl-ambjent tax-xogħol fil-qrib anke jekk ma jkunux qegħdin jużaw dan it-tagħmir direttament.

3.   It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub iridu jkunu tali li jinftiehmu mill-ħaddiema kkonċernati.

Artikolu 9

It-taħriġ tal-ħaddiema

Bla ħsara għall-Artikolu 12 tad- Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:

(a)

il-ħaddiema inkarigati mit-tagħmir tax-xogħol għandhom jirċievu taħriġ adegwat, inkluż it-taħriġ dwar kull riskju li, skont il-każ jista’ jkun fih dan l-użu,

(b)

il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6(b) għandhom jirċievu taħriġ speċifiku adegwat.

Artikolu 10

Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, dwar il-materji koperti b’din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha, għandhom isiru skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.

IL-KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 11

Emenda tal-Annessi

1.   Iż-żidiet għall-Anness I dwar ir-rekwiżiti minimi supplimentari applikabbli għat-tagħmir speċifiku tax-xogħol msemmi fil-punt 3 tal-Anness I għandhom jiġu adottati mill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 137(2) tat-Trattat.

2.   L-adattamenti strettament ta’ natura teknika tal-Annessi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, b’riżultat ta’:

(a)

l-adozzjoni tad-Direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tax-xogħol jew

(b)

il-progress tekniku, żviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew fit-tagħrif fil-qasam tat-tagħmir tax-xogħol.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet finali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 89/655/KEE, kif emendata mid-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbilti fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 144.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

IR-REKWIŻITI MINIMI

msemmija fl-artikolu 4(1)(a)(ii) u (b)

1.   Kumment ġenerali

L-obbligi stabbiliti f’dan l-Anness japplikaw skont din id-Direttiva u fejn jeżisti riskju li jikkorrispondi mat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.

Ir-rekwiżiti minimi li ġejjin, sa fejn japplikaw għal tagħmir ta’ xogħol fl-użu, mhux neċessarjament jitolbu għall-istess miżuri bħar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw it-tagħmir tax-xogħol ġdid.

2.   Ir-rekwiżiti minimi ġenerali applikabbli għat-tagħmir tax-xogħol

2.1.

L-istrumenti li jikkontrollaw it-tagħmir tax-xogħol li jaffettwaw is-sikurezza jridu jkunu jidhru identifikabbli biċ-ċar u, skont il-każ, mmarkati fejn meħtieġ.

Għajr fejn jinħtieġ għal ċerti strumenti tal-kontroll, l-istrumenti tal-kontroll ghandhom jiġu mqiegħda ‘l barra miż-żoni ta’ perikolu u b’modi li l-operazzjoni tagħhom ma tistax tikkawża perikolu addizzjonali. M’għandhom joħolqu l-ebda perikolu bħala riżultat ta’ kull manuvra mhix intenzjonata.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, mill-pożizzjoni prinċipali tal-kontroll, il-ħaddiem irid ikun jista’ jiżgura illi l-ebda persuna ma tkun preżenti fiż-żoni ta’ perkolu. Jekk dan ma jkunx possibbli, kwalunkwe tħaddim tal-makkinarju għandu jkun ippreċedut awtomatikament minn sistema sikura bħal sinjal ta’ twissija li jinstama’ jew li jidher meta l-makkinarju jkun sejjer jitqabbad jaħdem. Ħaddiem espost irid ikollu l-ħin jew il-mezz sabiex jaħrab malajr mill-perikli kkawżati mit-tagħmir tax-xogħol huwa u jitqabbad jew jitwaqqaf.

Is-Sistemi ta’ kontroll għandhom ikunu żguri u jintgħażlu wara li tkun ngħatat kunsiderazzjonji għal meta s-sistema tfalli, ikun fiha disturbi jew kondizzjonijiet speċjali li wieħed jista’ jipprevedi fil-qafas tal-użu maħsub.

2.2.

It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun jista’ jitqabbad jaħdem biss b’azzjoni maħsuba fuq strument ta’ kontroll provdut għal dan l-iskop.

L-istess għandu japplika:

biex jerġa’ jitqabbad jaħdem wara waqfien, tkun xi tkun ir-raġuni,

għall-kontroll ta’ bidla sinifikanti fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni (eż. Il-qawwa, il-pressa, eċċ.),

għajr jekk dan it-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla ma tippreżenta l-ebda periklu lill-ħaddiema esposti.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla fil-kondizzjonijiet tal-operazzjonijiet bħala riżultat tas-sekwenza normali taċ-ċiklu awtomatiku.

2.3.

It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun imgħammar b’kontroll sabiex iwaqqaf it-tagħmir kompletament u b’mod żgur.

Kull stazzjon tax-xogħol trid tkun mgħammra b’kontroll li jwaqqaf parti mit-tagħmir tax-xogħol jew kollu, skont it-tip tal-perikolu, sabiex it-tagħmir ikun fi stat ta’ sikurezza. Il-kontroll tal-waqfien tat-tagħmir irid ikollu l-prijorità fuq il-kontrolli li jqabbdu t-tagħmir. Meta t-tagħmir tax-xogħol jew il-partijiet perikolużi tiegħu jieqfu, irid jiġi maqtugħ il-forniment tal-enerġija minn fejn jiġi azzjonat it-tagħmir.

2.4.

Fejn xieraq, u skont il-perikoli li jippreżenta t-tagħmir u l-ħin ta’ waqfien normali tiegħu, it-tagħmir tax-xogħol irid jiġi mgħammar b’mezz tal-waqfien f’emerġenza.

2.5.

It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta riskju minħabba l-oġġetti li jaqgħu jew il-biċċiet li jisporġu minnu irid ikun imgħammar bil-mezzi xierqa ta’ sikurezza li jikkorrispondu ma’ dawn ir-riskji.

It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta perikli minħabba l-ħruġ ta’ gass, fwar, likwidu jew trab irid ikun mgħammar b’mezzi xierqa ta’ trażżin jew ta’ estrazzjoni maġenb is-sorsi tal-perikolu.

2.6.

It-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet minn dan it-tagħmir, fejn ikun meħtieġ għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jiġu mwaħħla bl-ikklampjar jew b’mezzi oħra.

2.7.

Fejn ikun hemm ir-riskju ta’ ksur jew tad-diżintegrazzjoni ta’ partijiet mit-tagħmir tax-xogħol, li x’ aktarx jista’ jkun ta’ perikolu sinifikanti għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa.

2.8.

Fejn ikun hemm ir-riskju ta’ kuntatt mekkaniku ma’ partijiet li jiċċaqilqu tat-tagħmir tax-xogħol li jistgħu jwasslu għal inċidenti, dawn il-partijiet iridu jkunu provduti bi lqugħ jew b’mezzi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żoni ta’ perikolu jew sabiex iwaqqfu ċ-ċaqliq tal-partijiet perikolużi qabel jintlaħqu ż-żoni tal-perikolu.

L-ilqugħ u l-mezzi ta’ protezzjoni jridu:

ikunu ta’ kostruzzjoni b’saħħitha,

ma jagħtux lok għal periklu addizzjonali,

ma jkunux jistgħu jiġu mneħħija faċilment jew jinġiebu li ma jistgħux jaħdmu,

ikunu qiegħda ‘il bogħod biżżejjed miż-żona tal-perikolu,

ma jirrestrinġux aktar milli meħtieġ il-vista taċ-ċiklu operattiv tat-tagħmir,

iħallu l-operazzjonijiet meħtieġa sabiex jitwaħħlu jew jinbidlu l-partijiet u jsir xogħol ta’ manutenzjoni, jirrestrinġu l-aċċess għaż-żona biss fejn irid isir ix-xogħol biss u, jekk possibbli, mingħajr it-tneħħija tal-lqugħ jew il-mezz tal-protezzjoni.

2.9.

Iż-żoni u l-postijiet għax-xogħol fuq it-tagħmir tax-xogħol, jew il-manutenzjoni tiegħu, iridu jkunu mdawla biżżejjed skont l-operazzjoni li trid titwettaq.

2.10.

Il-partijiet tat-tagħmir tax-xogħol f’temperatura għolja jew f’temperatura baxxa ħafna jridu, fejn xieraq, ikunu protetti sabiex jevitaw ir-riskju li l-ħaddiema jiġu f’kuntatt miegħu jew qrib wisq.

2.11.

Il-mezzi tat-twissija fuq it-tagħmir tax-xogħol ma jridux ikunu ambigwi u jridu jidhru u jiġu mifhuma faċilment.

2.12.

It-tagħmir tax-xogħol ma jistax jintuża għall-operazzjonijiet u f’kondizzjonijiet li għalihom m’huwiex xieraq.

2.13.

Irid ikun possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ manutenzjoni meta t-tagħmir ikun mitfi. Jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun possibbli li jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ protezzjoni sabiex isiru dawn l-operazzjonijiet jew sabiex dawn l-operazzjonijiet isiru barra miż-żoni tal-periklu.

Jekk magna jkollha reġistru tal-manutenzjoni, dan irid jinżamm aġġornat.

2.14.

It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikollu fuqu mezzi identifikabbli b’mod ċar sabiex ikun jista’ jiġi iżolat mis-sorsi kollha tal-enerġija tiegħu.

Għandu jkun preżunt illi t-twaħħil mill-ġdid (mas-sorsi tal-enerġija) ma jippreżenta l-ebda riskju għall-ħaddiema involuti.

2.15.

It-tagħmir tax-xogħol irid iġorr miegħu it-twissijiet u l-marki essenzjali sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-ħaddiema.

2.16.

Il-ħaddiema jrid ikollhom mezzi żguri ta’ aċċess għaż-żoni kollha tal-operazzjonijiet ta’ produzzjoni, ta’ aġġustament u ta’ manutenzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u jridu jkunu kapaċi jibqgħu fihom fis-sikurezza.

2.17.

It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju li t-tagħmir tax-xogħol jieħu n-nar jew jisħon iżżejjed, jew li minnu joħorġu gassijiet, trab, likwidu, fwar jew sustanzi oħra prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol.

2.18.

It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipprevjeni r-riskju li jisplodi t-tagħmir tax-xogħol jew li jisplodu is-sustanzi prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol.

2.19.

It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema esposti mir-riskju ta’ kuntatt dirett jew indirett mal-elettriku.

3.   Ir-rekwiżiti minimi addizzjonali applikabbli għal tipi speċifiċi ta’ tagħmir ta’ xogħol

3.1.   Ir-rekwiżiti minimi għal tagħmir ta’ xogħol mobbli, kemm jekk jimxi waħdu kemm le

3.1.1.   It-tagħmir ta’ xogħol li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu magħmulin b’tali mod li jitnaqqsu ir-riskji għal ħaddiema meta jiċċaqalqu.

Dawk ir-riskji għandhom jinkludu r-riskji ta’ kuntatt tal-ħaddiema mar-roti jew mal-linji jew li jinqabdu minnhom.

3.1.2.   It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun mogħti tagħmir speċjali jew magħmul b’mod li ma jkunx jista’ jkun hemm imblokk mhux maħsub bejn l-elementi ta’ trazzjoni u l-aċċessorji jew l-oġġetti irmunkati miegħu.

Meta dan l-imblokk ma jistax jiġi evitat, għandha tittieħed kull miżura possibbli biex jiġu evitati xi konsegwenzi ta’ ħsara għall-ħaddiema.

3.1.3.   Meta elementi ta’ trasmissjoni ta’ emerġija bejn tagħmir tax-xogħol mobbli jistgħu jitħassru jew tiġrilhom il-ħsara bit-tkaxkir fuq l-art, għandu jkun hemm faċilitajiet għall-irbit.

3.1.4.   It-tagħmir ta’ xogħol mobbli li iġorr ħaddiema għandu jkun maħsub b’mod li inaqqas kemm jista’ jkun il-kundizzjonijiet ta’ użu attwali, ir-riskji li joħorġu mir-reġgħa lura jew mill-qlib ta’ tagħmir tax-xogħol:

bi struttura ta’ protezzjoni li timpedixxi lil tagħmir tax-xogħol milli jmur lura iktar minn kwart ta’ dawra, jew

bi struttura li tiggarantixxi spazju biżżejjed madwar il-ħaddiema li jkollu fuqu jekk il-moviment ikompli għal iktar minn kwart ta’ dawra, jew

b’xi dispożsittiv ieħor b’effett ekwivalenti.

Dawn l-istrutturi ta’ protezzjoni jistgħu jkunu parti integrali tat-tagħmir ta’ xogħol.

Dawn l-istrutturi ta’ protezzjoni mhumiex meħtieġa meta t-tagħmir ta’ xogħol ikun fiss matul l-operazzjoni jew meta ir-raġgħa lura jew il-qlib ikunu impossibbli minħabba l-mod kif ikun iddisinjat it-tagħmir.

Meta jkun hemm riskju li l-ħaddiema ta’ fuqu jistgħu jitgħaffġu bejn it-tagħmir tax-xogħol u l-art meta t-tagħmir imur lura jew jinqaleb għandha ssir sistema biex jinżammu milli jaqgħu.

3.1.5.   Trukkijiet bil-forklifts li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu addattati jew mgħammra biex inaqqsu ir-riskji tat-truck tal-fork lift milli jinqaleb, eż.:

bl-installazzjoni ta’ xi kaxxa għal min isuq, jew

bi struttura li tipprevjeni t-truck tal-fork lift milli jinqaleb, jew

bi struttura li tiżgura li, jekk it-truck tal-fork lift jinqaleb, jibqa’ biżżejjed vojt bejn l-art u ċerti partijiet tat-truck tal-forklift għall-ħaddiema li jkunu fuqu, jew

bi struttura li tirrestrinġi lill-ħaddiema fuq is-sedil ta’ sewqan biex tipprevenihom milli jiġu mgħaffġa minn partijiet tat-truck tal-forklift li jinqaleb.

3.1.6.   It-tagħmir ta’ xogħol illi jkun jimxi waħdu u li meta jiċċaqlaq joħloq riskji għal persuni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tagħmir għandu jkollu mezzi li jevitaw illi jibda jaħdem mingħajr ma jkun awtorizzat;

(b)

għandu jkollu mezzi xierqa biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi ta’ kolliżjoni meta hemm aktar minn tagħmir ta’ xogħol wieħed li qed jiċċaqlaq fuq il-linji fl-istess ħin;

(c)

għandhom ikollhom mezzi ta’ brejkijiet u waqfien. Sa fejn ir-restrizzjonijiet ta’ sikurezza jkunu jeħtieġu dan, għandhom ikunu disponibbli mezzi ta’ emerġenza, li jitħaddmu minn kontrolli faċilment aċċessibbli jew b’sistemi awtomatiċi, għall-ibbrejkjar u t-twaqqif fil-każ illi jfallu l-mezzi prinċipali;

(d)

meta il-vista diretta tax-xufier ma tkunx biżżejjed biex tiżgura is-sikurezza, għandu jiġi installat apparat awżiljarju biex itejjeb il-vista;

(e)

it-tagħmir ta’ xogħol maħsub għal użu bil-lejl jew f’postijiet mudlama għandu jkun mgħammar b’dawl xieraq għax-xogħol li jkun irid isir u biex jiżgura biżżejjed sikurezza għall-ħaddiema;

(f)

it-tagħmir ta’ xogħol li jista’ jkollu perikolu ta’ nar, kemm minnu u kemm mill-oġġetti li jkun jirmonka jew iġorr u li jista’ jipperikola lill-ħaddiema għandu jkun mgħammar b’apparat xieraq tat-tifi tan-nar ħlief meta dak l-apparat ikun disponibbli fil-viċin biżżejjed fil-post tal-użu;

(g)

it-tagħmir ta’ xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza għandu jkun jieqaf awtomatikament meta joħroġ mid-distanza ta’ kontroll;

(h)

it-tagħmir ta’ xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza li jista’ f’ċirkostanzi normali joħloq perikolu li jolqot jew jgħaffeġ lill-ħaddiema għandu jkollu mezzi ta’ protezzjoni kontra dan il-periklu, sakemm ma jkunx hemm mezzi oħra xierqa biex jikkontrollaw dan il-periklu.

3.2.   Rekwiżiti minimi għal tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ t-tagħbija

3.2.1.   Meta t-tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ tagħbija huwa installat permanentament, is-saħħa u l-istabbilità tiegħu għandhom ikunu żgurati, billi jingħata kas, b’mod partikolari, għat-tagħbija li għandha tintrefa’ u l-istress li jsir fuq il-punt ta’ suspensjoni jew tal-igganċjar tiegħu mal-istrutturi.

3.2.2.   Il-makkinarju li jerfa’ t-tagħbija għandu jkun immarkat b’mod ċar b’indikazzjonijiet tat-tagħbija nominali tiegħu, u fejn xieraq tabella li turi il-piż nominali għal kull konfigurazzjoni tal-makkinarju.

L-aċċessorji għat-tagħmir ta’ tagħbija għandhom ikunu mmarkati b’mod illi jkun possibbli li tidentifika l-karatteristiċi essenzjali ta’ użu sigur.

It-tagħmir ta’ xogħol li mhux maħsub biex jerfa’ persuni imma li jista jiġi wżat hekk b’konfużjoni għandu jkun immarkat b’mod xieraq u li jidher għal dan l-iskop.

3.2.3.   It-tagħmir ta’ xogħol installat b’mod permanenti għandu jkun installat b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju li t-tagħbija:

(a)

tolqot lill-ħaddiema;

(b)

waħedha, tiċċaqlaq b’mod perikoluż jew taqa’;

(c)

tiġi mitluqa involontarjament.

3.2.4.   It-tagħmir ta’ xogħol tal-irfigħ jew ġarr ta’ ħaddiema għandu jkun tali li:

(a)

jipprevjeni l-perikolu li taqa’ l-kabina, meta teżisti waħda, permeżż ta’ apparat xieraq;

(b)

jipprevjeni lill-utent milli jaqa’ mill-kabina, meta teżisti waħda;

(c)

jipprevjeni l-perikolu li l-utent jiġi mgħaffeġ, maqbud jew milqut, b’mod partikolari b’kuntatt involontarju ma’ oġġetti;

(d)

jiggarantixxi li persuni maqbuda fil-kabina fil-każ ta’ xi inċident ma jkunux esposti għall-periklu u jkunu jistgħu jinħelsu.

Jekk, għal raġunijiet marbutin man-natura tal-post u dislivell, ir-riskji msemmija fil-punt (a) ma jistgħux jiġu evitati b’mezzi ta’ sikurezza għandu jiġi installat cable b’koeffiċjent ta’ sikurezza miżjud, u għandu li jinżamm fi stat tajjeb u jiġi kkontrollat kull ġurnata ta’ xogħol biex jiġi żgurat li qed jinżamm fi stat tajjeb.


ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-UŻU TA’ TAGĦMIR TAX-XOGĦOL

imsemmi fl-artikolu 4(3)

Kumment preliminari

Dan l-Anness għandhu japplika f’konformita’ ma’ din id-Direttiva u meta r-riskju korrispondenti jeżisti għat-tagħmir tax-xogħol inkwistjoni.

1.   Dispożizzjonijiet ta’ ordni ġenerali applikabbli għat-tagħmir kollu tax- xogħol

1.1.

It-tagħmir tax-xogħol għandu jiġi installat, imqiegħed u utilizzat b’mod li jippermetti li jitnaqqsu ir-riskji għall-utent tat-tagħmir ta’ xogħol u għall-ħaddiema l-oħra per eżempju billi jiġi żgurat li hemm biżżejjed spazju bejn l-elementi li jiċċaqilqu fit-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet fl-ambjent ta’ madwar li huma mwaħħla jew li jiċċaqilqu u billi l-enerġija u l-materjali użati jew prodotti ikunu jistgħu jinġabu jew jitneħħew b’mod sigur.

1.2.

Il-muntaġġ u żżarmar tat-tagħmir tax-xogħol għandu jsir taħt kundizzjonnijiet ta’ sikurezza, partikolarment billi jiġu rrispettati l-istruzzjonijiet li jistgħu ikunu fornuti mill-manufattur.

1.3.

It-tagħmir tax-xogħol li sakemm jintużaw jistgħu jintlaqtu mis-sajjetti għandhom ikunu protetti jew b’dispożittivi jew b’miżuri xierqa kontra l-effetti tas-sajjetti.

2.   Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ tagħmir mobbli, kemm jekk jimxu waħedhom kemm jekk le

2.1.

It-tagħmir ta’ xogħol li jimxi waħdu għandu jinsaq biss minn ħaddiema li jkunu tħarrġu b’mod adegwat biex iħaddmu sewwa dak it-tagħmir tax-xogħol.

2.2.

Jekk it-tagħmir ta’ xogħol jisposta ruħu f’żona ta’ xogħol għandu jkun hemm regoli stabbiliti u segwiti ta’ ċirkolazzjoni adegwata.

2.3.

Għandhom jittieħdu miżuri ta’ tqassim tax-xogħol biex jevitaw illi xi ħaddiema mexjin jinsabu f’dik iż-żona tax-xogħol fejn ikun hemm it-tagħmir ta’ xogħol li jimxi waħdu.

Meta jkun meħtieġ li l-ħaddiema fuq saqajhom ikunu preżenti biex ix-xogħol isir għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li jkunu midruba mit-tagħmir.

2.4.

It-trasport ta’ ħaddiema fuq tagħmir ta’ xogħol mobbli misjuq mekkanikament għandu jkun awtorizzat biss fejn hemm provduti faċilitajiet sikuri għal dan. Jekk ix-xogħol għandu jsir matul il-vjaġġ, il-veloċità għandha tiġi adattata kif meħtieġ.

2.5.

It-tagħmir ta’ xogħol mobbli li jkollu mutur ta’ kombustjoni ma jistax jiġi mħaddem fiż-żona tax-xogħol ħlief meta tkun tista’ tiġi ggarantita arja fi kwantità suffiċjenti li ma tippreżenta ebda riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

3.   Dispożizzjonijiet li jolqtu l-użu ta’ tagħmir tax-xogħol li jerfa’ t-tagħbija

3.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

3.1.1.   It-tagħmir ta’ xogħol li jiżżarma jew li hu mobbli li jservi biex jerfa’ t-tagħbijiet għandu jkun imħaddem b’mod li jiggarantixxi l-istabilità tat-tagħmir tax-xogħol waqt li jkun qiegħed jiġi mħaddem taħt il-kondizzjonijiet kollha prevedibbli, meħud kont tan-natura tal-art.

3.1.2.   Il-ħaddiema m’għandhomx jinġarru fuq tagħmir tax-xogħol u aċċessorji tiegħu li mhux maħsub għalhekk.

Bla ħsara għall-Artikolu 5 ta’ Direttiva 89/391/KEE, eċċezzjonalment, it-tagħmir ta’ xogħol li mhux maħsub għall-ġarr tal-ħaddiema jista’ jiġi użat għal dan l-iskop sakemm jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sikurezza skont il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali li jipprevedu sorveljanza xierqa.

Meta jkun hemm il-ħaddiema fuq tagħmir tax-xogħol li suppost iservi għall-irfigħ tat-tagħbija il-posta tal-kmand għandha tkun okkupata l-ħin kollu. Il-ħaddiema li jinġarru għandhom ikunu jistgħu jiddisponu minn mezz żgur ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li jkun hemm ħsieb għall-mod kif jinħarġu f’każ ta’ perikolu.

3.1.3.   Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ma jkunx hemm ħaddiema preżenti taħt it-tagħbijiet imdendla sakemm din il-preżenza ma tkunx meħtieġa biex ix-xogħol isir sewwa.

M’għandux ikun permess illi tagħbija imdendla tiġi mgħoddija minn postijiet tax-xogħol mhux protetti li fihom abitwalment ikun hemm il-ħaddiema.

F’dan il-każ, jekk ix-xogħol ma jistax isir sewwa mod ieħor għandhom ikunu definiti u applikati proċeduri xierqa.

3.1.4.   L-aċċessorji tal-irfigħ għandhom jintgħażlu skont it-tagħbija li jerfgħu, skont il-punti ta’ qbid, skont il-mezz tal-igganċjar u l-kondizzjonijiet atmosferiċi u meħud kont tal-mod u l-konfigurazzjoni tal-imbragar. L-assemblaġġ tal-aċċessorji tal-irfigħ għandu jkun immarkat b’mod ċar biex jippermetti lill-utent li jirrikonoxxu l-karatteristiċi tagħhom, jekk ma jkunux żmantellati wara l-użu.

3.1.5.   L-aċċessorji tal-irfigħ għandhom jiġu maħżuna b’mod li jiżgura li ma ssirilhomx ħsara jew deterjorament.

3.2.   It-tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ tagħbijiet mhux iggwidati

3.2.1.   Jekk żewġ biċċiet ta’ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati jkunu installati jew imwaqqfa fuq post tax-xogħol b’mod tali illi il-kamp tax-xogħol tagħhom jgħaddi fuq ta’ xulxin għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati kolliżjonijiet bejn it-tagħbijiet jew elementi tat-tagħmir tax-xogħol stess.

3.2.2.   Waqt li jkun qed juża tagħmir tax-xogħol ta’ rfigħ ta’ tagħbija mhux iggwidata għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi evitat li jitbandlu illi jinqalbu jew jekk ikun il-każ jinqalgħu minn posthom u jiżolqu. Għandu jkun hemm kontroll li dawn il-miżuri ttieħdu.

3.2.3.   Jekk min ikun iħaddem it-tagħmir tax-xogħol ta’ rfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati ma jkunx jista’ josserva it-traġitt sħiħ tat-tagħbija la direttament u lanqas permezz ta’ apparat awżiljarju li jtuh informazzjoni siewja għandu jkun hemm komunikazzjoni mal-operatur biex tiggwidah u għandu jiġi organizzat mod kif jiġu evitati il-kolliżjonijiet ta’ tagħbija li tista’ tkun ta’ perikolu għall-ħaddiema.

3.2.4.   Ix-xogħlijiet għandhom ikunu organizzati b’mod li meta l-ħaddiema jkunu qegħdin jigganċjaw jew jisganċjaw xi tagħbija bl-idejn dawn l-operazzjonijet jkunu jistgħu isiru b’mod sigur u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidderieġu direttament jew indirettament l-operazzjoni.

3.2.5.   L-operazzjonijiet kollha tal-irfigħ għandhom jiġu pprogrammati, issorveljati b’mod xieraq u effettwati b’mod li tiġi mħarsa s-sikurezza tal-ħaddiema.

In partikolari jekk tagħbija tkun trid tintrefa’ simultanjament minn żewġ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati għandha tkun stabbilita u applikata proċedura biex tiżgura l-koordinazzjoni tajba bejn l-operaturi.

3.2.6.   Jekk xi tagħmir tax-xogħol li jservi għall-irfigħ ta’ tagħbija mhux iggwidata ma jkunx jista’ jżomm it-tagħbija fil-każ li jmur għal kollox jew inparti il-forniment tal-enerġija, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li l-ħaddiema jiġu esposti għal perikoli korrispondenti.

It-tagħbija mdendla m’għandhiex tibqa’ mingħajr sorveljanza ħlief jekk l-aċċess għaż-żona ta’ periklu ikun projbit u jekk it-tagħbija tkun igganċjata b’mod sigur u miżmuma wkoll b’mod sigur.

3.2.7.   L-użu fuq barra ta’ tagħmir tax-xogħol tal-irfigħ tat-tagħbija mhux iggwidata għandu jieqaf meta l-kondizzjonijiet metereoloġiċi jeħżienu sal-punt illi jipperikolaw l-użu sikur tat-tagħmir u jesponu l-ħaddiema għal xi riskji. Miżuri adegwati ta’ protezzjoni maħsuba partikolarment biex jimpedixxu li t-tagħmir tax-xogħol jinqaleb għandhom jittieħdu biex jevitaw periklu għall-ħaddiema.

4.   Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu tat-tagħmir għax-xogħol ipprovdut għax-xogħol temporanju fl-għoli

4.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

4.1.1.   Jekk, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, ma jistax jitwettaq xogħol temporanju fil-għoli b’mod sikur u skont il-kondizzjonijiet ergonomiċi xierqa minn fuq wiċċ xieraq, għandu jintgħażel it-tagħmir tax-xogħol l-aktar xieraq illi jiżgura u jżomm il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-sikurezza. Il-miżuri kollettivi ta’ protezzjoni jridu jingħataw prijorità fuq il-miżuri protettivi individwali. Id-dimensjonijiet tat-tagħmir tax-xogħol għandhom ikunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid itwettaq u għat-tensjonijiet previsti u jħallu l-possibiltà ta’ mogħdija minn fuqu mingħajr periklu.

Għandu jintgħażel il-mezz l-aktar xieraq għall-aċċess għall-postijiet tax-xogħol temporanju fil-għoli skont il-frekwenza tal-mogħdija minn fuqu, il-għoli li jrid jintlaħaq u t-tul taż-żmien tal-użu. L-għażla magħmula għandha tippermetti l-evakwazzjoni f’każ ta’ periklu imminenti. Il-mogħdija f’direzzjoni jew l-oħra bejn il-mezz tal-aċċess u l-pjattaformi, il-gverti jew il-passaġġi ma jridux joħolqu riskji addizzjonali ta’ waqgħat.

4.1.2.   Is-slielem jistgħu jiġu użati bħala stazzjonijiet tax-xogħol għal xogħol fil-għoli biss fiċ-ċirkostanzi li fihom, meħud kont tal-punt 4.1.1, ma jkunx iġġustifikat l-użu ta’ tagħmir ieħor tax-xogħol aktar sikur minħabba l-livell baxx tar-riskju u jew l-medda qasira taż-żmien tal-użu tagħhom jew il-karatteristiċi eżistenti fuq il-post tax-xogħol illi min iħaddem ma jistax jibdel.

4.1.3.   It-teknika marbuta mal-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula jistgħu jintużaw biss fiċ-ċirkostanzi fejn l-istima tar-riskju tindika illi x-xogħol jista’ jitwettaq b’sikurezza u fejn ma jkunx iġġustifikat l-użu ta’ tagħmir ieħor tax-xogħol aktar sikur.

Meta titqies l-istima tar-riskju u b’mod partikolari it-tul taż-żmien tax-xogħolijiet u d-diffikultajiet ergonomiċi, għandu jkun provdut post b’aċċessorji xierqa fejn persuna tista’ tpogġi.

4.1.4.   Skond it-tip tat-tagħmir magħżul tax-xogħol fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, iridu jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ħaddiema inerenti f’dan it-tip ta’ tagħmir. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stallati miżuri ta’ salvagwardja sabiex jipprevjenu l-waqgħat. Dawn għandhom ikunu ta’ konfigurazzjoni xierqa u ta’ qawwa suffiċjenti li jipprevjenu jew iwaqqfu l-waqgħat mill-għoli u, fejn hu possibbli, li jipprekludu l-korriment tal-ħaddiema. Is-salvagwardji kollettivi biex jipprevjenu l-waqgħat jistgħu jiġu interrotti biss fuq il-postijiet tal-aċċess għas-slielem jew għat-taraġ.

4.1.5.   Meta l-qadi ta’ xogħol partikolari jeħtieġ li jitneħħa temporanjament is-salvagward kollettiv li jipprevjeni l-waqgħat, iridu jittieħdu miżuri effettivi kompensatorji ta’ sikurezza. Ix-xogħol ma jistax jitwettaq sakemm ikunu ttieħdu dawn il-miżuri. Ġaladarba jkun tlesta x-xogħol partikolari, definittivament jew temporanjament, iridu jiġu stallati mill-ġdid is-salvagwardji kollettivi li jipprevjenu l-waqgħat.

4.1.6.   Ix-xogħol temporanju fil-għoli jista’ jsir biss meta l-kondizzjonijiet tat-temp ma jippreġudikawx is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

4.2.   Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tas-slielem

4.2.1.   Is-slielem iridu jitwaqqfu b’mod illi tiġi żgurata l-istabbilità tagħhom matul l-użu. Is-slielem li jinġarru jridu jserrħu fuq bażi immobbli, stabbli, b’saħħtu, ta’ daqs xieraq hekk li l-iskaluni jibqgħu orizzontali. Is-slielem imdendla jridu jkunu mqabbda b’mod sikur u, bl-eċċezzjoni tas-slielem tal-ħabel, hekk li ma jkunx jista’ jinbidlilhom posthom u hekk li jipprevjenu t-tbandil.

4.2.2.   Il-bażijiet tas-slielem li jinġarru jridu jkunu prevenuti milli jiżolqu waqt l-użu billi jiġu marbuta sewwa l-waqqafiet fit-truf ta’ fuq jew ta’ isfel, jew viċin ta’ dawn, b’apparat kontra ż-żliq jew b’kull arranġament ieħor tal-istess effettività. Is-slielem użati għall-aċċess għandhom ikunu twal biżżejjed sabiex jisporġu biżżejjed lil hemm mill-pjattaforma tal-aċċess, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri sabiex jiżguraw qabda soda. Is-slielem li jidħlu ġo xulxin u s-slielem li jitwalu jridu jiġu użati hekk li s-sezzjonijiet differenti jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu relattivament bejniethom. Is-slielem mobbli jridu jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu qabel l-irfis fuqhom.

4.2.3.   Is-slielem għandhom jiġu użati hekk li jkollhom qabda sikura u appoġġ sikur għall-ħaddiema f’kull ħin. B’mod partikolari, jekk tagħbija trid tinġarr bl-idejn waqt li l-ħaddiem ikun fuq sellum, din ma għandhiex tipprekludi ż-żamma ta’ qabda sigura.

4.3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-użu tal-armar

4.3.1.   Meta ma tkunx disponibbli nota dwar il-kalkoli għall-armar magħżul jew meta n-nota ma tkoprix l-arranġamenti strutturali kkontemplati, għandhom jitwettqu l-kalkoli tas-saħħa u tal-istabbilità għajr jekk l-armar jiġi mibni skont konfigurazzjoni standard rikonoxxuta b’mod ġenerali.

4.3.2.   Skond il-komplessità tal-armar magħżul, għandu jiġi mfassal pjan tal-armar, tal-użu u tal-ħatt tiegħu minn persuna kompetenti. Dan jista’ jsir fil-għamla ta’ pjan ġenerali, ikkompletat b’emendi tal-pjan li jkollhom x’jaqsmu mad-dettalji speċifiċi tal-armar in kwistjoni.

4.3.3.   Il-komponenti taż-żamm tal-armar għandhom ikunu protetti mill-possibilità ta’ żliq, kemm jekk bit-twaħħil ma’ kull wiċċ li jerfa’, b’użu ta’ mezz kontra ż-żliq jew b’kull mezz ieħor ta’ effettività ugwali, u l-wiċċ li jerfa’ t-toqol għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti. Għandu jiġi żgurat illi l-armar huwa stabbli. L-armar bir-roti jrid jiġi pprevenut b’mezzi xierqa milli jiċċaqlaq aċċidentalment matul ix-xogħol fil-għoli.

4.3.4.   Id-dimensjonijiet, il-għamla u t-tifsila tal-pjattaformi tal-armar iridu jkunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid isir u xierqa għat-toqol li jrid jinġarr u jippermettu x-xogħol u l-mogħdija fis-siġurtà. Il-pjattaformi tal-armar iridu jiġu mmontati hekk li l-komponenti tagħhom ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu waqt l-użu normali. Ma jridx ikun hemm xquq perikolużi bejn il-komponenti tal-pjattaformi u s-salvagwardji kollettivi vertikali li jipprevjenu l-waqgħat.

4.3.5.   Meta partijiet mill-armar ma jkunux lesti għall-użu, bħal per eżempju matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil, dawn iridu jiġu mmarkati b’sinjali ta’ twissija ġenerali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (1) u jkunu delimitati b’mod xieraq b’mezzi fiżiċi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żona tal-perikolu.

4.3.6.   L-armar jista’ biss jiġi mmontat, żarmat jew mibdul b’mod sinifikanti taħt is-superviżjoni ta’ persuna kompetenti u minn ħaddiema li jkunu rċevew taħriġ xieraq u speċifiku fl-operazzjonijiet maħsuba, li jindirizzaw ir-riskji speċifiċi skont l-Artikolu 9, u b’mod aktar partikolari:

(a)

li jifhmu l-pjanta tal-immontar, taż-żarmar jew tal-bidla tal-armar ikkonċernat;

(b)

is-sikurezza matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bidla tal-armar ikkonċernat;

(c)

il-miżuri li jipprevjenu r-riskju li jaqgħu persuni jew oġġetti;

(d)

il-miżuri ta’ sikurezza fil-każ ta’ bdil fil-kondizzjonijiet tat-temp li jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin is-sikurezza tal-armar in kwistjoni;

(e)

il-kondizzjonijiet fir-rigward tat-tagħbijiet permissibbli;

(f)

kull riskju ieħor li x-xogħol tal-immontar, iż-żarmar jew il-bdil imsemmi hawn fuq jista’ jeħtieġ.

Il-persuna li tissorvelja u l-ħaddiema konċernati jrid ikollhom disponibbli l-pjanta tal-immontar u taż-żarmar kif msemmi fil-punt fl-4.3.2, inkluż kull istruzzjoni li jista’ jkun fiha.

4.4.   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-teknika marbuta mal-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula

It-teknika marbuta mal-aċċess u l-pożizzjonament permezz tal-ħbulairid jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sistema jrid ikun fiha minn tal-anqas żewgt iħbula ankrati separatament, wieħed bħala mezz tal-aċċess, tal-inżul u ta’ appoġġ (xogħol bil-ħabel) u l-ieħor bħala riserva (ħabel tas-sikurezza);

(b)

il-ħaddiema jridu jiġu pprovduti u jużaw sarġ xieraq u jkunu mqabbda miegħu b’ħabel tas-sikurezza;

(c)

il-ħabel tax-xogħol għandu jkun imgħammar b’mezzi siguri għat-tlugħ u l-inżul u jkollu sistema li tinqafel waħedha sabiex jipprevjeni lil min jużah milli jaqa’ jekk jitlef il-kontroll tal-movimenti tiegħu. Il-ħabel tas-sikurezza jrid ikun imgħammar b’sistema mobbli ta’ prevenzjoni mill-waqgħat li ssegwi l-movimenti tal-ħaddiem;

(d)

l-għodda u l-aċċessorji l-oħra li jridu jintużaw minn ħaddiem għandhom ikunu mqabbda mas-sarġ jew mal-maqgħad tal-ħaddiem jew ma’ xi mezz ieħor xieraq;

(e)

ix-xogħol għandu jkun ippjanat u ssorveljat tajjeb, sabiex ħaddiem ikun jista’ jiġi salvat immedjatament f’emerġenza;

(f)

skont l-Artikolu 9, il-ħaddiema konċernati jenħtieġ li jirċievu taħriġ xieraq u speċifiku għall-operazzjonijiet maħsuba, b’mod partikolari l-proċeduri tas-salvataġġ.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, bil-ħsieb tal-istima tar-riskji, l-użu tat-tieni ħabel jagħmel ix-xogħol aktar perikoluż, l-użu ta’ ħabel wieħed jista’ jiġi permess, sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-sikurezza skont il-liġijiet jew/u l-prattika nazzjonali.


(1)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE

(ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13)

 

Direttiva tal-Kunsill 95/63/KE

(ĠU L 335, 30.12.1995, p. 28)

 

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/45/KE

(ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46)

 

Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).

Biss fir-rigward tar-referenzi magħmula fil-punt 3 tal-Artiklu 3, tad-Direttiva 89/655/KEE


PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

89/655/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992

95/63/KE

fl-4 ta’ Diċembru 1998

2001/45/KE

19 ta’ Lulju 2004 (1)

2007/30/KE

31 Diċembru 2012


(1)  L-Istati Membri għandu ikollhom id-dritt, rigward l-implimentazzjoni tal-punt 4 tal-Anness II tad-Direttiva 89/655/KEE, li jagħmlu użu minn perjodu transitorju taż-żmien ta’ mhux aktar minn sentejn mid-19 ta’ Lulju 2004, sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet varji li jistgħu jinħolqu mill-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 2001/45/KE b’mod partikolari mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 89/655/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4a(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4a(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 5(2)(a) u (b)

Artikolu 4a(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 4a(4)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 6(a) u (b)

Artikolu 5a

Artikolu 7

Artikolu 6(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 8(2) l-ewwel sub-paragrafu (a), (b) u (c)

Artikolu 6(2) it-tieni sub-paragrafu

Artikolu 8((2) it-tieni sub-paragrafu

Artikolu 6(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7 l-ewwel inċiż

Artikolu 9(a)

Artikolu 7 it-tieni inċiż

Artikolu 9(b)

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 11(2)(a) u (b)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10 (2)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/20


DEĊIŻJONI Nru 922/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 14 u 158 tiegħu u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jieħdu benefiċċju sħiħ mill-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-interkonnettività, l-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ dawk in-netwerks.

(2)

Il-Kunsill enfasizza fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “i2010 – Soċjetà ta’ Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” li linji ta’ politika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) aktar iffokati, effikaċi u integrati fil-livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali huma essenzjali biex jinkisbu l-miri ta’ tkabbir u produttività ekonomika. Il-Kummissjoni kienet mistiedna biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti tal-ICT fis-servizzi pubbliċi permezz tal-iskambju ta’ esperjenza u l-iżvilupp ta’ metodi komuni dwar kwistjonijiet prinċipali bħall-interoperabbiltà u l-użu effiċjenti ta’ standards miftuħin.

(3)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2006 dwar soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjegi (4) il-Parlament Ewropew appella biex issir enfasi fuq il-kwistjonijiet tal-interoperabbiltà u l-aħjar prattiki fis-servizzi elettroniċi tas-settur pubbliku għaċ-ċittadini u n-negozji, bl-għan prinċipali li jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u mingħajr xkiel, l-istabbiliment u l-impjieg taċ-ċittadini fl-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-inizjattivi u l-programmi i2010 fir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom sabiex jipprovdu servizzi aħjar, aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli faċilment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u liċ-ċittadini tagħhom.

(4)

Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Manchester tal-24 ta’ Novembru 2005, il-Ministri responsabbli għall-politika tal-ICT ftiehmu, fost l-oħrajn, li jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni biex jikkondividu l-għodod eżistenti, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni b’mod aktar effettiv u biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp kollaborattiv ta’ soluzzjonijiet, fejn meħtieġ.

(5)

Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Liżbona tad-19 ta’ Settembru 2007, il-Ministri stiednu lill-Kummissjoni biex, fost oħrajn, tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tkun iddefinita, żviluppata, implimentata u ssorveljata l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, u ddikjaraw li l-leġiżlazzjoni Komunitarja futura għandha, b’mod partikolari, tantiċipa u tivvaluta l-impatt ta’ dik il-leġiżlazzjoni fuq l-infrastrutturi tal-ICT u fuq it-trasformazzjoni tas-servizz.

(6)

Bl-iżvilupp rapidu tal-ICT, hemm riskju li l-Istati Membri jagħżlu soluzzjonijiet differenti jew inkompatibbli u li jistgħu jfiġġu ostakli elettroniċi ġodda li jfixklu l-funzjonament adatt tas-suq intern u l-libertajiet assoċjati tal-moviment. Dan jista’ jkollu effetti negattivi fuq il-ftuħ u l-kompetittività tas-swieq u fuq it-twassil ta’ xi servizzi ta’ interess ġenerali liċ-ċittadini u lill-impriżi, kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq, jilħqu l-interoperabbiltà u jippromwovu soluzzjonijiet tal-ICT miftiehma b’mod komuni, filwaqt li jiżguraw governanza adatta.

(7)

Iċ-ċittadini u l-intrapriżi jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw minn soluzzjonijiet komuni, riutilizzabbli u interoperabbli u minn proċessi back-office amministrattivi interoperabbli, billi dawk is-soluzzjonijiet u l-proċessi jkunu jistgħu jippromwovu t-twassil transkonfinali u transsettorjali effiċjenti u effettiv ta’ servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji.

(8)

Huma meħtieġa sforzi kontinwi biex ikunu żgurati l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, l-iskambju tal-esperjenza, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ metodi, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni u kondiviżi u l-ivvalutar tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bil-ħsieb li jkunu appoġġjati interazzjonijiet transkonfinali effiċjenti u effikaċi, fost l-oħrajn, fl-implimentazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni, filwaqt li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi.

(9)

Biex jingħelbu dawn l-isfidi, tali sforzi għandhom isiru permezz ta’ kooperazzjoni stretta, koordinazzjoni u djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’interazzjoni stretta mas-setturi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea u, fejn adatt, ma’ partijiet interessati, oħra, filwaqt li jiġu debitament ikkunsidrati l-prijoritajiet u d-diversità lingwistika tal-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp ta’ approċċi komuni dwar kwistjonijiet ewlenin bħalma huma l-interoperabbiltà u l-użu effikaċi ta’ standards miftuħin.

(10)

Is-servizzi infrastrutturali għandhom jinżammu u jiġu operati b’mod sostenibbli f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (5), li teħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi mekkaniżmi biex tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tas-servizzi infrastrutturali. Dawn is-servizzi infrastrutturali ġew miftiehma mal-Istati Membri waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar serje ta’ linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, għal networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA) (6) u d-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 li tadotta serje ta’ azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabbiltà ta’ u l-aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA) (7) u waqt l-implimentazzjoni tal-IDABC u programmi rilevanti oħrajn.

(11)

Il-programm IDABC jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2009 u għandu jkun segwit minn programm Komunitarju dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA) li jegħleb l-isfidi msemmija hawn fuq.

(12)

Il-programm ISA għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-programmi IDA u IDABC. Il-konklużjonijiet misluta mill-evalwazzjonijiet tal-programm IDABC, li jindirizzaw ir-rilevanza, l-effiċjenza, l-effikaċja, l-utilità u l-koerenza ta’ dak il-programm, għandhom jitqiesu wkoll. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-ħtiġijiet espressi mill-utenti. Intwera li metodu kkoordinat, permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi stabbiliti u operati f’koperazzjoni mal-Istati Membri, jista’ jikkontribwixxi biex jagħti riżultati aktar malajr u ta’ kwalità ogħla u biex jintlaħqu r-rekwiżiti amministrattivi.. L-attivitajiet taħt il-programmi IDA u IDABC diġà taw kontributi importanti biex tkun żgurata l-interoperabbiltà b’appoġġ għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, b’effetti pożittivi li jkollhom riperkussjonijiet fuq is-suq uniku, u qed ikomplu jagħmlu dan.

(13)

Sabiex tkun evitata l-frammentazzjoni u biex ikun żgurat metodu ħolistiku, għandhom jiġu debitament meqjusa l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew dwar l-Interoperabbiltà meta jkunu stabbiliti l-prijoritajiet għall-programm ISA.

(14)

Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu mmexxija mid-domanda u, sa fejn huwa possibbli, jifformaw parti minn ekosistema konsistenti ta’ servizzi li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u jiżguraw, jiffaċilitaw jew jippermettu l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali.

(15)

Il-programm ISA għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi b’appoġġ għall-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u jappoġġja setturi fl-ivvalutar tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fl-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet rilevanti.

(16)

L-oqfsa komuni għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, speċifikazzjonijiet komuni, linji gwida u metodoloġiji u strateġiji komuni. Dawn l-oqfsa għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti.

(17)

Waqt li jkunu żgurati l-operat u t-titjib tas-servizzi komuni eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC u taħt inizjattivi simili, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda b’rispons għal ħtiġijiet u rekwiżiti ġodda.

(18)

Minħabba fil-kompitu tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali li jiżguraw il-funzjonament u l-interoperabbiltà effettivi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, huwa importanti li s-soluzzjonijiet iqisu l-ħtiġijiet tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali.

(19)

Waqt li jiżgura t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC u taħt inzijattivi simili oħrajn, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli ġodda b’risposta għal ħtiġijiet jew rekwiżiti ġodda, inklużi dawk determinati permezz tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(20)

Fl-istabbiliment, it-titjib jew l-operat ta’ soluzzjonijiet komuni l-programm ISA għandu, fejn adatt, jibni fuq jew ikun akkumpanjat mill-qsim ta’ esperjenza u soluzzjonijiet u l-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu promossi l-konformità mal-Qafas Ewropew dwar l-Interoperabbiltà u standards u speċifikazzjonijiet miftuħa.

(21)

Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tan-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika bil-ħsieb li jkun żgurat ukoll li ċ-ċittadini, l-impriżi u l-amministrazzjonijiet ikunu ħielsa li jagħżlu t-teknoloġija li għandha tintuża.

(22)

Il-prinċipji tas-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali għandhom ikunu applikati fl-attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA.

(23)

Waqt li għandu jkun imħeġġeġ l-involviment tal-Istati Membri kollha f’azzjonijiet taħt il-programm ISA, għandhom ikunu possibbli azzjonijiet minn għadd ta’ Stati Membri. L-Istati Membri mhux involuti f’dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu mħeġġa li jingħaqdu fi stadju aktar tard.

(24)

Il-programm ISA għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe inizjattiva ta’ segwitu tal-i2010 u, sabiex tkun evitata kull duplikazzjoni tal-isforzi, għandu jikkunsidra programmi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-ICT, b’mod partikolari l-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tal-ICT tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(25)

L-interazzjoni mas-settur privat u entitajiet oħra diġà tat prova tal-effiċjenza u l-valur miżjud tagħha. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu sinerġiji ma’ dawn il-partijiet interessati biex, fejn jixraq, tingħata prijorità lil soluzzjonijiet disponibbli fis-suq u sostnuti minnu. F’dan il-kuntest, il-prattika eżistenti tal-organizzazzjoni ta’ konferenzi, workshops, u laqgħat oħra sabiex dak li jkun jitħallat ma’ dawn il-partijiet interessati għandha titkompla. Għandu jkompli jiġi promoss ukoll l-użu kontinwat tal-pjattaformi elettroniċi. Bl-istess mod, għandu jkun utilizzat kwalunkwe mezz xieraq ieħor biex jinżamm il-kuntatt ma’ dawn il-partijiet interessati.

(26)

Il-programm ISA għandu jkun implimentat skont ir-regoli Komunitarji tal-akkwist pubbliku.

(27)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9).

(28)

Il-programm ISA għandu jkun sorveljat u evalwat regolarment sabiex jippermetti li jsiru riaġġustamenti.

(29)

Għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni internazzjonali u f’dan ir-rigward il-programm ISA għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u ma’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u tas-Sħubija tal-Lvant u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari dawk tal-Balkani tal-Punent u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed.

(30)

Il-possibbiltà tal-użu tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm ISA u tal-kofinanzjament mill-Fondi Strutturali u l-utenti għall-użu ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi stabbiliti jew imtejba bil-programm ISA għandha tiġi mistħarrġa aktar fil-fond.

(31)

Sabiex tkun żgurata t-tmexxija b’saħħitha tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità u biex ikunu evitati l-proliferazzjoni bla bżonn ta’ tagħmir, ir-ripetizzjoni ta’ investigazzjonijiet u metodi diverġenti, għandu jkun possibbli li jintużaw soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA f’inizjattivi mhux Komunitarji, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda spiża għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u l-għan Komunitarju ewlieni tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess.

(32)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-programm pluriennali pakkett finanzjarju li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (10), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. Dan il-pakkett għandu jkopri wkoll in-nefqa relatata ma’ miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-programm u biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, u b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, miżuri ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni, spejjeż relatati ma’ sistemi u netwerks tal-ICT għall-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, flimkien ma’ spejjeż ta’ għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni jista’ jkollha għall-ġestjoni tal-programm.

(33)

Ladarba l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika u attivitajiet Komunitarji, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba r-raġuni ta’ skala u effetti tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett u għan

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-perijodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, inklużi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, li jforni soluzzjonijiet komuni u kondiviżi li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà (il-programm ISA).

2.   L-għan tal-programm ISA huwa li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet, inklużi l-korpi li jwettqu funzjonijiet pubbliċi f’isimhom, li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet Komunitarji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet dispari u diversi li jinteraġixxu lejn miri komuni miftiehma u ta’ benefiċċju reċiproku, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet, permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġjaw, bl-użu tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT rispettivi tagħhom;

(b)

“soluzzjonijiet” tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi;

(c)

“oqfsa komuni” tfisser strateġiji, speċifikazzjonijiet, linji gwida u metodi u dokumenti simili;

(d)

“servizzi komuni” tfisser applikazzjonijiet operattivi u infrastrutturi ta’ natura ġenerika li jissodisfaw rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika;

(e)

“għodod ġeneriċi” tfisser pjattaformi ta’ referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, komponenti komuni u elementi bażiċi simili li jilħqu r-rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika;

(f)

“azzjonijiet” tfisser studji, proġetti u miżuri ta’ akkumpanjament;

(g)

“miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser miżuri strateġiċi u ta’ sensibilizzazzjoni, miżuri li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-programm ISA u miżuri relatati mal-qsim ta’ esperjenza u mal-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajba.

Artikolu 3

Attivitajiet

Il-programm ISA għandu jappoġġja u jippromwovi:

(a)

l-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni li jappoġġjaw l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali;

(b)

il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata u l-ippjanar għall-introduzzjoni ta’ sistemi tal-ICT biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din;

(c)

l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni eżistenti u l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda, inkluża l-interoperabbiltà ta’ infrastrutturi public key (Public Key Infrastructures, PKI);

(d)

it-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti u l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli ġodda.

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

L-azzjonijiet imnedija jew li jitkomplew taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)

in-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika;

(b)

il-ftuħ;

(c)

l-użu mill-ġdid;

(d)

il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; u

(e)

is-sigurtà.

Artikolu 5

Azzjonijiet

1.   Il-Komunità għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, timplimenta l-azzjonijiet speċifikati fil-programm ta’ ħidma li jkompli fserje ta’ stadji stabbilit fl-Artikolu 9, skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8. Azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu implimentati mill-Kummissjoni.

2.   Studju għandu jkollu fażi waħda u jiġi konkluż bir-rapport finali.

3.   Proġett għandu, fejn xieraq, ikollu tliet fażijiet:

(a)

il-fażi tal-bidu, li twassal għall-istabbiliment tad-dokument tal-proġett;

(b)

il-fażi tat-twettiq, li tmiemha għandu jkun immarkat b’rapport tat-twettiq; u

(c)

il-fażi operattiva, li tibda meta ssir disponibbli soluzzjoni għall-użu.

Il-fażijiet rilevanti tal-proġett għandhom ikunu ddefiniti meta l-azzjoni tkun inkluża fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.

4.   L-impliemtazzjoni tal-programm ISA għandha tkun appoġġjata minn miżuri ta’ akkumpanjament.

Artikolu 6

Dokument tal-proġett u rapport ta’ eżekuzzjoni

1.   Id-dokument tal-proġett għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-problema jew l-opportunità, inklużi l-benefiċjarji u l-benefiċċji mistennija ta’ soluzzjoni u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi biex jitkejlu benefiċċji bħal dawn;

(b)

il-metodu, inklużi l-aspetti organizzattivi tal-proġett, bħal fażijiet, l-ammonti ta’ produzzjoni u stadji sinifikanti, u miżuri biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni multilingwi;

(c)

il-partijiet interessati u l-utenti, u l-istruttura ta’ governanza relatata;

(d)

dettalji tas-soluzzjoni, inklużi l-koerenza u d-dipendenzi tagħha fir-rigward ta’ soluzzjonijiet oħrajn, tqassim tal-ispejjeż antiċipati, l-iskedar u r-rekwiżiti u stima tal-ispejjeż totali tad-dritt ta’ proprjetà, inklużi l-ispejjeż operattivi annwali;

(e)

il-karatteristiċi tas-soluzzjoni; u

(f)

il-limiti, inklużi r-rekwiżiti ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-data.

2.   Ir-rapport ta’ eżekuzzjoni għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-problema jew opportunità mkejlin skont id-dokument tal-proġett;

(b)

l-effikaċja tal-proġett, inkluż il-kejl tal-kisbiet, spejjeż li jsiru, skedar reali u rekwiżiti skont id-dokument tal-proġett, analiżi tad-dħul mistenni fuq l-investiment u l-ispejjeż totali tad-dritt ta’ proprjetà, inklużi l-ispejjeż operattivi annwali;

(c)

aspetti organizzattivi, inkluża l-adattabbiltà tal-istruttura ta’ governanza applikata u, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar struttura ta’ governanza ta’ wara t-twettiq;

(d)

fejn xieraq, il-pjan propost għall-introduzzjoni tas-soluzzjoni għall-fażi operattiva u l-indikaturi tal-livell tas-servizz; u

(e)

l-utent finali u l-materjal ta’ għajnuna teknika disponibbli.

Artikolu 7

Soluzzjonijiet

1.   Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin oqfsa komuni permezz ta’ studji.

L-istudji għandhom iservu wkoll bħala mezz ta’ appoġġ tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata u l-ippjanar għall-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din.

2.   L-istudji għandhom jiġu ppubblikati u ppreżentati lill-kumitati tal-Parlament Ewropew responsabbli bħala bażi għal kwalunkwe emenda leġiżlattiva fil-futur biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi ICT mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

3.   Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin għodod ġeneriċi permezz ta’ proġetti. Il-proġetti għandhom ikunu wkoll mezz kif ikunu stabbiliti, industrijalizzati, operati u miżmumin servizzi komuni.

Artikolu 8

Regoli ta’ implimentazzjoni

1.   Fl-implimentazzjoni tal-programm ISA għandhom jiġu debitament meqjusal-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà.

2.   Għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri fi studju jew fi proġett. L-istudju jew il-proġett għandu jkun miftuħ għall-aċċess f’kull stadju, u l-Istati Membri li ma jkunux involuti f’xi studju jew proġett għandhom jiġu inkoraġġiti jissieħbu fi stadju aktar tard.

3.   Sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali u dawk tal-Komunità, għandhom jiġu speċifikati oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi b’referenza għall-istandards Ewropej eżistenti jew speċifikazzjonijiet li huma jew disponibbli b’mod pubbliku jew miftuħa għall-iskambju tal-informazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizzi.

4.   L-istabbiliment jew it-titjib ta’ soluzzjonijiet għandu, fejn xieraq, jibni fuq jew ikun akkumpanjat mill-qsim tal-esperjenza u mill-iskambju u l-promozzjoni tal-aħjar prattika.

5.   Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni u jitħaffef l-istabbiliment tas-soluzzjonijiet, ir-riżultati miksuba permezz ta’ inizjattivi rilevanti oħra tal-Komunità jew tal-Istati Membri għandhom ikunu kkunsidrati, fejn xieraq.

Sabiex ikunu massimizzati s-sinerġiji u jkunu żgurati sforzi komplementarji u kkombinati, l-azzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu kkordinati ma’ inizjattivi Komuniatarji oħra.

6.   Il-bidu tal-azzjonijiet, id-definizzjoni tal-fażijiet ta’ dawn l-azzjonijiet u l-istabbiliment tad-dokumenti tal-proġetti u tar-rapporti ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu u jkunu sorveljati mill-Kummissjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji stabbilit skont l-Artikolu 9.

Artikolu 9

Programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma li jkompli fserje ta’ stadji biex timplimenta l-azzjonijiet, għall-perijodu kollu tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji u, tal-inqas darba fis-sena, kwalunkwe emenda għalih.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4), il-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) għandha tapplika fir-rigward tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji u kwalunkwe emenda għalih.

4.   Għal kull azzjoni, il-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji għandu, fejn xieraq, jinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet, il-problema jew l-opportunità, il-benefiċjarji u l-benefiċċji mistennija u l-metodu organizzattiv u tekniku;

(b)

diviżjoni tal-ispejjeż antiċipati u, fejn xieraq, il-punti tal-wasla li jridu jintlaħqu.

5.   Proġett jista’ jkun inkluż fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji fi kwalunkwe waħda mill-fażijiet tiegħu.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet baġitarji

1.   Il-fondi għandhom ikunu rilaxxati fuq il-bażi li jinkisbu l-objettivi intermedji speċifiċi li ġejjin:

(a)

għall-bidu ta’ studju, miżura ta’ akkumpanjament jew il-fażi tal-bidu ta’ proġett, l-inklużjoni tal-azzjoni fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji;

(b)

għall-bidu tal-fażi tal-eżekuzzjoni ta’ proġett, id-dokument tal-proġett;

(c)

għall-bidu tal-fażi operattiva sussegwenti ta’ proġett, ir-rapport tal-eżekuzzjoni.

2.   L-objettivi intermedji li għandhom jintlaħqu waqt il-fażi tal-eżekuzzjoni u waqt il-fażi operattiva, jekk ikun hemm, għandhom jiġu ddefiniti fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.

3.   Meta proġett ikun inkluż fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji fil-fażi tal-eżekuzzjoni jew operattiva tiegħu, il-fondi għandhom jiġu rilaxxati mal-inklużjoni ta’ dak il-proġett fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.

4.   L-emendi għall-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji li jikkonċernaw l-allokazzjonijiet baġitarji ta’ aktar minn EUR 400 000 għal kull azzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).

5.   Il-programm ISA għandu jkun implimentat skont ir-regoli Komunitarji tal-akkwist pubbliku.

Artikolu 11

Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja

1.   L-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-użu ta’ oqfsa u għodod bħal dawn għandu jkun iffinanzjat mill-utenti.

2.   L-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni u t-titjib ta’ servizzi komuni għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-operat ta’ servizzi bħal dawn għandu jkun iffinanzjat b’mod sħiħ mill-programm ISA sakemm l-użu tagħhom iservi l-interessi Komunitarji. F’każijiet oħrajn, l-użu ta’ dawk is-servizzi, inkluż l-operat tagħhom fuq bażi deċentralizzata, għandu jiġi ffinanzjat mill-utenti.

3.   Il-miżuri ta’ akkumpanjament għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA.

Artikolu 12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (il-Kumitat tal-ISA).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal wieħed ta’ tliet xhur.

Artikolu 13

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm ISA. Hija għandha tesplora s-sinerġiji ma’ programmi Komunitarji komplementari.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta annwalment lill-Kumitat tal-ISA dwar l-implimentazzjoni tal-programm ISA.

2.   Is-soluzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni kull sentejn.

3.   Il-programm ISA għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali, u r-riżultati tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament. F’dan il-kuntest, il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni u twieġeb mistoqsijiet li jsirulha mill-membri tagħha.

L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kwistjonijiet bħar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, l-utilità, is-sostenibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-programm ISA u għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni f’relazzjoni mal-għan tal-programm ISA u l-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji. L-evalwazzjoni finali għandha, barra minn hekk, teżamina sa fejn il-programm ISA laħaq l-għan tiegħu.

L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw ukoll il-benefiċċji tal-azzjonijiet lill-Komunità għall-avvanz tal-linji ta’ politika komuni, jidentifikaw oqsma għal titjib potenzjali u jivverifikaw sinerġiji ma’ inizjattivi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali.

Artikolu 14

Interazzjoni mal-partijiet interessati

Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-partijiet interessati rilevanti bil-għan li jkun hemm skambju ta’ opinjonijiet bejniethom u mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet indirizzati mill-programm ISA. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha torganizza konferenzi, workshops u laqgħat oħra. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel użu minn pjattaformi interattivi elettroniċi u tista’ tuża kwalunkwe mezz ieħor għall-interazzjoni li tqis li jkun xieraq.

Artikolu 15

Kooperazzjoni internazzjonali

1.   Il-programm ISA għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni, fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Komunità, mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati.

2.   Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali għandha tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u u tas-Sħubija tal-Lvant u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari dawk tal-Balkani tal-Punent u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. L-ipejjeż relatati m’għandhomx ikunu koperti mill-programm ISA.

3.   Il-programm ISA għandu jippromwovi, fejn xieraq, l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet tiegħu minn pajjiżi terzi.

Artikolu 16

Inizjattivi mhux Komunitarji

Mingħajr ħsara għal politiki Komunitarji oħrajn, is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA jistgħu jintużaw minn inizjattivi mhux Komunitarji, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda spejjeż żejda għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-għan Komunitarju prinċipali tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 għandu jkun stabbilit għal EUR 164 100 000, li minnhom EUR 103 500 000 huma għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għall-perijodu wara l-31 ta’ Diċembru 2013, l-ammont għandu jitqies ikkonfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-qafas finanzjarju fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-2014.

2.   L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  L-Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 200, 25.8.2009, p. 58.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(4)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 133.

(5)  ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62 (Deċiżjoni li tinsab fil-ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25).

(6)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9.

(8)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Settembru 2009

li taħtar membru Grieg fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/731/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Konstantinos POUPAKIS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Fotis AGADAKOS, Deputat Segretarju tal-Finanzi tal-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Ħaddiema tal-Greċja huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ sejjer sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BILLSTRÖM


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Settembru 2009

li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/732/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Josly PIETTE sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur is-Sur Claude ROLIN, Secrétaire général de la Confédération des Syndicats chrétiens de Belgique (CSC) – Groupe des salariés (Grupp II), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BILLSTRÖM


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Settembru 2009

li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/733/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi l-post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Evelyn REGNER,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Oliver RÖPKE, Leiter des ÖGB Europabüros in Brüssel - Grupp tal-Ħaddiema (Grupp II) huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BILLSTRÖM


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


ORJENTAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

3.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/31


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Settembru 2009

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2)

(BĊE/2009/21)

(2009/734/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1) li tirregola it-TARGET2 li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa Pjattaforma Mqassam Waħda (SSP).

(2)

Għandhom isiru emendi għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2: (a) minħabba l-ħarġa ġdida tal-SSP; (b) biex jiġu kkjarifikati l-prinċipji tal-post tas-sorveljanza speċifiċi li entitajiet li joffru servizzi fl-euro huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom; (c) biex tiġi introdotta deroga fir-rigward tal-arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jiftħu kontijiet tal-Modulu tal-Ħlasijiet u ma jistgħux ikunu suġġetti għal rahan jew tpaċija ta’ klejms; (d) biex jiġi rifless numru ta’ titjib tekniku u editorjali u kjarifikazzjonijiet; u (e) biex jitħassru dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni lejn it-TARGET2 li ma japplikawx iktar,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, id-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘sistema anċillari (AS)’ tfisser sistema mmaniġġjata minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għas-superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-post tal-infrastrutturi li joffru servizzi fl-euro, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (*), fejn ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati filwaqt li l-obbligi monetarji riżultanti jiġu ssettiljati fit-TARGET2 skont din il-Linja ta’ Gwida u arranġament bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ tal-Eurosistema rilevanti.

(*)  Il-politika kurrenti għal-post tal-infrastruttura jidher fl-istqarrijiet li ġejjin, li kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu: (a) il-‘Policy statement on euro payment and settlements located outside the euro area’ [l-Istqarrija tal-politika fuq il-ħlas u s-settlements tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro’] tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ [Il-linja politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali] tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro] tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ ’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi transazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro: speċifikazzjoni ta’ ‘il-post ta’ operazzjoni legali fiż-żona tal-euro] tal-20 ta’ Novembru 2008.’ ”"

(2)

Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 3, arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI, imma li jkun hemm settlement biss għall-benefiċċju tal-klijenti tagħhom, għandhom jikkonformaw ma’:

(a)

l-Anness II, bl-eċċezzjoni tat-Titolu V, l-Artikolu 36 u l-Appendiċijiet VI u VII; u

(b)

l-Artikolu 18 tal-Anness IV.”.

(3)

L-Artikolu 13 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 15 jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 15

Dispożizzjonijiet mixxelanji u transitorji

1.   Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ BĊN parteċipant bħal dak, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja ta’ Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u deċiżjonijiet oħrajn tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għal entitajiet minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ dan il-BĊN parteċipant.

2.   Matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni tiegħu, kull BĊ tal-Eurosistema jista’ jkompli jagħmel il-ħlasijiet u tranżazzjonijiet oħrajn fil-Kontijiet Domestiċi, inkluż dawn li ġejjin:

(a)

ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari; u

(c)

ħlasijiet fir-rigward ta’ operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema.

3.   Meta jiskadi l-perijodu tranżitorju, dan li ġej għandu jieqaf:

(a)

reġistrazzjoni bħala detentur BIC indirizzabbli minn BĊ tal-Eurosistema, fil-każ ta’ entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness II;

(b)

parteċipazzjoni indiretta ma’ BĊ tal-Eurosistema; u

(c)

settlement f’Kontijiet Domestiċi tal-ħlasijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 2(a) sa (c).”

(5)

Annessi II, III u IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 kif emendata skont l-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Settembru 2009.

2.   L-Artikolu 1(1) u 1(1)(a), 1(2) u 2 tal-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida għandhom japplikaw mit-23 ta’ Ottubru 2009.

3.   Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ din il-Linja ta’ Gwida għandhom japplikaw mit-23 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 3

Indirizzati u miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Din il-Linja ta’ Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro għandhom sat-9 ta’Ottubru 2009 jibagħtu lill-BĊE l-miżuri li bihom fiħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


ANNESS

1.

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Id-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” tinbidel b’li ġej:

“—

‘sistema anċillari (AS)’ tfisser sistema mmaniġġjata minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għas-superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-post tal-infrastrutturi li joffru servizzi fl-euro, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (*), fejn ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati filwaqt li l-obbligi monetarji riżultanti jiġu ssettiljati fit-TARGET2 skont din il-Linja ta’ Gwida u arranġament bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ tal-Eurosistema rilevanti,

(*)  Il-politika kurrenti għal-post tal-infrastruttura jidher fl-istqarrijiet li ġejjin, li kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu: (a) il-‘Policy statement on euro payment and settlements located outside the euro area’ [l-Istqarrija tal-politika fuq il-ħlas u s-settlements tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro’] tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ [Il-linja politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali] tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro] tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of “legally and operationally located in the euro area‘’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro: speċifikazzjoni ta’ ‘il-post ta’ operazzjoni legali fiż-żona tal-euro”] tal-20 ta’ Novembru 2008.”"

(b)

Id-definizzjoni ta’ “ħsara teknika tat-TARGET2” tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘ħsara teknika tat-TARGET2’ tfisser kull diffikultà, difett jew ħsara fl-infrastrutura teknika u/jew sistemi tal-kompjuter użati mit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza], jew kull ġrajja oħra li tagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar tal-ħlasijiet fl-istess jum fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza].”

(2)

L-Artikolu 4(2)(d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u li jaġixxu f’dik il-kapaċità; u”.

(3)

L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   Sakemm il-parteċipant ma jitlobx mod ieħor, il-BIC(s) għandhom jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-parteċipanti jirrikonoxxu li l-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-BICs. Barra minn hekk, l-ismijiet u l-BICs ta’ parteċipanti indiretti reġistrati minn parteċipanti jistgħu jiġu ppubblikati u parteċipanti għandhom jiżguraw li parteċipanti indiretti jkunu ftehmu fuq dik il-pubblikazzjoni.”

(4)

L-Artikolu 12(1) jinbidel b’li ġej:

“1.   Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont PM wieħed għal kull parteċipant. Fuq talba ta’ parteċipant li jaġixxi bħala bank ta’ settlement, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ subkont wieħed jew iżjed fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] li jintuża biex tiġi ddedikata l-likwidità.”

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu 14(3) li ġej:

“3.   L-SSP tiddetermina t-timbru tal-ħin (timestamp) għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas fuq il-bażi tal-ħin meta tirċievi u taċċetta l-ordni ta’ ħlas.”

(6)

L-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Regoli ta’ prijorità

1.   Il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet għandhom jindikaw kull ordni ta’ ħlas bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ ħlas normali (klassi ta’ prijorità 2);

(b)

ordni ta’ ħlas urġenti (klassi ta’ prijorità 1); jew

(c)

ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (klassi ta’ prijorità 0).

Jekk ordni ta’ ħlas ma tindikax il-prijorità, għandha tiġi kkunsidrata bħala ordni ta’ ħlas normali.

2.   Ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jistgħu jiġu indikati hekk minn:

(a)

BĊi; u

(b)

parteċipanti, f’każijiet ta’ ħlasijiet lil u mis-CLS International Bank u trasferimenti ta’ likwidità fir-rigward ta’ settlement ta’ sistema anċillari bl-użu tal-Interface tas-Sistema Anċillari.

L-istruzzjonijiet kollha tal-ħlas li jingħataw minn sistema anċillari permezz ta’ Interface ta’ Sistema Anċillari biex jiġu ddebitati jew ikkreditati il-kontijiet PM tal-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma ordnijiet għal ħlas urġenti ħafna.

3.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin permezz tal-ICM huma ordnijiet ta’ ħlas urġenti.

4.   Fil-każ ta’ ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali, il-pagatur jista’ jibdel il-prijorità permezz tal-ICM b’effett immedjat. M’għandux ikun possibbli li tinbidel il-prijorità ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna.”

(7)

L-Artikolu 17(5) jinbidel b’li ġej:

“5.   Wara li jirċievi t-talba tal-booking il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika jekk l-ammont ta’ likwidità fil-kont PM tal-parteċipant huwiex biżżejjed għall-booking. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-likwidità li tkun disponibbli fil-kont PM biss għandha tiġi riżervata. Il-bqija tal-likwidità mitluba għandha tiġi riżervata jekk ikun hemm likwidità addizzjonali disponibbli.”

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu 17a li ġej:

“Artikolu 17a

Struzzjonijiet permanenti għar-riżerva tal-likwidità u d-dedikazzjoni tal-likwidità

1.   Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità riżervat għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jew urġenti permezz tal-ICM. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss.

2.   Il-parteċipanti permezz tal-ICM jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità mpoġġi għal settlement tas-sistema anċillari. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lill-[daħħal isem il-BĊ] biex jiddedika l-likwidità f’isimhom jekk is-sistema anċillari rilevanti titlob hekk.”

(9)

L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Settlement u ritorn ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju

1.   Ordnijiet ta’ ħlas li mhumiex settled minnufih fl-entry disposition, għandhom jitpoġġew fil-kju skond il-prijorità li jkun tahom il-parteċipant relevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 15.

2.   Biex jittejjeb is-settlement tal-ordnijiet tal-ħlas fil-kju, il-[niżżel isem il-BĊ] jista’ juża l-proċeduri ta’ titjib deskritti fl-Appendiċi I.

3.   Ħlief għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, il-pagatur jista’ jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordnijiet ta’ ħlas fi kju (jiġifieri jibdilhom l-ordni) permezz tal-ICM. L-ordnijiet tal-ħlas jistgħu jitressqu jew ’il quddiem jew lejn l-aħħar tal-kju rispettiv b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin matul l-ipproċessar ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V.

4.   Fuq talba tal-pagatur, il-[niżżel l-isem tal-BĊ], jew fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊ tal-maniġer tal-grupp AL jista’ jiddeċiedi li jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ settlement 5 u 6) iżda din il-bidla m’għandhiex taffettwa s-settlement mingħajr xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma tagħtix lok b’xi mod għal riskju sistemiku.

5.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin fl-ICM għandhom jiġu ritornati minnufih bħala non-settled jekk ma jkunx hemm biżżejjed likwidità. Ordnijiet ta’ ħlas oħrajn għandhom jiġu rritornati bħala non-settled jekk ma jkunux jistgħu jitħallsu sal-ħinijiet massimi stabbiliti (cut-off times) għat-tip ta’ messaġġ rilevanti, kif speċifikat fl-Appendiċi V.”

(10)

L-Artikolu 24(7) hu mibdul b’li ġej:

“7.   Il-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità AL, stabbilita fl-Artikolu 25(4) u (5), għandha tapplika mutatis mutandis għall-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità CAI. Il-maniġer tal-grupp CAI m’għandux jindirizza metodu ta’ ftehim CAI eżegwit lill-BĊN li qed jimmaniġġja.”

(11)

Fl-Artikolu 37, il-paragrafi 2 and 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiffriża l-bilanċ fuq is-subkont tal-parteċipant wara komunikazzjoni b’sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ ‘start of cycle’). Meta jkun japplika, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu mbagħad iżid jew inaqqas il-bilanċ iffriżat billi jikkredita jew jiddebita l-ħasijiet ta’ settlement mas-sistema lejn u mis-subkont jew jikkredita t-trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont. Dan l-iffriżar għandu jiskadi malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ ‘end of cycle’).

3.   Meta jikkonferma l-iffriżar tal-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant, il-[daħħal isem il-BĊ] jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Meta jiġu kkonfermati, fejn japplika, iż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat mal-ikkreditar jew l-iddebitar ta’ ħlasijiet ta’ settlement cross-system lil jew minn subkont jew jinħolqu trasferimenti ta’ likwidità ta’ ikkreditar lis-subkont, il-garanzija hija awtomatikament miżjuda jew imnaqqsa fl-ammont tal-ħlas. Mingħajr preġudizzju għaż-żieda jew tnaqqis tal-garanzija msemmija iktar ’il fuq, il-garanzija għandha tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u pagabbli mal-ewwel talba. Jekk il-[daħħal isem il-BĊ] ma jkunx il-BĊ tas-sistema anċillari, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jitqies li ngħata struzzjoni biex tinħareġ il-garanzija msemmija iktar ’il fuq lill-BĊ tas-sistema anċillari.”

(12)

L-Appendiċi I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-tabella fis-subparagrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Tip ta’ messaġġ

Tip ta’ użu

Deskrizzjoni

MT 103

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent

MT 103+

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent (Straight Through Processing)

MT 202

Obbligatorju

Ħlas minn bank lil bank

MT 202COV

Obbligatorju

Ħlasijiet ta’ kopertura (cover payments)

MT 204

Fakultattiv

Ħlas ta’ debitu dirett

MT 011

Fakultattiv

Notifika ta’ irċevuta

MT 012

Fakultattiv

Notifika ta’ min jibgħat

MT 019

Obbligatorju

Notifika ta’ tħassir

MT 900

Fakultattiv

Konferma ta’ debitu

MT 910

Fakultattiv

Konferma ta’ debitu

MT 940/950

Fakultattiv

Messaġġ ta’ stqarrija (ta’ klijent)”

(ii)

Jiżdied is-subparagrafu 5 li ġej:

“(5)

Messaġġi MT 202COV għandhom jintużaw biex isiru ħlasijiet ta’ kopertura, jiġifieri ħlasijiet magħmulin minn banek korrispondenti biex jissettlejaw (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li jintbagħtu lil bank ta’ klijent b’mezzi oħrajn iktar diretti. Id-dettalji ta’ klijent li jkun hemm f’MT 202COV m’għandhomx jintwerew fl-ICM.”

(b)

Il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i)

Is-subparagrafu 4(b) hu mibdul b’li ġej:

“(b)

user-to-application mode (U2A)

L-U2A jippermetti komunikazzjoni diretta bejn parteċipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera f’brawżer li jaħdem fuq sistema PC (SWIFT Alliance WebStation jew interface oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT). Għall-aċċess għall-U2A l-infrastrutura IT trid taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma deskritti fil-Manwal għall-Utent ICM.”

(ii)

Is-subparagrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“(5)

Kull parteċipant għandu jkollu tal-anqas SWIFT Alliance WebStation wieħed, jew interface oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT, biex ikollu aċċess għall-ICM permezz tal-U2A.”

(13)

L-Appendiċi II hija emendata kif ġej:

Il-paragrafu 2 huwa sostitut b’li ġej:

“(2)   Kundizzjonijiet għall-offerti ta’ kumpens

(a)

Pagatur jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministazzjoni u kumpens ta’ imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx sar settlement ta’ ordni ta’ ħlas fil-jum tan-negozju meta kienet aċċettata.

(b)

Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministrazzjoni jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx irċieva ħlas li kien qed jistenna li ser jirċievi f’jum tan-negozju partikolari. Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti wkoll talba għall-kumpens tal-imgħax jekk kundizzjoni waħda jew iżjed jiġu sodisfatti:

(i)

fil-każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika tat-TARGET2, min jirċievi l-ħlas irrikorra għall-faċilità ta’ self marġinali; u/jew

(ii)

fil-każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew dak ir-rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.”

(14)

L-Appendiċi III hija emendata kif ġej:

Fit-termini ta’ referenza għall-opinjonijiet ta’ pajjiż għal parteċipanti mhux fiż-ŻEE fit-TARGET2, il-paragrafu 3.6a jinbidel b’dan li ġej:

“3.6.a.   Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ garanzija, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ garanzija huma validi u infurzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u infurzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].”

(15)

L-Appendiċi IV hija emendata kif ġej:

Il-Paragrafu 1 (b) jinbidel b’li ġej:

“(b)

r-referenzi kollha għall-ħinijiet speċifiċi f’din l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-Central European Time (CET (**)).

(**)  Is-CET jikkunsidra l-bidla għas-Central European Summer Time.”"

(16)

L-Appendiċi V tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi V

SKEDA OPERATTIVA

1.

It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skond il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta’ Diċembru.

2.

Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri CET jew CEST.

3.

Il-jum tan-negozju kurrenti jiftaħ filgħaxija tal-jum tan-negozju ta’ qabel u jopera skond l-iskeda li ġejja:

Ħin

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawsa ta’ negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ bi nhar (***)

7.00-18.00

L-ipproċessar ta’ bi nhar

17.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti (jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta’ xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta’ messaġġ MT 103 jew MT 103+)

18.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet ta’ bejn il-banek (interbank payments) (jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti)

18.00-18.45 (****)

L-ipproċessar ta’ tmiem il-jum

18.15 (****)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta’ standing facilities

(Ftit wara) 18.30 (*****)

Id-data għall-aġġornament tas-sistemi ta’ kontabilità tinsab disponibbli lill-BĊi

18.45-19.30 (*****)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

19.00 (*****)-19.30 (****)

Għoti ta’ likwidità fil-kont PM

19.30 (*****)

Messaġġ ‘tal-bidu tal-proċedura’ u settlement tal-ordnijiet permanenti (standing orders) biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkont(ijiet)/kont mera (settlement relatat mas-sistema anċillari)

19.30 (*****)-22.00

Eżekuzzjoni ta’ trasferimenti addizzjonali ta’ likwidità permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġ ‘tal-bidu taċ-ċiklu’; perijodu ta’ settlement ta’ operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari (għall-proċedura ta’ settlement tas-sistema anċillari Nru. 6)

22.00-1.00

Perijodu ta’ manutenzjoni teknika

1.00-6.45

Il-proċedura ta’ settlement għal operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari (għall-proċedura ta’ settlement Nru. 6 tas-sistema anċillari biss)

4.

L-ICM huwa disponibbli għal trasferimenti ta’ likwidità mis-19.30 (1) sas-18.00 tal-għada, ħlief għal matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika bejn l-22.00 sas-1.00.

5.

Is-sigħat operattivi jistgħu jinbidlu fil-każ li jiġu adottati miżuri ta’ kontinwità tan-negozju skont il-paragrafu 5 tal-Appendiċi IV.

(1)  Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema”."

2.

L-Anness III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu 2(e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

entitajiet li mhumiex dawk li jaqgħu taħt is-subparagrafi (a) u (b) li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u jaġixxu f’dik il-kapaċità, iżda l-arranġamenti għall-għoti ta’ kreditu intraday lil dawn l-entitajiet ikunu ntbagħtu lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv.”

3.

3L-Anness IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Paragrafu 11(5) huwa sostitut b’li ġej:

“(5)

Il-banek ta’ settlement u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom jiġi nnotifikati malli jitlesta jew jonqos milli jsir is-settlement ibbażat fuq għażla – notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek ta’ settlement għandhom ikunu nnotifikati bis-suċċess tas-settlement permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910.”

(2)

Il-paragrafu 14(7)(c) jinbidel b’li ġej:

“(c)

Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202, li jistgħu jintbagħtu biss matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ settlement 6 u matul l-ipproċessar ta’ bi nhar biss. Għandu jkun hemm settlement ta’ dawn l-ordnijiet minnufih.”

(3)

Il-Paragrafu 14(9) jinbidel b’li ġej:

“(9)

Taħt il-proċedura ta’ settlement 6, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar AS ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ ‘start-of-cycle’ u jispiċċa bil-messaġġ ‘end-of-cycle’, it-tnejn jintbagħtu mill-AS) u rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista’ jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-‘settlement cross-system’ jew jekk bank ta’ settlement jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika l-AS bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-settlement cross-system. Jekk l-AS titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-settlement.”

(4)

Il-paragrafu 14(12) jinbidel b’li ġej:

“(12)

Cross-system settlement bejn żewġ ASs interfaced jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li l-kont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant tal-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ AS oħra.

L-AS li tibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-AS l-oħra għandhom ikunu notifikati meta jitlesta s-settlement. Jekk jitolbu dan, il-banek ta’ settlement għandhom ikunu nnotifikati bis-suċċess tas-settlement permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew 910.”

(5)

Il-paragrafu 14(13) jinbidel b’li ġej:

“(13)

Cross-system settlement minn AS li juża l-mudell interfaced lil AS li tuża l-mudell integrat jista’ jinbeda bl-AS tuża mudell interfaced (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant bl-użu tal-mudell interfaced u bl-ikkreditar tal-kont mera użat mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat. L-istruzzjoni għall-ħlas ma tistax tinbeda mill-AS bl-użu tal-mudell integrat li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

L-AS li tibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-AS l-oħra għandhom ikunu notifikati meta jitlesta s-settlement. Jekk jitolbu dan, il-banek ta’ settlement għandhom ikunu nnotifikati bis-suċċess tas-settlement permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew 910.”

(6)

Il-paragrafu 14(17) jinbidel b’li ġej:

“(17)

Cross-system settlement bejn żewġ ASs li jużaw il-mudell integrat jista’ jinbeda biss minn AS (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li l-kont mera tagħha jiġi ddebitat. Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont mera tal-AS li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont mera użat minn AS oħra. L-istruzzjoni ta’ ħlas ma tistax jinbeda mill-AS li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

L-AS li tibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-AS l-oħra għandhom ikunu notifikati meta jitlesta s-settlement. Jekk jitolbu dan, il-banek ta’ settlement għandhom ikunu nnotifikati bis-suċċess tas-settlement permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew 910.”

(7)

Il-Paragrafu 14(18) jinbidel b’li ġej:

“(18)

Cross-system settlement minn AS li juża l-mudell integrat lil AS li tuża l-mudell interfaced jista’ jinbeda bl-AS juża mudell integrat (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont mera bl-użu tal-mudell intregrat u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ AS oħra. L-istruzzjoni tal-ħlas ma tistax tinbeda mill-AS bl-użu tal-mudell interfaced li s-subkont tagħha ser jiġi kkreditat.

L-AS li tibda l-istruzzjoni ta’ ħlas u l-AS l-oħra għandhom ikunu notifikati meta jitlesta s-settlement. Jekk jitolbu dan, il-banek ta’ settlement għandhom ikunu nnotifikati bis-suċċess tas-settlement permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew 910.”

(8)

Il-paragrafu 15(3) jinbidel b’li ġej:

“(3)

Il-perijodu ta’ settlement (‘sa’) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-settlement ta’ AS sabiex ma jiġix ipprevenut jew imtawwal is-settlement ta’ tranżazzjonijiet relatati mal-AS jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm settlement tal-istruzzjoni ta’ ħlas saż-żmien ‘sa’ jew fil-perijodu definit ta’ settlement, dawn l-istruzzjonijiet ta’ ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta’ settlement 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija jista’ jiġi attivat. Il-perijodu ta’ settlement (‘sa’) jista’ jiġi speċifikat għall-proċeduri ta’ settlement 1 sa 5”.


(***)  L-operazzjonijiet ta’ bi nhar tfisser l-ipproċessar ta’ bi nhar u l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum.

(****)  Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema

(*****)  Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema