ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.200.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 661/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan l-għan teżisti sistema komprensiva Komunitarja għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (3). |
(2) |
Dan ir-Regolament hu regolament separat għall-finijiet tal-proċedura Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip prevista mid-Direttiva 2007/46/KE. Għalhekk, l-Annessi IV, VI, XI u XV għal din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skont dan. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-proċedura sħiħa tal-approvazzjoni tat-tip ta’ stadju wieħed u tat-tip imħallat stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/46/KE. |
(4) |
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ ħafna elementi ta’ sikurezza u dawk ambjentali ġew armonizzati fil-livell Komunitarju sabiex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza fit-triq u ta’ protezzjoni ambjentali fil-Komunità kollha. |
(5) |
Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija Komunitarja tal-vetturi filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri li jeżerċitaw sorveljanza effettiva tas-suq biex tkun assigurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni dettaljata tat-tip f’dan ir-Regolament f’dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati. |
(6) |
Hu xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti kemm dwar is-sikurezza ġenerali ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tajers, minħabba d-disponibilità tas-sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li jtejbu fl-istess waqt is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-tajers. |
(7) |
Fuq talba tal-Parlament Ewropew, ġie applikat approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza ta’ vetturi u l-emissjonijiet tas-CO2 u ħsejjes minn tajers filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti b’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
(8) |
B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, komponenti u unitajiet tekniċi separati; li tiddefinixxi b’mod aktar preċiż l-karatteristiċi li tajer għandu jissodisfa biex jiġi definit bħala “tajer ta’ użu speċjali”, “tajer professjonali off-road”, “tajer imsaħħaħ”, “tajer extra load”, “tajer tax-xitwa”, “Spare tajer tip T għal użu temporanju” jew “traction tajer”; li tistipula r-rekwiżiti ta’ sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta’ merkanziji perikolużi fit-toroq bejn jew fl-Istati Membri; li teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi fi ħdan il-kategoriji M2, M3, N2 and N3 mill-obbligu li jinstallaw sistemi avvanzati ta’ brejking ta’ emerġenza u/jew sistemi ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata; li temenda l-valuri ta’ limitu dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir għal tajers bħala riżultat ta’ bdil fil-proċeduri tat-test, mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent; li tistabilixxi regoli dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ ħsejjes fit-tajers; li tqassar iż-żmien għall-bejgħ ta’ tajers li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u li temenda l-Anness IV biex jinkludi r-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti tal-UNECE) li huma obligatorji skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan li l-Komunità Ewropea taderixxi mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u parts li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (5). Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi, inter alia, jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(9) |
Barra l-inizjattiva attwali tal-Kummissjoni bil-għan li tiddefinixxi sistema ta’ gradazzjoni tat-toroq, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tressaq proposta dwar il-klassifikazzjoni tat-toroq tal-UE skont l-ammont ta’ storbju li jiġġeneraw li għandha tikkumplimenta it-tfassil ta’ mapep tal-istorbju fit-trasport bil-vetturi tal-mutur bil-għan li jiġu ffissati prijoritajiet xierqa u rekwiżiti tal-uċuħ tat-toroq u l-iffissar ta’ limiti massimi ta’ storbju fit-toroq. |
(10) |
Progress tekniku fil-qasam tas-sistemi avvanzati ta’ sikurezza għal vetturi joffri possibbiltajiet ġodda għal tnaqqis fin-numru tal-vittmi. Sabiex jiġi minimizzat l-għadd ta’ vittmi jeħtieġ li jiġu introdotti xi wħud minn dawn it-teknoloġiji ġodda rilevanti. |
(11) |
L-użu obbligatorju u konsistenti tal-aktar teknoloġiji moderni ta’ manifattura ta’ tajers u ta’ tajers b’resistenza baxxa għat-tidwir se jkun essenzjali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra tat-traffiku bit-triq fis-settur tat-trasport, filwaqt li fl-istess ħin jiġu promossi l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija Komunitarja tal-vetturi. |
(12) |
Sabiex tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21, ikun xieraq li jiġu mħassra diversi Direttivi mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-utenti tat-triq. Ir-rekwiżiti definiti f’dawn id-Direttivi għandhom jitpoġġew f’dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti, fejn xieraq, b’referenzi għal regolamenti korrispondenti tal-UNECE, kif inkorporati fil-liġi Komunitarja skont id-Deċiżjoni 97/836/KE. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip ikun xieraq li l-produtturi tal-vetturi jitħallew jagħmlu approvazzjoni tat-tip għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun il-każ, direttament billi tinkiseb approvazzjoni skont ir-Regolament rilevanti tal-UNECE kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Hu xieraq li vetturi jiġu disinjati, mibnija u montati b’mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għall-okkupanti tagħhom u l-utenti l-oħra tat-triq. Għal dan l-għan, hu neċessarju li l-manifatturi jiżguraw li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentattivi tiegħu. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhux ikunu limitati għal, rekwiżiti relatati mal-integrità strutturali tal-vettura, sistemi ta’ għajnuna fil-kontroll tal-vettura mis-sewwieq, sistemi li jipprovdu lis-sewwieq viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u tal-inħawi madwar il-vettura, is-sistemi ta’ dwal tal-vetturi, is-sistemi ta’ protezzjoni tal-okkupant, il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura, il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vettura, it-tajers tal-vettura u s-sistemi avvanzati tal-vettura u aspetti varji oħra. Barra minn hekk, hu neċessarju li l-vetturi jikkonformaw ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ ċerti vetturi ta’ merkanzija u t-trejlers tagħhom, jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-karozzi tal-linja, skont il-każ. |
(14) |
L-iskeda taż-żmien għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi għandha tieħu kont tal-fattibilità teknika ta’ dawn ir-rekwiżiti. B’mod ġenerali, ir-rekwiżiti għandhom inizjalment japplikaw biss għal tipi ġodda ta’ vetturi. It-tipi ta’ vetturi li diġà jeżistu għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti. Barra minn hekk, stallazzjoni mandatorja ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha inizjalment tapplika biss għall-vetturi tal-passiġġieri. Stallazzjoni mandatorja ta’ strumenti avvanzati oħra ta’ sikurezza għandha inizjalment tapplika biss għal vetturi kbar tal-merkanzija. |
(15) |
Il-Kummissjoni għandha tkompli tevalwa l-fattibilità teknika u ekonomika u l-maturità tas-suq ta’ karatteristiċi avvanzati oħra ta’ sikurezza, u tippreżenta rapport, inkluż, jekk ikun xieraq, proposti għal emendi ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Diċembru 2012, u wara, darba kull tliet snin. |
(16) |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fattibilità li testendi l-istallazzjoni obbligatorja ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, sistemi ta’ twissija ta’ ħruġ mil-karreġġata u sistemi avvanzati għall-brejking f’emerġenza, għal kategoriji oħra ta’ vetturi u, fejn xieraq, tipproponi emenda għal dan ir-Regolament. |
(17) |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm hu fattibbli li jissaħħu r-rekwiżiti tal-irbit fl-imxarrab għat-tajers, u jekk xieraq, tipproponi emenda għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw sorveljanza effettiva tas-suq. |
(18) |
Il-potenzjal kollu li tiżdied is-sikurezza, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 u jonqos l-istorbju tat-traffiku jista’ jinkiseb biss flimkien ma’ skema tal-ittikettar bil-għan li l-konsumatur ikun infurmat dwar il-prestazzjoni tat-tajers. |
(19) |
Ikun xieraq li jiġu implimentati l-miżuri mħabbra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 bit-titolu “Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief” li għandhom l-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tajers. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq billi jiġu kumbinati tajers b’resistenza baxxa ta’ tidwir mal-użu ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers. Fl-istess waqt, hu xieraq ukoll li jiġu definiti rekwiżiti bl-għan li jitnaqqsu l-ħsejjes tat-tajers u rekwiżiti għall-irbit fl-imxarrab li jiżguraw li jinżammu l-livelli tas-sikurezza tat-tajers. L-iskeda taż-żmien tal-implimentazzjoni relatata għandha tirrifletti l-livell tal-isfida biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti kollha. B’mod partikolari, minħabba l-isfida biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir u meta jiġi kunsidrat iż-żmien meħtieġ mill-industrija biex jiġu sostitwiti l-mudelli tat-tajers eżistenti, ikun xieraq li jingħata perjodu aktar fit-tul għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir fir-rigward ta’ tajers ġodda ta’ tipi eżistenti. |
(20) |
Ċerti kategoriji ta’ tajers, inklużi tajers professjonali off-road li huma suġġetti għal restrizzjoni ta’ veloċità u tajers intenzjonati biss għal vetturi reġistrati qabel l-1990, probabbilment jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar ħafna. Għalhekk, ikun xieraq li kategoriji ta’ tajers jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentazzjoni, fejn rekwiżiti ta’ dan it-tip huma inkompatibbli mal-użu tat-tajers, jew fejn il-piż addizzjonali impost minn dawn ir-rekwiżiti hu sproporzjonat. |
(21) |
F’dak li jirrigwarda t-tajers b’wiċċ ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni xierqa ta’ dan is-settur ta’ negozju, billi tinvolvi l-partijiet interessati u tevalwa jekk hemmx xi ħtieġa li jkun adattat ir-reġim regolatorju. |
(22) |
Ikun xieraq li jiġu stabbiliti eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ xi valuri ta’ limitu ta’ reżistenza għat-tidwir jew tal-ħoss tat-tidwir għal ċerti kategoriji speċifiċi ta’ tajers, sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tagħhom tad-disinn u l-prestazzjoni. B’mod partikulari, ikun xieraq li jiġu stabbiliti eċċezzjonijiet għat-tajers maħsuba biex ikollhom prestazzjoni mtejba fit-traction u fil-brejking f’kundizzjonijiet severi ta’ borra. |
(23) |
Tajers ta’ użu speċjali huma użati fuq vetturi li jidħlu f’siti ta’ kostruzzjoni, fejn isir qtugħ ta’ siġar u attivitajiet tal-minjieri u għalhekk huma mfassla sabiex jagħtu prestazzjoni off-road aqwa minn tajers maħsuba biss għall-użu fuq it-triq. Biex tinkiseb din il-prestazzjoni dawn it-tajers huma mmanifatturati b’materjali li jippermettulhom li jirreżistu għall-ħsara aktar minn tajers normali u jkollhom block tread pattern. Billi ż-żewġ elementi essenzjali fid-disinn jikkawżaw tajers ta’ użu speċjali jiġġeneraw ħoss aktar qawwi minn tajers normali, dawn għandhom jitħallew li jarmu aktar storbju minn tajers normali. |
(24) |
Is-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll tal-Istabbiltà, is-Sistemi Avvanzati għal Brejking f’Emerġenza u s-Sistemi ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-karreġġata għandhom potenzjal għoli li jirriżultaw fi tnaqqis konsiderevoli ta’ vittmi. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi ta’ din ix-xorta mill-Kummissjoni konformement mar-regolamenti tal-UNECE għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi fejn l-applikazzjoni tagħhom tkun xierqa u li għalihom jintwera li jkunu se jtejbu l-livell ġenerali ta’ sikurezza. Qabel l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed li jippermetti li l-miżuri ta’ implimentazzjoni ikunu adottati u li sussegwentement isir l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji kumplessi fil-vettura. |
(25) |
B’effett mill-2011 għall-approvazzjonijiet tat-tip, u mill-2014 għall-vetturi ġodda, l-iskadenzi ta’ implimentazzjoni għat-tgħammir obligatorju ta’ sistemi elettroniċi ta’ kontroll fuq vetturi tqal għandhom isegwu d-dati stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(26) |
Sakemm jiġu introdotti sistemi elettroniċi għall-kontroll tal-Istabilità, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri u tagħmel kampanji biex tipprovdi informazzjoni dwar l-effettività tagħhom u biex tippromwovi l-bejgħ tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-iżviluppi tal-prezzijiet biex taċċerta li l-prezz ta’ vetturi ġodda ma jkunx qed jiżdied b’mod sproporzjonat b’riżultat tal-fatt li jkunu ġew mgħammra biex jilħqu l-istandards ġodda għas-sikurezza. |
(27) |
Miżuri futuri proposti fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament jew proċeduri li jkunu implimentati fl-applikazzjoni tiegħu għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 bit-titolu “Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Vetturi għas-Seklu 21”. Partikolarment, għall-finijiet ta’ regolamentazzjoni aħjar u ta’ simplifikazzjoni u sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġornament kostanti tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar kwistjonijiet ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, dan ir-Regolament għandu jagħmel referenzi għal standards u regolamenti internazzjonali eżistenti mingħajr ma jirrepetihom fil-qafas legali Komunitarju. |
(28) |
Hu importanti li l-ispare parts tas-sistemi koperti b’dan ir-Regolament ikunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta’ sikurezza u ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni. Għalhekk ikun xieraq li tiġi prevista l-approvazzjoni ta’ spare parts u ta’ unitajiet tekniċi separati. |
(29) |
L-Istati Membri għandhom jistabilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(30) |
Dan ir-Regolament jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal tagħrif dwar it-tiswija tal-vetturi u dwar il-manutenzjoni (6), u r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jiffissa standards ta’ emissjonijiet għall-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-istrateġija integrata tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn vetturi ħfief (7). B’mod partikulari, il-miżuri ta’ dan ir-Regolament dwar it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu marbuta kemm jista’ jkun mal-miżuri addizzjonali għall-ilħuq ta’ tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2 fuq il-bażi tal-mira ta’ 130 g emmissjonijiet tas-CO2. |
(31) |
Il-Kummissjoni għandha eventwalment tipproponi, bħala parti minn approċċ aktar integrat, emendi ulterjuri għal dan ir-Regolament jew tippreżenta proposti oħra skont studju komprensiv tal-impatt li jindirizza l-miżuri addizzjonali l-oħra kollha possibbli immirati lejn l-ilħuq tal-għanijiet mixtieqa ta’ emissjonijiet ta’ CO2, u li jkopri teknoloġiji oħra disponibbli fis-suq, inklużi teknoloġiji biex it-tajers iżommu l-pressjoni, titjib fl-uċuħ tat-toroq u kull teknoloġija ġdida oħra rilevanti, kif ukoll rekwiżiti rigward l-effiċjenza tal-arja kondizzjonata li għandhom jew jista’ jkollhom effett ċar fuq ir-reżistenza tat-tajers għat-tidwir u/jew fuq l-ekonomija tal-vettura f’termini ta’ fjuwil u fuq l-emissjonijiet ta’ CO2. |
(32) |
Għandu jiġi implimentat aproċċ koerenti u komprensiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju fit-toroq. Fir-rigward tal-kontribut sinifikanti tal-uċuħ tat-toroq għall-istorbju fit-toroq, bħalissa qed jiġi rivedut l-ISO 10844 u għandu jitqies f’dan il-kuntest mal-objettiv li l-uċuħ tat-toroq jittejbu ulterjorment. Sabiex itejbu l-uċuħ tat-toroq tagħhom l-Istati Membri għandhom jinvestu b’mod aktar sostanzjali fl-istandards ISO eżistenti. Barra minn hekk għandha tiġi żviluppata politika komprensiva dwar l-emissjonijiet ta’ ħsejjes li tkopri s-sistemi kollha ta’ trasport inkluż l-istorbju tal-avjazzjoni u l-istorbju ferrovjarju apparti l-istorbju tat-trasport bit-triq. |
(33) |
B’effett mid-dati tal-applikazzjoni għal vetturi ġodda, spare parts ġodda u unitajiet tekniċi separati tar-rekwiżiti rilevanti definiti f’dan ir-Regolament, għandhom għalhekk jiġu mħassra d-Direttivi li ġejjin:
|
(34) |
Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twettiq tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi bil-mutur u tat-tajers ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, i l-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti:
(1) |
għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, fir-rigward tas-sikurezza tagħhom, |
(2) |
għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur, fir-rigward tas-sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, fir-rigward tas-sikurezza, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 u, fir-rigward tal-indikaturi tal-qlib tal-ger, fir-rigward tal-effiċjenza tagħhom tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2; u |
(3) |
għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza tagħhom u tal-prestazzjoni tar-reżistenza tagħhom għat-tidwir u tal-emissjonijiet ta’ ħsejjes tat-tidwir tagħhom. |
Artikolu 2
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M, N u O u s-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom, kif definiti fit-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE bla ħsara għall-Artikoli 5 sa 12 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“kontroll elettroniku tal-istabbiltà” jfisser funzjoni ta’ kontroll elettroniku għal vettura li jtejjeb l-istabbiltà dinamika tal-vettura; |
(2) |
“vettura M2 jew M3 tal-Klassi I” tfisser vettura M2 jew M3 li tesa’ aktar minn 22 passiġġier apparti s-sewwieq u li hija mibinja b’żoni għal passiġġieri bil-wieqfa, biex jitħalla li jkun hemm ċaqliq frekwenti tal-passiġġieri; |
(3) |
“vettura M2 jew M3 tal-Klassi A” tfisser vettura M2 jew M3 li tesa’ anqas minn 22 passiġġier apparti s-sewwieq u li hija mibinja sabiex iġġorr passiġġieri bil-wieqfa; u li jkollha s-sedili u faċilitajiet għal passiġġieri bil-wieqfa; |
(4) |
“sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata” tfisser sistema li tavża lis-sewwieq b’moviment mhux intenzjonat tal-vettura 'l barra mill-karreġġata li fih tkun qed tivvjaġġa; |
(5) |
“sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza” tfisser sistema li tista’ awtomatikament tindika sitwazzjoni ta’ emerġenza u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li ħabta tiġi evitatat jew imnaqqsa; |
(6) |
“indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija” jfisser numru jew tnejn li jindikaw il-piż li t-tajer jista’ jġorr kemm meta jkun singlu jew doppju bil-veloċità li tikkorrispondi mal-kategorija assoċjata tal-veloċità u meta jitħaddem skont ir-rekwiżiti li jiddefinixxu l-użu speċifikat mill-manifattur; |
(7) |
“sistema għal monitoraġġ tal-pressjoni” tfisser sistema ffittjata f’vettura, li tkun tista’ tikkalkula l-pressjoni tat-tajers jew il-varjazzjoni tal-pressjoni matul il-ħin u li titrażmetti informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun tiġri; |
(8) |
“tajer ta’ użu speċjali” jfisser tajer intenzjonat għal diversi użi, kemm fit-toroq jew le, jew għal użu speċjali ieħor; |
(9) |
“tajer professjonali off-road” jfisser tajer għal użu speċjali prinċipalment f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta ħafna; |
(10) |
“tajer imsaħħaħ” jew “tajer li jiflaħ piż miżjud” ifisser tajer pnewmatiku bl-istruttura ta’ C1 fejn il-qafas huwa ddisinjat biex iġorr piż akbar mit-tajer standard ekwivalenti; |
(11) |
“tajer tax-xitwa” ifisser tajer li d-disinn tal-irfis, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu huma primarjament iddisinjati li jwettqu f’kundizzjonijiet ta’ silġ prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidu jew iż-żamma tas-sewqan tal-vettura; |
(12) |
“spare tajer tip T għal użu temporanju” jfisser spare tajer għal użu temporarju disinjat għal użu bi pressjoni ta’ nefħa ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati; |
(13) |
“traction tajer” ifisser tajer tal-klassijiet C2 jew C3 bl-iskrizzjoni “M + S” jew “M.S.” jew “M&S” u maħsub li jiġi ffittjat mal-fus/ijiet tas-sewqan tal-vettura; |
(14) |
“utent stradali mhux protett” ifisser nies mixjin fit-triq, ċiklisti u sewwieqa ta’ mutur; |
(15) |
“indikatur tal-bdil tal-gerijiet” jew “GSI” ifisser indikatur viżibbli li jissuġġerixxi lis-sewwieq li jbiddel il-ger; |
(16) |
“gerbox manwali” tfisser gerbox li tista’ titħaddem f’mod fejn it-tibdil bejn il-gerijiet kollha, jew uħud minnhom, huwa dejjem konsegwenza immedjata ta’ azzjoni tas-sewwieq, irrilevanti mill-mod kif inhi implimentata fiżikament; d in id-definizzjoni ma tkoprix is-sistemi fejn is-sewwieq jista’ biss jagħżel minn qabel ċerta strateġija ta’ tibdil ta’ gerijiet jew jillimita n-numru ta’ gerijiet disponibbli għas-sewqan, iżda t-tibdil attwali tal-gerijiet jirriżulta indipendement mid-deċiżjoni tas-sewwieq, skont ċerti xejriet tas-sewqan. |
KAPITOLU II
OBBLIGI TAL-MANIFATTURI
Artikolu 4
Obbligi Ġenerali
1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħin, reġistrati jew mqegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
2. Il-manifatturi jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistemi kollha, u l-istallazzjoni tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kollha koperti minn dan ir-Regolament, jew għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ waħda jew aktar mis-sistemi, u l-istallazzjoni ta’ waħda jew aktar mill-komponenti jew waħda jew aktar mill-unitajiet tekniċi separati koperti minn dan ir-Regolament. L-approvazzjoni tat-tip skont ir-regolamenti UNECE elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu kkunsidrati bħala approvazzjoni tat-tip KE skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
3. Il-manifatturi għandhom juru li sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi ġodda kollha mibjugħin jew mqegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
Artikolu 5
Rekwiżiti ġenerali u testijiet
1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u montati b’mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti oħra tat-triq.
2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentattivi tiegħu, inklużi r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’:
(a) |
l-integrità tal-istruttura tal-vettura, inklużi testijiet ta’ impatt; |
(b) |
is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, inklużi l -isteering, l-ibbrekjar u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà; |
(c) |
is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-karozza u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta’ informazzjoni għas-sewwieq; |
(d) |
is-sistemi ta’ dwal tal-vettura; |
(e) |
il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistriħ ir-ras, iċ-ċintorini tas-sigurtà, it-twaħħil tal-“ISOfix” jew strumenti integrati għall-kontroll tat-tfal u bibien tal-vettura; |
(f) |
l-estern u l-aċċessorji tal-vettura; |
(g) |
il-kompatibilità elettromanjetika; |
(h) |
l-apparat ta’ twissija li jinstema’; |
(i) |
is-sistemi tas-sħana; |
(j) |
tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat; |
(k) |
is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-vettura; |
(l) |
il-piżijiet u d-dimensjonijiet; |
(m) |
is-sikurezza elettrika; |
(n) |
indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet. |
3. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-vetturi u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi, kif speċifikat fl-Anness I.
Artikolu 6
Rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ ċerti vetturi f’kategoriji N u O
1. Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9, 10 u 12 u l-miżuri implimentattivi tagħhom, il-vetturi fil-kategoriji N u O għandhom, fejn rilevanti, jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u l-miżuri implimentattivi tagħhom.
2. Il-vetturi fil-kategoriji N2 u N3 għandhom jinbnew b’mod li jiżguraw li, f’każ ta’ ħabta wiċċ imb’wiċċ ma’ karozza oħra, ir-riskju ta’ korriment għal okkupant ta’ vettura li tidħol taħt vettura akbar jiġi minimizzat.
3. Il-vetturi fil-kategoriji N2, N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiżguraw li, f’każ li l-vettura tintlaqat mill-ġenb minn utent stradali mhux protett, jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għal dak l-utent stradali mhux protett minħabba li jista’ jidħol taħt il-karozza.
4. Il-kabina tal-karozza jew l-ispazju provdut għas-sewwieq u l-passiġġieri għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex joffri protezzjoni lill-okkupanti f’każ ta’ impatt, filwaqt li jitqies ir-Regolament 29 tal-UNECE.
5. Il-vetturi fil-kategorija N2, N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiġi minimizzat l-effett ta’ titjir ta’ ilma mill-vettura fuq il-viżibilità ta’ vetturi oħrajn fit-triq.
Artikolu 7
Rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ vetturi f’kategoriji M2 u M3
1. Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9, 10 u 12 u l-miżuri implimentattivi tagħhom, il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u l-miżuri implimentattivi tagħhom.
2. Il-kapaċità ta’ ġarr ta’ vettura, inklużi passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa u l-utenti fuq wheelchair, għandha tkun adatta għall-massa, daqs u konfigurazzjoni tal-vettura.
3. Ix-xasijiet tal-vetturi għandhom jiġu disinjati u mibnija biex jippermettu lill-vettura li topera b’mod sikur u stabbli, anki meta tkun mgħobbija kollha. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu żgurati aċċess u ħruġ sikur mill-vettura partikolarment f’każ ta’ emerġenza.
4. Il-vetturi ta’ Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b’mobilità nieqsa inklużi l-utenti ta’ wheelchairs.
5. Il-materjali użati fil-bini minn ġewwa tal-karrozzerija ta’ karozza tal-linja u coach għandhom kemm jista’ jkun possibbli jevitaw jew tal-anqas jittardjaw l-iżvilupp ta’ fjammi sabiex jippermettu lill-okkupanti li jevakwaw il-vettura f’każ ta’ nirien.
Artikolu 8
Klassifikazzjoni ta’ tajers
1. It-tipi ta’ tajers għandhom jiġu klassifikati kif ġej:
(a) Tajers tal-Klassi C1- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M1, O1 u O2;
(b) Tajers tal-Klassi C2- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N, O3 u O4 b’indiċi ta’ kapaċità ta’ tagħbija f’formazzjoni singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta’ veloċità ≥ “N”;
(c) Tajers tal-Klassi C3- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, O3 u O4 ma’ wieħed mill-indiċijiet tal-kapaċità ta’ tagħbija li ġejjin:
(i) |
l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija f’forma singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta’ veloċità ≤ “M”; |
(ii) |
l-indiċi tal-kapaċità f’forma singla ≥ 122. |
Tajer jista’ jiġi klassifikat f’aktar minn klassi waħda sakemm jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ kull klassi li fiha jiġi klassifikat.
2. Għandhom japplikaw il-lista tal-indiċijiet tal-kapaċità ta’ tagħbija u l-massi korrispondenti tagħhom inklużi fir-Regolamenti Nru 30 u 54 u tal-UNECE.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tajers ta’ vetturi, l-istallazzjoni ta’ tajers u sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers
1. It-tajers kollha provduti bħala parti mit-tagħmir ta’ vettura, inkluż fejn adatt, kull spare tajer, għandhom ikunu adatti għal użu fuq il-vettura li għaliha kienu intenzjonati, partikolarment fir-rigward tad-dimensjonijiet, il-veloċità u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tagħbija tagħhom.
2. Il-vetturi fil-kategoriji M1 għandhom ikunu attrezzati b’sistema preċiża għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, li tkun kapaċi, jekk ikun meħtieġ, li tavża lis-sewwieq minn ġewwa l-vettura stess, meta jkun hemm xi telf ta’ pressjoni f’xi tajer, fl-interess tal-konsum tajjeb ta’ fjuwil u s-sikurezza fit-toroq. Sabiex jinkiseb dan, għandhom jiġu stipulati limiti xierqa fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li barra minn hekk għandhom jippermettu li jkun hemm approċċ newtrali f’termini ta’ teknoloġija u effettiv f’termini ta’ spejjeż fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers.
3. It-tajers C1 kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-irbit fl-imxarrab inklużi fil-Parti A tal-Anness II.
4. It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir inklużi fil-Parti B tal-Anness II.
5. It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-ħsejjes misjuba fil-Parti C tal-Anness II.
6. Il-paragrafi 3, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) |
tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa; |
(b) |
tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar; |
(c) |
Spare tajers tat-tip T għal użu temporarju; |
(d) |
tajers disinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel 1 ta’ Ottubru 1990; |
(e) |
tajers li jitwaħħlu ma’ strumenti addizzjonali biex tittejjeb il-ħila tal-qbid. |
7. Ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness II ma għandhomx japplikaw għal tajers professjonali off-road.
Artikolu 10
Sistemi avvanzati ta’ vetturi
1. Suġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 14(3)(a), il-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom sistema avvanzata għal brejking f’emerġenza li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
2. Suġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 14(3)(a), il-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.
Artikolu 11
Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet
Il-vetturi tal-kategoriji M1 b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li huma mgħammra b’gerbox manwali għandhom ikunu mgħammra b’indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu.
Artikolu 12
Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll tal-Istabbilità
1. Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b’Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Istabilità li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu.
2. Ħlief għall-vetturi “off-road”, kif definit fil-punti 4.2 u 4.3 tat-taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vetturi li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’sistema elettronika tal-kontroll tal-istabilità li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu:
(a) |
vetturi fil-kategoriji M2 u M3, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, xarabanks u kowċis artikulati, u xarabanks tal-Klassi I u tal-Klassi A; |
(b) |
vetturi fil-kategoriji N2 u N3, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, trakters għal semitrejlers b’massa grossa tal-vettura ta’ bejn it-3,5 u s-7,5 tunnellati, u vetturi ta’ użu speċjali, kif definit fil-paragrafi 5.7 u 5.8 tat-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(c) |
vetturi fil-kategoriji O3 u O4 mgħammra b’suspension bl-arja, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, trejlers għat-trasport ta’ massa eċċezzjonali u trejlers b’żoni għal passiġġieri bilwieqfa. |
KAPITOLU III
OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 13
Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati
1. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għar-raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1, li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Wara d-dati ta’ implimentazzjoni stabbiliti fit-tabella 1 tal-Anness V, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għar-raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
2. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu, għar-raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi u tat-tajers koperti fl-Artikoli 5 sa 8, Artikolu 9(2) u Artikolu 11:
(a) |
approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji speċifikati f’dawn l-Artikoli u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u |
(b) |
approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-KE fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati intenzjonati għal tali vetturi meta tali komponenti jew unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
3. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, l-awtoritjajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal-raġunijiet relatati mal-oqsma tat-tajers koperti mill-Artikolu 9(1) u (3) sa (7) u l-Anness II, bl-eċċezzjoni tar-resistenza tat-tidwir definiti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, li jagħtu approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-KE li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
B’effett mill-1 ta’ Novembru 2013, l-awtoritjajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tat-tajers koperti mill-Artikolu 9(1) u (3) sa (7) u l-Anness II, bl-eċċezzjoni tal-valuri tar-resistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
4. Wara d-dati ta’ implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
5. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vettura u tat-tajers koperti mill-Artikoli 5,6,7 u 8, Artikolu 9(1) sa (4), Artikolu 11, Artikolu 12(1) u l-Partijiet A u B tal-Anness II, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu għal tajers C3 u l-valuri limitu ta’ reżistenza tat-tidwir definiti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:
(a) |
jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji speċifikati f’dawk l-Artikoli bħala mhux aktar validi, għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u |
(b) |
jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
6. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħsejjes tat-tidwir tat-tajers, u fir-rigward ta’ tajers C3, anke għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:
(a) |
jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u |
(b) |
jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
7. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE lill-unitajiet komponenti/separati tekniċi fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ tajers li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II.
8. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2017 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ vettura ġodda tal-kategoriji M, N u O, li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II.
9. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers C1 u C2 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:
(a) |
jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u |
(b) |
jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
10. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2020, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom:
(a) |
għal raġunijiet relatati mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers C3 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u |
(b) |
jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu ta’ reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II. |
11. Tajers C1, C2 u C3 li kienu manifatturati qabel id-dati stabbiliti fil-paragrafi 5, 6, 9 u 10 u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Anness II, jistgħu jinbiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx 30 xahar minn dawk id-dati.
12. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2013 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi koperti fl-Artikolu 10, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, fejn dawn il-vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
13. B’effett mill-1 ta’ Novembru 2015, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-vetturi koperti fl-Artikolu 10, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
14. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi b’approvazzjoni tat-tip qabel id-dati msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u għandhom ikomplu jestendu l-għoti ta’ approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi skont it-termini tal-att regolatorju li permezz tiegħu dawn kienu oriġinalment mogħtija, sakemm ir-rekwiżiti li japplikaw għal tali vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi ma ġewx emendati jew ma żdidux rekwiżiti ġodda b’dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz u għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet tat-tip KE lill-komponenti ta’ bdil u lill-unitajiet separati tekniċi, bl-eċċezzjoni ta’ spare tajers, intenzjonati għal approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi qabel id-data msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3 skont it-termini tal-att regolatorju li permezz tiegħu dawn kienu oriġinalment permessi jew mogħtija.
15. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 14, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skont l-Artikolu 14, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza ta’ vetturi u ta’ tajers koperti mill-Artikoli 5 sa 12:
(a) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip ta’ unitajiet komponent/separat tekniċi tal-KE lill-tip ġdid ta’ komponent jew unità separata teknika, meta tali vettura, komponent jew unita’ separata teknika tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; jew |
(b) |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fl-użu ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew t-tqegħid fis-servizz ta’ komponent jew unità separata teknika, jekk il-vettura, il-komponent jew l-unità separata teknika konċernati jkunu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
KAPITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 14
Miżuri implimentattivi
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:
(a) |
regoli dettaljati rigward il-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u komponenti u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12; |
(b) |
regoli dettaljati rigward rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta’ merkanzija perikoluża fit-toroq fl-Istati Membri jew bejn Stat Membru u ieħor, filwaqt li jitqies ukoll ir-Regolament UNECE 105; |
(c) |
definizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi fiżiċi u tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni li tajer għandu jissodisfa biex jiġi definit bħala “tajer ta’ użu speċjali”, “tajer professjonali off-road”, “tajer imsaħħaħ”, “tajer extra load”, “tajer tax-xitwa”, “Spare tajer tip T għal użu temporanju” jew “traction tajer” skont il-punti 8 sa 13 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3; |
(d) |
miżuri li jemendaw il-valuri ta’ limitu dwar reżistenza tad-tidwir u l-ħsejjes tad-tidwir stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness II safejn dan ikun meħtieġ bħala riżultat tat-tibdil fil-proċeduri tat-testijiet u mingħajr ma jitbaxxa il-livell tal-protezzjoni tal-ambjent; |
(e) |
regoli dettaljati dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli tal-ħoss imsemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness II; |
(f) |
miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jinkludu r-Regolamenti UNECE li huma obbligatorji skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 97/836/KE. |
2. Il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Il-miżuri relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2011.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:
(a) |
miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi avvanzati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 10, wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju u wara li jkun ikkunsidrati l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi tal-vetturi konċernati; |
(b) |
sal-31 ta’ Diċembru 2010, u fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju, il-miżuri tat-tqassir tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(11), li jistgħu jkunu differenzjati skont il-klassi jew il-kategorija tat-tajers kkonċernati. |
4. Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 15
Il-Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku - Vetturi Motorizzati (TCMV) stabbilit mill-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
Penali għan-nuqqas ta’ konformità
1. Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali ffissati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Frar 2011 jew, kif xieraq, fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni relevanti u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
2. It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu:
(a) |
dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal revoka; |
(b) |
falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip; |
(c) |
iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip. |
Artikolu 17
Ir-rappurtar
Sal-1 ta’ Diċembru 2012 u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għall-emendament ta’ dan ir-Regolament jew ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra rigward l-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ sikurezza oħra ġodda.
Artikolu 18
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi IV, VI, XI u XV tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 19
Tħassir
1. Id-Direttivi 70/221/KEE, 70/222/KEE, 70/311/KEE, 70/387/KEE, 70/388/KEE, 71/320/KEE, 72/245/KEE, 74/60/KEE, 74/61/KEE, 74/297/KEE, 74/408/KEE, 74/483/KEE, 75/443/KEE, 76/114/KEE, 76/115/KEE, 76/756/KEE, 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/389/KEE, 77/538/KEE, 77/539/KEE, 77/540/KEE, 77/541/KEE, 77/649/KEE, 78/316/KEE, 78/317/KEE, 78/318/KEE, 78/549/KEE, 78/932/KEE, 89/297/KEE, 91/226/KEE, 92/21/KEE, 92/22/KEE, 92/24/KEE, 92/114/KEE, 94/20/KE, 95/28/KE, 96/27/KE, 96/79/KE, 97/27/KE, 98/91/KE, 2000/40/KE, 2001/56/KE, 2001/85/KE, 2003/97/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Novembru 2014.
2. Id-Direttiva 92/23/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mill-1 ta’ Novembru 2017.
3. Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
L-Artikoli 13(15) u 14 u l-punti 1(a)(iii), 1(b) (iii), 1(b)(iv), 2(c), 3(a)(iii), 3(b)(iii), 3(c)(iii), 3(d)(iii), 3(e)(iii) u 3(f)(i) tal-Anness III għandhom japplikaw mill-20 ta’ Awwissu 2009.
Il-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i), 3(d)(i), 3(e)(i) u 3(f)(ii) tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014.
Il-punti 1(a)(ii), 1(b)(ii), 2(b), 3(a)(ii), 3(b)(ii), 3(c)(ii), 3(d)(ii), 3(e)(ii) u l-punt 4 tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) Opinjoni tal-14 ta’ Jannar 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(6) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(10) ĠU L 133, 18.6.1970, p. 10.
(11) ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5.
(12) ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12.
(13) ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.
(14) ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15.
(15) ĠU L 38, 11.2.1974, p. 2.
(16) ĠU L 38, 11.2.1974, p. 22.
(17) ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16.
(18) ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1.
(19) ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4.
(20) ĠU L 196, 26.7.1975, p. 1.
(21) ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1.
(22) ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6.
(23) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.
(24) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.
(25) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.
(26) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.
(27) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.
(28) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.
(29) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.
(30) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 41.
(31) ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.
(32) ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.
(33) ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.
(34) ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95.
(35) ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1.
(36) ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3.
(37) ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27.
(38) ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49.
(39) ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.
(40) ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1.
(41) ĠU L 124, 5.5.1989, p. 1.
(42) ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.
(43) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 1.
(44) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11.
(45) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.
(46) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154.
(47) ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.
(48) ĠU L 195, 29.7.1994, p. 1.
(49) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1.
(50) ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.
(51) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 7.
(52) ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.
(53) ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25.
(54) ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9.
(55) ĠU L 292, 9.11.2001, p. 21.
(56) ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1.
(57) ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1.
ANNESS I
Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) u (2)
Suġġett |
Applikabilità |
|||||||||
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|
Tankijiet tal-fjuwil/apparat protettiv posterjuri |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Pjanċa ta’ reġistrazzjoni posterjuri |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Sforz għad-dawrien tal-istering |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Lukketti u ċappetti tal-bibien |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
Twissija li tinstema’ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Apparat għall-viżjoni indiretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Ibbrejkjar |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Interferenza tar-radju (kompatibilità elettromanjetika) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Aċċessorji ta’ ġewwa |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Apparat kontra s-serq u immobilizzatur |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Sistema li tipproteġi s-sewwieq mill-istering |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
Saħħa tas-sijts |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Sporġenzi esterni |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Spidometru |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Pjanċi (statutarji) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Installazzjoni ta’ dwal u apparat ta’ sinjalazzjoni bid-dawl |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Retrorifletturi |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fanali ‘End-outline’, fanali anterjuri (fuq il-ġenb), fanali posterjuri (fuq il-ġenb), fanali tal-waqfien, fanali li jimmarkaw il-ġenb, fanali li jkunu mixgħula l-ħin kollu |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Indikaturi tad-direzzjoni |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni posterjuri |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fanali ta’ quddiem (inklużi l-bozoz) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Fanali taċ-ċpar anterjuri |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Ganċijiet tal-irmunkar |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Fanali taċ-ċpar posterjuri |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fanali tar-rivers |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fanali tal-parking |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta’ lqugħ |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Kamp viżiv |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
|
Sistemi li jneħħu s-silġ u l-fwar minn fuq il-ħġieġ |
X |
|
|
|
|
|||||
Sistemi ta’ ħasil/wajpers |
X |
|
|
|
|
|||||
Sistemi tas-sħana |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Protezzjoni tar-roti |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tagħmir biex iżomm u jipproteġi r-ras |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Protezzjoni laterali |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
X |
X |
Sistemi li jrażżnu t-titjir tal-ilma |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
X |
X |
Ħġieġ tas-sikurezza |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Tajers |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Sistemi li jillimitaw il-veloċità |
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
|
|
Piżijiet u dimensjonijiet |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Sporġenzi esterni tal-kabini |
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
Couplings |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X (3) |
X |
X |
X |
X |
Fjammabilità |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
Xarabanks u coaches |
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
Daqqa minn quddiem |
X (4) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Daqqa mill-ġenb |
X (5) |
|
|
X (5) |
|
|
|
|
|
|
Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża |
|
|
|
X (6) |
X (6) |
X (6) |
X (6) |
X (6) |
X (6) |
X (6) |
Protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
(1) Vetturi ta’ din il-kategorija għandu jkollhom tagħmir ta’ ddefrostjar u ddemistjar tal-windskrin adegwat.
(2) Vetturi ta’ din il-kategorija għandu jkollhom tagħmir ta’ ħasil u timsiħ tal-windskrin adegwat.
(3) Biss għal vetturi mgħammra bil-kaplings.
(4) Mhux aktar minn 2,5 tunnellati ta’ massa mgħobbija massima li hija teknikament permissibbli.
(5) Applikabbli biss għal vetturi fejn il-“Punt ta’ Referenza tal-post ta’ bil-qiegħda (il-punt “R”)” tal-aktar sit baxx mhux aktar għoli minn 700 mm ‘il fuq mill-art. Il-punt ‘R’ huwa ddefinit fir-Regolament 95 UNECE.
(6) Biss meta l-manifattur japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura intiża għall-ġarr ta’ merkanzija perikuluża.
ANNESS II
Rekwiżiti għal Tajers rigward l-irbit fl-imxarrab, ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir
PARTI A – REKWIŻITI TAL-IRBIT FL-IMXARRAB
It-tajers tal-klassi C1 għandhom jissodisfaw r-rekwiżiti li ġejjin:
Kategorija ta’ użu |
Indiċi tal-irbit fl-imxarrab (G) |
tajer tax-xitwa b’simbolu ta’ veloċità (“Q” jew taħt, eskluż “H”) li jindika veloċità massima permissibbli li ma tkunx aktar minn 160 km/s. |
≥ 0,9 |
tajer tax-xitwa b’simbolu ta’ veloċità (“R” jew aktar, inkluż “H”) li jindika veloċità massima permissibbli aktar minn 160 km/s. |
≥ 1,0 |
tajer normali (li jintuża fit-toroq) |
≥ 1,1 |
PARTI B – REKWIŻITI TAR-REŻISTENZA TAT-TIDWIR
Il-valuri massimi għall-koeffiċjenza tar-reżistenza tat-tidwir għal kull tip ta’ tajer, kalkulati skont l-ISO 28580, ma għandhomx ikunu aktar milli ġej:
Tabella 1
Klassi tat-tajer |
Valur Massimu (kg/tunnellata) l-ewwel stadju |
C1 |
12,0 |
C2 |
10,5 |
C3 |
8,0 |
Tabella 2
Klassi tat-tajer |
Valur Massimu (kg/tunnellata) |
C1 |
10,5 |
C2 |
9,0 |
C3 |
6,5 |
Għat-tajers tax-xitwa, il-limiti fit-tabella 2 għandhom jiżdiedu b’1 kg/tunnellata.
PARTI C – REKWIŻITI TAL-ĦSEJJES TAT-TIDWIR
1. Il-livelli tal-ħsejjes determinati skont il-proċedura speċifika fl-implimentazzjoni tal-miżuri għal dan ir-Regolament ma għandhomx ikun aktar mil-limiti indikati fil-punti 1.1 jew 1.2. It-tabelli fil-punti 1.1 u 1.2 jirrappreżentaw il-valuri kalkulati koreġuti għal temperatura, minbarra fil-każ tat-tajers C3, u t-toleranza tal-istrument u rrawndjati għall-eqreb valur sħiħ.
1.1. It-tajers tal-Klassi C1, b’referenza għal wisa’ tas-sezzjoni nominali tat-tajer li ġie ttestjat:
Klassi tat-tajer |
Wisa’ nominali tas-sezzjoni (mm) |
Valuri limitu f’dB(A) |
C1A |
≤ 185 |
70 |
C1B |
> 185 ≤ 215 |
71 |
C1C |
> 215 ≤ 245 |
71 |
C1D |
> 245 ≤ 275 |
72 |
C1E |
> 275 |
74 |
Fil-każ ta’ tajers tax-xitwa, tajers li jifilħu aktar piż u tajers imsaħħa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiżidiedu b’1 dB(A).
1.2. Il-klassi C2 u t-tajers C3, b’referenza għall-kategorija ta’ użu tal-firxa ta’ tajers:
Klassi tat-tajer |
Kategorija ta’ użu |
Valuri limitu f’dB(A) |
C2 |
Tajers normali |
72 |
Traction tajers |
73 |
|
C3 |
Tajers normali |
73 |
Traction tajers |
75 |
Għal tajers għal użu speċjali, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiżdiedu b’2 dB(A). 2 dB (A) addizzjonali għandhom ikunu permessi għall tajers tax-xitwa fil-kategorija C2 tat-traction tajer. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ tajers C2 u C3, 1 dB (A) addizzjonali għandu jkun permess għat-tajers tax-xitwa.
ANNESS III
Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Il-Parti I tal-Anness IV għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
Fl-Appendiċi għall-Anness VI, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Fit-tabella fl-Anness XI, il-punt 46 għandu jitħassar. |
ANNESS IV
Lista tar-Regolamenti UNECE applikabbli fuq bażi obbligatorja
ANNESS V
Dati ta’ implementazzjoni tar-Rekwiżiti għas-Sistemi Elettroniċi għall-Kontroll tal-Istabilità fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4
Tabella 1 — Dati ta’ implementazzjoni għal tipi ġodda ta’ vettura
Kategorija ta’ vettura |
Data ta’ implimentazzjoni |
M2 |
fil-11 ta’ Lulju 2013. |
M3 (Klassi III) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
M3 < 16-il tunnellata (‘pneumatic transmission’) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
M3 (Klassi II u B (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2013. |
M3 (Klassi III) (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2013. |
M3 (Klassi III) (“pneumatic control transmission” u “hydraulic energy transmission”) |
fil-11 ta’ Lulju 2014. |
M3 (Klassi II) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2014. |
M3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
N2 (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2013. |
N2 (‘pneumatic control transmission’ u |
fil-11 ta’ Lulju 2014. |
N2 (barra dawn t’hawn fuq) |
fil-11 ta’ Lulju 2012. |
N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS)) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
N3 (3 fusijiet bl-‘electric control transmission’ (EBS)) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
N3 (2 u 3 fusijiet bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS)) |
fil-11 ta’ Lulju 2012. |
N3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
O3 (toqol tal-fus ikkombinat bejn 3,5 u 7,5 tunnellati) |
fil-11 ta’ Lulju 2012. |
O3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
O4 |
fl-1 ta’ Novembru 2011. |
Tabella 2 — Dati ta’ implementazzjoni għal tipi ġodda ta’ vettura
Kategorija ta’ vettura |
Data ta’ implimentazzjoni |
M2 |
fil-11 ta’ Lulju 2015. |
M3 (Klassi III) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
M3 < 16-il tunnellata (‘pneumatic transmission’) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
M3 Klassi II u B (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2015. |
M3 (Klassi III) (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2015. |
M3 (Klassi III) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2016. |
M3 (Klassi II) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2016. |
M3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N2 (‘hydraulic transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2015. |
N2 (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’) |
fil-11 ta’ Lulju 2016. |
N2 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS)) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N3 (3 fusijiet bl-‘electric control transmission’ (EBS)) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N3 (2 u 3 fusijiet bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS)) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
N3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
O3 (toqol tal-fus ikkombinat bejn 3,5 u 7,5 tunnellati) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
O3 (barra dawn t’hawn fuq) |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
O4 |
fl-1 ta’ Novembru 2014. |
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/25 |
REGOLAMENT (KE) Nru 662/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi dwar materji partikolari li jikkonċernaw il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 61(c), 65 u 67(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
It-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat jipprevedi l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili. |
(2) |
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kienet tradizzjonalment irregolata minn ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dawn il-ftehimiet, li minnhom hemm numru kbir, spiss jirriflettu rabtiet speċjali bejn Stat Membru u pajjiż terz u huma intenzjonati biex jipprovdu qafas legali adegwat biex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-partijiet ikkonċernati. |
(3) |
L-Artikolu 307 tat-Trattat jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha xierqa biex tiġi eliminata kwalunkwe inkompatibbiltà bejn l-acquis tal-Komunità u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dan jista’ jinvolvi l-ħtieġa għar-rinegozjar ta’ dawn il-ftehimiet. |
(4) |
Sabiex jiġi pprovdut qafas legali adegwat biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Stat Membru partikolari fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ pajjiż terz, jista’ jkun hemm ukoll ħtieġa evidenti għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ġodda ma’ pajjiżi terzi relatati mal-oqsma tal-ġustizzja ċivili li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat. |
(5) |
Fl-Opinjoni 1/03 tagħha tas-7 ta’ Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ Lugano, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonfermat li l-Komunità akkwistat ġuriżdizzjoni esklussiva biex tikkonkludi ftehim internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Lugano ma’ pajjiżi terzi dwar materji li jaffettwaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2) (Brussell I). |
(6) |
Hija il-Komunità li għandha tikkonkludi, skont l-Artikolu 300 tat-Trattat, ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiż terz dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |
(7) |
L-Artikolu 10 tat-Trattat jobbliga lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-ksib tal-kompiti tal-Komunità u biex jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola r-realizzazzjoni tal-għanijiet tat-Trattat. Dan id-dmir ta’ kooperazzjoni leali huwa ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jiddependix fuq jekk il-kompetenza tal-Komunità hijiex esklussiva jew le. |
(8) |
Fir-rigward tal-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ ġustizzja ċivili li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità, għandha tiġi stabbilita proċedura koerenti u trasparenti li tawtorizza Stat Membru li jemenda ftehim eżistenti jew li jinnegozja u jikkonkludi ftehim ġdid, b’mod partikolari meta l-Komunità nnifisha ma tkunx indikat l-intenzjoni tagħha li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha biex tikkonkludi ftehim permezz ta’ mandat għan-negozjar diġà eżistenti jew mandat għan-negozjar previst. Din il-proċedura għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità u għad-dispożizzjonjiet tal-Artikoli 300 u 307 tat-Trattat. Din għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali u għandha tkun limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni u fiż-żmien. |
(9) |
Dan ir-Regolament m’għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġà kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat dwar l-istess suġġett. Żewġ ftehimiet għanhom jitqiesu li jikkonċernaw l-istess suġġett biss jekk, u sakemm, ikunu jirregolaw fis-sustanza l-istess kwistjonijiet legali speċifiċi. Dispożizzjonijiet li jiddikkjaraw sempliċiment intenzjoni ġenerali li ssir kooperazzjoni fi kwistjonijiet bħal dawn m’għandhomx jitqiesu li jikkonċernaw l-istess suġġett. |
(10) |
B’mod eċċezzjonali, ċerti ftehimiet reġjonali bejn numru żgħir ta’ Stati Membri u numru żgħir ta’ pajjiżi terzi, pereżempju tnejn jew tlieta, intenzjonati li jindirizzaw sitwazzjonijiet lokali u fejn ma jkunx possibbli li Stati oħra ikunu parti għalihom għandhom ikunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li ftehim previst min Stat Membru ma jirrendix il-liġi Komunitarja ineffettiva, u ma jikkompromettix il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minn dik il-liġi, jew ma jikkompromettix il-politika Komunitarja dwar ir-relazzjonijiet esterni kif deċiża mill-Komunità, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun meħtieġ jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu jew jitkomplew in-negozjati formali dwar ftehim kif ukoll biex jiġi konkluż ftehim. Tali notifika għandha tingħata b’ittra jew b’mezzi elettroniċi. Din għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt mistenni fuq il-liġi Komunitarja tal-eżitu tan-negozjati. |
(12) |
Għandha jkun ivvalutat jekk hemmx biżżejjed interess Komunitarju fil-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat jew, fejn ikun xieraq, fis-sostituzzjoni ta’ ftehim bilaterali eżistenti bejn Stat Membru u pajjiż terz bi ftehim Komunitarju. Għal dak il-għan, l-Istati Membri kollha għandhom ikunu infurmati bi kwalunkwe notifika riċevuta mill-Kummissjoni dwar ftehim previst minn Stat Membru sabiex huma jkunu jistgħu juru l-interess tagħhom li jissieħbu fl-inizjattiva tal-Istat Membru li jkun bagħat in-notifika. Jekk, minn dan l-iskambju ta’ informazzjoni, jirriżulta li jkun hemm interess Komunitarju suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi mandat għan-negozjar bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat. |
(13) |
Jekk il-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali minn Stat Membru b’rabta mal-valutazzjoni tiegħu dwar jekk dak l-Istat Membru għandux ikun awtorizzat li jiftaħ negozjati ma’ pajjiż terz, tali talba m’għandhiex taffettwa l-limiti ta’ żmien li fihom il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. |
(14) |
Meta tkun qed tagħti l-awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati formali, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, fejn ikun meħtieġ, tipproponi linji gwida għan-negozjar jew titlob li jiddaħħlu klawsoli partikolari fil-ftehim previst. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bis-sħiħ matul l-istadji differenti tan-negozjati safejn għandhom x’jaqsmu l-materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha titħalla tipparteċipa bħala osservatriċi fin-negozjati fir-rigward ta’ dawk il-materji. |
(15) |
Meta jkunu qed jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jibdew negozjati ma’ pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa biss li jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-elementi li huma ta’ rilevanza għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni. L-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u kwalunkwe linja gwida għan-negozjar possibbli jew, skont il-każ, iċ-ċaħda mill-Kummissjoni għandha tikkonċerna biss materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(16) |
L-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe notifika lill-Kummissjoni dwar ftehimiet previsti jew innegozjati u dwar kwalunkwe deċiżjoni motivata mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament. Informazzjoni bħal din, madankollu, għandha tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li jista’ jkun hemm. |
(17) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tkun trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3). |
(18) |
Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, ikollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-ftuħ ta’ negozjati formali jew il-konklużjoni ta’ ftehim innegozjat, hija għandha, qabel tagħti d-deċiżjoni motivata tagħha, tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ ċaħda ta’ awtorizzazzjoni għall-konklużjoni ta’ ftehim innegozjat l-opinjoni għandha tiġi ppreżentata wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(19) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim innegozjat ma jkunx jikkostitwixxi ostaklu għall-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Komunità dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali, il-ftehim għandu jipprevedi jew għad-denunzja totali jew parzjali tiegħu fil-każ tal-konklużjoni ta’ ftehim sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra, dwar l-istess suġġett, jew għal sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim bid-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim sussegwenti. |
(20) |
Għandhom jiġu previsti miżuri transitorji li jkopru sitwazzjonjiet fejn, fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà beda l-proċess li jinnegozja ftehim ma’ pajjiż terz, jew ikun lesta n-negozjati iżda ma jkunx għadu esprima l-kunsens tiegħu li jintrabat bil-ftehim. |
(21) |
Sabiex ikun żgurat li nkisbet esperjenza biżżejjed dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar din l-applikazzjoni mhux qabel tmien snin wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tagħha, għandha tikkonferma n-natura temporanja ta’ dan ir-Regolament jew teżamina jekk dan ir-Regolament għandux jiġi sostitwit b’Regolament ġdid li jkopri l-istess suġġett jew li jinkludi wkoll materji partikolari li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità u rregolati minn strumenti Komunitarji oħra, kif imsemmi fil-premessa 5. |
(22) |
Jekk ir-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni jikkonferma n-natura temporanja ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom xorta jkun jistgħu, wara l-preżentazzjoni tar-rapport, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar negozjati li għaddejjin jew li diġà tħabbru bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu negozjati formali. |
(23) |
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(24) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda taw notifika tax-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(25) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura li tawtorizza Stat Membru jemenda ftehim eżistenti jew jinnegozja u jikkonkludi ftehim ġdid ma’ pajjiż terz, soġġett għall-kondizzjonjiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal ftehimiet li jikkonċernaw materji partikolari li jaqgħu, kompletament jew parzjalment, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (4) u tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (5).
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġà kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat dwar l-istess suġġett.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “ftehim” għandu jfisser:
(a) |
ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz; |
(b) |
ftehim reġjonali bejn numru limitat ta’ Stati Membri u ta’ pajjiżi terzi li jikkonfinaw dawk l-Istati Membri li jkun intenzjonat li jittratta sitwazzjonijiet lokali u li Stati oħra ma jistgħux jissieħbu fih. |
2. Fil-kuntest ta’ ftehimiet reġjonali kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għal pajjiż terz għandha tinqara bħala referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiżi terzi kkonċernati, rispettivament.
Artikolu 3
Notifika lill-Kummissjoni
1. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jidħol f’negozjati sabiex jemenda ftehim eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim ġdid li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli qabel il-ftuħ previst tan-negozjati formali.
2. In-notifika għandha tinkludi, kif ikun xieraq, kopja tal-ftehim eżistenti, l-abbozz tal-ftehim jew l-abbozz tal-proposta, u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra. L-Istat Membru għandu jiddeskrivi s-suġġett tan-negozjati u jispeċifika l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-ftehim previst, jew id-dispożizzjonjiet tal-ftehim eżistenti li għandhom jiġu emendati. L-Istat Membru jista’ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali oħra.
Artikolu 4
Valutazzjoni mill-Kummissjoni
1. Mal-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Istat Membru jistax jiftaħ negozjati formali.
2. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tivverifika jekk huwiex speċifikament previst xi mandat għan-negozjar rilevanti bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim Komunitarju mal-pajjiż terz ikkonċernat fl-24 xahar li jsegwu. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunux ġew sodisfatti l-kondizzjonjiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni li turi li għandu interess speċifiku fil-konklużjoni tal-ftehim minħabba rabtiet ekonomiċi, ġeografiċi, kulturali, storiċi, soċjali jew politiċi bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz ikkonċernat; |
(b) |
abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istat Membru, il-ftehim previst ma jidhirx li jirrendi ineffettiva l-liġi Komunitarja u li jimmina l-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita b’dik il-liġi; u |
(c) |
il-ftehim previst m’għandux jimmina s-suġġett u l-fini tal-politika Komunitarja dwar ir-relazzjonijiet esterni kif deċiż mill-Komunità. |
3. Jekk l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru ma tkunx biżżejjed għall-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 5
Awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati formali
1. Jekk il-ftehim previst jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi n-notifika msemmija fl-Artikolu 3, tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru li tawtorizzah li tiftaħ negozjati formali dwar dak il-ftehim.
Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida għan-negozjar u tista’ titlob li jiġu inklużi klawsoli partikolari fil-ftehim previst.
2. Il-ftehim previst għandu jinkludi klawsola li tipprevedi jew:
(a) |
denunzja sħiħa jew parzjali tal-ftehim fil-każ tal-konklużjoni ta’ ftehim sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra, dwar l-istess suġġett; jew |
(b) |
sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim bid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim sussegwenti konkluż bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra, dwar l-istess suġġett. Il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi formulata fuq il-mudell li ġej: “(l-isem/ismijiet tal-Istat(i) Membru/i) għandu jiddenunzja dan il-ftehim, parzjalment jew bis-sħiħ, jekk u meta l-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkonkludu Ftehim ma’ (l-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i)) dwar l-istess materji ta’ ġustizzja ċivili bħal dawk irregolati minn dan il-Ftehim”. Il-klawsola msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi formulata fuq il-mudell li ġej: “Dan il-Ftehim jew ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jibqgħu applikabbli fil-jum li fih ikun daħal fis-seħħ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u (l-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i)), min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji rregolati mill-Ftehim tal-aħħar”. |
Artikolu 6
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati formali
1. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-ftuħ ta’ negozjati formali dwar il-ftehim previst, hija għandha tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
2. Fi żmien 30 jum mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
3. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
4. Fil-każ tad-diskussjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-għeluq tad-diskussjonijiet.
Artikolu 7
Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati
Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa bħala osservatriċi fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni ma tipparteċipax bħala osservatriċi, hija għandha tinżamm infurmata dwar il-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati.
Artikolu 8
Awtorizzazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim
1. Qabel l-iffirmar ta’ ftehim innegozjat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-eżitu tan-negozjati lill-Kummissjoni u għandu jitrasmettilha t-test tal-ftehim.
2. Mal-wasla ta’ din in-notifika l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-ftehim innegozjat:
(a) |
jirrispettax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2); |
(b) |
jirrispettax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(2), sakemm ikun hemm ċirkostanzi ġodda u eċċezzjonali fir-rigward ta’ dik il-kondizzjoni; u |
(c) |
jissodisfax ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 5(2). |
3. Jekk il-ftehim innegozjat jirrispetta l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru li tawtorizzah jikkonkludi dak il-ftehim.
Artikolu 9
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim
1. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-konklużjoni tal-ftehim innegozjat, hija għandha tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1).
2. Fi żmien 30 jum mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
3. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1).
4. Fil-każ tad-diskussjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-għeluq tad-diskussjonijiet.
5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni.
Artikolu 10
Kunfidenzjalità
Meta tipprovdi l-informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3, 4(3) u 8, l-Istat Membru jista’ jindika jekk xi nformazzjoni għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni provduta tistax tinqasam ma’ Stati Membri oħra.
Artikolu 11
Għoti ta’ informazzjoni lill-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri n-notifiki li jkunu waslu skont l-Artikoli 3 u 8 u, jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti supplimentari, kif ukoll id-deċiżjonijiet motivati kollha tagħha skont l-Artikoli 5, 6, 8 u 9, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Fejn, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà beda l-proċess li jinnegozja ftehim ma’ pajjiż terz, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 11.
Fejn l-istadju tan-negozjati jippermetti dan, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida għan-negozjati jew titlob l-inklużjoni ta’ klawsoli partikolari, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(2) rispettivament.
2. Fejn, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà kkonkluda n-negozjati iżda ma jkunx għadu kkonkluda l-ftehim, għandhom japplikaw l-Artikolu 3, l-Artikolu 8(2) sa (4) u l-Artikolu 9.
Artikolu 13
Reviżjoni
1. Mhux qabel it-13 ta’ Lulju 2017 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Dak ir-rapport għandu jew:
(a) |
jikkonferma li jkun xieraq li dan ir-Regolament jiskadi fid-data stabbilita skont l-Artikolu 14(1); jew |
(b) |
jirrakkomanda li dan ir-Regolament jiġi sostitwit minn dik id-data b’Regolament ġdid. |
3. Jekk ir-rapport jirrakkomanda li dan ir-Regolament jiġi sostitwit kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, miegħu għandu jkun hemm ukoll proposta leġiżlattiva adatta.
Artikolu 14
Skadenza
1. Dan ir-Regolament għandu jiskadi tliet snin wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13.
Il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jiddekorri mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-aħħar l-preżentazzjoni tar-rapport jew lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, skont liema jiġi wara.
2. Minkejja l-iskadenza ta’ dan ir-Regolament fid-data stabbilita skont il-paragrafu 1, in-negozjati kollha li jkunu għaddejjin f’dik id-data li Stat Membru jkun daħal fihom skont dan ir-Regolament għandhom jitħallew jissuktaw u jiġu kkompletati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.
(3) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(5) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/31 |
REGOLAMENT (KE) Nru 663/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 156 u l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-ekonomija Ewropea qiegħda tiffaċċja tnaqqis qawwi b’riżultat tal-kriżi finanzjarja. Jeħtieġu sforzi straordinarji u immedjati sabiex jikkumbattu din is-sitwazzjoni ekonomika serja u mingħajr preċedent. Biex jerġa’ jkun hemm kunfidenza bejn l-atturi tas-suq, jeħtieġ li jkunu ffinalizzati mingħajr dewmien miżuri li jkollhom impatt fuq l-ekonomija. |
(2) |
Fl-istess ħin huwa ċar li l-qawwa u s-sostenibbiltà fit-tul tal-ekonomija Ewropea tiddependi fuq li din tiġi msawwra mill-ġdid sabiex tiffaċċja d-domandi tas-sigurtà tal-enerġija u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra. It-tħassib dejjem jiżdied dwar l-iżgurar ta’ provvisti affidabbli tal-gass isaħħaħ din il-konklużjoni. |
(3) |
Fid-dawl ta’ dan it-tħassib, il-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 ħaddan fil-konklużjonijiet tiegħu l-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (Pjan ta’ Rkupru), ippreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2008, li jistipula kif l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jistgħu jikkoordinaw il-politika tagħhom u jagħtu stimolu ġdid lill-ekonomija Ewropea, billi jimmiraw dak l-istimolu lejn l-objettivi fit-tul tal-Komunità. |
(4) |
Parti importanti tal-Pjan ta’ Rkupru hija l-proposta sabiex tiżdied in-nefqa tal-Komunità f’setturi strateġiċi definiti, sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ fiduċja fost l-investituri u li tgħin fl-iżvilupp tat-triq lejn ekonomija iktar b’saħħitha għall-ġejjieni. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lista ta’ proġetti speċifiċi, filwaqt li tqis bilanċ ġeografiku adegwat, sabiex terġa’ ssaħħaħ l-investimenti għall-iżvilupp, b’mod partikolari, ta’ proġetti ta’ infrastruttura. |
(5) |
Biex il-Pjan ta’ Rkupru jkun effettiv, huwa kruċjali li jkun hemm finanzjament tal-miżuri li jindirizzaw b’mod rapidu kemm il-kriżi ekonomika kif ukoll il-ħtiġijiet urġenti tal-Komunità fil-qasam tal-enerġija. Madankollu, il-programm speċjali stabbilit b’dan ir-Regolament bl-ebda mod m’għandu jkun ta’ preċedent għal rati futuri ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-investimenti fl-infrastruttura. |
(6) |
Sabiex iħalli impatt tanġibbli u sostanzjali, dawk il-miżuri għandhom ikunu ffukati fuq ftit setturi speċifiċi li fihom l-azzjoni tkun tagħti kontribut ċar lill-objettivi tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra; jeżistu proġetti kbar u maturi li huma kapaċi jagħmlu użu effiċjenti u effettiv ta’ ammonti sinifikanti ta’ għajnuna finanzjarja u li jikkatalizzaw investimenti sinifikanti minn sorsi oħra, inkluż mill-Bank Ewropew għall-Investiment; u azzjoni fil-livell Ewropew tkun tista’ tagħti valur miżjud.Is-setturi tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, l-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju jissodisfaw dawk il-kriterji. L-għażla ta’ dawk is-setturi jirrifletti ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Pjan ta’ Rkupru u m’għandha tpoġġi l-ebda dubju fuq il-prijorità għolja marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija u l-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, li kienu indirizzati fil-Pjan ta’ Rkupru. |
(7) |
F’każ li ma jkunx possibbli li l-fondi kollha jkunu allokati sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li, meta tirrapporta fl-2010 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tipproponi, jekk ikun il-każ, miżuri li jippermettu l-finanzjament ta’ proġetti konsistenti mal-Pjan ta’ Rkupru, bħalma huma proġetti fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli. |
(8) |
Fil-każ tal-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku, ċerti sfidi żviluppaw tul l-aħħar snin. Il-kriżijiet riċenti tal-gass (xtiewi tal-2006 u tal-2009) u ż-żieda fil-prezz taż-żejt sa nofs l-2008 wrew kemm l-Ewropa kienet vulnerabbli. Riżorsi indiġeni tal-enerġija – il-gass u ż-żejt – qegħdin jonqsu b’tali mod li l-Ewropa qiegħda ssir dejjem iktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet għall-provvista tal-enerġija tagħha. F’dan il-kuntest, l-infrastruttura tal-enerġija ser ikollha rwol kruċjali. |
(9) |
Madankollu, il-kriżi ekonomika u finanzjarja ta’ bħalissa qiegħda taffettwa l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura fl-enerġija. Xi proġetti importanti, - inklużi proġetti ta’ interess Komunitarju, - jistgħu jiffaċċjaw dewmien qawwi fl-implimentazzjoni minħabba l-iskarsità ta’ fondi. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm azzjoni urġenti li tappoġġja l-investiment fl-infrastruttura fil-qasam tal-enerġija. Minħabba l-ħin sinifikanti li huwa meħtieġ għall-ippjanar u t-twettiq ta’ dawn il-proġetti huwa importanti li l-Komunità tinvesti f’din l-infrastruttura minnufih sabiex tkun tista’, b’mod partikolari, tħaffef l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ importanza partikolari għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-Komunità. Dan ikun vitali sabiex tkun żgurata s-sigurtà għall-provista tal-enerġija tal-Komunità bi prezzijiet kompetittivi meta l-ekonomija tirkupra u meta tiżdied id-domanda għall-enerġija globali. |
(10) |
Fost il-proġetti dwar l-infrastruttura tal-enerġija, huwa meħtieġ li jintgħażlu dawk li huma importanti għat-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija, għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u li jikkontribwixxu wkoll għall-irkupru tal-ekonomija. |
(11) |
B’mod partikolari fil-każijiet tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju u tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, dan ir-Regolament għandu jibni fuq il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Novembru 2007, li appella għal pjan konġunt u strateġiku dwar ir-riċerka fl-enerġija u għall-isforzi fl-innovazzjoni li jkunu konsistenti mal-miri tal-politika tal-UE dwar l-enerġija, u għal impenn lejn l-istabbiliment ta’ sitt Inizjattivi Industrijali Ewropej. Il-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2008 fil-konklużjonijiet tiegħu appella lill-Kummissjoni sabiex tħaffef b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Teknoloġija tal-Enerġija Strateġika għall-Ewropa. Il-programm jagħti bidu għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju u ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta mingħajr preġudizzju għall-ħolqien fil-ġejjieni tas-sitt inizjattivi industrijali dwar il-proġetti dimostrattivi fil-qasam tal-enerġija kif imsemmi fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
(12) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq il-kriżi ekonomika, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jelenka l-proġetti li jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja immedjata, soġġett għall-fatt li din l-għajnuna finanzjarja tkun konformi mal-kriterji li jiżguraw effiċjenza u effettività u mal-limiti stabbiliti mill-pakkett finanzjarju. |
(13) |
Fil-każ ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-elettriku u tal-gass, għandha tkun stabbilita lista skont il-kontribut tal-proġett lejn l-objettivi tas-sigurtà u tad-diversifikazzjoni tal-provvista kif identifikat fit-Tieni Reviżjoni tal-Istrateġija tal-Enerġija tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2008 u li kienet approvata mill-Parlament Ewropew fir-risoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009. Il-proġetti għandhom jintagħżlu abbażi tal-fatt li jimplimentaw il-prijoritajiet identifikati f’dik ir-Reviżjoni, tal-fatt li kisbu livell raġonevoli ta’ maturità, u li jikkontribwixxu għal sigurtà u diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u l-provvisti; ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna taqsimiet transkonfinali; żvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jitnaqqas l-iżolament ta’ reġjuni jew gżejjer li huma l-anqas favoriti fil-Komunità; konnessjoni ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; sikurezza, affidibbiltà u interoperabilità tan-netwerks interkonnessi; u solidarjetà fost l-Istati Membri. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti ser titlob impenn mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jitħaffu l-proċeduri amministrattivi u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet. Bosta proġetti ma jkunux jistgħu jirċievu l-appoġġ fil-perijodu ta’ żmien stipulat jekk ma sseħħx din l-aċċellerazzjoni. |
(14) |
Fil-każ tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, din il-lista għandu jkun fiha proġetti li jistgħu jiġu kkunsidrati, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati fil-qafas tal-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija tal-Enerġija mir-Riħ, u minn sorsi industrijali u sorsi oħra, bħala approvati u lesti biex jiġu implimentati; li huma innovattivi, filwaqt li jibnu fuq kunċetti stabbiliti sew; li jkunu kapaċi jaċċelleraw il-proċess b’risposta għal stimolu finanzjarju; li jkollhom sinifikat transkonfinali; li jkunu fuq skala kbira; u li jkunu kapaċi juru kif ir-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi ser ikunu mxerrda b’mod effettiv fid-dawl tal-objettivi u l-istrutturi approvati mill-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. L-għajnuna finanzjarja għandha tkun immirata lejn dawk il-proġetti li jinsabu f’pożizzjoni li jimxu sostanzjalment ‘il quddiem bl-iżvilupp tal-proġett fl-2009 u l-2010. |
(15) |
Fil-każ tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju, il-lista għandha tkun prinċipalment stabbilita abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati fil-qafas tal-Forum dwar il-Karburant Fossili, il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għal Impjanti tal-Enerġija mill-Karburant Fossili Mingħajr Emissjonijiet u minn sorsi oħra. L-għajnuna finanzjarja għandha tkun immirata lejn dawk il-proġetti li jinsabu f’pożizzjoni li jimxu sostanzjalment ‘il quddiem bl-iżvilupp tal-proġett fl-2009 u l-2010. Il-livell ta’ tħejjija għandu jkun stmat abbażi tal-eżistenza ta’ kunċett matur u fattibbli għall-installazzjoni industrijali, inkluż il-komponent tiegħu tal-qbid tal-karbonju; l-eżistenza ta’ kunċett matur u fattibbli għall-ġarr u l-ħżin tas-CO2; u impenn ċar tal-awtoritajiet lokali sabiex jappoġġjaw il-proġett. Il-proġetti għandhom juru wkoll kif ser jiġu disseminati b’mod effettiv ir-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi u kif ser ikunu aċċellerati l-kisbiet tal-objettivi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
(16) |
Ser ikun meħtieġ li jintgħażel proġett minn fost il-proposti eliġibbli. Tali għażla għandha tiżgura, fost l-oħrajn, li ma jkunx hemm iktar minn proposta waħda għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju appoġġjata f’kull Stat Membru, sabiex tkun żgurata l-investigazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ kondizzjonijiet ta’ ħżin ġeoloġiku u sabiex ikun appoġġjat l-objettiv li jkun inkoraġġut l-irkupru ekonomiku madwar l-Ewropa. |
(17) |
Il-finanzjament tal-Komunità m’għandux ifixkel bla mistħoqq il-kompetizzjoni jew it-tħaddim tas-suq intern, wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari r-regoli tal-aċċess għall-partijiet terzi u l-eżenzjonijiet għall-aċċess għall-partijiet terzi. Kwalunkwe fondi oħra nazzjonali flimkien mal-finanzjament tal-Komunità għandhom iqisu r-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Irrispettivament mill-forma tagħha, l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (ir-“Regolament Finanzjarju”) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), ħlief fejn id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament jitbiegħdu b’mod espliċitu minn dawk ir-regoli. |
(18) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika u l-ħtiġijiet urġenti tal-enerġija tal-Komunità, dan ir-Regolament diġà fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-arranġamenti għal għajnuna finanzjarja, inkluż lista ta’ proġetti eliġibbli. Minbarra dan, minħabba l-ħtieġa urġenti għall-istimolu, l-impenji legali kollha li jimplimentaw l-impenji baġitarji li saru fl-2009 u l-2010 għandhom isiru qabel tmiem l-2010. |
(19) |
Meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament ikunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu mħarsa permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru ta’ ammonti mħallsa mingħajr jedd u, jekk ikunu identifikati irregolarjitajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (6) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (7). |
(20) |
Meta titqies in-natura tal-kwistjonijiet fis-sub-programmi, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitati differenti fl-għażla tal-proposti miżmuma għall-finanzjament u d-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament li għandu jingħata taħt kull sub-programm. |
(21) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). |
(22) |
Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi megħjun l-irkupru tal-ekonomija fi ħdan il-Komunità, li jiġu ffaċċjati d-domandi tas-sigurtà tal-enerġija u li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra billi tiżdied in-nefqa f’setturi strateġiċi definiti, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u n-natura tas-setturi u l-proġetti magħżula, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(23) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li tkun indirizzata l-kriżi ekonomika u l-ħtiġijiet tal-enerġija urġenti tal-Komunità, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument finanzjarju, intitolat il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR), għall-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-Komunità li jikkontribwixxu, billi jagħtu stimolu finanzjarju, għall-irkupru tal-ekonomija, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sub-programmi sabiex imexxu ‘l quddiem dawk l-objettivi fl-oqsma ta’:
(a) |
l-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku; |
(b) |
l-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta; u |
(c) |
il-qbid u l-ħżin tal-karbonju. |
Dan ir-Regolament jidentifika proġetti li għandhom ikunu ffinanzjati taħt kull sub-programm u jistabbilixxi kriterji sabiex ikunu identifikati u implimentati azzjonijiet li jwettqu dawn il-proġetti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“il-qbid u l-ħżin tal-karbonju” tfisser il-qbid tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) minn installazzjonijiet industrijali, il-ġarr tiegħu għal post fejn jinħażen u l-mod kif jiġi injettat f’formazzjoni ġeoloġika taħt l-art adatta għall-finijiet ta’ ħżin permanenti; |
(b) |
“spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira kif hemm fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002; |
(c) |
“infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku” tfisser:
|
(d) |
“parti minn proġett” tfisser kwalunkwe attività li hija indipendenti finanzjarjament, teknikament jew fuq perijodu ta’ żmien u li tikkontribwixxi għat-tlestija tal-proġett; |
(e) |
“fażi ta’ investiment” tfisser il-fażi ta’ proġett li fiha ssir il-kostruzzjoni u jsiru l-ispejjeż kapitali; |
(f) |
“enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta” tfisser l-enerġija elettrika ġġenerata minn magni turbini li jaħdmu bir-riħ u li jinsabu fil-baħar, sew jekk qrib jew ‘il bogħod mix-xtajta; |
(g) |
“fażi ta’ ppjanar” tfisser il-fażi ta’ proġett li tiġi qabel il-fażi tal-investiment, li fiha jsiru t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-proġett, u tinkludi, jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, studji preparatorji u tekniċi, l-ksib ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet u t-twettiq ta’ spejjeż kapitali. |
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-EEPR għall-2009 u l-2010 għandu jkun ta’ EUR 3 980 000 000, allokati kif ġej:
(a) |
proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku: EUR 2 365 000 000; |
(b) |
proġetti għall-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta: EUR 565 000 000; |
(c) |
proġetti għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju: EUR 1 050 000 000. |
2. Inpenji legali individwali li jimplimentaw l-impenji baġitarji li saru fl-2009 u l-2010 għandhom isiru sal-31 ta’ Diċembru 2010.
KAPITOLU II
SUB-PROGRAMMI
TAQSIMA 1
Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
Artikolu 4
Objettivi
Il-Komunità għandha tippromwovi proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku li għandhom l-ogħla valur miżjud min-naħa tal-Komunità u li jikkontribwixxu għall-objettivi li ġejjin:
(a) |
sigurtà u diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, ir-rotot u l-provvisti; |
(b) |
l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, b’mod partikolari, fir-rigward tal-partijiet transkonfinali; |
(c) |
l-iżvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jitnaqqas l-iżolament tar-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti fil-Komunità; |
(d) |
il-konnessjoni u integrazzjoni ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; u |
(e) |
is-sikurezza, affidabiltà u interoperabiltà tan-netwerks interkonnessi ta’ enerġija, inkluża l-ħila li jitużaw flussi multidirezzjonali tal-gass, fejn ikun meħtieġ. |
Artikolu 5
Prijoritajiet
L-EEPR għandu jservi sabiex jadatta u jiżviluppa b’urġenza n-netwerks tal-enerġija ta’ importanza partikolari għall-Komunità li jappoġġjaw il-ħidma tas-suq intern tal-enerġija u, b’mod partikolari, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni, is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista u sabiex jingħelbu d-diffikultajiet ambjentali, tekniċi u finanzjarji. Jeħtieġ appoġġ speċjali min-naħa tal-Komunità sabiex ikunu żviluppati netwerks ta’ enerġija b’mod aktar intensiv u sabiex tkun aċċellerata l-kostruzzjoni tagħhom, speċjalment fejn id-diversità tar-rotot u s-sorsi tal-provvista tkun baxxa.
Artikolu 6
Għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. L-għajnuna finanzjarja taħt l-EEPR (l-għajnuna EEPR) għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku għandha tingħata għal azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness jew partijiet minn tali proġetti, u li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti sabiex tidentifika l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawk il-proposti mal-kriterji ta’ eliġibbiltà mniżżla fl-Artikolu 7 u l-kriterji tal-għażla u tal-għotjiet imniżżla fl-Artikolu 8.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 7
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness, ma jaqbżux l-ammonti massimi f’għajnuna EEPR stabbiliti fih u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 8.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu:
(a) |
minn Stat Membru wieħed jew aktar, li jaġixxu b’mod konġunt; |
(b) |
bi qbil bejn l-Istati Membri kollha li għandhom x’jaqsmu b’mod dirett mal-proġett ikkonċernat:
|
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 8
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-azzjoni. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sal-aħħar tal-2010; |
(b) |
il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(c) |
il-miżura li biha l-għajnuna EEPR ser tistimola l-finanzi pubbliċi u privati; |
(d) |
l-impatti soċjo-ekonomiċi; |
(e) |
l-impatti ambjentali; |
(f) |
il-kontribut għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tan-netwerk tal-enerġija, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tiegħu; |
(g) |
il-kontribut għat-titjib fil-kwalità tas-servizz, is-sikurezza u s-sigurtà; |
(h) |
il-kontribut għall-ħolqien ta’ suq integrat tajjeb tal-enerġija. |
Artikolu 9
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett, magħmul mill-benefiċjarji jew minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 10
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom mill-EEPR. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Responsabbiltajiet finanzjarji tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju tal-proġetti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw l-ammont u l-konformità tan-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti jew partijiet ta’ proġetti ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni waqt il-kontrolli fuq il-post.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 u, b’mod partikolari, għandhom jagħtu deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kontroll, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ stabbiliti biex jiżguraw li l-proġetti jitlestew b’suċċess.
TAQSIMA 2
Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Artikolu 12
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta għandha tingħata wara li ssir sejħa għal proposti limitata għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikati l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawn il-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 13 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 13
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss f’każ li dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness, ma jaqbżux l-ammont massimu f’għajnuna EEPR hemm stabbiliti u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 14. Dawk il-proġetti għandhom jitmexxew minn impriża kummerċjali.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 14
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sa tmiem l-2010; |
(b) |
il-miżura ta’ kemm in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(c) |
il-miżura li biha l-proġett itejjeb jew iżid l-iskala ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi li diġà bdew jinbnew, jew li jinsabu fil-fażi ta’ ppjanar; |
(d) |
il-miżura il biha l-proġett jinkludi l-bini ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi ta’ daqs sħiħ u ta’ skala industrijali, u jindirizza, b’mod partikolari, il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(e) |
il-fatturi innovattivi tal-proġett u l-miżura li biha tintwera l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fatturi; |
(f) |
l-impatt tal-proġett u l-kontribut tiegħu lis-sistema Komunitarja ta’ distribuzzjoni tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, inkluż il-potenzjal ta’ replikazzjoni tiegħu; |
(g) |
l-impenn muri mill-benefiċjarji li jqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi oħrajn Ewropej b’mod kompatibbli mal-liġi Komunitarja u b’mod partikolari mal-objettivi u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
Artikolu 15
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 16
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl- Artikolu 12(1), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
TAQSIMA 3
Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Artikolu 17
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju għandha tingħata lill-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikatil-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tivvaluta l-konformità tal-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 19.
3. F’każ li diversi proposti li joħroġu minn proġetti mwettqa fl-istess Stat Membru huma konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-Kummissjoni għandha tagħżel għall-għajnuna EEPR, abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 19(2), mhux iktar minn proposta waħda għal kull Stat Membru fost dawk il-proposti.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 18
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 19 u l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-proġetti juru li huma għandhom il-ħila li jaqbdu tal-anqas 80 % tas-CO2 f’installazzjonijiet industrijali u li jittrasportaw u li jaħżnu b’mod ġeoloġiku dan is-CO2 b’mod sikur taħt l-art; |
(b) |
f’installazzjonijiet tal-enerġija, il-qbid tas-CO2 jintwera f’installazzjoni b’kapaċità elettrika ta’ mill-anqas 250 MW jew l-ekwivalenti; |
(c) |
il-promoturi tal-proġett jagħmlu dikjarazzjoni li torbot li tgħid li l-għarfien ġeneriku li joħroġ mill-impjant virtwali jsir disponibbli għas-settur industrijali iktar wiesa’ u għall-Kummissjoni sabiex jikkontribwixxi għall-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 19
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, li jinkludi l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ ħżin, u li tirriżulta f’infiq sostanzjali relatat mal-investiment għall-proġett sa tmiem l-2010; |
(c) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett; |
(d) |
l-identifikazzjoni tal-permessi kollha neċessarji għall-ħolqien u l-tħaddim tal-proġett fis-sit(i) propost(i) u l-eżistenza ta’ strateġija li tassigura dawk il-permessi. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(b) |
il-finanzjament mitlub għal kull tunnellata ta’ CO2 li għandu jkun imnaqqas fl-ewwel ħames snin tal-proġett; |
(c) |
il-kumplessità tal-proġett u l-livell ta’ innovazzjoni tal-installazzjoni ġenerali li tinkludi attivitajiet ta’ riċerka oħra li huma relatati u l-impenn li jintwera mill-benefiċjarji sabiex iqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi Ewropej oħra b’mod kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari mal-miri u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija; |
(d) |
is-solidità u l-adegwatezza tal-pjan ta’ ġestjoni li jinkludi, fir-rigward tal-informazzjoni u d-data xjentifika, tal-informazzjoni u d-data tal-inġinerija, u tal-informazzjoni u d-data teknika, turija li l-kunċett propost ikun lest biex jinkiseb it-tħaddim tal-proġett sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
Artikolu 20
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi biss għal dak l-infiq relatat ma’ proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett li jkun attribwibbli għall-qbid, it-trasport u l-ħżin tal-karbonju, waqt li tqis il-benefiċċji tat-tħaddim possibbli.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-investiment.
Artikolu 21
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna EEPR li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 22
Għajnuna u strumenti EEPR oħra
1. Parti mill-għajnuna Komunitarja għall-proġetti elenkati fl-Anness tista’ tkun mogħtija permezz ta’ kontribut għal strument xieraq taħt ir-riżorsi tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Il-kontribut m’għandux jaqbeż l-EUR 500 000 000.
2. L-espożizzjoni tal-Komunità għall-istrument ta’ garanzija għas-self jew strument finanzjarju ieħor, inklużi ħlasijiet ta’ ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandha tiġi limitata għall-ammont tal-kontribut Komunitarju għal dak l-istrument u m’għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ għajnuna EEPR li għandha tingħata lil dak l-istrument. Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għall-Investiment għandhom jikkonkludu memorandum ta’ fehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
Artikolu 23
Arranġamenti ta’ programmazzjoni u implimentazzjoni
1. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu mnedija direttament mill-Kummissjoni abbażi tad-disponibbiltajiet baġitarji msemmijin fl-Artikolu 3(1) u tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, għażla u għoti stabbiliti fil-Kapitolu II.
2. L-għajnuna EEPR għandha tkopri biss infiq relatat ma’ proġetti li sar mill-benefiċjarji u, f’dawk li huma proġetti taħt l-Artikolu 9, ukoll minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett. In-nefqa tista’ tkun eliġibbli mid-data msemmija fl-Artikolu 29.
3. Il-VAT m’għandiex tkun spiża eliġibbli, ħlief il-VAT mhux rimborsabbli.
4. Proġetti u azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi Komunitarja u għandhom iqisu l-politika Komunitarja rilevanti, b’mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni inkluż ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-istat, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli u l-akkwist pubbliku.
Artikolu 24
Responsabbiltajiet ġenerali tal-Istati Membri
Fl-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jimplimentaw il-proġetti li jirċievu l-għajnuna EEPR, partikolarment permezz ta’ proċeduri effiċjenti ta’ amministrazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni, ta’ ħruġ ta’ liċenzji u ta’ ċertifikazzjoni.
Artikolu 25
Ħarsien tal-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu mingħajr jedd u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati minn dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe nuqqas fil-qadi ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur eknomiku li għandhom jew ikollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, permezz ta’ element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.
3. Il-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, għandhom jipprevedu, b’mod partikolari, is-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha u l-verifiki mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż, jekk ikunu meħtieġa, verifiki fuq il-post.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI U FINALI
Artikolu 26
Kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitati li ġejjin:
(a) |
għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (9); |
(b) |
għall-proġetti tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (10); |
(c) |
għall-proġetti dwar il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/971/KE. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 27
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-EEPR sal-31 ta’ Diċembru 2011 sabiex tevalwa l-kontribut tagħha għall-użu effettiv li jkun sar mill-approprjazzjonijiet.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru benefiċjarju biex jipprovdi evalwazzjoni speċifika tal-proġetti ffinanzjati taħt it-Taqsima I tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament jew, fejn xieraq, li jagħtiha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa biex twettaq evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti.
3. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-EEPR.
Artikolu 28
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-EEPR.
Jekk ir-rapport jidentifika riskji serji fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda miżuri sabiex jibbilanċjaw dawn ir-riskji u għandha, jekk ikun il-każ u jekk ikun konsistenti mal-Pjan ta’ Rkupru, tagħmel proposti addizjonali għal dawn il-proġetti.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) L-Opinjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(5) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(6) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(7) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(9) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
(10) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.
ANNESS
PROĠETTI ELIĠIBBLI
A. Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
1. Interkonnetturi tal-gass
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Kuritur tan-Nofsinhar tal-Gass |
||
NABUCCO |
l-Awstrija, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Ġermanja, ir-Rumanija |
200 |
ITGI – Poseidon |
l-Italja, il-Greċja |
100 |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Pajp Skanled/Baltiku |
Il-Polonja, id-Danimarka, l-Iżvezja |
150 |
Netwerk LNG |
||
Terminal tal-Gass Naturali Likwefatt fuq ix-xtajta Pollakka fil-port ta’ Świnoujście |
il-Polonja |
80 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Interkonnettur Slovakkja-Ungerija (Vel’ký Krtíš – Vecsés) |
is-Slovakkja, l-Ungerija |
30 |
Sistema tat-trażmissjoni tal-gass fis-Slovenja bejn il-fruntiera Awstrijaka u Ljubljana (eskluża l-medda Rogatec-Kidričevo) |
is-Slovenja |
40 |
Interkonnessjoni Bulgarija-Greċja (Stara Zagora - Dimitrovgrad-Komotini) |
il-Bulgarija, il-Greċja |
45 |
Interkonnettur tal-gass Rumanija-Ungerija |
ir-Rumanija, l-Ungerija |
30 |
Espansjoni tal-Kapaċità tal-Ħżin tal-Gass fiċ-ċentru Ċek |
ir-Repubblika Ċeka |
35 |
Infrastruttura u tagħmir biex jippermetti l-fluss tal-gass fid-direzzjoni opposta f’każ ta’ taqlib fil-provvista fit-terminu qasir ta’ żmien |
l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja |
80 |
Interkonnessjoni Slovakkja - Polonja |
is-Slovakkja, il-Polonja |
20 |
Interkonnessjoni Ungerija - Kroazja |
l-Ungerija |
20 |
Interkonnessjoni Bulgarija - Rumanija |
il-Bulgarija, ir-Rumanija |
10 |
Il-Mediterran |
||
Tisħiħ tan-netwerk tal-gass FR fuq l-assi Afrika- Spanja-Franza |
Franza |
200 |
GALSI (Gazoduc Algérie-Italie) |
l-Italja |
120 |
Interkonnessjoni tal-Gass Western Axis Larrau Branch |
Spanja |
45 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Pajp Ġermanja-Belġju-Renju Unit |
Il-Belġju |
35 |
Il-konnessjoni Franza-Belġju |
Franza, il-Belġju |
200 |
TOTAL |
|
1 440 |
2. Interkonnetturi tal-elettriku
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Estlink-2 |
l-Estonja, il-Finlandja |
100 |
Interkonnessjoni Svezja-Stati Baltiċi, u t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni fl-Istati Baltiċi |
L-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja |
175 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Halle/Saale – Schweinfurt |
Il-Ġermanja |
100 |
Wien-Győr |
l-Awstrija, l-Ungerija |
20 |
Mediterran |
||
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni Portugall-Spanja |
Il-Portugall |
50 |
Interkonnessjoni Franza-Spanja (Baixas - Sta Llogaia) |
Franza, Spanja |
225 |
Kejbil sottomarin 380 kV AC ġdid bejn Sqallija u l-Italja kontinentali (Sorgente - Rizziconi) |
l-Italja |
110 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Interkonnettur (Meath-Deeside) ta’ 500 MV Irlanda-Wales |
l-Irlanda, ir-Renju Unit |
110 |
Interkonnettur tal-elettriku Malta-Italja |
Malta/l-Italja |
20 |
TOTAL |
|
910 |
3. Proġetti għall-gżejjer iż-żgħar
Inizjattivi għal gżejjer żgħar iżolati |
Ċipru |
10 |
Malta |
5 |
|
TOTAL |
|
15 |
B. Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Proġett |
Kapaċità |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
||
1. Integrazzjoni tal-grilja tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta |
|||||
|
1,5 GW |
Id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Ġermanja, il-Polonja |
150 |
||
|
1 GW |
Ir-Renju Unit, Olanda, il-Ġermanja, l-Irlanda, id-Danimarka, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu |
165 |
||
2. Turbini ġodda, strutturi u komponenti, ottimizzazzjoni tal-kapaċijiet tal-produzzjoni |
|||||
|
1,6 GW |
Il-Ġermanja |
200 |
||
|
0,25 GW |
Ir-Renju Unit |
40 |
||
|
90 MW |
Il-Belġju |
10 |
||
TOTAL |
|
|
565 |
C. Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Isem il-proġett/Post |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Karburant |
Kapaċità |
Teknika tal-qbid |
Kunċett tal-ħżin |
|
Huerth |
Ġermanja |
180 |
Faħam |
450 MW |
IGCC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Jaenschwalde |
|
|
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Meded taż-żejt/gass |
Eemshaven |
Olanda |
180 |
Faħam |
1 200 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
Rotterdam |
Faħam |
1 080 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Rotterdam |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Belchatów |
Polonja |
180 |
Faħam |
858 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Compostella |
Spanja |
180 |
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Kingsnorth |
Renju Unit |
180 |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
Longannet |
Faħam |
3 390 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
||
Tilbury |
Faħam |
1 600 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Hatfield (Yorkshire) |
Faħam |
900 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Porto Tolle |
Italja |
100 |
Faħam |
660 MW |
PC |
|
Proġett ta’ qbid tal-karbonju industrijali |
||||||
Florange |
Franza |
50 |
Trasport ta’ CO2 mill-impjant industrijali (impjant tal-azzar) għal faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art (ilma ta’ ġol-blat mielaħ) |
|||
TOTAL |
1 050 |
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tissottolinja li l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, kemm għal raġunijiet ambjentali kif ukoll għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista. F'dan ir-rigward, ir-Regolament ser jikkontribwixxi għal dawn il-prijoritajiet billi jagħti appoġġ sostanzjali għal proġetti ta' enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mill-kosta.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar id-diversi inizjattivi ġodda l-oħra li jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, issuġġeriti mill-Kummissjoni partikolarment fil-Pjan ta' Rkupru Ewropew tagħha, li kien endorsjat mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008. Dawn jinkludu:
Modifika tar-Regolament tal-FEŻR sabiex ikunu permessi sa EUR 8 biljun f'investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli fis-settur tad-djar fl-Istati Membri kollha.
Sħubija pubblika-privata dwar l-inizjattiva “Bini Ewropej b'effiċjenza fl-enerġija” sabiex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta' sistemi u materjali b'effiċjenza fl-enerġija f'bini ġodda jew restawrati. Għal din l-azzjoni huma stmati EUR 1 biljun: EUR 500 miljun mill-baġit EC FP7 matul is-snin mill-2010 sal-2013 u EUR 500 miljun mill-industrija.
L-inizjattiva KE-BEI “Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta' Enerġija Sostenibbli”. Hija mmirata sabiex tippermetti investimenti għal proġetti ta' effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli f'ambjenti urbani. Il-Kummissjoni tiffinanzja faċilità għall-assistenza teknika mill-programm Ewropew tal-Enerġija Intelliġenti (allokazzjoni annwali ta' 15-il miljun EUR għall-2009). Din il-faċilità, amministrata mill-BEI, ser tiffaċilita l-aċċess għal self tal-BEI b'effetti ta' lieva sostanzjali.
Il-ħolqien minn investituri istituzzjonali tal-UE - immexxija mill-BEI - ta' fond ta' ishma orjentat lejn is-suq, imsejjaħ Marguerite: il-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura. Dan il-Fond jinvesti fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima (TEN-E, il-produzzjoni ta' enerġija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji l-ġodda, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll infrastruttura ambjentali). Il-Kummissjoni tappoġġa dan l-approċċ.
Barra dan, qabel it-tmiem ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tippreżenta r-reviżjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija kif mitluba mill-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2009) u mill-Parlament (Riżoluzzjoni tal-PE P6_TA(2009)0064).
Hemm qbil fost l-esperti li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-aktar għażla rħisa disponibbli sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Sa Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tipprovdi analiżi dettaljata tal-ostakli għal żieda fl-investimenti tal-effiċjenza fl-enerġija. B'mod partikolari hija ser teżamina jekk hemmx ħtieġa għal inċentivi finanazjarji aktar fil-forma ta' self b'interessi baxxi u/jew għotjiet, kif jista' jintuża l-baġit Ewropew għal dan il-għan, u, jekk addatt, il-Kummissjoni ser tinkludi, fost l-oħrajn, fondi addizzjonali għal finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istrument il-ġdid tas-Sigurtà u l-Infrastruttura tal-Enerġija tal-UE, li ser ikun ippreżentat fl-2010.
Matul l-eżami tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lid-dimensjoni tal-viċinat tal-effiċjenza fl-enerġija. Ser tanalizza kif tista' tagħti inċentivi finanzjarji u regolatorji lil pajjiżi tal-viċinat sabiex iħaffu l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza fl-enerġija.
Jekk il-Kummissjoni, meta fl-2010 tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament konformement mal-Artikolu 28 tiegħu, tiskopri li ma jkunx possibbli li sa tmiem l-2010 tiġi allokata parti mill-fondi previsti għall-proġetti elenkati fl-anness għar-Regolament, il-Kummissjoni ser tipproponi, jekk ikun adatt u b'mod ġeografikament bilanċjat, emenda għar-Regolament li tippermetti l-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, b'żieda mal-inizjattivi msemmija hawn fuq, inkluż kriterji ta' eliġibbiltà simili għal dawk applikabbli għall-proġetti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Dikjarazzjoni mill-Portugall
Il-Portugall qed jivvota favur, għalkemm fil-fehma tiegħu, f'reviżjoni tal-programm taħt l-Artikolu 28, għandha tiġi kkunsidrata l-inklużjoni ta' proġetti dwar l-enerġija li tiġġedded u dwar l-effiċjenza fl-enerġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-mikroġenerazzjoni u tan-netwerks u l-arloġġi intelliġenti, li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament.
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/46 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 664/2009
tas-7 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi u deċiżjonijiet f’materji matrimonjali, materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u materji marbuta mal-obbligi ta’ manteniment, u l-liġi applikabbli f’materji marbuta mal-obbligi ta’ manteniment
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 61(c), 65, 67(2) u 67(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
It-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat jipprevedi l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili. |
(2) |
Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kienet tradizzjonalment irregolata minn ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dawn il-ftehimiet, li minnhom hemm numru kbir, spiss jirriflettu rabtiet speċjali bejn Stat Membru u pajjiż terz u huma intenzjonati biex jipprovdu qafas legali adegwat biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi tal-partijiet ikkonċernati. |
(3) |
L-Artikolu 307 tat-Trattat jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha xierqa biex tiġi eliminata kwalunkwe inkompatibbiltà bejn l-acquis tal-Komunità u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Dan jista’ jinvolvi l-ħtieġa għan-negozjar mill-ġdid ta’ dawn il-ftehimiet. |
(4) |
Sabiex ikun ipprovdut qafas legali adegwat biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Stat Membru partikolari fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ pajjiż terz, jista’ jkun hemm ukoll ħtieġa ċara għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ġodda ma’ pajjiżi terzi relatati mal-oqsma tal-ġustizzja ċivili li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat. |
(5) |
Fl-Opinjoni 1/03 tagħha tas-7 ta’ Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni l-ġdida ta’ Lugano, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonfermat li l-Komunità akkwistat kompetenza esklussiva biex tikkonkludi ftehim internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Lugano ma’ pajjiżi terzi dwar materji li jaffettwaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2) (“Brussell I”). |
(6) |
Hija l-Komunità li għandha tikkonkludi, skont l-Artikolu 300 tat-Trattat, ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiż terz dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |
(7) |
L-Artikolu 10 tat-Trattat jobbliga lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-ksib tal-kompiti tal-Komunità u biex jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola r-realizzazzjoni tal-għanijiet tat-Trattat. Dan id-dmir ta’ kooperazzjoni leali huwa ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jiddependix fuq jekk il-kompetenza tal-Komunità hijiex esklussiva jew le. |
(8) |
Fir-rigward tal-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ ġustizzja ċivili li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità, għandha tiġi stabbilita proċedura koerenti u trasparenti li tawtorizza Stat Membru li jemenda ftehim eżistenti jew li jinnegozja u jikkonkludi ftehim ġdid, b’mod partikolari meta l-Komunità nnifisha ma tkunx indikat l-intenzjoni tagħha li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha biex tikkonkludi ftehim permezz ta’ mandat għan-negozjar diġà eżistenti jew mandat għan-negozjar previst. Din il-proċedura għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità u għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 300 u 307 tat-Trattat. Din għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali u għandha tkun limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni u fiż-żmien. |
(9) |
Dan ir-Regolament m’għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġà kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat dwar l-istess suġġett. Żewġ ftehimiet għandhom jitqiesu li jikkonċernaw l-istess suġġett biss jekk, u sakemm, ikunu jirregolaw fis-sustanza l-istess kwistjonijiet legali speċifiċi. Dispożizzjonijiet li jiddikjaraw sempliċiment intenzjoni ġenerali li ssir kooperazzjoni f’kwistjonijiet bħal dawn m’għandhomx jitqiesu li jikkonċernaw l-istess suġġett. |
(10) |
Ċerti ftehimiet reġjonali msemmija fl-atti legali Komunitarji eżistenti għandhom ikunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament. |
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li ftehim previst minn Stat Membru ma jirrendix il-liġi Komunitarja ineffettiva, ma jikkompromettix il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minn dik il-liġi jew ma jikkompromettix il-politika Komunitarja dwar ir-relazzjonijiet esterni kif deċiża mill-Komunità, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun meħtieġ jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu jew jitkomplew in-negozjati formali dwar ftehim kif ukoll biex jiġi konkluż ftehim. Tali notifika għandha tingħata b’ittra jew b’mezzi elettroniċi. Din għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt mistenni fuq il-liġi Komunitarja tal-eżitu tan-negozjati. |
(12) |
Għandu jkun evalwat jekk hemmx biżżejjed interess Komunitarju fil-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat jew, fejn ikun xieraq, fis-sostituzzjoni ta’ ftehim bilaterali eżistenti bejn Stat Membru u pajjiż terz bi ftehim Komunitarju. Għal dak il-għan l-Istati Membri kollha għandhom ikunu infurmati bi kwalunkwe notifika riċevuta mill-Kummissjoni dwar ftehim previst minn Stat Membru sabiex huma jkunu jistgħu juru l-interess tagħhom li jissieħbu fl-inizjattiva tal-Istat Membru li jkun bagħat in-notifika. Jekk, minn dan l-iskambju ta’ informazzjoni, jirriżulta li jkun hemm interess Komunitarju suffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi mandat għan-negozjar bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat. |
(13) |
Jekk il-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali minn Stat Membru b’rabta mal-valutazzjoni tiegħu dwar jekk dak l-Istat Membru għandux jiġi awtorizzat li jiftaħ negozjati ma’ pajjiż terz, tali talba m’għandhiex taffettwa l-limiti ta’ żmien li fihom il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. |
(14) |
Meta tkun qed tagħti l-awtorizazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati formali, il-Kummissjoni għandha tkun tista’, jekk ikun meħtieġ, tipproponi linji gwida għan-negozjar jew titlob li jiddaħħlu klawsoli partikolari fil-ftehim previst. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bis-sħiħ matul l-istadji differenti tan-negozjati safejn għandhom x’jaqsmu l-materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha titħalla tipparteċipa bħala osservatriċi fin-negozjati fir-rigward ta’ dawk il-materji. |
(15) |
Meta jkunu qed jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jibdew negozjati ma’ pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa biss li jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-elementi li huma ta’ rilevanza għall-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni. L-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u kwalunkwe linja gwida għan-negozjar possibbli jew, skont il-każ, iċ-ċaħda mill-Kummissjoni għandha tikkonċerna biss materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(16) |
L-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe notifika lill-Kummissjoni dwar ftehimiet previsti jew innegozjati u dwar kwalunkwe deċiżjoni motivata mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament. Informazzjoni bħal din, madankollu, għandha tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li jista’ jkun hemm. |
(17) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3). |
(18) |
Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, ikollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-ftuħ ta’ negozjati formali jew il-konklużjoni ta’ ftehim innegozjat, hija għandha, qabel ma tagħti d-deċiżjoni motivata tagħha, tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ ċaħda ta’ awtorizzazzjoni għall-konklużjoni ta’ ftehim innegozjat l-opinjoni għandha tiġi ppreżentata wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(19) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim innegozjat ma jkunx jikkostitwixxi ostakolu għall-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-Komunità dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali, il-ftehim għandu jipprevedi jew għad-denunzja totali jew parzjali tiegħu, fil-każ tal-konklużjoni ta’ ftehim sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra, dwar l-istess suġġett, jew sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim bid-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim sussegwenti. |
(20) |
Għandhom jiġu previsti miżuri transitorji li jkopru sitwazzjonijiet fejn, fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà beda l-proċess li jinnegozja ftehim ma’ pajjiż terz, jew ikun lesta n-negozjati iżda ma jkunx għadu esprima l-kunsens tiegħu li jintrabat bil-ftehim. |
(21) |
Sabiex jiġi żgurat li nkisbet esperjenza biżżejjed dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar din l-applikazzjoni mhux qabel tmien snin wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’dak ir-rapport, il-Kumissjoni, fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tagħha, għandha tikkonferma n-natura temporanja ta’ dan ir-Regolament jew teżamina jekk dan ir-Regolament għandux jiġi sostitwit b’Regolament ġdid li jkopri l-istess suġġett jew li jinkludi wkoll materji oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità u rregolati minn strumenti Komunitarji oħrajn. |
(22) |
Jekk ir-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni jikkonferma n-natura temporanja ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom xorta jkunu jistgħu, wara l-preżentazzjoni tar-rapport, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar negozjati li għaddejjin jew li diġà tħabbru bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu negozjati formali. |
(23) |
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(24) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda taw in-notifika tax-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(25) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura li tawtorizza lil Stat Membru jemenda ftehim eżistenti, jew jinnegozja u jikkonkludi ftehim ġdid ma’ pajjiż terz soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u tal-Istati Membri.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ftehimiet li jikkonċernaw materji li jaqgħu, kompletament jew parzjalment, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (5) safejn dawk il-materji jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità.
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġà kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat dwar l-istess suġġett.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “ftehim” għandu jfisser:
(a) |
ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz; |
(b) |
il-ftehimiet reġjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 59(2) u għall-Artikolu 59(3) ta’ dak ir-Regolament, u fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
2. Fil-kuntest ta’ ftehimiet reġjonali kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għal Stat Membru jew pajjiż terz għandha tinqara bħala referenza għall-Istati Membri jew pajjiżi terzi kkonċernati, rispettivament.
Artikolu 3
Notifika lill-Kummissjoni
1. Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jidħol f’negozjati sabiex jemenda ftehim eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim ġdid li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli qabel il-ftuħ previst tan-negozjati formali.
2. In-notifika għandha tinkludi, kif ikun xieraq, kopja tal-ftehim eżistenti, l-abbozz tal-ftehim jew l-abbozz tal-proposta, u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra. L-Istat Membru għandu jiddeskrivi s-suġġett tan-negozjati u jispeċifika l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-ftehim previst, jew id-dispożizzjonijiet tal-ftehim eżistenti li għandhom jiġu emendati. L-Istat Membru jista’ jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali oħra.
Artikolu 4
Valutazzjoni mill-Kummissjoni
1. Mal-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Istat Membru jistax jiftaħ negozjati formali.
2. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tivverifika jekk huwiex speċifikament previst xi mandat għan-negozjar rilevanti bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim Komunitarju mal-pajjiż terz ikkonċernat fl-24 xahar li jsegwu. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni li turi li għandu interess speċifiku fil-konklużjoni tal-ftehim minħabba rabtiet ekonomiċi, ġeografiċi, kulturali, storiċi, soċjali jew politiċi bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz ikkonċernat; |
(b) |
abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istat Membru, il-ftehim previst ma jidhirx li jirrendi ineffettiva l-liġi Komunitarja u li jimmina l-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita b’dik il-liġi; u |
(c) |
il-ftehim previst m’għandux jimmina s-suġġett u l-fini tal-politika Komunitarja dwar ir-relazzjonijiet esterni kif deċiż mill-Komunità. |
3. Jekk l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru ma tkunx biżżejjed għall-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 5
Awtorizzazzjoni għall-ftuħ tan-negozjati formali
1. Jekk il-ftehim previst jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi n-notifika msemmija fl-Artikolu 3, tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru li tawtorizzah jiftaħ negozjati formali dwar dak il-ftehim.
Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida għan-negozjar u tista’ titlob li jiġu inklużi klawsoli partikolari fil-ftehim previst.
2. Il-ftehim previst jinkludi klawsola li tipprevedi jew:
(a) |
denunzja sħiħa jew parzjali tal-ftehim fil-każ tal-konklużjoni ta’ ftehim sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra dwar l-istess suġġett; jew |
(b) |
sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim bid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-istess pajjiż terz, min-naħa l-oħra, dwar l-istess suġġett. |
Il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi formulata fuq il-mudell li ġej: “(l-isem/ismijiet tal-Istat(i) Membru/i) għandu jiddenunzja dan il-Ftehim, parzjalment jew bis-sħiħ, jekk u meta l-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkonkludu Ftehim ma’ (l-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i)) dwar l-istess materji ta’ ġustizzja ċivili bħal dawk irregolati minn dan il-Ftehim”.
Il-klawsola msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi formulata fuq il-mudell li ġej: “Dan il-ftehim jew ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jibqgħu applikabbli fil-jum li fih ikun daħal fis-seħħ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u (l-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i)), min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji rregolati mill-ftehim tal-aħħar”.
Artikolu 6
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ negozjati formali
1. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-ftuħ ta’ negozjati formali dwar il-ftehim previst, hija għandha tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
2. Fi żmien 30 jum mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
3. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
4. Fil-każ tad-diskussjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-għeluq tad-diskussjonijiet.
Artikolu 7
Parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati
Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa bħala osservatriċi fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni ma tipparteċipax bħala osservatriċi, hija għandha tinżamm infurmata dwar il-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati.
Artikolu 8
Awtorizzazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim
1. Qabel l-iffirmar ta’ ftehim innegozjat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-eżitu tan-negozjati lill-Kummissjoni u għandu jitrasmettilha t-test tal-ftehim.
2. Mal-wasla ta’ din in-notifika l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-ftehim innegozjat:
(a) |
jirrispettax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2); |
(b) |
jirrispettax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(2), sakemm ikun hemm ċirkostanzi ġodda u eċċezzjonali fir-rigward ta’ dik il-kondizzjoni; u |
(c) |
jissodisfax ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 5(2). |
3. Jekk il-ftehim innegozjat jirrispetta l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru li tawtorizzah jikkonkludi dak il-ftehim.
Artikolu 9
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni għall-konklużjoni tal-ftehim
1. Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-konklużjoni tal-ftehim innegozjat, hija għandha tagħti opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1).
2. Fi żmien 30 jum mill-wasla tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.
3. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu ta’ żmien previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1).
4. Fil-każ tad-diskussjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-għeluq tad-diskussjonijiet.
5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni.
Artikolu 10
Kunfidenzjalità
Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3, 4(3) u 8, l-Istat Membru jista’ jindika jekk xi informazzjoni għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni provduta tistax tinqasam ma’ Stati Membri oħra.
Artikolu 11
Għoti ta’ informazzjoni lill-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri n-notifiki kollha li jkunu waslu skont l-Artikoli 3 u 8 u, jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti supplimentari, kif ukoll id-deċiżjonijiet motivati kollha tagħha taħt l-Artikoli 5, 6, 8 u 9, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Fejn, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà beda l-proċess li jinnegozja ftehim ma’ pajjiż terz, għandhom japplikaw l-Artikolu 3 sa 11.
Fejn l-istadju tan-negozjati jippermetti dan, il-Kummissjoni tista’ tipproponi linji gwida għan-negozjati jew titlob l-inklużjoni ta’ klawsoli partikolari, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 5(2) rispettivament.
2. Fejn, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru jkun diġà kkonkluda n-negozjati iżda ma jkunx għadu kkonkluda l-ftehim, għandhom japplikaw l-Artikolu 3, l-Artikolu 8(2) sa (4) u l-Artikolu 9.
Artikolu 13
Reviżjoni
1. Mhux qabel is-7 ta’ Lulju 2017 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Dak ir-rapport għandu jew:
(a) |
jikkonferma li jkun xieraq li dan ir-Regolament jiskadi fid-data stabbilita skont l-Artikolu 14(1); jew |
(b) |
jirrakkomanda li dan ir-Regolament jiġi sostitwit minn dik id-data b’Regolament ġdid. |
3. Jekk ir-rapport jirrakkomanda li dan ir-Regolament jiġi sostitwit kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, miegħu għandu jkun hemm proposta leġislattiva adatta.
Artikolu 14
Skadenza
1. Dan ir-Regolament għandu jiskadi tliet snin wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13.
Il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jiddekorri mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-aħħar preżentazzjoni tar-rapport jew lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, skont liema jiġi wara.
2. Minkejja l-iskadenza ta’ dan ir-Regolament fid-data stabbilita skont il-Paragrafu 1, in-negozjati kollha li jkunu għaddejjin f’dik id-data li Stat Membru jkun daħal fihom skont dan ir-Regolament għandhom jitħallew jissuktaw u jiġu kkompletati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BORG
(1) L-Opinjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(4) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
Rettifika
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/52 |
Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 188, 18 ta’ Lulju 2009 )
F’paġna 9, l-Artikolu 18, fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu
flok:
“Għandu jibda japplika mis-7 ta’ Awwissu 2009.”,
aqra:
“Għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012.”.