ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.187.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
18 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2009 tas-17 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2009 tas-17 ta’ Lulju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE ( ĠU L 319, 5.12.2007 )

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 629/2009

tas-17 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,7

ZZ

28,7

0707 00 05

TR

112,8

ZZ

112,8

0709 90 70

TR

98,8

ZZ

98,8

0805 50 10

AR

52,7

TR

53,0

ZA

61,3

ZZ

55,7

0808 10 80

AR

82,6

BR

77,6

CL

94,8

CN

96,6

NZ

92,9

US

92,2

ZA

84,1

ZZ

88,7

0808 20 50

AR

160,5

CL

81,3

NZ

138,3

ZA

106,5

ZZ

121,7

0809 10 00

HR

90,0

TR

161,6

XS

103,5

ZZ

118,4

0809 20 95

TR

266,0

US

236,3

ZZ

251,2

0809 30

TR

134,4

ZZ

134,4

0809 40 05

IL

176,8

ZZ

176,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 630/2009

tas-17 ta’ Lulju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 178, 9.7.2009, p. 10.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-18 ta’ Lulju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

30,00

2,29

1701 11 90  (1)

30,00

6,53

1701 12 10  (1)

30,00

2,15

1701 12 90  (1)

30,00

6,10

1701 91 00  (2)

32,59

8,94

1701 99 10  (2)

32,59

4,56

1701 99 90  (2)

32,59

4,56

1702 90 95  (3)

0,33

0,33


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


Rettifika

18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/5


Rettifika għad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 319, 5 ta' Diċembru 2007 )

F'paġna 26, l-Artikolu 51(1), l-ewwel sentenza:

minflok:

“Fejn l-utent ta' sevizzi tal-ħlas ma jkunx konsumatur, il-partijiet jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 52(1), l-Artikolu 54(2) it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 59, 61, 62, 63, 66 u 75 ma għandhomx japplikaw għal kollox jew parzjalment.”,

aqra:

“Fejn l-utent ta' sevizzi tal-ħlas ma jkunx konsumatur, il-partijiet jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 52(1), l-Artikolu 54(3), u l-Artikoli 59, 61, 62, 63, 66 u 75 ma għandhomx japplikaw għal kollox jew parzjalment.”;

F'paġna 34, l-Artikolu 88(2), it-tieni sentenza:

minflok:

“Madankollu, huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju b'dawn l-attivitajiet sal-25 ta' Diċembru 2007.”,

aqra:

“Madankollu, huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju b'dawn l-attivitajiet sal-25 ta' Diċembru 2009.”.