ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.191.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
23 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tuffieħ ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 636/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 15 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 638/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1145/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali [programmi nazzjonali ta’ ristruttar] għas-settur tal-qoton

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward ta' appoġġ speċifiku

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku ( 1 )

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti ( 1 )

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins ( 1 )

42

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar ( 1 )

53

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 644/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 623/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Lulju 2009

69

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/557/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2009 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5608)

72

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 634/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

19,3

ZZ

19,3

0707 00 05

TR

98,3

ZZ

98,3

0709 90 70

TR

97,9

ZZ

97,9

0805 50 10

AR

60,0

ZA

57,8

ZZ

58,9

0806 10 10

EG

150,6

MA

167,5

TR

109,9

US

141,6

ZZ

142,4

0808 10 80

AR

90,5

BR

72,1

CL

90,0

CN

97,8

NZ

93,7

US

91,3

ZA

86,0

ZZ

88,8

0808 20 50

AR

81,7

CL

81,8

NZ

138,3

ZA

98,6

ZZ

100,1

0809 10 00

TR

163,1

ZZ

163,1

0809 20 95

TR

285,7

US

236,3

ZZ

261,0

0809 30

TR

153,8

ZZ

153,8

0809 40 05

IL

167,2

ZZ

167,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 635/2009

tal-14 ta' Lulju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tuffieħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-iskattar

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

415 817

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

40 105

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

19 309

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

17 223

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

329 947

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

61 422

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 140

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

824 442

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

327 526

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

223 485

78.0235

l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

70 116

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 785

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

133 425

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

131 459

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

129 925 ”


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 636/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 15 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

Fit-3 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 15 tal-IFRIC Ftehim għall-Kostruzzjoni taProprjetà Immobbli, minn hawn ’il quddiem l-“IFRIC 15”. L-IFRIC 15 hija interpretazzjoni li tipprovdi kjarifika u gwida dwar meta d-dħul mill-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli għandu jiġi rikonoxxut fil-kontijiet, b’mod partikolari jekk ftehim ta’ kostruzzjoni jkunx fl-ambitu tal-IAS 11 “Kuntratti ta’ Kostruzzjoni” jew tal-IAS 18 “Dħul”.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 15 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, tiddaħħal l-Interpretazzjoni 15 Ftehim għall-Kostruzzjoni ta’ Proprjetà Immobbli tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) kif stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 15, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IFRIC 15

L-Interpretazzjoni 15 Ftehim għall-Kostruzzjoni ta' Proprjetà Immobbli

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 15

Ftehim għall-Kostruzzjoni ta’ Proprjetà Immobbli

REFERENZI

IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif irrivedut fl-2007)

IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

IAS 11 Kuntratti ta’ Kostruzzjoni

IAS 18 Dħul

IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizzi

IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

SFOND

1

Fl-industrija tal-proprjetà immobbli, l-entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew direttament jew inkella permezz ta’ sottokuntratturi, jistgħu jidħlu f’kuntratti ma’ xerrej wieħed jew aktar qabel ma tkun tlestiet il-kostruzzjoni. Dawn il-kuntratti jistgħu jieħdu diversi forom.

2

Pereżempju, entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali jistgħu jibdew jirreklamaw unitajiet individwali (appartamenti jew djar) “fuq il-pjanta”, jiġifieri waqt li l-kostruzzjoni tkun tinsab għaddejja, jew inkella saħansitra qabel ma tkun bdiet. Kull xerrej jidħol fi ftehim mal-entità biex jakkwista unità speċifika meta tkun lesta biex tiġi okkupata. Tipikament, ix-xerrej iħallas depożitu lill-entità li huwa rifużibbli biss jekk l-entità tonqos milli tikkunsinna l-unità lesta skont it-termini miftiehma fil-kuntratt. Il-bilanċ fuq il-prezz tax-xiri ġeneralment jitħallas lill-entità biss mat-tlestija tal-kuntratt, meta x-xerrej jikseb il-pussess tal-unità.

3

L-entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jew industrijali jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xerrej wieħed. Ix-xerrej jista’ jkun meħtieġ li jagħmel ħlasijiet skont il-progress bejn iż-żmien tal-ftehim inizzjali u t-tlestija tal-kuntratt. Il-kostruzzjoni tista’ ssir fuq art li tkun tax-xerrej jew mikrija lilu qabel ma tibda l-kostruzzjoni.

AMBITU

4

Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kontabilità tad-dħul u spejjeż assoċjati minn entitajiet li jidħlu għal xogħol ta' kostruzzjoni ta' proprjetà immobbli direttament jew permezz ta' sottokuntratturi.

5

Ftehim li jidħol fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni huwa ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli. Minbarra l-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, dan il-ftehim jista’ jinkludi l-kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi oħrajn.

KWISTJONIJIET

6

L-Interpretazzjoni tindirizza żewġ kwistjonijiet:

(a)

Il-ftehim jaqa’ taħt l-ambitu ta’ IAS 11 jew ta’ IAS 18?

(b)

Meta għandu jiġi rikonoxxut id-dħul mill-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli?

KUNSENS

7

Id-diskussjoni li ġejja tassumi li l-entità kienet analizzat minn qabel il-ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli u kwalunkwe ftehim relatat u kkonkludiet li hija mhi ħa żżomm la involviment maniġerjali kontinwu sal-grad normalment assoċjat mad-dritt ta' proprjetà u lanqas kontroll effettiv fuq il-proprjetà immobbli mibnija sa tali punt li jipprekludi r-rikonoxximent tal-korrispettiv kollu jew parti minnu bħala dħul. Jekk ir-rikonoxximent ta’ parti mill-korrispettiv bħala dħul ikun prekluż, id-diskussjoni li ġejja tapplika biss għall-parti mill-ftehim li għalih ikun ser jiġi rikonoxxut dħul.

8

Fi ħdan ftehim wieħed, entità tista’ tintrabat kuntrattwalment li tikkunsinna oġġetti jew servizzi oħra apparti l-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli (eż. il-bejgħ ta’ art jew il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà). Skont il-paragrafu 13 tal-IAS 18, jista’ jkun meħtieġ li tali ftehim jinqasam f’komponenti li jistgħu jiġu identifikati separatament, inkluż wieħed għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli. Il-valur ġust tal-korrispettiv totali riċevut jew li għandu jkun riċevut għall-ftehim għandu jiġi allokat għal kull komponent. Jekk jiġu identifikati komponenti separati, l-entità għandha tapplika l-paragrafi 10-12 ta’ din l-Interpretazzjoni għall-komponent tal-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli sabiex tiddetermina jekk il-komponent jaqax fi ħdan l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18. Il-kriterji tas-segmentar tal-IAS 11 imbagħad japplikaw għal kull komponent tal-ftehim li jkun iddeterminat li hu kuntratt ta’ kostruzzjoni.

9

Id-diskussjoni li ġejja tirreferi għal ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, iżda tapplika wkoll għal komponent ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli identifikat fi ħdan ftehim li jinkludi komponenti oħra.

Kif jiġi ddeterminat jekk ftehim jaqax taħt l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18

10

Biex jiġi ddeterminat jekk ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli jaqax taħt l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18, dan jiddependi fuq it-termini tal-ftehim u l-fatti u ċ-ċirkustanzi ta’ madwaru. Tali determinazzjoni teħtieġ ġudizzju għaqli fir-rigward ta’ kull ftehim.

11

L-IAS 11 japplika meta l-ftehim jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni li tinsab fil-paragrafu 3 tal-IAS 11: “kuntratt innegozjat speċifikament għall-kostruzzjoni ta' assi jew taħlita ta' assi …”. Ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni meta x-xerrej ikun kapaċi jispeċifika elementi strutturali maġġuri tad-disinn tal-proprjetà immobbli qabel ma tibda l-kostruzzjoni u/jew jispeċifika bidliet strutturali maġġuri ladarba l-kostruzzjoni tkun tinsab għaddejja (sew jekk jeżerċita dik l-abilità kemm jekk le). Meta japplika l-IAS 11, il-kuntratt ta’ kostruzzjoni jinkludi wkoll kwalunkwe kuntratt jew komponent għall-forniment ta’ servizzi li huma relatati direttament mal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli skont il-paragrafu 5(a) tal-IAS 11 u l-paragrafu 4 tal-IAS 18.

12

B’kuntrast, ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli fejn ix-xerrejja jkollhom biss abilità limitata li jinfluwenzaw id-disinn tal-proprjetà immobbli, eż. li jagħżlu disinn minn firxa ta’ għażliet speċifikati mill-entità, jew li jispeċifikaw biss varjazzjonijiet żgħar fid-disinn bażiku, huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti fi ħdan l-ambitu tal-IAS 18.

Kontabilità għad-dħul mill-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli

Il-ftehim huwa kuntratt ta' kostruzzjoni

13

Meta l-ftehim jidħol fl-ambitu tal-IAS 11 u l-eżitu tiegħu jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul b’referenza għall-istadju ta’ tlestija tal-attività tal-kuntratt b’mod konformi mal-IAS 11.

14

Il-ftehim jista’ ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni u b’hekk jidħol fl-ambitu tal-IAS 18. F’dan il-każ, l-entità għandha tiddetermina jekk il-ftehim huwiex wieħed għall-forniment ta’ servizzi jew għall-bejgħ ta’ oġġetti.

Il-ftehim huwa ftehim għall-forniment ta’ servizzi

15

Jekk l-entità ma tkunx meħtieġa takkwista u tissupplixxi materjali ta’ kostruzzjoni, il-ftehim jista’ jkun biss ftehim għall-forniment ta’ servizzi skont l-IAS 18. F’dan il-każ, jekk il-kriterji fil-paragrafu 20 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti, l-IAS 18 jitlob li d-dħul jiġi rikonoxxut b’referenza għall-istadju tat-tlestija tat-tranżazzjoni billi jintuża l-metodu tal-perċentwal komplut. Għar-rikonoxximent tad-dħul u tal-ispejjeż assoċjati għal tranżazzjoni ta’ dak it-tip ġeneralment huma applikabbli r-rekwiżiti tal-IAS 11 (l-IAS 18 paragrafu 21).

Il-ftehim huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti

16

Jekk l-entità tkun meħtieġa tipprovdi servizzi flimkien ma’ materjali ta’ kostruzzjoni sabiex twettaq l-obbligu kuntrattwali tagħha li tikkunsinna l-proprjetà immobbli lix-xerrej, il-ftehim huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti u għandhom japplikaw il-kriterji għar-rikonoxximent tad-dħul stabbiliti fil-paragrafu 14 tal-IAS 18.

17

L-entità tista’ tittrasferixxi lix-xerrej il-kontroll u r-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tad-dritt ta’ proprjetà tax-xogħol li jkun jinsab għaddej fl-istat attwali tiegħu hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa. F’dan il-każ, jekk il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul b’referenza għall-istadju ta’ tlestija billi tuża l-metodu tal-perċentwal komplut. Għar-rikonoxximent tad-dħul u tal-ispejjeż assoċjati għal tranżazzjoni ta’ dak it-tip ġeneralment huma applikabbli r-rekwiżiti tal-IAS 11.

18

L-entità tista’ tittrasferixxi f’daqqa lix-xerrej il-kontroll u r-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tad-dritt ta’ proprjetà tal-proprjetà immobbli fit-totalità tagħha (eż. mat-tlestija, mal-kunsinna jew wara). F’dan il-każ, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biss meta l-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti.

19

Meta l-entità tkun meħtieġa twettaq aktar xogħol fuq proprjetà immobbli li diġà tkun ġiet ikkunsinnata lix-xerrej, hija għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni u spiża skont il-paragrafu 19 tal-IAS 18. L-obbligazzjoni għandha tiġi mkejla skont l-IAS 37. Meta l-entità tkun meħtieġa tikkunsinna oġġetti jew servizzi ulterjuri li huma identifikabbli separatament mill-proprjetà immobbli diġà kkunsinnata lix-xerrej, hija tkun identifikat l-oġġetti jew servizzi li jifdal bħala komponent separat tal-bejgħ, skont il-paragrafu 8 ta' din l-Interpretazzjoni.

Żvelar

20

Meta entità tirrikonoxxi d-dħul billi tużu l-metodu tal-perċentwal komplut għal kuntratti li jissodisfaw il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa (ara l-paragrafu 17 tal-Interpretazzjoni), hija għandha tiżvela:

(a)

kif tiddetermina liema kuntratti jissodisfaw il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa;

(b)

l-ammont ta’ dħul li jirriżulta minn tali kuntratti matul il-perijodu; u

(c)

il-metodi użati biex jiġi ddeterminat l-istadju ta’ tlestija tal-kuntratti li x-xogħol fuqhom għadu fl-idejn.

21

Għall-kuntratti deskritti fil-paragrafu 20 li x-xogħol fuqhom ikun għadu fl-idejn fid-data tar-rapportaġġ, l-entità għandha tiżvela wkoll:

(a)

l-ammont aggregat ta’ spejjeż imġarrba u profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) sa dik id-data; u

(b)

l-ammont ta’ ħlasijiet bil-quddiem riċevuti.

EMENDI GĦALL-APPENDIĊI TAL-IAS 18

22-23

[Emenda mhux applikabbli għal Standards vojta u enumerati]

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

24

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2009, għandha tiżvela dak il-fatt.

25

Tibdil fil-politika tal-kontabilità għandu jkun irrappurtat b’lura b'konformità mal-IAS 8.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 637/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (6) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000 tal-4 ta’ Mejju 2000 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE waqqfu regoli ġenerali dwar l-adattabilità ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet, permezz ta’ referenza għall-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 fuq id-drittijiet ta’ varjetà ta’ pjanti tal-Komunità (5).

(3)

Għall-iskopijiet tat-tħaddim tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli dettaljati għat-tħaddim tal-kriteji stabbiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, b’mod partikolari fir-rigward tal-impedimenti għad-deskrizzjoni ta’ denominazzjoni ta’ varjetà kif speċifikat fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu. Fl-ewwel fażi, regoli dettaljati bħal dawn għandhom ikunu limitati għall-impedimenti li ġejjin:

użu eskluż bid- dritt minn qabel ta’ terzi persuni,

diffikultajiet fir-rigward ta’ għarfien jew riproduzzjoni,

denominazzjonijiet li huma identiċi jew jistgħu jiġu mfixkla ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ varjetà oħra,

denominazzjonijiet li huma identiċi jew jistgħu jiġu mfixkla ma’ deskrizzjonijet oħra,

li joħolqu disgwid jew jikkaġunaw tfixkil dwar il-karatteristiċi tal-varjetà jew karatteristiċi oħra.

(4)

Il-miżuri li hemm ipprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, Ortikultura u Forestrija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament iwaqqaf, għall-iskopijiet tat-tħaddim tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(6), tad-Direttiva 2002/53/KE u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 (6) tad-Direttiva 2002/55/KE, regoli dettaljati għat-tħaddim ta’ ċerti kriterji stabiliti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għall-eliġibilità ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetajiet.

Artikolu 2

1.   Fil-kas ta’ trade mark bħala dritt minn qabel ta’ terzi persuni, l-użu ta’ denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità għandu jiġi meqjus li hu pprojbit bin-notifika tal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tad-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ trade mark, li tkun ġiet reġistrata fi Stat Membru wieħed jew iżjed jew f’livell ta’ Komunità qabel l-approvazzjoni tad-denominazzjoni tal-varjetà, u li huwa identiku jew simili bħad-denominazzjoni ta’ varjetà u reġistrata fir-relazzjoni ta’ oġġetti li huma identiċi jew bħall-varjetà ta’ pjanta kkonċernata.

2.   Fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika jew desinjazzjoni tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u ikel bħala dritt minn qabel ta’ partijiet terzi, denominazzjoni ta’ varjetà fit-territorju tal-Komunità jkun meqjus li jkun projbit fejn id-denominazzjoni tal-varjetà tmur kontra l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (6) għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni ġeografika jew id-desinjazzjoni tal-oriġini protetta f’Stat Membru jew fil-Komunità taħt l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7(4) jew dak li qabel kien l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (7) għal oġġetti li huma identiċi jew simili għall-varjetà tal-pjanta kkonċernata.

3.   Xkiel għall-adegwatezza ta’ denominazzjoni minħabba dritt minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jitneħħa fejn kunsens bil-miktub tad-detentur tad-dritt minn qabel għall-użu tad-denominazzjoni in konnessjoni mal-varjetà ġie ottenut, jekk tali kunsens ma jwassalx li jagti impressjoni żbaljata lill-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott.

4.   Fil-każ ta’ dritt minn qabel tal-applikant fir-rigward ta’ kollha kemm hi jew parti mid-denominazzjoni proposta, l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 3

1.   Denominazzjoni ta’ varjetà għandha tittieħed li tikkawża diffikultajiet lil min jużaha fir-rigward ta’ għarfien jew riproduzzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn huwa fil-forma ta’ “fancy name”:

(i)

jikkonsisti f’ittra waħda;

(ii)

jikkonsisti fi, jew jikkontjeni bħala element separat, serje ta’ ittri li ma jiffurmawx kelma pronunċabbli f’lingwa uffiċjali tal-Komunità; iżda, fejn din is-serje hija taqsira stabbilita, tali taqsira stabbilita tkun limitata għal massimu ta’ 2 settijiet ta’ mhux aktar minn 3 simboli kull wieħed, li jinsabu f’ kull tarf tad-denominazzjoni;

(iii)

jikkontjeni numru, ħlief fejn dan huwa parti integru tal-isem, jew fejn dan jindika li l-varjetà huwa jew ikun wieħed minn serje numerat ta’ varjetajiet konnessi minħaba l-passat ta’ tkabbir tagħhom;

(iv)

jikkonsisti f’aktar minn tlett kelmiet jew elementi, ħlief jekk il-kliem jagħmluha faċli li tintgħaraf jew li tiġi riprodotta;

(v)

jikkonsisti fi jew jikkontjeni kelma jew element eċċessivament twil;

(vi)

jikkontjeni marka ta’ punteġġjatura jew simbolu ieħor, taħlita ta’ ittri kbar żgħar (ħlief fejn l-ewwel ittra qegħda f’ittri kbar u l-qbija tad-denominazzjoni qegħda f’ittri żgħar), subscript, superscript jew disinn;

(b)

fejn tkun fil-forma ta’ “kodiċi”:

(i)

tkun tikkonsisti f’numru jew numri biss, minbarra fil-każ ta’ linji naturali jew ta’ tipi speċifiki bħal dawn ta’ varjetajiet;

(ii)

tkun tikkonsisti minn ittra waħda biss;

(iii)

ikun fiha aktar minn għaxar ittri, jew ittri u numri;

(iv)

ikun fiha aktar minn erba’ gruppi ta’ ittra jew ittri li jolternaw u numru ta’ numri;

(v)

jikkontjeni marka ta’ punteġġjatura jew simbolu ieħor, subscript, superscript jew disinn.

2.   Meta wieħed jissottometti proposta għal denominazzjoni ta’ varjetà, l-applikant għandu jiddikjara fejn id-denominazzjoni proposta hija maħsuba li tkun fil-forma ta’ “isem fancy” jew ta’ “kodiċi”.

3.   Jekk l-applikant ma jagħmilx dikjarazzjoni fuq il-forma tad-denominazzjoni proposta, id-denominazzjoni għandha tittieħed li tkun “isem fancy”.

Artikolu 4

Meta wieħed jevalwa l-identità ta’, jew it-tfixkil ma’, denominazzjoni ta’ varjetà ta’ varjetà oħra, dan li ġej għandu japplika:

(a)

“jista” jiġi mħawwad ma’ tkun ikkunsidrata li taqa’ inter alia denominazzjoni ta’ varjetà, li tikkontjeni differenza ta’ ittra waħda biss, jew ta’ aċċenti fuq ittri, in konnessjoni ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ speċi li huma simili ħafna, li ġiet aċċettata uffiċjalment għal bejgħ fil-Komunità, iż-Żona Ekonomika Ewropea jew bħala parti kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV), jew huwa s-suġġett ta’ dritt ta’ varjetà tal-pjanti f’tali territorji. Iżda, differenza ta’ ittra waħda f’taqsira stabbilita bħala entità separata tad-denominazzjoniijet tal-varjetajiet ma jkunux meqjusa li jikkawżaw konfużjoni. Wkoll, fejn l-ittra differenti hija prominenti f’mod li jagħmel id-denominazzjoni distinta f’mod ċara minn denominazzjoniijet tal-varjetajiet li diġà huma reġistrati, ma jkunx meqjus li jikkawża konfużjoni. Differenzi ta’ żewġ ittri jew iktar ma jkunux meqjusa li jikkawża konfużjoni ħlief fejn iż-żewġ ittri kemm biddlu l-postijiet tagħhom. Differenza ta’ numru wieħed bejn żewġ numri oħra (fejn numru huwa permess f’fancy name) m’għandux jitiqies li jikkawża konfużjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 l-ewwel subparagrafu, ma japplikax għal denominazzjoni ta’ varjetà fil-forma ta’ kodiċi, jekk id-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ referenza hija wkoll fil-forma ta’ kodiċi. Fil-każ ta’ kodiċi differenza ta’ simbolu wieħed bisss, ittra jew numru, tkun meqjusa li tippermetti li żewġ kodiċi ikunu distinti minn xulxin f’mod suffiċjenti. Spazji vojta għandhom jiġu injorati meta jiġu mqabbla denominazzjonijiet fil-forma ta’ kodiċi;

(b)

“speċijiet relatati mill-qrib” għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Anness I;

(c)

“varjetà ma tibqax teżisti aktar” għandha tittieħed li tfisser varjetà li ma tinstabx aktar għall-bejgħ;

(d)

“reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti” għandu jittieħed bħala referenza għall-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċi ta’ ħxejjex, jew għal kull reġistru kompilat u miżmum mill-Uffiċju tal-Varjetà ta’ Pjanti tal-Komunità, jew minn korp uffiċjali tal-Istati Membri tal-Komunità jew l-Area Ekonomika Ewropea, jew ta’ parti kontrattwali tal-UPOV;

(e)

“varjetà li d-denominazzjoni tagħha m’akkwistat ebda sinjifikat speċjali” għandha ttieħed li tfisser meta d-denominazzjoni ta’ varjetà li xi darba kienet iddaħħlet f’reġistru uffiċjali ta’ varjetajiet ta’ pjanti u b’hekk akkwistat sinjifikat speċjali, għandha tittieħed li tilfet dak is-sinjifikat speċjali meta jgħaddi perjodu ta’10 snin wara li titħassar minn dak ir-reġistru.

Artikolu 5

Deskrizzjonijiet li soltu jintużaw għall-bejgħ ta’ oġġetti jew li għandhom jinżammu ħielsa taħt leġislazzjoni oħra għandhom jfissru b’mod partikolari:

(a)

denominazzjonijiet ta’ muniti, jew termini assoċjati ma’ piżijiet u qisien;

(b)

espressjonijiet li, bis-saħħa ta’ leġislazzjoni, ma jintużawx għall-skopijiet għajr dawk maħsuba b’dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 6

Denominazzjoni ta’ varjetà għanha tittieħed li tqarraq jew tikkawża tfixkil jekk:

(a)

twassal l-impressjoni qarrieqa l-varjetà għandha karatteristiċi jew valur partikolari;

(b)

twassal l-impressjoni qarrieqa li l-varjetà hija relatata ma’, jew ġejja minn, varjetà speċifika oħra;

(c)

tirreferi għal karatteristika speċifika jew valur b’mod li twassal l-impressjoni qarrieqa li dik il-varjetà biss tippossedih, fil-waqt li fil-fatt varjetajiet oħra tal-istess speċi jista’ jkollhom l-istess karatteristika jew valur;

(d)

minħabba fis-similarita tagħha ma’ isem ta’ kummerċ magħruf sewwa minbarra trade mark reġistrata jew denominazzjoni ta’ varjetà, tissuġġerixxi li l-varjetà hija varjetà oħra, jew tagħti impressjoni qarrieqa dwar l-identità tal-applikant, il-persuna responsabbli għaż-żamma tal-varjetà, jew ta’ min inissel;

(e)

tkun tikkonsisti fi, jew ikun fiha

(i)

komparattivi jew superlattivi;

(ii)

l-ismijiet bottaniċi jew l-ismijiet komuni tal-ispeċi, fil-grupp either jew ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċi ta’ pjanti veġetali, li għaliha tappartjeni l-varjetà;

(iii)

l-isem ta’ persuna naturali jew legali, jew referenza għaliha, biex tagħti l-impressjoni qarrieqa dwar l-identità tal-applikant, il-persuna risponsabbli miż-żamma tal-varjetà, jew min inissel.

(f)

dan jinkludi isem ġeografiku li probabbilment ifixkel lill-pubbliku għal dak li jirrigwarda l-karatteristiċi jew il-valur tal-varjetà.

Artikolu 7

Denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew aċċettati fil-forma ta’ kodiċi għandhom ikunu indikati b’mod ċar bħala tali fil-katalogu uffiċjali rilevanti jew katalogi tal-Istati Membri għal varjetajiet ta’ pjanti uffiċjalment aċċettati, jew fil-katalogu komuni rilevanti, permezz ta’ nota f’tarf il-paġna bl-ispjegazzjonijiet li ġejjin: “denominazzjoni ta’ varjetà approvata fil-forma ta’ ‘kodiċi’ ”.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 930/2000 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal denominazzjonijiet ta’ varjetajiet li ġew proposti mill-applikant lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom, qabel 25 Mejju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  ĠU L 108, 5.5.2000, p. 3.

(4)  Ara l-Anness II.

(5)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(6)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(7)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.


ANNESS I

SPEĊIJIET RELATATI MILL-QRIB

Għal għan ta’ definizzjoni, ′speċijiet relatati mill-qrib’, kif imsemmija fl-Artikolu 4(b), għandha tfisser dan li ġej:

(a)

jekk hemm aktar minn kategorija waħda f’ġenus (speċi), għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 1;

(b)

jekk kategoriji jikkonsistu f’aktar minn ġenus wieħed, għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 2;

(c)

bħala regola ġenerali, għal ġeneri u speċi mhux koperti mil-lista ta’ kategoriji fil-punti 1 u 2, ġenus jitqies bħala kategorija;

1.   Kategoriji fi ħdan ġenus

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

Kategorija 1.1

Brassica oleracea

Kategorija 1.2

Brassica għajr għal Brassica oleracea

Kategorija 2.1

Beta vulgaris – pitravi taz-zokkor, pitravi tal-għalf

Kategorija 2.2

Beta vulgaris – pitravi inklużi l-pitravi Cheltenham, spinach beet jew chard

Kategorija 2.3

Beta għajr għal kategoriji 2.1 jew 2.2

Kategorija 3.1

Cucumis sativus

Kategorija 3.2

Cucumis melo

Kategorija 3.3

Cucumis għajr għal kategoriji 3.1 jew 3.2

Kategorija 4.1

Solanum tuberosum

Kategorija 4.2

Solanum għajr għal kategorija 4.1


2.   Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

Kategorija 201

Secale, Triticale, Triticum

Kategorija 203 (*)

Agrostis, Dactylis, Festuca, Festulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa

Kategorija 204 (*)

Lotus, Medicago, Ornithopus, Onobrychis, Trifolium

Kategorija 205

Cichorium, Lactuca


(*)  Il-kategoriji 203 u 204 mhumiex stabbiliti biss fuq il-bażi ta’ speċijiet relatati mill-qrib.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien mal-emendamenti suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000

(ĠU L 108, 5.5.2000, p. 3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2004

(ĠU L 321, 22.10.2004, p. 29)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2007

(ĠU L 201, 2.8.2007, p. 3)


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 930/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(a)

Artikolu 5(a)

Artikolu 5(c)

Artikolu 5(b)

Artikolu 6 (a) sa (d)

Artikolu 6 (a) sa (d)

Artikolu 6 (e), (i) u (ii)

Artikolu 6 (e), (i) u (ii)

Artikolu 6 (e), (iv)

Artikolu 6 (e) (iii)

Artikolu 6 (f)

Artikolu 6 (f)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness

Anness I

Anness II Anness III


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 638/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1145/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali [programmi nazzjonali ta’ ristruttar] għas-settur tal-qoton

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li jistabbilixxi programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali [programmi nazzjonali ta’ ristruttar] għas-settur tal-qoton (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 472/2009 (2) jintroduċi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jippreżentaw programm abbozzat uniku u modifikat ta’ ristrutturar għal tmien snin. Jeħtieġ li r-regoli ta’ implimentazzjoni jiġu aġġornati ma’ din il-possibbiltà.

(2)

Minħabba l-estensjoni possibbli fit-tul ta żmien tal-programmi, il-perċentwal massimu li jista’ jitħallas fil-forma ta’ self għandu jiżdied. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet għar-rilaxx ta’ titoli marbutin ma’ dan is-self jiġu speċifikati, u għandu jiġi kkjarifikat li ma hemmx bżonn ta’ sigurtajiet għal self li jitħallas wara li jkunu tlestew kompletament il-kompiti relevanti.

(3)

Għal raġunijiet tat-trattament mhux diskriminatorju tal-ħallieġa, jeħtieġ li l-kontrolli msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1145/2008 (3) jkopru l-miżuri kollha elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008.

(4)

Barra minn hekk, għandha tiġi speċifikata r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jivverifikaw ir-rispett tal-impenn li ma jintużax is-sit tal-produzzjoni għall-ħalġ tal-qoton matul perjodu ta’ għaxar snin li jibda mill-mument tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-iżmantellar.

(5)

Bil-għan li jiġu ottimizzati l-effetti tal-programmi ta’ ristrutturar, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà addizzjonali biex jiffissaw l-ammont tal-għajnuna għall-iżmantellar għal kull tunnellata ta’ qoton mhux maħluġ, flessibbiltà li tqis l-eteroġeneità tal-industrija tal-ħalġ, filwaqt li fi kwalunkwe każ jiġi evitat kumpens żejjed.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1145/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1145/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a), (b), (d), u (e) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, l-Istati Membri jistgħu jħallsu l-benefiċjarji pagament wieħed jew aktar ta’ self. Il-livell ikkombinat tal-pagamenti kollha tas-self ma għandux ikun ogħla minn 87.5 % tan-nefqa eliġibbli.

Il-pagament ta’ self individwali għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ titolu li l-ammont tiegħu huwa ugwali għal 120 % tal-ammont tas-self konċernat.

Meta l-kundizzjonijiet għat-tlestija ta’ miżura jkunu ġew sodisfatti, u wara li jkunu twettqu l-kontrolli msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 7(1), it-titoli għandhom jiġu rilaxxati u kwlaunkwe pagament addizzjonali ma għandux ikun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ titolu individwali.”;

(b)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-pagamenti kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jirrelataw għal applikazzjoni partikolari għandhom isiru mhux aktar tard:

(a)

mit-30 ta’ Ġunju tar-raba’ sena wara s-sena tad-data tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-programmi abbozzati ta’ ristrutturar fuq perjodu ta’ erba’ snin kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(b)

mit-30 ta’ Ġunju tat-tmien sena wara s-sena tad-data tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-programmi abbozzati ta’ ristrutturar fuq perjodu ta’ tmien snin kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

Il-pagamenti fl-ewwel sena tal-perjodu tal-ipprogrammar għandhom jibdew isiru fis-16 ta’ Ottubru 2009.”

(2)

L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a), (b), (d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw fuq il-post kull fabbrika, sit ta’ produzzjoni u benefiċjarju li jirċievi appoġġ taħt il-programm ta’ ristrutturar qabel ma jsir pagament finali, biex jivverifikaw li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha għall-ksib tal-għajnuna u li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1), punti (a), (b), (d) u (e) ta’ dak ir-Regolament tlestew.”

(b)

Jiżdied ir-raba’ s-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-impenn imsemmi fl-Artikolu 10(1)(e) huwiex rispettat.”

(3)

Fl-Artikolu 10(1), il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

l-impenn bil-miktub li ma jintużax is-sit jew is-siti tal-produzzjoni għall-ħalġ matul perjodu ta’ għaxar snin mill-approvazzjoni tal-applikazzjoni kif imsemmi fil-punt (b).”;

(4)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2, “EUR 100” jinbidel b’ “EUR 190”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 178, 5.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 308, 19.11.2008, p. 17.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 639/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward ta' appoġġ speċifiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-Artikolu 68(7), l-Artikolu 69(6), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 69(7), ir-raba' sottoparagrafu, l-Artikolu 71(6), it-tieni sottoparagrafu, l-Artikolu 71(10) u l-Artikolu 142(c) u (q) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi biex jingħata appoġġ speċifiku lill-bidwi. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dak il-Kapitolu.

(2)

Skont l-Artikolu 68(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, hija meħtieġa konsistenza bejn l-appoġġ speċifiku mogħti skont dak l-Artikolu u miżuri oħra ta' appoġġ Komunitarju jew miżuri ffinanzjati b'għajnuniet mill-Istat. Biex ikun hemm ġestjoni fl-ordni tal-iskemi, miżuri simili ma għandhomx jiġu ffinanzjati darbtejn, taħt l-appoġġ speċifiku u kif ukoll taħt skemi oħra ta' appoġġ Komunitarju. Minħabba id-diversità tal-alternattivi offruti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ speċifiku, ir-responsabbiltà biex tiġi żgurata l-konsistenza għandha minflok titħalla f'idejn l-Istati Membri skont id-deċiżjoni li jieħdu biex jimplimentaw il-miżuri speċifiċi tal-appoġġ, fi ħdan il-qafas stipulat mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

(3)

L-Artikoli 71(10) u 140 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdu biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fid-dettal dwar il-miżuri meħuda biex jimplimentaw partikolarment l-Artikoli 68 sa 72 ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni li tispeċifika meta għandhom isiru dawn il-komunikazzjonjiet u x'ikun fihom, ħalli l-Kumissjoni tkun tista' timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom.

(4)

Peress li l-bdiewa dejjem għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti legali, l-appoġġ speċifiku ma għandux jikkumpensahom talli jikkonformaw magħhom.

(5)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista' jingħata appoġġ speċifiku għal tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-protezzjoni jew it-titjib tal-ambjent. Sabiex id-diskrezzjoni tibqa' għand l-Istati Membri filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri jiġu ġestiti sew, ir-responsabbilità għad-definizzjoni tat-tipi speċifiċi ta' biedja għandha tingħata lill-Istati Membri, filwaqt li l-miżuri għandhom xorta waħda jipprovdu benefiċċji ambjentali li ma jkunx negliġibbli u jkunu jistgħu jitkejlu.

(6)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista' jingħata appoġġ speċifiku għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti agrikoli. Għandha tiġi stipulata lista indikattiva tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati bil-għan li tgħin lill-Istati Membri.

(7)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, appoġġ speċifiku jista' jingħata biex titjieb il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli soġġetti għall-Artikolu 68(2)(c) ta' dak ir-Regolament li jeħtieġu l-appoġġ sabiex jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (2). Għandha ssir dispożizzjoni li tispeċifika l-kontenut tal-miżuri eliġibbli kif ukoll d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (3).

(8)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista' jingħata appoġġ speċifiku biex jiġu pprattikati standards imtejba tal-benesseri tal-annimali. Sabiex jinkisbu standards imtejba tal-benesseri tal-annimali, għandha ssir dispożizzjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jistabbilixxu sistema li tippermetti il-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-applikant bil-għan li jiġu indirizzati diversi aspetti tal-benesseri tal-annimali.

(9)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(v) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista' jingħata appoġġ speċifiku għall-attivitajiet agrikloi speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali. Skont l-Artikolu 68(2)(a), l-appoġġ jista' jingħata partikolarment jekk kien ġie approvat mill-Kummissjoni. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex tispeċifika l-qafas dettaljat li għandhom jikkonformaw miegħu l-Istati Membri meta jistabbilixxu l-kriterji tal-appoġġ. Għandha wkoll issir dispożizzjoni biex tiġi stabbilita l-proċedura tan-notifika, il-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, appoġġ speċifiku jista' jingħata biex jiġu indirizzati żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa f'setturi speċifiċi f'żoni ekonomikament vulnerabbli jew ambjentalment sensittivi jew għal tipi ta' biedja ekonomikament vulnerabbli f'dawk is-setturi. Sabiex l-Istati Membri jibqgħu involuti filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri jiġu ġestiti sew, għandha ssir dispożizzjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbilità għad-definizzjoni taż-żoni u/jew it-tipi ta' biedja eleġibbli għall-appoġġ u biex jistabbilixxu l-livell xieraq. Sabiex jiġi evitat tagħwiġ fis-suq, il-ħlasijiet ma għandhomx madankollu jkunu bbażati fuq il-ċaqliq tal-prezzijiet tas-suq jew ikunu ekwivalenti għal sistema ta' ħlasijiet ta' kumpens fejn appoġġ agrikolu domestiku jitħallas mill-Istati Membri lill-bdiewa abbażi tad-differenzi bejn il-prezz immirat u l-prezz tas-suq domestiku.

(11)

Skont l-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, appoġġ speċifiku jista' jingħata f'żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp sabiex jiżguraw li l-art ma tiġix abbandunata u/jew biex jiġu indirizzati żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni. Għandha ssir dispożizzjoni partikolarment rigward l-istabbiliment tal-ammonti ta' referenza għal kull bidwi eleġibbli, l-allokazzjoni tad-drittijiet għall-ħlasijiet u l-kalkolu taż-żieda fil-valur tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-kontroll tal-programmi mill-Istati Membri li, f'ġieħ il-koerenza, għandha ssegwi dawk stipulati għall-allokazzjoni tal-ammonti mir-riżervi nazzjonali.

(12)

Skont l-Artikolu 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista' jingħata appoġġ speċifiku fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti. Għandu jiġi stabbilit qafas minimu li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jiddefinixxu kif jiġi allokat il-kontribut finanzjarju għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti sabiex jiġi żgurat li l-kontributi jinżammu f'livell xieraq filwaqt li jitħarrsu l-interessi tal-komunità tal-biedja.

(13)

L-Artikolu 68(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi livell sinifikanti ta' dettall dwar id-dispożizzjoni tal-appoġġ speċifiku bl-għan li jikkumpensa lill-bdiewa għal ċertu telf ekonomiku f'każ ta' mard tal-annimali u l-pjanti u inċidenti ambjentali permezz ta' kontributi finanzjarji għall-fondi mutwi. Għandu jiġi stabbilit qafas minimu li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jiddefinixxu kif għandu jiġi organizzat il-kontribut finanzjarju għall-fondi mutwi sabiex jiġi żgurat li l-kontributi jinżammu f'livell xieraq filwaqt li jitħarrsu l-interessi tal-komunità tal-biedja.

(14)

L-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu kkalkolati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta' dak l-Artikolu. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni biex jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru l-ammonti konċernati kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għar-reviżjoni ta' dawn l-ammonti mill-Kummissjoni.

(15)

Peress li ċerti dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ speċifiku previsti fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 saru applikabbli fl-1 ta' Awwissu 2009, ir-regoli dettaljati korrispondenti għandhom jibdew japplikaw mill-aktar fis wara l-adozzjoni tagħhom.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“miżuri tal-appoġġ speċifiku” tfisser miżuri li jimplimentaw l-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(b)

“strumenti oħra ta' appoġġ Komunitarju” tfisser:

(i)

il-miżuri pprovduti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [traduzzjoni mhix uffiċjali] (4), (KE) Nru 509/2006 tal-20 Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (5), (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (6), (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (7), (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (8) u (KE) Nru 3/2008; u

(ii)

miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [traduzzjoni mhix uffiċjali] (9) fosthom miżuri veterenarji u tas-saħħa tal-pjanti.

Artikolu 2

Eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċiku

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw kriterji tal-eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku f'konformità mal-qafas stipulat fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament, u partikolarment il-paragrafu 1, skont kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u biex jevitaw tagħwiġ fis-suq u l-kompetizzjoni.

Artikolu 3

Konsistenza u kumulazzjoni tal-appoġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza bejn:

(a)

il-miżuri tal-appoġġ speċifiku u l-miżuri implimentati skont strumenti oħra ta' appoġġ Komunitarju;

(b)

il-miżuri differenti tal-appoġġ speċiku;

(c)

il-miżuri tal-appoġġ speċifiku u l-miżuri ffinanzjati mill-għanjuna statali.

L-Istati Membri għandhom partikolarment jiżguraw li miżuri tal-appoġġ speċifiku ma jinterferixxux mat-tħaddim sew tal-miżuri implimentati taħt strumenti oħra ta' appoġġ Komunitarju jew ma miżuri ffinanzjati mill-għajnuniet statali.

2.   Fejn appoġġ taħt miżura tal-appoġġ speċifiku jista' jingħata wkoll taħt miżura implimentata skont strumenti oħrajn ta' appoġġ Komunitarju, jew skont miżura oħra ta' appoġġ speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bidwi jkun jista' jirċievi appoġġ għal operazzjoni speċifika taħt miżura waħda minnhom biss.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tal-miżuri tal-appoġġ

1.   Il-miżuri tal-appoġġ speċifiku ma għandhomx jikkumpensaw għar-rispett tal-obbligi mandatorji u, partikolarment, tar-rekwiżiti amministrattivi statutorji u l-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stipulati rispettivament fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew rekwiżiti oħra msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   Il-miżuri tal-appoġġ speċifiku ma għandhomx jiffinanzjaw it-taxxi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-appoġġ speċifiku li jimplimentaw ikunu jistgħu jiġu vverikati u kkontrollati.

Artikolu 5

Trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tal-appoġġ speċifiku li bi ħsiebhom japplikaw sal-1 ta' Awwissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni ta' dik il-miżura.

Il-kontenut tal-informazzjoni għandu jingħata skont il-Parti A tal-Anness I, għajr għall-miżuri tal-appoġġ speċiku għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, li għandhom jingħataw skont il-Parti B tal-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 sal-1 ta' Awwissu 2009.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena dwar il-ħlasijiet mogħtija lill-bdiewa għal kull miżura u settur sal-15 ta' Settembru tas-sena li ssegwi s-sena li għaliha ngħataw il-ħlasijiet.

4.   Ir-rapport annwali li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jintbagħat sal-15 ta' Settembru ta' kull sena u għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sal-1 ta' Ottubru 2012 rapport dwar il-miżuri tal-appoġġ speċifiku implimentati fl-2009, l-2010 u l-2011, l-impatti tagħhom fuq l-għanijiet tagħhom u kwalunkwe problema li ltaqgħu magħha.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 6

Tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-protezzjoni jew it-titjib tal-ambjent

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-protezzjoni jew it-titjib tal-ambjent li għalihom hemm pprovdut ħlas annwali addizzjonali fl-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Dawn it-tipi speċifiċi ta' biedja għandhom iroddu benefiċċji ambjentali li ma jkunux negliġibbli u li jistgħu jitkejlu.

Artikolu 7

Titjib tal-kwalità tal-prodotti agrikoli

Il-ħlas annwali addizzjonali għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti agrikoli pprovdut fl-Artikolu 68(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jista' partikolarment jippermetti lill-bdiewa biex:

(a)

jissodisfaw l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jingħaqdu fi skemi Komunitarji tal-kwalità tal-ikel kif stipulati fl-atti elenkati fl-Artikoli 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fir-Regolamenti tal-kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (10), (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (11), (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (12) u (KE) Nru 114/2009 tas-6 ta’ Frar 2009 li jistipula l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 rigward ir-referenzi għall-inbejjed b'oriġini ta' denominazzjoni protetta u b'indikazzjoni ġeografika protetta (13) jew,

(b)

jidħlu fi skemi privati jew nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-ikel.

Jekk il-miżuri tal-appoġġ speċifiku jingħataw għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (14) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 8

Titjib tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

1.   Il-ħlas annwali addizzjonali għall-bidwi għat-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli pprovdut fl-Artikolu 68(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jħeġġeġ lill-bdiewa biex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli tagħhom billi jiżgura l-għoti ta' informazzjoni aħjar dwar u/jew il-promozzjoni tal-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodotti jew tal-metodi tal-produzzjoni tagħhom.

2.   L-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 9

Tħaddin ta' standards imtejba tal-benesseri tal-annimali

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eleġibbiltà għall-appoġġ speċifiku tal-bdiewa li jħaddnu prattiki aħjar tal-benesseri tal-annimali pprovduti fl-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, iqisu:

(a)

it-tip ta' biedja,

(b)

id-daqs tal-farm f'termini ta' densità jew għadd ta' annimali u ħaddiema, u

(c)

is-sistema tal-ġestjoni tal-farm applikabbli.

2.   Prattiki aħjar tal-benesseri tal-annimali għandhom ikunu dawk li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali applikabbli, partikolarment, l-atti li jissemmew fil-punt C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Dawk il-prattiki jistgħu jinkludu l-istandards imtejba msemmija fl-Artikolu 27(7) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

Artikolu 10

Attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvovlu benefiċċji agroambjentali addizzjonali

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eleġibbiltà għall-appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu l-benefiċċji agroambjentali addizzjonali previsti fl-Artikolu 68(1)(a)(v) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom partikolarment iqisu:

(a)

il-miri ambjentali fir-reġjun fejn il-miżura se tiġi applikata, u

(b)

kwalunkwe appoġġ li diġà ngħata taħt strumenti oħra ta' appoġġ Komunitarju jew miżuri oħra ta' appoġġ speċiku jew miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali.

2.   L-Artikolu 27(2) sa (6), (8), (9) u (13), l-Artikolu 48 u l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri proposti ta' appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali nnotifikati lilha mill-Istati Membri għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dan ir-Regolament.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti jikkonformaw, għandha tapprova l-miżuri skont l-Artikolu 68(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fi żmien erba' xhur minn meta tkun irċiviet l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti ma jikkonformawx, għandha titlob lill-Istat Membru biex jirrevedi l-miżuri proposti kif xieraq u jinnotifikahom lill-Kummissjoni. Għandha tapprova l-miżuri jekk tqis li ġew reveduti kif xieraq.

Artikolu 11

Żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-ross

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ speċifiku biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-ross f'żoni ekonomikament vulnerabbli jew ambjentalment sensittivi, jew fl-istess setturi, għal tipi ta' biedja ekonomikament vulnerabbli skont l-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ż-żoni ekonomikament vulnerabbli u/jew ambjentalment sensittivi u/jew it-tipi ta' biedja ekonomikament vulnerabbli eliġibbli għall-appoġġ, filwaqt li jqisu partikolarment, l-istrutturi u l-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni.

2.   L-appoġġ speċifiku ma għandux ikun ibbażat fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tas-suq jew ekwivalenti għal sistema ta' ħlasijiet ta' kumpens.

Artikolu 12

Żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp

1.   Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku f'żoni soġġetti għal programmi ta' ristrutturar u/jew ta' żvilupp sabiex jiġi żgurat li l-art ma tiġix abbandunata u/jew biex jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni pprovduti fl-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom partikolarment:

(a)

jistipulaw kif għandhom jiġi ffissati l-ammonti individwali ta' referenza għall-bdiewa eleġibbli, u

(b)

jistipulaw il-programmi ta' ristrutturar u/jew tal-iżvilupp u/jew il-kundizjonijiet għall-approvazzjoni tagħhom.

2.   Meta bidwi li ma jkollu l-ebda dritt għall-ħlas japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1, jista' jirċievi għadd ta' drittijiet għall-ħlas mhux ogħla mill-għadd ta' ettari f'idejh (tiegħu proprji jew imwellija) f'dak iż-żmien.

Meta bidwi li jkollu dritt għall-ħlas japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1, jista' jirċievi għadd ta' drittijiet għall-ħlas mhux ogħla mill-għadd ta' ettari f'idejh li għalihom ma jkollu l-ebda dritt għall-ħlas.

Il-valur tal-unità ta' kull dritt għall-ħlas li l-bidwi diġà għandu jista' jiġi miżjud.

Il-valur ta' kull dritt għall-ħlas mogħti skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tat-tielet sottoparagrafu, għandu jiġi kkalkolat billi l-ammont individwali ta' referenza jiġi stabbilit mill-Istat Membru jiġi diviż bl-għadd ta' drittijiet imsemmija fis-sottoparagrafu preċedenti.

3.   Iż-żieda tal-ammont għal kull ettaru skont l-iskema ta' pagament [ħlas] uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2) tar-Regoalment (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi stabbilita billi l-ammont ta' referenza tal-bidwi jiġi diviż bl-għadd ta' ettari eliġibbli li jiddikjara għall-ħlas taħt l-iskema tal-ħlas uniku skont l-erja.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvantaġġ speċifiċi għall-bdiewa fiż-żoni effettwati mill-programmi tar-ristrutturar u/jew tal-iżvilupp, li għalihom jingħata appoġġ speċifiku, ma jiġux kumpensati għall-istess għan taħt xi dispożizzjoni oħra ta' programmi bħal dawn.

Artikolu 13

Assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw kundizzjonijiet għall-kuntratti biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ speċifiku permezz ta' kontribuzzjonijiet għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti, kif imsemmi fl-Artikolu 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Il-kuntratti għandhom jistipulaw:

(a)

ir-riskji partikolari li hemm assigurazzjoni kontrihom,

(b)

it-telf ekonomiku partikolari kopert u

(c)

il-primjums imħallsa, bl-esklużjoni tat-taxxi.

3.   Il-kuntratti ma għandhomx ikopru aktar mill-produzzjoni ta' sena waħda. Meta terminu ta' kuntratt ikopri partijiet minn sentejn kalendarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħatax kumpens doppju għall-istess kuntratt.

4.   L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-kalkolu tad-distruzzjoni tal-produzzjoni medja annwali ta' bidwi skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

5.   Il-bidwi għandu jinforma lill-Istat Membru kull sena dwar in-numru tal-polza tal-assigurazzjoni tiegħu u jipprovdi kopja tal-kuntratt u prova tal-ħlas tal-primjum.

Artikolu 14

Fondi mutwi għall-mard tal-annimali u l-pjanti u l-inċidenti ambjentali

1.   Ir-regoli ddefiniti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 71(9) tar-Regoalment (KE) Nru 73/2009 għall-fondi mutwi eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-mard tal-annimali u l-pjanti u l-inċidenti ambjentali kif imsemmija fl-Artikolu 68(1)(e) ta' dak ir-Regolament għandhom partikolarment jinkludu:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-fond mutwu,

(b)

l-imxija ta' mard tal-annimali jew il-pjanti jew l-inċidenti ambjentali li jistgħu jwasslu biex jitħallas kumpens lill-bdiewa, fosthom l-ambitu ġeografiku fejn xieraq,

(c)

il-kriterji għall-valutazzjoni ta' jekk aveniment għandux iwassal għall-ħlas ta' kumpens lill-bdiewa,

(d)

il-metodi tal-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jikkostitwixxu telf ekonomiku skont l-Artikolu 71(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(e)

il-kalkolu tal-ispejjeż amministrattivi msemmija fl-Artikolu 71(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(f)

kwalunkwe limitu fuq l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-kontribut finanzjarju applikat skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 71(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(g)

proċedura tal-akkreditazzjoni ta' fond mutwu specifiku skont il-liġi nazzjonali,

(h)

regoli proċedurali, u

(i)

il-verifiki tal-konformità u l-approvazzjoni li l-fondi mutwi għandhom jiġu soġġetti għalihom wara l-akkreditazzjoni tagħhom.

2.   Meta s-sors tal-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mill-fond mutwu jkun ġej minn self kummerċjali, it-tul taż-żmien minimu u massimu għandu jkun ta' bejn sena u ħames snin rispettivament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-biedja tagħhom jkun mgħarrfa dwar:

(a)

il-fondi mutwi kollha akkrediti,

(b)

il-kundizzjonijiet għall-affiljazzjoni ma' fond mutwu partikolari, u

(c)

l-arranġamenti finanzjarji tal-fondi mutwi.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet finanzjarji għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku

1.   L-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-għanijiet tar-raba' sottoparagrafu l-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri jistgħu jitolbu sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena kalendarja mill-2010 reviżjoni tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kalkolu stipulat fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tas-sena finanzjarja involuta jkun differenti b'aktar minn 20 % tal-ammont iffissat fl-Anness III.

Kwalunkwe ammont revedut li tipprovdi għalih il-Kummissjoni għandu jkun applikabbli mis-sena kalendarja ta' wara dik tat-talba.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(7)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.

(12)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 38, 7.2.2009, p. 26.

(14)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.


ANNESS I

Kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1)

PARTI A.

Għall-miżuri kollha tal-appoġġ speċifiku, għajr il-miżuri għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, l-informazzjoni għandha tinkludi:

it-titolu ta' kull miżura bir-referenza għad-disposizzjoni rilevanti tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

deskrizzjoni ta' kull miżura, li tinkludi mill-anqas:

(a)

is-setturi konċernati,

(b)

it-tul taż-żmien tagħha,

(c)

l-għanijiet tagħha,

(d)

il-kundizzjonijiet applikabbli tal-eliġibbiltà;

(e)

livell indikattiv ta' appoġġ għaliha,

(f)

l-ammont totali ffissat għaliha,

(g)

l-informazzjoni neċessarja għall-istabbiliment tal-limiti massimi tal-baġit relatati, u

(h)

is-sors tal-fondi għaliha;

kwalunkwe miżura eżistenti applikata skont skemi oħra ta' appoġġ Komunitarju jew taħt miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali fl-istess żona jew settur bħala l-miżura ta' appoġġ speċifiku u, fejn xieraq, id-demarkazzjoni bejniethom;

fejn xieraq, deskrizzjoni ta':

(a)

it-tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent imsemmija fl-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

l-istandards imtejba tal-benesseri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(c)

iż-żoni ekonomikament vulnerabbli u/jew iż-żoni ambjentalment sensittivi u/jew it-tipi ta' biedja ekonomikament vulnerabbli msemmija fl-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll il-livelli attwali ta' produzzjoni msemmija fl-Artikolu 68(3) ta' dak ir-Regolament;

(d)

ir-ristrutturar u/jew l-programmi tal-iżvilupp imsemmija fl-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

PARTI B.

Għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, l-informazzjoni għandha tinkludi:

it-titolu tal-miżura.

iż-żona ġeografika koperta mill-miżura.

deskrizzjoni tal-miżura proposta u l-impatt ambjentali mistenni b'rabta mal-ħtiġijiet ambjentali u l-prijoritajiet kif ukoll l-għanijiet speċifiċi li jistgħu jiġu vverifikati.

ir-raġuni għall-intervent, l-ambitu u l-azzjonijiet, l-indikaturi, il-miri kkwantifikati u fejn xieraq il-benefiċjarji.

il-kriterji u r-regoli amministrattivi biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ma humiex qegħdin jirċievu wkoll appoġġ minn skemi oħra ta' appoġġ Komunitarju.

evidenza, kif imsemmija fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza u l-plawsibbiltà tal-kalkoli.

deskrizzjoni dettaljata tal-implimentazzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti minimi għall-fertilizzant u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-rekwiżiti rilevanti u mandatarji oħra msemmija fil-punt 5.3.2.1 tal-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijet u l-parametri agronomiċi (inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti bażilari kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma rilevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn) użati bħala punt ta’ referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw: (a) l-ispejjeż addizzjonali u (b) id-dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenn meħud; fejn rilevanti, din il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009; fejn xieraq, il-metodu tal-konverżjoni użat għal unitajiet oħra skont l-Artikolu 27(9) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

l-ammonti tal-appoġġ.

fejn xieraq, l-informazzjoni msemmija fis-sitt u s-seba' inċiżi tal-punt 5.3.2.1.4 tal-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.


ANNESS II

Kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali dwar il-fondi mutwi kif imsemmija fl-Artikolu 5(4)

lista tal-fondi mutwi akkreditati u l-għadd ta' bdiewa affiljati ma' kull fond,

fejn xieraq, l-ispejjeż amministrattivi mġarrba għall-istabbiliment ta' fondi mutwi ġodda,

is-sors tal-finanzi skont l-Artikolu 69(6)(a) jew (c) tar-Regolament (EC) No 73/2009 u fejn applikabbli, l-ammont tat-tnaqqis lineari applikat kif ukoll il-ħlasijiet konċernati,

it-tip ta' telf ekonomiku kkompensat skont kull fond akkreditat u skont il-kaġun kif imsemmi fl-Artikolu 71(1) ta' dak ir-Regolament,

l-għadd ta' bdiewa kkompensati skont kull fond akkreditat għal kull tip ta' telf ekonomiku u skont il-kaġun kif imsemmi fl-Artikolu 71(1) ta' dak ir-Regolament,

in-nefqa ta' kull fond akkreditat għal kull tip ta' telf ekonomiku,

il-perċentwali u l-ammont imħallas minn kull fond għall-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 71(7) ta' dak ir-Regolament, u

kwalunkwe esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-miżura tal-appoġġ speċifiku dwar il-fondi mutwi.


ANNESS III

Ammonti msemmija fl-Artikolu 15(1) kif ikkalkulati skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

(f’EUR miljuni)

il-Belġju

8,6

id-Danimarka

15,8

il-Ġermanja

42,6

l-Irlanda

23,9

il-Greċja

74,3

Spanja

144,4

Franza

97,4

l-Italja

144,9

il-Lussemburgu

0,8

Malta

0,1

l-Olanda

31,7

l-Awstrija

11,9

il-Portugall

21,7

il-Finlandja

4,8

is-Slovenja

2,4

l-Iżvezja

13,9

ir-Renju Unit

42,8


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda.

(2)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva dwar prodotti użati fis-sistemi tal-muturi tal-elettriku.

(3)

Il-muturi tal-elettriku huma l-iktar tip importanti ta' karga elettrika f'industriji fi ħdan il-Komunità fejn huma użati muturi fil-proċessi ta' produzzjoni. Is-sistemi li fihom joperaw dawn il-muturi jieħdu madwar 70 % tal-elettriku kkonsmat mill-industrija. Hemm potenzjal totali għal titjib kosteffikaċi tal-enerġija ta' dawn is-sistemi bil-mutur b'madwar 20 % għal 30 %. Wieħed mill-ikbar fatturi f'titjib bħal dan huwa l-użu ta' muturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Konsegwentement, il-muturi fis-sistemi ta' muturi tal-elettriku jirrappreżentaw prodott ta' prijorità li għalih iridu jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ekodiżinn.

(4)

Is-sistemi ta' muturi tal-elettriku jinkludu għadd ta' prodotti li jużaw l-enerġija, bħal muturi, trażmissjonijiet, pompi jew fannijiet. Il-muturi u t-trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli huma parti importanti minn dawn il-prodotti. Għalhekk, dan ir-Regolament jirrikjedi li ċerti tipi ta' muturi jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli.

(5)

Ħafna muturi huma integrati fi prodotti oħra mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq separatament jew jitqiegħdu fis-servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/32/KE u d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex jintlaħaq il-potenzjal kollu tal-iffrankar kosteffikaċi tal-enerġija, il-muturi li huma integrati fi prodotti oħra għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-muturi tal-elettriku. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(7)

L-istudju ta' tħejjija juri li l-muturi tal-elettriku jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità fi kwantitajiet kbar, bil-konsum tal-elettriku tagħhom fil-fażi ta' użu tkun l-iktar aspett ambjentali sinifikanti mill-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, u bil-konsum ta' elettriku annwali tagħhom jwassal sa 1 067 TWh fl-2005, li jsarrfu f'427 Mt tal-emissjonijiet ta' CO2. Fin-nuqqas ta' miżuri sabiex ikun hemm limitu għal dan il-konsum, huwa previst li l-konsum tal-enerġija se jiżdied għal 1 252 TWh fl-2020. Ġie konkluż li l-konsum tal-enerġija fiċ-ċiklu tal-ħajja u l-konsum tal-elettriku fil-fażi ta' użu jistgħu jittejbu b'mod sinifikanti, partikolarment jekk il-muturi b'veloċità varjabbli u l-applikazzjonijet ta' karga jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet.

(8)

L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fl-użu huwa l-uniku parametru ta' ekodiżinn sinifikanti relatat mad-diżinn tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2005/32/KE.

(9)

It-titjib fil-konsum tal-elettriku tal-muturi tal-elettriku għandu jseħħ bl-użu ta’ teknoloġiji eżistenti ta’ dominju pubbliku kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom.

(10)

Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għal muturi fil-Komunità kollha, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-prodotti.

(11)

Għandu jingħata qafas ta' żmien xieraq lill-produtturi sabiex jiddiżinjaw mill-ġdid il-prodotti. L-iffissar ta' żmien għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi fuq il-funzjonalità tal-muturi jiġu evitati, u l-impatti fuq in-nefqa għall-produtturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, jiġu meqjusa, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f'waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar żviluppati rikonoxxuti inkluż, fejn dawn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpijiet ta' standardazzjoni Ewropej, kif imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(13)

Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jtejbu l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-muturi tal-elettriku, li għandu jwassal għal iffrankar fl-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 5 500 PJ (4) u għal iffrankar ta’ elettriku ta' 135 TWh sal-2020, imqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda miżura.

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex il-kontrolli ta' konformità jiġu ffaċilitati, il-produtturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE fid-dokumentazzjoni teknika.

(16)

Sabiex jiġi llimitat iktar l-impatt ambjentali tal-muturi, il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni relevanti fuq iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi fl-aħħar tal-ħajja tagħhom.

(17)

Għandhom jiġu identifikati punti ta' referenza għat-teknoloġiji b'effiċjenza għolja ta' enerġija li huma attwalment disponibbli. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' diżinn għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' ekodiżinn għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' muturi, inkluż fejn huma integrati f'prodotti oħra.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

muturi ddiżinjati sabiex joperaw waqt li jkunu kompletament mgħaddsa f'likwidu;

(b)

muturi kompletament integrati fi prodott (pereżempju tagħmir, pompa, fann jew kompressur) fejn il-prestazzjoni tal-qawwa tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott;

(c)

muturi speċifikament iddiżinjati sabiex jaħdmu:

(i)

f’altitudnijiet ta' iktar minn 1 000 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar;

(ii)

fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta' iktar minn 40 °C;

(iii)

f’temperatura massima waqt il-ħidma ta' iktar minn 400 °C;

(iv)

fejn it-temperaturi tal-arja ambjentali huma ta' inqas minn – 15 °C għal kwalunkwe mutur jew ta' inqas minn 0 °C għal mutur bit-tkessiħ tal-arja;

(v)

fejn it-temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott, hija ta' inqas minn 5 °C jew ta' iktar minn 25 °C

(vi)

f’atmosferi potenzjalment esplożivi kif definiti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/9/KE (5)

(d)

muturi tal-brejkijiet;

barra fejn għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness 1, il-Punt 2: (3), (4), (5), (6), (12).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Mutur” tfisser mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage, b'veloċità elettrika waħda, bi tliet fażijiet ta' 50 Hż jew 50/60 Hz li;

għandu minn 2 sa 6 poli;

għandu vultaġġ nominali ta' UN ta' mhux iktar minn 1 000 V;

għandu prestazzjoni nominali ta' PN bejn 0,75 kW u 375 kW;

huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' operazzjoni kontinwa.

(2)

“Trażmissjoni b'veloċità varjabbli” tfisser konvertitur tal-enerġija elettronika li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika mogħtija lill-mutur tal-elettriku sabiex jikkontrolla l-ħruġ mekkaniku tal-enerġija tal-mutur skont il-veloċita torque karratteristika tal-karga (trażmessa mill-mutur), billi jaġġusta l-provvista ta' enerġija bi tliet fażijiet ta' 50 Hz għal frekwenza varjabbli u vultaġġ mogħti lill-mutur.

(3)

“Mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage” tfisser mutur tal-elettriku mingħajr faħmiet, kommutatur, ċrieki tal-kuntatt (slip rings) jew konnessjonijiet elettriċi mar-rotor.

(4)

“Fażi” tfisser it-tip ta' konfigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-mejns;

(5)

“Pol” tfisser l-għadd totali ta' poli manjetiċi tramuntana u nofsinhar prodotti mill-kamp manjetiku li jdur tal-mutur. L-għadd ta' poli jiddetermina l-veloċità bażi tal-mutur.

(6)

“Operazzjoni ta' ħidma kontinwa” tfisser il-kapaċità ta' mutur elettriku b'sistema ta' tkessiħ integrata sabiex jopera b'karga nominali mingħajr interruzzjoni taħt l-għoli tat-temperatura massima nominali.

(7)

“Mutur tal-brejk” tfisser mutur mgħammar bi brejk b'unità elettromekkanika li jopera direttament fuq ix-xaft tal-mutur mingħajr igganċjar.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' ekodiżinn

Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-muturi huma msemmija fl-Anness I.

Kull rekwiżit ta' ekodiżinn għandu japplika skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(1)

mis-16 ta' Ġunju 2011, il-muturi għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mill-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1;

(2)

mill-1 ta’ Jannar 2015:

(i)

il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

(3)

mill-1 ta’ Jannar 2017:

(i)

il-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mil-livell ta' effiċjenza IE3, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, jew jilħqu l-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1, u jkunu mgħammra bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli.

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott għall-muturi huma kif stipulati fl-Anness I. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-diżinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew tas-sistema ta' ġestjoni għal valutazzjoni ta' konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ Referenza indikattivi

Il-punti ta’ referenza indikattivi għall-muturi bl-aqwa prestazzjoni, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku kemm fuq il-muturi kif ukoll fuq it-trażmissjonijiet mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-effiċjenza, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u l-livell ta' dubju fil-kejl.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  1 TWh = 3.6 PJ.

(5)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI TA' EKODIŻINN GĦALL-MUTURI

(1)   REKWIŻITI TA' EFFIĊJENZA TAL-MUTUR

Ir-rekwiżiti minimi nominali ta' effiċjenza għal muturi huma stipulati fit-Tabella 1 u 2.

Tabella 1

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE2 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

77,4

79,6

75,9

1,1

79,6

81,4

78,1

1,5

81,3

82,8

79,8

2,2

83,2

84,3

81,8

3

84,6

85,5

83,3

4

85,8

86,6

84,6

5,5

87,0

87,7

86,0

7,5

88,1

88,7

87,2

11

89,4

89,8

88,7

15

90,3

90,6

89,7

18,5

90,9

91,2

90,4

22

91,3

91,6

90,9

30

92,0

92,3

91,7

37

92,5

92,7

92,2

45

92,9

93,1

92,7

55

93,2

93,5

93,1

75

93,8

94,0

93,7

90

94,1

94,2

94,0

110

94,3

94,5

94,3

132

94,6

94,7

94,6

160

94,8

94,9

94,8

200 sa 375

95,0

95,1

95,0


Tabella 2

Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE3 (50 Hz)

Ħruġ ta' qawwa nominali

kW

Għadd ta' poli

2

4

6

0,75

80,7

82,5

78,9

1,1

82,7

84,1

81,0

1,5

84,2

85,3

82,5

2,2

85,9

86,7

84,3

3

87,1

87,7

85,6

4

88,1

88,6

86,8

5,5

89,2

89,6

88,0

7,5

90,1

90,4

89,1

11

91,2

91,4

90,3

15

91,9

92,1

91,2

18,5

92,4

92,6

91,7

22

92,7

93,0

92,2

30

93,3

93,6

92,9

37

93,7

93,9

93,3

45

94,0

94,2

93,7

55

94,3

94,6

94,1

75

94,7

95,0

94,6

90

95,0

95,2

94,9

110

95,2

95,4

95,1

132

95,4

95,6

95,4

160

95,6

95,8

95,6

200 sa 375

95,8

96,0

95,8

(2)   REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT DWAR IL-MUTURI

Mis-16 ta' Ġunju 2011, l-informazzjoni dwar il-muturi msemmija fil-punti (1) sa (12) għandhom jintwerew b'mod viżibbli fuq:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika tal-muturi;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika ta' prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi;

(c)

aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-muturi;

(d)

aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi.

Fil-każ ta' dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija skont l-ordni kif preżentat fil-punti (1) sa (12). Ma hemmx għalfejn jintuża l-istess kliem eżatt bħal ma hawn fil-lista. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, ċifri jew simboli, iktar milli kliem.

(1)

l-effiċjenza nominali (η) fuq qawwa sħiħa, 75 % u 50 % ta' karga u vultaġġ nominali (UN);

(2)

il-livell ta' effiċjenza: “IE2” jew “IE3”;

(3)

is-sena tal-manifattura;

(4)

l-isem tal-produttur jew it-trejdmark, in-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-produttur;

(5)

in-numru tal-mudell tal-prodott;

(6)

l-għadd ta' poli tal-mutur;

(7)

il-prestazzjoni(jiet) nominali ta' potenza jew il-medda ta' prestazzjoni nominali ta' potenza (kW);

(8)

il-frekwenza/i tad-dħul nominali ta' frekwenza(i) tal-mutur (Hz);

(9)

il-vultaġġ nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (V);

(10)

il-veloċità(jiet) nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (rpm);

(11)

l-informazzjoni rileveanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu;

(12)

l-informazzjoni dwar il-firxa ta' kundizzjonijiet operatorji li għalihom il-mutur huwa ddiżenjat speċifikament:

(i)

altitudnijiet fuq il-livell tal-baħar;

(ii)

temperaturi tal-arja ambjentali, inkluż għal muturi mkessħin bl-arja;

(iii)

temperatura tal-ilma tat-tkessiħ fil-bokka tal-prodott;

(iv)

temperatura operatorja massima;

(v)

atmosferi potenzjalment esplożivi.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandha tkun immarkata b'mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-mutur.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 1 sa 12 ma hemmx għalfejn tkun ippubblikata fuq is-sit tal-internet li għandha aċċess bla ħlas tal-produttur tal-mutur għal muturi magħmulin apposta b'diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali skont ir-rikjesta tal-klijent. L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti obbligatorji sabiex il-muturi, li ma jilħqux il-livell ta' effiċjenza IE3, ikunu mgħammra bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli, għandha tkun esposta b'mod viżibbli fuq il-pjanċja tal-isem, id-dokumentazzjoni teknika u l-ippakkjar tal-mutur:

(a)

mill-1 ta' Jannar 2015 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW,

(b)

mill-1 ta' Jannar 2017 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW.

Il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed waqt l-immuntar, l-istallazzjoni, iż-żamma jew l-użu tal-muturi bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli fid-dokumentazzjoni teknika, inkluż informazzjoni dwar kif tista' tiġi minimizzata l-firxa elettrika u manjetika mit-trasmissjonijiet b'veloċità varjabbli.

(3)   DEFINIZZJONIJIET GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESS I

(1)

“Effiċjenza minima nominali” (η) tfisser l-effiċjenza bir-rata massima ta' karga u vultaġġ mingħajr tolleranzi.

(2)

“Tolleranza” tfisser il-varjazzjoni massima permessa fir-riżultat tat-test tal-kejl ta' kwalunkwe mutur imqabbel mal-valur dikjarat fuq il-pjanċja ta' klassifikazzjoni jew fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS II

KEJL U KALKOLAZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' konformità u ta' verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkolazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom livell baxx ta' dubju, inkluż metodi msemmija fid-dokumenti, li n-numru ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:

L-effiċjenza tal-enerġija huwa l-proporzjoni tal-prestazzjoni ta' potenza mekkanika mal-potenza elettronika tal-konsum.

Il-livell ta' effiċjenza tal-mutur, kif speċifikat fl-Anness I, għandha tiġi determinata fuq prestazzjoni nominali ta' potenza (PN), vultaġġ nominali (UN), u frekwenza nominali (fN).

Id-differenza bejn il-prestazzjoni ta' potenza mekkanika u l-potenza elettronika tal-konsum hija kawżata mit-telf li qed iseħħ fil-mutur.

Il-kalkolu tat-telf totali għandu jsir permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

il-kejl tat-telf totali; jew

il-kalkolu tat-telf separat mgħoddi flimkien.


ANNESS III

PROĊEDURA TA’ VERIFIKAZZJONI

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss.

2.

Il-mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali tal-mutur (η), it-telf (1-η) ma jvarjax mill-valuri ta' limitu stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza 150-375 kW.

3.

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx l-awtorita' ta' sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula bl-addoċċ, minbarra għal muturi li huma prodotti fi kwantitajiet ta' inqas minn ħamsa fis-sena.

4.

L-istess mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali medja (η), it-telf (1-η) tat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt 3 ma jvarjax mill-valuri stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza > 150-375 kW.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

Sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu japplika l-proċeduri msemmija fl-Anness II u metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inkluż il-metodi stipulati fl-istandards li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS IV

PUNTI TA’ REFERENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-muturi ġiet identifikata bħala l-livell IE3, jew mutur IE3 mgħammar b'trażmissjoni b'veloċità varjabbli kif iddefinit fl-Anness I.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għat-titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2) ta’ dik id-Direttiva, u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżura implimentattiva għall-apparat f’sistemi li jaħdmu b’mutur tal-elettriku u għat-tagħmir tat-tisħin, bħalma huma ċ-ċirkolaturi.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi taċ-ċirkolaturi li jintużaw ġeneralment fil-bini. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-Komunità u minn partijiet terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

Iċ-ċirkolaturi jikkonsmaw il-biċċa l-kbira mill-enerġija li tintuża minn sistemi tat-tisħin fil-bini. Barra minn hekk, tkun xi tkun il-ħtieġa tat-tisħin, il-biċċa l-kbira taċ-ċirkolaturi standard joperaw kontinwament. Għaldaqstant, iċ-ċirkolaturi huma wieħed mill-prodotti prijoritarji li jeħtieġu rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti għalihom.

(5)

L-impatt ambjentali taċ-ċirkolaturi li jitqies bħala sinifikanti għall-fini ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu tagħhom.

(6)

L-istudju ta’ tħejjija juri li fis-suq Komunitarju jitqiegħdu madwar 14-il miljun ċirkolatur fis-sena u li l-aktar impatt ambjentali sinifikanti minn fost il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom huwa l-komsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu li fl-2005 kien ta’ 50 TWh, li huwa ekwivalenti għal 23 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum tal-elettriku mistenni li sal-2020 jiżdied għal 55TWh. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu jista’ jiġi mtejjeb b’mod sinifikanti.

(7)

Skont l-istudju ta’ tħejjija, ir-rekwiżiti dwar parametri oħrajn tal-ekodisinn imsemmijia fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2005/32/KE mhumiex meħtieġa, peress li l-konsum tal-elettriku miċ-ċirkolaturi fil-fażi tal-użu huwa bil-bosta l-aktar aspett importanti għall-ambjent.

(8)

L-effiċjenza taċ-ċirkolaturi għandha tittejjeb bl-użu ta’ teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effettivi f’termini ta’ nfiq, li jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u t-tħaddim taċ-ċirkolaturi.

(9)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku għaċ-ċirkolaturi fil-Komunità kollha, u b’hekk jagħtu kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

(10)

Sabiex jiżdied l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ taċ-ċirkolaturi, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kif iċ-ċirkolaturi jiġu mmontati u żarmati.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx iħallu impatt negattiv fuq il-funzjonalità taċ-ċirkolaturi u m’għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis ta’ konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu għandhom ipattu bil-kbir għal kwalunkwe impatti ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament skont ma jkun xieraq. L-iffissar taż-żmien ta’ meta jiddaħħlu dawn ir-rekwiżiti għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi fuq il-funzjonalità taċ-ċirkolaturi fis-suq jiġu evitati, u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-manifatturi, partikolarment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-valutazzjoni tal-konformità u l-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandhom jitwettqu permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi l-iktar riċenti u avvanzati ta’ kejl rikonoxxuti b’mod ġenerali inkluż, fejn disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-entitajiet Ewropej għal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (2).

(14)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura t-tqegħid malajr fis-suq ta’ teknoloġiji li jnaqqsu l-impatt ambjentali miċ-ċirkolaturi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, li sal-2020 għandu jwassal għal iffrankar ta’ 23 TWh fil-konsum tal-elettriku, li huwa ekwivalenti għal 11-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 meta mqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed ebda azzjoni.

(15)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(16)

Sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2005/32/KE.

(17)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi tal-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċirkolaturi.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu tal-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit (glandless) u indipendenti u ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

(a)

iċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Punt 2 (4) tal-Anness I;

(b)

iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2020 biex jissostitwixxu ċirkolaturi integrati fi prodotti identiċi li jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Awwissu 2015. Il-prodott li jintuża għas-sostituzzjoni u l-imballaġġ tiegħu għandu jkollhom indikazzjoni ċara dwar ma liema prodott(i) għandhom jintużaw.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“ċirkolatur” tfisser pompa tat-tip b’impeller (b’impulsjoni) li jkollha qawwa idrawlika output nominali ta’ bejn 1 W u 2 500 W u li tkun magħmula biex tintuża f’sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ tkessiħ;

(2)

“ċirkolatur mingħajr tqalfit (glandless)” tfisser ċirkolatur li jkollu x-xaft tal-mutur abbinat direttament mal-impeller u l-mutur imgħaddas fil-fluwidu li jkun qiegħed jiġi ppompjat;

(3)

“ċirkolatur indipendenti” tfisser ċirkolatur magħmul biex jaħdem indipendentement mill-prodott;

(4)

“prodott” tfisser apparat li jiġġenera u/jew li jittrasferixxi s-sħana;

(5)

“ċirkolatur tal-ilma tax-xorb” tfisser ċirkolatur magħmul speċifikament biex jintuża għar-riċirkolazzjoni tal-ilma tax-xorb kif definit fid-Direttiva 98/83/KE (3).

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi huma stipulati fl-Anness I.

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jitkejlu kif meħtieġ mir-rekwiżiti stipulati fil-Punt 1 tal-Anness II.

Il-metodu li jintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija taċ-ċirkolaturi huwa stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għaċ-ċirkolaturi bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament, għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u integrati fi prodotti.

Sal-1 ta’ Jannar 2017, għandha tirrivedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-alternattivi tad-disinn li jistgħu jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Ir-riżultati tar-reviżjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika skont din l-iskeda:

(1)

mill-1 ta’ Jannar 2013, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti, għajr għal dawk magħmulin speċifikament biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u f’heat pumps, għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) kif definit fil-Punt 1(1) tal-Anness I.

(2)

mill-1 ta’ Awwissu 2015, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u ċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u integrati fi prodotti għandu jkollhom il-livell ta’ effiċjenza ddefinit fil-Punt 1(2) tal-Anness I.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(3)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.


ANNESS I

REKWIŻITI TAL-EKODISINN

(1)   REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(1)

Mill-1 ta’ Jannar 2013, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti, għajr għal dawk magħmulin speċifikament biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u f‘heat pumps, għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) mhux ogħla minn 0,27, ikkalkolat skont il-Punt 2 tal-Anness II.

(2)

Mill-1 ta’ Awwissu 2015, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u ċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) mhux ogħla minn 0,23, ikkalkolat skont il-Punt 2 tal-Anness II.

(2)   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

Mill-1 ta’ Jannar 2013,

(1)

l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija taċ-ċirkolaturi, ikkalkolat skont l-Anness II, għandu jiġi indikat fuq il-pjanċa tal-isem u fuq l-imballaġġ tal-prodott, u fid-dokumentazzjoni teknika, kif ġej: “EEI ≤ 0,[xx]”;

(2)

għandha tingħata din l-informazzjoni: “Il-punt ta’ riferiment għall-aktar ċirkolaturi effiċjenti huwa EEI ≤ 0,20.”;

(3)

għall-faċilitajijiet ta’ trattament, għandha tingħata informazzjoni rigward iż-żarmar, riċiklaġġ jew rimi ta’ komponenti u materjali fit-tmiem tal-ħajja tagħhom;

(4)

din l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni teknika taċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb: “Dan iċ-ċirkolatur huwa tajjeb biss għall-ilma tax-xorb.”.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kif iċ-ċirkolatur jiġi stallat, użat u miżmum sabiex iħalli l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent.

L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tintwera b’mod ċar fuq il-websajts, li l-aċċess għalihom ikun bla ħlas, tal-manifatturi taċ-ċirkolaturi.


ANNESS II

METODI TA’ KEJL U METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INIDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

1.   METODI TA’ KEJL

Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) għaċ-ċirkolaturi hija din:

1.

Meta ċirkolatur ikollu aktar minn setting wieħed ta’ head (għoli) u ta’ fluss, iċ-ċirkolatur jitkejjel fuq l-ogħla setting.

“Head” (H) tfisser l-għoli (f’metri) li ċ-ċirkolatur jiflaħ jitfa’ fil-punt ta’ funzjonament speċifikat.

“Fluss” (Q) tfisser il-volum ta’ ilma li jiċċirkola fiċ-ċirkolatur kull unità ta’ ħin (m3/h).

2.

Jinstab il-punt fejn Q · H jilħaq l-ogħla valur u l-fluss u l-“head” f'dan il-punt jiġu ddefiniti, bħala:Q100 % u H100 % .

3.

Tiġi kkalkolata l-qawwa idrawlika Phyd f’dan il-punt.

“Qawwa idrawlika” hija l-prodott aritmetiku tal-valuri tal-fluss (Q), tal-“Head” (H) u ta’ fattur ta’ konverżjoni li jallinja l-unitajiet li jintużaw fil-kalkolu.

“Phyd” hija l-qawwa idrawlika li ċ-ċirkolatur jagħti lill-fluwidu ppompjat fil-punt ta’ funzjonament speċifikat (f’watts).

4.

Tiġi kkalkolata l-qawwa ta’ referenza permezz ta’ din il-formula:

Pref = 1,7 · Phyd + 17 · (1 – e–0,3 · Phyd ), 1 W ≤ Phyd ≤ 2 500 W

“Qawwa ta’ referenza” hija r-relazzjoni bejn il-qawwa idrawlika u l-konsum tal-enerġija miċ-ċirkolatur, b’qies għad-dipendenza bejn l-effiċjenza u d-daqs taċ-ċirkolatur.

“Pref” hija l-konsum tal-enerġija ta’ referenza (f’watts) taċ-ċirkolatur.

5.

Tiġi ddefinita l-kurva tal-kontroll ta’ referenza bħala l-linja dritta li tgħaqqad il-punti:

(Q 100 %, H 100 %) and (Q 0 %, Formula)

Image

6.

Jintgħażel setting taċ-ċirkolatur li jiżgura li ċ-ċirkolatur ta’ fuq il-kurva magħżula jilħaq il-punt Q · H = max point.

7.

Jitkejlu l-valuri P1 u Hbi flussi:

Q100 % , 0,75 · Q100 % , 0,5 · Q100 % , 0,25 · Q100 % .

“P1” tfisser il-qawwa ekettrika (f'watts) li ċ-ċirkolatur jikkonsma fil-punt ta’ funzjonament speċifikat.

8.

B’dawn il-valuri ta’ flussi, jiġu kkalkolati:

Formula , if Hmeas ≤ Href PL = P1,meas, if Hmeas > Href

fejn Href hija l-“head” korrispondenti fuq il-kurva tal-kontroll ta’ referenza għall-flussi differenti.

9.

Using PL u ta’ dan il-profil tat-tagħbija:

Fluss

[%]

Ħin

[%]

100

6

75

15

50

35

25

44

Image

Tiġi kkalkolata l-medja differenzjata tal-qawwa PL,avg permezz tal-formula:

PL,avg = 0,06 · PL,100 % + 0,15 · PL,75 % + 0,35 · PL,50 % + 0,44 · PL,25 %

Jiġi kkalkolat l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (1) permezz tal-formula:

Formula, where C20 % = 0,49


(1)  CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi ddefinit il-fattur tal-iskalar, XX% biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.


ANNESS III

PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

Għall-fini tal-kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ kejl u kalkolu stipulata fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss ċirkolatur wieħed. Jekk l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jkollu valur ogħla b’aktar minn 7% minn dak li jiddikjara l-manifattur, il-kejl għandu jsir fuq tliet ċirkolaturi oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi meta l-medja aritmetika tal-valuri mkejla fuq dawn l-aħħar tliet ċirkolaturi ma tkunx ogħla b’aktar minn 7% mill-valuri ddikjarati mill-manifattur.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell jitqies li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Minbarra l-proċedura stipulata f’dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS IV

PUNTI TA' REFERENZA NDIKATTIVI

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-punt ta’ riferiment għall-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq taċ-ċirkolaturi huwa EEI ≤ 0,20.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 642/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għat-titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda.

(2)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi mmirati lejn prodotti elettroniċi għall-konsumaturi.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tat-televixins. L-istudju ġie żviluppat flimkien ma’ persuni interessati u partijiet ikkonċernati mill-Komunità u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati fuq is-sit EUROPA tal-Kummissjoni.

(4)

It-televixins jirrappreżentaw grupp ta’ prodotti elettroniċi tal-konsum li huwa sinifikanti f’termini ta’ konsum tal-elettriku u għalhekk huma prijorità fil-politika tal-ekodisinn.

(5)

L-aspett ambjentali tat-televixins li huwa identifikat bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu.

(6)

Il-konsum elettriku relatat mat-televixins ġie stmat għal 60 TWh fl-2007 fil-Komunità, li jikkorrispondi għal 24 Mt emissjonijiet ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi biex jiġi limitat dan il-konsum, huwa mbassar li l-konsum tal-elettriku jiżdied għal 132 TWh fl-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti.

(7)

Aspetti ambjentali oħra ta’ rilevanza għandhom x’jaqsmu mas-sustanzi perikolużi użati fil-produzzjoni tat-televixins u l-iskart mit-televixins li jintrema ma’ tmiem ħajjithom. It-titjib fl-impatt ambjentali relatat ġie indirizzat fid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (2), u d-Direttiva 2002/96/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (3), rispettivament, u ma għandux jiġi indirizzat ulterjorment minn dan ir-Regolament.

(8)

L-istudju ta’ tħejjija juri li mhumiex meħtieġa rekwiżiti dwar parametri oħra tal-ekodisinn imsemmija fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2005/32/KE.

(9)

It-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku mit-televixins huwa possibbli/vijabbli billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti bla sjieda li jkunu ta’ nfiq effikaċi u li jistgħu jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż magħquda għax-xiri u t-tħaddim tat-televixins.

(10)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku għat-televixins fil-Komunità kollha, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-prodott u ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom aktar milli jpattu għall-impatti ambjentali potenzjali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni.

(12)

Dħul fis-seħħ gradwali tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandu jipprovdi qafas ta’ żmien xieraq biex il-manifatturi jadattaw il-prodotti tagħhom. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun wieħed fejn l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir diġà fis-suq jiġu evitati, u fejn jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-manifatturi, partikolarment l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħiq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, stanDards armonizzati adottati mill-korpi ta’ stanDardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istanDards u tar-Regolamenti Tekniċi (4) dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

(14)

Dan ir-Regolament għandu jkabbar il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jnaqqsu l-impatt ambjentali tat-televixins, u jwassal għal iffrankar tal-elettriku stmat għal 28 TWh fis-sena sal-2020, meta mqabbel ma’ qagħda fejn ma jittieħu l-ebda miżuri.

(15)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(16)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu tagħrif fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE safejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(17)

L-aħjar livelli li huma disponibbli bħalissa f’dak li jirrigwarda effiċjenza fl-użu tal-enerġija waqt li t-tagħmir ikun Mixgħul u impatti ambjentali mnaqqsa marbuta mas-sustanzi perikolużi huma identifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lit-televixins (5). Dan għandu jgħin biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà wiesgħa tal-informazzjoni, partikolarment għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u għal ditti żgħar ħafna, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta’ disinn biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. Il-punti ta’ riferiment għall-aħjar teknoloġija disponibbli għalhekk ma għandhomx jiġu identifikati f’dan ir-Regolament.

(18)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, applikabbli mis-7 ta’ Jannar 2013, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-Dar u tal-uffiċċju f’modalità Stennija u f’modalità Mitfi (6) għandhom japplikaw għat-televixins fi żmien qabel dak provdut f’dak ir-Regolament minħabba li t-teknoloġiji li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu implimentati fuq medda iqsar ta’ żmien fir-rigward tat-televixins u jkun jista’ jinkiseb iffrankar addizzjonali tal-enerġija. Ir-Regolament (KE) Nru 1275/2008 ma għandux għaldaqstant japplika għat-televixins u għandu jiġi emendat skont dan.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tat-televixins.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“televixin” tfisser sett tat-televixin jew moniter tat-televixin;

(2)

“sett tat-televixin” tfisser prodott primarjament iddiżinjat għall-wiri u l-qbid ta’ sinjali awdjoviżivi li jitqiegħed fis-suq taħt tismija waħda ta’ mudell jew sistema, u li jikkonsisti minn:

(a)

unità tal-wiri;

(b)

tjuner/riċevitur wieħed jew aktar u funzjonijiet fakultattivi addizzjonali għall-ħżin tad-dejta u/jew il-wiri bħal diska diġitali versatili (DVD), drajv tal-hard disk (HDD) jew reġistratur tal-vidjokasetts (VCR), jew f’unità waħdanija flimkien mal-unità tal-wiri, jew f’unità separata jew aktar.

(3)

“moniter tat-televixin” tfisser prodott iddiżinjat biex juri fuq skrin integrat sinjal vidjo minn għadd ta’ sorsi, inkluż sinjali tax-xandir televiżiv, li fakultattivament jikkontrolla u jirriproduċi sinjali awdjo minn apparat sors estern, li jkun imqabbad bis-saħħa ta’ mogħdijiet stanDardizzati għas-sinjali vidjo inkluż konnetturi cinch (komponenti, kompożitu), SCART, HDMI, u stanDards bla fili tal-ġejjieni (iżda bl-esklużjoni ta’ mogħdijiet mhux stanDardizzati tas-sinjal vidjo bħal DVI u SDI), imma li ma jistax jirċievi u jipproċessa sinjali tax-xandir;

(4)

“modalità Mixgħul” tfisser il-kundizzjoni meta t-televixin ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl u jipproduċi ħoss u stampa;

(5)

“modalità tad-Dar” tfisser is-setting tat-televixin li jkun rakkomandat mill-manifattur għal użu normali fid-djar;

(6)

‘modalità/ajiet Stennija’ tfisser kundizzjoni li fih l-apparat ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl, jiddependi fuq enerġija li ġejja mis-sors tal-elettriku tal-mejn biex jaħdem kif suppost, u joffri l-funzjonijiet li ġejjin biss, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:

funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni ġiet attivata, u/jew

turija ta’ informazzjoni jew status;

(7)

“modalità Mitfi” tfisser kundizzjoni meta t-tagħmir ikun imqabbad mad-dawl tal-mejn u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; din tinkludi wkoll:

(a)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ modalità Mitfi;

(b)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibilità elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(8)

“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tippermetti l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, fosthom il-modalità Mixgħul, permezz ta’ swiċċ imbiegħed li jinkludi l-apparat tal-kontroll mill-bogħod, sonda interna, tajmer għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-modalità Mixgħul;

(9)

“turija ta’ informazzjoni jew status” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi;

(10)

“menu obbligatorju” tfisser għadd ta’ settings tat-televixin, definiti minn qabel mill-manifattur, minn fejn l-utent tat-televixin għandu jagħżel setting partikolari malli t-televixin jinxtegħel għall-ewwel Darba;

(11)

“riżoluzzjoni HD sħiħa” tfisser riżoluzzjoni tal-iskrin b’għadd fiżiku ta’ pixels ta’ mhux anqas minn 1 920 × 1 080 pixel.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins huma stipulati fl-Anness I.

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jitkejlu skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

Id-dokumentazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta għall-valutazzjoni tal-konformità hija stipulata fil punt (1) tal-Parti 5 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għandhom isiru kontrolli ta’ sorveljanza skont il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III.

Artikolu 6

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

L-Anness I, il-punt (3) għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punt (1) tal-Parti 1, il-Parti 3, il-Parti 4 u l-punt (2) tal-Parti 5 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-20 ta' Awwissu 2010.

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punt (2), il-Parti 1 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2012.

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punti (1)(a) sa (1)(e) tal-Parti 2 tal-Anness I għandhom japplikaw mis-7 ta’ Jannar 2010.

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punti (2)(a) sa (2)(e) tal-Parti 2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-20 ta' Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(3)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(4)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(5)  ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3.

(6)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.

(7)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.


ANNESS I

REKWIŻITI TAL-EKODISINN

1.   KONSUM TAL-ENERĠIJA BIL-MODALITÀ MIXGĦUL

(1)

[daħħal data fissa: Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]:

Il-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul ta’ televixin b’erja viżibbli tal-iskrin A espressa f’dm2 m’għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:

 

Riżoluzzjoni HD sħiħa

Ir-riżoluzzjonijiet l-oħra kollha

Settijiet tat-televxin

20 Watts + A · 1,12 · 4,3224 Watts/dm2

20 Watts + A · 4,3224 Watts/dm2

Moniters tat-televixin

15 Watts + A · 1,12 · 4,3224 Watts/dm2

15 Watts + A · 4,3224 Watts/dm2

(2)

Mill-1 ta’ April 2012:

Il-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul ta’ televixin b’erja viżibbli tal-iskrin A espressa f’dm2 m’għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:

 

Ir-riżoluzzjonijiet kollha

Settijiet tat-televxin

16 Watts + A · 3,4579 Watts/dm2

Moniters tat-televixin

12 Watts + A · 3,4579 Watts/dm2

2.   Konsum tal-enerġija bil-modalità Stennija/Mitfi

(1)

Mis-7 ta’ Jannar 2010:

(a)

Konsum tal-enerġija bil-“modalità Mitfi”

Il-konsum tal-enerġija tat-televixins fi kwalunkwe modalità Mitfi ma għandux jaqbeż 1.00 Watt.

(b)

Konsum f’ “modalità/ajiet Stennija”:

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni li ġiet attivata, ma għandux jaqbez 1,00 Watt.

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss wirja ta’ informazzjoni jew status, jew li tipprovdi taqgħqida ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni u wirja ta’ informazzjoni jew status, ma għandux jaqbez 2,00 Watts.

(c)

Disponibbiltà tal-modalità Mitfi u/jew Stennija

It-televixins għandu jkollhom modalità Mitfi u/jew modalità Stennija, u/jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità Mitfi u/jew modalità Stennija meta t-televixin ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl.

(d)

Għal settijiet ta’ televixins li jikkonsistu minn unità tal-wiri, u tjuner/riċevitur wieħed jew aktar u funzjonijiet fakultattivi addizzjonali għall-ħżin tad-dejta u/jew il-wiri bħal diska diġitali versatili (DVD), drajv tal-hard disk (HDD) jew reġistratur tal-vidjokasetts (VCR) f’unità separata jew aktar, japplikaw il-punti a sa c għall-unità tal-wiri u għall-għall-unità/ajiet separata/i individwalment.

(2)

Mill-20 ta' Awwissu 2011:

(a)

Konsum tal-enerġija bil-“modalità Mitfi”

Il-konsum tal-enerġija tat-televixins fi kwalunkwe modalità Mitfi ma għandux jaqbeż 0.30 Watt, sakemm ma tintlaħaqx il-kundizzjoni fil-paragrafu li jmiss

Għat-televixins bi swiċċ faċilment viżbbli, li t-televixin iqiegħdu f’kundizzjoni b’konsum tal-elettriku li ma jaqbiżx 0,01 Watts meta jitpoġġa fil-pożizzjoni tat-tifi, il-konsum tal-enerġija ta’ kwalunkwe kundizzjoni oħra tal-modalità Mitfi tat-televixin ma għandhiex taqbeż 0,50 Watts.

(b)

Konsum f’ “modalità/ajiet Stennija”:

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni li ġiet attivata, ma għandux jaqbez 0,50 Watt.

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss turija ta’ informazzjoni jew status, jew li tipprovdi biss taqgħqida ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni u turija ta’ informazzjoni jew status, ma għandux jaqbez 1,00 Watts.

(c)

Disponibbiltà tal-modalità Mitfi u/jew Stennija

It-televixins għandu jkollhom modalità Mitfi u/jew modalità Stennija, u/jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità Mitfi u/jew modalità Stennija meta t-televixin ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl.

(d)

Tifi awtomatiku

It-televixins għandhom jipprovdu funzjoni bil-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

Wara mhux aktar minn 4 sigħat f’modalità Mixgħul wara l-aħħar interazzjoni mal-utent u/jew bdil tal-kanal, it-televixin għandu jintefa awtomatikament minn Mixgħul għal

modalità Stennija; jew

modalità Mitfi; jew

kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità Mitfi u/jew il-modalità Stennija.

(ii)

It-televixins għandhom juru messaġġ li javża qabel ma sseħħ il-bidla awtomatika mill-modalità Mixgħul għall-kundizzjoni/modalitajiet applikabbli.

Din il-funzjoni għandha tkun issettjata bħala n-norma.

(e)

Għal settijiet ta’ televixins li jikkonsistu minn unità tal-wiri, u tjuner/riċevitur wieħed jew aktar u funzjonijiet fakultattivi addizzjonali għall-ħżin tad-dejta u/jew il-wiri bħal diska diġitali versatili (DVD), drajv tal-hard disk (HDD) jew reġistratur tal-vidjokasetts (VCR) f’unità separata, il-punti (a)-(d) japplikaw għall-unità tal-wiri u għall-unità separata individwalment.

3.   “MODALITÀ DAR” GĦAL TELEVIXINS LI JASLU B’MENU OBBLIGATORJU

Mill-20 ta' Awwissu 2010:

Televixins li jitlagħlhom menu obbligatorju malli jinxtgħelu għall-ewwel Darba għandhom jipprovdu “modalità Dar” fil-menu obbligatorju, li għandu jkun l-għażla awtomatika malli t-televixin jinxtgħel għall-ewwel Darba. Jekk l-utent jagħżel modalità differenti mill-“modalità tad-Dar” malli t-televixin jinxtegħel għall-ewwel Darba, għandu jkun hemm proċess ta’ għażla ieħor li jikkonferma din il-preferenza.

4.   LUMINANZA MASSIMA

Mill-20 ta' Awwissu 2010:

Televixins mingħajr menu obbligatorju: il-luminanza massima tal-modalità Mitfi tat-televixin kif maħruġ mill-manifattur ma għandhiex tkun inqas minn 65 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin.

Televixins b’menu obbligatorju: Il-luminanza massima tal-modalità Dar ma għandhiex tkun inqas minn 65 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin.

5.   INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA MILL-MANIFATTURI

(1)

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 5, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a)

parametri tal-ittestjar għall-kejl

Temperatura ambjentali

Vultaġġ tal-ittestjar f’V u frekwenza f’Hz

Distorsjoni armonika totali mis-sistema ta’ forniment tal-elettriku

it-terminal tad-dħul għas-sinjali tat-test awdjo u vidjo

informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, is-sistema u ċ-ċirkwiti li jintużaw għall-ittestjar elettriku

(b)

modalità Mitfi;

id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali għal-kejl tal-qawwa sa 100 Watt, u sal-ewwel numru sħiħ għall-kejl tal-qawwa ’l fuq minn 100 Watt

il-karatteristiċi tas-sinjal vidjo dinamiku tal-kontenut imxandar li jirrappreżenta kontenut tipiku ta’ xandir televiżiv

is-sekwenza tal-passi biex tintlaħaq kundizzjoni stabbli fir-rigward tal-konsum tal-enerġija

barra minn hekk, għat-televixins b’menu obbligatorju, il-proporzjon tal-luminanza massima tal-modalità tad-Dar u l-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin, espressa f’perċentwal

barra minn hekk, għall-moniters tat-televixin, deskrizzjoni tal-karatteristiċi rilevanti ta' tjuner użat għall-kejl.

(c)

għal kull modalità Stennija u/jew modalità Mitfi

id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali

il-metodu tal-kejl użat

id-deskrizzjoni ta’ kif intgħażlet jew ġiet ipprogrammata l-modalità tal-apparat

is-sekwenza tal-avvenimenti biex tintlaħaq il-modalità li biha l-apparat awtomatikament jibdel il-modalitajiet

(d)

tifi awtomatiku

id-dewmien tal-kundizzjoni Mixgħul qabel mat-televixin awtomatikament jilħaq ill-modalità Stennija jew Mitfi, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità Mitfi u/jew modalità Stennija.

(e)

sustanzi perikolużi

jekk it-televixin fihx merkurju jew ċomb: il-kontenut tal-merkurju bħala X,X mg, u l-preżenza taċ-ċomb

(2)

Mill-20 ta' Awwissu 2010:

L-informazzjoni li ġejja trid tkun disponibbli pubblikament fuq websajts b’aċċess ħieles:

id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mixgħul f’Watts imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali għal-kejl tal-qawwa sa 100 Watt, u sal-ewwel numru sħiħ għall-kejl tal-qawwa ’l fuq minn 100 Watt

għal kull modalità Stennija u/jew Mitfi, id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali

għat-televixins mingħajr menu obbligatorju: il-proporzjon tal-luminanza massima tal-modalità Mitfi tat-televixin kif maħruġ mill-manifattur u l-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin, espressa f’perċwentali, imqarrba sal-eqreb numru sħiħ;

għat-televixins b’menu obbligatorju: il-proporzjon tal-luminanza massima tal-modalità Dar u l-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin, espressa f’perċentwal, imqarrba sal-eqreb numru sħiħ;

jekk it-televixin fihx merkurju jew ċomb: il-kontenut bħala X,X mg, u l-preżenza taċ-ċomb


ANNESS II

KEJL

(1)   Kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul

Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a)

Il-kejl għandu jsir billi tintuża proċedura ta’ kejl li tkun affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-avvanzi u l-aġġornamenti ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam tal-metodi tal-kejl.

(b)

Il-kundizzjonijiet tat-televixins għall-kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul

Settijiet tat-televixin mingħajr menu obbligatorju: Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1 u 2 għandu jitkejjel fil-kundizzjoni tal-modalità Mixgħul tat-televixin kif maħruġ mill-manifattur, jiġifieri l-kontrolli tal-luminożità tat-televixin għandhom ikunu fil-pożizzjoni aġġustata mill-manifattur għall-utent aħħari.

Settijiet tat-televixin b’menu obbligatorju: il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1 u 2 għandu jitkejjel fil-kundizzjoni tal-“modalità Dar”.

Moniters tat-televixin mingħajr menu obbligatorju: Il-moniter tat-televixin għandu jkun imqabbad ma’ tjuner apposta. Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1 u 2 għandu jitkejjel fil-kundizzjoni tal-modalità Mixgħul tat-televixin kif maħruġ mill-manifattur, jiġifieri l-kontrolli tal-luminożità tal-moniter tat-televixin għandhom ikunu fil-pożizzjoni aġġustata mill-manifattur għall-utent aħħari. Il-konsum tal-enerġija tat-tjuner mhuwiex rilevanti għall-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalità Mixgħul tal-moniter tat-televixin.

Moniters tat-televixin b’menu obbligatorju: Il-moniter tat-televixin għandu jkun imqabbad ma’ tjuner apposta. Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1 u 2 għandu jiġi stabbilit fil-kundizzjoni tal-“modalità Dar”.

(c)

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-kejl għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C +/– 5 °C.

Il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ sinjal vidjo dinamiku b’kontenut ta’ xandir li jirrappreżenta kontenut tipiku tax-xandir televiżiv. Il-kejl għandu jkun il-konsum medju tal-enerġija fuq 10 minuti konsekuttivi.

Il-kejl għandu jsir wara li t-televixin ikun fil-modalità Mitfi għal minimu ta’ siegħa segwit minnufih minn minimu ta’ siegħa fil-modalità Mixgħul u għandu jitlesta qabel massimu ta’ tliet sigħat fil-modalità Mixgħul. Is-sinjal vidjo rilevanti għandu jintwera tul il-ħin kollu li ddum il-modalità Mixgħul. Għat-televixins li magħrufin li jistabilizzaw fi żmien siegħa, dan it-tul ta’ ħin jista’ jitnaqqas jekk il-kejl li jirriżulta jista’ jintwera li qiegħed fi ħdan 2 % tar-riżultati li kieku jintlħaqu bit-tul ta’ ħin deskritt hawn.

Il-kejl għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

Il-kejl għandu jsir billi tiġi diżattivata l-funzjoni tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità, jekk teżisti funzjoni bħal din. Jekk tkun teżizti l-funzjoni tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità u ma tistax tiġi diżattivata, mela l-kejl għandu jseħħ bid-dawl dieħel direttament fis-sonda tad-dawl ambjentali b’livell ta’ 300 lux jew aktar.

(2)   Kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Stennija/Mitfi

Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 2 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a)

Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1(a), 1(b), 2(a) u 2(b) għandu jitkejjel permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-aħħar avvanzi disponibbli ġeneralment rikonoxxuti fil-metodi tal-kejl.

(b)

Il-kejl ta’ enerġija ta’ 0,50 W jew aktar għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0,50 W għandu jsir b’inċertezza ta’ 0,01 W jew inqas fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

(3)   Kejl tal-luminanza massima

Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 4 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.

(a)

Il-kejl għandu jsir billi tintuża proċedura ta’ kejl li tkun affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-avvanzi u l-aġġornamenti ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam tal-metodi tal-kejl.

(b)

Il-kejl tal-luminożità massima għandu jsir b’miter tal-luminanza, li jagħraf dik il-biċċa tal-iskrin li turi xbiha bajda sħiħa (100 %), li hija parti minn immaġni tat-test tat-tip “test sħiħ tal-iskrin” li ma taqbiżx il-punt tal-livell medju tal-istampa (APL) meta jseħħ kwalunkwe limitar tal-qawwa elettrika fis-sistema tad-drajv tal-luminanza murija.

(c)

Il-kejl tal-luminanza massima għandu jsir mingħajr ma jiċċaqlaq il-punt ta’ rilevament tal-miter tal-luminanza fuq l-unità tal-wiri waqt li jseħħ il-qlib minn kundizzjoni għall-oħra kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 4.


ANNESS III

PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

(1)

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità tat-televixin waħdanija.

(2)

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness I, jekk:

(a)

ir-riżultat għall-konsum tal-enerġija fil-modalità Mixgħul ma jaqbiżx b’aktar minn 7 % l-valur limitu applikabbli stipulat fl-Anness I, il-punti 1 u 2 tal-Parti 1; kif ukoll

(b)

ir-riżultat għall-konsum tal-enerġija fil-kundizzjonijiet Mitfi/Stennija, kif applikabbli, ma gma jaqbiżx b’aktar minn 0,10 Watt il-valuri limitu applikabbli stipulati fl-Anness I, il-punti (1)(a), 1(b), 2(a) u 2(b) tal-Parti 2; kif ukoll

(c)

ir-riżultat għall-proporzjon tal-luminanza massima stipulat fl-Anness I, il-Parti 3 ma jaqax taħt is-60 %;

(3)

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 2(a) jew (b) jew (c) ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell.

(4)

Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, jekk:

(a)

il-medja tar-riżultati għat-tliet unitajiet tal-aħħar għall-konsum tal-enerġija fil-modalità Mixgħul ma taqbiżx il-valur limitu applikabbli stipulat fl-Anness I, il-punti 1 u 2 tal-Parti 1 b’aktar minn 7 %; kif ukoll

(b)

il-medja tar-riżultati għat-tliet unitajiet tal-aħħar għall-kundizzjonijiet Mitfi/Stennija, kif applikabbli, ma taqbiżx il-valuri limitu applikabbli stipulati fl-Anness I, il-punti 1(a), 1(b), 2(a) u 2(b) tal-Parti 2 b’aktar minn 0.10 Watt; kif ukoll

(c)

il-medja tar-riżultati għat-tliet unitajiet tal-aħħar għal-luminanza massima stipulata fl-Anness I, il-Parti 3 ma jaqax taħt is-60 %.

(5)

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4(a) u (b) u (c) ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti.

(6)

Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stipulata fl-Anness II u proċeduri ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-avvanzi ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam, inklużi metodi stipulati f’dokumenti li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS IV

Lista ta’ prodotti li jużaw l-enerġija koperti mill-Anness I, il-punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

 

Settijiet tar-radju

 

Vidjo kameras

 

Vidjo rikorders

 

Rikorders Hi-fi

 

Amplifikaturi tal-awdjo

 

Sistemi tat-tip “home theatre”

 

Strumenti mużikali

U tagħmir ieħor biex jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss jew l-istampa, inklużi s-sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u l-istampa għajr permezz tat-telekomunikazzjoni, iżda esklużi t-televixins kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009.


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttivao2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Settembru 1996 fuq ħtiġiet ta’ effiċjenża fl-enerġija għall-friġġijiet u friżers elettriċi domestiċi [tad-dar] u kombinazzjonijiet taghħom (2) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar tagħmir refriġeranti tad-dar. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva, li ilhom applikabbli mill-1999, issa saru skaduti.

(2)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(3)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva ġdida dwar tagħmir refriġeranti tad-dar jħassar id-Direttiva 96/57/KE.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ tagħmir refriġeranti li tipikament jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien ma’ partijiet interessati konċernati u interessati mill-Komunità u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati fuq is-sit tal-internet EUROPA tal-Kummissjoni.

(5)

L-effiċjenza fl-użu tal-Enerġija tal-friġġijiet tat-tip bl-assorbiment (absorption-type) u tat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni bit-tkessiħ termoelettriku, bħal ma huma ċ-chillers iż-żgħar tax-xorb, tista tittejjeb b’mod sinifikanti. Għalhekk, dan it-tagħmir għandu jiġi inkluż f’dan ir-Regolament.

(6)

L-aspetti ambjentali identifikati bħala aspetti sinifikanti għall-fini ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-karatteristiċi tal-prodott ddisinjati biex jiżguraw li l-utent aħħari juża t-tagħmir refriġeranti tad-dar b’mod li ma jagħmilx aktar ħsara lill-ambjent.

(7)

L-istudju ta’ tħejjija juri li r-rekwiżiti dwar parametri oħra tal-ekodisinn li jissemmew fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/32/KE mhumiex neċessarji.

(8)

Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fil-Komunità ġie stmat li fl-2005 kien 122 TWh, ekwivalenti għal 56 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Filwaqt li sal-2020 il-konsum ippjanat tal-enerġija mit-tagħmir refriġeranti tad-dar se jonqos, ir-rata ta’ dan it-tnaqqis mistennija tonqos minħabba li r-rekwiżiti u t-tikketti tal-enerġija ma jibqgħux validi. Għaldaqstant, jekk ma jiddaħħlux miżuri oħra li jaġġornaw ir-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn, il-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija effikaċi f’termini ta’ nfiq ma jkunx jista’ jintlaħaq.

(9)

Il-konsum tal-elettriku minn prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati t-teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effekaċi f’termini ta’ nfiq, li jnaqqsu l-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura t-tqegħid malajr fis-suq ta’ prodotti aktar effiċjenti fl-enerġija li huma soġġetti għal dan ir-Regolament.

(11)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom ipattu bil-kbir għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(12)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu b’mod gradwali biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed jerġgħu jiddisinjaw kif xieraq il-prodotti tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-rekwiżiti għandu jsir fi żmien tali biex jiġi evitat li jseħħu impatti negattivi fuq il-funzjonalità tat-tagħmir fis-suq, u b’mod li jqis l-impatti li l-prezz iħalli fuq l-utent aħħari u l-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiżgura li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fil-waqt.

(13)

Il-valutazzjoni tal-konformità u l-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandhom jitwettqu permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli li jinkludu, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-entitajiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, u ta’ regoli relatati mas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(14)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(15)

Sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2005/32/KE sa fejn din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(16)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi tal-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(17)

Għalhekk id-Direttiva 96/57/KE għandha tkun irrevokata.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jesa’ volum ta’ mhux aktar minn 1 500 litru.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku, li jinkludi t-tagħmir li jinbiegħ għal użu mhux fi djar jew għal refriġerazzjoni ta’ oġġetti mhux tal-ikel.

Għandu jkun applikabbli wkoll għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jopera permezz tal-elettriku u li jista’ jopera permezz tal-batteriji.

3.   Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal:

(a)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni li s-sors prinċipali tal-enerġija tiegħu mhux l-elettriku, imma fjuwils bħall-gass likwefatt tal-petroljum (LPG), il-pitrolju u l-bijodiżil;

(b)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni li jopera permezz tal-batteriji li jista’ jiġi mqabbad mal-mejns tal-elettriku permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament;

(c)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni magħmul ta’ darba u apposta għal użu partikolari, u li ma jkunx ekwivalenti għal mudelli oħra ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni;

(d)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni għal użu fis-settur terzjarju fejn it-tneħħija tal-oġġetti tal-ikel minn ġo fih tingħaraf elettronikament u dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi trażmessa awtomatikament minn konnessjoni ta’ netwerk lejn sistema ta’ kontroll remota għal fini ta’ kontabilità;

(e)

tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni, pereżempju il-magni indipendenti li jipproduċu s-silġ jew id-dispensers tax-xarbiet imkessħin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb li jinkludi l-inbid, u oġġetti oħra intenzjonati l-aktar għall-konsum li jeħtieġ jinżammu mkessħin f’temperaturi speċifiċi;

(2)

“tagħmir refriġeranti tad-dar” tfisser armarju iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar, magħmul biex ikessaħ jew jiffriża oġġetti tal-ikel, jew għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel imkessħin jew iffriżati għal skopijiet mhux professjonali, imkessaħ permezz ta’ proċess jew proċessi li jikkonsmaw l-enerġija, inkluż tagħmir li jinbiegħ bħala kitt li jintrama mill-utent aħħari;

(3)

“friġġ” tfisser tagħmir refriġeranti magħmul biex jintuża għall-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed li fih jista’ jinħażen l-ikel u/jew ix-xorb frisk, inkluż l-inbid;

(4)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni” (compression-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kumpressur li jaħdem b’mutur;

(5)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment” (absorption-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ proċess ta’ assorbiment li juża s-sħana bħala s-sors tal-enerġija;

(6)

“friġġ-friżer” tfisser tagħmir refriġeranti li mill-inqas ikollu kompartiment wieħed għall-ħżin ta’ ikel frisk u mill-inqas kompartiment ieħor li fih jista’ jiġi ffriżat l-ikel frisk u jinħażnu oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel” (il-kompartiment għall-iffriżar tal-ikel);

(7)

“armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati;

(8)

“friżer tal-ikel” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel f’temperaturi li jvarjaw mit-temperatura tal-ambjent sa -18 °C, u li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel”; friżer tal-ikel jista’ jkollu wkoll xi taqsimiet u/jew kompartimenti b’ “żewġ stilel”, fil-kompartiment jew fl-armarju;

(9)

“tagħmir għall-ħżin tal-inbid” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li fihom jinħażen l-inbid;

(10)

“tagħmir b’diversi użi” tfisser tagħmir refriġeranti li ma jkollux kompartimenti għajr kompartiment jew aktar li għandhom diversi użi;

(11)

“tagħmir refriġeranti ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq li jkollu l-istess volum gross, l-istess volum utli, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta’ effiċjenza u ta’ prestazzjoni, u l-istess tip ta’ kompartimenti bħal mudell ta’ tagħmir refriġeranti ieħor mqiegħed fis-suq mill-istess manifattur iżda b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Definizzjonijiet addizzjonali għall-fini tal-Annessi II sa VI huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 1 tal-Anness II. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-diżinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi kopja tat-tagħrif dwar il-prodott provdut skont il-Punt 2 tal-Anness III, u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti ieħor, jew tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-manifatturi jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti li l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni tagħhom tkun inkisbet bl-istess bażi ta’ kalkolu.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għat-tagħmir refriġeranti tad-dar bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-AnnessVI.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-verifika tat-tolleranzi tal-Anness V u l-possibbiltajiet ta’ tneħħija jew tnaqqis tal-valuri tal-fatturi ta’ korrezzjoni tal-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid sa mhux aktar tard minn sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Direttiva 96/57/KEE ġiet imħassra mill-1 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

2.   Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(1) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010.

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stipulati fil-punt 1(2) tal-Anness II huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija stipulati fil-Punt 2 tal-Anness II huma applikabbli skont l-iskeda stipulata fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-fini tal-Annessi II sa VI

Għall-finijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor” tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kwalunkwe teknoloġija jew proċess ieħor li mhux tat-tip bil-kompressjoni jew tat-tip bl-assorbiment;

(b)

“sistema li ma tipproduċix silġ (frost-free)” tfisser sistema li topera awtomatikament biex ma tħallix silġ jifforma b’mod permanenti, fejn it-tkessiħ isir permezz ta’ ċirkulazzjoni furzata tal-arja, is-silġ jitwaqqa’ minn fuq l-evaporatur jew l-evaporaturi b’sistema awtomatika tat-twaqqigħ tas-silġ, u l-ilma prodott mit-twaqqigħ tas-silġ jintrema awtomatikament;

(c)

“kompartiment mingħajr silġ” tfisser kwalunkwe kompartiment li s-silġ tiegħu jitwaqqa’ permezz ta’ sistema li ma tipproduċix silġ;

(d)

“tagħmir ingastat” tfisser tagħmir refriġeranti fiss magħmul biex jiġi installat f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li jeħtieġ elementi oħra biex ikun komplet;

(e)

“Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor b’temperatura moderata, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat, għat-tkessiħ jew li fih isir is-silġ;

(f)

“tagħmir b'temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu biss kompartiment b'temperatura moderata wieħed jew aktar;

(g)

“friġġ-chiller” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor taċ-chiller, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat;

(h)

“kompartimenti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti elenkati fil-punti (i) sa (p);

(i)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk” tfisser kompartiment iddisinjat għall-ħżin ta’ ikel mhux iffriżat, li jista’ huwa stess ikun maqsum f’kompartimenti iżgħar;

(j)

“kompartiment b'temperatura moderata” tfisser kompartiment magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel jew xorb partikolari f’temperatura ogħla minn dik ta’ kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk;

(k)

“kompartiment għat-tkessiħ” tfisser kompartiment magħmul speċifikament għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(l)

“kompartiment li fih isir is-silġ” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ;

(m)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati u kklassifikat skont it-temperatura kif ġej:

(i)

“kompartiment bi stilla waħda”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 6 °C;

(ii)

“kompartiment b’żewġ stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 12 °C;

(iii)

“kompartiment bi tliet stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn – 18 °C;

(iv)

“kompartiment għall-iffriżar tal-ikel” (jew “kompartiment b’erba’ stilel”): kompartiment li jkun adegwat għall-iffriżar ta’ mill-inqas 4,5 kg ta’ oġġetti tal-ikel għal kull 100 l ta’volum ta’ ħżin, u fl-ebda każ ta’ inqas minn 2 kg, mit-temperatura tal-ambjent sa – 18 °C f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel, u li fil-kompartiment jista’ jkollu taqsimiet b’żewġ stilel,

(v)

“kompartiment 0-stilel”: kompartiment għall-ħżin ta’ ikel iffriżat li jkollu temperatura ta’ < 0 °C u li jista’ jintuża għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ iżda mhux magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(n)

“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment li jkun ġie ddisinjat esklussivament biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien qasir sakemm jilħaq l-aħjar temperatura għax-xorb jew biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien twil sakemm jimmatura, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:

(i)

temperatura tal-ħżin kontinwu, issettjata minn qabel mill-manifattur jew issettjata manwalment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, fil-medda ta’ bejn + 5 °C u + 20 °C;

(ii)

temperatura(i) tal-ħżin li maż-żmien tvarja/ivarjaw b’anqas minn 0.5 K f’kull temperatura tal-ambjent iddikjarata speċifikata skont il-klassi klimatika tat-tagħmir refriġeranti tad-dar;

(iii)

kontroll attiv jew passiv tal-umdità fil-kompartiment f’medda ta’ bejn 50 % u 80 %;

(iv)

magħmul biex inaqqas it-trażmissjoni tal-vibrazzjoni lejn il-kompartiment, kemm min-naħa tal-kumpressur tat-tagħmir refriġeranti kif ukoll min-naħa ta’ kwalunkwe sors estern;

(o)

“kompartiment b’diversi użi” tfisser kompartiment magħmul biex jintuża f’żewġ temperaturi jew aktar tal-kompartimenti u li jkun jista’ jiġi ssettjat mill-utent aħħari b’mod li jżomm kontinwament il-medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim applikabbli għal kull tip ta’ kompartiment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; madankollu, jekk xi funzjoni tippermetti li t-temperaturi ta’ kompartiment ikunu jistgħu jinbidlu għal medda ta’ temperaturi ta’ tħaddim differenti għal perjodu ta’ żmien limitat biss (bħall-funzjoni ta’ ffriżar rapidu) il-kompartiment mhuwiex “kompartiment b’diversi użi” kif definit minn dan ir-Regolament;

(p)

“kompartiment ieħor” tfisser kompartiment, li mhux kompartiment għall-ħżin tal-inbid, magħmul għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel partikolari f’temperaturi ogħla minn + 14 °C;

(q)

“taqsima b’żewġ stilel” tfisser parti minn friżer tal-ikel, kompartiment għall-iffriżar tal-ikel, kompartiment bi tliet stilel jew armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ tliet stilel li ma jkollhomx bieb jew għatu tagħhom u li t-temperatura tagħhom ma tkunx ogħla minn – 12 °C;

(r)

“chest freezer” tfisser friżer tal-ikel li l-kompartiment/i tiegħu ikun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir jew li jkollu kompartimenti tat-tip li jinfetħu minn fuq u oħrajn tat-tip li jinfetħu min-naħa ta' quddiem iżda fejn il-volum gross tal-kompartiment/i li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq ikun ogħla minn 75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir;

(s)

“tat-tip li jinfetħu minn fuq” jew “tat-tip chest” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir;

(t)

“tat-tip li jinfetħu minn quddiem (upright)” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ quddiem fuq tat-tagħmir;

(u)

“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni riversibbli li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur biex inaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-friżer jew tal-kompartiment tal-friżer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar

(1)   REKWIŻITI ĠENERIĊI TAL-EKODISINN

(1)

Mill-1 ta’ Lulju 2010:

(a)

Għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, din l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi: “Dan it-tagħmir huwa magħmul biex jintuża biss għall-ħżin tal-inbid”.

(b)

Għat-tagħmir refriġeranti tad-dar, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet ipprovdut mill-manifatturi għandha tingħata informazzjoni dwar:

l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak it-tagħmir, kif ukoll

il-mod kif jitnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum tal-enerġija mit-tagħmir refriġeranti tad-dar waqt li jintuża.

(2)

Mill-1 ta’ Lulju 2013:

(a)

Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-termostat, fi friżers jew f’kompartimenti ta’ friżer, għandha, terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tat-temperatura tal-ħżin. Dan ir-rekwiżit mhux applikabbli għal friġġ-friżers li jkollhom termostat wieħed u kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettromekkaniku.

(b)

Il-friġġ-friżers b’termostat wieħed u b’kumpressur wieħed mgħammra b’bord tal-kontroll elettroniku u li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jistgħu jintużaw f’temperaturi tal-ambjent aktar baxxi minn + 16 °C, għandhom ikunu tali li kwalunkwe swiċċ għall-użu fix-xitwa jew funzjoni simili li tiggarantixxi t-temperatura korretta għall-ħżin tal-ikel iffriżat tibda tiffunzjona awtomatikament skont it-temperatura tal-ambjent li t-tagħmir ikun ġie installat fih.

(c)

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum ta’ ħżin ta’ inqas minn 10 litri, sa mhux aktar tard minn siegħa li jkun vojt, għandu jibda jopera awtomatikament f’modalità fejn il-konsum tal-enerġija elettrika jkun 0,00 W. Il-preżenza ta’ swiċċ tat-tifi weħida mhix biżżejjed biex tissodisfa dan ir-rekwiżit.

(2)   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u li jkollu volum ta’ ħżin ta’ 10 litri jew aktar għandu jkun konformi mal-limiti tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija li jidhru fit-Tabelli 1 u 2.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn fit-Tabelli 1 u 2 mhumiex applikabbli għal:

tagħmir għall-ħżin tal-inbid, jew

tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti ta’ tip ieħor li jaqgħu fil-Kategoriji 4 sa 9 kif stipulat fil-Punt 1 tal-Anness IV.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar jitkejjel skont il-proċedura deskritta fl-Anness IV.

Tabella 1

Tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni

Id-data tal-applikazzjoni

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI)

1 ta’ Lulju 2010

EEI < 55

1 ta’ Lulju 2012

EEI < 44

1 ta’ Lulju 2014

EEI < 42


Tabella 2

Tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir refriġeranti tat-tip Ieħor

Id-data tal-applikazzjoni

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI)

1 ta’ Lulju 2010

EEI < 150

1 ta’ Lulju 2012

EEI < 125

1 ta’ Lulju 2015

EEI < 110


ANNESS III

Kejl

Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR

Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar huma applikabbli:

(1)

jekk it-tagħmir ikun armat b’reżistenzi li ma jħallux il-kondensazzjoni tifforma u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinxtegħlu u — jekk aġġustibbli — issettjati f’pożizzjoni ta’ tisħin massimu;

(2)

jekk it-tagħmir ikun armat b’ “funzjonijiet operabbli minn fuq il-bieb” tagħhom (bħad-dispensers tas-silġ jew tal ilma/xorb imkessaħ) u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinżammu mixgħulin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija iżda ma jintużawx;

(3)

fit-tagħmir u kompartimenti b’diversi użi, it-temperatura tal-ħżin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandha tkun it-temperatura nominali tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ kif iddikjarat għall użu kontinwu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(4)

il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir refriġeranti għandu jiġi ddeterminat bl-aktar konfigurazzjoni kiesħa, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu kontinwu normali għal kwalunkwe “kompartiment ieħor” kif definit fit-Tabella 5 tal-Anness IV.

2.   PARAMETRI TEKNIĊI

Għandhom jiġu stabbiliti dawn il-parametri:

(a)

“il-qisien globali”, li jitkejlu sal-eqreb millimetru;

(b)

“l-ispazju globali meħtieġ għall-użu”, li jitkejjel sal-eqreb millimetru;

(c)

“il-volum/i gross totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;

(d)

“il-volum/i tal-ħżin u l-volum/i tal-ħżin totali”, li jitkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta’ deċimetri kubi jew litri;

(e)

“it-tip tat-twaqqigħ tas-silġ”;

(f)

“it-temperatura tal-ħżin”;

(g)

“il-konsum tal-enerġija” li jiġi indikat f’kilowatt hours kull 24 siegħa (kWh/24h), sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

“iż-żieda fit-temperatura”;

(i)

“il-kapaċità tal-iffriżar”;

(j)

“il-konsum tal-enerġija elettrika”, li jitkejjel f’Watts sal-eqreb żewġ ċifri wara l-punt deċimali; kif ukoll

(k)

“l-umdità fil-kompartiment għall-ħżin tal-inbid”, li tiġi indikata bħala perċentwali aġġustat sal-eqreb numru sħiħ.


ANNESS IV

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

(1)   KLASSIFIKAZZJONI TAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI TAD-DAR

Fit-Tabella 1, it-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat f’kategoriji. Kull kategorija hija definita skont il-kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti kif speċifikat fit-Tabella 2 u ma tiddipendendix mill-għadd ta’ bibien u/jew kxaxen.

Tabella 1

Kategoriji tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

Kategorija

Tismija

1

Friġġ b’kompartiment wieħed jew aktar għall-ħżin ta’ ikel frisk

2

Friġġ b’kompartiment b’temperatura moderata, Kompartiment b’temperatura moderata u tagħmir għall-ħżin tal-Inbid

3

Friġġ-chiller u Friġġ b’kompartiment 0-stilel

4

Friġġ b’kompartiment bi stilla waħda

5

Friġġ b’kompartiment b'żewġ stilel

6

Friġġ b’kompartiment bi tliet stilel

7

Friġġ-friżer

8

Friżer li jinfetaħ minn quddiem

9

Chest freezer

10

Tagħmir b’diversi użi u tagħmir refriġeranti ieħor

It-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jistax jiġi kklassifikat fil-kategoriji 1 sa 9 minħabba t-temperatura tal-kompartiment jiġi kklassifikat fil-kategorija 10.

Tabella 2

Klassifikazzjoni tat-tagħmir refriġeranti tad-dar u kompożizzjoni speċifika tal-kompartimenti

Temperatura nominali (għall-EEI) (°C)

T tad-disinn

+12

+12

+5

0

0

–6

–12

–18

–18

Kategorija

(numru)

Tipi tal-kompartimenti

Oħrajn

Ħżin tal-inbid

Kompartiment b’temperatura moderata

Ħżin ta’ ikel frisk

Kompartiment

0star/Fabbrikazzjoni tas-silġ

Stilla waħda

Żewġ stilel

Tliet stilel

Erba' stilel

Kategorija tat-tagħmir

Kompożizzjoni tal-kompartimenti

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT WIEĦED JEW AKTAR GĦALL-ĦŻIN TA’ IKEL FRISK

N

N

N

I

N

N

N

N

N

N

1

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA, KOMPARTIMENT B’TEMPERATURA MODERATA u TAGĦMIR GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID

MO

MO

MO

I

N

N

N

N

N

N

2

MO

MO

I

N

N

N

N

N

N

N

N

I

N

N

N

N

N

N

N

N

FRIĠĠ-CHILLER u FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA

MO

MO

MO

I

I

MO

N

N

N

N

3

MO

MO

MO

I

MO

I

N

N

N

N

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA

MO

MO

MO

I

MO

MO

I

N

N

N

4

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT B'ZEWĠ STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

I

N

N

5

FRIĠĠ B’KOMPARTIMENT BI TLIET STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

I

N

6

FRIĠĠ-FRIŻER

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

MO

I

7

FRIŻER LI JINFETAĦ MINN QUDDIEM

N

N

N

N

N

N

N

MO

I (1)

I

8

CHEST FREEZER

N

N

N

N

N

N

N

MO

N

I

9

TAGĦMIR B’DIVERSI UŻI U TAGĦMIR IEĦOR

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

10

Noti:

I

=

għandu kompartiment;

L

=

ma għandux kompartiment;

MO

=

mhux obbligatorju li jkollu kompartiment;

It-tagħmir refriġeranti tad-dar huwa kklassifikat fi klassijiet klimatiċi kif indikat fit-Tabella 3.

Tabella 3

Klassijiet klimatiċi

Klassi

Simbolu

Temperatura medja tal-ambjent °C

Temperatura moderata estiża

SN

+ 10 to +32

Temperatura moderata

N

+ 16 to +32

Temperatura subtropikali

ST

+ 16 to +38

Temperatura tropikali

T

+ 16 to +43

It-tagħmir refriġeranti għandu jkollu l-kapaċità li jżomm it-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi kompartimenti fl-istess ħin u fil-limitu permess ta’ devjazzjoni tat-temperatura (matul iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ) kif definit fit-Tabella 4 għat-tipi differenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar u għall-klassijiet klimatiċi xierqa.

It-tagħmir u/jew il-kompartimenti b’diversi użi għandhom ikollhom il-kapaċità li jżommu t-temperaturi ta’ ħżin meħtieġa fid-diversi tipi ta’ kompartimenti meta dawn it-temperaturi jkunu jistgħu jiġu ssettjati mill-utent aħħar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 4

Temperaturi tal-ħżin

Temperaturi tal-ħżin (C)

Kompartiment Ieħor

Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

Kompartiment b’temperatura moderata

Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk

Kompartiment għat-tkessiħ

Kompartiment bi stilla waħda

Kompartiment/Taqsima b’żewġ stilel

Friżer u kompartiment/armarju għall-ħżin tal-ikel bi tliet stilel

tom

twma

tcm

t1m, t2m, t3m, tma

tcc

t*

t**

t***

> + 14

+ 5 ≤ twma ≤ + 20

+ 8 ≤ tcm ≤ + 14

0 ≤ t1m, t2m, t3m ≤ + 8; tma ≤ + 4

– 2 ≤ tcc ≤ + 3

≤ – 6

≤ – 12 (2)

≤ – 18 (2)

Noti:

tom

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment l-ieħor

twma

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-inbid b’varjazzjoni ta’ 0.5K

tcm

:

temperatura tal-ħżin tal-kompartiment b’temperatura moderata

t1m, t2m, t3m

:

temperaturi tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tma

:

temperaturi medji tal-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tcc

:

temperatura instantanja tal-ħżin tal-kompartiment taċ-chiller

t*, t**, t***

:

temperaturi massimi tal-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat

it-temperatura tal-ħżin għall-kompartiment li fih isir is-silġ u għall-kompartiment “stilel-0” hija aktar baxxa minn 0 °C

(2)   KALKOLU TAL-VOLUM EKWIVALENTI

Il-volum ekwivalenti ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar huwa t-total tal-volumi ekwivalenti tal-kompartimenti kollha. Dan jiġi kkalkulat fl-unità ta’ litri u aġġustat għall-eqreb numru sħiħ skont din il-formula:

Formula

fejn:

n huwa n-numru ta kompartimenti

Vc huwa l-volum tal-ħżin tal-kompartiment/i

Tc hija t-temperatura nominali tal-kompartiment(i) kif stipulat fit-Tabella 2

Formula huwa l-fattur termodinamiku kif stipulat fit-Tabella 5

FFc, CC u BI huma l-fatturi ta’ korrezzjoni tal-volum kif stipulat fit-Tabella 6

Il-fattur ta’ korrezzjoni termodinamiku Formula huwa d-differenza fit-temperatura bejn it-temperatura nominali ta’ kompartiment, Tc (definita fit-Tabella 2), u t-temperatura tal-ambjent f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar standard b’temperatura ta’ + 25 °C, indikata bħala proporzjon mal-istess differenza għal kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk b’temperatura ta’ + 5 °C.

Il-fatturi termodimaniċi għall-kompartimenti deskritti fil-Punti (i) sa (p) tal-Anness I huma stipulati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Fatturi termodinamiċi għal kompartimenti tat-tagħmir refriġeranti

Kompartiment

Temperatura nominali

(25 – T c)/20

Kompartiment Ieħor

Temperatura tad-disinn

Formula

Kompartiment b’temperatura moderata/Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

+ 12 °C

0,65

Kompartiment għall-ħżin ta’ ikel frisk

+ 5 °C

1,00

Kompartiment taċ-chiller

0 °C

1,25

Kompartiment li fih isir is-silġ u kompartiment 0-stilel

0 °C

1,25

Kompartiment bi stilla waħda

– 6 °C

1,55

Kompartiment b’zewġ stilel

– 12 °C

1,85

Kompartiment bi tliet stilel

– 18 °C

2,15

Kompartiment għall-iffriżar tal-ikel (kompartiment b’erba’ stilel)

– 18 °C

2,15

Noti:

(i)

għall-kompartimenti b’diversi użi, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat skont it-temperatura nominali, li tidher fit-Tabella 2, tat-tip ta’ kompartiment l-aktar kiesaħ li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(ii)

għal kwalunkwe taqsima b’żewġ stilel (fi friżer), il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat b’temperatura Tc = – 12 °C;

(iii)

għal kompartimenti oħrajn, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat bit-temperatura tad-disinn l-aktar kiesħa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 6

Valur tal-fatturi ta’ korrezzjoni

Fattur ta’ korrezzjoni

Valur

Kundizzjonijiet

FF (mingħajr silġ)

1,2

Għall-kompartimenti għall-ħżin mingħajr silġ ta’ ikel iffriżat

1

Fil-każijiet l-oħra

CC (klassi klimatika)

1,2

Għal tagħmir tal-klassi T (tropikali)

1,1

Għal tagħmir tal-klassi ST (subtropikali)

1

Fil-każijiet l-oħra

BI (ingastat, built-in)

1,2

Għal tagħmir ingastat usa' minn 58 cm

1

Fil-każijiet l-oħra

Noti:

(i)

FF huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal kompartimenti mingħajr silġ.

(ii)

CC huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal klassi klimatika partikolari. Jekk it-tagħmir refriġeranti jkun ikklassifikat f’aktar minn klassi klimatika waħda, għall-kalkolu tal-volum ekwivalenti tintuża l-klassi klimatika li jkollha l-ogħla fattur ta’ korrezzjoni.

(iii)

BI huwa l-fattur ta’ korrezzjoni tal-volum għal tagħmir ingastat.

(3)   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ mudell ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar, il-Konsum tal-Enerġija Annwali ta’ kwalunkwe tat-tagħmir refriġeranti tad-dar jiġi mqabbel mal-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard.

(1)

L-Indiċi tal-effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

fejn:

=

AEC

=

il-Konsum tal-Enerġija Annwali tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

=

SAEC

=

il-Konsum tal-Enerġija Annwali Standard tat-tagħmir refriġeranti tad-dar.

(2)

Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (AEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

AEc = E24h × 365

fejn:

fejn E24h huwa l-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’ kWh/24h, aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali.

(3)

Il-Konsum tal-Enerġija Annwali (SAEC ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

SAEc = Veq × M + N + CH

fejn:

Veq huwa l-volum ekwivalenti tat-tagħmir refriġeranti tad-dar

għal tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu kompartiment għat-tkessiħ b’volum tal-ħżin mhux inqas minn 15-il litru, CH għandu valur ta’ 50 kWh/sena

It-Tabella 7 turi l-valuri tal-M u tal-N għal kull kategorija ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar

Tabella 7

Valuri tal-M u tal-N skont il-kategorija tat-tagħmir

Kategorija

M

N

1

0,233

245

2

0,233

245

3

0,233

245

4

0,643

191

5

0,450

245

6

0,777

303

7

0,777

303

8

0,539

315

9

0,472

286

10

 (*)

 (*)


(1)  tinkludi wkoll l-armarji għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel.

(2)  għat-tagħmir refriġeranti tad-dar li ma jagħmilx silġ miegħu, waqt iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ, hija permessa devjazzjoni ta’ mhux aktar minn 3 K f’perjodu ta’ 4 sigħat jew f’perjodu ta’ 20 % tat-tul ta’ żmien taċ-ċiklu ta’ tħaddim, skont liema jkun l-iqsar

(*)  għat-tagħmir refriġeranti tad-dar tal-Kategorija 10, il-valuri tal-M u tal-N jiddependu mit-temperatura u l-klassifikazzjoni bl-istilel tal-kompartiment li jkollu l-aktar temperatura tal-ħżin baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta t-tagħmir ikollu biss “kompartimenti oħrajn” kif definiti fit-Tabella 2 u fil-punt (p) tal-Anness I, jintużaw il-valuri tal-M u tal-N tal-Kategorija 1. It-tagħmir b’kompartimenti bi tliet stilel jew kompartimenti għall-iffriżar tal-ikel jitqies bħala friġġ-friżers.


ANNESS V

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw tagħmir refriġeranti tad-dar wieħed. Jekk il-parametri mkejlin ma jaqblux mal-valuri li l-manifattur jiddikjara, skont l-Artikolu 4(2), fil-medda definita fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet unitajiet oħra ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta’ dawn it-tliet unitajiet ta’ tagħmir refriġeranti tad-dar għandha taqbel mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II fil-medda definita fit-Tabella 1.

Jekk ma taqbilx, il-mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti.

Tabella 1

Il-parametri mkejla

It-tolleranzi tal-verifika

Il-volum gross nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur (*) nominali b’aktar minn 3 % jew 1.1, skont ma jkun l-ogħla valur.

Il-volum ta’ ħżin nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b’aktar minn 3 % jew 1.1, skont ma jkun l-ogħla valur. Meta l-utent ikun jista’ jibdel il-volumi rispettivi tal-kompartiment b’temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, din l-inċertezza fil-kejl tapplika meta l-kompartiment b’temperatura moderata jiċċekken għall-volum minimu tiegħu.

Il-kapaċità tal-iffriżar

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b’aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali (E24h ) b’aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija elettrika minn tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum tal-ħżin ta’ inqas minn 10 litri

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur limitu stabbilit fil-Punt 1(2c) tal-Anness II, b’aktar minn 0.10 W b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

It-tagħmir għall-ħżin tal-inbid

Il-valur imkejjel tal-umdità relattiva ma għandux ikun ogħla mill-medda nominali b’aktar minn 10 %.

Minbarra l-proċedura stipulata fl-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(*)  “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-manifattur


ANNESS VI

Punti ta’ riferiment indikattivi għal tagħmir refriġeranti tad-dar

Fiż-żmien li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ, ġie ddeterminat li l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq tat-tagħmir refriġeranti tad-dar f’termini tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) tagħhom u ta’ kemm jagħmlu storbju kienet din li tidher hawn taħt.

Friġġijiet, bil-kompressjoni:

EEI = 29,7 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 115 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 300 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u f’kompartiment chiller ta’ 25 litru, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju: 33 dB(A).

Friġġijiet, tat-tip bl-assorbiment:

EEI = 97,2 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 245 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 28 litru f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk, u klassi klimatika N (temperatura moderata);

Storbju ≈ 0 dB(A).

Friġġ-friżers, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 28,0 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 157 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 255 litru, li 236 litru minnhom f’kompartiment għall-ħażna tal-ikel frisk u 19-il litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 33 dB(A).

Friżers li jinfetħu minn quddiem, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 29,3 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 172 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 195 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 35 dB(A).

Chest freezers, tat-tip bil-kompressjoni:

EEI = 27,4 u konsum tal-enerġija annwali ta’ 153 kWh/sena għal volum tal-ħżin totali ta’ 223 litru f’kompartiment friżer b’erba’ stilel, u klassi klimatika T (tropikali);

Storbju = 37 dB(A).


23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/69


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 644/2009

tat-22 ta’ Lulju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 623/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Lulju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 623/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 623/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 623/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 623/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-23 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 184, 16.7.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-23 ta’ Lulju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

61,37

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

31,15

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

31,15

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

66,36


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.7.2009-21.7.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

175,68

94,79

Prezz FOB USA

189,62

179,62

159,62

76,43

Tariffa fuq il-Golf

16,16

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,75

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,65  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

19,24  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

23.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Lulju 2009

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5608)

(It-test bit-Taljana biss huwa awtentiku)

(2009/557/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda vesikulari tal-ħnieżer hija marda virali tal-ħnieżer li tittieħed li klinikament ma tintgħarafx mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li għalhekk tikkawża xkiel għall-kummerċ intrakomunitarju u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda vesikulari tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, iżda wkoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fil-ħnieżer ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta' Novembru 2005 dwar miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa tal-annimali kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja (2) tistipula regoli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda vesikulari tal-ħnieżer għal reġjuni tal-Italja li huma stabbiliti bħala ħielsa mill-marda vesikulari tal-ħnieżer u dawk li mhumiex stabbiliti bħala ħielsa minn dik il-marda. L-awtoritajiet Taljani kkonformaw mar-rekwiżiti tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 11 ta' dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 3(2) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja bil-kundizzjoni li l-miżuri huma applikati biex tinqered stabbiliti bħala ħielsa mill-marda lejn l-ispejjeż ta' ċerti miżuri għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer.

(5)

L-Artikoli 3(5), l-ewwel inċiż tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxi regoli dwar il-perċentwali ta' ċerti spejjeż li jeħel l-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarju tal-Komunità.

(6)

Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(7)

L-Italja kkonformat għal kollox mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fl-10 ta’ Diċembru 2008, l-Italja ppreżentat stima tal-ispejjeż li li weħlet biex ittieħdu l-miżuri għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Italja

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista' tingħata lill-Italja għal ċerti spejjeż li weħel dak l-Istat Membru biex ħa l-miżuri skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-2008.

Artikolu 2

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 293, 9.11.2005, p. 28.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.