ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.258.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
1 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 913/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jtemm ir-reviżjoni ta’ esportatur ġdid għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jimponi mill-ġdid id-dazju fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet minn esportatur partikolari f’dan il-pajjiż u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 914/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

9

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti ( 1 )

11

 

*

Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata ( 1 )

20

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/725/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2009 li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

26

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/726/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2009 li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat (notifikata bid-dokument numru C(2009) 3580)

27

 

 

2009/727/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 dwar miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Indja u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7388)  ( 1 )

31

 

 

2009/728/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 l-estensjoni mingħajr limitazzjonijiet tar-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti ( 1 )

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 913/2009

tal-24 ta’ Settembru 2009

li jtemm ir-reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jimponi mill-ġdid id-dazju fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet minn esportatur partikolari f’dan il-pajjiż u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (2) li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għall-erba’ kumpaniji b’dazji individwali, id-dazji fis-seħħ ivarjaw minn 7,6 % sa 39,9 %. Id-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa ta’ 46,7 %. Ir-Regolament (KE) Nru 684/2008 (3) li jiċċara l-ambitu tal-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005.

2.   L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI

2.1.   It-talba għal reviżjoni

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” għar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, minn produttur esportatur partikolari ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(3)

It-talba ġiet irreġistrata minn Crown Equipment (Suzhou) Company Limited (“Crown Suzhou” jew “l-applikant”)

(4)

L-applikant allega li huwa jopera f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u li l-prodott ikkonċernat ma ġiex esportat lejn il-Komunità Ewropea matul il-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri kontra d-dumping jiġifieri mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (il-“perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”) u li ma huwa relatat mal-ebda esportatur produttur tal-prodott ikkonċernat li huwa suġġett għall-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, huwa allega li kien beda jesporta pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom lejn il-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

2.2.   It-tnedija ta’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid”

(5)

Wara li kien iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ reviżjoni ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku u wara li l-industrija Komunitarja kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fir-rigward tal-applikant (ir-“reviżjoni”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 52/2009 (4).

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 52/2009, id-dazju kontra d-dumping ta’ 46,7 % impost mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom prodotti mill-applikant ġie revokat. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet doganali ġew mitluba li jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

2.3.   Il-prodott ikkonċernat

(7)

Il-“prodott ikkonċernat” huwa l-istess kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 684/2008, li huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri xażis u komponenti idrawliċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, bħalissa klassifikati bil-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddefiniti bħala trakkijiet bir-roti b’dirgħajn forma ta’ furketta għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddisinjati biss biex jgħollu tagħbija, billi wieħed jippompja l-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, pereżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew biex jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (highlifters); (ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (stackers); (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal-livell fejn isir ix-xogħol (scissorlifts); jew (iv) biex jerfgħu u jiżnu t-tagħbijiet (weighing trucks).

2.4.   Il-partijiet ikkonċernati

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-industrija Komunitarja u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kienet tnediet din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 52/2009.

(9)

Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu wkoll formola ta’ talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET” - market economy treatment) flimkien ma’ kwestjonarju lill-applikant, u rċevew ir-risposti qabel l-iskadenzi stabbiliti għal dak il-għan.

2.5.   Il-perjodu tal-investigazzjoni għal reviżjoni

(10)

Il-perjodu tal-investigazzjoni għad-dumping kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

3.   L-IRTIRAR TAT-TALBA GĦAL REVIŻJONI TA’ ESPORTATUR ĠDID

(11)

Permezz tal-ittra lill-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2009, Crown Suzhou irtiraw formalment it-talba għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku.

(12)

Ġie meqjus jekk ikunx ta’ min l-investigazzjoni titkompla ex officio. Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tmiem tal-investigazzjoni ma jaffettwax il-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ, li r-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” għandha tiġi imposta retroattivament għal Crown Suzhou u li t-tmiem tal-investigazzjoni mhuwiex kontra l-interess Komunitarju Abbażi ta’ dan, l-investigazzjoni għandha tintemm.

(13)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bl-intenzjoni li l-investigazzjoni tintemm u li d-dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Crown Suzhou jerġa’ jkun impost u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu lura l-ebda kummenti li setgħu biddlu din id-deċiżjoni.

(14)

Kien għalhekk konkluż li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom jiġifieri xażis u komponenti idrawliċi, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, bħalissa klassifikati skont il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 u li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni minn Crown Suzhou għandhom ikunu suġġetti għad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fil-pajjiż kollu (46,7 %) impost mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 u li dik ir-rata ta’ dazju għandha tkun imposta mill-ġdid.

4.   L-IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TAD-DAZJU KONTRA D-DUMPING

(15)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, id-dazju kontra d-dumping applikabbli għal Crown Suzhou għandu jiġi impost retroattivament, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 52/2009, fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu saru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

5.   IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI

(16)

Ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-reviżjoni ta’ esportatur ġdid li tnediet bir-Regolament (KE) 52/2009 tiġi b’dan fit-tmiem u d-dazju kontra d-dumping applikabbli skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005 għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” (kodiċi addizjonali TARIC A999) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hu b’dan impost fuq l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 52/2009.

2.   Id-dazju kontra d-dumping applikabbli skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b’dan huwa impost b’effett mit-23 ta’ Jannar 2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġew irreġistrati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 52/2009.

3.   L-awtoritajiet tad-dwana permezz ta’ dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 52/2009.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 334M, 12.12.2008, p. 164.

(3)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 17, 22.1.2009, p. 19.


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 914/2009

tat-30 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,4

ZZ

27,4

0707 00 05

TR

114,4

ZZ

114,4

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

56,9

CL

103,4

TR

64,9

UY

88,0

ZA

75,8

ZZ

77,8

0806 10 10

EG

109,7

TR

98,0

US

190,3

ZZ

132,7

0808 10 80

BR

83,8

CL

85,7

NZ

75,7

US

83,8

ZA

73,5

ZZ

80,5

0808 20 50

AR

81,8

CN

48,7

TR

101,8

US

161,5

ZA

70,1

ZZ

92,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 915/2009

tat-30 ta’ Settembru 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ottubru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-30 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

7,27

ta' kwalità medja

17,27

ta' kwalità baxxa

37,27

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

74,12

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

32,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

32,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

74,12


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.9.2009-29.9.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

137,25

88,56

Prezz FOB USA

125,82

115,82

95,82

58,97

Tariffa fuq il-Golf

18,38

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

10,11

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,08  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

23,94  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 916/2009

tad-29 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

20/T&Q

Stat membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD 1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u IIb

Data

3.9.2009


DIRETTIVI

1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/11


DIRETTIVA 2009/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment (1), u b’mod partikolari t-Titolu VI tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

L-ewwel Direttiva 68/151/KEE tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (4) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (5). Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Il-koordinazzjoni ta’ disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar, il-validità ta’ obbligazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom il-kumpaniji limitati b’azzjonijiet jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata u n-nullità tagħhom hija ta’ importanza speċjali, partikolarment għall-iskop ta’ protezzjoni tal-interessi ta’ terzi persuni.

(3)

Id-dokumenti bażiċi tal-kumpanija għandhom jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il-kontenut tagħhom u informazzjoni oħra dwar il-kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija.

(4)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u formalitajiet sostantivi stabbiliti bil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, kumpaniji għandhom ikunu jistgħu jagħżlu biex jippreżentaw id-dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji tagħhom permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi.

(5)

Partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jiksbu mir-reġistru kopja ta’ dawn id-dokumenti u partikolaritajiet permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi.

(6)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-gazzetta nazzjonali, nominata għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti u partikolaritajiet obbligatorji, f’forma stampata jew f’forma elettronika, jew biex jipprovdu għal żvelar b’mezzi ugwalment effettivi.

(7)

Aċċess ‘l hinn mill-fruntieri għal informazzjoni fuq kumpaniji għandu jiġi faċilitat billi tiġi permessa, b’żieda ma’ żvelar obbligatorju li jsir f’waħda mil-lingwi li tkun permessa mill-Istat Membru tal-kumpanija, reġistrazzjoni volontarja b’lingwi addizzjonali tad-dokumenti u partikolaritajiet meħtieġa. Partijiet terzi li jaġixxu in bona fede għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq dawk it-traduzzjonijiet.

(8)

Huwa xieraq li jiġi kjarifikat li l-istqarrija tal-partikolaritajiet obbligatorji stabbiliti f’din id-Direttiva għandha tkun inkluża fl-ittri u formoli tal-ordni kollha, sew jekk ikunu f’forma stampata jew bl-użu kull mezz ieħor. Fl-isfond tal-iżviluppi teknoloġiċi, ikun xieraq ukoll li jkun previst li dawn l-istqarrijiet jitqiegħdu fuq is-sit elettroniku ta’ kull kumpanija.

(9)

Il-protezzjoni ta’ terzi għandha tiġi żgurata b’disposizzjonijiet li jirrestrinġu sa fejn l-iktar possibbli r-raġunijiet li għalihom obbligazzjonijiet assunti f’isem il-kumpanija ma jkunux validi.

(10)

Huwa meħtieġ, sabiex tiġi żgurata ċertezza fil-liġi dwar relazzjonijiet bejn il-kumpanija u terzi, u wkoll bejn membri, li jiġu limitati il-każijiet li fihom tista’ tinqala’ n-nullità u l-effett retroattiv ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, u biex jiġi ffissat limitu ta’ żmien qasir li fih terzi persuni jistgħu jagħmlu oġġezzjoni għal kull dikjarazzjoni bħal dik.

(11)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

AMBITU

Artikolu 1

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni stipulati b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpaniji li ġejjin:

Il-Belġju:

de naamloze vennootschap,

la société anonyme,

de commanditaire vennootschap op aandelen

la société en commandite par actions,

de personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

la société de personnes à responsabilité limitée;

Il-Bulgarija:

акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции;

Ir-Repubblika Ċeka:

společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

Id-Danimarka:

aktieselskab, kommanditaktieselskab, anpartsselskab;

Il-Ġermanja:

die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

L-Estonja:

aktsiaselts, osaühing;

L-Irlanda:

companies incorporated with limited liability;

Il-Greċja:

ανώνυμη εταιρία, εταιρία περιωρισμένης ευθύνης, ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;

Spanja:

la sociedad anonima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

Franza:

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, la société par actions simplifiée;

L-Italja:

società per azioni, società in accomandita per azioni, società a responsabilità limitata;

Ċipru:

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

Il-Latvja:

akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību, komanditsabiedrība;

Il-Litwanja:

akcinė bendrovė, uždaroji akcinė bendrovė;

Il-Lussemburgu:

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

L-Ungerija:

részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

Malta:

kumpanija pubblika/public limited liability company, kumpanija privata/private limited liability company;

L-Olanda:

de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

L-Awstrija:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschraenkter Haftung;

Il-Polonja:

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna, spółka akcyjna;

Il-Portugall:

a sociedade anonima de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por acções, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada;

Ir-Rumanija:

societate pe acțiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acțiuni;

Is-Slovenja:

delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komaditna delniška družba;

Is-Slovakkja:

akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným’;

Il-Finlandja:

yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag,julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;

L-Iżvezja:

aktiebolag;

Ir-Renju Unit:

companies incorporated with limited liability.

KAPITOLU 2

ŻVELAR

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw żvelar obbligatorju minn kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1 tal-inqas tadd-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:

(a)

id-dokument ta’ kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f’dokument separat;

(b)

kull emenda għad-dokumenti msemmija f’punt (a), inkluża kull estensjoni ta’ kemm ilha l-kumpanija;

(c)

wara kull emenda tad-dokument ta’ kostituzzjoni jew tal-istatuti, it-test komplet tad-dokument jew statuti kif emendati sal-lum;

(d)

il-ħatra, it-tmiem ta’ kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skont liġi u sew bħala membri ta’ kull korp bħal dak:

(i)

huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma’ terzi u fi proċedimenti legali; għandu jidher mill-iżvelar sew jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu hekk waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu konġuntement;

(ii)

jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.

(e)

għall-inqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta’ kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, kemm-il darba kull żieda fil-kapital sottoskritt teħtieġ emenda tal-istatuti;

(f)

id-dokumenti tal-accounting għal kull sena finanzjarja, li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skont id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE (6), 83/349/KEE (7), 86/635/KEE (8) u 91/674/KEE (9);

(g)

kull trasferiment tas-sede tal-kumpanija;

(h)

l-istralċ tal-kumpanija;

(i)

kull dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(j)

il-ħatra ta’ stralċjarji, dettalji dwarhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, kemm-il darba dawn is-setgħat huma espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;

(k)

it-terminazzjoni tal-istralċ u, fi Stati Membri meta tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt ta’ kull tħassir bħal dak.

Artikolu 3

1.   F’kull Stat Membru, għandu jinfetaħ fajl fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpaniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpaniji rreġistrati fih.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “b’mezzi elettroniċi” għandha tfisser li l-informazzjoni tintbagħat fil-bidu u jirċevuha fid-destinazzjoni tagħha permezz ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u ħażna ta’ data, u tkun trażmessa totalment, imwassla u jkunu rċevuha b’mod li jkun stabbilit mill-Istati Membri bil-wajer, bir-radju b’mezzi ottiċi jew b’mezzi oħra elettromanjetiċi.

3.   Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom jiġu żvelati skont l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f’kull każ jidhru fil-fajl.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fajling mill-kumpaniji, kif ukoll minn persuni jew korpi oħra meħtieġa li jagħmlu jew jgħinu biex isiru n-notifiki, tad-dokumenti u partikolaritajiet li għandhom ikunu żvelati skont l-Artikolu 2 ikunu jistgħu jsiru permezz ta’ mezzi elettroniċi. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-kumpaniji kollha, jew ċerti kategoriji, li jippreżentaw dawn id-dokumenti u partikolarijiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, b’mezzi elettroniċi.

Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha msemmija fl-Artikolu 2 li jkunu ppreżentati, permezz ta’ stampat jew b’mezzi elettroniċi, għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiġu annotati fir-reġistru, f’forma elettronika. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li jkunu ppreżentati permezz ta’ stampat jinbidlu bir-reġistru f’forma elettronika.

Id-dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li kienu ppreżentati sal-31 ta’ Diċembru 2006 ma għandhomx ikunu meħtieġa li jinbidlu awtomatikament f’forma elettronika mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom b’danakollu jiżguraw li jinbidlu f’forma elettronika mir-reġistru meta jirċievu applikazzjoni biex jiżvelaw b’mezzi elettroniċi li jkunu ntbagħtu skont il-miżuri adottati biex idaħħlu fis-seħħ il-paragrafu 4.

4.   Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi skont kif jagħżel l-applikant.

Kopji kif hemm riferenza għalihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta’ stampat jew b’mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u partikolaritajiet kollha, ippreżentati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk id-dokumenti u partikolaritajiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, jiġux ippreżentati permezz ta’ stampat jew qabel data li tista’ ma tkunx aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta’ mezzi elettroniċi jekk perjodu speċifiku jkun skada bejn id-data ta’ meta jkun ġie ppreżentat u d-data tal-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

Il-prezz biex tinkiseb kopja ta’ dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew uħud minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, sew jekk permezz ta’ stampat u sew jekk permezz ta’ mezzi elettroniċi, m’għandux ikun aktar mill-prezz amministrattiv tagħhom.

Kopji stampati pprovduti għandhom ikunu ċertifikati bħala “veri kopji”, kemm-il darba l-applikant ma jkunx jeħtieġ din iċ-ċertifikazzjoni. Kopji stampati pprovduti m’għandhomx ikunu ċertifikati bħala “ veri kopji”, kemm-il darba l-applikant b’mod espliċitu ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni ta’ kopji elettroniċi jiggarantixxu sew l-awtentiċità tal-oriġini tagħhom kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħhom, permezz tal-anqas firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE (10).

5.   L-iżvelar ta’ dokumenti u partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandu jsir minn pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali nominata għal dak l-iskop minn Stat Membru, jew tat-test kollu jew ta’ parti mit-test, jew permezz ta’ riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-file jew annotat fir-reġistru. Il-gazzetta nazzjonali maħtura għal dak l-iskop tista’ tinżamm f’forma elettronika.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali b’mezzi ugwalment effettivi, li jinvolvu tal-anqas l-użu ta’ sistema li biha l-informazzjoni żvelata jista’ jkun hemm aċċess għaliha b’ordni kronoloġiku permezz ta’ bażi elettronika ċentrali.

6.   Id-dokumenti u partikolaritajiet jistgħu jingħataw lil ħaddieħor mill-kumpannija lill-partijiet terzi biss wara li jkunu ġew żvelati skont il-paragrafu 5, kemm-il darba l-kumpannija ma tagħtix prova li l-partijiet terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward tranżazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u partikolaritajiet għandhom jingħataw lil partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kull diskrepanza f’dak li jkun żvelat skont il-paragrafu 5 u dak li jidher fir-reġistru jew fajl.

Madankollu, f’każi ta’ diskrepanza, it-test żvelat skont il-paragrafu 5 jista’ ma jingħatax lil partijiet terzi; dawn il-partijiet terzi jistgħu minkejja dan jafdaw fuqha, kemm-il darba l-kumpannija ma ġġibx provi li kellhom informazzjoni tat-testi depositati fil-fajl jew imdaħħla fir-reġistru.

Partijiet terzi jistgħu, b’żieda ma’ dan, dejjem jafdaw fuq kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta’ żvelar għadhom ma ġewx kompluti, bla ħsara fejn il-fatt li ma jkunx hemm żvelar jikkawża li jkunu bla effett.

Artikolu 4

1.   Dokumenti u partikolaritajiet li għandhom jiġu żvelati skont l-Artikolu 2 għandhom jiġu stipulati u ppreżentati f’waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skont ir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istati Membri li fihom il-fajl li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3(1) jinfetaħ.

2.   B’żieda mal-iżvelar obbligatorju msemmija fl-Artikolu 3, Stati Membri għandhom jippermettu li dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 jiġu żvelati volontarjament skont l-Artikolu 3 f’kull lingwa uffiċjali tal-Komunità.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li t-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti u partikolaritajiet tkun ċertifikata.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess minn partijiet terzi għat-traduzzjonijiet żvelati volontarjament.

3.   B’żieda ma’ dan l-iżvelar obbligatorju msemmi fl-Artikolu 3, u l-iżvelar volontarju previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Stati Membri jistgħu jippermettu li d-dokumenti u partikolaritajiet relatati li jkunu żvelati, skont l-Artikolu 3, f’kull lingwa oħra.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti u partikolaritajiet ikunu ċertifikati.

4.   Fil-każi ta’ diskrepanza bejn id-dokumenti u partikolaritajiet żvelati fil-lingwi uffiċjali tar-reġistru u traduzzjonijiet żvelati volontarjament, din tal-aħħar tista’ ma tkunx fdata minn terzi persuni. Terzi persuni jistgħu minkejja dan joqogħdu fuq it-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, kemm-il darba l-kumpannija tagħti provi li partijiet terzi ma kellhomx informazzjoni tal-verżjoni li kienet bla ħsara għall-iżvelar obbligatorju.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-ittri u l-formoli tal-ordnijiet, jekk ikunu f’forma stampata jew jużaw kull mezz ieħor, għandhom jiddikjaraw il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat ir-reġistru li fih il-fajl imsemmi fl-Artikolu 3 jinżamm, flimkien man-numru tal-kumpannija f’dak ir-reġistru;

(b)

il-forma legali tal-kumpannija, il-lokalità tal-uffiċċju reġistrat tagħha u, fejn hu xieraq, il-fatt li l-kumpannija qiegħda fil-proċess ta’ stralċ.

Fejn, f’dawn id-dokumenti, issir riferenza tal-kapital tal-kumpannija, ir-riferenza għandha tkun għal kapital sottoskritt u mħallas.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li s-siti elettroniċi tal-kumpannija jkun fihom tal-anqas il-partikolaritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu u, jekk applikabbli, ir-riferenza għall-kapital sottoskritt u mħallas.

Artikolu 6

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi liema persuni għandhom iwettqu l-formalitajiet tal-iżvelar.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa tal-anqas fil-każ ta’:

(a)

nuqqas ta’ żvelar ta’ dokumenti tal-accounting kif meħtieġ fl-Artikolu 2(f);

(b)

ommissjoni minn dokumenti kummerċjali jew minn kull sit elettroniku ta’ kumpannija tal-partikolaritajiet previsti fl-Artikolu 5.

KAPITOLU 3

VALIDITÀ TA’ OBBLIGAZZJONIJIET ASSUNTI MILL-KUMPANIJA

Artikolu 8

Jekk, qabel kumpanija li qed tiġi ffurmata akkwistat personalità legali, twettqet azzjoni f’isimha u l-kumpanija ma tassumix l-obbligi li joħorġu minn dik l-azzjoni, il-persuni li aġixxew għandhom, mingħajr limitu, ikunu responsabbli għalihom flimkien u separatament, kemm-il darba mhux miftiehem xort’oħra.

Artikolu 9

It-tkomplija tal-formalitajiet tal-iżvelar tad-dettalji dwar il-persuni li, bħala organu tal-kumpanija, huma awtorizzati biex jirrappreżentawha għandha tikkostitwixxi ostakolu għal kull irregolarità fil-ħatra tagħhom li wieħed għandu joqgħod fuqha fil-konfront ta’ terzi kemm-il darba l-kumpanija tipprova li dawk it-terzi kellhom konoxxenza tagħha.

Artikolu 10

1.   Atti magħmula mill-organi tal-kumpanija għandhom jorbtuha anki jekk dawk l-atti mhumiex fl-għanijiet tal-kumpanija, kemm-il darba dawk l-atti ma jeċċedux is-setgħat li l-liġi tagħti jew tħalli li jingħataw lil dawk l-organi.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija m’għandhiex tkun vinkolata meta dawk l-atti huma barra l-għanijiet tal-kumpanija, jekk hija tipprova li l-parti terza kienet taf li l-att kien barra dawk l-għanijiet jew li ma setgħatx in vista taċ-ċirkustanzi ma kienx jaf bihom; l-iżvelar tal-istatuti m’għandux ikun fih innifsu prova suffiċjenti ta’ dawn.

2.   Il-limiti fuq is-setgħat tal-organi tal-kumpanija li joħorġu mill-istatuti jew minn deċiżjoni tal-organi kompetenti, ma jistax wieħed joqgħod fuqhom fil-konfront ta’ terzi, anki jekk huma ġew żvelati.

3.   Jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi li awtorità biex tirrappreżenta kumpanija tista’, b’deroga mir-regoli legali li jirregolaw is-suġġett, tiġi mogħtija mill-istatuti lil persuna waħda jew diversi persuni li jaġixxu flimkien, dik il-liġi tista’ tipprovdi li dispożizzjoni bħal dik fl-istatuti jista’ wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta’ terzi bil-kondizzjoni li din tirrelata għas-setgħa ġenerali ta’ rappreżentazzjoni; il-kwistjoni jekk dik id-dispożizzjoni jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta’ terzi għandha tiġi regolata bl-Artikolu 3.

KAPITOLU 4

NULLITÀ TAL-KUMPANIJA

Artikolu 11

Fl-Istati Membri kollha li l-liġijiet tagħhom ma jipprovdux għal kontroll preventiv, amministrattiv jew ġudizzjarju, fiż-żmien tal-formazzjoni ta’ kumpanija, id-dokument ta’ kostituzzjoni, l-istatuti tal-kumpanija u kull emenda għal dawk id-dokumenti għandhom jiġu mfassla u ċċertifikati fil-forma legali xierqa.

Artikolu 12

Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu għan-nullità ta’ kumpaniji biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

in-nullità għandha tiġi ordnata b’deċiżjoni tal-qorti tal-ġustizzja;

(b)

in-nullità tista’ tiġi ordnata biss fil-każijiet msemmijin fil-punti (i) sa (vi):

(i)

li ebda dokument kostituzzjonali ma ġie esegwit jew li r-regoli ta’ kontroll preventiv jew il-formalitajiet legali rikjesti ma ġewx imħarsa;

(ii)

li l-għanijiet tal-kumpanija mhumiex skont il-liġi jew huma kontra l-ordni pubbliku;

(iii)

li d-dokument kostituzzjonali jew l-istatuti ma jiddikjarawx l-isem tal-kumpanija, l-ammont tas-sottoskrizzjonijet individwali ta’ kapital, l-ammont totali tal-kapital sottoskritt jew l-għanijiet tal-kumpanija;

(iv)

nuqqas ta’ konformita’ mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-ammont minimu ta’ kapital li għandu jitħallas;

(v)

l-inkapaċità tas-soċji fundaturi kollha;

(vi)

li, kontra l-liġi nazzjonali li tirregola l-kumpanija, in-numru ta’ soċji fundaturi huwa inqas minn tnejn.

Barra mir-raġunijiet ta’ nullità msemmijin qabel, kumpanija ma għandhiex tkun suġġetta għal xi kawża ta’ nuqqas ta’ eżistenza, nullità assoluta, nullità relattiva jew dikjarazzjoni ta’ nullità.

Artikolu 13

1.   Il-kwistjoni jekk deċiżjoni ta’ nullità dikjarata minn qorti tal-ġustizzja jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta’ terzi għandha tiġi regolata mill-Artikolu 3. Meta l-liġi nazzjonali tagħti s-setgħa lil parti terza li tikkontesta d-deċiżjoni, hija tista’ tagħmel dan fi żmien sitt xhur min-notifika pubblika tad-deċiżjoni li tingħata mill-qorti.

2.   Nullità għandha tfisser l-istralċ tal-kumpanija, kif ukoll jista’ jfisser xoljiment.

3.   Nullità ma tistax fiha nnifisha tolqot il-validità ta’ xi obbligu li bih tkun intrabtet kumpanija jew li oħrajn jkunu ntrabtu magħha, bla ħsara għall-konsegwenzi tal-istralċjar tal-kumpanija.

4.   Il-liġijiet ta’ kull Stat Membru jistgħu jiddisponu għall-konsegwenzi ta’ nullità fejn jidħlu membri tal-kumpanija.

5.   Id-detenturi ta’ azzjonijiet ta’ kapital għandhom jibqgħu obbligati jħallsu l-kapital miftiehem li jkun sottoskritt minnhom iżda li jkun għadu ma ġiex imħallas, safejn obbligi li jsiru ma’ kredituri hekk jeħtieġu.

KAPITOLU 5

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, rapport, flimkien ma’ proposta, jekk ikun xieraq, għall-emenda tad-dispożizzjonijiet tal-punt (f) tal-Artrikolu 2 u l-Artikoli 3, 4, 5 u 7 fl-isfond tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet u l-iskopijiet tagħhm u bl-iżviluppi teknoloġiċi osservati dak il-ħin.

Artikolu 16

Id-Direttiva 68/151/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 17

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU 2, 15.1.1962, p. 36/62.

(2)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 25.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(4)  ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

(5)  Ara l-Anness I, Parti A.

(6)  Ir-raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11).

(7)  Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju tal-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

(10)  Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 16)

Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE

(ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8)

 

Anness I, punt III.H tal-Att ta’ Adeżjoni 1972

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 89)

 

Anness I, Punt III.C tal-Att ta’ Adeżjoni 1979

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 89)

 

Anness I, punt II.D tal-Att ta’ Adeżjoni 1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 157)

 

Anness I, punt XI.A tal-Att ta’ Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194)

 

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/58/KE (ĠU L 221 tal-4.9.2003, p. 13)

 

Anness II, punt II.4.A tal-Att ta’ Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338)

 

Direttiva 2006/99/KE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137)

Punt A.1 tal-Anness biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 16)

Directive

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

68/151/KEE

fil-11 ta’ Settembru 1969.

2003/58/KE

fit-30 ta’ Diċembru 2006.

2006/99/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 68/151/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(6), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 3(7), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(7), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11, kliem introduttiv

Artikolu 12, kliem introduttiv

Artikolu 11, punt 1

Artikolu 12, punt (a)

Artikolu 11, punt 2, kliem introduttiv

Artikolu 12, punt (b), kliem introduttiv

Artikolu 11, punt 2, punti (a) sa (f)

Artikolu 12, punt (b), punti (i) sa (vi)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 13 ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Anness I

Anness II


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/20


DIRETTIVA 2009/102/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkundisdra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Ċerti salvagwardi li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma mitluba mill-Istati Membri ta’ kumpanniji u ditti fis-sens tal-Artikolu 48(2) tat-Trattat, għandhom jiġu koordinati bil-ħsieb li dawn is-salvagwardji jintgħamlu ekwivalenti ġewwa l-Komunità kollha.

(3)

F’dan il-kamp, l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tat-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 58(2) tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (5) u r-raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (6) u s-seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (7), dwar, rispettivament, l-iżvelar, il-validità tal-impejni, in-nullità, il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati, japplikaw għal-kumpanniji kollha b’kapital azzjonarju. Madanakollu, It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 58(2) tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (8), it-tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-amalgamazzjoni ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata (9), u s-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b'responsabbilta pubblika limitata (10), dwar, rispettivament, il-formazzjoni u l-kapital, amalgamazzjonijiet u d-diviżjonijiet japplikaw biss għall-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata.

(4)

Strument legali li jippermetti l-limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-imprenditur individwali ġewwa l-Komunità kollha huwa neċessarju, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Istati Membri li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jeħtieġu li dan l-imprenditur ikun responsabbli għall-obbligi tal-impriża tiegħu.

(5)

Kumpannija privata b’responsabbiltà limitata tista’ tkun kumpannija b’membru wieħed miż-żmien tal-formazzjoni tagħha, jew tista’ ssir hekk għaliex l-ishma tagħha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed. Sakemm isir il-koordinament tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-gruppi, l-Istati Membri jistgħu jistabilixxu ċerti dispożizzjonijiet speċjali u penali għall-każijiet meta persuna naturali tkun il-membru wieħed ta’ diversi kumpanniji jew meta kumpannija b’membru wieħed jew kwalunkwe persuna legali oħra jkunu l-membru waħdieni ta’ kumpannija. L-iskop waħdani ta’ din is-setgħa huwa sabiex jittieħed kont tad-differenzi li jeżistu f’ċerti liġijiet nazzjonali. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu f’każijiet speċifiċi jistabilixxu restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ kumpanniji b’membru wieħed jew ineħħu l-limiti fuq ir-responsabbiltajiet tal-membri waħdiena. L-Istati Membri huma ħielsa li jistabilixxu regoli li jkopru r-riskji li jistgħu jippreżentaw il-kumpanniji b’membru wieħed bħala konsegwenza talli għandhom membru wieħed, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat illi jitħallas il-kapital sottoskritt.

(6)

Il-fatt illi l-ishma kollha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed u l-identità tal-membru waħdieni għandha tiġi żvelata permezz ta’ dħul f’reġistru aċċessibli għall-pubbliku.

(7)

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-laqgħa ġenerali għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub.

(8)

Il-kuntratti bejn membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif irrapreżentata minnu għandhom jiġu reġistrati bil-miktub, safejn u sakemm dawn il-kuntratti ma jkollhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali.

(9)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-miżuri ta’ koordinament stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tipi ta’ kumpanniji msemmija fl-Anness I.

Artikolu 2

1.   Kumpannija jista’ jkollha membru wieħed meta tiġi ffurmata u wkoll meta l-ishma kollha tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda (kumpannija b’ membru wieħed).

2.   L-Istati Membri jistgħu, sakemm isir il-koordinament tal-liġijiet nazzjonali relatati ma’ gruppi, jistabilixxu dispożizzjonijiet jew penali speċjali għall-każijiet meta:

(a)

persuna naturali tkun il-membru waħdieni ta’ diversi kumpanniji; jew

(b)

kumpannija b’membru wieħed jew kull persuna legali oħra jkunu l-membru waħdieni ta’ kumpannija.

Artikolu 3

Meta kumpannija ssir kumpannija b’membru wieħed minħabba li l-isħma kollha tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda, dan il-fatt flimkien ma l-identità tal-membru waħdieni, għandhom jew jiġu rreġistrati fil-fajl jew imdaħħla fir-reġistru kif imsemmi fl -Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 68/151/KEE jew jiġu mdaħħla f’reġistru miżmum mill-kumpannija u aċċessibli għall-pubbliku.

Artikolu 4

1.   Il-membru waħdieni għandu jeżerċita s-setgħat tal-laqgħa ġenerali tal-kumpannija.

2.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fil-kamp imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub.

Artikolu 5

1.   Il-kuntratti bejn il-membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif rapreżentata minnu għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 għall-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali.

Artikolu 6

Meta Stat Membru jippermetti kumpanniji b’membru wieħed fis-sens ta’l-Artikolu 2(1) anke’ fil-każ tal-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, għandha tapplika din id-Direttiva.

Artikolu 7

Stat Membru ma għandux għalfejn jippermetti l-formazzjoni ta’ kumpanniji b’membru wieħed meta l-legiżlazzjoni tiegħu tipprovdi illi imprenditur individwali jista’ jistabbilixxi impriża li r-responsabbiltà tagħha tkun limitata għal somma ddedikata għall-attività dikjarata, bil-kondizzjoni li jiġu stabbiliti salvagwardji għal dawn l-impriżi li jkunu ekwivalenti għal dawk imposti minn din id-Direttiva jew minn kull dispożizzjoni tal-Komunità li tapplika għall-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta’ liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Diretiva.

Artikolu 9

Id-Direttiva 89/667/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness II, Parti A hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009 p. 42.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Novemebru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

(6)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(7)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(8)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(9)  ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36.

(10)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.


ANNESS I

Tipi ta’ kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1

Il-Belġju:

Société privée à responsabilité limitée/besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

Il-Bulgarja:

дружество с ограничена отговорност, акционерно дружество;

Ir-Repubblika Ċeka:

Společnost s ručením omezeným;

Id-Danimarka:

Anpartsselskaber;

Il-Ġermanja:

Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

L-Estonja:

Aktsiaselts, osaühing;

L-Irlanda:

Private company limited by shares or by guarantee;

Il-Greċja:

εταιρεία περιορισμένης ευθύνης;

Spanja:

Sociedad de responsabilidad limitada;

Franza:

société à responsabilité limitée;

L-Italja:

Società a’ responsabilità limitata;

Ċipru:

Ιδιωτική εταιρεία περιορισμένηςε υθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

Il-Latvja:

Sabiedrība ar ierobežotu atbildību;

Il-Litwanja:

Uždaroji akcinė bendrovė;

Il-Lussemburgu:

Société à responsabilité limitée;

L-Ungerija:

Lorlátolt felelősségű társaság, részvénytárság;

Malta:

Kumpanija privata/private limited liability company;

L-Olanda:

Besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

L-Awstrija:

Aktiengesellschaft, Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

Il-Polonja:

Spółka z ograniczoną odpowiedzialnością;

Il-Portugall:

Sociedade por quotas;

Ir-Rumanja:

Societate cu răspundere limitată;

Is-Slovenja:

Družba z omejeno odgovornostjo;

Is-Slovakkja:

Spoločnosť s ručením obmedzeným;

Il-Finlandja:

Osakeyhtiö/aktiebolag;

L-Iżvezja:

Aktiebolag;

Ir-Renju Unit:

Private company limited by shares or by guarantee.


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE

(ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40)

 

Anness I, punt XI.A tal-Att ta’ Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194)

 

Anness II, punt 4.A tal-Att ta’ Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137)

punt A.4 tal-Anness biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

89/667/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1991.

L-1 ta’ Jannar 1993 għal dak li jikkonċerna soċjetajiet li diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1992

2006/99/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.

 


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 89/667/KEE

Din id-Direttiva

Artikoli 1, kliem introduttiv

Artikoli 1

Artikolu 1, l-ewwel sas-seba’ u għoxrin inċiż

Anness I

Artikoli 2 sa 7

Artikoli 2 sa 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Anness I

Anness II

Anness III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Settembru 2009

li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/725/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 128 tiegħu,

Billi, f’ittra datata l-21 ta’ Settembru 2009, is-Sur Ján FIGEĽ irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2009. Huwa għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ huwa b’dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


Il-Kummissjoni

1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Settembru 2009

li tikkonċerna miżuri interim ta’ ħarsien li ttieħdu minn Franza fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tagħha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn azjenda fejn il-każ ta’ scrapie klassika hu kkonfermat

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 3580)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2009/726/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (2) japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(2)

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ suspett jew konferma ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) fl-annimali ovini jew kaprini fil-Komunità. Ir-regoli għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità u għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ dawn l-annimali u l-prodotti tagħhom huma stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tagħhom.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi regoli li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf u b’mod partikolari s-sigurtà tal-ikel u l-għalf, fil-livell Komunitarju u dak nazzjonali. L-Artikolu 53 tar-Regolament jistipula li, fejn ikun ċar li ikel jew għalf li joriġina fil-Komunità jew impurtat minn pajjiż terz x’aktarx li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u riskju bħal dak ma jkunx jista’ jiġi mrażżan b’mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru/i kkonċernat/i, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta ċerti miżuri li jistgħu jinkludu s-sospensjoni tat-tqegħid fis-suq jew l-importazzjoni tal-ikel li joriġina mill-annimali inkwistjoni.

(4)

Barra minn dan, l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li fejn Stat Membru javża uffiċċjalment lill-Kummissjoni bil-ħtieġa ta’ teħid ta’ miżuri ta’ emerġenza u fejn il-Kummissjoni ma tkunx aġixxiet skont l-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jadotta miżuri interim protettivi u għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan. F’dan il-każ, fi żmien għaxart ijiem il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (SCOFCAH) bil-ħsieb tal-estensjoni, l-emenda jew it-tħassir tal-miżuri interim protettivi nazzjonali. Sakemm jiġu adottati l-miżuri tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-miżuri interim nazzjonali protettivi.

(5)

Fit-8 ta’ Marzu 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar ċerti aspetti relatati mar-riskju tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini (3). F’din l-opinjoni, l-EFSA kkonkludiet li: “Ma hemm l-ebda evidenza għal konnessjoni epidemjoloġika jew molekolari bejn scarpie klassika u/jew atipika u t-TSEs fil-bnedmin. L-aġent tal-BSE huwa l-uniku aġent tat-TSE identifikat bħala żoonotiku. Minkejja dan, fid-dawl tad-diversità tagħhom bħalissa mhuwiex possibbli li tiġi eskluża t-trażmissibilità ta’ aġenti oħra tat-TSE tal-annimali lill-bnedmin”  (4).

(6)

Wara din l-Opinjoni, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (5). Ir-Regolament (KE) Nru 727/2007, issospenda l-obbligu tal-qatla tal-qatgħa sħiħa u pprovda ċerti miżuri alternattivi għall-qatla fl-eventwalità ta’ konferma ta’ tifqigħa tat-TSE f’azjenda ta’ annimali ovini jew kaprini u fejn ġiet eskluża l-preżenza ta’ enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE). Wara azzjoni ta’ annullament u domanda għall-miżuri interim miġjuba minn Franza kontra ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’Digriet tat-28 ta’ Settembru 2007 tal-Imħallef li kien qed jismal-applikazzjoni għall-miżuri interim (6), il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fl-istennija li tinqata’ s-sentenza finali fl-azzjoni ewlenija.

(7)

Fl-24 ta’ Jannar 2008, wara talba mill-Kummissjoni, l-EFSA adottat kjarifika xjentifika u teknika fl-interpretazzjoni ta’ wħud mill-aspetti tal-konklużjonijiet tal-Opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar ċerti aspetti relatati mar-riskju ta’ TSEs fl-annimali ovini u kaprini (7), li kienu ġew ikkunsidrati fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 727/2007.

(8)

Wara li kkunsidrat din il-kjarifika fid-dettall u wara li eżaminat l-għażliet possibbli disponibbli għaliha fir-rwol tagħha bħala amministratur ta’ riskju, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. (8) Ir-Regolament (KE) Nru 746/2008, essenzjalment, isostni d-dispożizzjonijiet diġà previsti fir-Regolament (KE) Nru 727/2007. Wara azzjonijiet ġodda miġjuba minn Franza, b’Digriet tat-30 ta’ Ottubru 2008 tal-President tal-Qorti tal-Prim’ Istanza, (9) il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-istennija li tinqata’ s-sentenza finali li fiha l-legalità tal-miżuri tal-amministrazzjoni ta’ riskju li ttieħdu mill-Kummisjoni bir-Regolament (KE) 746/2008 se jkunu evalwati b’mod sħiħ.

(9)

Fis-6 ta’ Novembru 2008, l-EFSA ppubblikat Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riskju ta’ esponiment fuq il-bniedem u l-annimali relatat mal-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered (TSEs) mill-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li jiġu minn annimali żgħar li jixtarru (10). F’din l-Opinjoni, l-EFSA kkonkludiet li l-iscrapie klassika tista’ tiġi trażmessa min-nagħġa għall-ħaruf permezz tal-ħalib jew tal-kolostru. L-EFSA stqarret ukoll li l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib minn merħla mniġġsa bl-iscrapie klassika jistgħu jesponu lin-nies u l-annimali għar-riskju tal-EST. Ġie konkluż ukoll li l-programmi tat-tgħammir tan-nagħaġ li huma reżistenti għall-iscrapie jistgħu jnaqqsu l-esponiment tan-nies u l-annimali li huwa assoċjat mal-prodotti tal-ħalib meħuda minn annimali żgħar li jixtarru. Fir-rigward tal-iscrapie atipika, din kkonkludiet ukoll li t-tixrid apparentament limitat tal-aġent fis-sistema tal-individwi infettati jista’ jillimita t-tixrid permezz tal-ħalib. Fir-rigward tal-BSE, din innutat li ma teżistix informazzjoni dwar il-preżenza jew l-infettività jew il-PrpScPrPSc fil-kolostru jew fil-ħalib tal-annimali żgħar li jixtarru li jkollhom il-BSE. Madankollu, minħabba t-tixrid bikri u progressiv tal-aġent tal-BSE fin-nagħaġ suxxettibbli infettati għall-għan sperimentali, din ikkonkludiet li jkun hemm probabbiltà ta’ infezzjoni mill-ħalib u mill-kolostru tal-annimali żgħar li jixtarru infettati bil-BSE.

(10)

Fis-6 ta’ Novembru 2008, l-Aġenzija Franċiża dwar is-Sigurtà fl-Ikel (AFSSA) ippubblikat Opinjoni dwar ir-riskju ta’ scrapie klassika li tinxtered permezz tal-ħalib tal-annimali żgħar li jixtarru (11) li waslet għall-istess konklużjonijiet fir-rigward tat-tixrid tal-iscrapie min-nagħġa għall-ħaruf permezz tal-ħalib jew tal-kolostru bħal tal-Opinjoni tal-EFSA. Fir-rigward tal-esponiment tat-TSE lill-bnedmin, l-AFSSA kkunsidrat li l-konsum tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib minn merħliet infettati ta’ annimali li jixtarru jew dawk suspettati b’infezzjoni jista’ jirriżulta f’esponiment eċċessiv għall-konsumatur u rrakkomandat “li t-tqegħid fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-merħla għandha tkun ipprojbita mill-ikel tal-bniedem” minħabba l-inċidenza potenzjalment għolja tal-marda fil-merħliet li jsofru mill-iscrapie klassika.

(11)

Fis-7 ta’ Novembru 2008, abbażi tal-opinjonijiet tal-EFSA u l-AFSSA, Franza adottat miżuri limitati għas-suq nazzjonali u l-projbizzjoni tal-użu tal-ħalib u prodotti tal-ħalib ġejjin minn merħliet infettati bl-iscrapie fi Franza għal għanijiet tal-ikel u l-għalf (12)

(12)

Fil-11 u s-26 ta’ Novembru 2008, il-konsegwenzi li għandhom jirriżultaw minn dawn l-elementi xjentifiċi ġew eżaminati fi SCOFCAH.

(13)

Waqt il-laqgħa ta’ SCOFCAH tal-11 ta’ Novembru 2008, filwaqt li ġew ikkunsidrati l-evidenza xjentifika ġdida u b’mod partikolari t-tixrid ippruvat tal-iscrapie klassika permezz tal-ħalib min-nagħġa għall-ħaruf, ġie ppreżentat abbozz ta’ proposta għar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 sabiex jiġi pprojbit l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib minn merħliet infettati bl-iscrapie għal għanijiet tal-għalf, biex titħaffef il-proċedura ta’ eradikazzjoni fil-merħliet tal-ħalib infettati bl-iscrapie klassika u biex jiġi ristrett l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għal għanijiet tal-ikel fis-suq nazzjonali. Madankollu, minħabba li l-aħħar element ma rċeviex appoġġ mill-maġġoranza tal-Istati Membri, il-proposta ma tressqitx għall-votazzjoni.

(14)

Fis-26 ta’ Novembru 2008, proposta emendata għar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 sabiex jiġi pprojbit l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li ġejjin minn azjendi b’każ tal-iscrapie klassika għal għanijiet tal-għalf, ġie ppreżentat u sostnut b’maġġoranza kwalifikata fis-SCOFCAH. F’dikjarazzjoni uffiċċjali, id-delegazzjoni Franċiża laqgħet l-adozzjoni ta’ din il-proposta u stiednet lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta oħra għar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001, sabiex tipprovdi għal miżuri simili għall-ikel. Bi tweġiba għal din it-talba, il-Kummissjoni kkonfermat li d-diskussjonijiet ikomplu fir-rigward tal-ikel.

(15)

Sussegwentement, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (13). Ir-Regolament (KE) Nru 103/2009 jipprovdi għal numru ta’ emendi li se jsiru fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, inkluża d-dispożizzjoni li fil-każ li TSE kkonfermata tkun l-iscrapie klassika, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġejjin mill-annimali li se jinqerdu fl-azjenda ma jistgħux jintużaw għall-għalf tal-annimali li jixtarru, għajr fi ħdan l-azjenda. Barra minn dan, it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti bħala għalf għall-annimali li ma jixtarrux ikun limitat għat-territorju ta’ dak l-Istat Membru kkonċernat. Finalment, ir-Regolament (KE) 103/2009 jipprovdi għat-tħaffif tal-proċedura tal-eradikazzjoni f’merħliet tal-ħalib infettati bl-iscrapie klassika sabiex jitnaqqas l-esponiment ta’ riskju tat-TSE għall-bnedmin.

(16)

Fit-18 ta’ Diċembru 2008, Franza talbet lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dwar l-esponiment tal-bniedem għall-aġenti li jikkawżaw l-iscrapie klassika. Barra minn dan, fil-laqgħa tas-SCOFCAH tal-14 ta’ Jannar 2009, Franza infurmat id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra b’din it-talba.

(17)

Fl-20 ta’ Jannar 2009, f’konformità mad-diskussjonijiet wara l-preżentazzjoni lil SCOFCAH fis-26 ta’ Novembru 2008 ta’ proposta għar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Kummissjoni kompliet din id-diskussjoni f’livell ta’ grupp ta’ ħidma dwar l-użu tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għal għanijiet tal-ikel minn azjendi b’każ ta’ scrapie klassika. Din ħarġet mid-diskussjoni li l-maġġoranza vasta tal-Istati Membri ma appoġġjatx il-pożizzjoni adottata minn Franza fir-rigward tal-ħtieġa biex tieħu miżuri ta’ tmexxija ta’ riskju li jirrestrinġu l-użu ta’ dan il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għal għanijiet tal-ikel.

(18)

F’ittra tal-11 ta’ Marzu 2009 indirizzata lil Franza, il-Kummissjoni kkonfermat li hi ma kellhiex l-intenzjoni li tadotta l-ebda miżuri ta’ emerġenza dwar l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għal għanijiet tal-ikel.

(19)

Fil-25 ta’ Frar 2009, Franza adottat miżura relatata mal-projbizzjoni ta’ importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għal konsum uman minn oriġini ovina u kaprina fit-territorju ta’ Franza (14). Fid-9 ta’ Marzu 2009, Franza nnotifikat dawn il-miżuri bħala miżuri interim protettivi għall-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dawn il-miżuri jipprovdu li l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jistgħu jiġu impurtati minn Stat Membru ieħor għat-territorju Franċiż jekk u biss jekk dawn jiġu minn azjenda li ma tkunx tqiegħdet taħt restrizzjoni ta’ moviment uffiċċjali fiż-żmien tal-produzzjoni u jekk u jekk biss dawn ma jiġux minn annimali li kellhom jinqerdu jew jinqatlu wara l-konferma tal-każ tal-iscrapie klassika.

(20)

Għalhekk, il-Kummissjoni ressqet il-kwistjoni quddiem is-SCOFCAH fil-laqgħa tagħha tat-23 ta’ Marzu 2009, bl-għan tal-estensjoni, emenda jew abrogazzjoni tal-miżuri interim nazzjonali protettivi skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(21)

Kif imsemmi fid-dettall fil-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 746/2008, u b’mod partikolari l-Premessa 12 tiegħu, l-EFSA tirrikonoxxi li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika ta’ kwalunkwe konnessjoni diretta bejn it-TSE fl-annimali ovini u kaprini, għajr il-BSE, u t-TSE fil-bnedmin anke jekk il-bijodiversità tal-aġenti tal-marda f’annimali ovini u kaprini hi element importanti li ma tagħmilhiex possibbli li teskludi li tinxtered fil-bnedmin.

(22)

Il-perspettiva tal-EFSA li t-trażmissibilità lill-bnedmin tal-aġenti tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini ma tistax tiġi eskluża hija bbażata fuq studji sperimentali fuq l-ostaklu tal-ispeċi umana u mudelli ta’ annimali (primati u ġrieden). Minkejja dan, dawn il-mudelli ma jqisux il-karatteristiċi ġenetiċi tal-bnedmin li għandhom influwenza ewlenija fuq is-suxxettibilità relattiva ta’ mard tal-prijoni. Għandhom ukoll limitazzjonijiet fl-estrapolazzjoni tar-riżultati għal kundizzjonijiet naturali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kemm jirrappreżentaw tajjeb l-ostaklu tal-ispeċi umana u l-inċertezza ta’ kemm ir-rotta sperimentali ta’ tilqim li ntużat tirrappreżenta esponiment f’kundizzjonijiet naturali. Fuq din il-bażi, jista’ jiġi kkunsidrat li minkejja li r-riskju ta’ trażmissibilità lill-bnedmin tal-aġenti tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini ma tistax tiġi eskluża, dak ir-riskju għandu jkun żgħir ħafna, fid-dawl tal-fatt li l-evidenza ta’ trażmissibilità hija bbażata fuq mudelli sperimentali li ma jirrappreżentawx il-kundizzjonijiet naturali relatati mal-ostaklu reali tal-ispeċi umana u r-rotot reali ta’ infezzjoni.

(23)

Livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa żgurat fis-segwiment tal-politiki tal-Komunità. Il-miżuri tal-Komunità li jirregolaw l-ikel u l-għalf għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u jridu, filwaqt li jqisu l-evidenza xjentifika eżistenti, jippreservaw jew, jekk ikun iġġustifikat xjentifikament, iżidu l-livell garantit ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Minkejja dan, huwa impossibbli li titqies l-eliminazzjoni sħiħa ta’ riskju bħala għan realistiku għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ ġestjoni tar-riskju fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà tal-ikel, fejn l-ispiża u l-benefiċċji tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji jridu jintiżnu bir-reqqa sabiex jiżguraw proporzjonalità. Huwa r-rwol u r-responsabbiltà tal-amministratur tar-riskju li jiddeċiedi dwar il-livell aċċettabbli ta’ riskju, filwaqt li jqis l-elementi kollha preżenti fil-valutazzjoni xjentifika tar-riskju.

(24)

Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha ta’ amministratur tar-riskju fil-livell Komunitarju, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, hija responsabbli milli twaqqaf il-livell aċċettabbli ta’ riskju u tadotta l-iktar miżuri xierqa għall-preservazzjoni ta’ protezzjoni ta’ livell għoli tas-saħħa pubblika. Hija rrevediet u vvalutat l-aktar informazzjoni reċenti fir-rigward tat-trażmissibilità tat-TSE lill-bnedmin. Hija vvalutat kwalunkwe riskju preżenti bħala li huwa baxx ħafna u aċċettabbli bħalissa. Barra r-regoli relatati mal-għalf u mingħajr ma jittieħdu miżuri sproporzjonati, il-Kummissjoni pprovdiet għal tħaffif tal-proċedura ta’ eradikazzjoni fil-merħliet tal-ħalib infettati mill-iscrapie klassika fir-Regolament tagħha (KE) Nru 103/2009, li jirriżulta għal aktar tnaqqis tal-esponiment tat-TSE għall-bnedmin.

(25)

Għalhekk, abbażi tal-evidenza xjentifika imsemmija fl-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli u wkoll tal-konsultazzjonijiet mas-SCOFCAH, u fl-istennija tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza dwar il-legalità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament (KE) Nru 746/2008 li hu pertinenti wkoll għall-kwistjoni involuta fin-notifika li saret minn Franza, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat lis-SCOFCAH, tqis li l-miżuri interim protettivi adottati minn Franza jmorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jiġi evitat riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, anke jekk jiġi meqjus il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

(26)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri adottati minn Franza fil-25 ta’ Frar 2009 u nnotifikati lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Marzu 2009 għandhom jiġu sospiżi skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fl-istennija li tinqata’ s-sentenza fil-każ T-257/07, Franza v. Il-Kummissjoni.

(27)

Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri tagħha li jipprojbixxu l-introduzzjoni fit-territorju tagħha ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib għal għanijiet tal-ikel minn azjendi fejn każ ta’ scrapie klassika ġiet ikkonfermata, sakemm il-Qorti tal-Prim’Istanza tkun tat il-ġudizzju finali tagħha fil-każ T-257/07, Franza v. Il-Kummissjoni

Artikolu 2

Franza se tieħu l-miżuri meħtieġa biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mis-16 ta' Ottubru 2009.

Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(3)  Il-Ġurnal EFSA (2007) 466, 1-10.

(4)  Ara t-Taqsima 4 tal-opinjoni:

(5)  ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.

(6)  Il-Każ T-257/07 R, Franza v Il-Kummissjoni, [2007] ECR p. II-4153.

(7)  Ir-Rapport Xjentifiku tal-Bord dwar Il-Perikli Bijoloġiċi fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar Kjarifika Xjentifika u Teknika fl-interpretazzjoni u l-konsiderazzjoni ta’ wħud mill-aspetti tal-konklużjonijiet tal-Opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar ċerti aspetti relatati mar-riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered (TSEs) fl-annimali ovini u kaprini’. Il-Ġurnal EFSA (2008) 626, 1-11.

(8)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 11.

(9)  Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ T-257/07 RII, Franza v il-Kummissjoni, (ĠU C 327, 20.12.2008, p. 26).

(10)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 849, 1-37.

(11)  L-Opinjoni tal-AFSSA tat-8 ta’ Ottubru 2008 dwar il-konsegwenzi possibbli tal-annimali u s-saħħa pubblika ta’ riżultati xjentifiċi ġodda disponibbli dwar trażmissjoni ta’ intra-speċje tal-aġent tal-iscrapie klassika mill-ħalib, http://www.afssa.fr/Documents/ESST2008sa0115EN.pdf

(12)  Arrêté du 7 novembre 2008 modifiant l’arrêté du 27 janvier 2003 fixant les mesures de police sanitaire relatives à la tremblante caprine, (JORF tat-8.11.2008, p. 17160).

(13)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 11.

(14)  Arrêté du 25 février 2009 relatif à l’interdiction d’importation de laits, de produits laitiers et de produits contenant du lait d’origine ovine et caprine à risques au regard des encéphalopathies spongiformes transmissibles destinés à l’alimentation humaine, (JORF tal-5.3.2009, p. 4094).


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Settembru 2009

dwar miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Indja u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7388)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/727/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sigurtà tal-ikel u l-għalf, fil-livell Komunitarju u dak nazzjonali. Dan jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fejn huwa evidenti li ikel jew għalf importat minn pajjiż terz x’aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru/Stati Membri kkonċernat/i.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (2), tistipula li l-proċess tal-produzzjoni tal-annimali u tal-prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali għandu jkun sorveljat bil-għan li jinstabu ċerti residwi u sustanzi f’annimali ħajjin, fil-ħmieġ tagħhom u fis-sustanzi fluwidi ta’ ġisimhom u fit-tessuti, fil-prodotti tal-annimali, fl-għalf tal-annimali u fl-ilma tax-xorb. L-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-garanziji pprovduti minn pajjiżi terzi jrid ikollhom effett tal-anqas ekwivalenti daqs dawk ipprovduti f’din id-Direttiva.

(3)

Ir-riżultati tal-aħħar viżita ta’ spezzjoni Komunitarja fl-Indja rrivelaw nuqqasijiet fir-rigward tas-sistema tal-kontroll tar-residwi fl-annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali.

(4)

Minkejja garanziji pprovduti mill-Indja, l-Istati Membri rrappurtaw lill-Kummissjoni żidiet fis-sejbiet ta’ nitrofurani u l-metaboliti tagħhom fi krustaċji importati mill-Indja u intiżi għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali. Il-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fl-ikel hija pprojbita mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 (3) u dawn huma ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem.

(5)

Dawn il-prodotti li ġejjin mill-annimali huma użati wkoll fil-manifattura tal-għalf għall-annimali tal-akkwakultura. In-nitrofurani u l-metaboliti tagħhom mhumiex awtorizzati bħala addittiv tal-għalf skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn dan, dawn il-prodotti li ġejjin mill-annimali li fihom in-nitrofurani huma esklużi mill-għalf għall-annimali tal-irziezet meta użati bħala sustanzi anti-batteriċi, billi dawn huma prodotti ta’ residwu ta’ kategorija 2 li ġejjin mill-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu adottati, fuq livell Komunitarju, ċerti miżuri ta’ emerġenza applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ krustaċji tal-akkwakultura li ġejjin mill-Indja sabiex wieħed jiżgura l-ħarsien effettiv u uniformi tas-saħħa tal-bniedem fl-Istati Membri kollha.

(7)

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jippermettu biss l-importazzjonijiet ta’ krustaċji tal-akkwakultura li ġejjin mill-Indja jekk jista’ jkun ippruvat li dawn kienu suġġetti għal test analitiku tal-oriġini biex ikun verifikat li l-konċentrazzjoni ta’ nitrofurani jew il-metaboliti tagħhom ma taqbiżx il-limitu deċisiv tal-metodu analitiku ta’ konferma użat, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (6).

(8)

Madankollu, huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ kunsinni li ma jkollhomx magħhom ir-riżultati tat-testijiet analitiċi tal-oriġini, sakemm l-Istati Membri ta’ importazzjoni jiżguraw li dawn il-kunsinni jkunu ttestjati mal-wasla tagħhom fuq il-fruntiera Komunitarja u li jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm ir-riżultati jsiru disponibbli.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mill-Indja u abbażi tar-riżultati tat-testijiet analitiċi imwettqa mill-Istati Membri.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-kunsinni ta’ krustaċji tal-akkwakultura importati mill-Indja u intiżi għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali (minn hawn ’il quddiem imsemmija “il-kunsinni ta’ krustaċji”).

Artikolu 2

(1)   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni lejn il-Komunità tal-kunsinni ta’ krustaċji sakemm dawn ikollhom magħhom ir-riżultati ta’ test analitiku tal-oriġini biex ikun żgurat li dawn mhumiex ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem.

(2)   It-test analitiku għandu jkun imwettaq, b’mod partikolari, bil-għan li tkun identifikata l-preżenza ta’ nitrofurani jew il-metaboliti tagħhom skont id-Deċiżjoni 2002/657/KE.

Artikolu 3

(1)   B’deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ krustaċji li ma jkollhomx magħhom ir-riżultati tat-test analitiku sakemm l-Istat Membru ta’ importazzjoni jiżgura li kull kunsinna tgħaddi mill-verifiki xierqa kollha mal-wasla tagħha fuq il-fruntiera Komunitarja biex ikun żgurat li din mhijiex ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(2)   Il-kunsinni msemmija f’paragrafu 1 għandhom jinżammu mal-fruntiera Komunitarja sakemm it-testijiet tal-laboratorju juru li m’hemmx preżenza ta’ metaboliti tan-nitrofurani li taqbeż il-Limitu Minimu Komunitarju Mitlub ta’ Prestazzjoni (MRPL - Minimum Required Performance Limit) ta’ 1 μg/kg skont id-Deċiżjoni 2002/657/KE.

Artikolu 4

(1)   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni jekk it-test analitiku msemmi fl-Artikolu 3(2) jiżvela l-preżenza ta’ metaboliti tan-nitrofurani b’konċentrazzjoni li taqbeż il-limitu deċisiv (CC-alpha) tal-metodu analitiku ta’ konferma użat skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2002/657/KE.

(2)   Jekk it-test analitiku jiżvela l-preżenza ta’ nitrofurani jew tal-metaboliti tagħhom b’konċentrazzjoni li taqbeż l-MRPL tal-Komunità, il-kunsinni ma jistgħux jitpoġġew fis-suq.

(3)   Għall-fini tas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema rapida ta’ twissija għall-ikel u l-għalf stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(4)   Kull tliet xhur l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni rapport tar-riżultati kollha tat-testijiet analitiċi. Għandu jintuża l-format komuni ta’ rapport, stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)   Dan ir-rapport għandu jitressaq matul ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena (April, Lulju, Ottubru, u Jannar).

Artikolu 5

In-nefqa kollha li tkun saret biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħallsa mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent ta’ wieħed minnhom.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li jieħdu biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mill-Indja u abbażi tar-riżultati tat-testijiet analitiċi mwettqa mill-Istati Membri.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(4)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(5)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8.


ANNESS

FORMAT KOMUNI TAR-RAPPORT KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)

Ir-riżultati tal-kontrolli fuq kunsinni ta’ krustaċji mill-Indja fir-rigward tan-nitrofurani u l-metaboliti tagħhom

Tip ta’ krustaċji

Kodiċi tal-kampjun

Data tal-analiżi:

(jj/xx/ssss)

Riżultat

(μg/kg)

Cca tal-metodu ta’ konferma

> MRPL (1 μg/kg)

I/L

Deċiżjoni (Imwarrba/Mibgħuta lura/Meqruda/Impoġġija fis-suq)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


1.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Settembru 2009

l-estensjoni mingħajr limitazzjonijiet tar-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/728/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/660/KE (2), il-Kummissjoni tat rikonoxximent limitat lir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għal perjodu ta' tliet snin. Dan ir-rikonoxximent jingħata lil organizzazzjonijiet magħrufa bħala soċjetajiet tal-klassifikazzjoni, li jissodisfaw il-kriterji kollha minbarra dawk stipulati fil-Paragrafi 2 u 3 tat-Taqsima A “Ġenerali” tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (3). L-effetti ta' dan ir-rikonoxximent kienu limitati għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Repubblika Slovakka.

(2)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 94/57/KE. Il-valutazzjoni kienet imsejsa fuq ir-riżultati ta’ erba’ spezzjonijiet investigattivi mwettqa fl-2007 minn esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'konformità mal-Artikolu 2(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-amministrazzjonijiet tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Repubblika Slovakka kienu mistiedna jieħdu sehem f'din il-valutazzjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll is-sejbiet ta' żewġ spezzjonijiet oħra li saru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'April u Mejju tal-2009 sabiex jeżaminaw l-attivitajiet tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti waqt is-superviżjoni tal-kostruzzjoni ta' bastimenti ġodda u sabiex jivverifikaw l-azzjoni korrettiva implimentata mir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti bħala rispons għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

(3)

Fejn ġew identifikati nuqqasijiet, ir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti kien pront jimplimenta azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti f'ħafna mill-każijiet. In-nuqqasijiet li jifdal primarjament jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tiegħu, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kontroll tal-kwalità tat-tarzni u l-verifikazzjoni ta' kostruzzjonijiet ġodda, it-taħriġ u l-kwalifikazzjonijiet tal-istimaturi u t-trasferiment tal-klassi. Ir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għalhekk ġie mistieden ikompli jimplimenta l-azzjoni korrettiva f'dan is-sens. Minkejja s-serjeta tagħhom, dawn in-nuqqasijiet s'issa mhux qed jiddubitaw l-kwalità kumplessiva tas-sistemi prinċipali tal-organizzazzjoni u l-mekkaniżmi tal-kontroll.

(4)

Sadanittant, ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 daħal fis-seħħ. Dan jipprovdi li l-organizzazzjonijiet, li sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu kienu ngħataw rikonoxximent skont id-Direttiva 94/57/KE, għandhom iżommu dan ir-rikonoxximent. Dawk ir-rikonoxximenti jridu jiġu eżaminati mill-Kummissjoni sas-17 ta' Ġunju 2010, bil-ħsieb li jiġi deċiż jekk il-limitazzjonijiet għandhomx jinbidlu b'oħrajn jew jitneħħew.

(5)

It-tagħrif disponibbli għall-Kummissjoni msejjes fuq il-valutazzjoni u l-ispezzjonijiet li saru, juri li r-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti huwa ġeneralment konformi mar-rekwiżiti u l-obbligazzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 391/2009 fil-kummerċ kollu u fit-tipi kollha ta' bastimenti.

(6)

Abbażi tal-aħħar dejta ppubblikata mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Port mill-Istat, li jikkonċerna l-ispezzjonijiet imwettqa mill-partijiet firmatarji sal-2008, ir-rata ta’ detenzjoni tal-bastimenti għal raġunijiet marbutin maċ-ċertifikati maħruġin għalihom mir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti fil-perjodu 2006-2008 baqgħet 0,77 % tal-għadd totali ta' spezzjonijiet, filwaqt li r-rata medja għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kienet 0,34 %.

(7)

Fid-29 ta' Settembru 2009 għandha tidħol fis-seħħ estensjoni tar-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti sabiex tiżgura l-kontinwità tiegħu.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat COSS stabbilit skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rikonoxximent Komunitarju tar-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti qiegħed hawnhekk jiġi estiż mingħajr limitazzjonijiet b'effett mid-29 ta' Settembru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 272, 3.10.2006, p. 17.

(3)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.