ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.260.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL |
|
|
* |
Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/731/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2009/732/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2009/733/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
ORJENTAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
2009/734/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 920/2009
tat-2 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
29,4 |
ZZ |
29,4 |
|
0707 00 05 |
TR |
127,2 |
ZZ |
127,2 |
|
0709 90 70 |
TR |
110,1 |
ZZ |
110,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
81,0 |
CL |
103,4 |
|
TR |
91,1 |
|
UY |
88,0 |
|
ZA |
72,9 |
|
ZZ |
87,3 |
|
0806 10 10 |
BR |
235,1 |
EG |
159,5 |
|
TR |
100,6 |
|
US |
152,0 |
|
ZZ |
161,8 |
|
0808 10 80 |
CL |
85,7 |
NZ |
67,8 |
|
US |
83,8 |
|
ZA |
71,0 |
|
ZZ |
77,1 |
|
0808 20 50 |
AR |
82,8 |
CN |
33,7 |
|
TR |
95,7 |
|
ZA |
76,1 |
|
ZZ |
72,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 921/2009
tal-1 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-“tusk” fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tal-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009. |
(2) |
Skont it-tagħrif li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata li ngħatatilhom għall-2009. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
21/T&Q |
Stat membru |
Franza |
Stokk |
USK/567EI. |
Speċi |
It-tusk (Brosme brosme) |
Żona |
L-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII tal-ICES |
Data |
2.9.2009 |
DIRETTIVI
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/5 |
DIRETTIVA 2009/104/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Din id-Direttiva hija direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5). Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-qasam tal-użu tat-tagħmir tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol mill-ħaddiema, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet iktar stretti jew speċifiċi misjuba f’din id-Direttiva. |
(3) |
L-Artikolu 137(2) tat-Trattat jipprovdi illi l-Kunsill jista jadotta, permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi li jinkoraġġixxu t-titjib, b’mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jipproteġi s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema |
(4) |
Skond l-Artikolu msemmi, dawn id-Direttivi għandhom jevitaw milli jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b’manjiera li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 137(2) tat-Trattat ma jipprevjenu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi tal-kondizzjonijiet tax-xogħol aktar stretti li jkunu kompatibbli mat-Trattat. |
(6) |
Il-konformità mar-rekwiżiti minimi xierqa biex jiggarantixxu standard aħjar ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu ta’ tagħmir tax-xogħol hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema. |
(7) |
It-titjib fis-sikurezza, fl-iġjene u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol huwa għan li ma jistax jiġi subordinat għal konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi. |
(8) |
Ix-xogħol fil-għoli jista’ jesponi lill-ħaddiema għal riskji partikolarment severi għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom notevolment għar-riskji ta’ waqgħat mill-għoli u għal inċidenti serji tax-xogħol oħra, li jammontaw għal proporzjon kbir mill-inċidenti kollha, speċjalment ta’ inċidenti fatali. |
(9) |
Din id-Direttiva tikkostitwixxi aspett prattiku fl-isfond tat-twettiq tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern. |
(10) |
Skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 litistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika (6), l-Istati Membrihuma meħtieġa li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull abbozz tar-regolamenti tekniċi ligħandhom x’jaqsmu mal-makkinarju, mat-tagħmir u mal-istallazzjonijiet. |
(11) |
Din id-Direttiva hi l-aktar mezz xieraq sabiex jinkisbu l-għanijiet mixtieqa u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dan l-iskop. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
IL-KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva, li hija t-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi r-rekwżiti minimi dwar is- sikurezza u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol, kif definiti fl-Artikolu 2.
2. Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE huma applikabbli b’mod sħiħ fil-kamp kollu msemmi fil-paragrafu 1, bla ħsara għad-disposizzjonijiet aktar stretti jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:
(a) “tagħmir tax-xogħol”: kull magna, apparat, għodda, jew stallazzjoni użati waqt ix-xogħol;
(b) “użu tat-tagħmir tax-xogħol”: kull attività li tinvolvi t-tagħmir tax-xogħol bħal tqabbid jew waqfien tat-tagħmir, l-użu tiegħu, it-trasport, it-tiswija, il-modifika, il-manutenzjoni u s-servicing, inkluż, b’mod partikolari, it-tindif;
(c) “żona ta’ perikolu”: kull żona ġewwa jew madwar it-tagħmir tax-xogħol li fiha ħaddiem espost ikun suġġett għal riskju rigward is-saħħa jew is-sikurezza tiegħu;
(d) “ħaddiem espost”: kwalunkwe ħaddiem li jinsab kollu kemm hu jew parzjalment f’żona ta’ perikolu;
(e) “operatur”: il-ħaddiem jew il-ħaddiema inkarigati li jużaw it-tagħmir tax-xogħol.
IL-KAPITOLU II
L-OBBLIGI TA’ MIN IĦADDEM
Artikolu 3
Obbligi ġenerali
1. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi t-tagħmir tax-xogħol magħmul disponibbli għall-ħaddiema fl-impriża jew l-istabbiliment ikun xieraq għax-xogħol li għandu jitwettaq jew addattat kif jixraq għal dan l-iskop u jista’ jintuża mill-ħaddiema mingħajr ħsara għas-sikurezza jew is-saħħa tagħhom.
Fl-għażla tat-tagħmir tax-xogħol li hu biħsiebu juża, min iħaddem għandu jikkunsidra l-kondizzjonijiet u l-karatterstiċi speċifiċi tax-xogħol u l-perikli li jeżistu fl-impriża jew fl-istabbiliment, b’mod partikolari fuq il-postijiet tax-xogħol, għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, jew kull perikolu possibbli addizzjonali impost bl-użu tat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.
2. Fejn mhux possibbli li jiġi żgurat għal kollox illi t-tagħmir tax-xogħol jista’ jintuża mill-ħaddiema mingħajr riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jimminimizza r-riskji.
Artikolu 4
Ir-Regoli li jirrigwardaw it-tagħmir tax-xogħol
1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, min iħaddem għandu jikseb jew juża:
(a) |
it-tagħmir tax-xogħol li, jekk provdut lill-ħaddiema fl-impriża jew fl-istabbiliment għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1992, jikkonforma:
|
(b) |
mat-tagħmir tax-xogħol li, jekk diġà provdut lill-ħaddiema fl-impriża jew fl-istabbiliment sal-31 ta’ Diċembru 1992, jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi previsti fl-Anness I sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara din id-data; |
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-punt (a)(i), u b’deroga mill-punt (a)(ii) u l-punt (b), tagħmir ta’ xogħol speċifiku suġġett għar-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness I, jekk diġà provdut għall-ħaddiema fl-impriża u/jew stabbiliment sal-5 ta’ Diċembru 1998, li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti stabbiliti fl-Anness I, sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara dik id-data. |
2. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi, matul il-ħajja tat-tagħmir tax-xogħol, dan jinżamm, permezz ta’ manutenzjoni adegwata, f’livell illi jikkonforma mal-paragrafu 1(a) jew (b) skont il-każ.
3. L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u b’kont meħud tal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali jistabilixxu l-miżuri li jippermettu li jintlaħaq livell ta’ sikurezza li jikkorrispondi mal-miri msemmija fid-dispożizzjonijiet tal-Anness II.
Artikolu 5
Spezzjoni ta’ tagħmir ta’ xogħol
1. Min jimpjiega għandu jassigura illi fejn is-sikurezza tat-tagħmir tax-xogħol tiddependi fuq il-kondizzjonijiet tal-installazzjoni, dan ikun soġġett għall-spezzjoni inizjali (wara l-installazzjoni imma qabel ma jibdew jaħdmu) u għal spezzjoni verifika wara kull assemblaġġ f’sit ġdid jew tqegħid f’lokazzjoni oħra, li ssir minn persuni kompetenti fis-sens tal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali bil-ħsieb li jiġi żgurat l-installazzjoni korretta u l-funzjonament tajjeb ta’ dan it-tagħmir tax-xogħol.
2. Biex ikun garantit li l-kondizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza ikunu rispettati u li d-deterjorament li aktarx jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet ta’ perikolu ikun identifikat u rimedjat fil-ħin, min jimpjiega għandu jiżgura li t-tagħmir ta’ xogħol li jkun espost għal kondizzjonijiet li jikkawżaw tali deterjorazzjoni, jkun soġġett għal:
(a) |
spezzjonijiet perijodiċi u, meta jkun il-każ, provi perijodiċi minn persuni kompetenti fis-sens ta’ leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali, |
(b) |
spezzjonijiet speċjali minn persuni kompetenti fis-sens ta’ leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali kull darba li sseħħ xi ġrajja eċċezzjonali li tista’ ġġib magħha konsegwenzi ta’ ħsara għas-sikurezza tat-tagħmir tax-xogħol bħalma huma xogħol ta’ modifika, inċidenti, fenomeni naturali, perijodi twal ta’ nuqqas ta’ użu, |
3. Ir-riżultati ta’ spezzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jinżammu għal perijodu ta’ żmien xieraq.
Meta t-tagħmir tax-xogħol hu użat barra l-impriża għandu jkollu miegħu prova materjali li tkun saret l-aħħar spezzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet li bihom għandhom isiru dawn l-ispezzjonijiet.
Artikolu 6
It-tagħmir tax-xogħol li jinvolvi riskji speċifiċi
Meta l-użu tat-tagħmir tax-xogħol x’aktarx jista’ jinvolvi riskju speċifiku għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:
(a) |
l-użu tat-tagħmir tax-xogħol ikun ristrett għal dawk il-ħaddiema inkarigati mill-użu tiegħu; |
(b) |
fil-każ ta’ tiswijiet, modifiki, manutenzjoni jew servicing, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu speċifikament awtorizzati biex jagħmlu dan ix-xogħol. |
Artikolu 7
L-Ergonomija u s-saħħa fuq ix-xogħol
Il-post tax-xogħol u l-pożizzjoni tal-ħaddiema meta qed jużaw tagħmir tax-xogħol kif ukoll il-prinċipji tal-ergonomija għandhom jiġu meħuda in konsiderazzjoni sħiħa minn min jimpjiega meta japplika r-rekwiżiti minimi ta’ saħħa u ta’ sikurezza.
Artikolu 8
It-tagħrif lill-ħaddiema
1. Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-ħaddiema jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif adegwat u, fejn xieraq, istruzzjonijiet bil-miktub dwar it-tagħmir tax-xogħol użat fuq ix-xogħol.
2. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub irid ikun fihom mill-inqas tagħrif adegwat dwar is-sikurezza u s-saħħa li jirrigwarda:
(a) |
il-kundizzjonijiet tal-użu tat-tagħmir tax-xogħol; |
(b) |
is-sitwazzjonijiet anormali li jistgħu jiġu previsti; |
(c) |
il-konklużjonijiet miġbura mill-esperjenza akkwistata, fejn xieraq, fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol. |
Il-ħaddiema għandhom jiġu magħmula konxji mir-riskji li jikkonċernawhom, mit-tagħmir tax-xogħol preżenti fl-ambjent immedjat tax-xogħol kif ukoll ta’ xi modifikazzjonijiet li jikkonċernawhom, sa fejn dawn jeffettwaw it-tagħmir tax-xogħol li jkunu jinsabu fl-ambjent tax-xogħol fil-qrib anke jekk ma jkunux qegħdin jużaw dan it-tagħmir direttament.
3. It-tagħrif u l-istruzzjonijiet bil-miktub iridu jkunu tali li jinftiehmu mill-ħaddiema kkonċernati.
Artikolu 9
It-taħriġ tal-ħaddiema
Bla ħsara għall-Artikolu 12 tad- Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi:
(a) |
il-ħaddiema inkarigati mit-tagħmir tax-xogħol għandhom jirċievu taħriġ adegwat, inkluż it-taħriġ dwar kull riskju li, skont il-każ jista’ jkun fih dan l-użu, |
(b) |
il-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 6(b) għandhom jirċievu taħriġ speċifiku adegwat. |
Artikolu 10
Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, dwar il-materji koperti b’din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha, għandhom isiru skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.
IL-KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 11
Emenda tal-Annessi
1. Iż-żidiet għall-Anness I dwar ir-rekwiżiti minimi supplimentari applikabbli għat-tagħmir speċifiku tax-xogħol msemmi fil-punt 3 tal-Anness I għandhom jiġu adottati mill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 137(2) tat-Trattat.
2. L-adattamenti strettament ta’ natura teknika tal-Annessi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, b’riżultat ta’:
(a) |
l-adozzjoni tad-Direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir tax-xogħol jew |
(b) |
il-progress tekniku, żviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew fit-tagħrif fil-qasam tat-tagħmir tax-xogħol. |
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet finali
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jkunu diġà adottaw jew li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Id-Direttiva 89/655/KEE, kif emendata mid-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbilti fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 14
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 144.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.
(3) ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13.
(4) Ara l-Anness III, Parti A.
(5) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(6) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
ANNESS I
IR-REKWIŻITI MINIMI
msemmija fl-artikolu 4(1)(a)(ii) u (b)
1. Kumment ġenerali
L-obbligi stabbiliti f’dan l-Anness japplikaw skont din id-Direttiva u fejn jeżisti riskju li jikkorrispondi mat-tagħmir tax-xogħol in kwistjoni.
Ir-rekwiżiti minimi li ġejjin, sa fejn japplikaw għal tagħmir ta’ xogħol fl-użu, mhux neċessarjament jitolbu għall-istess miżuri bħar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw it-tagħmir tax-xogħol ġdid.
2. Ir-rekwiżiti minimi ġenerali applikabbli għat-tagħmir tax-xogħol
2.1. |
L-istrumenti li jikkontrollaw it-tagħmir tax-xogħol li jaffettwaw is-sikurezza jridu jkunu jidhru identifikabbli biċ-ċar u, skont il-każ, mmarkati fejn meħtieġ. Għajr fejn jinħtieġ għal ċerti strumenti tal-kontroll, l-istrumenti tal-kontroll ghandhom jiġu mqiegħda ‘l barra miż-żoni ta’ perikolu u b’modi li l-operazzjoni tagħhom ma tistax tikkawża perikolu addizzjonali. M’għandhom joħolqu l-ebda perikolu bħala riżultat ta’ kull manuvra mhix intenzjonata. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, mill-pożizzjoni prinċipali tal-kontroll, il-ħaddiem irid ikun jista’ jiżgura illi l-ebda persuna ma tkun preżenti fiż-żoni ta’ perkolu. Jekk dan ma jkunx possibbli, kwalunkwe tħaddim tal-makkinarju għandu jkun ippreċedut awtomatikament minn sistema sikura bħal sinjal ta’ twissija li jinstama’ jew li jidher meta l-makkinarju jkun sejjer jitqabbad jaħdem. Ħaddiem espost irid ikollu l-ħin jew il-mezz sabiex jaħrab malajr mill-perikli kkawżati mit-tagħmir tax-xogħol huwa u jitqabbad jew jitwaqqaf. Is-Sistemi ta’ kontroll għandhom ikunu żguri u jintgħażlu wara li tkun ngħatat kunsiderazzjonji għal meta s-sistema tfalli, ikun fiha disturbi jew kondizzjonijiet speċjali li wieħed jista’ jipprevedi fil-qafas tal-użu maħsub. |
2.2. |
It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun jista’ jitqabbad jaħdem biss b’azzjoni maħsuba fuq strument ta’ kontroll provdut għal dan l-iskop. L-istess għandu japplika:
għajr jekk dan it-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla ma tippreżenta l-ebda periklu lill-ħaddiema esposti. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tqabbid mill-ġdid għax-xogħol jew bidla fil-kondizzjonijiet tal-operazzjonijiet bħala riżultat tas-sekwenza normali taċ-ċiklu awtomatiku. |
2.3. |
It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun imgħammar b’kontroll sabiex iwaqqaf it-tagħmir kompletament u b’mod żgur. Kull stazzjon tax-xogħol trid tkun mgħammra b’kontroll li jwaqqaf parti mit-tagħmir tax-xogħol jew kollu, skont it-tip tal-perikolu, sabiex it-tagħmir ikun fi stat ta’ sikurezza. Il-kontroll tal-waqfien tat-tagħmir irid ikollu l-prijorità fuq il-kontrolli li jqabbdu t-tagħmir. Meta t-tagħmir tax-xogħol jew il-partijiet perikolużi tiegħu jieqfu, irid jiġi maqtugħ il-forniment tal-enerġija minn fejn jiġi azzjonat it-tagħmir. |
2.4. |
Fejn xieraq, u skont il-perikoli li jippreżenta t-tagħmir u l-ħin ta’ waqfien normali tiegħu, it-tagħmir tax-xogħol irid jiġi mgħammar b’mezz tal-waqfien f’emerġenza. |
2.5. |
It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta riskju minħabba l-oġġetti li jaqgħu jew il-biċċiet li jisporġu minnu irid ikun imgħammar bil-mezzi xierqa ta’ sikurezza li jikkorrispondu ma’ dawn ir-riskji. It-tagħmir tax-xogħol li jippreżenta perikli minħabba l-ħruġ ta’ gass, fwar, likwidu jew trab irid ikun mgħammar b’mezzi xierqa ta’ trażżin jew ta’ estrazzjoni maġenb is-sorsi tal-perikolu. |
2.6. |
It-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet minn dan it-tagħmir, fejn ikun meħtieġ għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jiġu mwaħħla bl-ikklampjar jew b’mezzi oħra. |
2.7. |
Fejn ikun hemm ir-riskju ta’ ksur jew tad-diżintegrazzjoni ta’ partijiet mit-tagħmir tax-xogħol, li x’ aktarx jista’ jkun ta’ perikolu sinifikanti għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, iridu jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa. |
2.8. |
Fejn ikun hemm ir-riskju ta’ kuntatt mekkaniku ma’ partijiet li jiċċaqilqu tat-tagħmir tax-xogħol li jistgħu jwasslu għal inċidenti, dawn il-partijiet iridu jkunu provduti bi lqugħ jew b’mezzi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żoni ta’ perikolu jew sabiex iwaqqfu ċ-ċaqliq tal-partijiet perikolużi qabel jintlaħqu ż-żoni tal-perikolu. L-ilqugħ u l-mezzi ta’ protezzjoni jridu:
|
2.9. |
Iż-żoni u l-postijiet għax-xogħol fuq it-tagħmir tax-xogħol, jew il-manutenzjoni tiegħu, iridu jkunu mdawla biżżejjed skont l-operazzjoni li trid titwettaq. |
2.10. |
Il-partijiet tat-tagħmir tax-xogħol f’temperatura għolja jew f’temperatura baxxa ħafna jridu, fejn xieraq, ikunu protetti sabiex jevitaw ir-riskju li l-ħaddiema jiġu f’kuntatt miegħu jew qrib wisq. |
2.11. |
Il-mezzi tat-twissija fuq it-tagħmir tax-xogħol ma jridux ikunu ambigwi u jridu jidhru u jiġu mifhuma faċilment. |
2.12. |
It-tagħmir tax-xogħol ma jistax jintuża għall-operazzjonijiet u f’kondizzjonijiet li għalihom m’huwiex xieraq. |
2.13. |
Irid ikun possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ manutenzjoni meta t-tagħmir ikun mitfi. Jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun possibbli li jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ protezzjoni sabiex isiru dawn l-operazzjonijiet jew sabiex dawn l-operazzjonijiet isiru barra miż-żoni tal-periklu. Jekk magna jkollha reġistru tal-manutenzjoni, dan irid jinżamm aġġornat. |
2.14. |
It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikollu fuqu mezzi identifikabbli b’mod ċar sabiex ikun jista’ jiġi iżolat mis-sorsi kollha tal-enerġija tiegħu. Għandu jkun preżunt illi t-twaħħil mill-ġdid (mas-sorsi tal-enerġija) ma jippreżenta l-ebda riskju għall-ħaddiema involuti. |
2.15. |
It-tagħmir tax-xogħol irid iġorr miegħu it-twissijiet u l-marki essenzjali sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-ħaddiema. |
2.16. |
Il-ħaddiema jrid ikollhom mezzi żguri ta’ aċċess għaż-żoni kollha tal-operazzjonijiet ta’ produzzjoni, ta’ aġġustament u ta’ manutenzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u jridu jkunu kapaċi jibqgħu fihom fis-sikurezza. |
2.17. |
It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema kontra r-riskju li t-tagħmir tax-xogħol jieħu n-nar jew jisħon iżżejjed, jew li minnu joħorġu gassijiet, trab, likwidu, fwar jew sustanzi oħra prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol. |
2.18. |
It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipprevjeni r-riskju li jisplodi t-tagħmir tax-xogħol jew li jisplodu is-sustanzi prodotti, użati jew maħżuna fit-tagħmir tax-xogħol. |
2.19. |
It-tagħmir kollu tax-xogħol irid ikun xieraq sabiex jipproteġi lill-ħaddiema esposti mir-riskju ta’ kuntatt dirett jew indirett mal-elettriku. |
3. Ir-rekwiżiti minimi addizzjonali applikabbli għal tipi speċifiċi ta’ tagħmir ta’ xogħol
3.1. Ir-rekwiżiti minimi għal tagħmir ta’ xogħol mobbli, kemm jekk jimxi waħdu kemm le
3.1.1. It-tagħmir ta’ xogħol li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu magħmulin b’tali mod li jitnaqqsu ir-riskji għal ħaddiema meta jiċċaqalqu.
Dawk ir-riskji għandhom jinkludu r-riskji ta’ kuntatt tal-ħaddiema mar-roti jew mal-linji jew li jinqabdu minnhom.
3.1.2. It-tagħmir tax-xogħol għandu jkun mogħti tagħmir speċjali jew magħmul b’mod li ma jkunx jista’ jkun hemm imblokk mhux maħsub bejn l-elementi ta’ trazzjoni u l-aċċessorji jew l-oġġetti irmunkati miegħu.
Meta dan l-imblokk ma jistax jiġi evitat, għandha tittieħed kull miżura possibbli biex jiġu evitati xi konsegwenzi ta’ ħsara għall-ħaddiema.
3.1.3. Meta elementi ta’ trasmissjoni ta’ emerġija bejn tagħmir tax-xogħol mobbli jistgħu jitħassru jew tiġrilhom il-ħsara bit-tkaxkir fuq l-art, għandu jkun hemm faċilitajiet għall-irbit.
3.1.4. It-tagħmir ta’ xogħol mobbli li iġorr ħaddiema għandu jkun maħsub b’mod li inaqqas kemm jista’ jkun il-kundizzjonijiet ta’ użu attwali, ir-riskji li joħorġu mir-reġgħa lura jew mill-qlib ta’ tagħmir tax-xogħol:
— |
bi struttura ta’ protezzjoni li timpedixxi lil tagħmir tax-xogħol milli jmur lura iktar minn kwart ta’ dawra, jew |
— |
bi struttura li tiggarantixxi spazju biżżejjed madwar il-ħaddiema li jkollu fuqu jekk il-moviment ikompli għal iktar minn kwart ta’ dawra, jew |
— |
b’xi dispożsittiv ieħor b’effett ekwivalenti. |
Dawn l-istrutturi ta’ protezzjoni jistgħu jkunu parti integrali tat-tagħmir ta’ xogħol.
Dawn l-istrutturi ta’ protezzjoni mhumiex meħtieġa meta t-tagħmir ta’ xogħol ikun fiss matul l-operazzjoni jew meta ir-raġgħa lura jew il-qlib ikunu impossibbli minħabba l-mod kif ikun iddisinjat it-tagħmir.
Meta jkun hemm riskju li l-ħaddiema ta’ fuqu jistgħu jitgħaffġu bejn it-tagħmir tax-xogħol u l-art meta t-tagħmir imur lura jew jinqaleb għandha ssir sistema biex jinżammu milli jaqgħu.
3.1.5. Trukkijiet bil-forklifts li jkollhom ħaddiema fuqhom għandhom jiġu addattati jew mgħammra biex inaqqsu ir-riskji tat-truck tal-fork lift milli jinqaleb, eż.:
— |
bl-installazzjoni ta’ xi kaxxa għal min isuq, jew |
— |
bi struttura li tipprevjeni t-truck tal-fork lift milli jinqaleb, jew |
— |
bi struttura li tiżgura li, jekk it-truck tal-fork lift jinqaleb, jibqa’ biżżejjed vojt bejn l-art u ċerti partijiet tat-truck tal-forklift għall-ħaddiema li jkunu fuqu, jew |
— |
bi struttura li tirrestrinġi lill-ħaddiema fuq is-sedil ta’ sewqan biex tipprevenihom milli jiġu mgħaffġa minn partijiet tat-truck tal-forklift li jinqaleb. |
3.1.6. It-tagħmir ta’ xogħol illi jkun jimxi waħdu u li meta jiċċaqlaq joħloq riskji għal persuni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
it-tagħmir għandu jkollu mezzi li jevitaw illi jibda jaħdem mingħajr ma jkun awtorizzat; |
(b) |
għandu jkollu mezzi xierqa biex jiġu minimizzati l-konsegwenzi ta’ kolliżjoni meta hemm aktar minn tagħmir ta’ xogħol wieħed li qed jiċċaqlaq fuq il-linji fl-istess ħin; |
(c) |
għandhom ikollhom mezzi ta’ brejkijiet u waqfien. Sa fejn ir-restrizzjonijiet ta’ sikurezza jkunu jeħtieġu dan, għandhom ikunu disponibbli mezzi ta’ emerġenza, li jitħaddmu minn kontrolli faċilment aċċessibbli jew b’sistemi awtomatiċi, għall-ibbrejkjar u t-twaqqif fil-każ illi jfallu l-mezzi prinċipali; |
(d) |
meta il-vista diretta tax-xufier ma tkunx biżżejjed biex tiżgura is-sikurezza, għandu jiġi installat apparat awżiljarju biex itejjeb il-vista; |
(e) |
it-tagħmir ta’ xogħol maħsub għal użu bil-lejl jew f’postijiet mudlama għandu jkun mgħammar b’dawl xieraq għax-xogħol li jkun irid isir u biex jiżgura biżżejjed sikurezza għall-ħaddiema; |
(f) |
it-tagħmir ta’ xogħol li jista’ jkollu perikolu ta’ nar, kemm minnu u kemm mill-oġġetti li jkun jirmonka jew iġorr u li jista’ jipperikola lill-ħaddiema għandu jkun mgħammar b’apparat xieraq tat-tifi tan-nar ħlief meta dak l-apparat ikun disponibbli fil-viċin biżżejjed fil-post tal-użu; |
(g) |
it-tagħmir ta’ xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza għandu jkun jieqaf awtomatikament meta joħroġ mid-distanza ta’ kontroll; |
(h) |
it-tagħmir ta’ xogħol imħaddem bil-kontroll mid-distanza li jista’ f’ċirkostanzi normali joħloq perikolu li jolqot jew jgħaffeġ lill-ħaddiema għandu jkollu mezzi ta’ protezzjoni kontra dan il-periklu, sakemm ma jkunx hemm mezzi oħra xierqa biex jikkontrollaw dan il-periklu. |
3.2. Rekwiżiti minimi għal tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ t-tagħbija
3.2.1. Meta t-tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ tagħbija huwa installat permanentament, is-saħħa u l-istabbilità tiegħu għandhom ikunu żgurati, billi jingħata kas, b’mod partikolari, għat-tagħbija li għandha tintrefa’ u l-istress li jsir fuq il-punt ta’ suspensjoni jew tal-igganċjar tiegħu mal-istrutturi.
3.2.2. Il-makkinarju li jerfa’ t-tagħbija għandu jkun immarkat b’mod ċar b’indikazzjonijiet tat-tagħbija nominali tiegħu, u fejn xieraq tabella li turi il-piż nominali għal kull konfigurazzjoni tal-makkinarju.
L-aċċessorji għat-tagħmir ta’ tagħbija għandhom ikunu mmarkati b’mod illi jkun possibbli li tidentifika l-karatteristiċi essenzjali ta’ użu sigur.
It-tagħmir ta’ xogħol li mhux maħsub biex jerfa’ persuni imma li jista jiġi wżat hekk b’konfużjoni għandu jkun immarkat b’mod xieraq u li jidher għal dan l-iskop.
3.2.3. It-tagħmir ta’ xogħol installat b’mod permanenti għandu jkun installat b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju li t-tagħbija:
(a) |
tolqot lill-ħaddiema; |
(b) |
waħedha, tiċċaqlaq b’mod perikoluż jew taqa’; |
(c) |
tiġi mitluqa involontarjament. |
3.2.4. It-tagħmir ta’ xogħol tal-irfigħ jew ġarr ta’ ħaddiema għandu jkun tali li:
(a) |
jipprevjeni l-perikolu li taqa’ l-kabina, meta teżisti waħda, permeżż ta’ apparat xieraq; |
(b) |
jipprevjeni lill-utent milli jaqa’ mill-kabina, meta teżisti waħda; |
(c) |
jipprevjeni l-perikolu li l-utent jiġi mgħaffeġ, maqbud jew milqut, b’mod partikolari b’kuntatt involontarju ma’ oġġetti; |
(d) |
jiggarantixxi li persuni maqbuda fil-kabina fil-każ ta’ xi inċident ma jkunux esposti għall-periklu u jkunu jistgħu jinħelsu. |
Jekk, għal raġunijiet marbutin man-natura tal-post u dislivell, ir-riskji msemmija fil-punt (a) ma jistgħux jiġu evitati b’mezzi ta’ sikurezza għandu jiġi installat cable b’koeffiċjent ta’ sikurezza miżjud, u għandu li jinżamm fi stat tajjeb u jiġi kkontrollat kull ġurnata ta’ xogħol biex jiġi żgurat li qed jinżamm fi stat tajjeb.
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-UŻU TA’ TAGĦMIR TAX-XOGĦOL
imsemmi fl-artikolu 4(3)
Kumment preliminari
Dan l-Anness għandhu japplika f’konformita’ ma’ din id-Direttiva u meta r-riskju korrispondenti jeżisti għat-tagħmir tax-xogħol inkwistjoni.
1. Dispożizzjonijiet ta’ ordni ġenerali applikabbli għat-tagħmir kollu tax- xogħol
1.1. |
It-tagħmir tax-xogħol għandu jiġi installat, imqiegħed u utilizzat b’mod li jippermetti li jitnaqqsu ir-riskji għall-utent tat-tagħmir ta’ xogħol u għall-ħaddiema l-oħra per eżempju billi jiġi żgurat li hemm biżżejjed spazju bejn l-elementi li jiċċaqilqu fit-tagħmir tax-xogħol u l-partijiet fl-ambjent ta’ madwar li huma mwaħħla jew li jiċċaqilqu u billi l-enerġija u l-materjali użati jew prodotti ikunu jistgħu jinġabu jew jitneħħew b’mod sigur. |
1.2. |
Il-muntaġġ u żżarmar tat-tagħmir tax-xogħol għandu jsir taħt kundizzjonnijiet ta’ sikurezza, partikolarment billi jiġu rrispettati l-istruzzjonijiet li jistgħu ikunu fornuti mill-manufattur. |
1.3. |
It-tagħmir tax-xogħol li sakemm jintużaw jistgħu jintlaqtu mis-sajjetti għandhom ikunu protetti jew b’dispożittivi jew b’miżuri xierqa kontra l-effetti tas-sajjetti. |
2. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ tagħmir mobbli, kemm jekk jimxu waħedhom kemm jekk le
2.1. |
It-tagħmir ta’ xogħol li jimxi waħdu għandu jinsaq biss minn ħaddiema li jkunu tħarrġu b’mod adegwat biex iħaddmu sewwa dak it-tagħmir tax-xogħol. |
2.2. |
Jekk it-tagħmir ta’ xogħol jisposta ruħu f’żona ta’ xogħol għandu jkun hemm regoli stabbiliti u segwiti ta’ ċirkolazzjoni adegwata. |
2.3. |
Għandhom jittieħdu miżuri ta’ tqassim tax-xogħol biex jevitaw illi xi ħaddiema mexjin jinsabu f’dik iż-żona tax-xogħol fejn ikun hemm it-tagħmir ta’ xogħol li jimxi waħdu. Meta jkun meħtieġ li l-ħaddiema fuq saqajhom ikunu preżenti biex ix-xogħol isir għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li jkunu midruba mit-tagħmir. |
2.4. |
It-trasport ta’ ħaddiema fuq tagħmir ta’ xogħol mobbli misjuq mekkanikament għandu jkun awtorizzat biss fejn hemm provduti faċilitajiet sikuri għal dan. Jekk ix-xogħol għandu jsir matul il-vjaġġ, il-veloċità għandha tiġi adattata kif meħtieġ. |
2.5. |
It-tagħmir ta’ xogħol mobbli li jkollu mutur ta’ kombustjoni ma jistax jiġi mħaddem fiż-żona tax-xogħol ħlief meta tkun tista’ tiġi ggarantita arja fi kwantità suffiċjenti li ma tippreżenta ebda riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. |
3. Dispożizzjonijiet li jolqtu l-użu ta’ tagħmir tax-xogħol li jerfa’ t-tagħbija
3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
3.1.1. It-tagħmir ta’ xogħol li jiżżarma jew li hu mobbli li jservi biex jerfa’ t-tagħbijiet għandu jkun imħaddem b’mod li jiggarantixxi l-istabilità tat-tagħmir tax-xogħol waqt li jkun qiegħed jiġi mħaddem taħt il-kondizzjonijiet kollha prevedibbli, meħud kont tan-natura tal-art.
3.1.2. Il-ħaddiema m’għandhomx jinġarru fuq tagħmir tax-xogħol u aċċessorji tiegħu li mhux maħsub għalhekk.
Bla ħsara għall-Artikolu 5 ta’ Direttiva 89/391/KEE, eċċezzjonalment, it-tagħmir ta’ xogħol li mhux maħsub għall-ġarr tal-ħaddiema jista’ jiġi użat għal dan l-iskop sakemm jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sikurezza skont il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali li jipprevedu sorveljanza xierqa.
Meta jkun hemm il-ħaddiema fuq tagħmir tax-xogħol li suppost iservi għall-irfigħ tat-tagħbija il-posta tal-kmand għandha tkun okkupata l-ħin kollu. Il-ħaddiema li jinġarru għandhom ikunu jistgħu jiddisponu minn mezz żgur ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li jkun hemm ħsieb għall-mod kif jinħarġu f’każ ta’ perikolu.
3.1.3. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ma jkunx hemm ħaddiema preżenti taħt it-tagħbijiet imdendla sakemm din il-preżenza ma tkunx meħtieġa biex ix-xogħol isir sewwa.
M’għandux ikun permess illi tagħbija imdendla tiġi mgħoddija minn postijiet tax-xogħol mhux protetti li fihom abitwalment ikun hemm il-ħaddiema.
F’dan il-każ, jekk ix-xogħol ma jistax isir sewwa mod ieħor għandhom ikunu definiti u applikati proċeduri xierqa.
3.1.4. L-aċċessorji tal-irfigħ għandhom jintgħażlu skont it-tagħbija li jerfgħu, skont il-punti ta’ qbid, skont il-mezz tal-igganċjar u l-kondizzjonijiet atmosferiċi u meħud kont tal-mod u l-konfigurazzjoni tal-imbragar. L-assemblaġġ tal-aċċessorji tal-irfigħ għandu jkun immarkat b’mod ċar biex jippermetti lill-utent li jirrikonoxxu l-karatteristiċi tagħhom, jekk ma jkunux żmantellati wara l-użu.
3.1.5. L-aċċessorji tal-irfigħ għandhom jiġu maħżuna b’mod li jiżgura li ma ssirilhomx ħsara jew deterjorament.
3.2. It-tagħmir ta’ xogħol li jerfa’ tagħbijiet mhux iggwidati
3.2.1. Jekk żewġ biċċiet ta’ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati jkunu installati jew imwaqqfa fuq post tax-xogħol b’mod tali illi il-kamp tax-xogħol tagħhom jgħaddi fuq ta’ xulxin għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati kolliżjonijiet bejn it-tagħbijiet jew elementi tat-tagħmir tax-xogħol stess.
3.2.2. Waqt li jkun qed juża tagħmir tax-xogħol ta’ rfigħ ta’ tagħbija mhux iggwidata għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi evitat li jitbandlu illi jinqalbu jew jekk ikun il-każ jinqalgħu minn posthom u jiżolqu. Għandu jkun hemm kontroll li dawn il-miżuri ttieħdu.
3.2.3. Jekk min ikun iħaddem it-tagħmir tax-xogħol ta’ rfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati ma jkunx jista’ josserva it-traġitt sħiħ tat-tagħbija la direttament u lanqas permezz ta’ apparat awżiljarju li jtuh informazzjoni siewja għandu jkun hemm komunikazzjoni mal-operatur biex tiggwidah u għandu jiġi organizzat mod kif jiġu evitati il-kolliżjonijiet ta’ tagħbija li tista’ tkun ta’ perikolu għall-ħaddiema.
3.2.4. Ix-xogħlijiet għandhom ikunu organizzati b’mod li meta l-ħaddiema jkunu qegħdin jigganċjaw jew jisganċjaw xi tagħbija bl-idejn dawn l-operazzjonijet jkunu jistgħu isiru b’mod sigur u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidderieġu direttament jew indirettament l-operazzjoni.
3.2.5. L-operazzjonijiet kollha tal-irfigħ għandhom jiġu pprogrammati, issorveljati b’mod xieraq u effettwati b’mod li tiġi mħarsa s-sikurezza tal-ħaddiema.
In partikolari jekk tagħbija tkun trid tintrefa’ simultanjament minn żewġ tagħmir tax-xogħol jew iktar li jservu għall-irfigħ ta’ tagħbijiet mhux iggwidati għandha tkun stabbilita u applikata proċedura biex tiżgura l-koordinazzjoni tajba bejn l-operaturi.
3.2.6. Jekk xi tagħmir tax-xogħol li jservi għall-irfigħ ta’ tagħbija mhux iggwidata ma jkunx jista’ jżomm it-tagħbija fil-każ li jmur għal kollox jew inparti il-forniment tal-enerġija, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat li l-ħaddiema jiġu esposti għal perikoli korrispondenti.
It-tagħbija mdendla m’għandhiex tibqa’ mingħajr sorveljanza ħlief jekk l-aċċess għaż-żona ta’ periklu ikun projbit u jekk it-tagħbija tkun igganċjata b’mod sigur u miżmuma wkoll b’mod sigur.
3.2.7. L-użu fuq barra ta’ tagħmir tax-xogħol tal-irfigħ tat-tagħbija mhux iggwidata għandu jieqaf meta l-kondizzjonijiet metereoloġiċi jeħżienu sal-punt illi jipperikolaw l-użu sikur tat-tagħmir u jesponu l-ħaddiema għal xi riskji. Miżuri adegwati ta’ protezzjoni maħsuba partikolarment biex jimpedixxu li t-tagħmir tax-xogħol jinqaleb għandhom jittieħdu biex jevitaw periklu għall-ħaddiema.
4. Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu tat-tagħmir għax-xogħol ipprovdut għax-xogħol temporanju fl-għoli
4.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
4.1.1. Jekk, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/391/KEE u l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, ma jistax jitwettaq xogħol temporanju fil-għoli b’mod sikur u skont il-kondizzjonijiet ergonomiċi xierqa minn fuq wiċċ xieraq, għandu jintgħażel it-tagħmir tax-xogħol l-aktar xieraq illi jiżgura u jżomm il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-sikurezza. Il-miżuri kollettivi ta’ protezzjoni jridu jingħataw prijorità fuq il-miżuri protettivi individwali. Id-dimensjonijiet tat-tagħmir tax-xogħol għandhom ikunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid itwettaq u għat-tensjonijiet previsti u jħallu l-possibiltà ta’ mogħdija minn fuqu mingħajr periklu.
Għandu jintgħażel il-mezz l-aktar xieraq għall-aċċess għall-postijiet tax-xogħol temporanju fil-għoli skont il-frekwenza tal-mogħdija minn fuqu, il-għoli li jrid jintlaħaq u t-tul taż-żmien tal-użu. L-għażla magħmula għandha tippermetti l-evakwazzjoni f’każ ta’ periklu imminenti. Il-mogħdija f’direzzjoni jew l-oħra bejn il-mezz tal-aċċess u l-pjattaformi, il-gverti jew il-passaġġi ma jridux joħolqu riskji addizzjonali ta’ waqgħat.
4.1.2. Is-slielem jistgħu jiġu użati bħala stazzjonijiet tax-xogħol għal xogħol fil-għoli biss fiċ-ċirkostanzi li fihom, meħud kont tal-punt 4.1.1, ma jkunx iġġustifikat l-użu ta’ tagħmir ieħor tax-xogħol aktar sikur minħabba l-livell baxx tar-riskju u jew l-medda qasira taż-żmien tal-użu tagħhom jew il-karatteristiċi eżistenti fuq il-post tax-xogħol illi min iħaddem ma jistax jibdel.
4.1.3. It-teknika marbuta mal-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula jistgħu jintużaw biss fiċ-ċirkostanzi fejn l-istima tar-riskju tindika illi x-xogħol jista’ jitwettaq b’sikurezza u fejn ma jkunx iġġustifikat l-użu ta’ tagħmir ieħor tax-xogħol aktar sikur.
Meta titqies l-istima tar-riskju u b’mod partikolari it-tul taż-żmien tax-xogħolijiet u d-diffikultajiet ergonomiċi, għandu jkun provdut post b’aċċessorji xierqa fejn persuna tista’ tpogġi.
4.1.4. Skond it-tip tat-tagħmir magħżul tax-xogħol fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, iridu jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ħaddiema inerenti f’dan it-tip ta’ tagħmir. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stallati miżuri ta’ salvagwardja sabiex jipprevjenu l-waqgħat. Dawn għandhom ikunu ta’ konfigurazzjoni xierqa u ta’ qawwa suffiċjenti li jipprevjenu jew iwaqqfu l-waqgħat mill-għoli u, fejn hu possibbli, li jipprekludu l-korriment tal-ħaddiema. Is-salvagwardji kollettivi biex jipprevjenu l-waqgħat jistgħu jiġu interrotti biss fuq il-postijiet tal-aċċess għas-slielem jew għat-taraġ.
4.1.5. Meta l-qadi ta’ xogħol partikolari jeħtieġ li jitneħħa temporanjament is-salvagward kollettiv li jipprevjeni l-waqgħat, iridu jittieħdu miżuri effettivi kompensatorji ta’ sikurezza. Ix-xogħol ma jistax jitwettaq sakemm ikunu ttieħdu dawn il-miżuri. Ġaladarba jkun tlesta x-xogħol partikolari, definittivament jew temporanjament, iridu jiġu stallati mill-ġdid is-salvagwardji kollettivi li jipprevjenu l-waqgħat.
4.1.6. Ix-xogħol temporanju fil-għoli jista’ jsir biss meta l-kondizzjonijiet tat-temp ma jippreġudikawx is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.
4.2. Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-użu tas-slielem
4.2.1. Is-slielem iridu jitwaqqfu b’mod illi tiġi żgurata l-istabbilità tagħhom matul l-użu. Is-slielem li jinġarru jridu jserrħu fuq bażi immobbli, stabbli, b’saħħtu, ta’ daqs xieraq hekk li l-iskaluni jibqgħu orizzontali. Is-slielem imdendla jridu jkunu mqabbda b’mod sikur u, bl-eċċezzjoni tas-slielem tal-ħabel, hekk li ma jkunx jista’ jinbidlilhom posthom u hekk li jipprevjenu t-tbandil.
4.2.2. Il-bażijiet tas-slielem li jinġarru jridu jkunu prevenuti milli jiżolqu waqt l-użu billi jiġu marbuta sewwa l-waqqafiet fit-truf ta’ fuq jew ta’ isfel, jew viċin ta’ dawn, b’apparat kontra ż-żliq jew b’kull arranġament ieħor tal-istess effettività. Is-slielem użati għall-aċċess għandhom ikunu twal biżżejjed sabiex jisporġu biżżejjed lil hemm mill-pjattaforma tal-aċċess, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri sabiex jiżguraw qabda soda. Is-slielem li jidħlu ġo xulxin u s-slielem li jitwalu jridu jiġu użati hekk li s-sezzjonijiet differenti jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu relattivament bejniethom. Is-slielem mobbli jridu jiġu pprevenuti milli jiċċaqilqu qabel l-irfis fuqhom.
4.2.3. Is-slielem għandhom jiġu użati hekk li jkollhom qabda sikura u appoġġ sikur għall-ħaddiema f’kull ħin. B’mod partikolari, jekk tagħbija trid tinġarr bl-idejn waqt li l-ħaddiem ikun fuq sellum, din ma għandhiex tipprekludi ż-żamma ta’ qabda sigura.
4.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-użu tal-armar
4.3.1. Meta ma tkunx disponibbli nota dwar il-kalkoli għall-armar magħżul jew meta n-nota ma tkoprix l-arranġamenti strutturali kkontemplati, għandhom jitwettqu l-kalkoli tas-saħħa u tal-istabbilità għajr jekk l-armar jiġi mibni skont konfigurazzjoni standard rikonoxxuta b’mod ġenerali.
4.3.2. Skond il-komplessità tal-armar magħżul, għandu jiġi mfassal pjan tal-armar, tal-użu u tal-ħatt tiegħu minn persuna kompetenti. Dan jista’ jsir fil-għamla ta’ pjan ġenerali, ikkompletat b’emendi tal-pjan li jkollhom x’jaqsmu mad-dettalji speċifiċi tal-armar in kwistjoni.
4.3.3. Il-komponenti taż-żamm tal-armar għandhom ikunu protetti mill-possibilità ta’ żliq, kemm jekk bit-twaħħil ma’ kull wiċċ li jerfa’, b’użu ta’ mezz kontra ż-żliq jew b’kull mezz ieħor ta’ effettività ugwali, u l-wiċċ li jerfa’ t-toqol għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti. Għandu jiġi żgurat illi l-armar huwa stabbli. L-armar bir-roti jrid jiġi pprevenut b’mezzi xierqa milli jiċċaqlaq aċċidentalment matul ix-xogħol fil-għoli.
4.3.4. Id-dimensjonijiet, il-għamla u t-tifsila tal-pjattaformi tal-armar iridu jkunu xierqa għan-natura tax-xogħol li jrid isir u xierqa għat-toqol li jrid jinġarr u jippermettu x-xogħol u l-mogħdija fis-siġurtà. Il-pjattaformi tal-armar iridu jiġu mmontati hekk li l-komponenti tagħhom ma jkunux jistgħu jiċċaqalqu waqt l-użu normali. Ma jridx ikun hemm xquq perikolużi bejn il-komponenti tal-pjattaformi u s-salvagwardji kollettivi vertikali li jipprevjenu l-waqgħat.
4.3.5. Meta partijiet mill-armar ma jkunux lesti għall-użu, bħal per eżempju matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bdil, dawn iridu jiġu mmarkati b’sinjali ta’ twissija ġenerali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (1) u jkunu delimitati b’mod xieraq b’mezzi fiżiċi li jipprevjenu l-aċċess għaż-żona tal-perikolu.
4.3.6. L-armar jista’ biss jiġi mmontat, żarmat jew mibdul b’mod sinifikanti taħt is-superviżjoni ta’ persuna kompetenti u minn ħaddiema li jkunu rċevew taħriġ xieraq u speċifiku fl-operazzjonijiet maħsuba, li jindirizzaw ir-riskji speċifiċi skont l-Artikolu 9, u b’mod aktar partikolari:
(a) |
li jifhmu l-pjanta tal-immontar, taż-żarmar jew tal-bidla tal-armar ikkonċernat; |
(b) |
is-sikurezza matul l-immontar, iż-żarmar jew il-bidla tal-armar ikkonċernat; |
(c) |
il-miżuri li jipprevjenu r-riskju li jaqgħu persuni jew oġġetti; |
(d) |
il-miżuri ta’ sikurezza fil-każ ta’ bdil fil-kondizzjonijiet tat-temp li jistgħu jaffettwaw b’mod ħażin is-sikurezza tal-armar in kwistjoni; |
(e) |
il-kondizzjonijiet fir-rigward tat-tagħbijiet permissibbli; |
(f) |
kull riskju ieħor li x-xogħol tal-immontar, iż-żarmar jew il-bdil imsemmi hawn fuq jista’ jeħtieġ. |
Il-persuna li tissorvelja u l-ħaddiema konċernati jrid ikollhom disponibbli l-pjanta tal-immontar u taż-żarmar kif msemmi fil-punt fl-4.3.2, inkluż kull istruzzjoni li jista’ jkun fiha.
4.4. Dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw it-teknika marbuta mal-aċċess u l-pozizzjonament permezz tal-ħbula
It-teknika marbuta mal-aċċess u l-pożizzjonament permezz tal-ħbulairid jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
is-sistema jrid ikun fiha minn tal-anqas żewgt iħbula ankrati separatament, wieħed bħala mezz tal-aċċess, tal-inżul u ta’ appoġġ (xogħol bil-ħabel) u l-ieħor bħala riserva (ħabel tas-sikurezza); |
(b) |
il-ħaddiema jridu jiġu pprovduti u jużaw sarġ xieraq u jkunu mqabbda miegħu b’ħabel tas-sikurezza; |
(c) |
il-ħabel tax-xogħol għandu jkun imgħammar b’mezzi siguri għat-tlugħ u l-inżul u jkollu sistema li tinqafel waħedha sabiex jipprevjeni lil min jużah milli jaqa’ jekk jitlef il-kontroll tal-movimenti tiegħu. Il-ħabel tas-sikurezza jrid ikun imgħammar b’sistema mobbli ta’ prevenzjoni mill-waqgħat li ssegwi l-movimenti tal-ħaddiem; |
(d) |
l-għodda u l-aċċessorji l-oħra li jridu jintużaw minn ħaddiem għandhom ikunu mqabbda mas-sarġ jew mal-maqgħad tal-ħaddiem jew ma’ xi mezz ieħor xieraq; |
(e) |
ix-xogħol għandu jkun ippjanat u ssorveljat tajjeb, sabiex ħaddiem ikun jista’ jiġi salvat immedjatament f’emerġenza; |
(f) |
skont l-Artikolu 9, il-ħaddiema konċernati jenħtieġ li jirċievu taħriġ xieraq u speċifiku għall-operazzjonijiet maħsuba, b’mod partikolari l-proċeduri tas-salvataġġ. |
F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, bil-ħsieb tal-istima tar-riskji, l-użu tat-tieni ħabel jagħmel ix-xogħol aktar perikoluż, l-użu ta’ ħabel wieħed jista’ jiġi permess, sakemm ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw is-sikurezza skont il-liġijiet jew/u l-prattika nazzjonali.
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 13)
Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 95/63/KE |
|
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/45/KE |
|
Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Biss fir-rigward tar-referenzi magħmula fil-punt 3 tal-Artiklu 3, tad-Direttiva 89/655/KEE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 13)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
89/655/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992 |
95/63/KE |
fl-4 ta’ Diċembru 1998 |
2001/45/KE |
19 ta’ Lulju 2004 (1) |
2007/30/KE |
31 Diċembru 2012 |
(1) L-Istati Membri għandu ikollhom id-dritt, rigward l-implimentazzjoni tal-punt 4 tal-Anness II tad-Direttiva 89/655/KEE, li jagħmlu użu minn perjodu transitorju taż-żmien ta’ mhux aktar minn sentejn mid-19 ta’ Lulju 2004, sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet varji li jistgħu jinħolqu mill-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva 2001/45/KE b’mod partikolari mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 89/655/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4a(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4a(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 5(2)(a) u (b) |
Artikolu 4a(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 4a(4) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 6(a) u (b) |
Artikolu 5a |
Artikolu 7 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 6(2) l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 8(2) l-ewwel sub-paragrafu (a), (b) u (c) |
Artikolu 6(2) it-tieni sub-paragrafu |
Artikolu 8((2) it-tieni sub-paragrafu |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 7 l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(a) |
Artikolu 7 it-tieni inċiż |
Artikolu 9(b) |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 9(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 11(2)(a) u (b) |
Artikolu 10(1) |
— |
Artikolu 10 (2) |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/20 |
DEĊIŻJONI Nru 922/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 14 u 158 tiegħu u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jieħdu benefiċċju sħiħ mill-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-interkonnettività, l-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ dawk in-netwerks. |
(2) |
Il-Kunsill enfasizza fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “i2010 – Soċjetà ta’ Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” li linji ta’ politika dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) aktar iffokati, effikaċi u integrati fil-livelli kemm Ewropej kif ukoll nazzjonali huma essenzjali biex jinkisbu l-miri ta’ tkabbir u produttività ekonomika. Il-Kummissjoni kienet mistiedna biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti tal-ICT fis-servizzi pubbliċi permezz tal-iskambju ta’ esperjenza u l-iżvilupp ta’ metodi komuni dwar kwistjonijiet prinċipali bħall-interoperabbiltà u l-użu effiċjenti ta’ standards miftuħin. |
(3) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2006 dwar soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjegi (4) il-Parlament Ewropew appella biex issir enfasi fuq il-kwistjonijiet tal-interoperabbiltà u l-aħjar prattiki fis-servizzi elettroniċi tas-settur pubbliku għaċ-ċittadini u n-negozji, bl-għan prinċipali li jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u mingħajr xkiel, l-istabbiliment u l-impjieg taċ-ċittadini fl-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-inizjattivi u l-programmi i2010 fir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom sabiex jipprovdu servizzi aħjar, aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli faċilment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u liċ-ċittadini tagħhom. |
(4) |
Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Manchester tal-24 ta’ Novembru 2005, il-Ministri responsabbli għall-politika tal-ICT ftiehmu, fost l-oħrajn, li jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni biex jikkondividu l-għodod eżistenti, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni b’mod aktar effettiv u biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp kollaborattiv ta’ soluzzjonijiet, fejn meħtieġ. |
(5) |
Fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Liżbona tad-19 ta’ Settembru 2007, il-Ministri stiednu lill-Kummissjoni biex, fost oħrajn, tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tkun iddefinita, żviluppata, implimentata u ssorveljata l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, u ddikjaraw li l-leġiżlazzjoni Komunitarja futura għandha, b’mod partikolari, tantiċipa u tivvaluta l-impatt ta’ dik il-leġiżlazzjoni fuq l-infrastrutturi tal-ICT u fuq it-trasformazzjoni tas-servizz. |
(6) |
Bl-iżvilupp rapidu tal-ICT, hemm riskju li l-Istati Membri jagħżlu soluzzjonijiet differenti jew inkompatibbli u li jistgħu jfiġġu ostakli elettroniċi ġodda li jfixklu l-funzjonament adatt tas-suq intern u l-libertajiet assoċjati tal-moviment. Dan jista’ jkollu effetti negattivi fuq il-ftuħ u l-kompetittività tas-swieq u fuq it-twassil ta’ xi servizzi ta’ interess ġenerali liċ-ċittadini u lill-impriżi, kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq, jilħqu l-interoperabbiltà u jippromwovu soluzzjonijiet tal-ICT miftiehma b’mod komuni, filwaqt li jiżguraw governanza adatta. |
(7) |
Iċ-ċittadini u l-intrapriżi jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw minn soluzzjonijiet komuni, riutilizzabbli u interoperabbli u minn proċessi back-office amministrattivi interoperabbli, billi dawk is-soluzzjonijiet u l-proċessi jkunu jistgħu jippromwovu t-twassil transkonfinali u transsettorjali effiċjenti u effettiv ta’ servizzi pubbliċi liċ-ċittadini u lin-negozji. |
(8) |
Huma meħtieġa sforzi kontinwi biex ikunu żgurati l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali, l-iskambju tal-esperjenza, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ metodi, speċifikazzjonijiet, standards u soluzzjonijiet komuni u kondiviżi u l-ivvalutar tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bil-ħsieb li jkunu appoġġjati interazzjonijiet transkonfinali effiċjenti u effikaċi, fost l-oħrajn, fl-implimentazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni, filwaqt li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi. |
(9) |
Biex jingħelbu dawn l-isfidi, tali sforzi għandhom isiru permezz ta’ kooperazzjoni stretta, koordinazzjoni u djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’interazzjoni stretta mas-setturi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea u, fejn adatt, ma’ partijiet interessati, oħra, filwaqt li jiġu debitament ikkunsidrati l-prijoritajiet u d-diversità lingwistika tal-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp ta’ approċċi komuni dwar kwistjonijiet ewlenin bħalma huma l-interoperabbiltà u l-użu effikaċi ta’ standards miftuħin. |
(10) |
Is-servizzi infrastrutturali għandhom jinżammu u jiġu operati b’mod sostenibbli f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (5), li teħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi mekkaniżmi biex tiżgura s-sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tas-servizzi infrastrutturali. Dawn is-servizzi infrastrutturali ġew miftiehma mal-Istati Membri waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar serje ta’ linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, għal networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA) (6) u d-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 li tadotta serje ta’ azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabbiltà ta’ u l-aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA) (7) u waqt l-implimentazzjoni tal-IDABC u programmi rilevanti oħrajn. |
(11) |
Il-programm IDABC jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2009 u għandu jkun segwit minn programm Komunitarju dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-programm ISA) li jegħleb l-isfidi msemmija hawn fuq. |
(12) |
Il-programm ISA għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-programmi IDA u IDABC. Il-konklużjonijiet misluta mill-evalwazzjonijiet tal-programm IDABC, li jindirizzaw ir-rilevanza, l-effiċjenza, l-effikaċja, l-utilità u l-koerenza ta’ dak il-programm, għandhom jitqiesu wkoll. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll lill-ħtiġijiet espressi mill-utenti. Intwera li metodu kkoordinat, permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u kondiviżi stabbiliti u operati f’koperazzjoni mal-Istati Membri, jista’ jikkontribwixxi biex jagħti riżultati aktar malajr u ta’ kwalità ogħla u biex jintlaħqu r-rekwiżiti amministrattivi.. L-attivitajiet taħt il-programmi IDA u IDABC diġà taw kontributi importanti biex tkun żgurata l-interoperabbiltà b’appoġġ għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, b’effetti pożittivi li jkollhom riperkussjonijiet fuq is-suq uniku, u qed ikomplu jagħmlu dan. |
(13) |
Sabiex tkun evitata l-frammentazzjoni u biex ikun żgurat metodu ħolistiku, għandhom jiġu debitament meqjusa l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew dwar l-Interoperabbiltà meta jkunu stabbiliti l-prijoritajiet għall-programm ISA. |
(14) |
Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu mmexxija mid-domanda u, sa fejn huwa possibbli, jifformaw parti minn ekosistema konsistenti ta’ servizzi li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u jiżguraw, jiffaċilitaw jew jippermettu l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali. |
(15) |
Il-programm ISA għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi b’appoġġ għall-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u jappoġġja setturi fl-ivvalutar tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u fl-ippjanar tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet rilevanti. |
(16) |
L-oqfsa komuni għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, speċifikazzjonijiet komuni, linji gwida u metodoloġiji u strateġiji komuni. Dawn l-oqfsa għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti. |
(17) |
Waqt li jkunu żgurati l-operat u t-titjib tas-servizzi komuni eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC u taħt inizjattivi simili, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda b’rispons għal ħtiġijiet u rekwiżiti ġodda. |
(18) |
Minħabba fil-kompitu tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali li jiżguraw il-funzjonament u l-interoperabbiltà effettivi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, huwa importanti li s-soluzzjonijiet iqisu l-ħtiġijiet tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali. |
(19) |
Waqt li jiżgura t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti stabbiliti taħt il-programmi IDA u IDABC u taħt inzijattivi simili oħrajn, il-programm ISA għandu jappoġġja l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli ġodda b’risposta għal ħtiġijiet jew rekwiżiti ġodda, inklużi dawk determinati permezz tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(20) |
Fl-istabbiliment, it-titjib jew l-operat ta’ soluzzjonijiet komuni l-programm ISA għandu, fejn adatt, jibni fuq jew ikun akkumpanjat mill-qsim ta’ esperjenza u soluzzjonijiet u l-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajbin. F’dan il-kuntest, għandhom jiġu promossi l-konformità mal-Qafas Ewropew dwar l-Interoperabbiltà u standards u speċifikazzjonijiet miftuħa. |
(21) |
Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tan-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika bil-ħsieb li jkun żgurat ukoll li ċ-ċittadini, l-impriżi u l-amministrazzjonijiet ikunu ħielsa li jagħżlu t-teknoloġija li għandha tintuża. |
(22) |
Il-prinċipji tas-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali għandhom ikunu applikati fl-attivitajiet kollha koperti mill-programm ISA. |
(23) |
Waqt li għandu jkun imħeġġeġ l-involviment tal-Istati Membri kollha f’azzjonijiet taħt il-programm ISA, għandhom ikunu possibbli azzjonijiet minn għadd ta’ Stati Membri. L-Istati Membri mhux involuti f’dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu mħeġġa li jingħaqdu fi stadju aktar tard. |
(24) |
Il-programm ISA għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe inizjattiva ta’ segwitu tal-i2010 u, sabiex tkun evitata kull duplikazzjoni tal-isforzi, għandu jikkunsidra programmi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-ICT, b’mod partikolari l-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tal-ICT tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(25) |
L-interazzjoni mas-settur privat u entitajiet oħra diġà tat prova tal-effiċjenza u l-valur miżjud tagħha. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu sinerġiji ma’ dawn il-partijiet interessati biex, fejn jixraq, tingħata prijorità lil soluzzjonijiet disponibbli fis-suq u sostnuti minnu. F’dan il-kuntest, il-prattika eżistenti tal-organizzazzjoni ta’ konferenzi, workshops, u laqgħat oħra sabiex dak li jkun jitħallat ma’ dawn il-partijiet interessati għandha titkompla. Għandu jkompli jiġi promoss ukoll l-użu kontinwat tal-pjattaformi elettroniċi. Bl-istess mod, għandu jkun utilizzat kwalunkwe mezz xieraq ieħor biex jinżamm il-kuntatt ma’ dawn il-partijiet interessati. |
(26) |
Il-programm ISA għandu jkun implimentat skont ir-regoli Komunitarji tal-akkwist pubbliku. |
(27) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). |
(28) |
Il-programm ISA għandu jkun sorveljat u evalwat regolarment sabiex jippermetti li jsiru riaġġustamenti. |
(29) |
Għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni internazzjonali u f’dan ir-rigward il-programm ISA għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u ma’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali għandha wkoll tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u tas-Sħubija tal-Lvant u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari dawk tal-Balkani tal-Punent u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. |
(30) |
Il-possibbiltà tal-użu tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni biex tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-programm ISA u tal-kofinanzjament mill-Fondi Strutturali u l-utenti għall-użu ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi stabbiliti jew imtejba bil-programm ISA għandha tiġi mistħarrġa aktar fil-fond. |
(31) |
Sabiex tkun żgurata t-tmexxija b’saħħitha tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità u biex ikunu evitati l-proliferazzjoni bla bżonn ta’ tagħmir, ir-ripetizzjoni ta’ investigazzjonijiet u metodi diverġenti, għandu jkun possibbli li jintużaw soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA f’inizjattivi mhux Komunitarji, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda spiża għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u l-għan Komunitarju ewlieni tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess. |
(32) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għall-programm pluriennali pakkett finanzjarju li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (10), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. Dan il-pakkett għandu jkopri wkoll in-nefqa relatata ma’ miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-ġestjoni tal-programm u biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, u b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, miżuri ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni, spejjeż relatati ma’ sistemi u netwerks tal-ICT għall-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, flimkien ma’ spejjeż ta’ għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni jista’ jkollha għall-ġestjoni tal-programm. |
(33) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika u attivitajiet Komunitarji, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba r-raġuni ta’ skala u effetti tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett u għan
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-perijodu 2010-2015, programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, inklużi l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji, li jforni soluzzjonijiet komuni u kondiviżi li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà (il-programm ISA).
2. L-għan tal-programm ISA huwa li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet, inklużi l-korpi li jwettqu funzjonijiet pubbliċi f’isimhom, li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet Komunitarji.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet dispari u diversi li jinteraġixxu lejn miri komuni miftiehma u ta’ benefiċċju reċiproku, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet, permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġjaw, bl-użu tal-iskambju ta’ data bejn is-sistemi tal-ICT rispettivi tagħhom; |
(b) |
“soluzzjonijiet” tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi; |
(c) |
“oqfsa komuni” tfisser strateġiji, speċifikazzjonijiet, linji gwida u metodi u dokumenti simili; |
(d) |
“servizzi komuni” tfisser applikazzjonijiet operattivi u infrastrutturi ta’ natura ġenerika li jissodisfaw rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika; |
(e) |
“għodod ġeneriċi” tfisser pjattaformi ta’ referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, komponenti komuni u elementi bażiċi simili li jilħqu r-rekwiżiti tal-utent komuni fil-firxa tal-oqsma ta’ politika; |
(f) |
“azzjonijiet” tfisser studji, proġetti u miżuri ta’ akkumpanjament; |
(g) |
“miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser miżuri strateġiċi u ta’ sensibilizzazzjoni, miżuri li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-programm ISA u miżuri relatati mal-qsim ta’ esperjenza u mal-iskambju u l-promozzjoni ta’ prattiki tajba. |
Artikolu 3
Attivitajiet
Il-programm ISA għandu jappoġġja u jippromwovi:
(a) |
l-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni li jappoġġjaw l-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata u l-ippjanar għall-introduzzjoni ta’ sistemi tal-ICT biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din; |
(c) |
l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni eżistenti u l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u t-titjib ta’ servizzi komuni ġodda, inkluża l-interoperabbiltà ta’ infrastrutturi public key (Public Key Infrastructures, PKI); |
(d) |
it-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli eżistenti u l-istabbiliment, it-twassil u t-titjib ta’ għodod ġeneriċi riutilizzabbli ġodda. |
Artikolu 4
Prinċipji ġenerali
L-azzjonijiet imnedija jew li jitkomplew taħt il-programm ISA għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a) |
in-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika; |
(b) |
il-ftuħ; |
(c) |
l-użu mill-ġdid; |
(d) |
il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; u |
(e) |
is-sigurtà. |
Artikolu 5
Azzjonijiet
1. Il-Komunità għandha, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, timplimenta l-azzjonijiet speċifikati fil-programm ta’ ħidma li jkompli f‘serje ta’ stadji stabbilit fl-Artikolu 9, skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8. Azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu implimentati mill-Kummissjoni.
2. Studju għandu jkollu fażi waħda u jiġi konkluż bir-rapport finali.
3. Proġett għandu, fejn xieraq, ikollu tliet fażijiet:
(a) |
il-fażi tal-bidu, li twassal għall-istabbiliment tad-dokument tal-proġett; |
(b) |
il-fażi tat-twettiq, li tmiemha għandu jkun immarkat b’rapport tat-twettiq; u |
(c) |
il-fażi operattiva, li tibda meta ssir disponibbli soluzzjoni għall-użu. |
Il-fażijiet rilevanti tal-proġett għandhom ikunu ddefiniti meta l-azzjoni tkun inkluża fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.
4. L-impliemtazzjoni tal-programm ISA għandha tkun appoġġjata minn miżuri ta’ akkumpanjament.
Artikolu 6
Dokument tal-proġett u rapport ta’ eżekuzzjoni
1. Id-dokument tal-proġett għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:
(a) |
il-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-problema jew l-opportunità, inklużi l-benefiċjarji u l-benefiċċji mistennija ta’ soluzzjoni u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi biex jitkejlu benefiċċji bħal dawn; |
(b) |
il-metodu, inklużi l-aspetti organizzattivi tal-proġett, bħal fażijiet, l-ammonti ta’ produzzjoni u stadji sinifikanti, u miżuri biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni multilingwi; |
(c) |
il-partijiet interessati u l-utenti, u l-istruttura ta’ governanza relatata; |
(d) |
dettalji tas-soluzzjoni, inklużi l-koerenza u d-dipendenzi tagħha fir-rigward ta’ soluzzjonijiet oħrajn, tqassim tal-ispejjeż antiċipati, l-iskedar u r-rekwiżiti u stima tal-ispejjeż totali tad-dritt ta’ proprjetà, inklużi l-ispejjeż operattivi annwali; |
(e) |
il-karatteristiċi tas-soluzzjoni; u |
(f) |
il-limiti, inklużi r-rekwiżiti ta’ sigurtà u ta’ protezzjoni tad-data. |
2. Ir-rapport ta’ eżekuzzjoni għandu jinkludi deskrizzjoni ta’:
(a) |
il-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-problema jew opportunità mkejlin skont id-dokument tal-proġett; |
(b) |
l-effikaċja tal-proġett, inkluż il-kejl tal-kisbiet, spejjeż li jsiru, skedar reali u rekwiżiti skont id-dokument tal-proġett, analiżi tad-dħul mistenni fuq l-investiment u l-ispejjeż totali tad-dritt ta’ proprjetà, inklużi l-ispejjeż operattivi annwali; |
(c) |
aspetti organizzattivi, inkluża l-adattabbiltà tal-istruttura ta’ governanza applikata u, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar struttura ta’ governanza ta’ wara t-twettiq; |
(d) |
fejn xieraq, il-pjan propost għall-introduzzjoni tas-soluzzjoni għall-fażi operattiva u l-indikaturi tal-livell tas-servizz; u |
(e) |
l-utent finali u l-materjal ta’ għajnuna teknika disponibbli. |
Artikolu 7
Soluzzjonijiet
1. Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin oqfsa komuni permezz ta’ studji.
L-istudji għandhom iservu wkoll bħala mezz ta’ appoġġ tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni Komunitarja proposta jew adottata u l-ippjanar għall-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal din.
2. L-istudji għandhom jiġu ppubblikati u ppreżentati lill-kumitati tal-Parlament Ewropew responsabbli bħala bażi għal kwalunkwe emenda leġiżlattiva fil-futur biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi ICT mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.
3. Għandhom ikunu stabbiliti u miżmumin għodod ġeneriċi permezz ta’ proġetti. Il-proġetti għandhom ikunu wkoll mezz kif ikunu stabbiliti, industrijalizzati, operati u miżmumin servizzi komuni.
Artikolu 8
Regoli ta’ implimentazzjoni
1. Fl-implimentazzjoni tal-programm ISA għandhom jiġu debitament meqjusal-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà u l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà.
2. Għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment tal-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri fi studju jew fi proġett. L-istudju jew il-proġett għandu jkun miftuħ għall-aċċess f’kull stadju, u l-Istati Membri li ma jkunux involuti f’xi studju jew proġett għandhom jiġu inkoraġġiti jissieħbu fi stadju aktar tard.
3. Sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali u dawk tal-Komunità, għandhom jiġu speċifikati oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi b’referenza għall-istandards Ewropej eżistenti jew speċifikazzjonijiet li huma jew disponibbli b’mod pubbliku jew miftuħa għall-iskambju tal-informazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizzi.
4. L-istabbiliment jew it-titjib ta’ soluzzjonijiet għandu, fejn xieraq, jibni fuq jew ikun akkumpanjat mill-qsim tal-esperjenza u mill-iskambju u l-promozzjoni tal-aħjar prattika.
5. Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni u jitħaffef l-istabbiliment tas-soluzzjonijiet, ir-riżultati miksuba permezz ta’ inizjattivi rilevanti oħra tal-Komunità jew tal-Istati Membri għandhom ikunu kkunsidrati, fejn xieraq.
Sabiex ikunu massimizzati s-sinerġiji u jkunu żgurati sforzi komplementarji u kkombinati, l-azzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu kkordinati ma’ inizjattivi Komuniatarji oħra.
6. Il-bidu tal-azzjonijiet, id-definizzjoni tal-fażijiet ta’ dawn l-azzjonijiet u l-istabbiliment tad-dokumenti tal-proġetti u tar-rapporti ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu u jkunu sorveljati mill-Kummissjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji stabbilit skont l-Artikolu 9.
Artikolu 9
Programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ ħidma li jkompli f‘serje ta’ stadji biex timplimenta l-azzjonijiet, għall-perijodu kollu tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji u, tal-inqas darba fis-sena, kwalunkwe emenda għalih.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(4), il-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) għandha tapplika fir-rigward tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji u kwalunkwe emenda għalih.
4. Għal kull azzjoni, il-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji għandu, fejn xieraq, jinkludi:
(a) |
deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet, il-problema jew l-opportunità, il-benefiċjarji u l-benefiċċji mistennija u l-metodu organizzattiv u tekniku; |
(b) |
diviżjoni tal-ispejjeż antiċipati u, fejn xieraq, il-punti tal-wasla li jridu jintlaħqu. |
5. Proġett jista’ jkun inkluż fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji fi kwalunkwe waħda mill-fażijiet tiegħu.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet baġitarji
1. Il-fondi għandhom ikunu rilaxxati fuq il-bażi li jinkisbu l-objettivi intermedji speċifiċi li ġejjin:
(a) |
għall-bidu ta’ studju, miżura ta’ akkumpanjament jew il-fażi tal-bidu ta’ proġett, l-inklużjoni tal-azzjoni fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji; |
(b) |
għall-bidu tal-fażi tal-eżekuzzjoni ta’ proġett, id-dokument tal-proġett; |
(c) |
għall-bidu tal-fażi operattiva sussegwenti ta’ proġett, ir-rapport tal-eżekuzzjoni. |
2. L-objettivi intermedji li għandhom jintlaħqu waqt il-fażi tal-eżekuzzjoni u waqt il-fażi operattiva, jekk ikun hemm, għandhom jiġu ddefiniti fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.
3. Meta proġett ikun inkluż fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji fil-fażi tal-eżekuzzjoni jew operattiva tiegħu, il-fondi għandhom jiġu rilaxxati mal-inklużjoni ta’ dak il-proġett fil-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji.
4. L-emendi għall-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji li jikkonċernaw l-allokazzjonijiet baġitarji ta’ aktar minn EUR 400 000 għal kull azzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).
5. Il-programm ISA għandu jkun implimentat skont ir-regoli Komunitarji tal-akkwist pubbliku.
Artikolu 11
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja
1. L-istabbiliment u t-titjib ta’ oqfsa komuni u għodod ġeneriċi għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-użu ta’ oqfsa u għodod bħal dawn għandu jkun iffinanzjat mill-utenti.
2. L-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni u t-titjib ta’ servizzi komuni għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA. L-operat ta’ servizzi bħal dawn għandu jkun iffinanzjat b’mod sħiħ mill-programm ISA sakemm l-użu tagħhom iservi l-interessi Komunitarji. F’każijiet oħrajn, l-użu ta’ dawk is-servizzi, inkluż l-operat tagħhom fuq bażi deċentralizzata, għandu jiġi ffinanzjat mill-utenti.
3. Il-miżuri ta’ akkumpanjament għandhom ikunu ffinanzjati b’mod sħiħ mill-programm ISA.
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (il-Kumitat tal-ISA).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal wieħed ta’ tliet xhur.
Artikolu 13
Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm ISA. Hija għandha tesplora s-sinerġiji ma’ programmi Komunitarji komplementari.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta annwalment lill-Kumitat tal-ISA dwar l-implimentazzjoni tal-programm ISA.
2. Is-soluzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni kull sentejn.
3. Il-programm ISA għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali, u r-riżultati tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2015 rispettivament. F’dan il-kuntest, il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni u twieġeb mistoqsijiet li jsirulha mill-membri tagħha.
L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kwistjonijiet bħar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza, l-utilità, is-sostenibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-programm ISA u għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni f’relazzjoni mal-għan tal-programm ISA u l-programm ta’ ħidma li jkompli f’serje ta’ stadji. L-evalwazzjoni finali għandha, barra minn hekk, teżamina sa fejn il-programm ISA laħaq l-għan tiegħu.
L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw ukoll il-benefiċċji tal-azzjonijiet lill-Komunità għall-avvanz tal-linji ta’ politika komuni, jidentifikaw oqsma għal titjib potenzjali u jivverifikaw sinerġiji ma’ inizjattivi Komunitarji oħrajn fil-qasam tal-interoperabbiltà transkonfinali u transsettorjali.
Artikolu 14
Interazzjoni mal-partijiet interessati
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-partijiet interessati rilevanti bil-għan li jkun hemm skambju ta’ opinjonijiet bejniethom u mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet indirizzati mill-programm ISA. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha torganizza konferenzi, workshops u laqgħat oħra. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel użu minn pjattaformi interattivi elettroniċi u tista’ tuża kwalunkwe mezz ieħor għall-interazzjoni li tqis li jkun xieraq.
Artikolu 15
Kooperazzjoni internazzjonali
1. Il-programm ISA għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni, fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Komunità, mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati.
2. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn u ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali għandha tkun imħeġġa, b’mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u u tas-Sħubija tal-Lvant u mal-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari dawk tal-Balkani tal-Punent u tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed. L-ipejjeż relatati m’għandhomx ikunu koperti mill-programm ISA.
3. Il-programm ISA għandu jippromwovi, fejn xieraq, l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet tiegħu minn pajjiżi terzi.
Artikolu 16
Inizjattivi mhux Komunitarji
Mingħajr ħsara għal politiki Komunitarji oħrajn, is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati mill-programm ISA jistgħu jintużaw minn inizjattivi mhux Komunitarji, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda spejjeż żejda għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-għan Komunitarju prinċipali tas-soluzzjoni ma jiġix kompromess.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni Komunitarja taħt din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015 għandu jkun stabbilit għal EUR 164 100 000, li minnhom EUR 103 500 000 huma għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Għall-perijodu wara l-31 ta’ Diċembru 2013, l-ammont għandu jitqies ikkonfermat jekk ikun konsistenti għal din il-fażi mal-qafas finanzjarju fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-2014.
2. L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) L-Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 58.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.
(4) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 133.
(5) ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62 (Deċiżjoni li tinsab fil-ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25).
(8) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(10) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2009
li taħtar membru Grieg fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2009/731/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Konstantinos POUPAKIS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Fotis AGADAKOS, Deputat Segretarju tal-Finanzi tal-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Ħaddiema tal-Greċja huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ sejjer sal-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2009
li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2009/732/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/651/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Josly PIETTE sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur is-Sur Claude ROLIN, Secrétaire général de la Confédération des Syndicats chrétiens de Belgique (CSC) – Groupe des salariés (Grupp II), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2009
li taħtar membru Awstrijak tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2009/733/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi l-post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Evelyn REGNER,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Oliver RÖPKE, Leiter des ÖGB Europabüros in Brüssel - Grupp tal-Ħaddiema (Grupp II) huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.
ORJENTAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
3.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 260/31 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Settembru 2009
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2)
(BĊE/2009/21)
(2009/734/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1) li tirregola it-TARGET2 li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa Pjattaforma Mqassam Waħda (SSP). |
(2) |
Għandhom isiru emendi għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2: (a) minħabba l-ħarġa ġdida tal-SSP; (b) biex jiġu kkjarifikati l-prinċipji tal-post tas-sorveljanza speċifiċi li entitajiet li joffru servizzi fl-euro huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom; (c) biex tiġi introdotta deroga fir-rigward tal-arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jiftħu kontijiet tal-Modulu tal-Ħlasijiet u ma jistgħux ikunu suġġetti għal rahan jew tpaċija ta’ klejms; (d) biex jiġi rifless numru ta’ titjib tekniku u editorjali u kjarifikazzjonijiet; u (e) biex jitħassru dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni lejn it-TARGET2 li ma japplikawx iktar, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, id-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” tinbidel b’dan li ġej:
(*) Il-politika kurrenti għal-post tal-infrastruttura jidher fl-istqarrijiet li ġejjin, li kollha huma disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu: (a) il-‘Policy statement on euro payment and settlements located outside the euro area’ [l-Istqarrija tal-politika fuq il-ħlas u s-settlements tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro’] tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ [Il-linja politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali] tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi trażazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro] tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ ’ [Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema fuq il-post u l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-isettiljar fi transazzjonijiet ta’ ħlas iddenominati f’euro: speċifikazzjoni ta’ ‘il-post ta’ operazzjoni legali fiż-żona tal-euro] tal-20 ta’ Novembru 2008.’ ”" |
(2) |
Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. B’deroga mill-paragrafu 3, arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI, imma li jkun hemm settlement biss għall-benefiċċju tal-klijenti tagħhom, għandhom jikkonformaw ma’:
|
(3) |
L-Artikolu 13 huwa mħassar. |
(4) |
L-Artikolu 15 jinbidel b’li ġej: “Artikolu 15 Dispożizzjonijiet mixxelanji u transitorji 1. Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ BĊN parteċipant bħal dak, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja ta’ Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u deċiżjonijiet oħrajn tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN parteċipant għal entitajiet minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom jiġu rregolati mir-regoli ta’ dan il-BĊN parteċipant. 2. Matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni tiegħu, kull BĊ tal-Eurosistema jista’ jkompli jagħmel il-ħlasijiet u tranżazzjonijiet oħrajn fil-Kontijiet Domestiċi, inkluż dawn li ġejjin:
3. Meta jiskadi l-perijodu tranżitorju, dan li ġej għandu jieqaf:
|
(5) |
Annessi II, III u IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 kif emendata skont l-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Settembru 2009.
2. L-Artikolu 1(1) u 1(1)(a), 1(2) u 2 tal-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida għandhom japplikaw mit-23 ta’ Ottubru 2009.
3. Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ din il-Linja ta’ Gwida għandhom japplikaw mit-23 ta’ Novembru 2009.
Artikolu 3
Indirizzati u miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Din il-Linja ta’ Gwida tapplika għall-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro għandhom sat-9 ta’Ottubru 2009 jibagħtu lill-BĊE l-miżuri li bihom fiħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
ANNESS
1. |
L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej: Il-paragrafu 2(e) jinbidel b’dan li ġej:
|
3. |
3L-Anness IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif ġej:
|
(***) L-operazzjonijiet ta’ bi nhar tfisser l-ipproċessar ta’ bi nhar u l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum.
(****) Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema
(*****) Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni tar-riżerva tal-Eurosistema