ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.196.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 196

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
28 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tas-sorgu minn pajjiżi terzi

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jemenda għall-110 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

8

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2009/82/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 91/414/KEE sabiex tiġi inkluża t-tetraconazole bħala sustanza attiva ( 1 )

10

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju ( 1 )

14

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/562/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar in-non inklużjoni tal-metam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza ( 1 )

22

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/563/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lujlu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5612)  ( 1 )

27

 

 

2009/564/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5618)  ( 1 )

36

 

 

2009/565/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6059)

59

 

 

2009/566/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/721/KE fir-rigward tal-indennizzi mħallsa lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-esperti fl-oqsma tas-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5767)

61

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 673/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

24,7

XS

31,8

ZZ

28,3

0707 00 05

TR

98,3

ZZ

98,3

0709 90 70

TR

98,5

ZZ

98,5

0805 50 10

AR

54,1

UY

48,0

ZA

63,0

ZZ

55,0

0806 10 10

EG

151,1

MA

165,8

TR

109,5

US

141,6

ZA

126,9

ZZ

139,0

0808 10 80

AR

83,0

BR

68,8

CL

82,9

CN

81,7

NZ

88,6

US

91,3

ZA

89,3

ZZ

83,7

0808 20 50

AR

83,4

CL

81,2

ZA

117,7

ZZ

94,1

0809 10 00

TR

160,0

ZZ

160,0

0809 20 95

CA

324,1

TR

269,5

US

365,2

ZZ

319,6

0809 30

TR

158,1

ZZ

158,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 674/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Figurin tal-plastik użat bħala dispenser għoli 23 ċm u li l-forma tiegħu hi tonda b’idejn u saqajn li jiffurmaw futbol plejer fuq pedestall.

Il-prodott se jkun mimli bil-ħelu. Meta id waħda tiċċaqlaq il-ħelu se joħroġ minn fetħa f’forma tonda li tinsab f’ġismu.

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hi determinata mir-Regoli Ġenerali numru 1 u 6 dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (v) tal-Kapitolu 95 u l-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

Id-dispenser tal-plastik tal-ħelu m’għandux il-karatteristika ta’ ġugarell peress li dan jagħti biss ħelu u m’għandux valur reali ta’ logħob waħdu.

Il-prodott m’għandux il-karatteristika tal-oġġetti tal-kċina jew oġġetti oħra għad-dar tal-intestatura 3924 .

Dan il-prodott, li hu wżat bħala ħażna tal-ħelu, għandu funzjoni utilitarja skont it-tifsira tan-Nota 1 (v) tal-Kapitolu 95 u għalhekk għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostituenti tiegħu taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 .


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 675/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tas-sorgu minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta fi Spanja ċerta kwantità ta’ sorgu,

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża għal kollox.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir sejħa għal-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sorgu importat fi Spanja.

2.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sas-17 ta’ Diċembru 2009. Matul il-perjodu tas-sejħa, għandhom isiru sejħiet parzjali li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti huma ffissati bl-avviż tas-sejħa.

Artikolu 3

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta fi Spanja ċerta kwantità ta’ qamħirrum,

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża għal kollox.

(4)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir sejħa għal-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum importat fi Spanja.

2.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sas-17 ta’ Diċembru 2009. Matul il-perjodu tas-sejħa, għandhom isiru sejħiet parzjali li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti huma ffissati bl-avviż tas-sejħa.

Artikolu 3

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 677/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta fil-Portugall ċerta kwantità ta’ qamħirrum,

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fil-Portugall, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża għal kollox.

(4)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir sejħa għal-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum importat fil-Portugall.

2.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sas-17 ta’ Diċembru 2009. Matul il-perjodu tas-sejħa, għandhom isiru sejħiet parzjali li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti huma ffissati bl-avviż tas-sejħa.

Artikolu 3

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 678/2009

tas-27 ta’ Lulju 2009

li jemenda għall-110 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:

(1)

Nabil Abdul Salam Sayadi (sive Abu Zeinab); Indirizz: Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju, Post tat-twelid: 1.1.1966. Post tat-twelid: El Hadid, Tripoli, il-Libanu. Ċittadinanza: Belġjana mit-18.9.2001; Tagħrif ieħor: raġel ta' Patricia Vinck; iżżewġu fid-29.5.1992 f'Peschawar, il-Pakistan.

(2)

Patricia Rosa Vinck, (sive Souraya P. Vinck). Indirizz: Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju. Post tat-twelid: 4.1.1965. Post tat-twelid: Berchem (Antwerp), il-Belġju. Ċittadinanza: Belġjana. Tagħrif ieħor: mart Nabil Sayadi.


DIRETTIVI

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/10


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/82/KE

tat-13 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Direttiva 91/414/KEE sabiex tiġi inkluża t-tetraconazole bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb tal-possibilità li jkunu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi t-tetraconazole.

(2)

Għat-tetraconazole, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew valutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn dan, dawk ir-Regolamenti jsemmu liema huma l-Istati Membri relaturi li għandhom iressqu r-rapporti tal-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (l-EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għat-tetraconazole, l-Istat Membru relatur kien l-Italja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fil-15 ta Lulju 2005.

(3)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni għadda minn reviżjoni esperta mill-Istati Membri u mill-EFSA u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Lulju 2008 fil-format tar-Rapport Xjentifiku tal-EFSA għat-tetraconazole. Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali u ġie ffinalizzat fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-tetraconazole.

(4)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tetraconazole huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li t-tetraconazole tiġi inkluża fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet. Għaldaqstant, fir-rigward tat-tetraconazole huwa f’loku li jintalab li n-notifikant iressaq aktar informazzjoni dwar valutazzjoni rfinuta tar-riskju, dwar l-ispeċifikazzjoni fejn tidħol l-ekotossikoloġija, dwar x’isir mill-metaboliti potenzjali u dwar l-imġiba tagħhom fil-kompartimenti kollha rilevanti, dwar il-valutazzjoni rfinuta tar-riskju ta’ metaboliti bħal dawn lill-għasafar, il-mammali, organiżmi akkwatiċi u artropodi mhux fil-mira, u dwar il-potenzjal ta’ effetti ħżiena tal-endokrina fuq l-għasafar, il-mammali u l-ħut.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tetraconazole sabiex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4) uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tal-obbligi ta’ dawk li għandhom f’idhom awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkollu x’juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE kif meħtieġ.

(10)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(11)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (5), l-Istati Membri huma mħeġġa sabiex ifasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, kemm jista’ jkun, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u sabiex jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tetraconazole bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw it-tetraconazole, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tar-referenza li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih it-tetraconazole bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna t-tetraconazole. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Konsegwentement għal dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tetraconazole bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih it-tetraconazole bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014 jew sad-data ffissata, għal tali emenda jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kienu ġabu fis-seħħ l-inklużjoni tas-sustanza jew tas-sustanzi inkwistjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda hi l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.

(5)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

 

“Tetraconazole

Nru CAS 112281-77-3

Nru CIPAC 726

(RS)-2-(2,4-dichlorophenyl)-3-(1H-1,2,4-triazol-1-yl)-propyl-1,1,2,2-tetrafluoroethyl ether

≥ 950 g/kg (taħlita racemic)

Impurità toluene: Mhux iktar minn 13 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2010

Il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċidi fl-uċuħ tar-raba f’applikazzjoni ta’ massimu ta’ 0,100 Kg/ha kull tielet sena fl-istess għalqa biss jistgħu jiġu awtorizzati. L-użi fit-tuffieħ u l-għeneb ma għandhomx ikunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tetraconazole, u b’mod partikolari għandhom jitqiesu l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u pjanti mhux fil-mira; b’rabta ma’ dawn ir-riskji identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq,

għall-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu:

it-tressiq ta’ iktar informazzjoni dwar valutazzjoni rfinuta tar-riskju lill-konsumatur,

informazzjoni ulterjuri dwar l-ispeċifikazzjoni fir-rigward tal-ekotossikoloġija,

informazzjoni ulterjuri dwar x’isir mill-metaboliti potenzjali u dwar l-imġiba tagħhom fil-kompartimenti rilevanti kollha,

il-valutazzjoni rfinuta tar-riskju ta’ metaboliti bħal dawn lill-għasafar, il-mammali, l-organiżmi akkwatiċi u l-antropodi mhux fil-mira,

iktar informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ effetti ħżiena fuq l-endokrina tal-għasafar, il-mammali u l-ħut.

Għandhom jiżguraw li n-notifikanti jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni bħal din sal-31 ta’ Diċembru 2011.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/14


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/83/KE

tas-27 ta’ Lulju 2009

li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-punt (1) tal-Artikolu 150(1) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiżguraw implimentazzjoni u applikazzjoni koerenti tad-Direttiva 2006/48/KE madwar l-UE kollha, fl-2006 l-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej waqqfu grupp ta’ ħidma (il-Grupp għat-Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali – is-CRDTG) li kien inkarigat jiddiskuti u jsolvi kwistjonijiet li kellhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont is-CRDTG, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi inklużi fl-Annessi V, VI, VII, VIII, IX, X u XII tad-Direttiva 2006/48/KE jeħtieġ li jiġu speċifikati iktar sabiex tkun żgurata applikazzjoni konverġenti. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet ma jikkorrispondux ma’ prattiki għaqlin tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu aġġustati.

(2)

Bil-għan li jintlaħaq is-suq intern, għandhom jiġu ċċarati l-modi kif istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi li hemm trasferiment sinifikanti tar-riskju mill-karta tal-bilanċ tagħha. Jixraq ukoll li wieħed iżid il-fattur tal-konverżjoni ta’ kreditu għall-faċilitajiet tal-likwidità mogħtija mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-mekkaniżmi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

(3)

Id-Direttiva 2006/48/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/48/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-punt 8 tal-Anness V qed jitbiddel b’dan li ġej:

“8.

Ir-riskji li jinħolqu minn tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fihom l-istituzzjonijiet tal-kreditu jkunu l-investituri, l-oriġinaturi jew il-promoturi, għandhom jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri xierqa. B’mod partikulari, dawn il-politiki u l-proċeduri għandhom jiżguraw li s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni tkun murija bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tiegħu.”

(2)

Il-Parti 1 tal-Anness VI hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 29, il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“29.

L-iskoperturi għal istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ aktar minn tliet xhur li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jingħataw piż għar-riskju skont it-Tabella 4 bi qbil mal-attribuzzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs eliġibbli għas-sitt klassijiet tal-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.”

(b)

Fil-punt 31, il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“31.

L-iskoperturi għal istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ tliet xhur jew inqas li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jingħataw piż għar-riskju skont it-Tabella 5 bi qbil mal-attribuzzjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs eliġibbli għas-sitt klassijiet tal-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu:”

(c)

Il-punt 14 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“14.   

SKOPERTURI GĦAL ISTITUZZJONIJIET U KUMPANIJI B’VALUTAZZJONI TAL-KREDITU GĦAT-TERMINU QASIR”.

(d)

Fil-punt 73, il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“73.

L-iskoperturi għal istituzzjonijiet fejn japplikaw il-punti 29 sa 32, u l-iskoperturi għal kumpaniji li għalihom hija disponibbli evalwazzjoni tal-kreditu għat-terminu qasir minn ECAI nominata għandhom jingħataw piż għar-riskju skont it-Tabella 7, bi qbil mal-attribuzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs eliġibbli għas-sitt klassijiet tal-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu:”

(e)

Qed jiżdied il-punt 90 li ġej:

“90.

Il-valur tal-iskopertura għal kuntratti ta’ kiri għandu jkun il-ħlas skontat tal-ammont minimu tal-kirja. Il-ħlasijiet tal-ammont minimu tal-kirja huma l-ħlasijiet matul il-perjodu tal-kiri li l-kerrej jista’ jagħmel jew jista’ jitġiegħel jagħmel u kwalunkwe opzjoni ta’ ffrankar (jiġifieri opzjoni li dwarha hemm kważi ċertezza sħiħa li se tiġi eżerċitata). Kwalunkwe valur residwu ggarantit li jissodisfa s-sett ta’ kundizzjonijiet mogħtija fil-punti 26, 27 u 28 tal-Parti I tal-Anness VIII rigward l-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti minimi biex ikun hemm rikonoxximent ta’ tipi ta’ garanziji oħrajn mogħtija fil-punti 14 sa 19 tal-Parti 2 tal-Anness VIII għandu jiġi inkluż ukoll fil-ħlasijiet tal-ammont minimu tal-kirja. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati fil-klassi rilevanti tal-iskopertura skont l-Artikolu 79. Meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija, l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għandhom jinħadmu kif ġej: 1/t * 100 % * il-valur tal-iskopertura, fejn ‘t’ hija l-ikbar minn 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.”

(3)

Il-Parti 1 tal-Anness VII hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 25 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“25.

L-ammont tal-iskopertura ppeżat għar-riskju għandu jkun it-telf potenzjali fuq l-iskoperturi tal-ekwità tal-istituzzjoni tal-kreditu kif idderivat bl-użu ta’ mudelli interni tal-valur fir-riskju (‘value-at-risk’) suġġett għall-intervall ta’ kunfidenza unilaterali (‘one-tailed’) fil-perċentil 99 tad-differenza bejn id-dħul trimestrali u rata xierqa mingħajr riskju kkalkulata fuq perjodu twil bħala kampjun, immultiplikati bi 12.5. L-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju fil-livell tal-portafoll tal-ekwità ma għandux ikun inqas mill-ammont totali tal-għadd tal-ammonti minimi tal-iskopertura ppeżati għar-riskju meħtieġ taħt l-Approċċ tal-PD/LGD u l-ammonti korrispondenti tat-telf mistennija mmultiplikati bi 12.5 u kkalkulati abbażi tal-valuri tal-PD stabbiliti fil-punt 24 tal-Parti 2 u l-valuri korrispondenti tal-LGD stabbiliti fil-punti 25 u 26 tal-Parti 2.”

(b)

Il-punt 27 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“27.

L-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għandhom ikunu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

 

l-ammont tal-iskopertura ppeżat għar-riskju = 100 % × il-valur tal-iskopertura,

 

għajr meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija, f’liema każ l-ammont għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

 

1/t * 100 % * il-valur tal-iskopertura,

 

fejn “t” hija l-ikbar minn 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.”

(4)

Il-Parti 2 tal-Anness VII hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 13(c) qed jitbiddel b’dan li ġej:

“(c)

Għall-iskoperturi li ġejjin minn tranżazzjonijiet ta’ strumenti dderivati megħjuna b’mod sħiħ jew kważi minn kollateral (elenkati fl-Anness IV) jew minn tranżazzjonijiet ta’ self ta’ marġini megħjuna b’mod sħiħ jew kważi minn kollateral, li huma suġġetti għal ftehim ewlieni ta’ kalkolu fuq bażi netta, M għandha tkun il-maturità residwa medja b’piż iddifferenzjat ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u għandha tkun talanqas perjodu ta’ għaxart ijiem. Għal tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew tranżazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self ta’ titolizzazzjonijiet jew kommoditajiet li huma suġġetti għal ftehim ewlieni ta’ kalkolu fuq bażi netta, M għandha tkun il-maturità residwa medja b’piż iddifferenzjat tat-tranżazzjonijiet u għandha tkun talanqas perjodu ta’ ħamest ijiem. Għall-piż tal-maturità għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta’ kull tranżazzjoni;”

(b)

Fil-punt 14, il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“14.

Minkejja l-punti 13(a), (b), (c), (d) u (e), M għandha tkun talanqas ġurnata għal:”

(5)

Fil-Parti 4 tal-Anness VII, il-punt 96 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“96.

Ir-rekwiżiti fil-punti 97 sa 104 m’għandhomx japplikaw għall-garanziji pprovduti minn istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali, u kumpaniji li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 26(g) tal-parti 1 tal-Anness VIII jekk l-istituzzjoni tal-kreditu tkun irċeviet aċċettazzjoni biex jiġu applikati r-regoli tal-Artikoli 78 sa 83 għall-iskoperturi għal entitajiet bħal dawn. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 90 sa 93.”

(6)

Il-Parti 1 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 9 qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jekk l-impriża għall-investiment kollettiv (is-CIU) ma tillimitax ruħha għall-investiment fi strumenti li jkunu eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-punti 7 u 8, l-unitajiet jistgħu jiġu rrikonoxxuti bil-valur ta’ assi eliġibbli bħala kollateral jekk wieħed jassumi li s-CIU investiet f’assi li mhumiex eliġibbli sal-limitu massimu permess taħt il-mandat tagħħa. F’każijiet fejn assi li mhumiex eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li ġejjin mis-sjieda, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-valur totali tal-assi li mhumiex eliġibbli u għandha tnaqqas il-valur tal-assi eliġibbli b’dak tal-assi li mhumiex eliġibbli f’każ li dan tal-aħħar ikun negattiv.”

(b)

Fil-punt 11 qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jekk l-impriża għall-investiment kollettiv (is-CIU) ma tillimitax ruħha għall-investiment fi strumenti li jkunu eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-punti 7 u 8 u għall-affarijiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-punt, l-unitajiet jistgħu jiġu rrikonoxxuti bil-valur ta’ assi eliġibbli bħala kollateral jekk wieħed jassumi li s-CIU investiet f’assi li mhumiex eliġibbli sal-limitu massimu permess taħt il-mandat tagħħa. F’każijiet fejn assi li mhumiex eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li ġejjin mis-sjieda, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkalkuka l-valur totali tal-assi li mhumiex eliġibbli u għandha tnaqqas il-valur tal-assi eliġibbli b’dak tal-assi li mhumiex eliġibbli f’każ li dan tal-aħħar ikun negattiv.”

(7)

Il-Parti 2 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 13 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“13.

Sabiex poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhana bħala garanzija lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef ikunu rrikonoxxuti għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandha tintrahan bħala garanzija jew tkun assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef;

(b)

il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun avżata bir-rahan jew l-assenju u b’riżultat ma tistax tħallas ammonti li għandhom jitħallsu skont il-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef;

(c)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef għandha d-dritt li tħassar il-polza u li tirċievi l-valur ta’ ċediment fil-każ tal-inadempjenza tad-debitur;

(d)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-polza min-naħa mit-titular tal-polza;

(e)

il-protezzjoni tal-kreditu għandha tkun ipprovduta għall-maturità tas-self. F’każ li dan ma jkunx possibbli minħabba li r-relazzjoni tal-assigurazzjoni tispiċċa qabel dik tas-self, l-istituzzjoni tal-kreditu trid tiżgura li l-ammont li jkun ġej mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jservi bħala garanzija għall-istituzzjoni ta’ kreditu sa ma jintemm il-perjodu tal-ftehim tal-kreditu;

(f)

ir-rahan jew l-assenju jkun effettiv u jista’ jiġi infurzat b’mod legali fil-ġurisdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fil-waqt meta jkun qed jiġi konkluż il-ftehim tal-kreditu;

(g)

il-valur ta’ ċediment ikun iddikjarat mill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u ma jkunx jista’ jitnaqqas;

(h)

il-valur ta’ ċediment għandu jitħallas f’waqtu meta jintalab;

(i)

il-valur ta’ ċediment ma jistax jintalab minħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

(j)

il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija suġġetta għad-Direttiva 2002/83/KE u għad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) jew hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li huma talanqas ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.

(*)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.”"

(b)

Fil-punt 16, il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“16.

Meta skopertura tkun protetta minn garanzija megħjuna minn kontrogaranzija ta’ amministrazzjoni jew bank ċentrali, amminisrazzjoni reġjonali jew awtorità lokali, li l-pretensjonijiet kontrihom jitqiesu bħala pretensjonijiet kontra l-amministrazzjoni ċentrali tal-pajjiż li fih huma stabbiliti taħt l-Artikoli 78 sa 83, ta’ bank multilaterali ta’ żvilupp jew organizzazzjoni internazzjonali li għalihom huwa assenjat piż għar-riskju ta’ 0 % taħt jew permezz tal-Artikoli 78 sa 83, jew ta’ entità tas-settur pubbliku, li l-pretensjonijiet kontriha jitqiesu bħala pretensjonijiet kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt l-Artikoli 78 sa 83, l-iskopertura tista’ titqies bħala protetta minn garanzija pprovduta mill-entità kkonċernata jekk kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(8)

Il-Parti 3 tal-Anness VIII hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 24 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“24.

Il-Metodu Sempliċi għall-Kollateral Finanzjarju għandu jkun disponibbli biss meta l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju jinħadmu skont l-Artikoli 78 sa 83. Istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tuża kemm il-Metodu Sempliċi għall-Kollateral Finanzjarju kif ukoll il-Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju, sakemm dan ma jsirx għall-għanijiet tal-Artikoli 85(1) u 89(1). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li din l-applikazzjoni straordinarja taż-żewġ metodi mhijiex użata b’mod selettiv sabiex jintlaħqu rekwiżiti kapitali minimi mnaqssin u ma twassalx għal arbitraġġ regolatorju.”

(b)

Il-punt 26 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“26.

Il-piż għar-riskju li kieku jiġi assenjat taħt l-Artikoli 78 sa 83 jekk min qed isellef kellu skopertura diretta għall-istrument kollaterali għandu jiġi assenjat għal dawk il-porzjonijiet tal-valuri tal-iskopertura li jkunu koperti mill-valur tas-suq tal-kollateral rikonoxxut. Għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ oġġett li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ u li hu mniżżel fl-Anness II għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 78(1). Il-piż għar-riskju fuq il-porzjon ikkollateralizzat għandu jkun minimu ta’ 20 % minbarra kif speċifikat fil-punti 27 sa 29. Il-bqija tal-valur tal-iskopertura għandu jirċievi l-piż għar-riskju li kieku jiġi assenjat għal skopertura mhux iggarantita lill-kontroparti skont l-Artikoli 78 sa 83.”

(c)

Fil-punt 33, id-definizzjoni tal-kwantità varjabbli “E” qed titbiddel b’dan li ġej:

“E hija l-valur tal-iskopertura kif kieku jiġi ddeterminat skont l-Artikoli 78 sa 83 jew l-Artikoli 84 sa 89 kif xieraq jekk l-iskopertura ma kenitx ikkollateralizzata. Għal dan il-għan, għal istituzzjonijiet tal-kreditu li jaħdmu l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju skont l-Artikoli 78 sa 83, il-valur tal-iskopertura ta’ oġġett li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ u li hu mniżżel fl-Anness II għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 78(1), u għal istituzzjonijiet tal-kreditu li jaħdmu l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju skont l-Artikoli 84 sa 89, il-valur tal-iskopertura tal-oġġetti mniżżlin fil-punti 9 sa 11 tal-Parti 3 tal-Anness VII għandu jinħadem bl-użu ta’ fattur tal-konverżjoni ta’ 100 % u mhux bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-punti.”

(d)

Fil-punt 69, qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura tal-oġġetti mniżżlin fil-punti 9, 10 u 11 tal-Parti 3 tal-Anness VII għandu jinħadem bl-użu ta’ fattur tal-konverżjoni jew perċentwal ta’ 100 % u mhux bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-punti.”

(e)

Il-punt 75 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“75.

Fejn id-diskrezzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt 73 titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet tal-kreditu tagħhom jassenjaw il-piżijiet għar-riskju permessi taħt it-trattament tal-punt 73 fir-rigward tal-iskoperturi kkollateralizzati bi proprjetà residenzjali jew proprjetà kummerċjali li tinsab fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, suġġetti għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw fl-ewwel Stat Membru.”

(f)

Il-punt 80 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“80.

F’każ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 13 tal-Parti 2, il-porzjon tal-iskopertura kkollateralizzat bil-valur attwali ta’ ċediment tal-protezzjoni tal-kreditu li jaqa’ fi ħdan it-termini tal-punt 24 tal-Parti 1 għandu jkun wieħed milli ġej:

(a)

suġġett għall-piżijiet għar-riskju speċifikati fil-punt 80a f’każ fejn l-iskopertura tkun suġġetta għall-Artikoli 78 sa 83;

(b)

assenjat LGD ta’ 40 % f’każ fejn l-iskopertura tkun suġġetta għall-Artikoli 84 sa 89 iżda mhux suġġetta għall-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni tal-kreditu stess.

F’każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil fil-munita, il-valur attwali ta’ ċediment għandu jitnaqqas skont il-punt 84, u l-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu għandu jkun il-valur attwali ta’ ċediment tal-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.”

(g)

Il-punt il-ġdid 80a li ġej qed jiddaħħal wara l-punt 80:

“80a.

Għall-għanijiet tal-punt 80(a), il-piżijiet għar-riskju li ġejjin għandhom ikunu assenjati abbażi tal-piż għar-riskju assenjat għal skopertura tal-ogħla grad mhux iggarantita lill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja:

(a)

piż għar-riskju ta’ 20 %, f’każ fejn l-iskopertura tal-ogħla grad mhux iggarantita lill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż għar-riskju ta’ 20 %;

(b)

piż għar-riskju ta’ 35 %, f’każ fejn l-iskopertura tal-ogħla grad mhux iggarantita lill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż għar-riskju ta’ 50 %;

(c)

piż għar-riskju ta’ 70 %, f’każ fejn l-iskopertura tal-ogħla grad mhux iggarantita lill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż għar-riskju ta’ 100 %;

(d)

piż għar-riskju ta’ 150 %, f’każ fejn l-iskopertura tal-ogħla grad mhux iggarantita lill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż għar-riskju ta’ 150 %.”

(h)

Il-punt 87 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“87.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 80, ‘g’ għandu jkun il-piż għar-riskju li għandu jiġi assenjat għal skopertura li l-valur tal-iskopertura (‘E’) tagħha huwa protett għal kollox mill-protezzjoni mhux iffinanzjata (GA), fejn:

 

E huwa l-valur tal-iskopertura skont l-Artikolu 78; għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ oġġett li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ u li hu mniżżel fl-Anness II għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 78(1);

 

g huwa l-piż għar-riskju tal-iskoperturi lil min qed jipprovdi l-protezzjoni kif speċifikat skont l-Artikoli 78 sa 83; kif ukoll

 

GA huwa l-valur ta’ G* kif maħdum skont il-punt 84 u aġġustat aktar għal kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fil-maturità kif stipulat fil-Parti 4.”

(i)

Fil-punt 88, id-definizzjoni tal-kwantità varjabbli “E” qed titbiddel b’dan li ġej:

“E huwa l-valur tal-iskopertura skont l-Artikolu 78. Għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ oġġett li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ u li hu mniżżel fl-Anness II għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 78(1);”

(j)

Il-punti 90, 91 u 92 qed jitbiddlu b’dan li ġej:

“90.

Għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura (E) (ibbażat fuq il-valur aġġustat għall-protezzjoni tal-kreditu GA), il-PD għall-għanijiet tal-Parti 2 tal-Anness VII jista’ jkun il-PD ta’ min jipprovdi l-protezzjoni, jew PD bejn dak ta’ min jissellef u l-garanti jekk sostituzzjoni sħiħa ma titqiesx bżonnjuża. Fil-każ ta’ skoperturi subordinati u protezzjoni mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat għall-għanijiet tal-Parti 2 tal-Anness VII jista’ jkun dak assoċjat mal-pretensjonijiet tal-ogħla grad.”

91.

Għal kwalunkwe porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura (E), il-PD għandu jkun dak ta’ min jissellef u l-LGD għandu jkun dak tal-iskopertura li fuqha huwa msejjes.

92.

GA huwa l-valur ta’ G* kif maħdum skont il-punt 84 u aġġustat aktar għal kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fil-maturità kif stipulat fil-Parti 4. E huwa l-valur tal-iskopertura skont il-Parti 3 tal-Anness VII. Għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura tal-oġġetti mniżżlin fil-punti 9 sa 11 tal-Parti 3 tal-Anness VII għandu jinħadem bl-użu ta’ fattur tal-konverżjoni jew perċentwal ta’ 100 % u mhux bl-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-punti.

(9)

Il-Parti 2 tal-Anness IX hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)

Il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“1.

L-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi l-iskoperturi titolizzati mill-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistennija jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

riskju tal-kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi titolizzati jitqies li jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi;

(b)

l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tapplika piż għar-riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet kollha tat-titolizzazzjoni li għandha f’din it-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni mill-fondi proprji skont l-Artikolu 57(r).”

(ii)

Il-punti 1a sa 1d li ġejjin qed jiddaħħlu wara l-frażi ta’ introduzzjoni:

“1a.

Sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix, f’każ partikulari, li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju li l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tikseb permezz ta’ din it-titolizzazzjoni mhuwiex iġġustifikat bi trasferiment korrispondenti tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, fil-każijiet li ġejjin se jitqies li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti:

(a)

l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji tal-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini f’din it-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji kollha li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;

(b)

fejn m’hemm l-ebda pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji f’titolizzazzjoni partikulari, u l-istituzzjoni tal-oriġini tista’ turi li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jkun suġġett għat-tnaqqis mill-fondi proprji jew għal piż għar-riskju ta’ 1 250 % jaqbeż stima raġonevoli tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi titolizzati b’marġini sostanzjali, l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini m’għandhiex iktar minn 20 % tal-valuri tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jkunu suġġetti għat-tnaqqis mill-fondi proprji jew għal piż għar-riskju ta’ 1 250 %.

1b.

Għall-għanijiet tal-punt 1a, pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji jfissru pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li għalihom japplika piż għar-riskju ta’ inqas minn 1 250 % u li huma fi grad iktar baxx mill-ogħla pożizzjoni f’din it-titolizzazzjoni u li huma fi grad iktar baxx minn kwalunkwe pożizzjoni tat-titolizzazzjoni f’din it-titolizzazzjoni li għaliha:

(a)

jiġi assenjat grad ta’ kwalità tal-kreditu bin-numru 1 fil-każ ta’ pożizzjoni tat-titolizzazzjoni suġġetta għall-punti 6 sa 36 tal-parti 4; jew

(b)

jiġi assenjat grad ta’ kwalità tal-kreditu bin-numru 1 jew 2 skont il-Parti 3, fil-każ ta’ pożizzjoni tat-titolizzazzjoni suġġetta għall-punti 37 sa 76 tal-parti 4.

1c.

Bħala alternattiva għall-punti 1a u 1b, jista’ jitqies li jkun ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li istituzzjoni ta’ kreditu jkollha politiki u metodoloġiji li jiżguraw li t-tnaqqis possibbli tar-rekwiziti kapitali li l-istituzzjoni tal-oriġini tikseb permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġġustifikat bi trasferiment korrispondenti tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti biss jekk l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tista’ turi li t-tali trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi huwa rrikonoxxut ukoll għall-għanijiet tal-ġestjoni interna tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu u għall-allokazzjoni interna tagħha tal-kapital.

1d.

Minbarra l-punti 1 sa 1c, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:”

(b)

Il-punt 2 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“2.

L-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini ta’ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju, u skont kif inhu rilevanti, l-ammonti tat-telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skont il-punti 3 u 4, jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

riskju tal-kreditu sinifikanti jitqies li jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi permezz ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew le;

(b)

l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tapplika piż għar-riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjonijiet kollha tat-titolizzazzjoni li għandha f’din it-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni mill-fondi proprji skont l-Artikolu 57(r).”

(ii)

Il-punti 2a sa 2d li ġejjin qed jiddaħħlu wara l-frażi ta’ introduzzjoni:

“2a.

Sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix, abbażi ta’ każ b’każ, li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju li l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tikseb permezz ta’ din it-titolizzazzjoni mhuwiex iġġustifikat bi trasferiment korrispondenti tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, se jitqies li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji tal-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini f’din it-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50 % tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji kollha li jeżistu f’din it-titolizzazzjoni;

(b)

fejn m’hemm l-ebda pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji f’titolizzazzjoni partikulari, u l-istituzzjoni tal-oriġini tista’ turi li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jkun suġġett għat-tnaqqis mill-fondi proprji jew għal piż għar-riskju ta’ 1 250 % jaqbeż stima raġonevoli tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi titolizzati b’marġini sostanzjali, l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini m’għandhiex iktar minn 20 % tal-valuri tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jkunu suġġetti għat-tnaqqis mill-fondi proprji jew għal piż għar-riskju ta’ 1 250 %.

2b.

Għall-għanijiet tal-punt 2a, pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni intermedji jfissru pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li għalihom japplika piż għar-riskju ta’ inqas minn 1 250 % u li huma fi grad iktar baxx mill-ogħla pożizzjoni f’din it-titolizzazzjoni u li huma fi grad iktar baxx minn kwalunkwe pożizzjoni tat-titolizzazzjoni f’din it-titolizzazzjoni li għaliha:

(a)

jiġi assenjat grad ta’ kwalità tal-kreditu bin-numru 1 fil-każ ta’ pożizzjoni tat-titolizzazzjoni suġġetta għall-punti 6 sa 36 tal-parti 4; jew

(b)

jiġi assenjat grad ta’ kwalità tal-kreditu bin-numru 1 jew 2 skont il-Parti 3, fil-każ ta’ pożizzjoni tat-titolizzazzjoni suġġetta għall-punti 37 sa 76 tal-parti 4.

2c.

Bħala alternattiva għall-punti 2a u 2b, jista’ jitqies li jkun ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li istituzzjoni ta’ kreditu jkollha politiki u metodoloġiji li jiżguraw li t-tnaqqis possibbli tar-rekwiziti kapitali li l-istituzzjoni tal-oriġini tikseb permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġġustifikat bi trasferiment korrispondenti tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti biss jekk l-istituzzjoni tal-kreditu tal-oriġini tista’ turi li t-tali trasferiment tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi huwa rrikonoxxut ukoll għall-għanijiet tal-ġestjoni interna tar-riskju tal-istituzzjoni tal-kreditu u għall-allokazzjoni interna tagħha tal-kapital.

2d.

Barra minn hekk, it-trasferiment għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(10)

Il-Parti 4 tal-Anness IX hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 13 il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’dan li ġej:

“F’każ fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, tista’ tiġi applikata ċifra tal-konverżjoni ta’ 50 % għall-ammont nominali ta’ faċilità tal-likwidità sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-iskopertura tagħha:”

(b)

Il-punti 2.4.2 u 14 qed jitħassru.

(c)

Il-punt 48 qiegħed jitħassar.

(d)

Il-punti 3.5.1 u 56 qed jitħassru.

(11)

Fil-Parti 2 tal-Anness X, il-punt 1 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“1.

Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv għandu jinħadem bħala l-medja, fuq tliet snin, tal-ammonti totali annwali tar-rekwiżiti kapitali fil-linji tan-negozju msemmija fit-Tabella 2. Fi kwalunkwe sena, rekwiżiti kapitali negattivi (li jkunu ġejjin minn dħul gross negattiv) fi kwalunkwe linja tan-negozju jistgħu jibbilanċjaw rekwiżiti kapitali pożittivi f’linji oħrajn tan-negozju mingħajr limitu. Madanakollu, f’każ fejn, f’sena partikulari, ir-rekwiżiti kapitali totali fil-linji tan-negozju kollha huma negattivi, iċ-ċifra mdaħħla fin-numeratur għal dik is-sena għandha tkun żero.”

(12)

Il-Parti 3 tal-Anness X hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 14 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“14.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jikklassifikaw id-dejta storika interna tat-telf tagħhom skont il-linji tan-negozju ddefiniti fil-Parti 2 u skont it-tipi ta’ avvenimenti ddefiniti fil-Parti 5, u jipprovdu dik id-dejta lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuhielhom. Avvenimenti ta’ telf li jaffettwaw lill-istituzzjoni kollha jistgħu jkunu allokati għal linja tan-negozju oħra msejħa ‘affarijiet tal-kumpanija’ minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali. Irid ikun hemm kriterji ddokumentati u oġġettivi għall-allokazzjoni tat-telf għal-linji tan-negozju u avvenimenti speċifikati. It-telf tar-riskju operattiv li hu relatat mar-riskju tal-kreditu u li storikament ġie inkluż fil-bażijiet tad-dejta interni tar-riskju tal-kreditu għandu jkun irreġistrat fil-bażijiet tad-dejta tar-riskju operattiv u identifikat separatament. Dan it-tip ta’ telf m’għandux ikun suġġett għat-tnaqqis għar-riskju operattiv, sakemm ikompli jkun ittrattat bħala riskju ta’ kreditu għall-għanijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti minimi kapitali. It-telf tar-riskju operattiv li hu relatat mar-riskji tas-suq għandu jkun inkluż fl-ambitu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv.”

(b)

Il-punt 29 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“29.

It-taffija tar-rekwiżiti kapitali mir-rikonoxximent tal-assigurazzjonijiet u tal-mekkaniżmi l-oħrajn tat-trasferiment tar-riskju m’għandux jaqbeż l-20 % tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv qabel ir-rikonoxximent tal-metodi tal-mitigazzjoni tar-riskju.”

(13)

Fil-punt 10 tal-parti 2 tal-Anness XII, qed jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:

“(d)

l-ogħla miżura minn dawk ta’ kuljum tal-valur fir-riskju matul il-perjodu ta’ rrappurtar, l-iktar waħda baxxa u dik medja, u l-miżura tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-perjodu;

(e)

taqbil tal-miżuri tal-valur fir-riskju ta’ tmiem il-jum ta’ kuljum mat-tibdiliet tal-ġurnata fil-valur tal-portafoll sal-aħħar tal-ġurnata tan-negozju sussegwenti flimkein ma’ analiżi ta’ kwalunkwe qbiż importanti eċċessiv tal-livell imbassar fil-kalkolu (‘overshootings’) matul il-perjodu ta’ rrappurtar.”

(14)

Fil-Parti 3 tal-Anness XII, il-punt 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:

“3.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 105 għall-kalkolu tar-rekwiżiti tagħhom tal-fondi proprji għar-riskju operattiv għandhom jiżvelaw deskrizzjoni tal-użu tal-assigurazzjonijiet u tal-mekkaniżmi l-oħrajn tat-trasferiment tar-riskju sabiex inaqqsu dan ir-riskju.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza meta jippubblikawhom b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar in-non inklużjoni tal-metam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/562/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru, matul perijodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I għal dik id-Direttiva u li jkunu diġà fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qed jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-metam.

(3)

Għall-metam, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użijietjiet proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom iressqu r-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) skont l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-metam, l-Istat Membru relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti tressaq fl-10 ta’ Settembru 2007.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha għall-Evalwazzjoni u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva metam. Dan ir-rapport ġie eżaminat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzat fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metam.

(5)

Matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi elementi ta’ tħassib li ma ppermettewx li l-evalwaturi juru l-aċċettabbiltà ta’ espożizzjoni tal-konsumatur. Dawk l-elementi ta’ tħassib kienu, b’mod partikolari, l-istudji inadegwati tar-residwi u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar impurità tossikoloġikament rilevanti, N,N′-dimethylthiourea (DMTU). Barra minn hekk, minħabba r-rata għolja ta’ applikazzjoni, ammont kbir ta’ impurità DMTU tispiċċa fl-ambjent u n-nuqqas ta’ data fir-rigward tal-imġiba tagħha fl-ambjent jirriżulta fi tħassib. Konsegwentement, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fl-iskadenzi ta’ żmien stabbilit, li l-metam laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk kienx biħsiebu jew le jkompli jappoġġa s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li kienu eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setgħax jitneħħa, u l-valutazzjonijiet magħmula abbażi tal-informazzjoni mogħtija u evalwata matul il-laqgħat tal-esperti tal-EFSA ma wrewx li jista’ jkun mistenni li, taħt il-kondizzjonijiet proposti ta’ użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk il-metam m’għandux jiġi inkluż fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-metam jiġu rtirati fi żmien perijodu preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal tali prodotti.

(9)

Fid-dawl tal-informazzjoni quddiem il-Kunsill jidher li, fin-nuqqas ta’ alternattivi effiċjenti għal ċerti użijietjiet limitati f’ċerti Stati Membri, hemm ħtieġa għal aktar użu tas-sustanza attiva biex ikun jista’ jsir l-iżvilupp ta’ alternattivi. Huwa, għalhekk, iġġustifikat, fiċ-ċirkostanzi preżenti, li jiġi preskritt, taħt kondizzjonijiet stretti mmirati biex jiġi mminimizzat ir-riskju, perijodu itwal għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-użijietjiet limitati kkunsidrati essenzjali li għalihom ma tidher ebda alternattiva attwalment disponibbli għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara.

(10)

Kwalunkwe perijodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam għandu jkun limitat għal perijodu ta’ 12-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu wżati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam jistgħu jibqgħu disponibbli għall-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(11)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-metam skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tagħha l ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I (4) tagħha, bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-metam fl-Anness I tagħha.

(12)

Fin-nuqqas ta’ opinjoni favorevoli tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, il-Kummissjoni ma setgħetx tadotta d-dispożizzjonijiet li hi pprevediet taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-metam m’għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(1)

awtorizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam ikunu rtirati sat-13 ta’ Jannar 2010;

(2)

ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam m’hi ser tingħata jew tiġġeded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, Stat Membru elenkat fil-kolonna A tal-Anness I jista’ jżomm l-awtorizzazzjonijiet għal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam għall-użijiet elenkati fil-kolonna B ta’ dak l-Anness sal-31 ta’ Diċembru 2014, dment li jkun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huwa jiżgura li ma jiġu kkawżati ebda effetti li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u ma tiġi kkawżata ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;

(b)

huwa jiżgura li tali prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jibqgħu fis-suq ikunu ttikkettjati mill-ġdid biex ikunu pari mal-kondizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(c)

huwa jimponi l-miżuri adatti kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jitnaqqas kwalunwe risku possibbli sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent;

(d)

huwa jiżgura li prodotti jew metodi alternattivi għal tali użijiet qed jitwettqu bis-serjetà, b’mod partikolari, permezz ta’ pjani ta’ azzjoni.

2.   L-Istat Membru li jagħmel użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 1, u, b’mod partikolari, taħt il-punti (a) sa (d) sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u fuq bażi annwali jagħtu stimi tal-ammonti tal-metam utilizzat għal użijiet essenzjali skont dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Kwalunke perijodu ta’ moratorju mogħti minn Stati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun:

Għall-awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skont l-Artikolu 2, dak il-perijodu għandu jiskadi fit-13 ta’ Jannar 2011,

Għall-awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skont l-Artikolu 3, dan għandu jiskadi l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


ANNESS

Lista tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)

Kolonna A

Kolonna B

Stat Membru

Użu

Diżinfettazzjoni tal-ħamrija u kontroll tal-ħaxix ħażin qabel it-taħwil/żrigħ, limitata għal utenti professjonali b’tagħmir protettiv adatt taħt kondizzjonijiet awtorizzati speċifiċi kif stabbilit fl-Artikolu 3 u soġġett għar-restrizzjonijiet li ġejjin għal kull Stat Membru:

Belġju

Ħamrija tax-Xtieli (l-għelejjel kollha).

Patata (patata taż-żerriegħa, tal-ikkunsmar u tal-lamtu), pitravi taz-zokkor u tal-għalf, basal, ħxejjex, għelejjel tal-frott, ħxejjex aromatiċi, ġonna tas-siġar tal-frott (taħwil mill-ġdid), pjanti ornamentali.

Bulgarija

Użu tas-serer tal-ħġieġ (tadam, ħjar, ħass, karrotti, bżar, brunġiel u tabakk).

Ċipru

Mixtliet, ħxejjex, patata, pjanti ornamentali, frott minn siġar li jwaqqgħu l-weraq, ċitru, u għeneb.

Franza

Għelejjel tal-ħxejjex u l-frott u prinċipalment valerjanella, karrotti, tadam, frawli, asparagu, pjanti ornamentali, siġar u arbuxxelli.

Greċja

Ħamrija tax-xtieli u demel għall-ħamrija (għall-għelejjel kollha), użu ta’ ġewwa u ta’ barra għat-trattament tal-ħamrija (għall-għelejjel tal-ħxejjex u l-pjanti ornamentali), mixtliet tat-tabakk

Ungerija

Użu f’għelieqi: patata, karrotti, krafes bl-għeruq, krafes Ġermaniżi, pjanti ornamentali, berries, tuffieħ, lanġas, tabakk, għeneb tal-inbid, frott tal-għadma, mixtliet tal-frott u tad-dwieli.

Użu tas-serer tal-ħġieġ: bżar aħdar, tadam, ħjar, karrotti, krafes bl-għeruq, krafes Ġermaniżi, tabakk, berries, pjanti ornamentali.

Italja

Ross, Ħass u affarijiet simili, Tadam, Bżar u Brunġiel, Għeruq tal-qara’, Karrotti, Ħxejjex tal-basal, Ħxejjex tal-għerq, Patata, Tabakk, Żrigħ mill-ġdid tal-vinji u l-ġonna tas-siġar tal-frott, Fjuri.

Irlanda

Użi tas-serer tal-ħġieġ: Tadam, Qronfol, Ħjar, Pjanti ornamentali, Chrysanthemum u Ħass.

Użi f’għelieqi: Patata, Basal tal-ħxejjex, Stokk ta’ xitel li jiflaħ għall-ksieħ u l-irjieħ fil-mixtla, Frott tal-kannamiela, Turf, Frawli u Żrigħ tal-Foresti.

Malta

Tadam, brunġiel, bżar, bettieħ, dulliegħ, qara’ xitwi, ħjar u frawli

Olanda

Patata (patata taż-żerriegħa, tal-ikkunsmar u tal-lamtu), pitravi taz-zokkor u tal-għalf, ġonna tas-siġar tal-frott (taħwil mill-ġdid), pjanti ornamentali (inkluż it-tkabbir ta’ basal tal-ħxejjex), sogħda tal-ġewż isfar fl-għelejjel kollha.

Polonja

Użi f’għelieqi: frawli, kaboċċi, karrotti, ħass, basal, tewm.

Użu tas-serer tal-ħġieġ: tadam, ħjar, bżar, brunġiel.

Portugall

Patata, basal, karrotti, bettieħ, frawli, ħjar, bżar, tadam, ħxejjex taċ-ċitru, pjanti ornamentali, fumigazzjoni tal-ħamrija tas-serer tal-ħġieġ, fumigazzjoni tal-ħamrija tal-mixtliet.

Rumanija

Ħxejjex u pjanti ornamentali.

Spanja

Mixtliet, Ħmiemel, Ħxejjex, Tabakk, Fjuri, Frawli, Patata taż-żerriegħa, vinji.

Renju Unit

Ħamrija tas-serer tal-ħġieġ, ħamrija tal-mixtliet, ħamrija ta’ barra u ħamrija tax-xtieli qabel it-taħwil tal-għelejjel tal-frott, għelejjel tal-ħxejjex, patata, ħxejjex aromatiċi, fjuri, basal tal-ħxejjex, pjanti ornamentali, pjanti.


Il-Kummissjoni

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lujlu 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5612)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/563/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-eko-tikketta, imfassla abbażi tal-kriterji abbozzati mill-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, trid isseħħ fi żmien xieraq qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi rriveduti sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lix-xedd tar-riġel u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE (2). Dawk il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom huma validi sal-31 ta’ Marzu 2010.

(5)

Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li titbiddel id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Għalhekk hemm lok li d-Deċiżjoni 2002/231/KE tiġi sostitwita.

(8)

Hemm lok li l-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-eko-tikketta għax-xedd tas-saqajn abbażi tal-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2002/231/KE, jingħataw perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Hemm lok ukoll li l-produtturi jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/231/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jinkludi l-oġġetti kollha tal-ħwejjeġ iddisinjati sabiex jipproteġu jew jgħattu s-sieq, b’pett minn barra mwaħħal li jiġi f’kuntatt mal-art. Ix-xedd tas-saqajn ma għandu jkollu l-ebda komponent elettriku jew elettroniku.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti xedd tas-saqajn skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 (minn hawn ’il quddiem “l-eko-tikketta”), ix-xedd tas-saqajn għandu jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “xedd tas-saqajn”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jkun “017”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2002/231/KE hija mħassra.

Artikolu 6

1.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti xedd tas-saqajn imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2002/231/KE.

2.   ’l-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kisi iebes imressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010 jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/231/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Meta l-eko-tikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/231/KE, dik l-eko-tikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50.


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari li:

jillimitaw il-livelli tar-residwi tossiċi,

jillimitaw l-emissonijiet ta’ komposti volatili organiċi, u

jippromwovu prodott li jservi iktar.

Il-kriterji huma ffissati fl-livelli li jippromwovu l-ittikkettar tax-xedd tas-saqajn li jkollu impatt ambjentali iktar baxx.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn xieraq, metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk dawn huma aċċettati mill-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni bħala ekwivalenti.

L-unità funzjonali hija par żarbun. Ir-rekwiżiti huma bbażati fuq id-daqs taż-żarbun tal-punt 40 skont il-qies ta’ Pariġi. Ir-rekwiżiti għaż-żraben tat-tfal japplikaw għad-daqs ta’ 32 punt skont il-qies ta’ Pariġi (jew l-ikbar daqs fil-każ ta’ daqsijiet massimi iżgħar minn 32 punt skont il-qies ta’ Pariġi).

Kwalunkwe komponent tal-wiċċ taż-żarbun b’piż ta’ inqas minn 3 % tal-parti sħiħa tal-wiċċ ma għandhomx jitqiesu għall-applikazzjoni tal-kriterji. Kwalunkwe komponent tal-pett taż-żarbun b’piż ta’ inqas minn 3 % tal-pett estern ma għandhomx jitqiesu għall-applikazzjoni tal-kriterji.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Il-korpi kompetenti huma rrakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħall-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li wieħed jimplimenta dawn it-tipi ta’ skemi ta’ ġestjoni).

KRITERJI

1.   Sustanzi perikolużi fil-prodott finali

(a)

Għal żraben magħmulin mill-ġilda m’għandux ikun hemm Kromju VI fil-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-formitur(i) tiegħu għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 17075 (limitu ta’ rilevament ta’ 3.ppm) Il-preparazzjoni tal-kampjun trid issegwi l-indikazzjonijiet tal-EN ISO 4044.

(Nota: diffikultajiet fil-kejl minħabba interferenzi li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom meta tiġi analizzata ċerta ġilda kkulurita)

(b)

Ma għandux ikun hemm Arseniku, Kadmju u Ċomb fil-materjali użati fl-immuntar tal-prodott jew fil-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul minn wieħed mill-metodi tat-testijiet tal-EN 14602 li ġejjin:

ittestjar ta’ materjali għall-immuntar tal-prodott. Is-sustanzi speċifikati fil-kriterju ma għandhomx jiġu identifikati fl-ebda wieħed mill-materjali użati fil-manifattura tal-prodott finali,

ittestjar tal-prodott finali. Is-sustanzi speċifikati fil-kriterju ma għandhomx jiġu identifikati la fil-komponenti tan-naħa ta’ fuq u lanqas f’dawk ta’ isfel tax-xedd tas-saqajn wara s-separazzjoni u t-tħin kollu.

Għal prodotti tal-ġilda il-preparazzjoni tal-kampjun għandha ssegwi l-EN ISO.4044.

(c)

L-ammont ta’ formaldehyde hydrolysed u liberu tal-komponenti tax-xedd tas-saqajn ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

—   tessuti: mhux identifikabbli,

—   ġilda: 150 ppm.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jipprovdu rapport ta’ test, magħmul bil-metodi tat-test li ġejjin: Tessuti: EN ISO 14184-1 (limitu ta’ rilevament: 20 ppm); Ġilda: EN/ISO 17226-1 jew 2

2.   Tnaqqis fil-konsum tal-ilma (għall-ikkunzar tal-ġlud biss)

Il-limiti li ġejjin għall-konsum tal-ilma għall-ikkunzar tal-ġlud ħoxnin u dawk irqaq (1) ma għandhomx jinqabżu.

—   ġlud Ħoxnin: 35 m3/t,

—   ġlud irqaq: 55 m3/t.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni xierqa li l-limiti msemmija ma nqabżux.

3.   Emissjoniiet mill-produzzjoni ta’ materjal

(a)

Jekk l-ilma mormi li joħroġ mis-siti tal-ikkunzar tal-ġilda u mill-industriji tat-tessuti jintrema direttament f’ilmijiet nodfa, il-kontenut tas-COD ma għandux jaqbeż 250 mg COD/l tal-ilma li mormi.

Fil-każ ta’ ilma mormi li joħroġ mis-siti tal-ikkunzar tal-ġilda li jintrema f’impjant/faċilità muniċipali tat-trattament tal-ilma mormi, dan il-kriterju ma japplikax, sakemm jista’ jintwera:

li r-rimi tad-drenaġġ mis-siti tal-ikkunzar għall-impjant tad-drenaġġ muniċipali huwa awtorizzat u,

li l-faċilità muniċipali tat-trattament tal-ilma mormi hija operattiva u li r-rimi eventwali tal-ilma trattat fis-sistema tal-ilma nadif hija konformi mar-rekwiżiti Komunitarji minimi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (2).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test u dejta li tikkumplimentah, magħmul bil-metodu tat-test li ġej: COD: ISO 6060 – Kwalità tal-ilma, determinazzjoni tad-domanda tal-ossiġnu kimiku.

Meta l-ilma mormi jintrema fil-faċilità muniċipali għat-trattament tal-ilma mormi, trid tkun ipprovduta dikjarazzjoni mill-awtorità relevanti li turi li r-rimi huwa awtorizzat u li l-impjant huwa operattiv u li jissodisfa r-rekwiżiti minimi tad-Direttiva 91/271/KEE.

(b)

L-ilma tal-iskart tal-konzerija wara t-trattament għandu jkun fih inqas minn 1 mg ta’ Kromju (III)/l.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test u dejta li tikkumplimentah, magħmul bil-metodu tat-test li ġej: ISO 9174 jew EN 1233 or EN ISO 11885 għas-Cr.

4.   Użu ta’ sustanzi perikolużi (sa meta jinxtraw)

(a)

Pentachlorophenol (PCP) u Tetrachlorophenol (TCP) u l-imluħ u l-esteri tiegħu ma għandhomx jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni illi l-materjali ma fihomx dawn il-chlorophenols flimkien ma’ rapport tat-test li sar bil-metodi tat-testijiet li ġejjin: Ġilda, EN ISO 17070 (limitu ta’ rilevament 0,1 ppm); Tessuti XP G 08-015 (limitu ta’ rilevament 0,05 ppm)

(b)

Ebda kuluri ażo ma għandhom jintużaw li jistgħu jaqbdu ma’ kwalunkwe ammini aromatiċi li ġejjin:

4-aminodiphenyl

(92-67-1)

benzidine

(92-87-5)

4-chloro-o-toluidine

(95-69-2)

2-naphthylamine

(91-59-8)

o-amino-azotoluene

(97-56-3)

2-amino-4-nitrotoluene

(99-55-8)

p-chloroaniline

(106-47-8)

2,4- diaminoanisol

(615-05-4)

4,4’-diaminodiphenylmethane

(101-77-9)

3,3’-dichlorobenzidine

(91-94-1)

3,3’-dimethoxybenzidine

(119-90-4)

3,3’-dimethylbenzidine

(119-93-7)

3,3’-dimethyl-4,4_-diaminodiphenylmethane

(838-88-0)

p-cresidine

(120-71-8)

4,4’-methylene-bis-(2-chloraniline)

(101-14-4)

4,4’-oxydianiline

(101-80-4)

4,4’-thiodianiline

(139-65-1)

o-toluidine

(95-53-4)

2,4-diaminotoluene

(95-80-7)

2,4,5-trimethylaniline

(137-17-7)

4-aminoazobenzene

(60-09-3)

o-anisidine

(90-04-0)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni illi ma ntużawx dawn il-kuluri ażo. Jekk titwettaq verifika ta’ din id-dikjarazzjoni, għandhom jintużaw il-metodi tat-testijiet li ġejjin: Ġilda – CEN ISO TS 17234; Tessuti – EN 14362 1 jew 2.

Tessuti: limitu ta’ 30 ppm. (nota: huwa possibbli li jkun hemm riżultati pożittivi foloz għall-4-aminoazobenzene u għalhekk hija rrakkommandata l-konferma);

Ġilda: limitu ta’ 30 ppm. (nota: huma possibbli pożittivi foloz għall-4-aminoazobenzene, 4-aminodiphenyl and 2-naphthylamine għalhekk hija rrakkommandata l-konferma).

(c)

In-N-Nitrosamines li ġejjin ma għandhomx jiġu rilevati fil-lastiku:

 

N-nitrosodimethylamine (NDMA)

 

N-nitrosodiethylamine (NDEA)

 

N-nitrosodipropylamine (NDPA)

 

N-nitrosodibutylamine (NDBA)

 

N-nitrosopiperidine (NPIP)

 

N-nitrosopyrrolidine (NPYR)

 

N-nitrosomorpholine (NMOR)

 

N-nitroso N-methyl N-phenylamine (NMPhA)

 

N-nitroso N-ethyl N-phenylamine (NEPhA)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovvdi rapport ta’ test, magħmul bil-metodu tat-test li ġej: L-EN 12868 (1999 -12) jewEN 14602.

(d)

Il-chloralkanes C10-C13 ma għandhomx jintużaw fil-komponenti tal-ġilda, tal-lastiku jew tat-tessuti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu għandhom jipprovdu dikjarazzjoni illi ma ntużawx dawn il-chloralkanes.

(e)

L-ebda kulur li jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku, mutaġeniku tossiku għar-riproduzzjoni, perikoluż għall-ambjent bil-frażijiet-R li ġejjin: R40, R45, R49, R50, R51, R52, R53, R60, R61, R62, R63 jew R68 (jew kwalunkwe kombinazzjoni), ma għandu jintuża. (Regoli ta’ klassifikazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3) jew id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Inkella, il-klassifikazzjoni tista’ titqies skont Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materja prima li hija assenjata jew li tista’ tiġi assenjata waqt l-applikazzjoni, b’ dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ riskju li ġejjin (jew xi kombinazzjonijiet tagħhom): H351, H350, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d, H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-kuluri.

(f)

L-Alkylphenol ethoxylate (APE), u il-Perfluorooctane sulfonate (PFOS) ma għandhomx jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-kuluri.

(g)

Ma għandhomx jintużaw kuluri li jissodisfaw il-kriterji bħala sensitizzanti għall-ġilda (R43). (Regoli ta’ klassifikazzjoni skont id-Direttiva 67/548/KEE jew id-Direttiva 1999/45/KE).

Inkella, il-klassifikazzjoni tista’ titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiżdied mal-materja prima li hija assenjata jew li tista’ tiġi assenjata waqt l-applikazzjoni, b’ din id-dikjarazzjoni ta’ riskju li ġejja: H317.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ dawn il-kuluri.

(h)

Il-ftalati (phthalates) Dawk biss li waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ġew ivvalutati għar-riskju u ma jkunux ġew ikklassifikati bil-frażijiet (jew kombinazzjonijiet tagħhom): R60, R61, R62, R50, R51, R52, R53, R50/53, R51/53, u R52/53, skont id-Direttiva 67/548/KEE, jistgħu jintużaw fil-prodott (jekk applikabbli). Barra minn hekk, id-DNOP (di-n-octyl phthalate), id-DINP (di-isononyl phthalate), u d-DIDP (di-isodecyl phthalate) mhumiex permessi fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(i)

Bijoċidi: Huma biss il-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi bijoċidali attivi li huma inklużi fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u awtorizzati għall-użu fix-xedd tas-saqajn, li għandhom ikunu awtorizzati li jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li r-rekwiżiti għal dan il-kriterju ġew issodisfati flimkien ma’ lista tal-prodotti bijoċidali użati.

5.   Użu tal-komposti organiċi volatili (VOCS) waqt it-tgħaqqid finali taż-żraben

Il-VOCs huma kull kompost organiku li jkollu f’293,15 K pressa tal-fwar ta’ 0.01 kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kondizzonijiet partikolari tal-użu.

L-użu totali tal-VOCs matul il-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja l-20 gramma VOC/par.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-użu totali tal-VOCs matul il-produzzjoni finali taż-żarbun, flimkien mad-dejta ta’ appoġġ, riżultati tat-testijiet u dokumentazzjoni kif xieraq, bil-kalkolu magħmul bl-użu tas-EN TC 14602. (Ir-reġistrazzjoni tal-ġilda mixtrija, kolla, irfinituri u tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn matul mill-inqas l-aħħar sitt xhur hija meħtieġa.)

6.   Konsum tal-Enerġija

Il-konsum tal-enerġija fl-istadju tal-manifattura għandu jiġi ddikjarat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant huwa mitlub li jipprovdi informazzjoni relevanti skont l-Appendiċi tekniku A1.

7.   Imballaġġ tal-prodott finali

Meta jintużaw kaxxi tal-kartun għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn, dawn għandhom ikunu magħmula 100 % minn materjal riċiklat. Fejn jintużaw boroż tal-plastik għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn, dawn għandhom ikunu magħmula minn materjal riċiklat ta’ mill-inqas 75 % jew għandhom ikunu ta’ materjal bijodegradabbli jew materjal organiku skont id-definizzjonijiet provduti bil-EN 13432 (7).

Valutazzjoni u verifika: kampjun tal-imballaġġ tal-prodott għandu jkun ippreżentat mal-applikazzjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Huwa biss l-imballaġġ primarju, kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li huwa soġġett għall-kriterju.

8.   Informazzjoni dwar l-imballaġġ

(a)   Struzzjonijiet għall-utent

It-tagħrif li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jiġi fornit mal-prodott:

 

“Dan il-par żarbun ġie ttrattat sabiex tittejjeb ir-reżistenza tiegħu għall-ilma. Ma jeħtieġx trattament ulterjuri.” (Dan il-kriterju huwa applikabbli biss għax-xedd tas-saqajn li ġie ttratat għar-reżiztenza kontra l-ilma)

 

“Meta possibbli sewwi x-xedd tas-saqajn tiegħek minflok tarmih. Dan jagħmel inqas ħsara lill-ambjent.”

 

“Meta tiddisponi mix-xedd tas-saqajn, jekk jogħġbok uża l-faċilitajiet lokali tar-riċiklaġġ meta dawn ikunu disponibbli.”

(b)   Informazzjoni dwar l-eko-tikketta

It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jidher fuq l-imballaġġ:

“Għal iktar informazzjoni idħol fil-websajt tal-eko-tikketta Komunitarja: http://www.ecolabel.eu”

(c)   Informazzjoni lill-konsumaturi

Kaxxa informattiva li fiha l-applikant jispjega l-approċċ tiegħu lejn is-sostenibbiltà ambjentali għandha titqiegħed fuq l-imballaġġ.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kampjun tal-imballaġġ tal-prodott u tal-informazzjoni fornita mal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju.

9.   Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Il-Kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

tniġġis baxx tal-arja u l-ilma,

sustanzi ta’ ħsara mnaqqsa.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodotti juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

10.   Parametri li jikkontribwixxu għal kemm idum iservi

Ix-xedd tas-saqajn professjonali u tas-sikurezza għandu jġorr il-marka KE (skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (9).

Ix-xedd tas-saqajn l-oħra kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fit-tabella ta’ hawn taħt.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport ta’ test li jikkorrispondi mal-parametri indikati fit-tabella ta’ hawn taħt, billi jintużaw il-metodi tat-test:

EN 13512 - Reżistenza tal-Wiċċ għal-Liwi,

EN 13571 – Is-Saħħa tal-Wiċċ kontra t-Tqattigħ,

EN 17707 - Reżistenza tal-Pett tan-naħa ta’ barra għal-Liwi,

EN 12770 - Reżistenza tal-Pett fuq in-Naħa ta’ Barra għall-Brix,

EN 17708 – Pett sħiħ – Twaħħil tal-pett,

EN 12771 – Is-saħħa tal-Pett fuq in-Naħa ta’ Barra kontra t-Tqattigħ,

EN ISO 17700 – Metodi tal-ittestjar tal-uċuh, inforror u fil-kalzetti, - iż-żamma tal-kulur fil-każ tal-għorik.

 

Sport ġenerali

Xedd tas-saqajn tal-iskola

Mhux formali

Tal-irġiel formali

Xedd tas-saqajn għal temp kiesaħ

Tan-nisa formali

Tal-moda

Tat-tfal

Ta’ ġewwa

Wiċċ reżistenti għal-liwi:

(kc mingħajr ħsara li tidher)

Xott = 100

Imxarrab = 20

Xott = 100

Imxarrab = 20

Xott = 80

Imxarrab = 20

Xott = 80

Imxarrab = 20

Xott = 100

Imxarrab = 20

– 20° = 30

Xott = 50

Imxarrab = 10

Xott = 15

Xott = 15

Xott = 15

Saħħa tal-wiċċ kontra t-tqattigħ:

(Forza medja tat-tqattigħ, N)

Ġilda

≥ 80

≥ 60

≥ 60

≥ 60

≥ 60

≥ 40

≥ 30

≥ 30

≥ 30

Materjali oħra

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 30

≥ 30

≥ 30

Reżistenza tal-pett ta’ barra għal-liwi:

Tkabbir tal-qatgħa(mm)

≤ 4

≤ 4

≤ 4

≤ 4

≤ 4

≤ 4

 

 

 

Nsc = mingħajr xquq spontanji

Nsc

Nsc

Nsc

Nsc

Nsc f’ – 10 °C

Nsc

 

 

 

Reżistenza tal-pett ta’ barra għall-brix:

D ≥ 0,9 g/cm3 (mm3)

≤ 200

≤ 200

≤ 250

≤ 350

≤ 200

≤ 400

 

 

≤ 450

D ≥ 0,9 g/cm3 (mg)

≤ 150

≤ 150

≤ 170

≤ 200

≤ 150

≤ 250

 

 

≤ 300

It-twaħħil tal-pett mal-wiċċ: (N/mm)

≥ 4,0

≥ 4,0

≥ 3,0

≥ 3,5

≥ 3,5

≥ 3,0

≥ 2,5

≥ 3,0

≥ 2,5

Saħħa tal-pett ta’ barra kontra t-tqattigħ:

(Saħħa medja N/mm)

D ≥ 0,9 g/cm3

8

8

8

6

8

6

5

6

5

D ≥ 0,9 g/cm3

6

6

6

4

6

4

4

5

4

Iż-żamma tal-kulur fuq in-naħa ta’ ġewwa tax-xedd tas-saqajn (l-inforra jew i-kisi tal-wiċċ fuq ġewwa) Skala tal-griż tal-pannu wara 50 ċiklu ta’ tixrib

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

 

≥ 2/3

≥ 2/3


(1)  Il-Ġlud ħoxnin huma dawk definiti bħala “il-kisja esterna ta’ annimal adult ta’ xorta ikbar, pereżempju bhejjem tal-ifrat, żwiemel, iġmla, iljunfanti, eċċ…” Il-ġlud irqaq huma dawk definiti bħala “il-kisja esterna ta’ annimal ta’ xorta iżgħar, pereżempju ngħaġ u mogħoż, jew il-bhejjem żgħar ta’ speċi ikbar, pereżempju tal-għoġġiela. Ħnieżer, rettili, għasafar u ħut huma inklużi taħt ġlud irqaq” (Glossarju Internazzjonali ta’ Termini dwar il-Ġilda, ICT)

(2)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(5)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(7)  EN 13432 “Rekwiżiti għall-imballaġġ irkuprabbli permezz ta’ proċess biex isir il-kompost u l-bijodegradazzjoni - u l-evalwazzjoni tal-kriterji għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ”.

(8)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10. Artikolu 3(1)(a): “imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara”.

(9)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

Appendiċi tekniku

A1.   Kalkolu tal-konsum tal-enerġija

Il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija jirreferi biss għat-tgħaqqid (stadju tal-manifattura) tal-prodott finali.

Il-medja tal-konsum tal-elettriku (AEC) għal kull par żarbun tista’ tiġi kkalkulata b’żewġ modi:

 

Abbazi tal-produzzjoni taż-żrabenglobali ta’ kuljum tal-impjant.

—   MJdp = enerġija medja użata fil-produzzjoni taż-żraben kuljum [elettriku + fjuwils fossili] (kkalkulata abbażi l-medja annwali);

—   N= numru tal-medja ta’ pari żraben prodotti kuljum (ikkalkulat fuq bażi annwali).

Formula

 

Abbazi tal-produzzjoni taż-żraben li għandhom l-eko-tikketta tal-impjant.

—   MJep = enerġija medja użata fil-produzzjoni taż-żraben bl-eko-tikketta kuljum [elettriku + fjuwils fossili] (ikkalkulata fuq bażi annwali);

—   Nep = numru medju ta’ pari taż-żraben bl-eko-tikketta prodotti kuljum (ikkalkulat fuq bażi annwali).

Formula


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Lulju 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5618)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/564/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-eko-tikketta, imfassla abbażi tal-kriterji abbozzati mill-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, trid isseħħ fi żmien xieraq qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE tal-14 ta’ April 2005, li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja għal servizz ta’ post ta’ kampeġġ (2). Dawk il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom huma validi sat-31 ta’ Ottubru 2009.

(5)

Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li titbiddel id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Għas-servizz ta’ post ta’ kampeġġ, il-kriterji ekoloġiċi għandhom jinqasmu fi kriterji obbligatorji jew fakultattivi.

(8)

Fir-rigward tal-miżati li għandhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għall-eko-tikketta u għall-użu tagħha minn mikroimpriżi, kif iddefiniti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003, rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3), huwa xieraq li, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżorsi limitati tal-mikroimpriżi u l-importanza partikolari tagħhom fi ħdan dan il-grupp ta’ prodotti, jiġi provdut tnaqqis addizzjonali għal dak provdut mir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE tal-10 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-tikketta Ekoloġika tal-Komunità (4), skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE.

(9)

Għalhekk hemm lok li d-Deċiżjoni 2005/338/KE tiġi sostitwita.

(10)

Hemm lok li l-fornituri ta’ servizz li s-servizzi tagħhom ingħataw l-eko-tikketta għas-servizz ta’ post ta’ kampeġġ abbażi tal-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2005/338/KE, jingħataw perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw is-servizzi tagħhom sabiex ikunu konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Hemm lok ukoll li l-fornituri ta’ servizz jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/338/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ” għandu jinkludi l-forniment ta’ spazji mgħammra għal strutturi ta’ akkomodazzjoni mobbli f’żona definita bħala servizz prinċipali pprovdut bi ħlas.

Hu għandu jinkludi wkoll faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni oħra xierqa għall-provvista ta’ kenn għall-kerrejja u żoni kollettivi għal servizz komunali jekk huma pprovduti fiż-żona definita.

2.   Is-“servizz ta’ post ta’ kampeġġ” ipprovdut fiż-żona definita jista’ jinkludi wkoll il-forniment ta’ servizzi tal-ikel u attivitajiet ta’ passatemp ipprovduti mill-maniġment jew mis-sid tal-post ta’ kampeġġ.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, is-servizzi tal-ikel għandhom jinkludu kolazzjon; attivitajiet/faċilitajiet għas-saħħa tal-ġisem u ta’ passatemp għandhom jinkludu sawna, pixxini u kull faċilità oħra bħal dawn, li jkunu fiż-żoni tal-akkomodazzjoni u żoni fejn hemm il-ħdura bħal parks u ġonna, li jkunu miftuħa għall-klijenti, u li mhumiex parti mill-istruttura tal-post ta’ kampeġġ.

4.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-mikroimpriżi għandhom ikunu kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 2

1.   Sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 (minn hawn ‘il quddiem “l-eko-tikketta”), servizz ta’ post ta’ kampeġġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(a)

għandu jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ”;

(b)

għandu jkun konformi ma’ kull wieħed mill-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

għandu jkun konformi ma’ għadd suffiċjenti ta’ kriterji stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, sabiex jikseb l-għadd ta’ punti meħtieġ kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

2.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, is-servizz ta’ post ta’ kampeġġ għandu jikseb għall-inqas:

(a)

għoxrin punt għas-servizz prinċipali;

(b)

erbgħa u għoxrin punt jekk, minbarra dan, jiġu pprovduti faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni li jkunu xierqa għall-provvista ta’ kenn għall-kerrejja.

3.   Il-punti rispettivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiżdiedu b’dawn li ġejjin kollha, jekk fornuti mill-istess maniġment jew sid tas-servizz ta’ post ta’ kampeġġ.

(a)

tliet punti għas-servizzi tal-ikel;

(b)

tliet punti għaż-żoni fejn hemm il-ħdura/fuq barra disponibbli għall-klijenti, li mhumiex parti mill-istruttura tal-post ta’ kampeġġ;

(c)

tliet punti għall-attivitajiet ta’ passatemp jew għas-saħħa tal-ġisem jew ħames punti jekk l-attività ta’ passatemp jew għas-saħħa tal-ġisem tkun tikkonsisti f’ċentru ta’ benessri.

Artikolu 3

1.   B’deroga mill-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, meta l-applikazzjoni tkun saret minn mikroimpriża għall-għoti tal-eko-tikketta l-miżata għall-applikazzjoni għandha titnaqqas b’75 % mingħajr possibbiltà ta’ tnaqqis ieħor.

2.   B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, il-miżata minima annwali biex mikroimpriża tagħmel użu mill-eko-tikketta għandha tkun EUR 100.

3.   Il-volum annwali tal-bejgħ għas-servizzi kollha ta’ post ta’ kampeġġ għandu jiġi kkalkulat billi l-prezz għall-għoti tas-servizz jiġi mmultiplikat bl-għadd ta’ ljieli fil-post ta’ kampeġġ u billi r-riżultat miksub jitnaqqas b’50 %. Il-prezz għall-għoti tas-servizz għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz medju mħallas mill-klijent għal lejl, inklużi s-servizzi kollha li ma jinvolvux ħlas żejjed.

4.   It-tnaqqis mill-miżata minima annwali pprovdut fil-paragrafi 6 sa 10 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE għandu japplika.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “servizz tal-post ta’ kampeġġ” għandu jkun “026”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2005/338/KE hija mħassra.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ” imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/338/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ” imressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009 jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/338/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Meta l-eko-tikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/338/KE, dik l-eko-tikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 108, 29.4.2005, p. 67.

(3)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(4)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18.


ANNESS

QAFAS

Għan ta’ dawn il-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali ewlenin mit-tliet fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (ix-xiri, l-għoti tas-servizz, l-iskart). Partikolarment għandhom l-għan li:

jillimitaw il-konsum tal-enerġija,

jillimitaw il-konsum tal-ilma,

jillimitaw il-produzzjoni tal-iskart,

jiffavorixxu l-użu tar-riżorsi li jistgħu jiġġeddu u tas-sustanzi li huma inqas perikolużi għall-ambjent,

jippromwovu l-komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali.

Speċifikazzjonijiet

Strutturi ta’ akkomodazzjoni mobbli kif imsemmija fl-Artikolu 1 huma dawk bħal tined, karavans, djar mobbli u vannijiet camper. Il-faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni xierqa għall-provvista ta’ kenn lill-kerrejja huma faċilitajiet bħal bungalows, akkomodazzjoni mobbli tal-kiri u appartamenti. Iż-żoni kollettivi għal servizzi komunali huma faċilitajiet ta’ ħasil u ta’ tisjir, supermarkits u facilitajiet ta’ tagħrif.

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati eżatt taħt kull wieħed mill-kriterji stabbiliti fit-Taqsimiet A u B.

Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi u standards oħra għajr dawk indikati għal kull wieħed mill-kriterji jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.

Meta l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, et cetera, kif xieraq.

Il-Korpi Kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post qabel ma tingħata l-liċenzja.

Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti. Matul il-perjodu tal-liċenzja l-Korpi Kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità mal-kriterji.

Il-Korpi Kompetenti huma rakkommandati li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħalma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji.

(Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati dawn l-iskemi ta’ ġestjoni.).

Rekwiżiti ġenerali

Sabiex japplika għall-eko-tikketta l-applikant jeħtieġ li jikkonforma mar-rekwiżiti Komunitarji, nazzjonali u lokali. B’mod partikolari, għandu jkun garantit li:

(1)

L-istruttura fiżika tkun mibnija legalment u tirrispetta l-liġijiet jew ir-regolamenti kollha taż-żona fejn tkun mibnija, speċjalment kwalunkwe liġi jew regolament marbuta mal-konservazzjoni tal-pajżaġġ u l-bijodiversità;

(2)

L-istruttura fiżika tirrispetta l-liġijiet u r-regolamenti Komunitarji, nazzjonali u lokali li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni tal-enerġija, l-għejun tal-ilma, it-trattament u r-rimi tal-ilma, il-ġbir u r-rimi tal-iskart, il-manutenzjoni u s-servisjar tat-tagħmir, u tad-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza u s-saħħa;

(3)

L-impriża tkun operazzjonali u reġistrata, kif rikjest mill-liġijiet nazzjonali u/jew lokali u l-persunal tagħha huwa impjegat u assigurat b’mod legali.

TAQSIMA A

KRITERJI OBBLIGATORJI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1

ENERĠIJA

1.   Elettriku minn sorsi li jiġġeddu

Mill-inqas 50 % tal-elettriku użat għall-iskopijiet kollha għandu jiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, kif iddefinit fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-postijiet ta’ kampeġġ li ma għandhomx aċċess għal suq li joffri l-elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

Restrizzjonijiet kuntrattwali vinkolanti (bħall previżjonijiet ta’ penali) ta’ mill-inqas sentejn, għall-bidla ta’ fornitur tal-enerġija jistgħu jitqiesu bħala “mingħajr aċċess” għal suq li joffri elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jforni dikjarazzjoni mingħand il-fornitur tal-elettriku (jew il-kuntratt li sar miegħu) li tindika n-natura tas-sors/i tal-enerġija li jiġġedded/jiġġeddu, il-perċentwal tal-elettriku fornut li jkun ġej minn sors li jiġġedded, id-dokumentazzjoni dwar il-bojlers (il-ġeneraturi tas-sħana) użati, jekk użati u indikazzjoni tal-perċentwal massimu li jista’ jiġi fornut. Skont id-Direttiva 2001/77/KE, is-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu għandhom ifissru s-sorsi mhux fossili tal-enerġija li jiġġeddu (mir-riħ, mix-xemx, mill-mewġa ġeotermali, mill-mewġ, mill-ilma, mill-bijomassa, mill-gassijiet tal-miżbliet, mill-gassijiet tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u mill-bijogassijiet). F’każ li l-post ta’ kampeġġ ma jkollux aċċess għal suq li joffri enerġija minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu, għandha tiġi fornuta d-dokumentazzjoni li turi r-rikjesta għal enerġija li tiġġedded.

2.   Faħam u żjut tqal

Ma għandhom jiġu użati l-ebda żjut li jkun fihom kontenut tal-kubrit ogħla minn 0,1 % u l-ebda faħam bħala sors tal-enerġija. Il-faħam għall-fuklari dekorattivi huwa eskluż minn dan il-kriterju.

Dan il-kriterju japplika biss għall-postijiet ta’ kampeġġ li għandhom sistema indipendenti tas-sħana.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, fejn jindika n-natura tas-sorsi tal-enerġija użati.

3.   Effiċjenza u ġenerazzjoni tas-sħana

Jekk tiġi installata kapaċità ġdida għall-ġenerazzjoni tas-sħana matul il-perjodu taż-żmien tal-għoti tal-eko-tikketta, hi għandha tkun unità ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja (kif definit bl-Artikolu 3 u bl-Anness III tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), pompa ta’ sħana jew bojler effiċjenti. F’dan l-aħħar każ, l-effiċjenza ta’ dan il-bojler għandha tkun ta’ 4 stilel (ca. 92 % f’temperatura ta’ 50 °C u 95 % f’temperatura ta’ 70 °C), imkejla skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE (3), jew skont in-normi u r-regolamenti rilevanti għall-prodott għal dawk il-bojlers mhux koperti b’din id-Direttiva.

Il-bojlers tal-misħun imqabbda bil-karburanti likwidi jew tal-gass kif iddefiniti fid-Direttiva 92/42/KEE għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-effiċjenza ekwivalenti għal mhux anqas minn tliet stilel kif hemm stipulat fid-Direttiva. Unitajiet ta’ koġenerazzjoni eżistenti għandhom jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ effiċjenza għolja fid-Direttiva 2004/8/KE.

L-effiċjenza ta’ bojlers esklużi mid-Direttiva 92/42/KEE (4) għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-manifattur u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza, iżda għal bojlers eżistenti bħal dawn (bl-eċċezzjoni ta’ bojlers tal-bijomassa) effiċjenza inqas minn 88 % ma għandhiex tiġi aċċettata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand dawk responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bojler li tindika l-effiċjenza tagħha.

4.   Kondizzjonament tal-arja

Kull sistema ta’ kondizzjonament tal-arja mixtrija matul il-perjodu taż-żmien tal-għoti tal-eko-tikketta għandu jkollha mill-inqas l-effiċjenza ta’ Klassi A tal-enerġija kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE (5), jew li jkollha effiċjenza korrispondenti tal-enerġija.

Nota: Dan il-kriterju ma japplikax għall-kondizzjonaturi tal-arja li huma tagħmir li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta’ enerġija, jew għat-tagħmir mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew għall-unitajiet bi ħruġ (qawwa tat-tkessiħ) ta’ iktar minn 12-il kW.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament tal-arja.

5.   Effiċjenza enerġetika tal-bini

Il-post ta’ kampeġġ għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kodiċiijiet tal-bini lokali relatati mal-effiċjenza tal-enerġija u r-rendiment tal-enerġija tal-bini.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew meta mhux disponibbli fis-sistema tal-implimentazzjoni nazzjonali, ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija mwettqa minn espert indipendenti dwar ir-rendiment tal-enerġija tal-bini.

6.   Iżolazzjoni tat-twieqi

It-twieqi kollha fi kmamar u f’żoni komuni msaħħna u/jew bil-kondizzjonament tal-arja għandhom ikollhom livell xieraq ta’ iżolazzjoni termika skont ir-regolamenti lokali u l-kundizzjonijiet klimatiċi u għandhom jipprovdu livell xieraq ta’ iżolazzjoni akustika. (Dan ma japplikax għal karavans tal-kiri/djar mobbli meta dawn ma jkunux proprjetà ta’ min imexxi il-post ta’ kampeġġ).

It-twieqi kollha fi kmamar u f’żoni komuni msaħħna u/jew bil-kondizzjonament tal-arja miżjuda u/jew irrinnovati wara l-akkwist tal-eko-tikketta Komunitarja għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/91/KE (Artikoli 4, 5 u 6) u mad-Direttiva tal-Kunsill tal-89/106/KEE (7) u regolamenti tekniċi nazzjonali relattivi għall-implimentazzjoni tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand tekniku professjonali li tindika l-konformità ma’ dan il-kriterju li tipprovdi l-valuri ta’ trasmittanza termiċi (valur-U). Għal twieqi konformi mad-Direttiva 2002/91/KE, l-applikant għandu jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija jew meta mhux disponibbli fis-sistema tal-implimentazzjoni nazzjonali, dikjarazzjoni mill-kostruttur.

7.   Tifi tas-sħana jew tal-kondizzjonament tal-arja

Jekk tisħin u/jew il-kondizzjonament tal-arja ma jintfewx awtomatikament meta jinfetħu t-twieqi, għandu jkun hemm disponibbli tagħrif li jfakkar lill-klijent sabiex jagħlaq it-tieqa/twieqi jekk is-sħana jew il-kondizzjonament tal-arja jkunu mixgħula. Sistemi individwali tat-tisħin/kondizzjonament tal-arja akkwistati wara ċ-ċertifikazzjoni mal-eko-tikketta Komunitarja għandhom jiġu mgħammra bi swiċċ li jitfi awtomatikament meta t-twieqi jkunu miftuħa.

Dan il-kriterju japplika biss għall-postijiet ta’ kampeġġ li għandhom it-tisħin u/jew il-kondizzjonament tal-arja.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-test tat-tagħrif għall-klijenti (jekk applikabbli).

8.   Tifi tad-dwal

Jekk ma jkunx hemm swiċċ awtomatiku għat-tifi tad-dawl/dwal fl-akkomodazzjoni tal-kiri, għandu jkun hemm tagħrif disponibbli b’mod ħafif għall-klijenti li jitlobhom biex jitfu d-dwal meta joħorġu mill-akkomodazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mal-proċeduri tat-tagħrif.

9.   Bozoz tad-dawl ta’ enerġija effiċjenti

(a)

Mill-inqas 80 % tal-bozoz tad-dawl fil-post ta’ kampeġġ għandu jkollhom effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE (8). Dan ma għandux japplika għall-apparat tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta’ bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

(b)

100 % tal-apparat tad-dawl li jinstab f’post fejn x’aktarx jinxtegħel għal iktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollu l-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif iddefinit bid-Direttiva 98/11/KE. Dan ma għandux japplika għall-apparat tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta’ bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità maż-żewġ partijiet ta’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija għall-bozoz tad-dawl differenti użati.

10.   Tagħmir ta’ tisħin għal barra

Il-post ta’ kampeġġ għandu juża biss tagħmir li jieħu l-enerġija minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu biex isaħħan żoni fuq barra bħaż-żoni allokati għat-tipjip u ż-żoni tal-ikel esterni.

Valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, fejn jindika n-natura tas-sorsi tal-enerġija użati f’każ ta’ tagħmir li jieħu l-enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

ILMA

11.   Fluss tal-ilma minn viti u doċoċ

Il-fluss medju tal-ilma mill-viti u mill-irjus tad-doċoċ, esklużi l-viti tal-banjijiet, il-viti tal-kċina u stazzjonijiet għall-mili ma għandux jaqbeż it-9 litri/minuta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, u d-dokumentazzjoni rilevanti flimkien ma’ spjega dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa l-kiterju.

12.   Kontenituri tal-iskart fil-kmamar tat-tojlits

Kull waħda mill-kmamar tat-tojlits għandu jkollha kontenitur xieraq għall-iskart u l-klijent għandu jiġi mistieden li juża l-kontenitur tal-iskart minflok it-toilet għall-iskart xieraq.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa rigward it-tagħrif lill-klijent.

13.   Tindif tal-awrinari bil-flaxing

L-awrinari kollha għandhom ikunu mgħammra jew b’sistemi ta’ flaxing awtomatiċi (bil-ħin) jew b’sistemi manwali biex ma jkunx hemm flaxing kontinwu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-awrinari installati.

14.   Bdil ta’ xugamani u lożor

Il-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar il-politika ambjentali tal-post ta’ kampeġġ mal-wasla tagħhom. Dan it-tagħrif għandu jispjega li l-lożor u x-xugamani fl-akkomodazzjoni tal-kiri għandhom jinbidlu fuq it-talba tagħhom, jew fin-nuqqas ta’ dan bil-frekwenza stabbilita mill-politika ambjentali tal-post ta’ kampeġġ jew kif meħtieġ bil-liġi u/jew ir-regolamenti nazzjonali. Dan japplika biss għall-post ta’ kampeġġ fejn is-servizz jinkludi l-provvista ta’ xugamani u/jew lożor.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti li turi kif jiġi mgħarraf il-klijent u kif il-post ta’ kampeġġ jtirrispetta t-talbiet tal-klijenti.

15.   Rimi korrett tal-ilma tal-iskart

Il-post ta’ kampeġġ għandu jinforma lill-klijenti u lill-persunal dwar l-użu korrett tad-dranaġġ tal-ilma tal-iskart, sabiex jiġi evitat ir-rimi ta’ sustanzi li jistgħu jevitaw it-trattatment tal-ilma tal-iskart skont il-pjan muniċipali tal-ilma tal-iskart u r-regolamenti Komunitarji. Meta ma jkunx hemm pjan tal-ilma tal-iskart disponibbli mill-Muniċipalità, il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi lista ġenerali ta’ sustanzi li ma għandhomx jintremew mal-ilma tal-iskart skont id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, u d-dokumentazzjoni rilevanti (jekk applikabbli, pjan tal-ilma tal-iskart u komunikazzjoni lill-klijenti u lill-persunal).

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

16.   Post fejn jintrema l-iskart ta’ tojlits kimiċi (CDP)

Meta l-post ta’ kampeġġ ikun imqabbad ma’ tank settiku, l-iskart minn tojlits kimiċi għandu jiġi sseparat jew inkella jinġabar u jiġi ttrattat korrettament. Meta l-post ikun imqabbad ma’ sistema ta’ dranaġġ pubblika, kontenitur speċjali jew unità tar-rimi bil-għan li jiġi evitat it-tixrid għandu jkun biżżejjed.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, u d-dokumentazzjoni xierqa inkluż kwalunkwe ħtieġa ta’ rimi speċifika mill-awtorità lokali flimkien ma’ tagħrif dwar il-kontenitur kimiku.

17.   Diżinfettanti

Id-diżinfettanti għandhom jintużaw biss fejn huma meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet iġjeniċi legali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar fejn u meta jintużaw id-diżinfettanti.

SKART

18.   Separazzjoni tal-iskart mill-klijenti

Il-klijenti għandhom jiġu infurmati kif u fejn jistgħu jisseparaw l-iskart skont l-aħjar sistemi lokali u nazzjonali fiż-żoni li jappartjeni għalihom l-post ta’ kampeġġ. Il-kontenituri xierqa għas-separazzjoni tal-iskart għandhom ikunu disponibbli faċilment daqs kontenitur għall-iskart ġenerali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar it-tagħrif indirizzat lill-klijenti u jispjega fejn jinstabu l-kontenituri fil-post ta’ kampeġġ.

19.   Separazzjoni tal-iskart

L-iskart għandu jiġi sseparat f’kategoriji li jistgħu jitqandlu separatament mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart, b’attenzjoni partikolari għall-iskart perikoluż, li għandu jiġi sseparat, jinġabar u jintrema kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (10), u għandu jitfittex mod xieraq kif dan jintrema. Din il-lista tinkludi t-toners, il-linka, it-tagħmir tar-refriġerazzjoni u dak elettriku, il-batteriji, il-bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija, il-farmaċewtiċi, ix-xaħmijiet/iż-żjut, u l-apparat elettriku kif speċifikat fid-Direttiva 2002/96/KE (11) u fid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Jekk l-amministrazzjoni lokali ma toffrix il-ġbir u/jew ir-rimi separat tal-iskart, il-post ta’ kampeġġ għandu jiktbilha biex jesprimi r-rieda tiegħu li jissepara l-iskart, u biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas tal-ġbir u/jew tar-rimi separat. Jekk l-awtorità lokali ma tipprovdix ir-rimi tal-iskart perikoluż, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, dikjarazzjoni mill-awtorità lokali li ma hemmx sistema ta’ rimi ta’ skart riskjuż fejn ikun jaħdem.

It-talba lill-awtoritajiet lokali sabiex jipprovdu l-ġbir u/jew ir-rimi tal-iskart separat għandha ssir kull sena.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni dwar il-kategoriji differenti tal-iskart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u/jew il-kuntratti rilevanti ma’ aġenziji privati. Meta xieraq, l-applikant għandu jipprovdi kull sena d-dikarazzjoni korrispondenti lill-awtorit lokali.

20.   Prodotti li jintremew wara l-użu

Għajr jekk meħtieġ bil-liġi, l-oġġetti tal-indafa personali li jintremew wara l-użu (li ma jintlewx mill-ġdid) bħal xampu u sapun, jew prodotti oħra (li jintużaw darba) bħal brieret tad-doċċa, xkupilji, limi tad-dwiefer, eċċ. ma għandhomx jintużaw. Meta tali prodotti huma rikjesti bil-liġi l-applikant għandu joffri lill-klijenti żewġ soluzzjonijiet u jħeġġiġhom b’komunikazzjoni xierqa biex jużaw il-prodotti li ma jintremewx wara l-użu.

Sistemi għax-xorb (kikkri u tazzi), platti u pożati li jintremew wara l-użu għandhom jintużaw biss jekk ikunu magħmula minn materji primi li jiġġeddu u li jkunu bijodegradabbli u li jista’ jiġi mibdul f’kompost skont EN 13432.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti li tispjega kif il-kriterju huwa sodisfatt (inkluż kwalunkwe leġiżlazzjoni li teħtieġ l-użu ta’ prodotti li jintremew wara l-użu), u dokumentazzjoni konsistenti rigward il-prodotti li jistgħu jimtlew mill-ġdid u/jew dwar tagħrif indirizzat lill-klijenti, dwar it-tħeġġiġ biex isir użu minn prodotti li ma jintremewx wara l-użu (jekk applikabbli).

Biex jintwera li sistemi għax-xorb (kikkri u tazzi), platti u pożati li jintremew wara l-użu jissodisfaw dawn il-kriterji għandhom jiġu provduti provi ta’ konformità mal-EN 13432.

21.   Ippakkjar tal-Kolazzjon

Għajr fejn meħtieġ bil-liġi, ma għandhomx jintużaw pakketti ta’ doża waħda għall-kolazzjon jew għal servizz tal-ikel ieħor, bl-eċċezzjoni tax-xaħmijiet tal-ħalib tat-tidlik (bħall-butir, marġerina u ġobon artab), ċikkulata u butir tal-karawett tat-tidlik, u ġammijiet u priżervi tad-dieta jew għad-dijabetiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju u spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni tissodisfah, flimkien ma’ lista ta’ prodotti ta’ doża waħda użati u l-leġiżlazzjoni li teħtieġ dan.

SERVIZZI OĦRAJN

22.   Projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni komuni

Għandha tkun disponibbli taqsima mingħajr tipjip fiż-żoni komuni kollha ġewwa l-bini.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

23.   Trasport pubbliku

Għandu jkun hemm tagħrif faċilment disponibbli għall-klijenti u l-personal dwar kif jużaw it-trasportazzjoni pubblika lejn u mill-post ta’ kampeġġ permezz tal-mezzi prinċipali ta’ komunikazzjoni. Meta ma jeżisti l-ebda trasport pubbliku xieraq, għandu xorta waħda jiġi pprovvdut it-tagħrif dwar mezzi oħra tat-trasport preferibbilment ambjentali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tal-materjal disponibbli ta’ tagħrif.

ĠESTJONI ĠENERALI

L-applikanti ma’ Sistema tal-Ġestjoni Ambjentali rreġistrata taħt ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew iċċertifikata skont l-ISO 14001 awtomatikament jissodisfaw il-kriterji tal-ġestjoni ġenerali li ġejjin bl-eċċezzjoni tal-kriterji 28, 29 u 30 (il-ġbir ta’ dejta u tagħrif). F’każijiet bħal dawn, il-mezzi tal-verifika tal-konformità ma’ dawk il-kriterji hija r-registrazzjoni tal-EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001.

24.   Manutenzjoni u servisjar tal-bojlers u tas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja

Il-manutenzjoni u s-servisjar tal-bojlers u tas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja għandhom jitwettqu mill-inqas darba fis-sena, jew iktar spiss jekk hekk meħtieġ bil-liġi jew mill-ħtieġa, minn persuni professjonali kkwalifikati kif xieraq, billi jsegwu s-CEI u l-istandards nazzjonali meta dawn japplikaw, jew skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Għas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja l-manutenzjoni (kontroll għal tnixxija jew tiswija) għandha titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), f’konformità mal-ammont ta’ gass F (serra flworinat) li jinsab fl-applikazzjoni, kif ġej:

Għall-inqas darba kull tnax-il xahar għal applikazzjonijiet li jkollhom 3 kg jew aktar ta’ gassijiet F (dan ma għandux japplika għal tagħmir b’sistemi issiġġillati ermetikament, li huma ttikkettati b’dak il-mod u jkollhom anqas minn 6 kg ta’ gassijiet serra flworinati),

Għall-inqas darba kull sitt xhur għal applikazzjonijiet li jkollhom 30 kg jew aktar ta’ gassijiet F,

Għall-inqas darba kull tliet xhur għal applikazzjonijiet li jkollhom 300 kg jew aktar ta’ gassijiet F.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità maż-żewġ partijiet ta’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-bojlers u l-programm tal-manutenzjoni tagħhom, u dettalji dwar il-persuni/kumpaniji li jwettqu l-manutenzjoni, u x’jiġi kkontrollat matul il-manutenzjoni.

Għas-sistemi tal-kondizzjonament tal-arja li jkollhom 3 kg jew aktar ta’ gassijiet F l-applikant għandu jipprovdi r-reġistri dwar il-kwantità u t-tip ta’ gassijiet F installati, kull kwantità miżjuda u l-kwantità rkuprata matul il-manutenzjoni, is-servisjar u r-rimi finali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kumpanija jew tat-tekniku li wettaq is-servisjar jew l-manutenzjoni, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-kontrolli għat-tnixxija u t-tagħrif rilevanti li speċifikament jidentifika t-tagħmir stazzjonarju separat b’aktar minn 30 kg ta’ gassijiet F.

25.   Iffissar tal-politika u programm ta’ azzjoni

Il-ġestjoni għandu jkollha politika ambjentali u għandha tfassal prospett sempliċi dwar il-politika ambjentali u programm preċiż ta’ azzjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-politika ambjentali.

Il-programm ta’ azzjoni għandu jidentifika l-miri dwar ir-rendiment ambjentali li għandu x’jaqsam mal-enerġija, l-ilma, il-kimiċi u l-iskart, li għandhom jiġu stipulati kull sentejn, filwaqt li jiqiesu l-kriterji fakultattivi u d-dejta miġbura meta possibli. Għandu jidentifika l-persuna li taġixxi bħala l-manager ambjentali tal-post ta’ kampeġġ u li tkun responsabbli li tieħu kull azzjoni meħtieġa u li tilħaq il-miri. Il-politika ambjentali għandha tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku. Għandhom jitqiesu l-kummenti u r-reazzjonijiet mill-klijenti miġbura permezz ta’ kwestjonarju jew lista ta’ kontroll.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopja tal-politika ambjentali jew id-dikjarazzjoni politika u l-programm ta’ azzjoni, u l-proċeduri biex jitqiesu l-kontribut mill-klijenti.

26.   Taħriġ tal-persunal

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi t-tagħrif u t-taħriġ lill-personal, inklużi l-proċeduri bil-miktub jew il-manwali, sabiex jiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri ambjentali u jqajjem il-kuxjenza dwar imġieba ambjentalment responsabbli. Partikolament, għandhom jitqiesu l-kwistjonijiet li ġejjin:

 

Fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija

Il-persunal għandu jitħarreġ dwar kif tiġi ffrankata l-enerġija.

 

Fir-rigward tal-iffrankar tal-ilma:

Il-personal għandu jiġi mħarreġ jiċċekkja kuljum għal tnixxijiet viżibbli u li jieħu l-azzjoni xierqa kif meħtieġ,

Il-fjuri u l-ġonna għandhom normalment jissaqqew qabel l-aqwa tax-xemx jew wara nżulha, meta l-kundizzjonijiet reġjonali jew klimatiċi jagħmlu dan xieraq,

Il-persunal għandu jiġi infurmat bil-politika tal-post ta’ kampeġġ fir-rigward tal-kriterju 14 dwar il-bdil tax-xugamani u jiġi mgħarraf kif jikkonforma miegħu.

 

Fir-rigward tas-susutanzi kimiċi perikolużi:

Il-personal għandu jiġi mħarreġ biex ma jaqbiżx l-ammont rakkommandat ta’ deterġent u diżinfettant kif indikat fuq il-pakkett.

 

Fir-rigward ta’ skart:

Il-persunal għandu jitħarreġ biex jiġbor, jissepara u jarmi l-iskart b’mod xieraq f’kategoriji li jistgħu jitqandlu separatament mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali tal-ġestjoni tal-iskart kif iddefinit mill-kriterju 19,

Il-persunal għandu jiġi mħarreġ biex jiġbor, jissepara u jarmi b’mod xieraq l-iskart perikoluż kif imniżżel fid-Deċiżjoni 2000/532/KE u ddefinit mill-kriterju 19.

Għandu jiġi pprovvdut taħriġ adegwat lill-personal ġdid kollu fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu tal-impjieg u għall-personal kollu mill-inqas darba fis-sena.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm ta’ taħriġ, il-kontenut tiegħu, u indikazzjoni dwar liema mill-personal irċieva t-taħriġ, liema taħriġ u meta. l-applikant għandu jiħħrovdi wkoll kopji ta’ proċeduri u komunikazzjoni għall-persunal dwar il-kwistjonijiet imsemmija.

27.   Tagħrif lill-klijenti

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi tagħrif lill-klijenti, inklużi lill-parteċipanti fil-konferenzi, dwar il-politika ambjentali tiegħu, inklużi l-aspetti ta’ sikurezza u s-sikurezza f’każijiet ta’ nirien, u jistedinhom biex jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tagħha. Dan it-tagħrif mogħti lill-klijenti għandu jirreferi għall-azzjonijiet meħuda f’isem il-politika ambjentali tiegħu u għandu jipprovdi tagħrif dwar l-eko-tikketta Komunitarja. Dan it-tagħrif għandu jingħata b’mod attiv lill-klijenti fir-reception, flimkien ma’ kwestjonarju li jkopri l-opinjonijiet tagħhom dwar l-aspetti ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. L-avviżi li jistiednu lill-klijenti biex jappoġġjaw l-għanijiet ambjentali għandhom ikunu viżibbli għall-klijenti, speċjalment fiż-żoni komuni u fl-akkomodazzjoni tal-kiri.

Azzjonijiet speċifiċi għaż-żoni differenti għandhom ikunu:

 

Fir-rigward tal-enerġija:

Meta applikabbli, skont il-kriterji 7 u 8, il-klijenti jiġu informati biex jitfu s-sħana jew il-kondizzjonament tal-arja u d-dwal.

 

Fir-rigward tal-ilma u l-ilma tal-iskart:

Għandu jkun hemm tagħrif adegwat fiż-żoni sanitarji u l-kmamar tal-banju lill-klijenti dwar kif jgħinu lill-post ta’ kampeġġ jiffranka l-ilma,

Il-klijenti għandom jiġu mistiedna li jgħarrfu lill-personal dwar kull tnixxija,

Fil-kmamar tat-tojlits, is-simboli għandhom jitolbu lill-klijenti biex jarmu l-iskart fil-kontenitur tal-iskart minflok fit-tojlits,

Il-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa dwar in-neċessitajiet u l-obbligi ta’ rimi korrett tal-ilma tal-iskart mill-mezzi mobbli tagħhom ta’ akkomodazzjoni.

 

Fir-rigward ta’ skart:

Il-klijent għandu jiġi mgħarraf dwar il-politika għat-tnaqqis tal-iskart tal-post ta’ kampeġġ u dwar l-użu ta’ alternattivi ta’ prodotti ta’ kwalità għar-rimi u ta’ prodotti ta’ doża waħda, u għandu jiġi mħeġġeġ biex juża prodotti li ma jintremewx wara l-użu, f’każ fejn xi leġiżlazzjoni teħtieġ l-użu ta’ prodotti li jintremew wara l-użu.

Huma għandhom jiġu mgħarrfa kif u fejn jistgħu jisseparaw l-iskart skont is-sistemi lokali jew nazzjonali fiż-żoni li jappartjeni għall-post ta’ kampeġġ u fejn jarmu s-sustanzi perikolużi tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ kopji tas-sinjali ta’ tagħrif u l-avviżi provvduti lill-klijenti, u jindika l-proċeduri tiegħu għat-tqassim u l-ġbir tat-tagħrif u l-kwestjonarju, u dwar kif jitqiesu r-reazzjonijiet.

28.   Dejta dwar il-konsum tal-enerġija u tal-ilma

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ tat-tagħrif dwar il-konsum ġenerali tal-enerġija (kWh), il-konsum tal-elettriku (kWh), l-enerġija użata għas-sħana (kWh), u l-konsum tal-ilma (litri).

Id-dejta għandha tinġabar fejn possibli, kull xahar jew għal inqas kull sena, għall-perjodu meta l-post ta’ kampeġġ ikun miftuħ, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona ġewwa l-bini.

Il-post ta’ kampeġġ għandu jirrapporta r-riżultati ta’ kull sena lill-Korp Kompetenti li jkun għamel l-istima tal-applikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Mal-applikazzjoni, l-applikant għandu jippovdi d-dejta għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas is-sitt xhur ta’ qabel (jekk disponibbli), u minn dak in-nhar ‘il quddiem għandu jipprovdi din id-dejta kull sena għas-sena ta’ qabel jew għal perjodu ta’ ftuħ. Għaż-żona residenzjali (akkomodazzjoni għal żmien twil), l-għadd ta’ ljieli jista’ jiġi bbażat fuq stima mis-sid tal-post ta’ kampeġġ.

29.   Ġbir ta’ dejta oħra

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-dejta dwar il-konsum ta’ kimiċi espressi f’kg u/jew litri li jispeċifikaw jekk il-prodott kienx ikkonċentrat jew le u l-kwantità ta’ skart ipproduċut (litri u/jew kg ta’ skart mhux magħżul).

Id-dejta għandha tinġabar meta possibli, kull xahar jew mill-inqas kull sena, u għandha wkoll tiġi espressa bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa matul il-lejl u għal kull m2 taż-żona ġewwa l-bini.

Il-post ta’ kampeġġ għandu jirrapporta r-riżultati ta’ kull sena lill-Korp Kompetenti li jkun għamel l-istima tal-applikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri. Mal-applikazzjoni, l-applikant għandu jippovdi d-dejta għall-konsum elenkat hawn fuq għal mill-inqas is-sitt xhur ta’ qabel (jekk disponibbli), u minn dak in-nhar ‘il quddiem għandu jipprovdi din id-dejta kull sena għas-sena ta’ qabel jew għal perjodu ta’ ftuħ. L-applikant għandu jispeċifika s-servizzi offruti u jekk is-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ jitwettaqx fuq il-post.

30.   Tagħrif li jidher fuq l-eko-tikketta

Il-kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandu jkollha l-kliem li ġej:

Dan il-post ta’ kampeġġ qed jieħu miżuri b’mod attiv biex jagħmel użu minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, jiffranka l-enerġija u l-ilma, biex inaqqas l-iskart, u biex itejjeb l-ambjent lokali.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ kif ser isir użu mit-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

TAQSIMA B

KRITERJI FAKULTATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, PARAGRAFI 1 U 2

Kull kriterju stabbilit f’din it-Taqsima ġiet attribwita valur espress f’punti jew fi frazzjonijiet ta’ punti Sabiex jikkwalifikaw għall-għoti tal-eko-tikketta, il-postijiet ta’ kampeġġ għandhom iġibu għadd minimu ta’ punti. Jekk il-post ta’ kampeġġ ma joffrix akkomodazzjonijiet oħrajn xierqa għall-provvista ta’ kenn lill-kerrejja bħala parti tas-servizzi tiegħu, l-għadd minimu meħtieġ huwa 20; jekk joffri, l-għadd minimu meħtieġ huwa 24.

L-għadd totali meħtieġ għandu jiġi miżjud bi 3 punti għal kull wieħed mit-tliet servizzi addizzjonali li ġejjin offruti mill-maniġment jew mis-sid tal-post ta’ kampeġġ:

servizzi tal-ikel (li jinkludu l-kolazzjon),

attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem, li jinkludu sawna, pixxini u kwalunkwe faċilitajiet oħra li huma fiż-żona tal-post ta’ kampeġġ. Jekk l-attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem jikkonsistu f’ċentru ta’ benessri, l-għadd rikjest għandu jiżdied b’5 punti minflok 3,

żoni fejn hemm il-ħdura li mhumiex parti mill-istruttura tal-post ta’ kampeġġ, bħal parks, boskijiet u ġonna li huma miftuħa għall-klijenti.

ENERĠIJA

31.   Ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija li jistgħu jiġġeddu (sa 4 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu ġenerazzjoni elettrika b’sistema fotovoltajka (pannelli solari) jew sistema lokali idroelettrika, ġeotermika, ta’ bijomassa, jew mill-enerġija tar-riħ li tissupplixxi jew għad trid tissupplixxi mill-inqas 20 % tal-konsum ġenerali tal-elettriku fis-sena. (2 punti).

Il-post ta’ kampeġġ għandu jindroduċi fis-sistema ta’ distribuzzjoni ammont nett ta’ enerġija elettrika prodotta minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (2 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ enerġija fotovoltajka, idroelettrika, ġeotermika, mill-bijomassa jew mir-riħ u dejta kemm dwar il-potenzjal kif ukoll dwar il-ħruġ attwali tagħha u d-dokumentazzjoni fir-rigward tal-flussi elettriċi mis-sistema ta’ distribuzzjoni jew għaliha bħala prova ta’ kwalunkwe kontribut nett jew elettriku minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu lis-sistema ta’ distribuzzjoni.

32.   Enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (sa 2 punti)

Mill-inqas 70 % tal-enerġija totali użata biex issaħħan jew tkessaħ il-kmamar jew biex issaħħan l-ilma sanitarju għandha tiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. (1.5 punti, 2 punti għall-100 % tal-enerġija tal-post ta’ kampeġġ użata għal dak l-iskop, li ġejja minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dkjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkonsmata għat-tisħin tal-kmamar u għall-misħun u d-dokumentazzjoni li turi li mill-inqas 70 % jew 100 % ta’ din l-enerġija ġejja minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

33.   Effiċjenza tal-enerġija tal-bojler (1,5 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu bojler(s) ta’ erba’ stilel kif iddefinit bid-Direttiva 92/42/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

34.   Emissjonijiet NOx tal-bojler (1,5 punti)

Il-bojler(s) għandu(hom) jkun(u) tal-klassi 5 tan-norma EN 297 prA3 li tirregola l-emissjonijiet tan-NOx, u għandu(hom) jarmi(u) inqas minn 60 mg NOx/kWh (bojlers li jikkondensaw il-gass) jew 70 mg Nox/kWh (bojlers li ma jikkondensawx il-gass bi ħruġ nominali ta’ 120 kW).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ rapport jew speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-bojler.

35.   Tisħin distrettwali (1,5 punti)

It-tisħin tal-post ta’ kampeġġ għandu jiġi pprovdut permezz ta’ tisħin distrettwali effiċjenti, għall-finijiet tal-eko-tikketta ddefiniti kif ġej.

Il-ġenerazzjoni tas-sħana ssir jew f’unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja kif iddefinit mid-Direttiva 2004/8/KE u minn kwalunkwe strument ieħor tal-Kummissjoni adottat b’applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jew f’bojlers tas-sħana biss b’effiċjenza ugwali jew ogħla mill-valur ta’ referenza applikabbli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (15);

u minbarra dan:

Il-pajpijiet fin-netwerk ta’ distribuzzjoni tat-tisħin distrettwali għandhom jilħqu r-rekwiżiti kif stipulat fl-istandards tas-CEN applikabbli għal tali pajpijiet.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni li turi l-konnessjoni mat-tisħin distrettwali.

36.   Sħana u enerġija magħquda – (koġenerazzjoni) (1,5 punti)

L-elettriku u t-tisħin tal-faċilitajiet sanitarji, iż-żoni komuni u l-akkomodazzjoni tal-kiri għandhom jiġu pprovduti minn unità ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja skont id-Direttiva 2004/8/KE. Jekk is-servizz tal-post ta’ kampeġġ għandu tali unità ta’ koġenerazzjoni fuq il-post, il-ħruġ ta’ sħana u elettriku għandu jforni mill-inqas 70 % tal-konsum totali ta’ sħana u elettriku fuq il-post. Il-provvista għandha tiġi kkalkulata skont il-metodoloġija pprovduta mid-Direttiva 2004/8/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar l-impjant tas-sħana u l-enerġija magħquda.

37.   Pompa tas-sħana (sa 2 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu pompa tas-sħana li tipprovdi s-sħana u/jew il-kondizzjonament tal-arja (1,5 punti). Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu pompa tas-sħana bl-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketta oħra ISO tat-tip I (2 punti)

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-pompa tas-sħana.

38.   Irkupru tas-sħana (sa 1,5 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu sistema ta’ rkupru ta’ sħana għall-1 (punt 1) jew 2 (1,5 punti) mill-kategoriji li ġejjin: is-sistemi tar-refriġerazzjoni, il-ventilaturi, il-maġni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, il-pixxina/i, l-ilma sanitarju tal-iskart.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi tal-irkupru tas-sħana.

39.   Regolazzjoni termali (1,5 punti)

It-temperatura f’kull żoni komuni u akkomoddazzjoni tal-kiri għandha tkun irregolata individwalment.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ regolazzjoni termali.

40.   Verifiki tar-rendiment tal-enerġija tal-bini (1,5 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkun soġġett għal verifika kull sentejn tar-rendiment tal-enerġija mwettqa minn espert indipendenti u jimplimenta mill-anqas żewġ rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tar-rendiment tal-enerġija tal-bini li jirriżultaw mill-verifika.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tal-verifika tar-rendiment tal-enerġija u jipprovdi d-dokumentazzjoni ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

41.   Kondizzjonament tal-arja (sa 2 punti)

Kull sistema domestika tal-kondizzjonament tal-arja fil-post ta’ kampeġġ jkollha effiċjenza tal-enerġija 15 % ogħla mil-limitu biex tikkwalifika għall-klassi A fid-Direttiva 2002/31/KE (1,5 punti). Kull sistema domestika tal-kondizzjonament tal-arja fil-post ta’ kampeġġ jkollha effiċjenza tal-enerġija 30 % jew ogħla mil-limitu biex tikkwalifika għall-klassi A fid-Direttiva 2002/31/KE (2 punti).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra tal-enerġija, apparat li jitwaħħal mill-arja għall-ilma jew mill-ilma għall-ilma, jew l-unitajiet bi ħruġ (qawwa tat-tkessih) ta’ iktar minn 12-il kW.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti li turi konformità ma’ dan il-kriterju.

42.   Tifi awtomatiku tal-kondizzjonament tal-arja u s-sistemi ta’ tisħin (1,5 punti)

Għandu jkun hemm sistema awtomatika li titfi l-kondizzjonament tal-arja u tat-tisħin tal-akkomodazzjoni tal-kiri meta t-twieqi jkunu miftuħa.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema tal-kondizzjonament tal-arja.

43.   Arkitettura bijoklimatika (3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jimbena skont il-prinċipji arkitettoniċi bijoklimatiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

44.   Refriġeraturi ta’ enerġija effiċjenti (1 punt), fran (1 punt), magni tal-ħasil tal-platti (1 punt), magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (1 punt) magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ/tumblers (1 punt) u tagħmir tal-uffiċċji (massimu ta’ tliet punti)

(a)

(1 punt): Ir-refriġeraturi kollha tad-dar għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-Klassi A + jew A++ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE (16), u l-frigo-bars u l-mini-bars kollha għandhom ikunu ta’ effiċjenza mill-inqas tal-Klassi B.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tar-refriġeraturi u l-frigo-bars jew il-mini-bars kollha.

(b)

(1 punt): Il-fran domestiċi kollha tal-elettriku għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE (17).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-fran tal-elettriku domestiċi kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għal fran li ma jaħdmux bl-enerġija elettrika jew b’mod ieħor li mhux kopert mid-Direttiva 2002/40/KE (eż. fran industrijali).

(c)

(1 punt): Il-magni kollha tal-ħasil tal-platti tad-dar għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE (18).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tal-ħasil tal-platti li mhumiex koperti bid-Direttiva 97/17/KE (eż. il-magni tal-ħasil tal-platti industrijali).

(d)

(1 punt): Il-magni kollha tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE (19).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li mhumiex koperti bid-Direttiva 95/12/KE (eż. il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali).

(e)

(1 punt): Mill-inqas 80 % tat-tagħmir tal-uffiċċju (PCs, moniters, faks, printers, skanners, magni tal-istampar) għandhom jikkwalifikaw għall-istilla tal-enerġija kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/168/KE (21).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-kwalifika għall-istilla tal-enerġija tat-tagħmir tal-uffiċċju.

(f)

(1 punt): Il-magni kollha tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandhom ikunu tal-effiċjenza tal-enerġija tal-Klassi A kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1995/13/KE (22).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ kollha.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tal-elettriku li mhumiex koperti bid-Direttiva 1995/13/KE (eż. il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ industrijali).

45.   Magni tal-elettriku għat-tnixxif tal-idejn u dawk għat-tnixxif tax-xagħar b’sensuri ta’ qrubija (sa 2 punti)

Il-magni kollha tal-elettriku għat-tnixxif tal-idejn (1 punt) u dawk kollha għat-tnixxif tax-xagħar (1 punt) għandhom jiġu mgħammra b’sensuri ta’ qrubija jew ikunu ġew mogħtija l-eko-tikketta tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

46.   Pożizzjonar tar-refriġeratur (1 punt)

Ir-refriġeratur(i) tal-kċina, tal-kjosk u tal-ħanut għandu(hom) jiġi(u) ppożizzjonat(i) u rregolat(i) skont il-prinċipji tal-iffrankar tal-enerġija, sabiex titnaqqas il-ħela tal-enerġija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

47.   Tifi awtomatiku tad-dwal fl-akkomodazzjoni tal-kiri (1,5 punt)

Għandhom jiġu installati sistemi awtomatiċi tat-tifi tad-dwal meta l-klijenti joħorġu mill-akkomodazzjoni f’95 % tal-akkomodazzjoni tal-kiri fil-post ta’ kampeġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

48.   Arloġġ ta’ kontroll tas-sawna (1 punt)

L-unitajiet kollha tas-sawna u tal-ħammam għandu jkollhom arloġġ ta’ kontroll jew proċedura tal-personal li tirregola meta dawn jixegħlu u jintfew.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

49.   Tisħin tal-pixxina permezz ta’ sorsi tal-enerġija li jiġġeddu (sa 1,5 punti)

L-enerġija użata biex issaħħan l-ilma tal-pixxina għandha tiġi minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. Mill-inqas 50 %: (1 punt), 100 %: 1.5 punti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkonsmata għat-tisħin tal-ilma tal-pixxina u d-dokumentazzjoni li turi l-ammont tal-enerġija użat li ġej minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

50.   Tifi awtomatiku tad-dwal ta’ barra (1,5 punti)

Id-dawl ta’ barra li mhuwiex meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà għandu jintefa awtomatikament wara ħin definit, jew jiġi attivat permezz ta’ sensur ta’ qrubija.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta’ dawn is-sistemi.

ILMA

51.   Użu tal-ilma tax-xita (2 punti) u tal-ilma rriċiklat (2 punti)

(a)

(2 punti): L-ilma tax-xita għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u għal dawk mhux ta’ xorb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa li l-provvista tal-ilma sanitarju u tal-ilma tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

(b)

(2 punti): L-ilma rriċiklat għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u għal dawk mhux tax-xorb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, u l-assigurazzjonijiet xierqa li l-provvista tal-ilma sanitarju u tal-ilma tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

52.   Sistemi ta’ tisqija awtomatiċi għaż-żoni fuq barra (1,5 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu juża sistema awtomatika li ttejjeb il-ħinijiet ta’ tisqija u l-konsum tal-ilma għall-pjanti/ħxejjex fuq barra.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

53.   Fluss tal-ilma mill-viti u mill-irjus tad-doċoċ (1,5 punti)

Il-fluss medju tal-ilma mill-viti u mill-irjus tad-doċoċ kollha esklużi l-viti tal-banju u stazzjonijiet għall-mili ma għandux jaqbeż it-8 litri/minuta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

54.   Flaxing tad-“WC” (1,5 punti)

Mill-inqas 95 % tad-“WC”s għandhom jikkonsmaw sitt litri għal kull flaxing jew inqas.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

55.   Konsum tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-platti (1 punt)

Il-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(imkejjel)) għandu jkun iktar baxx mil-limitu jew daqsu kif iddefinit bl-ekwazzjoni ta’ hawn taħt bl-użu tal-istess metodu tat-test EN 50242 u ċ-ċiklu tal-programm kif magħżul għad-Direttiva 97/17/KE:

W(imkejjel) ≤ (0,625 × S) + 9,25

meta:

il-W(imkejjel)= il-konsum imkejjel tal-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f’litri għal kull ċiklu, espress sal-ewwel ċifra deċimali,

S= in-numru applikabbli ta’ settijiet standard għall-magna tal-ħasil tal-platti.

Il-kriterju japplika biss għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti jew prova li l-magni tal-ħasil tal-platti kienu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja.

56.   Konsum tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (1 punt)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ użati fil-post ta’ kampeġġ mill-klijenti u l-personal jew dawk użati mill-fornitur tas-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ tal-post ta’ kampeġġ ma għandhomx jużaw aktar minn 12-il litru ilma għal kull ħasla ta’ kilogramma mkejla skont l-EN 60456, filwat li jużaw l-istess standard taċ-ċiklu ta’ 60 °C għall-ħwejjeġ tal-qoton kif magħżul fid-Direttiva 95/12/KE.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-fabbrikazzjoni, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew provi li l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja. Il-maniġment tal-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ tiegħu li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ tiegħu tikkonforma ma’ dan il-kriterju.

57.   Temperatura u fluss tal-ilma tal-vit (1 punt)

Mill-inqas 95 % tal-viti tal-ilma għandhom jippermettu regolazzjoni preċiża u minnufih tat-temperatura tal-ilma u tal-fluss tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

58.   Arloġġ ta’ kontroll fid-doċċa (1,5 punt)

Kull doċċa fil-faċilitajiet sanitarji/iż-żoni komuni fuq barra għandu jkollha strument li jżomm il-ħin/ta’ qrubija, li jwaqqaf il-fluss tal-ilma wara ħin definit jew jekk ma jkunx qed jintuża.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

59.   Għata tal-pixxina (1 punt)

Matul il-lejl jew meta l-pixxina mimlija ma tkunx intużat għal aktar minn ġurnata, hi għandha titgħatta biex jiġi evitat li jiksaħ l-ilma fil-pixxina u biex titnaqqas l-evaporazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

60.   Tneħħija tas-silġ (sa 1,5 punti)

Meta jkun hemm bżonn li jitneħħa s-silġ, għandhom jintużaw meżżi mekkaniċi jew ramel/żrar sabiex it-toroq fil-post ta’ kampeġġ jkunu sikuri f’każ ta’ silġ/borra (1,5 punti).

Jekk is-silġ jitneħħa permezz ta’ kimika, għandhom jintużaw sustanzi li ma jkollhomx aktar minn 1 % jonju tal-klorur (Cl-) (1 punt) jew preparati għat-tneħħija tas-silġ li jkunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonli tat-Tip I tal-ISO (1,5 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

61.   Indikazzjonijiet dwar il-livell ta’ minerali fl-ilma (sa 2 punti)

Fil-viċinanza ta’ żoni sanitarji/magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ/magni tal-ħasil tal-platti għandhom jintwerew spjegazjonijiet dwar il-livell ta’ minerali fl-ilma lokali (1 punt) biex ikun possibli l-aħjar użu ta’ deterġent mill-klijenti u l-personal jew sistema awtomatika ta’ dożaġġ (1 punt) għandha tintuża li ttejjeb l-użu ta’ deterġent skont il-livelli ta’ minerali fl-ilma.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti dwar kif jiġi mgħarraf il-klijent.

62.   Iffrankar tal-ilma fl-awrinari (1,5 punti)

L-awrinari kollha għandhom jużaw sistema mingħajr ilma jew għandhom sistema ta’ flaxing manwali/elettronika, li tippermetti li awrinar wieħed jiġi flaxxjat darba meta jintuża biss.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

63.   Speċi indiġeni użati għat-tħawwil fuq barra (1 punt)

Kwalunkwe tħawwil ta’ siġar u sisien tal-ħaxix fiż-żoni fuq barra għandhom ikunu magħmula minn speċji indiġeni ta’ veġetazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni rilevanti dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand espert.

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

64.   Deterġenti (sa 3 punti)

Mill-inqas 80 % fil-piż tad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn u/jew id-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti u/jew id-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ u/jew id-deterġenti sanitarji u/jew sapun u xampu użat mill-post ta’ kampeġġ għandom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ deterġenti sa massimu ta’ 3 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumenti (inklużi fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

65.   Żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u ta’ barra (sa 2 punti)

Mill-inqas 50 % taż-żebgħa ta’ ġewwa u/jew ta’ barra ta’ strutturi u akkomodazzjoni tal-kiri, esklużi karavans tal-kiri u djar mobbli, għandha tkun saret b’żebgħa u verniċijiet ta’ ġewwa u/jew ta’ barra mogħtija l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO. (1 punt għal żebgħa u verniċi ta’ ġewwa, u 1 għal dawk ta’ barra).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumenti (inklużi fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

66.   Ħasil ta’ karozzi f’żoni mgħammra speċjali biss (1 punt)

Il-ħasil ta’ karozzi ma għandux jiġi permess, jew għandu jitħalla biss f’żoni li huma mgħammra speċjalment biex jiġbru l-ilma u d-deterġenti użati u jitfagħhom f’sistema ta’ dranaġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

67.   Appoġġ għal alternattivi ta’ modi artifiċjali kif jinxtegħel il-barbikju (1 punt)

Esklużi l-prodotti artifiċjali biex jinxtegħel barbikju, fil-ħwienet għandhom jinbiegħu prodotti miż-żejt tal-kolza jew mill-qanneb.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

68.   Pixxini: Doża ta’ diżinfettanti (1 punt) jew pixxini naturali/ekoloġiċi (1 punt)

Il-pixxina għandu jkollha sistema awtomatika tad-dożaġġ li tuża l-ammont minimu ta’ diżinfettant għar-riżultat iġjeniku xieraq (1 punt).

Jew

Il-pixxina għandha tkun ta’ tip ekoloġiku/naturali b’elementi naturali biss li jiggarantixxu għall-iġjene u s-sikurezza tal-għawwiema (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi d-dokumenti tekniċi li jikkonċernaw is-sistema tad-doża awtomatika jew it-tip ta’ pixxina ekoloġika/naturali u l-manutenzjoni tagħha.

69.   Tindif mekkaniku (1 punt)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri preċiżi sabiex juża tindif ħieles mill-kimiċi, bħalma huma l-użu tal-prodotti tal-mikro-fibra jew materjali oħra tad-tindif mhux kimiku jew attivitajiet b’effett simili.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

70.   Ġonna organiċi (2 punti)

Iż-żoni fuq barra għandhom jiġu ġestiti jew mingħajr l-ebda użu ta’ pestiċidi jew skont il-prinċipji tal-biedja organika, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (23), jew kif stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali jew fi skemi organiċi nazzjonali rikonoxxuti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

71.   Insetti u sustanzi li jkeċċu l-pesti (sa 2 punti)

L-ippjanar arkitettoniku tal-akkomodazzjoni u l-prassi iġjeniċi (bħall-bini fuq kolonni biex jevitaw li jidħlu l-firien fil-post, l-użu ta’ xbieki u kojls tan-nemus) għandhom jiżguraw li l-użu ta’ insettiċidi u sustanzi li jkeċċu l-pesti fil-post ta’ kampeġġ jinżamm strettament fil-minimu (1 punt).

Jekk jintużaw insettiċidi u sustanzi li jkeċċu l-pesti, għandhom jintużaw biss sustanzi li huma permessi għall-biedja organika (kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007) jew li jkunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

SKART

72.   Ikkompostar(sa 2 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jissepara l-iskart organiku rilevanti (l-iskart tal-ġnien 1 punt; l-iskart tal-kċina 1 punt) u għandu jiżgura li jiġi magħmul kompost skont il-linji gwida tal-awtorità lokali (eż. mill-amministrazzjoni lokali, fuq il-post jew minn aġenzija privata).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ, jekk rilevanti.

73.   Kontenituri tax-xorb li jintremew wara l-użu (2 punti)

Ma għandhomx jiġu offruti kontenituri tax-xorb li jintremew wara l-użu fiż-żoni li jkunu propjetà jew taħt il-maniġment dirett tal-post ta’ kampeġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni li fihom jintużaw tali prodotti li jistgħu jintremew wara l-użu, jekk ikun hemm minnhom, u l-leġislazzjoni li teħtieġ dan.

74.   Rimi ta’ xaħmijiet/żjut (sa 2 punti)

Għandhom jiġu installati separaturi tax-xaħmijiet u għandhom jinġabru u jintrememew b’mod xieraq ix-xaħmijiet u ż-żjut tal-qali bil-għads (1 punt). Lill-klijenti għandu jiġi offrut rimi xieraq tax-xaħam/żejt użat minnhom (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

75.   Ċarċir minn żoni ta’ parkeġġ għall-karozzi (1 punt)

Żejt jew ċarċir simili minn vetturi fil-parkeġġ tal-karozzi għandu jinġabar u jintrema b’mod xieraq.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

76.   Tessili, għamara u prodotti oħra użati (sa 3 punti)

Għamara, tessili u prodotti oħra użati bħal tagħmir elettroniku, għandhom jingħataw għall-karità skont il-politika tal-post ta’ kampeġġ (2 punti) jew jinbiegħu (1 punt) lill-assoċjazzjonijiet oħra li jiġbru jew iqassmu mill-ġdid tali oġġetti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand l-assoċjazzjonijiet.

SERVIZZI OĦRAJN

77.   Kontroll ta’ traffiku f’post ta’ kampeġġ (1 punt)

It-traffiku kollhu (tal-klijenti u ta’ manutenzjoni/trasport) fiż-żona tal-kampeġġ għandu jiġi llimitat għal ħinijiet u żoni definiti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

78.   Traffiku ġġenerat f’post ta’ kampeġġ (1 punt)

Il-post ta’ kampeġġ ma għandux juża vetturi b’mutur kombustibbli għal trasport jew manutenzjoni fiż-żona tal-kampeġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

79.   Trolis għall-klijenti fuq il-post ta’ kampeġġ (1 punt)

Għat-trasport ta’ bagalji jew għal xiri fiż-żona, għandu jkun hemm trolis jew meżżi oħra mingħajr mutur disponibbli għall-klijenti mingħajr ħlas.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

80.   Art mikxufa (1punt):

Mill-inqas 90 % tal-art fiż-żona tal-post ta’ kampeġġ ma tkunx mgħottija b’asfalt/siment jew xi materjali oħra li jissiġillaw, li jxekklu l-fluss tal-ilma u l-ħamrija milli tieħu l-arja kif suppost.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

81.   Tisbiħ tas-saqaf (2 punti).

Mill-inqas 50 % tal-bini tal-post ta’ kampeġġ li għandu soqfa xierqa (soqfa ċatti jew soqfa b’angolu ta’ inklinazzjoni żgħir) u mhumiex użati għal finijiet oħra, għandhom jinksew bil-ħaxix jew pjanti.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

82.   Komunikazzjoni u l-edukazzjoni ambjentali (3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi lill-klijenti avviżi ta’ komunikazzjoni u ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-miżuri ta’ bijodiversità, il-pajżaġġ u l-konservazzjoni tan-natura (1.5 pubti). Id-divertiment tal-klijent jinkludi elementi tal-edukazzjoni ambjentali (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa.

83.   Projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni komuni u fl-akkomodazzjoni tal-kiri (sa 1,5 punti)

It-tipjip ma għandux ikun permess f’100 % taż-żoni komuni fuq ġewwa u mill-inqas 70 % tal-kmamar(1 punt) jew mill-inqas 95 % (1,5 punti) tal-akkomodazzjoni tal-kiri.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jindika l-għadd u n-natura taż-żoni u għandu jindika f’liema minn dawn ma għandux isir tipjip.

84.   Roti (1,5 punti)

Għandhom ikunu disponibbli roti għall-klijenti. (Mill-inqas 3 roti għal kull 50 spazju u/jew unitajiet ta’ akkomodazzjoni tal-kiri).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju.

85.   Servizz ta’ twassil (1 punt)

Il-post ta’ kampeġġ għandu joffri lill-klijenti li qed jivjaġġaw bit-trasport pubbliku servizz ta’ trasport mal-wasla tagħhom b’mezz ta’ trasport li ma jagħmilx ħsara għall-ambjent bħall-karozzi elettroniċi jew slitti miġbudin minn żwiemel.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju u eżempju ta’ kif se tiġi kkomunikata lill-klijenti.

86.   Fliexken li jistgħu jiġu ritornati jew jintlew mill-ġdid (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu joffri xorb fi flixkien li jistgħu jiġu ritornati/jimtlew mill-ġdid: ix-xorb mhux alkoliku (1 punt), il-birra (1 punt), l-ilma (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand il-fornituri tal-fliexken.

87.   Użu ta’ prodotti li jistgħu jiġu ċċarġjati (sa 2 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu juża batteriji li jistgħu jiġu ċċarġjati biss għall-kontroll mill-bogħod tat-TV (1 punt), u/jew kontenituri li jistgħu jiġu ċċarġjati għal towner għal stampaturi u fotokopjatriċi (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ mingħand il-fornituri tal-batteriji u/jew il-kontenitur li jimla mill-ġdid il-kontenituri tat-towner.

88.   Prodotti tal-karta (sa 3 punti)

Mill-inqas 80 % tal-karti tat-tojlit/karta fina u/jew il-karti tal-uffiċċju u/jew karta tal-istampar għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja u/jew eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji ta’ prodotti tal-karta).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi l-fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom l-eko-tikketta.

89.   Oġġetti reżistenti (sa 3 punti)

Mill-inqas 30 % ta’ kull kategorija ta’ oġġetti reżistenti (bħalma huma l-lożor tas-sodda, ix-xugamani, id-dvalji tal-mejda, il-PCs, portatili, it-televiżjonijiet, is-saqqijiet, l-għamara, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-magni tal-ħasil tal-platti, ir-refriġeraturi, vacuum cleaners, l-għatjiet tal-art, il-bozoz tad-dawl) preżenti fil-post ta’ kampeġġ, inkluża l-akkomodazzjoni tal-kiri għandhom ikunu ngħataw l-eko-tikketta Komunitarja jew eko-tikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO (1 punt għal kull waħda, sa tliet kategoriji, tal-oġġetti reżistenti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni li jindikaw il-kwantitajiet ta’ tali prodotti fil-pussess u l-kwantitajiet li għandhom eko-tikketta.

90.   Prodotti lokali tal-ikel (sa 3 punti)

Għal kull ikla inkluż il-kolazzjon għandhom jiġu offruti mill-inqas żewġ prodotti tal-ikel li ġejjin mil-lokal u li mhumiex barra mill-istaġun tagħhom (1,5 punti).

Meta applikabbli, il-konsum ta’ speċji lokali bħal ħut speċifiku u speċji ta’ krustaċji u “laħam tal-annimali selvaġġi” u gambli minn foresti tal-mangrovja li huwa ta’ perikolu għall-kultivazzjoni għandu jiġi pprojbit fil-ħwienet tal-ikel (1,5 punti) u fil-ħwienet (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

91.   Ikel organiku (sa 3 punti)

L-ingredjenti prinċipali ta’ mill-inqas żewġ platti tal-ikel (1punt) jew il-menu kollu inkluż il-kolazzjon (2 punti) u mill-inqas 4 prodotti għall-bejgħ fil-ħanut (punt 1) għandhom ikunu prodotti minn metodi organiċi tal-biedja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew prodotti skont eko-tikketta tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ.

92.   Kwalità tal-arja ta’ ġewwa (sa 4 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi l-aħjar kwalità tal-arja ta’ ġewwa permezz ta’ waħda jew taż-żewġ miżuri li ġejjin:

Il-kmamar u l-akkomodazzjoni tal-kiri u ż-żoni komuni għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (24) u għandu jkollhom biss żebgħa, dekorazzjoni, għamara u materjali oħra ċċertifikati bl-eko-tikketta Komunitarja jew tikketta oħra ekwivalenti ta’ emissjoni baxxa tat-Tip I tal-ISO (2 punti),

Il-kmamar, l-akkomodazzjoni tal-kiri u ż-żoni komuni għandhom ikunu mingħajr fwieħa, il-lożor, ix-xugamani u t-tessili għandhom jinħaslu b’deterġenti mingħajr fwieħa (1 punt) u t-tindif għandu jitwettaq b’mezzi mingħajr fwieħa (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa ta’ appoġġ. Fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ mingħajr fwieħa, lista ta’ komponenti/ingredjenti ta’ ħasil u tindif mingħajr fwieħa għandha titqies bħala suffiċjenti.

ĠESTJONI ĠENERALI

93.   Reġistrazzjoni tal-EMAS (3 punti), ċertifikazzjoni tal-ISO (2 punti) tal-post ta’ kampeġġ

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkun irreġistrat taħt l-ekoġestjoni Komunitarja u l-iskema tal-verifika (EMAS) (3 punti) jew iċċertifikata skont l-istandard tal-ISO 14001 (2 punti).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa tar-reġistrazzjoni tal-EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001.

94.   Reġistrazzjoni tal-EMAS (1,5 punti) jew ċertifikazzjoni tal-ISO (punt 1) tal-fornituri

Mill-inqas wieħed mill-fornituri prinċipali jew mill-fornituri tas-servizzi tal-post ta’ kampeġġ għandu jkun irreġistrat mal-EMAS (1,5 punti) jew iċċertifikat skont l-ISO 14001 (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa tar-reġistrazzjoni tal-EMAS jew iċ-ċertrifikazzjoni tal-ISO 14001 mingħand mill-inqas wieħed mill-fornituri prinċipali tiegħu.

95.   Konformità tas-sottokuntratturi mal-kriterji obbligatorji (sa 4 punti)

Meta s-servizzi addizjonali ta’ ikel jew l-attivitajiet ta’ passatemp/għas-saħħa tal-ġisem huma mgħoddija b’kuntratt, dawk is-servizzi għandhom jikkonformaw mal-kriterji obbligatorji ta’ dan l-Anness, li japplikaw lil dawk is-servizzi speċifiċi(2 punti għal kull servizz tal-ikel u tax-xorb u/jew faċilitajiet ta’ passatemp li hemm preżenti fil-post ta’ kampeġġ).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa tal-ftehim kontrattwali mas-sottokuntratturi tiegħu dwar il-konformità tagħhom mal-kriterji obbligatorji.

96.   Arloġġi tal-enerġija u tal-ilma (2 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu arloġġi addizzjonali tal-eneġija u tal-ilma installati sabiex jippermettu l-ġbir tad-dejta dwar il-konsum ta’ attivitajiet differenti u/jew magni, bħal kmamar, servizz tal-ħasil tal-ħwejjeġ u servizz ta’ kċina u/jew magni speċifiċi bħal refriġeraturi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, eċċ. (punt 1). Kull spazju jkollu l-arloġġ tal-enerġija u/jew l-ilma tiegħu (1 punt).

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi spjega ddettaljata dwar kif l-akkommodazzjoni tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ analiżi tad-dejta miġbura (jekk diġà disponibbli).

97.   Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (massimu ta’ 3 punti)

Jew:

(a)

Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa 1.5 punti kull waħda, sa massimu ta’ 3 punti): Il-maniġment tal-post ta’ kampeġġ għandu jieħu azzjonijiet, b’żieda ma’ dawk previsti permezz tal-kriterji f’din it-Taqsima jew fit-Taqsima A, biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. Il-Korp Kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni għandu jattribwixxi punti lil dawk l-azzjonijiet li ma jaqbżux il-1.5 għal kull azzjoni.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma deskrizzjoni sħiħa ta’ kull azzjoni addizzjonali li l-applikant jixtieq li titqies.

Jew:

(b)

Għoti tal-eko-tikketta (3 punti): Il-post ta’ kampeġġ għandu jingħata waħda mill-eko-tikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi provi xierqa li jkun ingħata eko-tikketta.


(1)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(2)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(3)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(4)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/42/KEE jeskludi l-bojlers li ġejjin: bojlers tal-misħun li jistgħu jitqabbdu b’karburanti differenti, inklużi karburanti solidi; tagħmir għat-tħejjija instantanja ta’ misħun; bojlers maħsuba li jitqabbdu b’karburanti li l-proprjetajiet tagħhom ivarjaw b’mod sostanzjali mill-proprjetajiet tal-karburanti likwidi u gassużi li komunament jinsabu fis-suq (gass minn skart industrijali, biogass, eċċ); kukers u apparat disinjati prinċipalment sabiex isaħħnu l-post fejn ikunu installati u li, bħala funzjoni sussidjarja, jissupplixxu misħun għas-sistema tas-sħana ċentrali u misħun sanitarju.

(5)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

(6)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(7)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(8)  ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.

(9)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(10)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(11)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(12)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(13)  ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

(14)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(16)  ĠU L 45, 17.2.1994, p. 1.

(17)  ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.

(18)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(19)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(20)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(21)  ĠU L 67, 12.3.2003, p. 22.

(22)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.

(23)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(24)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Lulju 2009

li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6059)

(It-testi bil-Franċiż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż u l-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2009/565/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 542/2009 ta’ 23.6.2009 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi dwar żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu għall-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu għall-għajnuna.

(3)

Abbażi tal-offerti mressqa b’risposta għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti, huwa f’loku li jiġi ffissat l-ammont massimu tal-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-16 ta' Lulju 2009.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-16 ta' Lulju 2009 fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009, l-ammont massimu ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun kif stipulat fl-Anness għal dan id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU L 161, 24.6.2009, p. 3

(3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


ANNESS

(EUR/tunnellata/jum)

Prodott

Ammont massimu ta’ għajnuna

Żejt extra-verġini taż-żebbuġa

1,3

Żejt verġni taż-żebbuġa

1,3


28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/721/KE fir-rigward tal-indennizzi mħallsa lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-esperti fl-oqsma tas-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5767)

(2009/566/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 152 u 153 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (1) tistipula li membri tal-Kumitati Xjentifiċi, il-konsultenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizz għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma tematiċi, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni, u talli jservu ta’ Relaturi dwar xi mistoqsija speċifika.

(2)

L-Anness III tad-Direttiva 2008/721/KE jiffissal-indennizz għal kull ġurnata sħiħa ta’ parteċipazzjoni għal EUR 300, l-indennizz għall-parteċipazzjoni f’laqgħa filgħodu jew wara nofsinhar għal EUR 150, u l-indennizz għal Relatur għal EUR 300. Fejn ikun iġġustifikat bis-sħiħ u jekk il-baġit jippermetti, din is-somma tista’ tiżdied għal EUR 600 għal kwistjonijiet li jkunu partikolarment impenjattivi f’termini ta’ ammont ta’ xogħol.

(3)

L-Anness jistipula wkoll li l-Kummissjoni se tistma b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni. L-ewwel stima se sseħħ fl-2009.

(4)

Il-livell kurrenti tal-indennizzi kien stipulat fl-1997 għall-membri u l-esperti tal-predeċessuri tal-Kumitati Xjentifiċi kkonċernati u ma kienx rivalutat minn dakinhar. L-indennizz aġġornat għal kull ġurnata b’kunsiderazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-perjodu 1997-2008 skont l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Eurostat se jkun ta’ EUR 381,50. Dan l-ammont għandu jkun ta’ EUR 385 għad-dritt.

(5)

Id-distinzjoni bejn laqgħat ta’ ġurnata jew ta’ nofstanhar għandha tkun eliminata biex il-ħin tal-ivvjaġġar u tat-trasport ikun ikkunsidrat.

(6)

Fid-dawl tal-esperjenza, il-volum ta’ xogħol għar-Relaturi jiddependi b’mod sostanzjali mill-kumplessità u mit-tul tal-attivitajiet li hemm bżonn biex tkun kompluta l-opinjoni, b’kunsiderazzjoni għall-kumplessità tal-kwistjoni, id-disponibilità u l-aċċessibilità tad-dejta, l-ammont ta’ letteratura li trid tkun eżaminata, il-bżonn għal kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet li jkun hemm bżonn mal-partijiet interessati u mal-pubbliku. Iż-żewġ livelli kurrenti għall-indennizz tar-Relatur ma jirriflettux il-firxa attwali tas-sitwazzjonijiet u għaldaqstant hemm bżonn li tiddaħħal modulazzjoni usa’ tal-indennizz tar-Relatur,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/721/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21


ANNESS

“ANNESS III

INDENNIZZI

Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi, konsulenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizzi marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-kumitati xjentifiċi kif ġej:

Għall-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni:

EUR 385 għal kull ġurnata li matulha saret il-laqgħa li għaliha kien hemm attendenza.

Għar-responsabbiltà ta’ Relatur:

L-indennizz huwa differenti, skont l-ammont ta’ xogħol relatat mal-kumplessità tal-kwistjoni, it-tul tal-perjodu li hemm bżonn biex tkun kompletata l-opinjoni, l-ammont u l-aċċessibilità tad-dejta u tal-letteratura xjentifika u l-informazzjoni li trid tinġabar u tkun ipproċessata u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet interessati u kuntatti ma’ korpi oħrajn, fid-dawl tal-kriterji indikattivi li ġejjin:

Ammont

Kriterji indikattivi

EUR 385

Kwistjoni sempliċi u ta’ rutina

Opinjoni bbażata fuq l-eżaminar tal-fajl, b’tiftix minimu ta’ dejta u eżaminar minimu ta’ letteratura

L-ebda konsultazzjoni pubblika

Mhux aktar minn ħames xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

EUR 770

Kwistjoni kumplessa

Opinjoni bbażata fuq ammont sinifikanti ta’ dejta u tiftix u eżaminar ta’ letteratura

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u/jew pubblika b’ammont ta’ xogħol limitat ta’ eżaminar tar-risposti

Minn ħamsa sa disa’ xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

EUR 1 155

Kwistjoni kumplessa ħafna

Bżonn ta’ tiftix u analiżi intensivi ħafna ta’ dejta u letteratura

Konsultazzjonijiet intensivi u kumplessi mal-partijiet interessati, mal-pubbliku u ma’ korpi xjentifiċi oħrajn, b’eżaminar importanti tar-risposti

Aktar minn disa’ xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

F’kull każ speċifiku, abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tindika fit-talba għal opinjoni liema ammont ta’ indennizz għal Relatur japplika. L-għażla tal-ammont applikabbli jista’ jkun mibdul mill-Kummissjoni matul ix-xogħol preparatorju għall-opinjoni mitluba jekk dan ikun iġġustifikat minn tibdil mhux previst fir-rigward tal-kriterji rilevanti.

Il-Kummissjoni se tqis b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni.”