ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.185.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/552/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/553/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-miżura C 52/07 (ex NN 64/07) implimentata minn Spanja għall-Pjan ta’ appoġġ għall-industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument numru C(2009) 2017) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 625/2009
tas-7 ta' Lulju 2009
dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-istrumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti agrikoli pproċessati adottati b’mod konformi mal-Artikolu 308 tat-Trattat, partikolarment id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-istrumenti li jikkonċedu deroga mill-prinċipju ġenerali li r-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti jistgħu jiġu sostitwiti biss mill-miżuri kif previsti f’dawk l-istess strumenti,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1) ġie emendat diversi drabi b’mod sostanzjali (2). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi. |
(3) |
Fl-Artikolu 14 tat-Trattat, is-suq intern jikkomprendi mill-1 ta’ Jannar 1993 spazju mingħajr fruntieri interni li fihom il-moviment ħieles tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa żgurat. |
(4) |
It-tlestija tal-politika kummerċjali komuni li tikkonċerna r-regoli dwar l-importazzjonijiet hija l-mezz waħdieni li tiżgura li r-regoli li japplikaw għall-kummerċ tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi jirreflettu korrettament l-integrazzjoni tas-swieq. |
(5) |
Uniformità akbar fir-regoli għall-importazzjonijiet għandha tinkiseb billi jitniżżlu, safejn possibbli meta wieħed iqis il-fatturi partikolari tas-sistema ekonomika fil-pajjiżi terzi in kwistjoni, dispożizzjonijiet simili għal dawk applikati taħt ir-regoli komuni għal pajjiżi terzi oħra. |
(6) |
Ir-regoli komuni applikabbli għall-importazzjonijiet japplikaw ukoll għall-prodotti tal-faħam u l-azzar, mingħajr preġudizzju għal kull miżura li timplimenta ftehim li għandu x’jaqsam speċifikament ma’ prodotti bħal dawn. |
(7) |
Il-liberalizzazzjoni ta’ importazzjonijiet, jiġifieri l-assenza ta’ kull restrizzjoni kwantitattiva, għandha għalhekk tifforma l-punt tat-tluq għar-regoli tal-Komunità. |
(8) |
Fil-każ ta’ uħud mill-prodotti, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kondizzjonijiet tal-importazzjonijiet, ix-xejriet ta’ importazzjoni, l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali, u l-miżuri, jekk hemm, li jkollhom jittieħdu. |
(9) |
Għal dawk il-prodotti, jista’ jidher li għandu jkun hemm sorveljanza mill-Komunità fuq xi wħud minn dawn l-importazzjonijiet. |
(10) |
Għandhom ikunu l-Kummissjoni u l-Kunsill li jadottaw il-miżuri ta’ salvagwardja skont l-interessi tal-Komunità b’ħarsien xieraq tal-obbligi internazzjonali eżistenti. |
(11) |
Il-miżuri ta’sorveljanza jew salvagwardja limitati għal reġjun jew aktar tal-Komunità jistgħu b’danakollu jirriżultaw aktar adattati minn miżuri li japplikaw għall-Komunità kollha. Madanakollu, miżuri bħal dawn għandhom ikunu awtorizzati biss eċċezzjonalment u meta m’hemmx alternattiva. Hu neċessarju li jkun żgurat li miżuri bħal dawn huma temporanji u jikkawżaw l-inqas tfixkil fl-operat tas-suq intern. |
(12) |
Jekk tiġi applikata s-sorveljanza tal-Komunità, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti konċernati għandha ssir soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ dokument ta’ sorveljanza li jissodisfa kriterji uniformi. Dak id-dokument għandu, wara applikazzjoni sempliċi mill-importatur, ikun maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’ċertu perjodu ta’ żmien iżda mingħajr ma b’hekk l-importatur jikseb id-dritt li jimporta. Id-dokument ta’ sorveljanza għandu għalhekk ikun validu biss matul dak il-perjodu fejn ir-regoli tal-importazzjoni jibqgħu mhux mibdula. |
(13) |
Fl-interess ta’ ġestjoni amministrattiva tajba u sabiex jiġu assistiti l-operaturi tal-Komunità, il-kontenut u t-taqsim tad-dokument ta’ sorveljanza ghandu jkun, sa fejn hu possibli, allinejat mal-formoli tal-licenzja għall-importazzjoni komuni ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/94 tat-30 ta’ Marzu 1994 li jagħmel ċerti regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità ħalli jkunu amministrati kwoti kwantitattivi (3); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3168/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jistabilixxi fil-qasam tal-applikazzjoni tar-Regolamemt tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra jew b’regoli ta’ importazzjoni speċifiċi tal-Komunità liċenzja ta’ importazzjoni tal-Komunità (4); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3169/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi u li jistabilixxi liċenzja ta’ importazzjonijiet Komunitarjà fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (5) filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tad-dokument ta’ sorveljanza. |
(14) |
Huwa fl-interessi tal-Komunità li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu kemm hu possibbli ta’ tibdil ta’ informazzjoni li tirriżulta minn sorveljanza tal-Komunità. |
(15) |
Hu neċessarju li jkunu adottati kriterji preċiżi biex issir stima tad-dannu possibbli u li tintroduċi investigazzjoni filwaqt li tħalli lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri xierqa f’każijiet urgenti. |
(16) |
Għal dan il-għan, għandhom ikunu introdotti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ ta’ investigazzjonijiet, dwar il-verifika u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar is-smigħ ta’ dawk konċernati, it-trattament ta’ informazzjoni miksuba u l-kriterji biex issir stima tal-ħsara. |
(17) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament ma jippreġudikawx ir-regoli tal-Komunità jew dawk nazzjonali li jikkonċernaw is-segretezza professjonali. |
(18) |
Huwa meħtieġ ukoll li jsiru limiti ta’ żmien għall-bidu ta’ investigazzjonijiet u għad-determinazzjonijiet dwar jekk xi miżuri humiex xierqa jew le, bil-għan li jiġi żgurat li dawn id-determinazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi konċernati. |
(19) |
Fl-interessi tal-uniformità fir-regoli dwar l-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom ikunu simplifikati u għandhom ikunu identiċi irrespettivament mill-post fejn il-merkanzija tgħaddi mid-dwana. Għalhekk huwa mixtieq li jiġi previst li kull formalità għandha tiġi mwettqa bl-użu ta’ formoli li jikkorrispondu mal-kampjun anness mar-Regolament. |
(20) |
Dokumenti ta’ sorveljanza maħruġa fir-rigward ta’ miżuri ta’ sorveljanza mill-Komunità għandhom ikunu validi mal-Komunità kollha irrispettivament mill-Istati Membri minn fejn ikunu nħarġu. |
(21) |
Il-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta’ importazzjoni speċifiċi oħra tal-Komunità (6), huma soġġetti għal trattament speċifiku f’livelli ta’ Komunità u internazzjonali. Huma għandhom għalhekk ikunu għal kollox esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I, ħlief għal xi prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament (KE) Nru 517/94.
2. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isseħħu bla xkiel u għalhekkm’għandhom ikunu soġġetti għall-ebda restrizzjoni kwantitattiva, mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V.
KAPITOLU II
PROĊEDURA TA’ INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tkun informata mill-Istati Membri jekk xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jitolbu għal miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-provi disponibbli fuq il-bażi ta’ kriterji mniżżlin fl-Artikolu 8. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien.
Artikolu 3
1. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet kemm fuq it-talba ta’ xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
2. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 2 u, f’kwalunkwe każ, qabel l-introduzzjoni ta’ kull miżura ta’ sorveljanza jew salvagwardja tal-Komunità.
Artikolu 4
1. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan kumitat konsultattiv, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, magħmul minn rappreżentanti minn kull Stat Membru b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala president.
2. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta msejjaħ mill-president tiegħu. Huwa għandu jforni lill-Istati Membri, malajr kemm jista’ jkun, bl-informazzjoni kollha rilevanti.
3. Il-konsultazzjonijiet għandhom ikopru partikolarment:
(a) |
termini u kondizzjonjiet tal-importazzjoni, xejriet tal-importazzjoni, u l-aspetti varji tas-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali f’dak li jirrigwarda l-prodott in kwistjoni; |
(b) |
materji li jikkonċernaw l-amministrazzjoni tal-ftehim kummerċjali bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I; |
(c) |
il-miżuri, jekk meħtieġa, li għandhom jittieħdu. |
4. Il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu bil-miktub, jekk neċessarju. Il-Kummissjoni għandha f’dan il-każ tinforma lill-Istati Membri, li jkunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom jew jitolbu għal konsultazzjonijiet verbali fi żmien ta’ minn ħames sa tmint ijiem tax-xogħol skont kif deċiż mill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI TAL-KOMUNITÀ
Artikolu 5
1. Fejn, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm provi suffiċjenti li tiġġustifika investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni minn Stat Membru u tippubblika notifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din in-notifika għandha:
(a) |
tagħti sunt tal-informazzjoni riċevuta, u tipprovdi li l-informazzjoni rilevanti kollha għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni; |
(b) |
tiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu informazzjoni, jekk dawn il-fehmiet u l-informazzjoni għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni; |
(c) |
tiddikjara l-perjodu li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jiġu mismugħin verbalment mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
Il-Kummissjoni għandha tibda l-investigazzjoni, waqt li tagixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
2. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tħoss li hi neċessarja u, fejn hi tikkunsidra xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tħabrek biex tivverifika din l-informazzjoni ma’ importaturi, kummerċjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-kummerċ.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f’din il-ħidma minn persunal tal-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom ikunu qed jitwettqu dawn il-verifiki, jekk dan l-Istat Membru jkun jixtieq hekk.
Partijiet interessati li jkunu għamlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom skont l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jispezzjonaw l-informazzjoni kollha pprovduta għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-investigazzjoni, kif distinta minn dokumenti interni ppreparati mill-awtoritajiet tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha sakemm tkun rilevanti għad-difiża tal-interessi tagħhom u mhux kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 7 u li tkun użata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jindirizzaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni li tindika l-informazzjoni meħtieġa.
3. L-Istati Membri għandhom jissupplixxu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha u wara proċeduri preskritti minnha, bl-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar żviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qed jiġi investigat.
4. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati. It-tali partijiet għandhom ikunu mismugħin fejn ikunu applikaw bil-miktub fil-perjodu stabbilit fin-notifika ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi juru li huma attwalment x’aktarx ser ikunu affettwati mill-eżitu tal-investigazzjonijiet u li hemm raġunijiet partikolari għalihom li jiġu mismugħin verbalment.
5. Meta informazzjoni ma tkunx ipprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew l-investigazzjoni hija b’mod sinifikanti mxekkla, l-eżitu tal-istħarriġ jista’ jkun ibbażat fuq il-fatti disponibbli. Meta il-Kummissjoni ssib li kwalunkwe parti interessata jew terza persuna tkun fornietha b’informazzjoni falza jew qarrieqa, hija għandha tinjora l-informazzjoni u tista’ tagħmel użu mill-fatti disponibbli.
6. Meta jidher lill-Kummissjoni, wara l-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, li hemm provi insuffiċjenti biex jiġġustifikaw l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni mill-Istati Membri.
Artikolu 6
1. Fi tmiem l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar ir-riżultat lill-Kumitat.
2. Meta, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li m’hemmx ħtieġa ta’ miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja mill-Komunità, l-investigazzjoni għandha tintemm, fi żmien xahar, wara li tikkonsulta lill-Kumitat. Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni, waqt li tiddikjara l-konklużjonijiet ewlenin tal-investigazzjoni u sunt tar-raġunijiet għal dan, għanda tkun pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Komunità huma neċessarji, hija għandha tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji skont il-Kapitoli IV u V, mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu massimu ieħor ta’ xahrejn. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi fiha t-tul ta’ żmien tal-estensjoni u sunt tarraġuniijiet għal dan.
4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jipprekludu t-teħid, f’kull żmien, ta’ miżuri ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 9 sa 14 jew, f’sitwazzjoni kritika, fejn kull dewmien jista’ jikkawża dannu li jkun diffiċli biex jiġi rimedjat, jirrikjedi intervent immedjat, b’miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 15, 16 u 17.
Il-Kummissjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri ta’ investigazzjoni li tikkunsidra li għadhom meħtieġa. Ir-riżultati tal-investigazzjoni għandhom ikunu użati biex isir eżami mill-ġdid tal-miżuri meħuda.
Artikolu 7
1. Informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tkun użata biss għall-għan li għalih tkun saret it-talba.
2. Il-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u, l-uffiċjali minn kull wieħed minn dawn, m’għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali riċevuta b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament, jew l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur tat-tali informazzjoni.
3. Kull talba għall-kunfidenzjalità għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni hi kunfidenzjali.
Madankolu, jekk jidher li talba għal kunfidenzjalità m’hijiex ġustifikata u jekk il-fornitur tal-informazzjoni la jixtieq li jagħmilha pubblika lanqas li jawtorizza l-iżvelar b’mod ġenerali jew fil-forma ta’ sunt, l-informazzjoni kkonċernata tista’ titwarrab.
4. L-informazzjoni għandha tkun f’kull każ ikkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x’aktarx ikollu effett ħażin sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx jipprekludu referenza mill-awtoritajiet tal-Komunità għal informazzjoni ġenerali u partikolarment għal raġunijiet li fuqhom huma ibbażati deċiżjonijiet meħuda b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet għandhom, iżda, iqisu l-interessi leġittimi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi konċernati li s-sigrieti kummerċjali tagħhom m’għandhomx ikunu żvelati.
Artikolu 8
1. L-eżami tax-xejra fl-importazzjonijiet, tal-kondizzjonijiet li fihom iseħħu u tal-ħsara serja jew theddida ta’ ħsara serja lill-produtturi tal-Komunità li jirriżultaw mit-tali importazzjonijiet, għandu jkopri partikolarment il-fatturi li ġejjin:
(a) |
il-volum tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm żieda sinifikanti, skont termini assoluti jew relatati ma’ produzzjoni jew konsum fil-Komunità; |
(b) |
il-prezz tal-importazzjonijiet, partikolarment fejn kien hemm bejgħ bi prezz sostanzjalment aktar baxx kif mqabbel mal-prezz ta’ prodott simili fil-Komunità; |
(c) |
l-impatt konsegwenti fuq il-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili jew direttament kompetittivi kif indikat mix-xejriet f’ċerti fatturi ekonomiċi bħal:
|
2. Waqt li qed tmexxi l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis is-sistema ekonomika partikolari tal-pajjiżi msemmija fl-Anness I.
3. Meta theddida ta’ dannu serju hija allegata, il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina jekk hux prevedibbli li sitwazzjoni partikolari x’aktarx tiżviluppa f’dannu attwali. F’dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:
(a) |
ir-rata ta’ żieda tal-merkanzija esportata lejn il-Komunità; |
(b) |
il-kapaċità ta’ esportazzjoni fil-pajjiż ta’ origini jew esportazzjoni, li hi diġa eżistenti jew li ser tkun operattiva fil-futur qrib u l-probabbiltà li l-esportazzjoni li tirriżulta tkun lejn il-Komunità. |
KAPITOLU IV
SORVELJANZA
Artikolu 9
1. Meta l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:
(a) |
tiddeċiedi li tintroduċi sorveljanza retrospettiva tal-Komunità dwar ċerti importazzjonijiet, skont il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni; |
(b) |
tiddeċiedi, għall-għanijiet ta’ monitoraġġ tax-xejra ta’ dawn l-importazzjonijiet, biex tagħmel ċerti importazzjonijiet soġġetti għal sorveljanza preċedenti mill-Komunità, skont l-Artikolu 10. |
2. Il-miżuri ta’ sorveljanza għandu jkollhom perjodu limitat ta’ validità. Sakemm mhux stipulat mod ieħor dawn għandhom jieqfu milli jkunu validi fit-tmiem tat-tieni perjodu ta’ sitt xhur wara s-sitt xhur li fihom il-miżuri ġew introdotti.
Artikolu 10
1. Il-prodotti li kienu taħt is-sorveljanza preċedenti tal-Komunità jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni ħielsa biss meta jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dak id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, mingħajr ebda ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-awtorità kompetenti nazzjonali tirċievi l-applikazzjoni minn kwalunkwe importatur tal-Komunità, irrespettivament mill-post tan-negozju tiegħu fil-Komunità. Dik l-applikazzjoni titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol minn meta tkun preżentata, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
2. Id-dokument ta’ sorveljanza għandu jkun magħmul fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell fl-Anness II.
Ħlief fejn id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza ma tipprovdix il-kuntrarju, l-applikazzjoni tal-importatur għal dokument ta’ sorveljanza għandha tinkludi li ġej:
(a) |
l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax u kull numru ieħor li jidentifika l-applikant mal-awtorità nazzjonali kompetenti), kif ukoll in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-applikant jekk hu obbligat li jħallas il-VAT; |
(b) |
fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni jew ta’ xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax); |
(c) |
deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:
|
(d) |
il-kwantità ddikjarata, f’kilogrammi u, fejn xieraq, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.); |
(e) |
il-valur tal-merkanzija, cif mal-fruntiera tal-Komunità, f’euro; |
(f) |
id-dikjarazzjoni li ġejja, datata u ffirmata mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b’ittri kbar: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fil-Komunità.” |
3. Id-dokument ta’ sorveljanza għandu jkun validu għall-Komunità kollha, irrespettivament minn liema Stat Membru jkun ħareġ.
4. Jekk jinstab li l-prezz tal-unità li bih transazzjoni tkun effettwata jeċċedi dak indikat fid-dokument ta’ sorveljanza b’inqas minn 5 % jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżenti għall-importazzjonijiet jeċċedu l-valur jew kwantità mogħtija fid-dokument ta’ sorveljanza b’inqas minn 5 % dan m’għandux jipprekludi ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott partikolari. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjoni espressa fil-Kumitat u wara li tkun qieset in-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-transazzjonijiet konċernati, tista’ tiffissa persentaġġ differenti, li, madanakollu, m’għandux normalment jeċċedi l-10 %.
5. Dokumenti ta’ sorveljanza jistgħu jintużaw biss għaż-żmien tali li fih arranġamenti għal-liberalizzazzjoni ta’ importazzjonijiet jibqgħu fis-seħħ fir-rispett tat-transazzjonijiet konċernati. Id-dokumenti ta’ sorveljanza ma jistgħu fl-ebda okkażjoni jkunu użati lil hinn minn meta jagħlaq iż-żmien tal-perjodu li għandu jitniżżel fl-istess żmien u permezz tal-istess proċedura tal-imposizzjoni ta’ sorveljanza, u li għandhom iqiesu n-natura tal-prodotti u fatturi speċjali oħra tat-transazzjonijiet.
6. Meta d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 9 hekk teħtieġ, l-oriġini ta’ prodotti taħt sorveljanza tal-Komunità għandhom jiġu pprovati b’ċertifikat ta’ oriġini. Dan il-paragrafu m’għandux jippreġudika dispożizzjonijiet oħrajn li jirrigwardaw il-produzzjoni tat-tali ċertifikat.
7. Meta l-prodott taħt sorveljanza preċedenti tal-Komunità hu suġġett għall-miżuri ta’ salvagwardja reġjonali f’xi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjonijiet mogħtija minn dak l-Istat Membru tista’ tissostitiwixxi d-dokument ta’ sorveljanza.
8. Il-formoli tad-dokument ta’ sorveljanza u l-estratti tiegħu għandhom jimtlew darbtejn, kopja waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u li ġġib in-numru 1, li għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, “Kopja għall-awtorità kompetenti” u li ġġib n-numru 2, trid tinżamm mill-awtorità li toħroġ id-dokument. Għall-għanijiet amministrattivi, l-awtorità kompetenti tista’ żżid kopji supplimentari mal-formula 2.
9. Il-formoli għandhom jkunu stampati fuq karta bajda li m’għandhiex ikollha polpa mekkanika, u li tkun maħsuba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun ta’ 210 × 297 mm. It-tip ta’ spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier). Dak li hu mniżżel fil-formoli għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta’ sorveljanza nnifsu, għandu jkollhom ukoll sfond ta’ disinn arabesk isfar stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b’ mezzi mekkaniċi jew kimiċi.
10. L-Istati Membri huma responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F’dan l-aħħar każ, għandha tidher referenza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li tidentifika l-istampatur.
Artikolu 11
Meta l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) x’aktarx tinħoloq:
— |
tillimita l-perjodu ta’ validità ta’ kull dokument ta’ sorveljanza meħtieġ; |
— |
toħroġ dak id-dokument soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u, bħala miżura eċċezzjonali, soġġett għall-inseriment ta’ klawsola ta’ revoka, jew, bil-frekwenza u għal-tul ta’ żmien indikat mill-Kummissjoni, għall-informazzjoni preċedenti u l-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 3. |
Artikolu 12
Meta l-importazzjonijiet ta’ prodott ma kinitx soġġetta għal sorveljanza preċedenti tal-Komunità f’perjodu ta’ tmint ijiem tax-xogħol wara t-tmiem tal-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni tista’ tintroduċi, skont l-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f’xi reġjun jew aktar tal-Komunità.
Artikolu 13
1. Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jitpoġġew f’ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dak id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i), mingħajr ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità kompetenti nazzjonali tirċievi applikazzjoni minn xi impurtatur tal-Komunità, irrispettivament mill-post tan-negozju tiegħu fil-Komunità. Dik l-applikazzjoni għandha titqies li tkun waslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju. Id-dokumenti ta’ sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti għall-importazzjoni jibqgħu liberalizzati fil-każ tat-transazzjonijiet konċernati.
2. L-Artikolu 10(2) għandu japplika.
Artikolu 14
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull xahar fil-każ ta’ sorveljanza tal-Komunità jew reġjonali:
(a) |
fil-każ ta’ sorveljanza preċedenti, dettalji tas-somom ta’ flus (kalkulati fuq il-bażi ta’ prezzijiet cif) u kwantitajiet ta’ merkanzija li dwarhom nħarġu dokumenti ta’ sorveljanza matul il-perjodu preċedenti; |
(b) |
f’kull każ, dettalji ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu qabel il-perjodu msemmi fil-punt (a). |
L-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri għandha tiġi analizzata skont il-prodott u l-pajjiż.
Dispożizzjonijiet differenti jistgħu jitniżżlu fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħal tal-arranġamenti ta’ sorveljanza.
2. Meta n-natura tal-prodott jew ċirkostanzi speċjali hekk jirrikjedu, il-Kummisjoni tista’, fuq talba ta’ xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha temenda l-iskedi biex tiġi sottomessa din l-informazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri.
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 15
1. Meta prodott huwa importat fil-Komunità fi kwantitajiet sostanzjalment miżjuda jew skont termini jew kondizzjonijiet tali li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament, il-Kummissjoni, sabiex tħares l-interessi tal-Komunità, tista’, filwaqt li taġixxi fuq talba ta’ xi Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tibdel ir-regoli tal-importazzjoni għal dak il-prodott billi tipprovdi li dan ikun jista’ jitqiegħed f’ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun irregolat b’dawk id-dispożizzjonijiet u soġġett għal limiti tali kif il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.
2. Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati bla telf ta’ żmien lill-Kunsill u lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.
3. Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jiġi mqiegħed f’ċirkolazzjoni ħielsa wara d-dħul tagħhom fis-seħħ. Skont l-Artikolu 17 huma għandhom jgħoddu għal reġjun wieħed jew aktar tal-Komunità.
Madankollu, miżuri bħal dawn m’għandhomx jipprevjenu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti li jkunu diġa fi triqithom lejn il-Komunità sakemm id-destinazzjoni ta’ tali prodotti ma tistax tiġi mibdula u li dawk il-prodotti li, taħt l-Artikolu 10 u 13, jistgħu jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa biss fuq preżentazzjoni ta’ dokument ta’ sorveljanza huma fil-fatt akkumpanjati minn dokument bħal dan.
4. Meta l-intervent mill-Kummissjoni ikun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet din it-talba.
5. Kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni taħt dan l-Artikolu għandha tkun ikkomunikata lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Kull Stat Membru jista’, fi żmien xahar wara l-jum tal-komunikazzjoni, jirreferi tali deċiżjoni lill-Kunsill.
6. Jekk xi Stat Membru jirreferi d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jikkonferma, jemenda jew jirrevoka id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Jekk fi żmien tliet xhur wara r-referenza tal-kwistjoni lill-Kunsill, dan tal-aħħar ma jkunx għadu ħa deċiżjoni, il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni għandha titqies bħala revokata.
Artikolu 16
1. Il-Kunsill jista’, partikolarment fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1), jadotta miżuri xierqa. Huwa għandu jagixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.
2. L-Artikolu 15(3) għandu japplika.
Artikolu 17
Meta partikolarment abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 8, joħroġ li l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-adozzjoni ta’ miżuri taħt il-Kapitolu IV u l-Artikolu 15 huma sodisfatti f’xi reġjun wieħed jew aktar tal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ eċċezzjonalment tawtorizza l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja limitati għar-reġjun(i) konċernat(i) jekk hi tikkunsidra li t-tali miżuri applikati f’dak il-livell huma aktar xierqa minn miżuri applikati mal-Komunità kollha.
Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u għandhom ixekklu l-operazzjoni tas-suq intern mill-inqas possibbli.
Dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 9 u 15 rispettivament.
Artikolu 18
1. Waqt li kwalunkwe miżura ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja applikata skont il-Kapitoli IV u V tkun qed tiġi mħaddma, għandhom isiru konsultazzjonijiet fil-Kumitat kif ipprovdut fl-Artikolu 3, jew fuq talba ta’ xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-għan ta’ dawn il-konsultazzjonijiet għandu jkun:
(a) |
li jkunu eżaminati l-effetti tal-miżura; |
(b) |
li jkun aċċertat jekk l-applikazzjoni tal-miżura għadhiex neċessarja. |
2. Meta, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkonstata li xi miżura ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandha tiġi revokata jew emendata, hija għandha tipproċedi kif ġej:
(a) |
meta l-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni fuq xi miżura meħuda mill-Kummissjoni, din tal-aħħar għandha temenda jew tirrevoka miżura tali bla telf ta’ żmien u għandha immedjatament tibgħat rapport lill-Kunsill; |
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li l-miżuri adottati mill-Kunsill ikunu revokati jew emendati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. |
Meta din id-deċiżjoni tikkonċerna miżura reġjonali ta’ sorveljanza hi għandha tapplika mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 19
1. Dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi t-twettiq ta’ obbligazzjonijiet li joħorġu minn regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimiet konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.
2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi l-adozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’:
(a) |
projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta’ sorveljanza fuq bażi ta’ moralità pubblika, ordni pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni, annimali jew pjanti, il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali; |
(b) |
formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju barrani; |
(c) |
formalitajiet introdotti bis-saħħa ta’ ftehim internazzjonali skont it-Trattat. |
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri jew formalitajiet li ser ikunu introdotti jew emendati skont dan il-paragrafu. Fil-każ ta’ urġenza estrema, il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali in kwistjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni immedjatament kif isseħħ l-adozzjoni tagħhom.
Artikolu 20
1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-istrumenti li jistabilixxu l-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tal-Komunità jew ta’ dispozizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jkunu ġejjin minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi adottati taħt l-Artikolu 308 tat-Trattat applikabbli għal merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli. Dan għandu jitħaddem b’mod kumplementari għal dawk l-istrumenti.
2. Fil-każ ta’ prodotti koperti mill-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 9 sa 14 u l-Artikolu 18 m’għandhomx japplikaw għal dawk li dwarhom ir-regoli tal-Komunità dwar kummerċ ma’ pajjiżi terzi jeħtieġu l-produzzjoni ta’ liċenzja jew dokument ieħor ta’ importazzjoni.
L-Artikoli 15, 17 u 18 m’għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom tali regoli jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet ta’ importazzjonijiet kwantitattivi.
Artikolu 21
Ir-Regolament (KE) Nru. 519/94 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BORG
(1) ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.
(2) Ara l-Anness III.
(3) ĠU L 87, 31.3.1994, p. 47.
(4) ĠU L 335, 23.12.1994, p. 23.
(5) ĠU L 335, 23.12.1994, p. 33.
ANNESS I
LISTA TA’ PAJJIŻI TERZI
|
L-Armenja |
|
L-Ażerbajġan |
|
Il-Belarus |
|
Il-Każakastan |
|
Il-Korea ta’ Fuq |
|
Ir-Russja |
|
It-Taġikistan |
|
It-Turkmenistan |
|
L-Użbekistan |
|
Il-Vjetnam |
ANNESS III
REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1921/94 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 538/95 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 839/95 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/96 |
L-Artikolu 2 biss |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/96 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 752/96 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1897/96 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/97 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1138/98 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 |
L-Artikolu 22(1) u (2) biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 110/2009 |
|
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 519/94 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(4) |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3, l-ewwel sentenza |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3, it-tieni sentenza |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(1), formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza introduttorja, formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 5(1), punt (a) |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza introduttorja, formulazzjoni finali u punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 5(1), punt (b) |
Artikolu 5(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(2) sa (6) |
Artikolu 5(2) sa (6) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(2), punt (a) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(2), punt (b), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2), punt (b), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 7(5) |
Artikoli 8 sa 14 |
Artikoli 8 sa 14 |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 15(3), punt (a) |
Artikolu 15(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(3), punt (b) |
Artikolu 15(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(4), (5) u (6) |
Artikolu 15(4), (5) u (6) |
Artikoli 16, 17 u 18 |
Artikoli 16, 17 u 18 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 19(2), punt (a), formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu, formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 19(2), punt (a)(i), (ii) u (iii) |
Artikolu 19(2) l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 19(2), punt (b) |
Artikolu 19(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
— |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 22 |
Anness I |
Anness I |
Anness IV |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/16 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 626/2009
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jikkonkludi r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. MIŻURI EŻISTENTI
(1) |
Wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (2) impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. |
1.1. Bidu ta’ reviżjoni interim
(2) |
Fuq it-talba ta’ Hindustan Electro Graphite Limited (“HEG” jew “il-kumpanija”), produttur esportatur Indjan suġġett għall-miżuri anti-dumping fis-seħħ, tnediet reviżjoni interim parzjali tar-Regolament imsemmi hawn fuq skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament basiku. |
(3) |
Din ir-reviżjoni parzjali bdiet fuq bażi ta’ evidenza prima facie provduta mill-kumpanija li, safejn taf hi, iċ-ċirkostanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. |
(4) |
It-talba allegat li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat tnaqqas minħabba effiċjenzi ta’ produzzjoni mill-investigazzjoni oriġinali, u li l-kumpanija setgħet iżżid il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti. Għalhekk, huma ddikjaraw li l-impożizzjoni ssuktata tal-miżuri fil-livelli attwali, li kienu ibbażati fuq il-livell ta’ dumping stabbilit qabel, ma kenitx meħtieġa aktar biex tagħmel tajjeb għad-dumping. |
(5) |
Waqt li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex titnieda reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (“Avviż ta’ Bidu”) (3) u bdiet investigazzjoni, limitata għall-ambitu ta’ stħarriġ tad-dumping. |
1.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni.
(6) |
Il-Kummissjoni għarrfet b’mod uffiċjali lill-HEG, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-industrija Komunitarja, bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ. |
(7) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba qabel l-iskadenzi stabbiliti għal dak l-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ dumping u għamlet żjara ta’ verifika fuq il-post tal-kumpanija HEG f’Blopal, India. |
1.3. Perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni
(8) |
L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ April 2007 u l-31 ta’ Marzu 2008 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
(9) |
Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni attwali huwa l-istess prodott bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran tal-elettriku, b’densità apparenti ta’ 1.65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6.0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u nipils użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw mill-Indja. |
2.2. Prodott simili
(10) |
Ir-reviżjoni attwali wriet li s-sistemi tal-elettrodi tal-grafita prodotti minn HEG u mibjugħa fuq is-suq domestiku Indjan huma simili għal dawk esportati lejn il-Komunità u għalhekk setgħu jiġu kkunsidrati li kienu simili għall-prodott ikkonċernat. |
3. DUMPING
3.1. Valur normali
(11) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk l-ammont totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali jew aktar minn 5 % tal-ammont totali tal-bejgħ ta’ esportazzjoni korrispondenti lill-Komunità. Il-bejgħ domestiku ta’ HEG instab li kien rappreżentattiv waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(12) |
Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa b’mod domestiku minn din il-kumpanija li kienu identiċi jew li kienu jitqabblu direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(13) |
Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott simili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(14) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ sistema ta’ elettrodi tal-grafita mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi qligħ lil klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(15) |
Għalhekk, għall-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ sistema ta’ elettrodi tal-grafita mibjugħa domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi fejn il-bejgħ kien ‘il fuq minn 80 % profitabbli bil-volum, il-valur normali ssejjes fuq il-prezz domestiku attwali tat-tranżazzjonijiet kollha tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(16) |
Għal kull tip ieħor ta’ esportazzjoni mibjugħ ukoll fis-suq domestiku, fejn il-bejgħ kien inqas minn 80 % profitabbli bil-volum, il-valur normali ssejjes fuq il-prezz ta’ bejgħ domestiku attwali tat-tranżazzjonijiet profitabbli tul il-perjodu ta’ investigazzjoni |
(17) |
Fejn il-prezzijiet domestiċi tat-tip ta’ prodott partikolari ma setgħux jintużaw sabiex ikun stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, minflok, ikkalkulat valur normali kompost, kif ġej: |
(18) |
Il-valur normali kien mibni billi mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ta’ kull esportatur, ġie miżjud ammont raġonevoli għall-bejgħ, għall-infiq ġenerali u amministrattiv (“spejjeż BĠ&A”) u marġini raġonevoli ta’ qligħ. |
(19) |
Fil-każijiet kollha l-ispejjeż BĠ&A u l-qligħ ġew stabbiliti bil-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-ispejjeż BĠ&A mġarrba u l-qligħ imsawwar mill-produttur esportaturi mill-bejgħ fis-suq domestiku tal-prodott simili kienx jikkostitwixxi dejta affidabbli u f’dan il-każ iddeterminat li dan kien xieraq biex jintuża biex jifforma l-valur normali. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
(20) |
Il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn HEG sar direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat waqt il-PIR skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Tqabbil
(21) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust, ġew ikkunsidrati, bi qbil mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, dawk id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, saru konċessjonijiet, fejn applikabbli u ġustifikati, għal differenzi fir-ribassi, għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tagħbija, l-ispejjeż tal-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu u ġew stabbiliti dazji doganali. |
3.4. Marġni ta’ dumping
(22) |
QKif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju bil-piż differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz medju bil-piż differenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. |
(23) |
Il-marġini tad-dumping ta’ HEG espress bħala perċentwali tal-prezz nett, bla ħlas fil-fruntieri tal-Komunità, id-dazju mhux imħallas, instab li kien de minimis skont l-Artikolu 9(3) tar-Regoalment baziku. |
4. NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA
(24) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġjonevoli li ċ-ċirkostanzi mibdula jitqisu bħala ta’ natura dejjiema. |
(25) |
Filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-kumpanija ma kinux naqsu b’mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali, il-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat kien żdied sostanzjalment waqt il-PIR, u b’hekk tneħħew is-sejbiet dwar id-dumping mill-investigazzjoni oriġinali. |
(26) |
L-aħħar data disponibbli miġbura għall-perjodu wara l-PIR wriet li l-prezzijiet ta’ importazzjoni minn HEG baqgħu kemm għoljin kif ukoll stabbli, u b’hekk ġie kkonfermat li l-kumpanija kompliet ma tiddampjax wara l-PIR. |
(27) |
Instab ukoll li, waqt il-PIR, esportazzjonijiet minn HEG għas-swieq oħra minbarra l-UE saru bi prezzijiet ‘l fuq mill-prezzijiet fis-suq domestiku Indjan. |
(28) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sejbiet mill-PIR jistgħu jitqiesu dejjiema. |
5. MIŻURI ANTI-DUMPING
(29) |
Kif iddikjarat hawn fuq, HEG instab li kien qed jiddampja f’livell de minimis waqt il-PIR. Madankollu, ġie innutat li, waqt li l-marġini tad-dumping stabbilit għall-kumpanija kkonċernata fl-investigazzjoni oriġinali kien ta’ 22,4 %, id-dazju tal-anti-dumping attwalment fis-seħħ għal din il-kumpanija huwa ta’ 0 % (4). Dan jirriżulta mill-fatt li hemm dazji kumpensatorji paralleli fis-seħħ fuq importazzjonjiet tal-prodott ikkonċernat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-sejba ta’ dumping de minimis m’għandu l-ebda impatt immedjat fuq il-livell ta’ miżuri attwalment fis-seħħ (5). |
6. ŻVELAR
(30) |
Il-partijiet interessati ġew informati bil-fatti, il-konsiderazzjonjiet u s-sejbiet essenzjali tal-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw. Ma waslu l-ebda kummenti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja, li tnediet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 hija b’dan konkluża mingħajr emenda tal-livell tal-miżura anti-dumping fis-seħħ.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(2) ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10.
(3) ĠU C 164, 27.6.2008, p. 15.
(4) Ara l-premessa 30 tar-Regolament (KE) Nru. 1629/2004.
(5) ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 627/2009
tas-16 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
26,9 |
ZZ |
26,9 |
|
0707 00 05 |
TR |
114,1 |
ZZ |
114,1 |
|
0709 90 70 |
TR |
103,7 |
ZZ |
103,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
52,3 |
TR |
53,0 |
|
ZA |
71,6 |
|
ZZ |
59,0 |
|
0808 10 80 |
AR |
126,4 |
BR |
80,9 |
|
CL |
88,2 |
|
CN |
93,5 |
|
NZ |
94,7 |
|
US |
92,2 |
|
ZA |
82,1 |
|
ZZ |
94,0 |
|
0808 20 50 |
AR |
168,4 |
CL |
81,3 |
|
NZ |
87,2 |
|
ZA |
101,0 |
|
ZZ |
109,5 |
|
0809 10 00 |
HR |
90,0 |
TR |
182,1 |
|
XS |
103,5 |
|
ZZ |
125,2 |
|
0809 20 95 |
TR |
332,5 |
US |
236,3 |
|
ZZ |
284,4 |
|
0809 30 |
TR |
134,2 |
ZZ |
134,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 628/2009
tas-16 ta’ Lulju 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Lulju 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Lulju 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009 huma assenjati skont il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu 1.10.2009-31.12.2009 (%) |
1 |
09.4211 |
0,439 |
5 |
09.4215 |
27,345272 |
7 |
09.4217 |
62,153962 |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Lulju 2009
li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(2009/552/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 128 tiegħu,
Billi:
f'ittra datata 5 ta’ Lulju 2009, is-Sur Louis MICHEL irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b’effett mill-14 ta’ Lulju 2009. Huwa għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Karel DE GUCHT huwa b'dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mis-17 ta’ Lulju 2009 sal-31 ta' Ottubru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fis-17 ta’ Lulju 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
Il-Kummissjoni
17.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Marzu 2009
dwar il-miżura C 52/07 (ex NN 64/07) implimentata minn Spanja għall-Pjan ta’ appoġġ għall-industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 2017)
(It-test Spanjol biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/553/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fil-5 ta’ Lulju, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar programm imwaqqaf minn Spanja sabiex tgħin lill-industrija tat-tessuti tagħha (“Plan de apoyo al sector textil y de la confección”, minn hawn ‘il quddiem “il-Pjan tat-Tessuti”). |
(2) |
Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa dwar il-Pjan tat-Tessuti, li għaliha wieġbu permezz tal-ittra tad-29 ta’ Settembru 2006, irreġistrata li waslet fit-2 ta’ Ottubru 2006. |
(3) |
Fit-13 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Wara l-pubblikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati, li xtaqu jibqgħu anonimi, fit-22 ta’ Frar 2008 u fid-9 ta’ April 2008 rispettivament. Il-Kummissjoni talbet kjarifiki permezz tal-ittra tat-18 ta’ April 2008, li għaliha l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu permezz tal-ittra tat-30 ta’ Mejju 2008. Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-awtoritajiet Spanjoli fis-6 ta’ Mejju 2008, li għalihom wieġbu permezz tal-ittra tat-12 ta’ Ġunju 2008. |
(4) |
Fil-11 ta’ Settembru 2008, saret laqgħa bejn il-Ministeri differenti Spanjoli u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew iktar informazzjoni permezz tal-ittra tas-17 ta’ Settembru 2008. |
(5) |
Fit-3 ta’ Ottubru u fid-19 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni permezz ta’ e-mail, li għaliha l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu fil-21 ta’ Ottubru 2008 u l-20 ta’ Frar 2009. |
2. DESKRIZZJONI TAR-RIĊEVITUR U L-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
2.1. Għanijiet tal-Pjan tat-Tessuti Spanjol
(6) |
L-għan tal-Pjan tat-Tessuti hu li jgħin lill-kumpaniji tat-tessuti biex jaddattaw għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ fit-tessuti u jrawmu l-kompetittività tagħhom, filwaqt li jżommu l-ogħla numru possibbli ta’ kumpaniji u impjiegi fi ħdan is-settur. Il-pjan kien imfassal ukoll biex jikkumpensal-effetti ħżiena tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fuq il-ħaddiema u żoni sħaħ ta’ attività. |
(7) |
Dan inkluda miżuri diretti biex jgħinu l-kumpaniji (riċerka teknika, proġetti innovattivi, u promozzjoni tal-esportazzjoni). Miżuri oħrajn kienu mmirati b’mod iktar speċifiku lejn kwistjonijiet ta’ taħriġ u ta’ reklutaġġ iżda kienu wkoll ta’ benefiċċju indirett għall-kumpaniji u għenu biex jippromwovu l-iżvilupp industrijali mill-ġdid ta’ reġjuni affettwati minn kumpaniji fis-settur li jmorru f’post ieħor. |
2.2. Riċevituri
(8) |
Il-Pjan tat-Tessuti kien applikat għall-kumpaniji kollha fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li l-attivitajiet industrijali tagħhom kienu affettwati minn ftehimiet kollettivi ġenerali fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ jew li ġew taħt l-intestaturi 17, 18,1 u 2 tal-Klassifikazzjoni Nazzjonali tal-Attivitajiet Ekonomiċi (CNAE). Skont l-iformazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli kien hemm 15 438 kumpanija bi 211 831 ħaddiem fis-settur fl-2001; sal-2007 dawn iċ-ċifri naqsu għal 11 554 kumpanija bi 140 541 ħaddiem u fl-2008 kien għad baqa’ biss 127 354 ħaddiem. Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 25 % fin-numru ta’ kumpaniji bejn l-2001 u l-2007 minħabba l-globalizzazzjoni tas-settur. |
(9) |
75 % tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ Spanjol hu magħmul minn kumpaniji b’inqas minn 10 ħaddiema u 35 % tal-kumpaniji fis-settur għandhom impjegat 1 jew 2. |
2.3. Miżuri
(10) |
Il-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ dawn il-miżuri li ġejjin: |
1. Programm biex jippromwovi r-riċerka teknika fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ
(11) |
L-għan ta’ din il-miżura speċifika kien li jippromwovi l-proġetti ta’ riċerka industrijali u ta’ żvilupp teknoloġiku li jżidu l-kapaċità teknoloġika tal-kumpaniji u jrawmu l-kooperazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) bejn il-kumpaniji fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ u l-entitajiet tar-riċerka u jħeġġeġ wkoll it-tixrid tar-riżultati. |
(12) |
Il-proġetti li jikkwalifikaw għal din il-miżura ta’ għajnuna kienu proġetti R&Ż, investiment f’assi tanġibbli jew mhux tanġibbli (għall-SMEs biss, bl-għan li jkunu inkorporati teknoloġiji avvanzati fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom), proġetti li jxerrdu r-riżultati tal-attivitajiet tal-R&Ż u proġetti li joħolqu u jiżviluppaw ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji. |
(13) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dan il-programm kien ibbażat fuq skema ta’ għajnuna approvata N 415/04 (2). Il-programm fittex li jippromwovi r-riċerka teknika fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ. Bejn l-2005 u l-2007 il-baġit tiegħu kien ta’ EUR 12,5 miljun fil-forma ta’ għotjiet u EUR 51 miljun fil-forma ta’ self mingħajr imgħax, li jridu jitħallsu fuq perjodu ta’ 12-il sena, li jinkludu perjodu ta’ konċessjoni ta’ sentejn. |
2. Programm għall-iżvilupp mill-ġdid industrijali ta’ żoni affettwati minn bidliet strutturali fis-settur tat-tessuti
(14) |
L-għan ta’ din il-miżura kien li jgħin l-iżvilupp mill-ġdid industrijali ta’ żoni affettwati min bidliet strutturali. Dawn il-proġetti li ġejjin kienu eliġibbli:
|
(15) |
Bejn l-2006 u l-2008 kien provdut finanzjament ta’ EUR 11,1 miljun fil-forma ta’ għotjiet u EUR 155,2 miljun fil-forma ta’ self mingħajr imgħax b’terminu ta’ 15-il sena u perjodu ta’ konċessjoni ta’ 5 snin. L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-miżura kienet ibbażata fuq skema approvata N 101/2005 (3). |
3. Self speċjali mogħti mill-Empresa Nacional de Innovación S.A. (ENISA) (4) għall-immodernizzar tal-SMEs
(16) |
Il-miżura pprovdiet għal self preferenzjali ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-kapital sabiex tippromwovi l-immodernizzar tal-prodotti, proċessi u ġestjoni tal-SMEs u l-ħolqien ta’ kumpaniji ġodda tat-teknoloġija f’żoni affettwati minn bidliet strutturali. SMEs ekonomikament u finanzjarjament tajbin kienu eliġibbli; kumpaniji kbar u kumpaniji li jinsabu f’diffikultà kienu esklużi. ENISA tat sussidju tar-rata ta’ imgħax ta’ 0,5 % lill-proġetti magħżula. Ir-rata fissa ta’ imgħax kienet Euribor sena + 0,25 % għas-self b’terminu ta’ 4-8 snin u perjodu ta’ konċessjoni ta’ 2-6 snin. Is-sussiju massimu għal kull kumpanija kien EUR 30 000. |
(17) |
Il-miżura kienet allokata baġit ta’ EUR 4,07 miljun bejn l-2006 u l-2008. Kien maħsub li l-element ta’ għajnuna (sussidju tar-rata ta’ imgħax ta’ 50 punti bażi) għandu jkun fi ħdan il-limitu de minimis ta’ EUR 200 000 (5). |
4. Self b’rati preferenzjali mogħtija mill-ICO
(18) |
Taħt din il-miżura, kumpaniji bbenefikaw minn self b’rati preferenzjali għall-investimenti produttivi innovattivi. Dan is-self kien ibbażat fuq ftehim bejn il-Ministeru tal-Industrija, it-Turiżmu u l-Kummerċ u, mill-5 ta’ Settembru 2006, l-entità pubblika tal-finanzi Instituto de Crédito Oficial (ICO). L-ICO aġixxa bħala intermedjarju bejn il-banek kummerċjali involuti, filwaqt li l-Ministeru tal-Industrija, it-Turiżmu u l-Kummerċ iffinanzja r-rati preferenzjali. Il-kundizzjonijiet tal-finanzjament kienu kif ġej:
Kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li l-attività ewlenija tagħhom tinvolvi distribuzzjoni kienu esklużi. Il-baġit ippjanat għal din il-miżura kien ta’ EUR 450 miljun. |
5. Promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ prodotti Spanjoli (ICEX)
(19) |
L-Istitut Spanjol għall-Kummerċ Barrani (ICEX) implimenta diversi miżuri ta’ għajnuna taħt il-Pjan tat-Tessuti:
|
(20) |
Il-miżuri kienu implimentati bħala parti mill-inizjattivi bħal pereżempju l-Pjan ta’ Moda Globali (Plan Global de la Moda), il-Pjan ta’ Abitat Spanjol (Plan Hábitat de España), stands uffiċjali, pjanijiet settorjali, konsorzji tal-esportazzjoni, pjanijiet għat-twaqqif ta’ negozji barra, pjanijiet għall-promozzjoni ta’ ditti Spanjoli, pjanijiet introdutorji għall-promozzjoni ta’ kummerċ barrani (PIPE), għajnuna għall-parteċipazzjoni fil-fieri, laqgħat ta’ rappreżentanti, missjonijiet ta’ kummerċ, investiment tan-negozju u forums tal-kooperazzjoni, ħolqien u aġġornament ta’ dejtabases ta’ operaturi, komunikazzjoni u kampanji pubbliċitarji. |
6. Taħriġ kontinwu
(21) |
L-għan ta’ din il-miżura kien li jipprovdi taħriġ lill-ħaddiema impjegati fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ Spanjol sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom u b’hekk issaħħu l-kompetittività tal-kumpanija u jleħħqu mal-modernizzazzjoni. |
(22) |
Taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali (6), sabiex jgħinu jiffinanzjaw il-programmi ta’ taħriġ speċifiċi tagħhom, il-kumpaniji setgħu jużaw parti tal-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sena preċedenti lill-Fond Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali għall-programmi ta’ taħriġ speċifiċi billi jnaqssuhom mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ordinarji. Xi persentaġġi kienu imtejba għas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ:
|
(23) |
Il-kumpaniji kienu wkoll intitolati għall-kreditu addizzjonali ta’ 5 % biex jikkumpensal-ħin ta’ ħidma mitluf matul it-taħriġ. |
(24) |
Sabiex jibbenefikaw minn dawn il-miżuri l-kumpaniji kellhom jippreżentaw pjan ta’ taħriġ mill-ġdid lis-Servizz tal-Impjieg Spanjol li jiddeskrivi l-bidliet fil-proċess tal-produzzjoni, l-introduzzjoni ta’ struttura ta’ organizzazzjoni ġdida, taħriġ għall-makkinarju ġdid u taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema ssensjati. Huma kellhom ukoll jagħtu miri ta’ produttività u manteniment tal-impjieg f’karta separata u jindikaw l-ammont tal-investiment u l-kontribuzzjoni tagħhom stess. Dan il-pjan ta’ taħriġ mill-ġdid kellu bżonn ukoll l-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt tas-settur (50 % rappreżentanti tan-negozju u 50 % mill-unjins tas-settur tat-tessuti). |
7. Salvagwardja tal-impjiegi tal-ħaddiema ta’ età ikbar
(25) |
B’konformità mal-leġiżlazzjoni ġenerali ta’ Spanja, kumpanija li timpjega ħaddiem li għandu iktar minn 60 sena hi intitolata għall-tnaqqis ta’ 50 % fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Fil-Pjan tat-Tessuti l-età tressqet ‘il quddiem għall-55 sena għall-ħaddiema b’kuntratt miftuħ u li ħadmu mal-kumpanija għal mill-inqas 5 snin. |
8. Rinunzja tal-garanzija għall-pagamenti ddifferiti lis-sistema tas-sigurtà soċjali
(26) |
Taħt il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ġenerali ta’ Spanja (Artikolu 33(4) tad-Digriet Irjali 1415/2004 tal-11 ta’ Ġunju 2004) id-dejn tas-sigurtà soċjali jista’ jkun differit u mħallas f’pagamenti jekk ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet, inkluża d-dispożizzjoni ta’ garanziji biex ikopru dan id-dejn. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha (7) jippermettu lill-awtoritajiet Spanjoli biex jawtorizzaw rinunzja tal-garanzija għad-dejn tas-sigurtà soċjali f’“ċirkustanzi eċċezzjonali”. |
2.4. Bażi legali tal-iskema
(27) |
Il-bażi legali għall-miżura 1 (premessi 11 sa 13) hi l-Ordni ITC/217/2005 tal-4 ta’ Frar 2005 (8), li hi bbażata fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (9). |
(28) |
Miżura 2 (premessi 14 u 15) kienet ibbażata fuq miżuri ta’ għajnuna N 101/05 approvati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 1523 (premessa 15) u XR/70/2007 taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali (10). |
(29) |
Il-bażi legali għall-miżura 3 (premessi 16 u 17) hi l-Liġi 30/2005 tad-29 ta’ Diċembru 2005 (11). |
(30) |
Il-bażi legali għall-miżura 4 hi l-21 dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi msemmija hawn fuq 30/2005 – Azzjoni mill-Istitut tal-Kreditu Uffiċjali dwar self għall-kumpaniji fis-settur tat-tessuti, żraben, għamara u ġugarelli. |
(31) |
Miżura 5 (premessi 19 u 20) kienet ibbażata fuq l-Artikoli 14(1)(d) u 17(3)(m) tal-Liġi 38/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003. |
(32) |
Miżura 6 (premessi 21 sa 24) hi rregolata mid-Digriet Irjali 1046/2003 tal-1 ta’ Awwissu 2003, l-Ordni TAS/500/2004 tat-13 ta’ Frar 2004. |
(33) |
Id-dispożizzjoni ġenerali li tkopri l-miżura 7 (premessa 25) tinsab fil-Liġi tad-Digriet Irjali 5/2006 tad-9 ta’ Ġunju 2006. |
(34) |
Il-miżura 8 (premessa 26) hi koperta mill-Artikolu 33(4) tad-Digriet Irjali 1415/2004 tal-11 ta’ Ġunju 2004. |
2.5. Tul ta’ żmien tal-iskema
(35) |
Il-Pjan tat-Tessuti kien apparentament iffirmat f’Ġunju 2006 u applikat sal-31 ta’ Diċembru 2008. Skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Spanjoli fis-17 ta’ Settembru 2008, m’hemm l-ebda pjan biex ikun estiż iktar (kif imsemmi taħt l-Artikolu I(2) tal-Pjan tat-Tessuti innifsu). Madankollu, il-miżura 1 applikat mill-2005 sal-2007. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
(36) |
Fid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Novembru 2007 li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali (“deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura”), il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq komuni u semmiet il-possibbiltà ta’ kombinazzjoni bla bżonn tal-miżuri differenti taħt il-Pjan tat-Tessuti.
|
4. KUMMENTI MINN SPANJA
(37) |
L-awtoritajiet Spanjoli sostnew li d-deċiżjoni li tinbeda proċedura kienet tvarja mal-każistika Italgrani II (14). |
Miżura I
(38) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li minbarra l-bażi legali ta’ N 415/2004, skema għall-kumpaniji kbar, li skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2007 u li kienet issemmiet f’korrispondenza preċedenti, applikat ukoll, kif ukoll l-iskema XS 50/2005 (15) għall-SMEs, u li skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2007. |
(39) |
Il-baġit attwalment imħallas kien ta’ EUR 14,24 miljun f’għotjiet u EUR 36,72 miljun f’self mingħajr imgħax b’terminu ta’ 12-il sena. Fil-21 ta’ Ottubru 2008, l-awtoritajiet Spanjoli tennew il-konformità tagħhom mal-kondizzjonijiet stipulati fl-iskema u kkonfermaw li l-iskema N 415/04 ma kinitx u mhux ser tkun applikata wara l-31 ta’ Diċembru 2007 u li l-iskema XS 50/05 ma kinitx u mhux ser tkun applikata wara t-30 ta’ Ġunju 2008. |
Miżura 2
(40) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-iskema N 101/2005 skadiet ladarba r-Regolament 1628/2006 daħal fis-seħħ (16). L-awtoritajiet Spanjoli sussegwentement innotifikaw l-iskema N 430/2006 li kienet irtirata fis-26 ta’ Jannar 2007. Minn dakinhar, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli fit-30 ta’ Mejju 2008, il-miżuri kienu bbażati fuq XR/70/2007 (17). L-industrija tal-fibri sintetiċi ma kinitx eliġibbli għall-iskemi N 101/2005 u XR/70/2007 skont il-paragrafu 4 tal-Ordni ITC/1014/2005 u paragarfu 4 tal-Ordni ITC/3098/2006, kif emendati mill-paragrafu 3 tal-Ordni ITC/643/2007. |
(41) |
L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw ukoll li l-miżura tista’ tikkwalifika bħala investiment inizjali, skont l-Ordni Ministerjali ITC/643/2007 tat-2 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Ordni ITC/3098/2006 (18). Id-deskrizzjoni tar-riċevituri fil-paragrafu 4 tal-Ordni Ministerjali ITC/643/2007 ikkorrespondiet mad-definizzjoni tal-investiment inizjali kif provdut mil-linji gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (19) u r-Regolament Nru 1628/2006. |
(42) |
Il-baġit imħallas kien ta’ EUR 10,97 miljun f’għotjiet u EUR 150,8 miljun f’self li jrid jitħallas. |
Miżura 3
(43) |
L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li r-riċevituri kienu esklussivament SMEs. L-ammont massimu stmat ta’ għajnuna ta’ EUR 30 000 għal kull kumpanija kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ self massimu ta’ EUR 1 000 000. Mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-13 ta’ Jannar 2008, għaxar kumpaniji bbenefikaw mill-miżura, filwaqt li 23 kumpanija kienu miċħuda. Is-sussidju tar-rata ta’ mgħax ta’ 0,5 punti perċentwali ma kienx mogħti. |
(44) |
Fit-30 ta’ Mejju u fil-laqgħa fil-11 ta’ Settembru 2008, l-awtoritajiet Spanjoli enfasizzaw li l-finanzjament kien mogħti fuq termini ta’ suq normali iżda li kumpaniji kbar u dawk li jinsabu f’diffikultà kienu esklużi. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw dan bil-kitba permezz tal-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2008 u impenjaw ruħhom biex ma japplikawx din il-miżura sal-iskadenza tal-Pjan tat-Tessuti. |
Miżura 4
(45) |
Il-bażi legali għal din il-miżura kien ir-Regolament de minimis. Is-self massimu għal kull riċevitur kien stabbilit għal EUR 2,3 miljuni. Il-limiti de minimis kienu rispettati dejjem. Dawn l-ammonti ma setgħux ikunu kombinati ma’ għajnuna oħra jekk dan ifisser li l-limitu de minimis permess kien maqbuż. Għaldaqstant, kull riċevitur ried jimla formola ta’ dikjarazzjoni annwali. L-ICO fassal rapporti annwali tal-miżura, li kienu ntbagħtu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu li kkollaboraw mal-ICO. |
(46) |
Sa Settembru 2008, EUR 54,79 miljun mill-EUR 450 miljun kienu mħallsa. L-ammont massimu tas-self kien ta’ EUR 2,3 miljun. Ir-rati ta’ mgħax kienu bejn 5,59 % u 4,94 % wara li r-rata ta’ referenza Ewropea għal Spanja saret 5,19 %. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li huma kienu applikaw il-Komunikazzjoni ġdida dwar ir-Rati ta’ Referenza (20) mill-1 ta’ Lulju 2008. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-entitajiet finanzjarji li qed jipparteċipaw iddeterminaw il-marġini li kien miżjud mar-rata ta’ referenza. L-ICO pprovdilhom wkoll l-informazzjoni dwar il-marġini medji applikati fi Spanja fuq il-bażi ta’ dejta pprovduta mill-Bank ta’ Spanja. |
(47) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2008, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw ħarsa ġenerali tal-għajnuna de minimis mogħtija fl-2006, 2007 u 2008, flimkien mad-dikjarazzjonijiet korrispondenti. L-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom biex fil-futur ikunu konformi mar-Regolament de minimis. |
Miżura 5
(48) |
Il-miżuri ikkonċernati kienu miżuri ġenerali miftuħa għas-setturi kollha. L-attivitajiet issussidjati kienu simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-SME Kien ferm diffiċli li jkun stmat l-ammont tal-għajnuna peress li l-iskema kienet applikata b’mod intermittenti, indirettament u b’mod mhux ċar. |
(49) |
Bejn l-2006 u l-2008 kienu mħallsa fondi li jammontaw għal EUR 7,5 miljun. L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li din il-miżura, li bbenefikaw minnha wkoll impriżi kbar, kienet koperta mir-Regolament de minimis. |
(50) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament de minimis, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li ICEX talab minn kull riċevitur dikjarazzjoni tal-għajnuna rċevuta bbażata fuq spejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 14(1)(d) tal-Liġi 38/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003. Ir-riċevituri kienu mitluba biex jinfurmaw lil ICEX dwar sussidji futuri. B’konformità mal-Artikolu 17(3)(m), ICEX kellu jiċċekkja l-kompatibbiltà ma’ għajnuna oħra rċevuta fuq il-bażi tal-istess spejjeż eliġibbli. L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew tabella li turi li l-għajnuna de minimis mogħtija mill-ICO u mill-ICEX mill-2006 sal-2008 fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ ma qabżitx il-limitu ta’ EUR 200 000 għal kull kumpanija matul tliet snin ta’ taxxa. |
Miżura 6
(51) |
Il-miżura kienet ta’ natura ġenerali, minkejja li kienet primarjament immirata lejn l-SMEs. B’hekk kumpaniji b’inqas minn 5 impjegati biss setgħu jirċievu ammonti ogħla minn dawk imħallsa fis-sena preċedenti lill-Fond Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali. Riċevituri oħrajn setgħu biss jirkupraw persentaġġ tal-kontribuzzjoni imħallsa għall-għanijiet ta’ taħriġ personali fis-sena finanzjarja attwali. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-intensità tal-għajnuna għall-SMEs kienet madwar 11,3 % u 20 % għall-impriżi kbar. Il-baġit pjanat kien ta’ EUR 50 000 kull sena. |
(52) |
Sat-13 ta’ Jannar 2008, kumpanija waħda biss kienet magħżula għall-miżura. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li skont il-Linji gwida tas-salvataġġ u ristrutturazzjoni (21), kumpaniji li jinsabu f’diffikultà kienu esklużi mill-iskema. |
Miżura 7
(53) |
L-awtoritajiet Spanjoli enfasizzaw li l-kumpaniji kienu biss eliġibbli jekk l-impjegati tagħhom li kellhom iktar minn 55 sena kienu impjegati mill-kumpanija għal ta’ mill-inqas 5 snin, li naqqset l-eliġibbiltà għal madwar 50 %. Il-biċċa l-kbira tar-riċevituri (53 %) kienu nisa, filwaqt li 76 % kellhom livell ta’ ħila u ta’ taħriġ vera baxx, li kien jagħmila diffiċli għalihom biex isibu xogħol ieħor. |
(54) |
L-awtoritajiet Spanjoli enfesizzaw li l-Artikolu 137(1) u l-Artikolu 4 tat-Trattat tal-KE taw l-Istati Membri awtonomija fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali. |
(55) |
Sal-1 ta’ Jannar 2008, 6 313-il impjegat fi 2 015 kumpanija bbenefikaw mill-iskema, u dan jikkorrispondi għal 16,6 % ta’ kumpaniji u 4,5 % ta’ impjegati fis-settur. 56 % tal-kumpaniji riċevituri bbenefikaw mill-miżura għal ħaddiem wieħed biss, 30 % għal 2,3 u 4 ħaddiema u 13 % għal bejn 5 u 30 ħaddiem; 1 % biss bbenefika mill-mizura għal iktar minn 30 ħaddiem; 1 428 kumpanija rċeviet sussidju ta’ inqas minn EUR 500. Il-baġit għal din il-miżura kien EUR 15-il miljun għal kull sena. L-għajnuna medja għal kull ħaddiem li kellu bejn 55-58 sena kienet EUR 151/xahar, li tikkorrispondi għal intensità ta’ 8,3 % tal-ispejjeż tax-xogħol. L-għajnuna għall-ħaddiema ta’ 59 sena ammontat għal EUR 44/xahar, jiġifieri 2,6 % tal-ispejjeż tax-xogħol. 5,2 % biss tal-ħaddiema fis-settur kienu eliġibbli għal din il-miżura. L-impatt medju għal kumpanija kien 0,3 % tal-ispejjez tax-xogħol tagħha. |
(56) |
Minkejja isimha, din ma kinitx miżura mmirata biex iżomm l-impjieg iżda alternattiva għall-irtirar kmieni. L-awtoritajiet Spanjoli sostnew ukoll li l-ammont ta’ EUR 151/kien inċentiv biżejjed biex persuna tinżamm impjegata pjuttost milli l-istess persuna tkun impjegata u mhux iddikjarata. |
(57) |
Il-miżura ma setgħetx tkun applikata għall-industrija tal-fibri sintetiċi jekk il-kumpanija kellha l-attività ewlenija tagħha fis-settur tat-tessuti u jekk kienet inkluża fin-negozjar kollettiv għas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ pjuttost milli l-industrija tal-kimika. Konsegwentement kien hemm biss possibbiltà żgħira li l-produtturi tal-fibri sintetiċi ser jibbenefikaw mill-miżura. |
Miżura 8
(58) |
Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Settembru 2008 l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li din kienet miżura ġenerali u li l-ebda differimenti tat-taxxa ma ngħataw lil kumpaniji fis-settur tat-tessuti taħt il-Pjan tat-Tessuti. |
(59) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2008, l-awtoritajiet Spanjoli ftehmu li fil-każ mhux mistenni li kumpanija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ titlob eżenzjoni ta’ garanzija għal differementi ta’ taxxa, it-talba ser tkun ittrattata fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni ġenerali u mhux tal-Pjan tat-tessuti. |
(60) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom biex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kombinazzjoni tal-miżuri de minimis. |
5. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
(61) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet, li xtaqu jibqgħu anonimi. |
(62) |
L-ewwel sett ta’ kummenti ċaħdu l-għajnuna mill-Istat settorjali lill-industrija tat-tessuti minħabba li kienet tfixkel il-kompetizzjoni. L-awtoritajiet iffavorixxew il-linja meħuda mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura u enfasizzaw li l-Pjan tat-Tessuti ma stabbilixxiex limiti fuq is-sussidji li kull kumpanija setgħet tirċievi. Il-ġustifikazzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet Spanjoli ma kinux biżejjed. Għajnuna għal R&Ż kienet utli, iżda għandha tkun limitata għal SMEs. Huma kkunsidraw li l-għajnuna mill-Istat għall-assi intanġibbli għandha tkun miċħuda minħabba li kienet użata wisq faċilment b’mod ħażin. Barra minn hekk, minkejja li miżuri ta’ taħriġ għall-impjegati mkeċċija mill-industrija tat-tessuti kienu ta’ benefiċċju, l-għotja ta’ 80 % skont fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ser jibbenefikaw biss l-impjegati indirettament u dan mhux aċċetabbli. Jekk il-kumpaniji tat-tessuti kellhom iktar vantaġġi minn setturi oħra fir-rigward tal-ħlas f’pagamenti tas-self tas-sigurtà soċjali, dan ser jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali. |
(63) |
Il-kummenti l-oħra rreferew għall-prezzijiet vera baxxi ta’ Geotexan fis-suq Spanjol, li jistgħu jkunu minħabba l-implimentazzjoni tal-Pjan tat-Tessuti Spanjol. |
6. IT-TWEĠIBA TA’ SPANJA GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(64) |
L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-Kummissjoni ma kklassifikatx l-miżuri bħala għajnuna mill-Istat fid-deċiżjoni li tinbeda proċedura iżda sempliċiment rreferiet għal dik il-possibbiltà. Spanja wieġbet ukoll li s-sussidju għat-taħriġ għall-kumpaniji b’50-249 impjegat ammonta għal 20 % pjuttost milli żieda ta’ 80 %. L-intensità kienet konformi mal-limiti mogħtija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-UE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (22). Barra minn hekk, ir-riċevitur tal-miżura tat-taħriġ kien il-ħaddiem, li jew seta’ jibqa’ fil-kumpanija jew inkella jtejjeb it-taħriġ tiegħu sabiex ifittex xogħol ġdid. |
(65) |
Fir-rigward tat-tieni kumment, l-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-allegazzjonijiet kienu sottomessi tard u l-ebda prova ma kienet provduta. L-għan tal-pjan tat-tessuti kien li jadatta l-kumpaniji fis-settur għal-liberalizzazzjoni tas-suq u mhux biex jiffavorixxi l-pożizzjoni ta’ kumpanija speċifika. Fir-rigward tal-kumpanija imsemmija b’mod espress, Geotexan twaqqfet fl-2004. Skont il-kriterju tal-eliġibbiltà għall-manteniment ta’ ħaddiema ta’ età ikbar f’xogħolhom, huma jridu jkunu ħadmu fil-kumpanija għal tal-inqas ħames snin, li ma kienx possibbli f’dan il-każ. M’hemmx rekord ta’ Geotexan li bbenefika mill-miżuri tal-għajnuna għat-taħriġ. Fi kwalunkwe każ, kieku kien ikun irċieva sussidju ta’ EUR 970 kull sena, li ma jkunx fattur deċiżiv fl-iżvilupp ta’ politika ta’ prezzar aggressiva. |
(66) |
Fi ftit kliem, il-kummenti ma kellhomx fatti jew raġunijiet legali u kienu ppreżentati f’termini ġenerali mingħajr ma pprovdew prova. B’hekk m’għandhomx ikunu kkunsidrati. |
7. VALUTAZZJONI
7.1. Natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri
(67) |
Kif stipulat fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxa ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni. |
(68) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 3 ma ġietx applikata: Is-sussidju tar-rata ta’ mgħax ta’ 0,5 % ma kienx mogħti u l-finanzjament kien ibbażżat fuq kundizzjonijiet tas-suq normali. Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli għall-informazzjoni dwar ir-rati ta’ mgħax attwalment mogħtija lill-għaxar riċevituri. L-awtoritajiet Spanjoli wieġbu fit-13 ta’ Marzu 2009. Ir-rata ta’ mgħax kienet inqas mill-inqas rata ta’ referenza tas-sena f’żewġ każijiet biss (self ta’ EUR 300 000 u ieħor ta’ EUR 100 000 b’rata ta’ mgħax ta’ 4114 % fl-2007, meta l-inqas rata ta’ referenza kienet 4,62 %). Minħabba d-differenza żgħira bejn iż-żewġ rati, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat kienet ser tkun tant żgħira li kieku taqa’ taħt il-limitu de minimis. L-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom biex ma japplikawx din il-miżura sakemm jiskadi l-Pjan. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-ammont ta’ għajnuna kien inqas mil-limitu de minimis u li dan ma kienx kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat. |
(69) |
Dwar il-miżuri 4 u 5 l-awtoritajiet Spanjoli qalu li dawk kienu koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna de minimis u b’hekk ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni trid għaldaqstant teżamina jekk il-kundizzjonijiet tar-Regolament de minimis kienux sodisfatti. |
(70) |
Fir-rigward tal-miżura 4 l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew evidenza ta’ konformità mar-Regolament de minimis fil-passat u impenjaw ruħhom biex jagħmlu l-istess fil-futur. Huma taw ukoll assigurazzjonijiet li huma kkonformaw mal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar ir-rati ta’ Referenza mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(71) |
Fir-rigward tal-miżura 5, ir-Regolament de minimis jeskludi għajnuna għall-promozzjoni tal-esportazzjoni. B’mod ġenerali, l-għajnuna għall-esportazzjoni hi tradizzjonalment imfissra fl-Artikolu 1(d) bħala “għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u operazzjoni tan-netwerk ta’ distribuzzjoni jew mal-ispejjeż attwali marbuta mal-attività tal-esportazzjoni”. Ir-Regolament de minimis jiċċara iżjed fil-premessa 6 li “l-għajnuna lejn l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerjċali jew ta’ studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment ma tikkostitwix għajnuna għall-esportazzjoni”. B’hekk, jekk l-għajnuna hi mogħtija għall-parteċipazzjoni ta’ grupp f’fieri kummerjċali, din hi koperta mir-Regolament de minimis (23). Permezz tal-ittra tat-30 ta’ Mejju 2008 l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-miżura kienet maħsuba biex tħeġġeġ kumpaniji li sal-lum ma kienux esportaw biex jiġu għall-fieri internazzjonali. B’hekk issodisfat dik il-kundizzjoni. Għajnuna għat-twaqqif ta’ infrastruttura tal-informazzjoni permezz ta’ portals tal-Internet mhix għajnuna għall-esportazzjoni u b’hekk taqa’ fi ħdan l-ambitu tar-regolament de minimis. Fl-aħħar nett, id-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ konsulenza biex trawwem il-potenzjal ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji hi koperta mir-Regolament de minimis u b’hekk ma taqax taħt id-definizzjoni tal-għajnuna għall-esportazzjoni. |
(72) |
Madankollu, il-Kummissjoni baqgħet bid-dubji dwar jekk l-awtoritajiet Spanjoli kienux konformi mar-Regolament de minimis fil-passat. Għalhekk talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jagħtu prova fuq il-bażi tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament de minimis li kienu kkonformaw miegħu fil-passat fir-rigward tal-miżuri 4 u 5. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-awtoritajiet Spanjoli biex jimpenjaw ruħhom biex jirrispettaw ir-Regolament fil-futur, skont l-Artikolu 3(1). Dan jimplika li l-limitu ta’ EUR 200 000 għal kull impriża kien rispettat fit-tliet snin kollha ta’ taxxa, b’mod speċjali fir-rigward tal-kombinazzjoni possibbli ma’ miżuri oħrajn fil-Pjan tat-Tessuti bbażat fuq l-istess spejjeż eliġibbli. Kif diġà imsemmi fil-premessa 47, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew evidenza li r-Regolament de minimis kien irrispetat fil-passat u impenjaw ruħhom biex jirrispettawh fil-futur. B’hekk, il-miżuri 4 u 5 ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. |
(73) |
Il-miżura 8 hi miżura ġenerali pprovduta mil-liġi Spanjola li, skont l-awtoritajiet Spanjoli, qatt ma kienet applikata taħt il-Pjan tat-Tessuti. Jekk kumpanija titlob differiment ta’ taxxa fil-futur, l-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom biex japplikaw ir-regoli ġenerali u ma jużawx din il-miżura. Peress li l-miżura 8 ma ġietx applikata, l-ebda għajnuna mill-Istat ma kienet involuta. |
(74) |
Il-miżuri 1, 2, 6 u 7 kienu mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Dawn il-miżuri jidhru li joffru vantaġġ selettiv aħjar lill-kumpaniji mis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ mill-kondizzjonijiet applikati taħt ir-regoli ġenerali u konsegwentement biex jiffavorixxu dawk l-impriżi. Hemm kummerċ estensiv fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ għalhekk il-miżuri jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
7.2. Kompattibilità mas-suq komuni
Miżuri 1 u 2
(75) |
Fir-rigward tal-miżura 1, il-Kummissjoni nnotat li l-iskema ta’ għajnuna approvata N 415/2004 hi applikabbli biss għall-impriżi kbar u attivitajiet R&Ż eliġibbli: spejjeż tal-persunal, strumenti u tagħmir rilevanti, spejjeż ta’ konsulenza esterna, spejjeż operattivi u spejjeż ġenerali addizzjonali li ġejjin mill-attività ta’ riċerka. Il-baġit kien EUR 16-il miljun fil-forma ta’ għotjiet u EUR 74.45 miljun fil-forma ta’ self sussidjat. |
(76) |
Il-Pjan tat-Tessuti ddefinixxa dawn li ġejjin bħala proġetti eliġibbli għall-impriżi kbar: proġetti R&Ż, proġetti għat-tixrid tar-riżultati tal-attivitajiet R&Ż u proġetti biex iwaqqfu u jiżviluppaw ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji. Il-baġit kien ta’ EUR 12.5 miljun fil-forma ta’ għotjiet u EUR 51 miljun fil-forma ta’ self sussidjat. |
(77) |
Fit-13 ta’ Jannar 2008 l-awtoritajiet Spanjoli tennew li huma ser jirrispettaw il-kundizzjonijiet imposti fuq l-iskema. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-miżura 1 għall-impriżi kbar tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-iskema. |
(78) |
Fir-rigward tal-miżura 1 għall-SMEs, li skont il-Pjan tat-Tessuti hija l-enfażi ewlenija tal-miżura 1, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li din tkun koperta mill-iskema ta’ għajnuna XS 50/2005. L-għanijiet tal-iskema XS 50/2005 huma li jippromwovu proġetti ta’ riċerka għall-SMEs, itejbu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs u l-entitajiet ta’ riċerka u li jxerrdu r-riżultati ta’ riċerka. Bħall-iskema preċedenti, din tkopri spejjeż personali, strumenti u tagħmir rilevanti, spejjeż ta’ konsulenza esterna, spejjeż operattivi u spejjeż ġenerali addizzjonali li ġejjin mill-attività ta’ riċerka, kif ukoll investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli u servizzi ta’ konsulenza. Il-baġit annwali kien EUR 22 miljun f’forma ta’ għotjiet u self sussidjat. |
(79) |
Il-proġetti eliġibbli tal-Pjan tat-Tessuti kienu proġetti R&Ż, investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli maħsuba biex jinkorporaw teknoloġiji avvanzati fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom, proġetti għat-tixrid tar-riżultati tal-attivitajiet R&Ż u proġetti biex iwaqqfu u jiżviluppaw ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji. |
(80) |
Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-miżura 1 applikabbli għal SMEs tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-iskema tal-għajnuna N 415/2004, li diġà kienet approvata, u fl-iskema tal-għajnuna XS 50/2005. |
(81) |
Fir-rigward tal-miżura 2, din kienet ibbażata fuq l-iskema tal-għajnuna approvata N 101/2005, li damet mill-1 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Novembru 2006. L-għan ta’ din l-iskema kien li jħeġġeġ l-istrutturar ta’ żoni industrijali li sejrin lura f’reġjuni megħjuna. L-iskema kienet miftuħa għall-impriżi industrijali kollha li investew f’reġjuni megħjuna minbarra s-setturi tal-faħam, l-azzar u l-fibri sintetiċi. L-għajnuna kellha titħallas bħala self mingħajr imgħax ta’ tul ta’ żmien massimu ta’ 10 snin inkluż perjodu ta’ konċessjoni ta’ 5 snin. Il-baġit pjanat kien EUR 400 miljun. |
(82) |
Il-Pjan tat-Tessuti jissodisfa l-kriterji bażiċi minbarra dak għas-self mingħajr imgħax. Dawn kellhom tul ta’ żmien massimu ta’ 15-il sena b’perjodu ta’ konċessjoni ta’ 5 snin minflok t-tul ta’ żmien massimu ta’ 10 snin kif speċifikat fil-punt 11 tal-iskema. Wara li eżaminat dan il-punt il-Kummissjoni trid taċċettah peress li l-Kapitolu I 7.2 tal-Ordni ITC/3098/2006 jistipula li t-tul ta’ żmien massimu hu 10 snin kif ukoll perjodu ta’ konċessjoni ta’ 5 snin. Għalhekk il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-miżura 2 tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-iskema. |
(83) |
Fit-3 ta’ Lulju 2006, l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw mill-ġdid l-iskema sabiex iġibuha konformi mal-linji gwida tal-għajnuna reġjonali ġodda (24) (N 430/2007) u fis-26 ta’ Jannar 2007 huma rtirawha sabiex jibbażawha fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna tal-investiment reġjonali nazzjonali (25). Fl-20 ta’ Marzu 2007 l-iskema XR/70/2007 kienet adottata. |
(84) |
Skont l-Ordni ITC/3098/2006 u l-Ordni ITC/643/2007, proġetti eliġibbli inkludu: infrastruttura teknika, twaqqif ta’ parks teknoloġiċi, trasferiment ta’ għarfien speċjalizzat, tisħiħ u diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali, ħolqien ta’ attivitajiet industrijali ġodda, żvilupp ta’ setturi fis-sod u ħolqien u espansjoni ta’ setturi emerġenti. L-industrija tal-fibri sintetiċi ma kinitx eliġibbli u l-miżura kkwalifikat bħala investiment inizjali. |
(85) |
Il-Kummissjoni hi għalhekk tal-fehma li l-miżura 2 tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-iskemi ta’ għajnuna approvati N 101/2005 u XR/70/2007. |
(86) |
L-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom ukoll biex ma japplikawx il-miżuri wara l-iskadenza tal-iskemi li kienu bbażati fuqhom. Il-Kummissjoni b’hekk tikkunsidra li l-miżuri 1u 2 kienu koperti minn dawk l-iskemi u għandhom għalhekk jikostitwixxu għajnuna kompatibbli. |
Miżura 6
(87) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-miżura dwar taħriġ speċifiku mhix koperta kemm mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (26) jew ir-Regolament preċedenti dwar l-għajnuna għat-taħriġ, peress li l-miżura ma tikkonċernax “impjieg ġdid” u impriżi kbar jibbenefikaw minnha wkoll. |
(88) |
Għalhekk il-Kummissjoni trid tivvalutaha direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. Għaldaqstant, għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni, fejn ma taffettwax b’mod ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
(89) |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-kompatibbilità tal-miżura 6 b’analoġija (27) mar-Regolament tal-Għajnuna għat-Taħriġ bejn l-2006 u l-1 ta’ Awwissu 2008 u mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa mid-29 ta’ Awwissu 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008. |
(90) |
L-intensità tal-għajnuna għal taħriġ speċifiku kienet ta’ 19,96 % għal SMEs u 20 % għal impriżi kbar. Din l-intensità ta’ għajnuna hi inqas sew mil-limitu ta’ 35 % li r-Regolament tal-Għajnuna għat-Taħriġ jimponi fuq l-applikazzjoni għall-għajnuna għat-taħriġ u il-25 % impost mill-Artikolu 39 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. |
(91) |
Barra minn hekk, l-ammonti bilkemm ivarjaw mir-regoli ġenerali. Iż-żieda tiddependi fuq in-numru ta’ persunal impjegat u l-kontribuzzjoni imħallsa lis-sistema tas-sigurtà soċjali s-sena preċedenti. Il-kondizzjonijiet għal intitolament għall-miżura kienu restrittivi ħafna, peress li l-kumpaniji kellhom jistabbilixxu pjan, li kellu jkun approvat mill-Kumitat Konġunt (ara l-premessa 24). |
(92) |
Fl-20 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-effett tal-inċentiv addizzjonali għall-impriżi kbar skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa kien diġà ġie kkunsidrat fil-paragrafu I. 1.A c) tal-Pjan tat-Tessuti. Għaldaqstant, il-kumpaniji li applikaw kellhom jippreżentaw pjan ta’ taħriġ mill-ġdid lis-Servizz tal-Impjieg Pubbliku fejn jagħtu detall dwar l-għanijiet tal-impjieg u l-miżuri speċifiċi. Is-Servizz tal-Impjieg Pubbliku ċċekkja li wieħed jew iktar mir-rekwiżiti fl-Artikolu ta’ hawn fuq tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa kienu sodisfatti. Dan il-pjan inkluda dokument fejn jagħti l-għanijiet tal-produttività u tal-manteniment tax-xogħol u d-daqs tal-investiment ikkonċernat. Il-Kumitat Konġunt ħareġ ukoll rapport dwar il-pjan ta’ taħriġ mill-ġdid sottomess minn kull kumpanija jew grupp. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fil-pjan u fir-rapport sottomessi mill-Osservatorji Industrijali, l-Istat Membru ċċekkja li l-kriterji għall-effett tal-inċentiv għal impriżi kbar kienu sodisfatti. |
(93) |
Il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-effett tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ hu limitat ħafna. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura ma taffettwax b’mod ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni B’hekk il-Kummissjoni tikkunsidra din il-miżura kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. |
Miżura 7
(94) |
Il-miżura 7 hi wkoll mogħtija permezz ta’ riżorsi tal-Istat u apparentament tiffavorixxi s-settur. Fir-rigward tal-kompatibbilità, ma jidhirx li hi koperta kollha mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) jew mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (28), minħabba li 27 kumpanija minn total ta’ 11 544 attivi fis-settur fl-2007 huma impriżi kbar u l-miżura ma tikkonċernax impjieg ġdid. Għalhekk, din il-miżura hi vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(c) (29). |
(95) |
Għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji tal-pagi maħsuba biex iżidu d-domanda għall-ħaddiema żvantaġġjati “tista’ tipprovdi inċentivi addizzjonali lill-impriżi biex iżidu l-livelli ta’ impjieg tagħhom ta’ din il-kategorija ta’ ħaddiema.” Il-ħaddiema kkonċernati jaqgħu fi ħdan il-kategorija ta’ ħaddiema żvantaġġjati billi jkollhom iktar minn 50 sena. 76 % tal-ħaddiema li għandhom bejn 55 u 59 sena kellhom taħriġ u ħiliet baxxi, fatt li ma ppermettiex it-trasferiment tagħhom lejn setturi oħra jekk kienu ssensjati. Fir-rigward tan-numru ta’ ħaddiema kkonċernati, 10 215 il impjegat biss minn 123 574 fis-settur fl-2008 kellhom bejn 55 u 59 u kienu biss 6 700 ħaddiem li ħadmu mal-kumpanija għal iktar minn 5 snin u kellhom kuntratt miftuħ. Din iċ-ċifra tikkorrispondi għal 5,2 % tal-ħaddiema kollha fis-settur u l-intensità tal-miżura għal kull kumpanija kienet stmata għal 0,3 % tal-ispejjeż tax-xogħol tagħhom, li hu ferm inqas mil-limitu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli pprovduti fl-Artikolu 40 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. L-impatt tal-miżura kien ukoll żgħir peress li kkonċerna l-iktar il-mikroimpriżi (74 %) u l-ammont tal-miżura kien minimu (0,3 % tal-ispejjeż tax-xogħol). Minkejja li l-impatt finanzjarju għall-kumpanija kien minimu, skont l-awtoritajiet Spanjoli dan ipprovda inċentiv sabiex l-impjegati kkonċernati jinżammu f’xogħolhom għal xi ftit iktar snin pjuttost milli jitkeċċew jew ikunu impjegati b’mod mhux iddikjarat. B’hekk, l-għajnuna dehret li kienet meħtieġa, proporzjonata u mmirata sew lejn il-grupp ta’ età ta’ ħaddiema żvantaġġjati. |
(96) |
Fir-rigward tal-effetti negattivi tal-għajnuna, wieħed għandu jinnota li l-miżura hi ffukata biss fuq is-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ, industrija li sejra lura b’telf ta’ 40 % ta’ impjiegi mill-2001. |
(97) |
Wara li jitqiesu l-effetti pożittivi u negattivi, kien konkluż li l-għajnuna kellha effetti pożittivi għaliex hi ħeġġet lil kumpaniji – l-iktar mikroimpriżi – sabiex iżommu f’xogħolhom il-ħaddiema tagħhom b’età ta’ iktar minn 55 sena (minflok jimpjegawhom b’mod mhux iddikjarat), sakemm jagħlqu 60 sena, filwaqt li t-tfixkil tal-kompetizzjoni kien x’aktarx ikun limitat minħabba l-ammont żgħir ħafna tal-għajnuna. |
(98) |
Il-Miżura 7 hi għalhekk kompatibbli mas-suq komuni u konformi mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. |
8. KONKLUŻJONI
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna mogħtija minn Spanja taħt il-miżura 1 u 2, imsemmija fil-premessi 11 sa 15, skont programm li jippromwovi r-riċerka teknika u programm għall-iżvilupp mill-ġdid industrijali tas-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ kienet koperta mill-approvazzjoni tal-iskemi N 415/2004 u N 101/200 u mill-iskemi XS 50/2005 u XS 70/2007 u għalhekk ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.
2. Il-Miżuri 3, 4 u 5, imsemmija fil-premessi 16 sa 20, dwar self preferenzjali mogħtija minn ENISA għall-modernizzazzjoni tal-SMEs, self b’rata ta’ mgħax preferenzjali mill-ICO u promozzjoni għall-esportazzjoni mwettqa mill-ICEX huma inqas mil-limitu stabbilt mir-Regolament de minimis u b’hekk ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat.
3. L-għajnuna mogħtija minn Spanja taħt il-miżuri 6 u 7, imsemmija fil-premessi 21 sa 25, li toffri taħriġ kontinwu għall-impjegati u li żżomm ix-xogħol tal-ħaddiema ta’ età ikbar fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ huma kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmula fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 239, 11.10.2007, p. 12.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4709 tal-1 ta’ Diċembru 2004 dwar il-miżura N 415/04: Promozzjoni tar-riċerka teknika fis-settur tat-tessuti (2005-2007) (ĠU C 72, 24.3.2006, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 1532 tat-18 ta’ Mejju 2005, għajnuna għar-ristrutturar ta’ żoni industrijali li qed jonqsu (ĠU C 235, 23.9.2005, p. 3).
(4) ENISA hi impriża pubblika marbuta mal-Ministeru tal-Industrija, Turiżmu u l-Kummerċ via d-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar l-SMEs.
(5) Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat lill-għajnuna de minimis. (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(6) Id-Digriet Irjali 395/2007 tat-23.3.2007, l-Ordni TAS 2307/2007 tas-27.7.2007 u l-Liġi 51/2007 tas-26.12.2007.
(7) L-Artikolu 33(4)(d) tad-Digriet Irjali 1415/2004 tal-11 ta’ Ġunju 2004.
(8) Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat (BOE) tad-9 ta’ Frar 2005.
(9) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.
(10) ĠU C 169, 21.7.2007, p. 18.
(11) L-Att tal-Baġit tal-Istat Ġenerali, is-27 dispożizzjoni addizzjonali.
(12) ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (GU L 10, 13.1.2001, p. 33).
(14) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-47/91 Italy v Commission (Italgrani II) [1992] ECR I-4635.
(15) XS 50/2005 Programm ta’ promozzjoni tar-riċerka teknika fis-settur tat-tessuti/ħwejjeġ (ĠU C 19, 26.1.2006, p. 3).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna tal-investiment reġjonali nazzjonali (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29).
(17) ĠU C 169, 21.7.2007, p. 18.
(18) BOE tal-10.10.2006.
(19) Il-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu bejn 2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
(20) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.
(21) Il-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(22) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.
(23) Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 89/01 tal-24 ta’ Settembru 2002 dwar l-iskema ta’ għajnuna li r-Repubblika federali tal-Ġermanja bi ħsiebha timplimenta – “Il-Linji gwida dwar l-għajnuna għal SMEs”– it-titjib tal-effiċjenza tan-negozju fis-sassonja (ĠU L 91, 8.4.2003, p. 13), u, b’mod partikolari premessa 72 (“għajnuna lejn l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali jew studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment ma tikostitwix għajnuna għall-esportazzjoni”).
(24) Il-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu bejn 2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).
(25) ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.
(26) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.
(27) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2004 fil-Każ Nru 443/2003, it-Tieni ċirkwit ta’ ilma, il-Belġju (C(2004) 1356 finali).
(28) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.
(29) Ara r-raġunament fil-miżura A2 fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 244/2008 tal-Programm Spanjol għas-settur taż-żraben, tal-kunzatura u tal-ġilda (ĠU C 52, 5.3.2009, p. 1).