ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.168.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
30 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 563/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti awtonomi ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 564/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2009 tad-29 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2009 tad-29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2009 tad-29 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]

22

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali

24

 

*

Direttiva 2009/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttiva 2001/82/KE u d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-varjazzjonijiet għat-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ( 1 )

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

35

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Parlament Ewropew
Il-Kunsill
Il-Kummissjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Awdituri
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

 

2009/496/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

41

 

 

Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

 

 

2009/497/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tad-29 ta’ Mejju 2009 biex jiġu adottati emendi għall-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija

48

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/498/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 563/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti awtonomi ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Għal ċerti prodotti li għalihom infetħet kwota ta’ tariffa awtonoma bir-Regolament (KE) Nru 2505/96 (1), l-ammont tal-kwota stabbilit f’dak ir-Regolament huwa mfisser f’unità ta’ kejl minbarra il-piż f’tunnellati jew kilogrammi u l-valur. Fejn għal dawk il-prodotti l-ebda unità ta’ kejl supplimentari ma hija stabbilita fin-Nomeklatura Maqgħuda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), jista’ jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta’ kejl li tintuża. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza u fl-interess ta’ ġestjoni tal-kwoti aħjar huwa neċessarju li tipprovdi li, sabiex isir benefiċċju mill-kwoti tat-tariffi awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha titniżżel “fil-Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta’ kejl tal-ammont tal-kwota stabbilita għal dawk il-prodotti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96.

(2)

Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tintlaħaq fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli. Għal dan il-għan b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2009, kwoti ta’ tariffi tal-Komunità ġodda għandhom għalhekk jinfetħu bir-rata żero ta’ dazju għal ammonti xierqa filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-swieq għal dawn il-prodotti.

(3)

L-ammont tal-kwota tat-tariffi tal-Komunità awtonoma bin-numru 09.2767 mhuwiex biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industrija Komunitarja. Għaldaqstant, dan l-ammont tal-kwota għandu jiżdied.

(4)

Fir-rigward tal-kwota tat-tariffi tal-Komunità awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2806 d-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi riveduta.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

B’kont meħud tal-importanza ekonomika ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu invokati r-raġunijiet ta’ urġenza previsti fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(7)

Billi l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2009, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

Fejn ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih l-ammont tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl li ma tinvolvix il-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u l-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Maqgħuda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal ‘fil-Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari’ ta’ dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta’ miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

għandhom jiddaħħlu l-kwoti tat-tariffi għall-prodotti msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament

(b)

b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, il-linji għall-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.2767 u 09.2806 għandhom jiġu sostitwiti bil-linji msemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Madankollu, il-punt (b) tal-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS I

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2813

ex 3920 91 00

94

Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

1.7.-31.12.

500 000 m2

0  %

09.2807

ex 3913 90 00

86

Sodju jaluronat mhux sterili

1.7.-31.12.

55 000 g

0  %

09.2815

ex 6909 19 00

70

Irfid għal katalizzaturi jew filtri, li jikkonsistu f’biċċiet porużi taċ-ċeramika, minn taħlita ta’ ossidu ta’ aluminju u titanju, b’volum totali ta’ mhux aktar minn 65 litru u mill-inqas kanal wieħed (miftuħ fuq naħa waħda jew tnejn) f’kull cm2 tal-wiċċ tas-sezzjoni trasversali

1.7.-31.12.

190 000 unitajiet

0  %


ANNESS II

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl.ossidu tat-tangst.blu

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0  %

09.2767

ex 2910 90 00

80

Allyl glycidyl ether

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %


30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 564/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Hija fl-interess tal-Komunità li tissospendi totalment id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq numru ta’ prodotti ġodda li ma ġewx elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 (1).

(2)

Il-kodiċijiet NM u TARIC 0304296110, 0304999931, 3902909097, 3903909085, 7410210070, 7606129120 u 7606129320 għal ħames prodotti li huma attwalment elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitħassru peress illi ma għadux fl-interess tal-Komunità li tmantni sospensjoni fuq id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni għal dawn il-prodotti.

(3)

Jinħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni ta’ 32 sospensjoni fl-Anness tar-Regolamnet (KE) Nru 1255/96 sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u t-tendenzi ekonomiċi fis-suq. Dawk is-sospensjonijiet għandhom jitħassru minn dak l-Anness u jiġu inseriti mill-ġdid bħala sospensjonijiet ġodda bl-użu ta’ deskrizzjonijiet ġodda. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawk is-sospensjonijiet għandhom ikunu mmarkata b’asterisk fl-ewwel kolonna tal-Anness I u tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-esperjenza turi l-ħtieġa ta’ data ta’ skadenza fir-rigward tas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex jiġi żgurat li tibdiliet teknoloġiċi u ekonomiċi jkunu ġew ikkunsidrati. Dan m’għandux jeskludi t-terminazzjoni qabel il-waqt ta’ ċertu miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dak il-perjodu, jekk tressqu raġunijiet ekonomiċi, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 li tikkonċerna s-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi (2).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Ladarba s-sospensjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett mill-1 ta’ Lulju 2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament. Fir-rigward ta’ prodotti bil-kodiċi NM u TARIC 9001900060, id-deskrizzjoni l-ġdida għandha tkun applikata mill-1 ta’ Jannar 2009,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiġu inseriti l-linji tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

jitħassru l-linji tal-prodotti li għalihom il-kodiċijiet NM u TARIC huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009. Madankollu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għad-deskrizzjoni ta’ prodotti bil-kodiċi NM u TARIC 9001900060 kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.


ANNESS I

Prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(1)

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Perjodu ta’ validità

 (*) ex 1511 90 19

10

Żejt tal-palm, żejt tal-ġewż tal-Indi (kopra), żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm, għall-manifattura ta’:

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 1511 90 91

10

aċti xaħmin monokarbosiliċi industrijali tas-subtitlu 3823 19 10 ,

 (*) ex 1513 11 10

10

esteri tal-metil tal-aċti xaħmin tat-titlu 2915 jew 2916 ,

 (*) ex 1513 19 30

10

alkoħol xaħmi tas-subtitli 2905 17 , 2905 19 u 3823 70 użat fil-manifattura tal-kożmetiċi, prodotti tal-ħasil jew prodotti farmaċewtiċi,

 (*) ex 1513 21 10

10

alkoħol xaħmi tas-subtitlu 2905 16 , pur jew imħallat, użat fil-manifattura tal-kożmetiċi, prodotti tal-ħasil jew prodotti farmaċewtiċi,

 (*) ex 1513 29 30

10

aċtu steariku tas-subtitlu 3823 11 00 or

oġġetti tat-titlu Nru 3401

 (1)

ex 1518 00 99

10

Żejt tal-jojoba, idroġenizzat u tessurizzat

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2804 50 90

10

Tellurju ta’ purità bil-piż ta’ 99,99 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx 99,999 %

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2827 39 85

30

Diklorur tal-manganiż

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2903 39 90

75

Trans-1,3,3,3-tetrafluoroprop-1-ene

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2903 69 90

50

Fluworobenżin

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2903 69 90

60

α-Chloro(ethyl)toluenes

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2904 90 40

10

Trichloronitromethane, għall-fabbrikazzjoni tal-oġġetti tas-subintestatura 3808 92  (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2909 19 90

60

1-Méthoxyheptafluoropropane

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2921 19 85

60

Tetrakis(ethylmethylamino) żirkonju (IV)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 2921 51 19

20

Toluene diamine (TDA), li fiha, f’piż, 78 % jew aktar iżda mhux aktar minn 82 % ta’ 4-methyl-m-phenylenediamine u 18 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ 2-methyl-m-phenylenediamine, u b’kontenut residwu ta’ qatran ta’ mhux aktar minn 0,23 % f’piż

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2922 29 00

46

Aċidu sulfoniku p-Anisidine-3-

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2926 90 95

35

2-Bromo-2(bromomethyl)pentanedinitrile

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2928 00 90

70

Butanon ossim

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2931 00 95

20

Managiż Methylcyclopentadienyl tricarbonyl b’kontenut ta’ cyclopentadienyl manganese tricarbonyl li ma jaqbiżx il-4,9 % tal-piż tiegħu

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2932 13 00

10

Tetrahydrofurfuryl alcohol

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2932 19 00

40

Furan ta’ purezza, f’piż, ta’ 99 % jew aktar

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2932 19 00

41

Propan 2,2 di(tetrahydrofuryl)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2932 99 00

35

1,2,3-trideoxy-4,6:5,7-bis-O-[(4-propylphenyl)methylene]-nonitol

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2933 49 10

20

Aċidu Idrossi-2-metilkinolin-4-karbossiliku

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2933 79 00

50

6-Bromo-3-methyl-3H-dibenz(f,ij)isoquinoline-2,7-dione

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 2934 99 90

66

Tetraidrotijofen-1,1-diossidu

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3207 40 80

20

Laqx tal-ħġieġ miksi bil-fidda, b’dijametru medju ta’ 40 (± 10) μm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3208 20 10

20

Likwidu biex bih tingħata passata ta’ fuq tat tip immersion b’kontenut ta’ acrylate-methacrylate-alkenesulfonate-copolymers b’fluorinated side chains ta’ 2 % jew iżjed tal-piż tiegħu iżda li ma jaqbiżx il-15 %, fl-likwidu magħmul minn n-butanol u/jew 4-methyl-2-pentanol u/jew diisoamylether

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3208 90 19

50

Soluzzjoni li fiha, f’piż:

(65 ± 10) % γ-butyrolactone,

(30 ± 10) % polyamide resin,

(3,5 ± 1,5) % derivat esteru ta’ naphthoquinone u

(1,5 ± 0,5) % acido arilsiliċiku

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3215 90 80

30

Inka, b’kontenut ta’ diossidu tas-siliku amorfu ta’ 5 % tal-piż tagħha jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx l-10 %, li titferra’ f’skartoċċi disponibbli u li tintuża biex jiġu mmarkati ċirkuwiti integrati (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3808 91 90

30

Preparazzjoni li fiha endospori u kristalli ta’ proteini dderivati jew:

mill-Bacillus thuringiensis Berliner subsp. aizawai u kurstaki jew,

mill-Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki jew,

Bacillus thuringiensis subsp. Israelensis

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3808 91 90

50

Virus Spodoptera exigua nuclear polyhedrosis (SeNPV) f’sospensjoni ta’ ilma gliċerolu

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3811 19 00

10

Likwidu b’kontenut ta’ managiż methylcyclopentadienyl tricarbonyl ta’ iżjed minn 61 % tal-piż tiegħu iżda li ma jaqbiżx it-63 %, f’solvent tal-idrokarbonju aromatiku,

b’kontenut ta’ 1,2,4-trimethyl-benzene, ma jaqbiżx il-4,9 % tal-piż tiegħu,

u b’kontenut ta’ naphthalene ma jaqbiżx il-4,9 % tal-piż tiegħu,

u b’kontenut ta’ 1,3,5-trimethyl-benzene ma jaqbiżx il-0,5 % tal piż tiegħu

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3811 90 00

10

Melħ ta’ dinonylnaphthylsulphonic acid, f’soluzzjoni f’żejt minerali

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3815 90 90

77

Trab kataliista f’sospensjoni ilmija li fih, bil-piż:

1 % jew aktar iżda mhux aktar minn 3 % ta’ palladju,

0,25 % jew aktar iżda mhux aktar minn 3 % ċomb,

0,25 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,5 % ta’ idrossidu taċ-ċomb,

5.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 10 % ta’ aluminju,

4 % jew aktar iżda mhux aktar minn 10 % ta’ manjeżju,

30 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % dijossidu tas-silikon

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3817 00 50

10

Taħlita ta’ alkilbenżeni (C14-26) li fiha, bil-piż:

35 % jew aktar iżda mhux aktar minn 60 % ta’ eicosylbenzene,

25 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % ta’ docosylbenzene,

5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ tetracosylbenzene

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3817 00 80

20

Taħlita ta’ friegħi ta’ alkyl benzenes li fihom prinċipalment dodecyl benzenes

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3824 90 97

15

Fosfat strutturat tas-silika alumina

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3824 90 97

16

Taħlita ta’ bis{4-(3-(3-phenoxycarbonylamino)tolyl)ureido}phenylsulphone, diphenyltoluene-2,4-dicarbamate u 1-[4-(4-aminobenzenesulphonyl)-phenyl]-3-(3-phenoxycarbonylamino-tolyl)-urea

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3824 90 97

17

Taħlita ta’ aċetati ta’ 3-butylene-1,2-diol b’kontenut ta’ 65 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx id-90 %

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3902 20 00

10

Polyisobutylene, ta’ piż molekulari medju (Mn) ta’ 700 jew aktar iżda li ma jaqbiżx 800

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3902 20 00

20

Polyisobutene idroġenat, f’forma likwida

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3902 90 90

55

Elastomeru termoplastiku, b’struttura A-B-A block kopolimeru polistrene, poliisobutileneu polistrene b’kontenut bil-piż ta’ polistrene ta’ 10 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx it-35 %

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3903 90 90

40

Kopolimeru ta’ styrene bi α-methylstyrene u aċidu akriliku, ta’ piż molekulari (Mn) ta’ medja ta’ 500 jew aktar iżda li ma jaqbiżx 6 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3911 90 99

50

ex 3904 69 90

81

Trab Poli(vinylidene fluoride) jew f’sospensjoni tal-ilma

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3905 99 90

96

Polimeru ta’ vinyl formal, f’waħda mill-forom imsemmija fin-nota 6 (b) tal-Kapitolu 39, b’piż molekulari (Mw) ta’ medja ta’ 25 000 jew aktar iżda li ma jaqbiżx 150 000 u li fih, f’piż:

9,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 13 % ġruppi aċetiliċi evalwati bħala vinyl acetate u

5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6,5 % idrossiliċi groups evalwati bħala vinyl alcohol

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3906 90 90

25

Likwidu trasparenti, li ma jitħallatx mal-ilma., li għandu kontenut bil-piż ta’:

50 % jew aktar iżda mhux aktar minn 51 % kopolimeru poli(methyl methacrylate)

37 % jew aktar iżda mhux aktar minn 39 % xylene

11 % jew aktar iżda mhux aktar minn 13 % n-butyl acetate

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3906 90 90

30

Kopolimeru ta’ styrene bil-hydroxyethyl methacrylate u 2-ethylhexyl acrylate, ta’ piż molekulari (Mn) ta’ 500 jew aktar iżda li ma jaqbiżx 6 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3906 90 90

35

Trab abjad ta’ kopolimeru 1,2-ethanediol dimethacrylate-methyl methacrylate ta’ daqs partikolari ta’ mhux akbar minn18 μm, li ma jinħallx fl-ilma

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3906 90 90

65

Polyalkylacrylate, modifikat kimikament bil-kobalt, b’temperatura ta’ tidwib (TM) ta’ 65 °C (± 5 °C), li titkejjel bid-Differential Scanning Calorimetry (DSC)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3907 20 11

10

Poli(ethylene oxide) ta’ piż molekulari medju (Mn) ta’ 100 000 jew aktar

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3907 20 11

20

Bis[Methoxypoly[ethyleneglycol)]-maleimidopropionamide, immodifikat kimikament bil-lysine, ta’ piż molekolari medju (Mn) ta’ 40 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3907 20 11

30

Bis[Methoxypoly[ethyleneglycol)]-maleimidopropionamide, immodifikat kimikament bil-lysine, ta’ piż molekolari medju (Mn) ta’ 40 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3907 20 21

20

Kopilermu ta’ tetrahydrofuran u tetrahydro-3-methylfuran b’piż molekulari (Mn) medju ta’ 3 500 (± 100)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3907 20 99

50

Polimeru perfluoropolyether terminat bil-Vinyl-silyl jew taħlita ta’ żewġ komponenti li fihom l-istess tip ta’ polimeru perfluoropolyether terminat bil-Vinyl-silyl, bħala ingredjent prinċipali

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3907 20 99

55

Aċidu propijoniku tat-tip Succinimidyl ester of methoxy poly(ethylene glycol), b’piż molekulari medju (Mn) ta’ 5 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3907 30 00

50

Reżina epossidika likwida ta’ 2-propenenitrile/1,3-butadiene-epoxide kopolimeru, li ma fiha ebda solvent, bi:

kontenut ta’ zinc borate hydrate li ma jaqbiżx 40 % f’piż,

kontenut ta’ trijossidu tad-dijantimonju li ma jaqbiżx 5 % f’piż

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3908 90 00

10

Poly(iminomethylene-1,3-phenylenemethyleneiminoadipoyl), f’waħda mill-forom imsemmija fin-nota 6 (b) tal-Kapitolu 39

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3911 10 00

81

Raża idrokarburika mhux idroġenizzata, miksuba permezz ta’ polimerizzazzjoni ta’ alkeni C-5 sa C-10, ċiklopentadiene and diċiklopentadiene, flimkien ma’ Kulur Gardner ta’ aktar minn 10 għall-prodott pur jew Kulur Gardner ta’ aktar minn 8 għas-soluzzjoni ta’ 50 % b’ volum f’toluene (kif determinat bil-metodu ASTM D6166)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3911 90 19

10

Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4’-biphenylene)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3913 90 00

85

Sodju Jaluronat sterili

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3913 90 00

92

Proteini, modifikati kimikament għall-karbossilazzjoni u/jew żieda tal-aċidu ftaliku, b’piż medju molekulari (Mw) bejn 100 000 u 300 000

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3919 10 61

94

Folja adeżiva li tikkonsisti b’bażi ta’ kopolimeru ta’ ethylene u vinyl acetate (EVA) ta’ ħxuna ta’ 70 μm jew aktar u parti adeżiva ta’ tip akriliku ta’ ħxuna ta’ 5 μm jew aktar, għall-protezzjoni tal-wiċċ ta’ diski tas-silikon (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3919 10 69

92

 (*) ex 3919 90 61

93

 (*) ex 3919 90 69

93

ex 3920 10 89

25

ex 3919 10 69

96

Folja laminata li tirrifletti u teħel waħedha b’motiv regolari, magħmula minn film ta’ polimeru akriliku b’folja ta’ poli(methyl methacrylate) mwaħħla fuqha li fiha microprisims u li fiha jew ma fihiex saff adizzjonali ta’ polyester u kolla flimkien ma’ folja aħħarija li tinqala

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3919 90 69

98

 (*) ex 3919 90 31

45

Pellikola trasparenti ta’ poli(tereftalat tal-etilene) li teħel weħidha, ħielsa minn impuritajiet jew difetti, miksija fuq naħa b’adeżiv akriliku sensittiv għall-pressjoni u kisja protettiva, u fuq l-oħra b’saff antistatiku ta’ cholin - kompost organiku b’bażi jonika - u saff stampabbli li jilqa’ mit-trab ta’ kompost organiku modifikat ta’ alkil b’katina twila, bi ħxuna totali mingħajr il-kisja protettiva ta’ 54 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 64 μm u wisa’ ta’ aktar minn 1 295 mm iżda mhux aktar minn 1 305 mm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3919 90 61

51

Pellikola trasparenti ta’ poli(tereftalat tal-etilen) li teħel weħidha, ħiesa minn impuritajiet jew difetti, miksija fuq naħa b’adeżiv akriliku sensittiv għall-pressjoni, bi ħxuna ta’ 60 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 70 μm u wisa’ ta aktar minn 1 245 mm iżda mhux aktar minn 1 255 mm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3919 90 61

55

Film ta’ poli(vinyl chloride) ta’ ħxuna ta’ 78 μm jew aktar, kopert fuq naħa waħda b’tape akriliku oħxon 8 μm jew aktar u b’folja aħħarija li tinqala’, li għandha saħħa li teħel ta’ 1 764 mN/25 mm jew aktar, biex tintuża għall-qtugħ tas-silikon (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3920 62 19

20

Folji tal-poliester riflettenti b’ibbuzzar f’forma ta’ piramida, għall-fabbrikazzjoni ta’ stikers u badges tas-sikurezza, ħwejjeġ tas-sikurezza u l-aċċessorji tagħhom, jew basktijiet tal-iskola, boroż, jew kontenituri oħra simili (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3920 62 19

75

Film trasparenti ta’ polyethylene terephthalate, miksi fuq żewġ naħat minn saffi rqaq ta’ 7-80 nm kull wieħed magħmulin minn sostanzi organiċi fuq il-bażi ta’ akriliku, li jeħel tajjeb b’tensjoni fil-wiċċ ta’ 37 Dyne/cm, li jgħaddi d-dawl minnu b’rata ta’ aktar minn 93 %, li għandu valur ta’ taħmiġ ta’ inqas minn 1,3 %, bi ħxuna totali ta’ 125 μm jew 188 μm u wiesa’ 850 mm jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx l-1 600 mm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3920 62 19

77

ex 3920 91 00

95

Film ta’ trilayer poly(vinyl butyral) li ġie co-extruded b’faxxa kkulurita sfumata li fih 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) bħala palstisiżer, b’kontenut bil-piż ta’ 29 % jew aktar, iżda li ma jaqbiżx il-31 %

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3920 99 28

40

Films ta’ polimeri li fhom dawn il-monomeri:

Poly (tetramethylene ether glycol),

Bis (4-isocyanotocyclohexyl) methane,

1,4-Butanediol jew 1,3-Butanediol,

bi ħxuna ta’ 0,25 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 5,0 mm,

imbuzzat b’motiv regolari fuq wiċċ wieħed,

u mgħotti b’folja protettiva li titneħħa (release sheet)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 3921 19 00

93

Strixxa tal-polytetrafluoroethylene mikroporuż fuq struttura ta’ materjal mhux minsuġ, għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ filtri għat-tagħmir għad-dijaliżi tal-kliewi (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 3921 90 55

20

Fibreglass rinfurzat imdakkarminn qabel li fih raża tal-esteri taċ-ċanur jew raża bismaleimide (B) triazine (T) mħallta mar-raża epossida, tal-qisien:

469,9 mm (± 2 mm) × 622,3 mm (± 2 mm), jew

469,9 mm (± 2 mm) × 414,2 mm (± 2 mm), jew

546,1 mm (± 2 mm) × 622,3 mm (± 2 mm)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 5603 13 10

10

Tessuti mhux meħjutin li m’humiex kondutturi tal-elettriku, magħmulin minn film ta’ poli(ethylene terephthalate) laminat fuq kull naħa bil-fibri ta’ poli(ethylene terephthalate) kollha alineati lejn naħa waħda, miksi fuq żewġ naħat b’reżin mhux konduttiv ta’ grad għoli li huwa reżistenti għal temperaturi elevati, b’piż ta’ 147 g/m2 jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 265 g/m2, b’saħħa tensili mhux isotropiku f’żewġ direzzjonijiet, li jintuża bħala materjal ta’ insulazzjoni tal-elettriku

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 5603 14 10

10

7011 20 00

 

Kisi tal-ħġieġ (inklużi bozoz u tubi), miftuħin, u l-bċejjeċ tagħhom tal-ħġieġ, mingħajr tagħmir, għal tubi tar-raġġi bil-katowd

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7019 19 10

30

Ħjut ta’ 22 tex (± 1,6 tex), miksub minn filamenti tal-ħġieġ b’insiġ kontinwi b’dijametru nominali ta’ 7 μm, li fih fil-biċċa l-kbira filamenti b’dijametru ta’ 6,35 μm jew aktar iżda li ma jaqbiżx 7,61 μm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7320 90 10

91

Molol spirali ċatti tal-azzar ittemprat:

ta’ ħxuna ta’ 2,67 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 4,11 mm,

ta’ wisa’ ta’ 12,57 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 16,01 mm,

ta’ torque ta’ 18,05 Nm jew iktar, iżda mhux iktar minn 73,5 Nm

b’angolu, bejn il-pożizzjoni libera u l-pożizzjoni nominali fl-użu, ta’ 76° jew iktar, iżda mhux iktar minn 218°,

għall-użu fil-manifattura ta’ apparat li jżid it-tensjoni (tensioners) għall-ċineg ta’ trasmissjoni tal-enerġija għall-magni b’kombustjoni interna (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7410 11 00

10

Fojl tar-ramm ta’ mhux aktar minn 0,15 mm, miksi bir-reżina, ħielsa minn aloġeni, bi:

temperatura ta’ dekompożizzjoni ta’ 350 °C jew aktar (kif determinat mill-metodu tal-ASTM D 3850) u

ħin għal delamatinazzjoni f’260 °C ta’ aktar minn 40 minuta u f’288 °C ta’ aktar minn 5 minuti (kif determinat mill-IPC-TM-650)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7410 21 00

60

 (*) ex 7410 21 00

40

Folja jew pjanċi

li jikkonsistu f’saff ċentrali ta’ karta, laminati fuq iż-żewġ naħat bi drapp tal-fibra tal-ħġieġ u mimlija (impregnated) b’reżina epossidika, jew

li jikkonsistu f’ħafna saffi ta’ karta, mimlija (impregnated) b’reżina fenolika,

miksija fuq naħa jew fuq iż-żewġ naħat minn film tar-ram bi ħxuna massima ta’ 0,15 mm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 7410 21 00

50

Pjanċi

li mill-anqas jikkonsistu minn saff wieħed ta’ drapp tal-fibreglass mxappap (impregnated) b’reżin tal-epoxide,

miksijin minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’fojl ta’ ħxuna ta’ mhux aktar minn 0,15 mm u

b’kostanti dielettriku (DK), inqas minn 3,9 u b’fattur ta’ telf (loss factor) (Df) inqas minn 0,015 meta mkejjel bi frekwenza ta’ 10 GHz, kif imkejjel skont l-IPC-TM-650

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7604 21 00

10

Profili magħmula mil-liga tal-aluminju EN AW-6063 T5

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 7604 29 90

30

anodizzati

Jekk huma jew mhumiex ivverniċjati

Bil-ħxuna tal-ħajt ta’ 0,5 mm (± 1,2 %) jew aktar iżda mhux aktar minn 0,8 mm (± 1,2 %)

Għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti li qegħdin fis-subintestatura 8302

 (1)

ex 8108 20 00

30

Għabra tat-titanju li meta tingħarbel minn toqob ta’ malja b’wisa’ ta’ 0,224 mm tħalli porzjon ta’ 90 % jew aktar tal-piż

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8501 10 99

80

Mutur tal-passi (stepping motor) DC,

li l-anglu tal-pass tiegħu huwa ta’ 7,5° (± 0,5°),

b’pull-out torque ta’ 25 °C of 25 mNm jew aktar,

u rata ta’ polz pull-out ta’ 1 960 pps jew aktar,

b’dawran b’żewġ fażijiet u

li jiflaħ vultaġġ ta’ 10,5 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 16,0 V

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8504 40 90

40

Konvertituri statiċi għall-użu fil-manifattura ta’ kontrolli ta’ muturi elettriċi ta’ fażi unika bi provvista ta’ elettriku ta’ anqas minn 3 kW (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 8519 81 35

10

Assemblaġġ mhux immuntat jew mhux komplut, magħmul tal-inqas minn unità ottika unika u muturi DC u ċirkwit ta’ kontroll operazzjonali, b’konvertitur diġitali/analogu, għall-użu fil-produzzjoni ta’CD players, riċevituri tax-xandir bir-radju tat-tip li jintużaw fil-vetturi jew apparat ta’ navigazzjoni (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 8522 90 80

83

Apparat Blu-ray ta’ detezzjoni għar-riproduzzjoni/reġistrazzjoni ta’ sinjali ottiċi għal/minn diski DVD, kif ukoll għar-riproduzzjoni ta’ sinjali ottiċi minn CDs u diski Blu-ray, li jinkludu għall-anqas:

3 tipi ta’ diodes tal-lejżer,

ċirkwit integrat tal-lejżer driver,

ċirkwit integrat tad-detezzjoni tar-ritratti

ċirkwit b’monitor fuq quddiem integrat u actuator,

għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 8521  (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 8522 90 80

84

Mekkaniżmu jew unità bi drajv Blu-ray, sew jekk jirrekordja kif ukoll jekk le, għar-riproduzzjoni u r-rekordjar ta’ sinjali ottiċi minn jew għal diski Blu-ray jew dvd u r-riproduzzjoni ta’ sinjali ottiċi minn diski CD, li jkun fih mill-inqas:

unità għall-qbid ottiku bi tliet tipi ta’ lejżer,

mutur magħżel (spindle motor),

mutur stepping,

bi jew mingħajr ċirkwit integrat għall-kontroll tad-drajv, immuntat fuq pjanċa ta’ ċirkwit stampat, ċirkwit integrat għar-regolazzjoni tal-mutur u memorja,

għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-intestatura Nru 8521  (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 8525 80 19

30

Kamera tat-televiżjoni b’ċirukwt magħluq (CCTV) tat-tip xażi, li tiżen mhux aktar minn 250 g, imqiegħda f’qafas li l-kejl tiegħu ma jaqbiżx il-50 mm × 60 mm × 89,5 mm, mgħammra b’apparat għall-akkoppjament taċ-ċarġ (Charge-Couple Device, CCD), b’għadd ta’ pixels effettivi li ma jaqbżux l-440 000 , għall-użu fis-sistemi ta’ sorveljanza CCTV (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8540 91 00

40

Diflezzjoni madmad tal cathode ray tubes

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8540 91 00

50

Buttuna tal-metall li juża anodu li tippermetti kuntatt elettriku mal-anodu li jinsab fit-tubu li juri stampa bil-kulur

0  %

1.7.2009-31.12.2013

 (*) ex 8543 70 90

90

Modulu ta’ ċelloli tal-fjuwil li jikkonsisti’ċelloli bil-fjuwil b’membrana elettrolitika polimerika, f’qafas, b’sistema tat-tkessiħ integrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni ta’ karozzi (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8544 42 90

10

Kejbil ta’ trażmissjoni tad-dejta li jiflaħ rata trażmissjoni ta’ bit ta’ 600 Mbit/s jew iktar, b’:

vultaġġ ta’ 1,25 V (± 0,25 V)

konnetturi fuq kull tarf, li mill-inqas wieħed minnhom ikollu labar bi grad ta’ 0,5 mm,

protezzjoni esterna minn raġġi esterni,

par wajers tal-kupru b’impedanza ta’ 100 Ω u b’grad varjazzjoni ta’ mhux iktar minn 8 mm

u li jintuża biss għall-komunikazzjoni bejn panel LCD u ċirkuwiti ta’ proċessar elettroniku

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 8544 49 93

20

Kejbil flessibbli iżolat tal-PET/PVC bi:

vultaġġ ta’ mhux aktar minn 60 V,

kurrent ta’ mhux aktar minn 1 A

reżistenza termali ta’ mhux aktar minn 105 °C,

wajers individwali hoxnin 0,05 mm (± 0,01 mm) u wesgħin mhux aktar minn 0,65 mm (± 0,03 mm)

distanza bejn il-konduċenti ta’ mhux aktar minn 0,5 mm u

piċċ (id-distanza mil-linja medjana ta’ konduċent wieħed sa dik tal-ieħor maġenbu) ta’ mhux aktar minn 1,08 mm

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9001 20 00

20

Folji ottiċi, diffusivi, rifletturi jew priżma, pjanċi diffusivi mhux stampati, ikollhom jew ma jkollhomx proprjetatjiet polarizzanti, maqtugħin speċifikanment

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9001 90 00

55

ex 9001 90 00

60

Folji rifletturi jew ta’ diffużjoni rromblati

0  %

1.1.2009-31.12.2013

ex 9013 20 00

10

Laser li jaħdem bid-diossidu tal-karbonju, stimulat permezz ta’ frekwenza għolja, li għandu eżitu ta’ 12-il Watt jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-200 Watt

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9013 20 00

20

Immuntar tal-parti ta’ quddiem tal-lasers biex jintużaw fil-produzzjoni ta’ magni li jkejlu jew li jikkontrollaw għal wafers jew apparat ta’ semikonduttur (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9013 20 00

30

Lasers biex jintużaw fil-produzzjoni ta’ magni li jkejlu jew li jikkontrollaw għal wafers jew apparat ta’ semikonduttur (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9022 90 90

10

Pannelli għal apparat li jieħu r-raġġi x (sensuri tar-raġġi x b’panelli ċatti) magħmulin minn pjanċa tal-ħġieġ b’matrix ta’ transistors magħmulin minn ħġieġ irqieq, koperti minn film tas-silikonju amorfu, koperta b’saff scintillator ta’ cesium iodide u saff prottettiv metallizzat, b’wiċċ attiv ta’ 409,6 mm2 × 409,6 mm2 u b’daqs ta’ pixels ta’ 200 μm2 × 200 μm2

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9405 40 39

10

Modulu tad-dawl ambjenti b’tul ta’ 300 mm jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 600 mm, fuq il-bażi ta’ ġeneratur tad-dawl b’serje ta’ 3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 LEDs speċifiċi ta’ ċippa waħda tad-dawl aħmar, aħdar u blu mmuntati fuq bord (PCB), b’dawl imqabbad ma’ quddiem u/jew wara t-Televixin Ċatt (1)

0  %

1.7.2009-31.12.2013

ex 9405 40 39

20

Bozza tad-dawl magħmula minn silikon abjad, li essenzjalment tikkonsisti minn:

modulu ta’ matrix LED li għandu daqs ta’ 38,6 mm × 20,6 mm (± 0,1 mm), mgħammar b’128 Ċipep LED ħomor u ħodor, u

u ċirkwit flessibbli stampat, armat b’ Negative Temperature Coefficient Thermistor

0  %

1.7.2009-31.12.2013


(1)  Id-dħul taħt din is-sottointestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993 p. 1)).

(*)  Pożiżżjoni emendata


ANNESS II

Prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)

Kodiċi NM

TARIC

ex 0304 29 61

10

ex 0304 99 99

31

 (*) ex 1511 90 19

10

 (*) ex 1511 90 91

10

 (*) ex 1513 11 10

10

 (*) ex 1513 19 30

10

 (*) ex 1513 21 10

10

 (*) ex 1513 29 30

10

 (*) ex 2921 51 19

20

 (*) ex 3808 91 90

30

 (*) ex 3815 90 90

77

 (*) ex 3817 00 50

10

 (*) ex 3902 20 00

10

ex 3902 90 90

97

 (*) ex 3903 90 90

40

 (*) ex 3911 90 99

50

ex 3903 90 90

85

 (*) ex 3905 99 90

96

 (*) ex 3906 90 90

30

 (*) ex 3907 20 11

10

 (*) ex 3907 20 11

20

 (*) ex 3907 20 11

30

 (*) ex 3907 20 21

20

 (*) ex 3907 30 00

50

 (*) ex 3911 10 00

81

 (*) ex 3913 90 00

92

 (*) ex 3913 90 00

98

 (*) ex 3919 10 61

94

 (*) ex 3919 10 69

92

 (*) ex 3919 90 61

93

 (*) ex 3919 90 69

93

 (*) ex 3919 90 31

45

 (*) ex 3919 90 61

51

 (*) ex 3920 99 28

40

 (*) ex 3921 90 55

20

 (*) ex 7011 20 00

20

 (*) ex 7011 20 00

50

 (*) ex 7409 19 00

20

 (*) ex 7410 21 00

50

 (*) ex 7410 21 00

40

ex 7410 21 00

70

ex 7606 12 91

20

ex 7606 12 93

20

 (*) ex 8519 81 35

10

 (*) ex 8522 90 80

83

 (*) ex 8522 90 80

84

 (*) ex 8525 80 19

30

 (*) ex 8543 70 90

90

 (*) ex 9001 90 00

60


(*)  Pożiżżjoni emendata


30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 565/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

46,5

MK

25,6

TR

51,5

ZZ

41,2

0707 00 05

MK

27,4

TR

106,3

ZZ

66,9

0709 90 70

TR

107,7

ZZ

107,7

0805 50 10

AR

52,4

TR

64,0

ZA

65,3

ZZ

60,6

0808 10 80

AR

81,4

BR

72,8

CL

77,4

CN

102,4

NZ

109,8

US

147,3

UY

55,1

ZA

86,2

ZZ

91,6

0809 10 00

TR

229,1

US

172,2

ZZ

200,7

0809 20 95

SY

197,7

TR

323,5

US

377,7

ZZ

299,6

0809 30

TR

104,9

US

175,8

ZZ

140,4

0809 40 05

US

196,2

ZZ

196,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 566/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Melton Mowbray Pork Pie” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, perjodu tranżizzjonali jista’ madankollu jingħata għall-impriżi stabbiliti fl-Istat Membru li fih tinsab iż-żona ġeografika, bil-kundizzjoni li dawn l-impriżi jkunu kkumerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati b’mod legali, billi użaw b’mod kontinwu d-denominazzjonijiet ikkonċernati għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, u li dan il-punt ikun iddaħħal fil-qafas tal-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament imsemmi.

(4)

B’ittra li waslet fis-6 ta’ April 2009, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkonferma mal-Kummissjoni li l-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, stabbiliti fuq it-territorju tiegħu, jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

L-impriżi msemmija, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni rreġistrata “Melton Mowbray Pork Pie” għal perjodu provviżorju ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

L-impriżi Pork Farms Ltd, Stobarts Ltd u Kerry Foods Ltd, f’dawn il-kundizzjonijiet, huma awtorizzati jutilizzaw id-denominazzjoni msemmija għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 85, 4.4.2008, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin, immelħin, affumikati, eċċ.)

IR-RENJU UNIT

[Melton Mowbray Pork Pie (IĠP)]


30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 567/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Pierekaczewnik (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1),u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Pierekaczewnik” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 269, 24.10.2008, p. 11.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

IL-POLONJA

Pierekaczewnik (STG)


DIRETTIVI

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/24


DIRETTIVA 2009/52/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 ġie miftiehem li l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri għandha tissaħħaħ fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u b’mod partikolari li għandhom jiġu intensifikati l-miżuri kontra l-impjieg illegali fuq il-livell tal-Istati Membri u tal-UE.

(2)

Fattur prinċipali li jattira l-immigrazzjoni illegali lejn l-UE huwa l-possibbiltà li jinstab xogħol fl-UE mingħajr l-istatus legali meħtieġ. Għalhekk, l-azzjonijiet kontra l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali għandhom jinkludu miżuri kontra dak il-fattur li jattira.

(3)

Il-komponent ċentrali ta’ dawk il-miżuri għandu jkun projbizzjoni ġenerali fuq l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma għandhomx id-dritt għal residenza fl-UE, flimkien ma’ sanzjonijiet kontra min iħaddem li jikser dik il-projbizzjoni.

(4)

Billi din id-Direttiva tipprevedi standards minimi, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu sanzjonijiet u miżuri aktar stretti u jimponu obbligi aktar stretti fuq min iħaddem.

(5)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru irrispettivament mill-fatt jekk għandhomx permess biex jaħdmu fit-territorju tiegħu, ma għandhiex tapplika għal persuni li jgawdu mid-dritt Komunitarju għall-moviment ħieles, kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment tal-persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (4). Barra minn hekk m’għandhiex tapplika wkoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’sitwazzjoni koperta bil-liġi tal-Komunità, bħal dawk li huma impjegati legalment fi Stat Membru ieħor u li jintbagħtu fi Stat Membru ieħor minn fornitur ta’ servizz fil-kuntest ta’ forniment ta’ servizzi. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment iżda li jaħdmu bi ksur tal-istatus tar-residenza tagħhom.

(6)

Għall-finijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, ċertu termini għandhom ikunu definiti u dawn id-definizzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(7)

Id-definizzjoni ta’ impjieg għandha tinkludi l-elementi kostitwenti tiegħu, jiġifieri l-attivitajiet li huma jew suppost ikunu mħallsa, li jitwettqu taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni ta’ min iħaddem, irrispettivament mir-relazzjoni legali.

(8)

Id-definizzjoni ta’ min iħaddem tista’ tinkludi assoċċjazzjoni ta’ persuni li jkun rikonoxxut li jkollhom il-kapaċità li jwettqu atti legali mingħajr ma jkollhom personalità ġuridika.

(9)

Biex jiġi prevenut l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment, min iħaddem għandu jkun meħtieġ li qabel ma jirrekluta ċittadin ta’ pajjiż terz, inkluż f’każijiet fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi reklutat għall-iskop li jintbagħat fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ forniment ta’ servizzi, irid jivverifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu permess tar-residenza jew awtorizzazzjoni oħra valida ta’ residenza li turi li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa residenti legalment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ reklutaġġ.

(10)

B’mod partikolari biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikxfu dokumenti falsifikati, min iħaddem għandu wkoll ikun meħtieġ li jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jipprevedu li notifiki bħal dawn isiru fil-qafas ta’ skemi ta’ notifiki oħrajn. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu favur proċedura ssimplifikata minn dawk li jħaddmu li jkunu persuni fiżiċi meta l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet personali tagħhom.

(11)

Jekk min iħaddem ikun irrispetta l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, huwa ma għandux jinżamm responsabbli talli jkun impjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment, speċjalment jekk l-awtorità kompetenti wara tiskopri li d-dokument ippreżentat minn impjegat kien fil-fatt ġie ffalsifikat jew użat ħażin, ħlief jekk min iħaddem kien jaf li d-dokument kien iffalsifikat.

(12)

Biex dawk li jħaddmu jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod iżjed faċli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom biex jittrattaw it-talbiet għal tiġdid tal-permessi ta’ residenza fil-ħin.

(13)

Biex tiġi infurzata l-projbizzjoni ġenerali u jiġi evitat il-ksur tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet xierqa. Dawn għandhom jinkludu sanzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tar-ritorn taċ-ċittadini minn pajjizi terzi b’residenza illegali, flimkien mal-possibilità ta’ sanzjonijiet finanzjarji mnaqqsa għal dawk li jħaddmu li jkunu persuni fiżiċi fejn l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet privati tagħhom.

(14)

Fi kwalunkwe każ, min iħaddem għandu jintalab iħallas liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kull remunerazzjoni pendenti għax-xogħol li jkunu għamlu u kull taxxa u kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li jkunu pendenti. Jekk il-livell ta’ remunerazzjoni ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, għandu jkun preżunt li mill-inqas dan ikun jammonta għall-paga prevista mil-liġijiet applikabbli għall-pagi minimi, mill-ftehimiet kollettivi jew skont il-prattika stabbilita fl-oqsma okkupazzjonali rilevanti. Min iħaddem għandu wkoll jintalab iħallas, fejn ikun xieraq, kwalunkwe spiża li tirriżulta meta r-remunerazzjoni pendenti tintbagħat lejn il-pajjiż fejn iċ-ċittadin minn pajjiż terz li jkun ġie impjegat illegalment ikun irritorna, jew ikun ġie ripatrijat. F’dawk il-każijiet fejn il-pagamenti b’lura ma jkunux saru minn min iħaddem, l-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati jissodisfaw dan l-obbligu minflok min iħaddem.

(15)

Iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz impjegat illegalment ma għandux jakkwista dritt għad-dħul, residenza u aċċess għas-suq tax-xogħol permezz tar-relazzjoni ta’ impjieg illegali jew permezz tal-ħlas jew tal-ħlas lura ta’ remunerazzjonijiet, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew taxxi minn min iħaddem jew minn entità legali li jkollha tħallas minflok min iħaddem.

(16)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet ikunu jew ikunu jistgħu jiġu ppreżentati u li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiggarantixxu li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ikunu jistgħu jirċievu l-ammonti rkuprati tar-remunerazzjoni pendenti dovuti lilhom. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jinvolvu l-missjonijiet jew ir-rappreżentanzi tagħhom f’pajjiżi terzi f’dawk il-mekkaniżmi. L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tat-twaqqif ta’ mekkaniżmi effettivi li jħaffu l-ilmenti u jekk mhux diġà previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, iqisu l-possibilità u l-valur miżjud li l-awtorita kompetenti tingħata l-kapaċità li tiftaħ proċeduri kontra min iħaddem għall-finijiet li tkun irkuprata r-remunerazzjoni pendenti.

(17)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal suppożizzjoni ta’ relazzjoni tax-xogħol ta’ mill-inqas tliet xhur biex il-piż tal-prova jintefa’ fuq min iħaddem għall-inqas għal ċertu perjodu. Fost oħrajn, l-impjegat, għandu jkollu wkoll l-opportunità li jipprova l-eżistenza u d-dewmien tar-relazzjoni ta’ impjieg.

(18)

L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà ta’ aktar sanzjonijiet kontra min iħaddem, inter alia it-tneħħija tad-dritt għal uħud mill-benefiċċji, għajnuniet u sussidji, jew kollha kemm huma, inklużi s-sussidji agrikoli; esklużjonijiet minn proċeduri tal-akkwisti pubbliċi u l-irkupru ta’ wħud mill-benefiċċji, għajnuniet u sussidji, jew kollha kemm huma, inkluż il-finanzjament tal-UE amministrat mill-Istati Membri, li jkunu diġà rċevew l-għajnuna. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx sanzjonijiet kontra min iħaddem li jkunu persuni fiżiċi meta l-impjieg ikun maħsub għall-finijiet personali tagħhom.

(19)

Din id-Direttiva, u partikolarment l-Artikoli 7, 10 u 12 tagħha, għandha tkun bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(20)

Fid-dawl tal-prevalenza ta’ subkuntrattazzjoni f’ċerti setturi milquta, jeħtieġ ikun żgurat li tal-inqas il-kuntrattur, li min iħaddem ikun subkuntrattur dirett tiegħu, jista’ jinżamm responsabbli biex iħallas is-sanzjonijiet finanzjarji addizzjonalment għal min jimpjega jew minfloku. F’każi speċifiċi, kuntratturi oħra jistgħu jinżammu responsabbli li jħallsu sanzjonijiet finanzjarji addizjonalment għal min jimpjega jew minfloku talli jkunu ħaddmu ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali. Ħlasijiet lura li jkollhom ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ responsabilità ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu wkoll kontribuzzjonijiet għal fondi nazzjonali għall-ħlas tal-vaganzi u għal fondi soċjali rregolati bil-liġi jew bil-ftehimiet kollettivi.

(21)

L-esperjenza turi li s-sistemi eżistenti tas-sanzjonijiet ma kinux biżżejjed biex tintlaħaq konformità sħiħa mal-projbizzjonijiet kontra l-impjieg ta’ ċittadini terzi b’residenza illegali. Waħda mir-raġunijiet hija li s-sanzjonijiet amministrattivi waħedhom mhumiex biżżejjed biex iwaqqfu ċerti persuni li jħaddmu bla skruplu. Il-konformità tista’ u għandha tissaħħaħ bl-applikazzjoni ta’ pieni kriminali.

(22)

Biex tkun garantita l-effettività sħiħa tal-projbizzjoni ġenerali, hemm għalhekk bżonn partikolari għal sanzjonijiet iktar dissważivi f’każijiet serji, bħal vjolazzjonijiet ripetuti persistentament, it-tħaddim ta’ numru sinifikanti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, it-tħaddim illegali ta’ persuni minorenni, kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi, meta min iħaddem ikun jaf li ħaddiem huwa vittma tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim illegali ta’ minorenni. Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri biex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jipprevedu pieni kriminali fir-rigward ta’ dak il-ksur serju. Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ pieni bħal dawn, jew kwalunkwe sistema disponibbli oħra tal-infurzar tal-liġi, f’każijiet individwali.

(23)

Fil-każijiet kollha meqjusa bħala serji skont din id-Direttiva l-ksur għandu jiġi kkunsidrat bħala reat kriminali madwar il-Komunità kollha meta dan jitwettaq intenzjonalment. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward ir-reat kriminali għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (6).

(24)

Ir-reat kriminali għandu jkun kastigabbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-obbligu li jiġu żgurati pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi skont din id-Direttiva huwa bla preġudizzju għall-organizzazzjoni interna tal-liġi kriminali u tal-ġustizzja kriminali fl-Istati Membri.

(25)

Persuni ġuridiċi jistgħu ukoll jinżammu responsabbli għall-offiżi kriminali msemmija f’din id-Direttiva, minħabba li ħafna minn dawk li jħaddmu huma persuni ġuridiċi. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinvolvux obbligu għall-Istati Membri li tiddaħħal ir-responsabilità kriminali ta’ persuni ġuridiċi fl-Istati Membri.

(26)

Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar li permezz tagħhom iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi rilevanti jkunu jistgħu jippreżentaw l-ilmenti direttament jew permezz ta’ partijiet terzi magħżula bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħrajn. Dawn il-partijiet terzi magħżula għandhom ikunu protetti, meta jipprovdu għajnuna għall-preżentazzjoni tal-ilmenti, kontra sanzjonijiet taħt regoli li jipprojbixxu l-faċilitazzjoni ta’ residenza mhux awtorizzata.

(27)

Bħala suppliment għall-mekkaniżmi tal-ilmenti, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħtu permessi ta’ residenza ta’ żmien limitat, marbutin mat-tul tal-proċedimenti nazzjonali rilevanti, liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew soġġetti għal kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi jew li kienu minorenni impjegati illegalment u li jikkooperaw fil-proċedimenti kriminali kontra min iħaddimhom. Tali permessi għandhom jingħataw skont arranġamenti kumparabbli ma’ dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (7).

(28)

Biex jiżguraw livell sodisfaċenti tal-infurzar ta’ din id-Direttiva u biex inaqqsu, kemm jista’ jkun, id-differenzi fil-livell tal-infurzar fl-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom isiru spezzjonijiet effettivi u xierqa u għandhom jikkomunikaw id-data dwar l-ispjezzjonijiet li jagħmlu lill-Kummissjoni.

(29)

L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiddeterminaw ta’ kull sena mira nazzjonali għan-numru ta’ spezzjonijiet fir-rigward tas-setturi ta’ attività li fihom ikun hemm konċentrament ta’ tħaddim ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu joqogħdu fil-pajjiż illegalment fit-territorju tagħhom.

(30)

Bil-għan li tikber l-effettività tal-ispezzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti setgħat adegwati lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-ispezzjonijiet; li tinġabar u tiġi pproċessata informazzjoni dwar l-impjiegi illegali, inklużi r-riżultati ta’ spezzjonijiet preċedenti, għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva; u li jkun disponibbli biżżejjed persunal bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex jagħmlu l-ispezzjonijiet b’mod effettiv.

(31)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet li jsiru għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jaffettwawx, mill-perspettiva kwantitattiva jew kwalitattiva, spezzjonijiet magħmula biex jevalwaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol.

(32)

Fil-każ ta’ ħaddiema impjegati li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jinqdew bil-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni previsti fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 rigward l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi (8), sabiex issir verifika li ċ-ċittadini minn pajjiżi terzi inkwistjoni jkunu impjegati b’mod legali fl-Istati Membri tal-oriġini.

(33)

Din id-Direttiva għandha titqies bħala kumplimentari għall-miżuri kontra x-xogħol mhux dikjarat u l-isfruttar.

(34)

B’konformità mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar leġiżlar aħjar (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, kemm għalihom u kemm fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi.

(35)

Kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jsir fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data (10).

(36)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, partikolarment li tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali billi taġixxi kontra l-fattur li jattira fil-qasam tal-impjieg, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(37)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod speċifiku, għandha tiġi applikata b’rispett xieraq lejn il-libertà għat-tmexxija ta’ impriża, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali quddiem il-qorti u l-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, skont l-Artikoli 16, 20, 21, 47 u 49 tal-Karta.

(38)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(39)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tipprojbixxi t-tħaddim ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fil-pajjiż illegalment sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali. Għal dan il-għan, din tiffissa standards minimi komuni għal sanzjonijiet u miżuri li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri kontra min iħaddem li jikser dik il-projbizzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kull persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat u li mhix persuna li tgawdi d-dritt Komunitarju tal-moviment liberu, kif definit fl-Artikolu 2(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

(b)

“ċittadin ta’ pajjiż terz residenti illegalment” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru;

(c)

“impjieg” tfisser l-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jkopru kull forma ta’ xogħol jew impjieg irregolat mil-liġi nazzjonali jew skont prattika stabbilita għal jew taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni ta’ min iħaddem;

(d)

“impjieg illegali” tfisser impjieg ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz residenti illegalment;

(e)

“min iħaddem” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe entità legali, inklużi aġenziji ta’ xogħol temporanju, għal jew taħt id-direzzjoni u/jew is-superviżjoni;

(f)

“subkuntrattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe entità legali, li tiġi fdata l-eżekuzzjoni ta’ parti mill-obbligi jew l-obbligi kollha ta’ kuntratt minn qabel;

(g)

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha dan l-istatus skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għall-Istati jew il-korpi pubbliċi li jeżerċitaw awtorità tal-Istat u l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali;

(h)

“aġenzija ta’ xogħol temporanju” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, b’konformità mal-liġi nazzjonali, tikkonkludi kuntratti ta’ xogħol jew relazzjonijiet ta’ xogħol ma’ ħaddiema temporanji ta’ aġenziji sabiex tassenjahom lil impriżi tal-utent sabiex jaħdmu hemm b’mod temporanju taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom;

(i)

“kundizzjonijiet ta’ xogħol partikolarment abużivi” tfisser kundizzjonijiet ta’ xogħol, inklużi dawk li jirriżultaw minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew minn diskriminazzjoni oħra, fejn ikun hemm sproporzjoni impressjonanti meta mqabbla mat-termini tal-impjieg ta’ ħaddiema impjegati b’mod legali, li, pereżempju, ikun qiegħed jaffettwa lis-saħħa u lis-sikurezza tal-ħaddiema, u jmur kontra d-dinjità tal-bniedem;

(j)

“rimunerazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi residenti illegalment” tfisser il-paga jew is-salarju u kull kunsiderazzjoni oħra, kemm jekk fi flus u kemm jekk le, li l-ħaddiem jirċievi b’mod dirett jew indirett b’rabta mal-impjieg tiegħu mill-impjegatur tiegħu, u li tkun ekwivalenti għal dak li kieku kienu jgawdu ħaddiema kumparabbli f’relazzjoni ta’ impjieg legali;

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-impjieg illegali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali.

2.   Il-ksur ta’ din il-projbizzjoni għandhom ikunu suġġeti għal sanzjonijiet u miżuri stipulati f’din id-Direttiva.

3.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment li t-tneħħija tagħhom tkun ġiet posposta u li jkollhom permess jaħdmu konformement mal-liġijiet nazzjonali.

Artikolu 4

Obbligi fuq min iħaddem

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil min iħaddem biex:

(a)

jitlob li ċittadin ta’ pajjiż terz qabel ma jibda l-impjieg tiegħu jkollu u jippreżenta lil min iħaddmu l-permess validu ta’ residenza tiegħu/tagħha jew awtorizzazzjoni oħra għar-residenza;

(b)

iżomm għal mill-inqas it-tul tal-impjieg kopja jew rekord tal-permess tar-residenza jew awtorizzazzjoni oħra ta’ residenza disponibbli għall-ispezzjoni possibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(c)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istati Membri l-bidu tal-impjieg ta’ ċittadin minn pajjiżi terz fi żmien perjodu stipulat minn kull Stat Membru.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura mħaffa għan-notifika skont il-paragrafu 1(c) fejn min iħaddem ikun persuna fiżika u l-impjieg ikun għall-finijiet personali tiegħu jew tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li n-notifika skont il-paragrafu 1(c) ma tkunx meħtieġa meta l-ħaddiem ikun ingħatalu status ta’ residenza fit-tul b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkun residenti fit-tul (11).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jħaddmu u li jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fil-paragrafu 1 ma jinżammux responsabbli għal ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 sakemm dawk li jħaddmu ma kinux jafu li d-dokument ippreżentat bħala permess validu ta’ residenza jew awtorizzazzjoni oħra ta’ residenza kien iffalsifikat.

Artikolu 5

Sanzjonijiet finanzjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ikun soġġett għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra min iħaddem.

2.   Sanzjonijiet fir-rigward ta’ ksur tal-projbizzjoni memmija fl-Artikolu 3 għandhom jinkludu:

(a)

sanzjonijiet finanzjarji li għandhom jogħlew skont l-għadd ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi imħaddmin illegalment; u

(b)

ħlasijiet tal-ispejjeż tar-ritorn ta’ ċittadini mħaddmin illegalment f’dawk il-każijiet fejn il-proċeduri tar-ritorn ikunu mwettqa. L-Istati Membri jistgħu, minflok, jiddeċiedu li jirriflettu l-ispejjeż medji tar-ritorn fis-sanzjonijiet finanzjarji taħt punt (a).

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet finanzjarji mnaqqsa fejn min iħaddem ikun persuna fiżika li jħaddem ċittadin minn pajjiż terz b’residenza illegali għall-finijiet privati tiegħu jew tagħha u fejn ma jkun hemm l-ebda kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi.

Artikolu 6

Ħlasijiet b’lura lill-impjegati

1.   Fir-rigward ta’ kull ksur tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li min iħaddem ikun responsabbli li jħallas:

(a)

kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz imħaddem illegalment. Il-livell maqbul ta’ remunerazzjoni għandu jkun preżunt li kien għoli daqs il-paga prevista mil-liġijiet applikabbli dwar pagi minimi, permezz ta’ ftehim kollettiv jew skont il-prattika stabbilita fl-oqsma tax-xogħol rilevanti ħlief jekk min iħaddem jew l-impjegat ikun jista’ jagħti prova mod ieħor, waqt li jiġu rrispettati, fejn meħtieġ, id-dispożizzjonijiet obbligatorji nazzjonali dwar il-pagi;

(b)

ammont ugwali għal kwalunkwe taxxi u kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li min iħaddem kien se jħallas kieku ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kien impjegat b’mod legali, inklużi ħlasijiet ta’ penali għal dewmien u multi amministrattivi rilevanti;

(c)

meta xieraq, kull spiża li tirriżulta mill-fatt li jkollu jintbagħat il-ħlas b’lura lejn il-pajjiż fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun irritorna jew ġie ripatrijat.

2.   Sabiex tkun żgurata d-disponibilità ta’ proċeduri effettivi biex jiġu implementati l-paragrafi 1(a) u 1(c), u sabiex jitqies l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jadottaw mekkaniżmi biex jiżguraw li ċ-ċittadini minn pajjiżi terzi mħaddma illegalment:

(a)

jistgħu jippreżentaw talba, soġġett għal perijodu limitat ddefinit bil-liġijiet nazzjonali u jistgħu jinfurzaw sentenza kontra min iħaddem għal kull remunerazzjoni pendenti inkluż f’każijiet fejn ikunu rritornaw jew ġew imġiegħla jirritornaw;

(b)

meta jkun previst b’leġiżlazzjoni nazzjonali, jista’ jappella lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru sabiex jibda proċeduri biex jirkupra r-remunerazzjoni pendenti mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-persuna tintroduċi talba f’dan il-każ.

Ċittadini minn pajjiżi terzi mħaddma illegalment għandhom jiġu infurmati b’mod sistematiku u oġġettiv dwar id-drittijiet tagħhom skont dan il-paragrafu u skont l-Artikolu 13, qabel l-infurzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ ritorn.

3.   Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1(a) u (b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li tiġi preżunta relazzjoni ta’ impjieg ta’ mill-inqas 3 xhur ħlief, jekk l-impjegat jew min iħaddem, fost l-oħrajn, ikun jista’ jipprovdi xhieda mod ieħor.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmi neċessarji huma implimentati biex jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mħaddma illegalment ikunu jistgħu jirċievu kull ħlas b’lura ta’ remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) li tkun irkuprata bħala parti mit-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2, inkluż f’każijiet fejn ikunu rritornaw jew ġew imġiegħla jirritornaw.

5.   Fir-rigward ta’ każijiet meta l-permessi ta’ residenza għal tul limitat ikunu ngħataw skont l-Artikolu 13(4), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet, skont il-liġi nazzjonali, li skont liema leġiżlazzjoni t-tul ta’ dawn il-permessi jista’ jittawwal sakemm ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun irċieva kull ħlas b’lura tar-rinumerazzjoni rkuprata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Miżuri oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li min iħaddem għandu, jekk ikun xieraq, ikun suġġett għal dawn il-miżuri:

(a)

l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji, l-għajnuna jew is-sussidji pubbliċi kollha, jew uħud minnhom, inkluż l-iffinanzjar tal-UE mmaniġġjat mill-Istati Membri għal mhux iktar minn ħames snin;

(b)

l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku kif definit mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-proċeduri ta’ koordinazzjoni għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħol, kuntratti pubbliċi ta’ forniment u kuntratti pubbliċi ta’ servizz (12) sa ħames snin;

(c)

irkupru tal-benefiċċji, l-għajnuna u s-sussidji pubbliċi kollha, jew uħud minnhom, inkluż il-finanzjament mill-UE amministrat mill-Istati Membri, mogħtija lil min iħaddem għal mhux iktar minn 12-il xahar qabel il-kxif tal-impjieg illegali;

(d)

għeluq temporanju jew permanenti tal-istabbilimenti li ntużaw biex jitwettaq il-ksur, jew irtirar temporanju jew permanenti ta’ liċenzja biex titmexxa l-attività kummerċjali kkonċernata, jekk dan ikun ġustifikat mill-gravità tal-ksur.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu (1) meta min iħaddem ikun persuna fiżika u l-impjieg ikun għall-finijiet privati tiegħu.

Artikolu 8

Subkuntrattazzjoni

1.   Meta min iħaddem ikun subkuntrattur u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali dwar id-drittijiet ta’ kontribuzzjoni jew rikors jew għad-dispożizzjonijet tal-liġi nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntrattur li min iħaddem ikun subkuntrattur dirett tiegħu jista’ jinżamm responsabbli biex iwettaq il-ħlasijiet, addizjonalment għal jew minflok min qed iħaddem:

(a)

kwalunkwe sanzjoni finanzjarja imposta bis-saħħa tal-Artikolu 5, u

(b)

kwalunkwe ħlas b’lura dovut bis-saħħa tal-Artikolu 6(1)(a) u (c) u l-Artikolu 6(2) u (3).

2.   Meta min iħaddem ikun subkuntrattur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntrattur ewlieni u kull subkuntrattur intermedjarju, meta dawn ikunu jafu li s-subkuntrattur li jimpjega kien qed jimpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment, dawn jistgħu jinżammu responsabbli biex jagħmlu l-ħlasijiet identifikati fil-paragrafu 1 addizzjonalment għal jew minflok min iħaddem, jew minflok is-subkuntrattur li jimpjega jew il-kuntrattur li min iħaddem huwa subkuntrattur dirett tiegħu.

3.   Kuntrattur li jkun osserva bl-attenzjoni dovuta l-obbligi kif definiti bil-liġi nazzjonali ma għandux jinżamm responsabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1 jew 2.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu regoli għal responsabilità aktar stretta skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 9

Reat kriminali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur tal-projbizzjoni imsemmija fl-Artikolu 3 ikun jikkostitwixxi reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment, f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin kif definit mil-liġi nazzjonali:

(a)

il-ksur ikompli jew ikun ripetut b’mod persistenti;

(b)

il-ksur ikun fir-rigward tal-impjieg simultanju ta’ numru sostanzjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment;

(c)

il-ksur ikun akkumpanjat minn kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi;

(d)

il-ksur jitwettaq minn min iħaddem li, filwaqt li ma jiġix akkużat b’reat, jew imressaq il-qorti għal reat stabbilit skont id-Deċiżjoni ta’ Qafas 2002/629/JHA, juża xogħol jew servizzi minn persuna ċittadina ta’ pajjiż terz b’residenza illegali bl-għarfien li din hu jew hi tkun il-vittma ta’ dan it-tip ta’ traffikar;

(e)

il-ksur huwa relatat mal-impjieg illegali ta’ minorenni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza għall-imġiba intenzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu kastigabbli bħala reat kriminali.

Artikolu 10

Pieni kriminali

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jwettqu r-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 jingħataw pieni kriminali effettivi, proporzjonati u disswasivi.

2.   Sakemm dan ma jkunx ipprojbit mill-prinċipji ġenerali tal-liġi, il-pieni kriminali stipulati f’dan l-Artikolu jistgħu skont il-liġi nazzjonali jkunu applikati mingħajr ħsara għal sanzjonijiet jew miżuri oħra ta’ natura mhux kriminali, u jistgħu jkunu akkumpanjati mill-pubblikazzjoni tas-sentenza relatata mal-każ.

Artikolu 11

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 fejn tali reat ikun sar għal benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li għandha pożizzjoni importanti fi ħdan il-persuna ġuridika, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn entità jew persuna ġuridika, fuq bażi ta’:

(a)

prokura tal-persuna ġuridika,

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika, jew

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuna ġruidika tista’ tinżamm responsabbli meta n-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibbli t-twettiq tar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika taħt il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi, l-instigaturi jew l-aċċessorji fir-reat imsemmi fl-Artikolu 9.

Artikolu 12

Pieni għall-persuni ġuridiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuna ġuridika responsabbli skont l-Artikolu 11 tkun kastigata permezz ta’ pieni disważivi, proporzjonati u effettivi, li jistgħu jinkludu miżuri bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tkun pubblikata lista ta’ min iħaddem li huma persuni legali u li kienu responsabbli għar-reat kriminali msemmi fl-Artikolu 9.

Article 13

Faċilitar ta’ ilmenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati illegalment ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti kontra min iħaddimhom, direttament jew permezz ta’ partijiet terzi nominati mill-Istati Membri bħat-trejdunjins jew assoċjazzjonijiet oħra jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta dan ikun previst b’leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stipulati fil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem ċittadin ta’ pajjiż terz impjegat illegalment jew b’appoġġ għalih, jintervjenu f’kull proċedura ġudizzjarja, amministrattiva u/jew kriminali stipulata bl-objettiv tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   L-għoti ta’ għajnuna lil ċittadini ta’ pajjiż terz biex jippreżentaw ilmenti ma għandux jitqies bħala faċilitazzjoni ta’ residenza mhux awtorizzata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati (13)

4.   Fir-rigward tar-reati kriminali koperti bl-Artikolu 9(1)(c) jew (e), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu skont il-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet taħt liema huma jistgħu jagħtu permessi, każ b’każ, ta’ żmien limitat, marbutin mat-tul tal-proċedimenti nazzjonali rilevanti, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi involuti, skont arranġamenti kumparabbli ma’ dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/81/KE.

Artikolu 14

Spezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorju tagħhom biex jiġi kkontrollat l-impjegar illegali taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu bbażati l-aktar fuq valutazzjoni tar-riskju li titfassal mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

2.   Bil-ħsieb li tiżdied l-effettività tal-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, jidentifikaw regolarment is-setturi tal-attività fejn huwa kkonċentrat l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment fit-territorju tagħhom.

Fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn is-setturi, l-Istati Membri għandhom kull sena qabel l-1 ta’ Lulju jikkomunikaw l-ispezzjonijiet lill-Kummissjoni, kemm f’numri assoluti kif ukoll f’persentaġġi tal-ħaddiema għal kull settur li jkunu saru fis-sena ta’ qabel kif ukoll ir-riżultati tagħhom.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 6 u 13, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 16

Rappurtar

1.   Sal-20 ta’ Lulju 2014, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi, fejn ikun meħtieġ, proposti ta’ emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8, 13 u 14. B’mod partikolari, fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Artikolu 6(2) u (5).

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tkun adatta għat-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. L-informazzjoni għandha tinkludi n-numru u r-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 14(1), il-miżuri applikati taħt l-Artikolu 13 u, safejn ikun possibbli, il-miżuri applikati skont l-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 17

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Lulju 2011 l-iktar tard. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi li bihom għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 70.

(2)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 20.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2009.

(4)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19.

(8)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(11)  OJ L 16, 23.1.2004, p. 44.

(12)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(13)  ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17.


30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/33


DIRETTIVA 2009/53/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Direttiva 2001/82/KE u d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-varjazzjonijiet għat-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (3), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (4) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għal awtorizzazzjoni u sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (5), jistabbilixxu regoli armonizzati għal awtorizzazzjoni, superviżjoni u viġilanza farmaċewtika ta’ prodotti mediċinali fil-Komunità.

(2)

Taħt dawk ir-regoli, l-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq jistgħu jingħataw konformement ma’ proċeduri Komunitarji armonizzati. It-termini ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq jistgħu sussegwentement ikunu varjati fejn, pereżempju, jinbidel il-proċess ta’ produzzjoni jew l-indirizz tal-manifattur.

(3)

L-Artikolu 39 tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/83/KE jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta regolament ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-varjazzjonijiet sussegwenti magħmulin lill-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 tat-Titolu III tad-Direttiva 2001/82/KE u tal-Kapitolu 4 tat-Titolu III tad-Direttiva 2001/83/KE, rispettivament. Il-Kummissjoni għalhekk adottat ir-Regolament (KE) Nru 1084/2003 tat-3 ta’ Ġunju 2003 li jikkonċerna l-eżami tal-varjazzjonijiet tat-termini tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali għall-użu uman u prodotti mediċinali veterinarji mogħtija mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru (6).

(4)

Madankollu, il-maġġoranza tal-prodotti mediċinali għal użu uman jew veterinarju attwalment fis-suq ġew awtorizzati taħt proċeduri purament nazzjonali u, għalhekk, ma jaqgħux fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1084/2003. Varjazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija taħt proċeduri purament nazzjonali huma għalhekk suġġetti għal regoli nazzjonali.

(5)

Konsegwentement, filwaqt li l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali hu suġġett għal regoli armonizzati fil-Komunità, dan mhux il-każ għal varjazzjonijiet fit-termini ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq.

(6)

Għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u ta’ konsistenza legali, u bil-ħsieb tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tat-tisħiħ tal-prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi, il-varjazzjonijiet għat-tipi kollha tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu suġġetti għal regoli armonizzati.

(7)

Ir-regoli għal varjazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni għandhom jagħtu attenzjoni partikulari għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi, meta tadotta dawn ir-regoli, għall-possibilità li titressaq applikazzjoni waħda għal bidla waħda jew iżjed li jkunu identiċi għal dawk magħmula lit-termini ta’ għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq.

(8)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jippubblikawhom.

(9)

Id-Direttiva 2001/82/KE u d-Direttiva 2001/83/KE għaldaqstant għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2001/82/KE

Id-Direttiva 2001/82/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27b

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti xierqa għall-eżami tal-varjazzjonijiet għat-termini ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija taħt din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-arranġamenti fil-forma ta’ regolament ta’ implimentazzjoni. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(2)

Fl-Artikolu 39(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2001/83/KE

Id-Direttiva 2001/83/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23b

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti xierqa għall-eżami tal-varjazzjonijiet għat-termini ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija taħt din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 fil-forma ta’ regolament ta’ implimentazzjoni. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 121(2a).

3.   Meta tadotta l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel li tista’ biex tagħmilha possibbli li tiġi ppreżentata applikazzjoni waħda għal bidla waħda jew iżjed li jkunu identiċi magħmulin lit-termini ta’ għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq.

4.   Stat Membru jista’ jkompli japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-varjazzjonijiet nazzjonali applikabbli fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 1998 għal prodotti mediċinali awtorizzati biss f’dak l-Istat Membru. Meta prodott mediċinali suġġett għal dispożizzjonijiet nazzjonali konformement ma’ dan l-Artikolu sussegwentement jingħata awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fi Stat Membru ieħor, ir-regolament ta’ implimentazzjoni għandu japplika għal dak il-prodott mediċinali minn dik id-data.

5.   Meta Stat Membru jiddeċiedi li jkompli japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali taħt il-paragrafu 4, huwa għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni. Jekk ma jkunx intbagħat avviż sal-20 ta’ Jannar 2011, għandu japplika r-regolament ta’ implimentazzjoni.”;

(2)

Fl-Artikolu 35(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jitħassru.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-20 ta’ Jannar 2011. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 39.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2009.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(5)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 159, 27.6.2003, p. 1.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/35


DEĊIŻJONI Nru 568/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikoli 61 (c) u (d) u 66, u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam ċivili u kummerċjali bejn l-Istati Membri (in-Netwerk) ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2001/470/KE (3) tal-Kunsill għaliex kien ikkunsidrat illi l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja kien jirrikjedi titjib, semplifikazzjoni u tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva bejn l-Istati Membri, kif ukoll l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal persuni involuti f’tilwim transkonfinali. Id-data tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni kienet l-1 ta’ Diċembru 2002.

(2)

Il-Programm tal-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004 (4), isejjaħ sabiex isiru sforzi supplementari sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili. B’mod partikolari, dan jenfasizza l-implimentazzjoni effettiva tal-atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-qasam ċivili kif ukoll fuq il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-membri tal-professjonijiet legali bil-ħsieb li tiġi stabbilita prattika aħjar.

(3)

Skont l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2001/470/KE, fis-16 ta’ Mejju 2006 il-Kummissjoni ppreżentat rapport fuq il-ħidma tan-Netwerk. Dan ir-rapport ikkonkluda li, filwaqt li l-għanijiet iffissati fl-2001 ġeneralment intlaħqu, madankollu n-Netwerk kien għadu ‘l bogħod milli jiżviluppa l-potenzjalitajiet tiegħu kollha.

(4)

Sabiex ikun assigurat it-twettiq tal-għanijiet tal-Programm tal-Aja fil-qasam tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u ta’ aċċess għall-ġustizzja u bi preparazzjoni għat-tkabbir prevedibbli tax-xogħolijiet tan-Netwerk fis-snin li ġejjin, in-Netwerk għandu jkollu qafas ġuridiku adattat aktar sabiex jiżdiedu l-mezzi ta’ azzjoni tiegħu.

(5)

Huwa indispensabbli li jintlaħqu kondizzjonijiet operattivi aqwa għan-Netwerk fl-Istati Membri permezz ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u, b’hekk, li jissaħħaħ ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt kemm fil-qafas tan-Netwerk u kemm fir-rigward tal-imħallfin u tal-professjonijiet legali.

(6)

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jevalwaw ir-riżorsi li għandhom bżonn li jagħmlu disponibbli lill-punti ta’ kuntatt sabiex ikunu jistgħu jwettqu bis-sħiħ id-dmirijiet tagħhom. Id-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi fl-Istati Membri dwar il-finanzjament tal-attivitajiet tal-membri nazzjonali tan-Netwerk m’għandhomx ikunu affettwati minn din id-Deċiżjoni.

(7)

Għall-istess għan, huwa neċessarju li jkun hemm punt ta’ kuntatt jew punti ta’ kuntatt f’kull Stat Membru li jkunu kapaċi jwettqu l-funzjonijiet assenjati lilhom. Jekk ikun hemm aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm koordinament effettiv bejniethom.

(8)

Fil-futur, fil-każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ strument Komunitarju jew internazzjonali, il-punti tal-kuntatt tan-Netwerk għandhom jieħdu sehem fil-qasam tal-informazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u barra mill-qorti fl-Istati Membri fuq il-kontenut tal-liġi barranija.

(9)

It-trattament tat-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mill-punti tal-kuntatt għandu jsir b’ħeffa kompatibbli mal-għanijiet ġenerali mixtieqa mid-Deċiżjoni.

(10)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti ta’ żmien previsti f’din id-Deċiżjoni, għandu jiġi applikat ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (5).

(11)

L-iskop tar-reġistru elettroniku huwa li jipprovdi informazzjoni bil-ħsieb tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tan-Netwerk u tal-applikazzjoni prattika tal-istrumenti Komunitarji. Għalhekk, m’għandux jinkludi l-informazzjoni kollha skambjata bejn il-punti ta’ kuntatt.

(12)

L-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-professjonisti legali, b’mod partikolari l-avukati, is-solicitors, il-barristers, in-nutara u l-marexxalli li huma involuti direttament fl-applikazzjoni tal-istrumenti Komunitarji u internazzjonali rigward il-ġustizzja ċivili jistgħu jsiru membri tan-Netwerk fuq il-bażi tal-organizzazzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex jikkontribwixxu, flimkien mal-punti ta’ kuntatt, għal x’uħud mill-impenji u l-attivitajiet speċifiċi tan-Netwerk.

(13)

Sabiex jiġu żviluppati l-missjonijiet tan-Netwerk fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja, il-punti tal-kuntatt fl-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni ġenerali, bl-użu tal-faċilitajiet teknoloġiċi l-iżjed adatti u billi jipprovdu, tal-anqas, fuq il-websajt tal-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri, link għall-websajt tan-Netwerk u għall-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni konkreta tal-istrumenti. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun interpretata bħala li qed timponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jippermettu aċċess dirett lill-pubbliku għall-punti ta’ kuntatt.

(14)

Waqt l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jittieħed kont tal-introduzzjoni gradwali tas-sistema tal-e-ġustizzja (e-justice) Ewropea li hija intenzjonata, b’mod partikolari, biex tiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja.

(15)

Sabiex tittejjeb il-kunfidenza reċiproka bejn l-imħallfin fl-Unjoni u s-sinerġiji bejn in-netwerks Ewropej li jipparteċipaw, in-Netwerk għandu jkun jista’ jżomm ir-relazzjonijiet man-netwerks l-oħra Ewropej li jaqsmu l-istess għanijiet, partikolarment in-netwerks ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji u tal-imħallfin.

(16)

Sabiex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, in-Netwerk għandu jiżviluppa kuntatti man-netwerks l-oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja madwar id-dinja, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.

(17)

Sabiex tippermetti monitoraġġ regolari tal-progress miksub fit-twettiq tal-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE kif emendata b’din id-Deċiżjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tan-Netwerk lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(19)

Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Deċiżjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat fl-imsemmi Artikolu tat-Trattat, din id-Deċiżjoni ma tmurx ‘lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-għan.

(20)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dawn l-Istati nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(21)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dan l-Istat Membru m’hux ser jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhux marbut minnha, jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/470/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) għandu jiġi mibdul b’li ġej:

“(c)

il-maġistrati tal-kooprazzjoni li għalihom tapplika l-Azzjoni Konġunta 96/277/JAI tat-22 ta’ April 1996 li tirrigwarda qafas għall-iskambju tal-maġistrati tal-koperazzjoni sabiex tittejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (*), meta dawn ikollhom responsabbiltajiet fil-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u kummerċjali;

(*)  ĠU L 105, 27.4.1996, p. 1.”;"

(ii)

il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(e)

l-assoċjazzjonijiet professjonali li fil-livell nazzjonali tal-Istati Membri jirrappreżentaw il-professjonisti legali li jipparteċipaw direttament fl-applikazzjoni tal-atti Komunitarji u tal-istrumenti internazzjonali relattivi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Jekk il-punt tal-kuntatt maħtur bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu mhuwiex imħallef, l-Istat Membru konċernat għandu jaħseb għal komunikazzjoni effettiva mal-ġudikatura nazzjonali. Biex dan ikun iffaċilitat, Stat Membru jista’ jaħtar imħallef biex jappoġġja din il-funzjoni. Dan l-imħallef għandu jkun membru tan-Netwerk.”;

(c)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta’ kuntatt ikollhom faċilitajiet suffiċjenti u adatti fir-rigward ta’ persunal, riżorsi u mezzi moderni ta’ komunikazzjoni sabiex iwettqu b’mod adegwat il-kompiti tagħhom ta’ punti ta’ kuntatt.”;

(d)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-assoċjazzjonijiet professjonali msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1. Għal dan il-għan, għandhom jottjenu l-qbil tal-assoċjazzjonijiet professjonali kkonċernati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fin-Netwerk.

Fejn ikun hemm aktar minn assoċjazzjoni waħda li tirrappreżenta l-professjoni legali fi Stat Membru, ir-responsabbiltà taqa’ fuq dak l-Istat Membru biex jipprovdi rappreżentanza adatta ta’ dik il-professjoni fin-Netwerk.”;

(e)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-parti introduttorja għandu tiġi sostitwita bit-test li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 20, bl-ismijiet u l-indirizzi sħaħ tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, billi jispeċifikaw:”;

(ii)

il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“(c)

fejn adatt, il-funzjonijiet speċifiċi tagħhom fin-Netwerk, inkluż, fejn hemm aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, ir-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom.”;

(2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 (b) għandu jiġi sostitwit mit-test li ġej:

“(b)

jiġi faċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, permezz ta’ miżuri li jipprovdu informazzjoni dwar l-iffunzjonar tal-istrumenti Komunitarji u internazzjonali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:

“(b)

l-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti Komunitarji jew Konvenzjonijiet fis-seħħ bejn żewġ Stati Membri jew aktar.

B’mod partikolari, meta hija applikabbli l-liġi ta’ Stat Membru ieħor, il-qrati jew l-awtoritajiet maħtura jistgħu jirrikorru għan-Netwerk sabiex jiksbu l-informazzjoni rigward il-kontenut ta’ dik il-liġi;

(c)

l-istabbiliment, iż-żamma u l-promozzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-pubbliku dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali rilevanti u l-liġi domestika tal-Istati Membri, b’referenza partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja.

Is-sors ewlieni tal-informazzjoni għandu jkun il-websajt tan-Netwerk li fiha informazzjoni aġġornata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.”;

(3)

L-Artikolu 5, paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   B’mod partikolari, il-punti ta’ kuntatt għandhom:

(a)

jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali. B’mod partikolari, dawn għandhom jiżguraw li n-Netwerk, inkluża l-websajt tan-Netwerk, tkun magħrufa aħjar mill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali;

(b)

ifornu lill-punti tal-kuntatt l-oħra, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) minn (b) sa (d) u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru nnifsu bit-tagħrif kollu meħtieġ għall-koperazzjoni ġudizzjarja b’saħħitha bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 3, sabiex jassistihom fit-tħejjija tat-talbiet operabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarja u sabiex jistabbilixxi l-iktar punti approprjati tal-kuntatt dirett;

(c)

jipprovdu kull informazzjoni sabiex tkun faċilitata l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li tkun applikabbli skont att Komunitarju jew strument internazzjonali. Għalhekk, il-punt tal-kuntatt li tiġi ppreżentata tali talba quddiemu jista’ jirrikorri għand l-awtoritajiet l-oħra tal-Istat Membru tiegħu msemmija fl-Artikolu 2 sabiex jissuplixxi l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni li tkuntinsab fit-tweġiba la torbot lill-punti tal-kuntatt, la lil dawn l-awtoritajiet u lanqas lill-awtorità li tkun ippreżentat it-talba;

(d)

ifittxu s-soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jinħolqu fl-okkażjoni ta’ talba għall-koperazzjoni ġudizzjarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 6;

(e)

jiffaċilitaw il-kordinament tal-ipproċessar tat-talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja fl-Istat Membru rilevanti, b’mod partikolari meta numru ta’ talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan l-Istat Membru jaslu sabiex jiġu mwettqa li Stat Membru ieħor;

(f)

jikkontribwixxu għall-informazzjoni ġenerali tal-pubbliku, permezz tal-websajt tan-Netwerk, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali pertinenti u fuq il-liġi domestika tal-Istati Membri, partikolarment f’dak li jikkonċerna l-aċċess għall-ġustizzja;

(g)

jikkollaboraw fl-organizzazzjoni tal-laqgħat riferiti fl-Artikolu 9 u jieħdu sehem fihom;

(h)

jassistu fit-tħejjija u l-aġġornament tat-tagħrif imsemmi fit-Titoli III, u b’mod partkolari fis-sistema tat-tagħrif għall-pubbliku, skont ir-regoli stabbiliti f’dak it-Titolu;

(i)

jiżguraw il-koordinament bejn il-membri tan-Netwerk fil-livell nazzjonali;

(j)

jippreparaw rapport biannwali dwar l-attivitajiet tagħhom, inklużi, fejn xieraq, l-aqwa prattika fin-Netwerk, u jippreżentawh matul laqgħa tal-membri tan-Netwerk, u jiġbdu l-attenzjoni dwar titjib li jista’ jsir fin-Netwerk.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Assoċjazzjonijiet professjonali

1.   Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-kompiti previsti fl-Artikolu 3, il-punti ta’ kuntatt għandu jkollhom kuntatti adatti mal-assoċjazzjonijiet professjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(e), skont ir-regoli li jridu jiġu determinati minn kull Stat Membru.

2.   B’mod partikolari, il-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ esperjenza u informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti tal-Komunità u tal-istrumenti internazzjonali;

(b)

il-kollaborazzjoni fil-preparazzjoni u l-aġġornament tal-folji ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15;

(c)

il-parteċipazzjoni tal-assoċjazzjonijiet professjonali fil-laqgħat rilevanti.

3.   L-assoċjazzjonijiet professjonali m’għandhomx jitolbu informazzjoni dwar każi individwali mingħand il-punti ta’ kuntatt.”;

(5)

Fl-Artikolu 6, paragrafu 2, għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jiżgura, skont il-modalitajiet li għandhom ikunu deċiżi minnu, li l-punt jew punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-mezzi biex jiltaqgħu fuq bażi regolari.”;

(6)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’li ġej:

“Sabiex jiffaċilita l-ħidma prattika tan-Network, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiżgura illi l-punti tal-kuntatt ikollhom għarfien adegwat ta’ lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni minbarra dak tagħhom infushom, minħabba li jridu jkunu kapaċi jikkomunikaw mal-punti tal-kuntatt fi Stati Membri oħra.”

(7)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 8

It-trattament tat-talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja

1.   Il-punti tal-kuntatt jirrispondu għat-talbiet kollha li jiġu ppreżentati lilhom mingħajr dewmien, u l-aktar tard fi żmien ħmistax-il jum wara li jiġu rċevuti. Jekk punt tal-kuntatt ma jkunx jista’ jilqa’ t-talba fi żmien dik l-iskadenza, dan għandu jinforma fil-qosor b’dan lill-persuna li tkun ressqet it-talba, b’indikazzjoni taż-żmien li hu jqis li jkun meħtieġ biex jirrispondiha iżda dan il-perjodu għandu, bħala regola, ma jaqbiżx it-30 jum.

2.   Sabiex jirrispondu bl-aktar mod effiċjenti u rapidu possibbli għat-talbiet stipulati fil-paragrafu 1, il-punti tal-kuntatt għandhom jużaw il-mezzi tat-teknoloġija l-aktar adattati, li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom mill-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru elettroniku sigur u b’aċċess limitat tat-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u r-risposti stipulati fl-Artikolu 5(2) (b), (c), (d) u (e). Il-punti tal-kuntatt għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment u għall-iffunzjonar ta’ dan ir-reġistru tiġi kkomunikata regolarment lill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni tipprovdi lill-punti tal-kuntatt l-informazzjoni dwar l-istatistika tat-talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u r-risposti stipulati fil-paragrafu 3 tal-anqas darba sitt xhur.”;

(8)

L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Laqgħat tal-punti ta’ kuntatt

1.   Il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk għandhom jiltaqgħu tal-inqas darba kull xitt xhur, skont l-Artikolu 12.

2.   Kull Stat Membru għandu jkun rappreżentat f’dawn il-laqgħat minn punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar, li jistgħu jkunu akkumpanjati minn membri oħra tan-Netwerk, imma ma għandux ikun hemm iktar minn sitt rappreżentanti għal kull Stat Membru.”;

(9)

L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

“Artikolu 11a

Il-parteċipazzjoni ta’ osservaturi fil-laqgħat tan-Netwerk

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 1, id-Danimarka tista’ tibgħat rappreżentanti għal-laqgħat imsemmija fl-Artikoli 9 u 11.

2.   Il-pajjiżi tal-adeżjoni u l-pajjiżi kandidati jistgħu jissejħu biex jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat bħala osservaturi. L-Istati terzi li huma partijiet għal ftehimiet internazzjonali dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali konklużi mill-Komunità jistgħu jiġu mistiedna jassistu wkoll bħala osservaturi f’ċerti laqgħat tan-Netwerk.

3.   Kull Stat osservatur jista’ jkun irrappreżentat f’dawn il-laqgħat minn waħda jew iktar persuni, mingħajr ma jeċċedi fl-ebda ċirkostanza l-limitu ta’ tliet rappreżentanti għal kull Stat.”;

(10)

L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tat-Titolu II:

“Artikolu 12a

I-relazzjonijiet man-netwerks l-oħra u l-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   In-Netwerk għandu jżomm relazzjonijiet u jaqsam l-esperjenza u l-aqwa prattika man-netwerks Ewropej l-oħra li jaqsmu l-istess għanijiet, bħan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam penali. In-Netwerk għandu jżomm ukoll relazzjonijiet man-Netwerk Ewropew ta’ Taħriġ tal-Imħallfin bil-ħsieb tal-promozzjoni, fejn opportun, u mingħajr preġudizzju għall-prattiki nazzjonali, ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali għall-benefiċċju tal-awtoritajiet ġudizzjarji lokali tal-Istati Membri.

2.   In-Netwerk għandu jkollu relazzjonijiet man-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net). Partikolarment, sabiex tiġi pprovduta kull informazzjoni ġenerali dwar l-iffunzjonar ta’ strumenti Komunitarji u internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja, il-punti tal-kuntatt tan-Netwerk għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-ECC-Net.

3.   Sabiex jilħaq ir-responsabbilitajiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 3 dwar l-istrumenti internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali, in-Netwerk għandu jżomm il-kuntatti u l-iskambji ta’ esperjenzi man-netwerks l-oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja stabbiliti bejn l-Istati terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.

4.   Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Preżidenza tal-Kunsill u l-Istati Membri, hija responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.”;

(11)

L-intestatura tat-Titolu III għandha tiġi sostitwita mit-test li ġej:

“TITOLU III

INFORMAZZJONI DISPONIBBLI FI ĦDAN IN-NETWERK U INFORMAZZJONI PROVDUTA LILL-PUBBLIKU”;

(12)

Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8.”;

(13)

L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

“Artikolu 13 a

L-għoti ta’ informazzjoni ġenerali lill-pubbliku

In-Netwerk għandu jikkontribwixxi għall-għoti ta’ informazzjoni ġenerali lill-pubbliku, permezz tal-mezzi teknoloġiċi l-aktar xierqa sabiex dan jingħata informazzjoni dwar il-kontenut u t-tħaddim tal-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali relattivi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali.

Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18, il-punti ta’ kuntatt għandhom jippromwovu lill-pubbliku s-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.”;

(14)

Fl-Artikolu 17(4), punt (b) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“(b)

jieħu ħsieb li jkun hemm it-traduzzjonijiet fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-informazzjoni dwar l-aspetti pertinenti tal-liġi u tal-proċeduri Komunitarji, inkluż tal-ġurisprudenza Komunitarja, kif ukoll ta’ paġni ġenerali tas-sistema ta’ informazzjoni u d-dokumenti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikolu 15, u jagħmilha aċċessibbli fuq il-websajt tiegħu tan-Netwerk.”;

(15)

Fl-Artikolu 18, punt 4, il-kelma “progressivament” għandha titħassar;

(16)

L-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“L-Artikolu 19

Rappurtar

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 u wara kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport relattiv għall-attivitajiet tan-Netwerk. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti bil-ħsieb li jadattaw din id-Deċiżjoni u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tan-Netwerk immirata biex isir progress fid-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-e-ġustizzja Ewropea, partikolarment mil-lat tal-iffaċilitar tal-aċċess għall-ġustizzja.”;

(17)

L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 20

Notifika

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 2(5),.”.

L-Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 ħlief għall-punti (1)(e) u (17) tal-Artikolu 1 li għandhom jibdew japplikaw mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni lill-Istati Membri li huma destinatarji tagħha.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  L-Opinjoni mogħtija fit-3 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.

(4)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Il-Kummissjoni Il-Qorti tal-Ġustizzja Il-Qorti tal-Awdituri Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Il-Kumitat tar-Reġjuni

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/41


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL, TAL-KUMMISSJONI, TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, TAL-QORTI TAL-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

tas-26 ta’ Ġunju 2009

dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2009/496/KE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

IL-QORTI TAL-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-8 ta’ April 1965 dwar l-istabbiliment provviżorju ta’ ċerti istituzzjonijiet u servizzi tal-Komunitajiet (1) ipprovda għal uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”) li għandu jkun jinsab fil-Lussemburgu. Din id-dispożizzjoni ġiet implimentata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA, Euratom (2).

(2)

Ir-regoli u r-regolamenti applikabbli għall-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej japplikaw għall-Uffiċċju. Għandhom jitqiesu l-emendi riċenti għal dawk ir-Regoli u regolamenti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-funzjonament tal-Uffiċċju.

(4)

Qed iseħħu avvanzi teknoloġiċi kbar fil-pubblikazzjoni u dawn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-mod kif jaħdem l-Uffiċċju.

(5)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA u li din tinbidel b’din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

1.   Il-kompitu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li huwa uffiċċju interistituzzjonali, għandu jkun li jippubblika l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.

Għal dan il-għan, l-Uffiċċju għandu, minn naħa waħda, jippermetti lill-istituzzjonijiet li jissodissfaw l-obbligi tagħhom li jippubblikaw it-testi leġiżlattivi u, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi għall-formulazzjoni teknika u għall-implimentazzjoni tal-linji politiċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

2.   L-Uffiċċju għandu jkun ġestit mid-Direttur tiegħu skont il-linji gwida strateġiċi ffissati minn kumitat ta’ tmexxija. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni li huma speċifiċi għar-rwol interistituzzjonali tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu japplika l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji tal-Kummissjoni. Fl-istabbiliment ta’ dawn il-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-Uffiċċju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“il-pubblikazzjoni” tfisser, kwalunkwe azzjoni meħtieġa għad-disinn, il-verifika, l-allokazzjoni tan-numri standard internazzjonali u/jew in-numri tal-ikkatalogar, il-produzzjoni, l-ikkatalogar, l-indiċjar, id-distribuzzjoni, il-promozzjoni, il-bejgħ, il-ħażna u l-arkivjar tal-pubblikazzjonijiet, f’kull forma jew sura u b’kull mezz, preżenti jew futur;

2.

“pubblikazzjonijiet” tfisser, it-testi kollha, pubblikati fuq kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe format li jkollhom numru standard internazzjonali u/jew numru tal-ikkatalogar;

3.

“pubblikazzjonijiet obbligatorji” tfisser, il-pubblikazzjonijiet pubblikati skont it-Trattati jew testi leġiżlattivi oħra;

4.

“pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji” tfisser, kwalunkwe pubblikazzjoni pubblikata fil-qafas tal-prerogattivi ta’ kwalunkwe istituzzjoni;

5.

“il-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur” tfisser li s-servizzi tal-awtur iżommu d-drittijiet tal-awtur jew id-dritt ta’ użu mill-ġdid u jinkludi l-ġestjoni ta’ dawk id-drittijiet mill-Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet li l-pubblikazzjoni tagħhom hija fdata lill-Uffiċċju;

6.

“dħul nett mill-bejgħ” tfisser is-somma totali tal-fatturati, imnaqqsa bl-iskonti kummerċjali mogħtija u bl-ispejjeż tal-ġestjoni, spejjeż tal-ġbir u spejjeż bankarji;

7.

“istituzzjonijiet”, tfisser l-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti minn jew taħt it-Trattati.

Artikolu 3

Ambitu tal-Kompetenzi tal-Uffiċċju

1.   L-Uffiċċju għandu jkollu kompetenza għal dan li gej:

(a)

il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “Ġurnal Uffiċjali”) u l-garanzija tal-awtentiċità tiegħu;

(b)

il-pubblikazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet obbligatorji oħra;

(c)

il-pubblikazzjoni jew il-kopubblikazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji fdati lill-Uffiċċju fil-qafas tal-prerogattivi ta’ kull istituzzjoni, partikolarment fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet;

(d)

il-pubblikazzjoni jew il-kopubblikazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu, inklużi pubblikazzjonijiet intiżi għall-promozzjoni tas-servizzi tiegħu stess; f’dan il-kuntest, l-Uffiċċju jista’ jikseb traduzzjonijiet permezz ta’ kuntratt ta’ servizz;

(e)

l-iżvilupp, iż-żamma u l-aġġornament tas-servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika għall-pubbliku;

(f)

id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-leġiżlazzjoni kollha u testi uffiċjali oħra;

(g)

il-preżervazzjoni tal-pubblikazzjonijiet kollha tal-istituzzjonijiet u t-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni għall-pubbliku f’forma elettronika;

(h)

l-allokazzjoni ta’ numri standard internazzjonali u/jew numri tal-ikkatalogar għall-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet;

(i)

il-ġestjoni tad-drittjiet ta’ riproduzzjoni u tat-traduzzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet;

(j)

il-promozzjoni u l-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet u tas-servizzi li joffri lill-pubbliku.

2.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi parir u assistenza lill-istituzzjonijiet dwar dan li gej:

(a)

il-programmazzjoni u l-ippjanar tal-programmi tagħhom ta’ pubblikazzjoni;

(b)

l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ publikazzjoni tagħhom, ikun x’ikun il-mezz tal-pubblikazzjoni;

(c)

il-forniment tal-arranġament tal-paġni u d-disinn tal-proġetti ta’ pubblikazzjoni tagħhom;

(d)

il-forniment ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet tas-suq tal-pubblikazzjonijiet fl-Istati Membri u dwar is-suġġetti li x’aktarx ikollhom l-akbar udjenza;

(e)

l-iffissar ta’ kemm pubblikazzjonijiet għandhom jiġu stampati u l-istabbiliment ta’ pjani ta’ distribuzzjoni;

(f)

l-iffissar tal-prezz u l-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet;

(g)

il-promozzjoni, id-distribuzzjoni u l-evalwazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħhom, kemm jekk bla ħlas u kemm jekk għall-bejgħ;

(h)

l-analiżi, l-evalwazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ siti u servizzi tal-Internet għall-pubbliku;

(i)

it-tfassil ta’ kuntratti qafas għal attivitajiet ta’ pubblikazzjoni;

(j)

il-forniment ta’ superviżjoni teknoliġika tas-sistemi ta’ pubblikazzjoni.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet

1.   Kull istituzzjoni għandha jkollha l-kompetenza esklussiva sabiex tieħu d-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-servizzi tal-Uffiċċju għall-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet obbligatorji tagħhom.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jippubblikaw il-pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji tagħhom mingħajr l-involviment tal-Uffiċċju. F’dan il-każ, huma għandhom jitolbu lill-Uffiċċju n-numri standard internazzjonali u/jew in-numri tal-ikkatalogar u jagħtu lill-Uffiċċju verżjoni elettronika tal-pubblikazzjoni, ikun x’ikun il-format tagħha, kif ukoll żewġ kopji fuq karta tal-pubblikazzjoni fejn xieraq.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jiggarantixxu ż-żamma tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni, ta’ traduzzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elementi kostitwenti kollha ta’ pubblikazzjoni.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jistabbilixxu pjan ta’ distribuzzjoni, approvat mill-Uffiċċju, għall-pubblikazzjonijiet tagħhom.

6.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ servizz mal-Uffiċċju sabiex jiddefinixxu l-metodi ta’ kooperazzjoni tagħhom.

Artikolu 5

Kompiti tal-Uffiċċju

1.   Il-kompiti mwettqa mill-Uffiċċju għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-kollazzjoni ta’ dokumenti għal pubblikazzjoni;

(b)

it-tħejjija, id-disinn grafiku, il-korrezzjoni, l-arranġament tal-paġni u l-verifika tat-testi u elementi oħra, ikun x’ikun il-format jew il-mezz, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-istituzjonijiet u filwaqt li jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tipografika u lingwistika stabbiliti f’kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet;

(c)

l-indiċjar u l-ikkatalogar tal-pubblikazzjonijiet;

(d)

l-analiżi dokumentarja tat-testi pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u fit-testi uffiċjali l-oħra;

(e)

il-konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

(f)

il-ġestjoni, l-iżvilupp, l-aġġornament u d-distribuzzjoni tat-teżawru multilingwi Eurovoc;

(g)

l-organizzazzjoni tal-istampar mill-fornituri ta’ servizzi tiegħu;

(h)

il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tax-xogħol;

(i)

il-kontroll tal-kwalità;

(j)

l-aċċettazzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(k)

id-distribuzzjoni fiżika u elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, tat-testi uffiċjali minbarra dawk pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u ta’ pubblikazzjonijiet oħra mhux obbligatorji;

(l)

il-ħżin;

(m)

l-arkivjar fiżiku u elettroniku;

(n)

l-istampar mill-ġdid tal-pubblikazzjonijiet li jkunu spiċċaw u l-istampar fuq talba;

(o)

il-ħolqien ta’ katalgu konsolidat tal-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet;

(p)

il-bejgħ, inkluż il-ħruġ ta’ fatturi, il-ġbir u t-trasferiment tad-dħul, u l-ġestjoni tal-pretensjonijiet;

(q)

il-promozzjoni;

(r)

il-ħolqien, ix-xiri, il-ġestjoni, l-aġġornament, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-listi tal-indirizzi tal-istituzjonijiet u l-ħolqien ta’ listi ta’ indirizzi mmirati.

2.   Fil-qafas tas-setgħat proprji tiegħu jew fuq il-bażi tad-delega tas-setgħat ta’ uffiċċjal ta’ awtorizzazzjoni mill-istituzzjonijiet, l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli minn:

(a)

l-akkwist pubbliku, inkluż it-teħid ta’ impenji li jorbtu legalment;

(b)

il-kontroll finanzjarju ta’ kuntratti ma’ fornituri;

(c)

il-ħlas tal-ispejjeż, inkluża l-aċċettazzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità, espressa bl-iffirmar ta’ awtorizzazzjoni għall-ħlas;

(d)

l-awtorizzazzjoni tal-ispejjeż;

(e)

l-operazzjonijiet ta’ dħul.

Artikolu 6

Kumitat tal-Ġestjoni

1.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Ġestjoni li fi ħdanu għandhom ikunu rappreżentati l-istituzzjonijiet firmatarji. Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun magħmul mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u s-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet l-oħra jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bank Ċentral Ewropew għandu jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat tal-Ġestjoni bħala osservatur.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jaħtar President, li għandu jintgħażel minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ sentejn.

3.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jiltaqa’ mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba ta’ xi istituzzjoni.

4.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

5.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Ġestjoni għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, ħlief fejn ikun stipulat mod ieħor.

6.   Kull istituzzjoni firmatarja ta’ din id-Deċiżjoni għandha jkollha vot wieħed fi ħdan il-Kumitat tal-Ġestjoni.

Artikolu 7

Kompiti u responsabbiltajiet tal-Kumitat tal-Ġestjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 6, il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu, b’deċiżjoni unanima, fl-interess komuni tal-istituzzjonijiet u fl-ambitu tal-kompetenza tal-Uffiċċju, jadotta dawn id-deċiżjonijiet:

(a)

abbażi ta’ proposta mid-Direttur, għandu jadotta l-għanijiet strateġiċi tal-Uffiċċju u r-regoli tal-funzjonament tal-Uffiċċju;

(b)

għandu jiffissal-linji gwida tal-linji politiċi ġenerali tal-Uffiċċju, partikolarment fir-rigward tal-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-pubblikazzjoni, u għandu jiżgura li l-Uffiċċju jikkontribwixxi għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ linji politiċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tiegħu;

(c)

abbażi ta’ abbozz imħejji mid-Direttur tal-Uffiċċju, għandu jadotta rapport ta’ ġestjoni annwali lill-istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija u s-servizzi mogħtija mill-Uffiċċju; sal-1 ta’ Mejju ta’ kull sena għandu jibgħat ir-rapport tiegħu fuq is-sena finanzjarja li tkun għandha kif intemmet lill-istituzzjonijiet;

(d)

għandu japprova l-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju taħt il-proċedura tal-baġit għall-baġit amministrattiv tal-Uffiċċju;

(e)

għandu japprova l-kriterji li fuqhom l-Uffiċċju jmexxi l-kontabilità tal-ispejjeż tiegħu, li d-Direttur tal-Uffiċċju għandu jadotta;

(f)

għandu jressaq quddiem l-istituzzjonijiet kwalunkwe suġġeriment li jista’ jtejjeb il-funzjonament bla xkiel tal-Uffiċċju.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jieħu in kunsiderazzjoni l-linji gwida maħluqa mill-entitajiet interistituzzjonali fl-oqsma tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti għal dan il-għan. Il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jikkomunika ma’ dawn l-entitajiet kull sena.

3.   Il-persuna ta’ kuntatt bl-awtorità ta’ kwittanza għal deċiżjonijiet strateġiċi fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tal-Uffiċċju għandha tkun il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni fil-kapaċità tiegħu ta’ rappreżentant tal-kooperazzjoni interistituzzjonali.

4.   Il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni u d-direttur tal-Uffiċċju bi ftehim komuni għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-informazzjoni reċiproka u tal-komunikazzjoni sabiex jifformalizzaw ir-relazzjonijiet tagħhom. Dan il-ftehim għandu jintbgħat lill-membri tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-informazzjoni.

Artikolu 8

Direttur tal-Uffiċċju

Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija bla xkiel tal-Uffiċċju, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kumitat tal-Ġestjoni u fil-limiti tal-ambitu tal-kompetenzi tiegħu. Għall-applikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji huwa għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kummissjoni.

Artikolu 9

Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur tal-Uffiċċju

1.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat tal-Ġestjoni u għandu jippreżenta rapporti kull tliet xhur lill-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-qadi ta’ dmirijietu.

2.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jippreżenta lill-Kumitat tal-Ġestjoni kwalunkwe proposta għat-titjib tal-funzjonament tal-Uffiċċju.

3.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jiffissa t-tipi ta’ servizzi li l-Uffiċċju jista’ jagħti bi ħlas lill-istituzzjonijiet u t-tariffi għalihom, wara konsultazzjoni għal opinjoni mill-Kumitat tal-Ġestjoni.

4.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni, jiddetermina l-kriterji li fuqhom l-uffiċċju għandu jmexxi l-kontabilità tal-ispejjeż tiegħħu. Huwa għandu jiddefinixxi l-proċeduri għal kooperazzjoni fil-kontabilità bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet bi qbil mal-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni.

5.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jistabbilixxi l-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju taħt il-proċedura tal-baġit għall-baġit amministrattiv tal-Uffiċċju. Wara l-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Ġestjoni, dawn il-proposti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

6.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jiddeċiedi jekk, u skont liema proċeduri, il-pubblikazzjonijiet minn terzi jistgħu jiġu pubblikati.

7.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jipparteċipa fl-attivitajiet interistituzzjonali dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tal-Uffiċċju.

8.   Fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u d-dokumenti uffiċjali relatati mal-proċedura leġiżlattiva, inkluż il-Ġurnal Uffiċjali, id-Direttur tal-Uffiċċju għandu:

(a)

jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti f’kull istituzzjoni jieħdu d-deċiżjonijiet bażiċi li għandhom jiġu applikati b’mod konġunt;

(b)

iressaq proposti sabiex titjieb l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali u t-testi leġiżlattivi uffiċjali;

(c)

iressaq proposti lill-istituzzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-presentazzjoni tat-testi għall-pubblikazzjoni;

(d)

jeżamina d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom waqt l-operazzjonijiet ta’ kuljum, jagħmel abbozz fil-kuntest tal-uffiċċju, tal-istruzzjonijiet meħtieġa, u jissuġġerixxi lill-istituzzjonijiet rakkomandazzjonijiet xierqa sabiex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

9.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, iħejji rapport ta’ attività annwali li jkopri l-ġestjoni tal-fondi assenjati mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra taħt ir-Regolament Finanzjarju. Dan ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati u, għall-informazzjoni, lill-Kumitat tal-Ġestjoni.

10.   Għall-finijiet ta’ assenjazzjoni tal-fondi tal-Kummissjoni u ta’ implimentazzjoni tal-baġit, il-proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni bejn il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Uffiċċju u d-Direttur tal-Uffiċċju għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni.

11.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-għanijiet strateġiċi adottati mill-Kumitat tal-Ġestjoni u mill-ġestjoni tajba tal-Uffiċċju u tal-attivitajiet tiegħu kif ukoll mill-ġestjoni tal-baġit tiegħu.

12.   F’każ ta’ assenza jew ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad-Direttur, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ deputazzjoni fuq il-bażi tal-grad u l-anzjanità ħlief jekk il-Kumitat tal-Ġestjoni, fuq proposta tal-President tiegħu jew tad-Direttur tal-Uffiċċju, jiddeċiedi fuq ordni differenti.

13.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jinforma lill-istituzzjonijiet dwar l-ippjanar u l-użu tar-riżorsi u l-progress tax-xogħol f’rapport kull tliet xhur.

Artikolu 10

Persunal

1.   Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-approvazzjoni unanima tal-Kumitat tal-Ġestjoni, għandha taħtar Direttur Ġenerali u Direttur. Ir-regoli tal-Kummissjoni dwar il-mobbiltà u l-evalwazzjoni tal-livelli superjuri tat-tmexxija għandhom japplikaw għad-Direttur Ġenerali u d-Diretturi (gradi AD 16/AD 15/AD 14). Meta tkun qed toqrob l-iskadenza tal-mobbiltà normalment prevista fir-regoli relevanti għal xi uffiċjal li jkun jokkupa tali post, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-Ġestjoni, li jista’ joħroġ opinjoni unanima dwar il-każ.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun involut mill-qrib fi kwalunkwe proċeduri li għandhom jitlestew qabel il-ħatra tal-uffiċjali jew ħaddiema oħra għall-postijiet ta’ Direttur Ġenerali (gradi AD16/AD15) u Direttur (gradi AD15/AD14) fl-Uffiċċju, speċjalment fl-abbozzar tal-avviżi għall-postijiet vakanti, l-eżaminar tal-applikazzjonijiet u l-ħatra tal-bordijiet tal-għażla għall-kompetizzjonijiet fir-rigward ta’ dawk il-postijiet.

3.   Is-setgħat tal-awtorità li taħtar u dawk tal-awtorità li jkollha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg għal uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Uffiċċju għandhom ikunu eżerċitati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tiddelega ftit mis-setgħat tagħha fi ħdan il-Kummissjoni u lid-Direttur tal-Uffiċċju. Tali delega għandha ssir taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni.

4.   Soġġetti għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg tal-Ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra impjegati fl-Uffiċċju taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali u l-ħaddiema tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.

5.   L-uffiċjali tal-istituzzjonijiet kollha għandhom jiġu informati bi kwalunkwe post vakanti fi ħdan l-Uffiċċju li għalih għandu jiġi pubblikat avviż ta’ post disponibbli, hekk kif l-awtorità li taħtar jew l-awtorità li jkollha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg tiddeċiedi li timla dak il-post.

6.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-ġestjoni tal-persunal tliet darbiet fis-sena.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   L-approprjazzjonijiet allokati lill-Uffiċċju, li l-ammont totali tagħhom għandu jiġi muri taħt intestatura separata fit-taqsima tal-baġit relatat mal-Kummissjoni, għandhom ikunu stabbiliti fid-dettal f’anness ma’ dik it-taqsima. Dan l-Anness għandu jkun fil-forma ta’ dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq, subdiviża bl-istess mod bħat-taqsimiet tal-baġit.

2.   Il-pjan ta’ stabbiliment tal-Uffiċċju għandu jkun stabbilit f’anness mal-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.

3.   Kull istituzzjoni għandha tkun l-uffiċjal awtorizzanti għall-approprjazzjonijiet relevanti taħt l-intestatura “infiq għall-pubblikazzjoni” tal-baġit tagħha.

4.   Kull istutuzzjoni tista’ tiddelega l-poteri tal-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni lid-direttur tal-Uffiċċju għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsima tiegħu, u għandha tiffissa l-limiti u l-kondizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jinforma lill-Kumitat tal-Ġestjoni b’tali delega ta’ setgħat kull tliet xhur.

5.   Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Uffiċċju, inkluża l-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet assenjati mill-istituzzjonijiet minbarra l-Kummissjoni, għandha titmexxa skont ir-Regolament Finanzjarju u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-qafas finanzjarju fis-seħħ fil-Kummissjoni.

6.   Il-kontijiet tal-Uffiċċju għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità approvati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni. L-Uffiċċju għandu jżomm kontijiet separati għall-bejgħ tal-Ġurnal Uffiċjali u l-pubblikazzjonijiet. Id-dħul nett mill-bejgħ għandu jiġi mgħoddi lill-istituzzjonijiet.

Artikolu 12

Kontroll

1.   Il-funzjoni tal-awditur intern għandha titwettaq fl-Uffiċċju mill-awditur intern tal-Kummissjoni, skont ir-Regolament Finanzjarju. L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi struttura ta’ verifika interna, b’arranġamenti simili għal dawk previsti għad-Direttorati Ġenerali u d-dipartimenti tal-Kummissjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu lid-Direttur tal-Uffiċċju sabiex jinkludi verifiki speċifiċi fil-programm ta’ ħidma tal-istruttura tal-verifika interna tal-Uffiċċju.

2.   L-Uffiċċju għandu jwieġeb kull mistoqsija li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu fil-qafas tal-funzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF). Sabiex ikunu żgurati l-interessi tal-Unjoni Ewropea, għandu jitfassal ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-informazzjoni reċiproka bejn il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni u d-Direttur tal-OLAF.

Artikolu 13

Ilmenti u talbiet

1.   Fil-limiti tal-kompetenza tiegħu, l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli sabiex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Ombudsman Ewropew u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.   Kwalunkwe azzjoni legali fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Uffiċċju għandhom jitressqu kontra l-Kummissjoni.

Artikolu 14

Aċċess pubbliku għad-dokumenti

1.   Id-Direttur tal-Uffiċċju għandu jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4). Fejn applikazzjonijiet jiġu miċħuda, id-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet konfermatorji għandhom jittieħdu mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċċju għandu jżomm reġistru tad-dokumenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA, Euratom hija b’dan mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 16

Effett

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell u fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

K. SCHWARZENBERG

Għall-Kummissjoni

Il-President

J. M. BARROSO

Għall-Qorti tal-Ġustizzja

Il-President

V. SKOURIS

Għall-Qorti tal-Awdituri

Il-President

V. M. SILVA CALDEIRA

Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-President

M. SEPI

Għall-Kumitat tar-Reġjuni

Il-President

L. VAN DEN BRANDE


(1)  ĠU 152, 13.7.1967, p. 18.

(2)  ĠU L 183, 22.7.2000, p. 12.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


Tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/48


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tad-29 ta’ Mejju 2009

biex jiġu adottati emendi għall-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija

(2009/497/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-AKP”) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3) u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AKP-KE ta’ Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi ffaċiltat is-self tiegħu tar-riżorsi proprji lill-pajjiżi l-aktar foqra tal-AKP fil-qafas tal-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (HIPC) u inizjattivi oħra dwar is-sostenibbiltà tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipproponi li jiġi modifikat l-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

(2)

Il-koerenza tal-politika bejn is-self mir-riżorsi proprji tal-BEI u l-inizjattiva tal-HIPC teħtieġ flessibilità akbar, sabiex tissodisfa l-kondizzjonjiet maqbula fuq livell internazzjonali jew kondizzjonjiet simili tal-HIPC dwar is-sostenibbiltà tad-dejn u partikolarment fir-rigward tas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax.

(3)

Tali dispożizzjoni diġà teżisti għar-riżorsi ġestiti mill-BEI fil-kuntest tal-Faċilità tal-Investiment, f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

(4)

L-għan tal-paragrafi l-ġodda fl-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa sabiex jiġu applikati kondizzjonjiet uniformi kemm għar-riżorsi proprji tal-BEI kif ukoll għall-Faċilitajiet tal-Investiment.

(5)

L-għan tat-test il-ġdid għall-Artikoli 1, 2 u 4 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa li jiġu allinjati r-riżorsi proprji tal-BEI u d-dispożizzjonjiet tal-Faċilità tal-Investiment fil-qafas tal-HIPC.

(6)

Għalhekk huwa adatt li l-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jiġi emendat kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu huwa enumerat (1) u l-paragrafi (2), (3) u (4) li ġejjin huma mdaħħla:

“2.   Il-Fondi għas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax, kif previst f’dan l-Anness, ser isiru disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikata fl-Anness 1b paragrafu 2(c).

3.   Is-sussidji fuq l-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew jistgħu jintużaw fil-forma ta’ għotjiet. L-ammont tas-sussidju fuq ir-rata tal-imgħax ikkalkolat f’termini tal-valur tiegħu fiż-żminijiet tal-ħruġ tas-self, għandu jiġi mħallas kontra l-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikata fl-Anness Ib paragrafu 2(c), u jitħallas direttament lill-Bank. Sa 10 % ta’ din l-allokazzjoni għas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax jistgħu jintużaw ukoll sabiex jappoġġaw għajnuna teknika relatata ma’ proġetti f’pajjiżi AKP.

4.   Dawn it-termini u l-kundizzjonjiet huma bla ħsara għat-termini u l-kondizzjonjiet li jistgħu jiġu imposti fuq il-pajjiżi tal-AKP suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self restrittivi taħt il-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (‘HIPC’) jew xi ofqsa oħra dwar is-sostenibbiltà tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali. Għaldaqstant, meta dawn l-oqfsa jeħtieġu tnaqqis fir-rata tal-imgħax fuq is-self b’iktar minn 3 %, kif sanzjonat taħt l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan il-Kapitolu, il-Bank għandu jfittex li jirriduċi l-ispiża medja tal-fondi permezz ta’ kofinanzjament adegwat ma’ donaturi oħrajn. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat possibbli, ir-rata tal-imgħax tas-Self bankarju tista’ titnaqqas b’dak l-ammont kif meħtieġ biex ikun konformi mal-livell li joħroġ mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ieħor ta’ dejn sostenibbli maqbul fuq livell internazzjonali.”;

2.

fl-Artikolu 2, it-test tal-paragrafu (7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Self ordinarju f’pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self ristrettivi taħt il-HIPC jew xi oqfsa oħrajn ta’ dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali jista’ jiġi estiż fuq termini u kondizzjonjiet konċessjonali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal proġetti ta’ infrastruttura, li huma prerekwiżit għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, f’pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn kunflitt u f’pajjiżi li għadhom kemm kellhom diżastru naturali. F’dawn il-każijiet, ir-rata tal-imgħax fuq is-self ser titnaqqas sa massimu ta’ 3 %;

(b)

għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta’ ristrutturar fil-qafas ta’ privatizzazzjoni jew għal proġetti b’benefiċċji soċjali jew ambjentali sostanzjali u dimostrabbli b’mod ċar. F’dawn il-każijiet, is-self jista’ jiġi estiż b’sussidju fuq ir-rata tal-imgħax, li l-ammont u l-għamla tiegħu ser jiġu deċiżi skont il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. Madanakollu, is-sussidju fuq ir-rati tal-imgħax m’għandux ikun ta’ aktar minn 3 %.

Ir-rata finali ta’ self li jaqa’ taħt (a) jew (b) m’għandha, fi kwalunkwe każ, qatt tkun inqas minn 50 % tar-rata ta’ referenza.”;

3.

fl-Artikolu 4, it-test tal-paragrafu (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandu jingħata skont it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-imgħax ta’ referenza għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank għal self bl-istess kondizzjonijiet rigward il-munita u l-perijodu tal-ħlas fid-data tal-firma tal-kuntratt jew fid-data tal-forniment tal-finanzi;

(b)

madanakollu, għal pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta’ dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali:

(i)

fil-prinċipju, il-proġetti tas-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju fuq ir-rata tal-imgħax sa massimu ta’ 3 %;

(ii)

il-proġetti tas-settur privat li jidħlu fil-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 2 (7)(b) għandhom ikunu eliġibbli għal sussidji fuq ir-rati tal-imgħax bl-istess termini speċifikati f’dik id-dispożizzjoni.

Ir-rata tal-imgħax finali m’għandhiex, f’kull każ bħal dan, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta’ referenza.

(c)

il-perijodu tal-ħlas tas-self magħmul mill-Bank mir-riżorsi proprji tiegħu għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-karatteristċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perijodu ta’ grazzja stabbilit b’referenza għall-perijodu ta’ kostruzzjoni tal-proġett.”

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

Il-President

William HAOMAE


(1)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/50


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Ġunju 2009

dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/498/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropea (1), maħsuba għall-awtoritajiet Komunitarji u nazzjonali tal-istatistika telenka 15-il prinċipju relatati mal-ambjent istituzzjonali, mal-proċessi tal-istatistika u mar-riżultati tal-istatistika.

(2)

Il-prinċipju 15 tal-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropea jittratta l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza tal-Istatistika Ewropea, filwaqt li jenfasizza wkoll li l-metadejta li jkun hemm magħha għandha tkun iddokumentata skont sistema ta’ metadejta standardizzata.

(3)

Il-metadejta ta’ referenza hija parti integrali tas-sistema ta’ metadejta ta’ kull awtorità tal-istatistika,

(4)

Bl-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropea l-awtoritajiet Komunitarji u nazzjonali tal-istatistika ntrabtu li jiżguraw statistika ta’ kwalità għolja u dan jeħtieġ ukoll rappurtar aktar trasparenti u armonizzat dwar il-kwalità tad-dejta.

(5)

Fil-qafas tal-inizjattiva SDMX dwar standards tekniċi u tal-istatistika komuni mnedija mill-Bank għas-Saldi Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-awtorità Komunitarja tal-istatistika (Eurostat), il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji, ġew stabbiliti Linji Gwida SDMX Imsejsa fuq il-Kontenut li jsostnu l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ metadejta ta’ referenza armonizzata fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(6)

Jistgħu jsiru kisbiet konsiderevoli fl-effiċjenza meta l-metadejta ta’ referenza tiġi prodotta fuq il-bażi ta’ lista armonizzata ta’ kunċetti ta’ statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika, filwaqt li fl-istess ħin l-awtoritajiet Komunitarji u nazzjonali tal-istatistika jistgħu jżidu aktar kunċetti ta’ statistika f’oqsma partikolari tal-istatistika jekk ikun meħtieġ.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (2) jipprovdi qafas ta’ referenza għal din ir-Rakkomandazzjoni.

B’DAN TIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI:

(1)

L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika huma mistiedna japplikaw il-kunċetti u s-sottokunċetti elenkati fl-Anness meta l-metadejta ta’ referenza tiġi kkumpilata fl-oqsma differenti tal-istatistika u meta l-metadejta ta’ referenza tkun skambjata fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika u lil hinn.

(2)

Kunċetti addizzjonali tal-istatistika għandhom jiżdiedu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika mal-lista ta’ kunċetti u sottokunċetti ta’ hawn fuq, jekk dan ikun meħtieġ għal oqsma partikolari tal-istatistika.

(3)

L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika huma mistiedna jgħarrfu regolarment lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-applikazzjoni tagħhom tal-kunċetti u s-sottokunċetti elenkati fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji, COM(2005) 217 finali.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164


ANNESS

Lista ta’ kunċetti u sottokunċetti tal-istatistika (inklużi d-definizzjonijiet tal-kunċetti u s-sottokunċetti)

Numru

Kunċetti

Sottokunċetti

Deskrizzjonijiet

1

Kuntatt

 

Punti ta’ kuntatt individwali jew organizzattivi għad-dejta jew metadejta, inkluż tagħrif dwar kif wieħed jagħmel kuntatt.

1.1

 

Organizzazzjoni ta’ kuntatt

L-isem tal-organizzazzjoni tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

1.2

 

Unità tal-organizzazzjoni ta’ kuntatt

Subdiviżjoni ta’ organizazzjoni li tista’ tiġi indirizzata

1.3

 

Isem ta’ kuntatt

L-isem tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

1.4

 

Il-funzjoni tal-persuna ta’ kuntatt

Il-qasam ta’ responsabbiltà teknika tal-persuna ta’ kuntatt, bħall-“metodoloġija”, “immaniġġjar tal-bażi ta’ dejta”, jew “tixrid”.

1.5

 

Indirizz postali ta’ kuntatt

L-indirizz postali tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

1.6

 

Indirizz elettroniku ta’ kuntatt

L-indirizz elettroniku tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

1.7

 

Numru tat-telefon ta’ kuntatt

In-numru tat-telefon tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

1.8

 

Numru tal-faks ta’ kuntatt

In-numru tal-faks tal-punti ta’ kuntatt għad-dejta jew metadejta.

2

Aġġornament tal-metadejta

 

Id-data li fiha l-element tal-metadejta ddaħħal jew ġie modifikat fil-bażi ta’ dejta.

2.1

 

Metadejta ċċertifikata l-aħħar

Id-data tal-aħħar ċertifikazzjoni mogħtija mill-maniġer tad-domain biex jikkonferma li l-metadejta mdaħħla għadha aġġornata, anki jekk il-kontenut ma ġiex emendat.

2.2

 

Metadejta mdaħħla l-aħħar

Id-data tal-aħħar tixrid tal-metadejta.

2.3

 

Metadejta aġġornata l-aħħar

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-kontenut tal-metadejta.

3

Preżentazzjoni tal-istatistika

 

 

3.1

 

Deskrizzjoni tad-dejta

Karatteristiċi ewlenin tas-sett ta’ dejta deskritti b’mod li jinftiehmu faċilment, li jirreferu għad-dejta u l-indikaturi mxerrda.

3.2

 

Sistema ta’ klassifikazzjoni

Arranġament jew diviżjoni ta’ oġġetti fi gruppi msejsa fuq karatteristiċi li l-oġġetti għandhom komuni bejniethom.

3.3

 

Kopertura tas-settur

Setturi ekonomiċi ewlenin jew setturi oħra koperti mill-istatistika

3.4

 

Kunċetti u definizzjonijiet tal-istatistika

Karatteristiċi tal-istatistika ta’ osservazzjonijiet tal-istatistika.

3.5

 

Unità tal-istatistika

Entità li għaliha jintalab it-tagħrif u li għaliha l-istatistika hija finalment ikkumpilata.

3.6

 

Popolazzjoni tal-istatistika

It-total ta’ sħubija jew popolazzjoni jew “univers” ta’ klassi definita ta’ persuni, oġġetti jew avvenimenti.

3.7

 

Żona ta’ referenza

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika li magħha huwa relatat il-fenomenu mkejjel fl-istatistika.

3.8

 

Kopertura ta’ żmien

It-tul ta’ żmien li għalih id-dejta hija disponibbli.

3.9

 

Perjodu bażi

Il-perjodu ta’ żmien użat bħala bażi ta’ numru tal-indiċi, jew li għalih tirreferi serje kostanti.

4

Unità ta’ kejl

 

L-unità li fiha jitkejlu l-valuri tad-dejta.

5

Perjodu ta’ referenza

 

Il-perjodu ta’ żmien jew il-waqt li għalih hi maħsuba li tirreferi l-osservazzjoni.

6

Mandat Istituzzjonali

 

Sett ta’ regoli jew sett formali ieħor ta’ istruzzjonijiet li jassenjaw ir-responsabbiltà kif ukoll l-awtorità lil organizzazzjoni għall-ġbir, l-ipproċessar, u t-tixrid tal-istatistika.

6.1

 

Atti legali u ftehimiet oħra

Atti legali jew ftehimiet formali jew informali oħra li jassenjaw ir-responsabbiltà kif ukoll l-awtorità lil aġenzija għall-ġbir, l-ipproċessar, u t-tixrid tal-istatistika.

6.2

 

Qsim ta’ dejta

Arranġamenti jew proċeduri għall-qsim ta’ dejta u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji li jipproduċu d-dejta.

7

Kunfidenzjalità

 

Proprjetà ta’ dejta li tindika safejn l-iżvelar mhux awtorizzat tagħha jista’ jkun preġudizzjali jew ta’ ħsara għall-interess tas-sors jew partijiet rilevanti oħra.

7.1

 

Kunfidenzjalità - politika

Miżuri leġiżlattivi jew proċeduri formali oħra li jżommu milli tiġi żvelata b’mod mhux awtorizzat dejta li tidentifika persuna jew entità ekonomika kemm direttament kif ukoll indirettament.

7.2

 

Kunfidenzjalità – trattament tad-dejta

Ir-regoli applikati għat-trattament tas-sett ta’ dejta biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-istatistika u jżommu milli tiġi żvelata b’mod mhux awtorizzat.

8

Politika ta’ rilaxx

 

Regoli għat-tixrid ta’ dejta tal-istatistika lil partijiet interessati.

8.1

 

Kalendarju ta’ rilaxx

L-iskeda ta’ dati ta’ ħruġ tal-istatistika.

8.2

 

Aċċess għall-kalendarju ta’ rilaxx

Aċċess għat-tagħrif tal-kalendarju ta’ rilaxx

8.3

 

Aċċess tal-utent

Il-politika għall-ħruġ tad-dejta lill-utenti, l-iskop tat-tixrid (eż. lill-pubbliku, lil utenti magħżula), kif l-utenti jiġu mgħarrfa li d-dejta qed tinħareġ, u jekk il-politika tiddetermina t-tixrid tad-dejta tal-istatistika lill-utenti kollha.

9

Frekwenza tat-tixrid

 

L-intervall taż-żmien li fih l-istatistika tinxtered matul perjodu ta’ żmien speċifiku.

10

Format tat-tixrid

 

Il-media li permezz tagħha jinxterdu d-dejta u l-metadejta tal-istatistika.

10.1

 

Stqarrija għall-aħbarijiet

Stqarrijiet għall-istampa regolari jew ad hoc marbuta mad-dejta.

10.2

 

Pubblikazzjonijiet

Pubblikazzjonijiet regolari jew ad hoc li fihom id-dejta tkun disponibbli għall-pubbliku.

10.3

 

Bażi ta’ dejta onlajn

Tagħrif dwar bażijiet ta’ dejta onlajn li fihom tista’ tiddaħħal id-dejta mxerrda.

10.4

 

Aċċess ta’ mikrodejta

Tagħrif dwar jekk isirx ukoll tixrid ta’ mikrodejta.

10.5

 

Oħrajn

Referenzi għat-tixrid li sar ta’ dejta oħra l-aktar importanti.

11

Aċċessibbiltà tad-dokumentazzjoni

 

 

11.1

 

Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija

Test deskrittiv u referenzi għal dokumenti metodoloġiċi disponibbli.

11.2

 

Dokumentazzjoni ta’ kwalità

Dokumentazzjoni dwar proċeduri applikati għall-ġestjoni tal-kwalità u għall-evalwazzjoni tal-kwalità.

12

Ġestjoni tal-Kwalità

 

Sistemi u oqfsa fis-seħħ fi ħdan organizzazzjoni biex tkun ġestita l-kwalità tal-prodotti u l-proċessi tal-istatistika.

12.1

 

Assigurazzjoni ta’ kwalità

L-attivitajiet sistematiċi kollha implimentati li jistgħu jintwerew li jipprovdu fiduċja li l-proċessi se jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-riżultati tal-istatistika.

12.2

 

Evalwazzjoni tal-kwalità

Evalwazzjoni globali tal-kwalità tad-dejta, imsejsa fuq kriterji ta’ kwalità standard.

13

Rilevanza

 

Il-grad li fih l-istatistika tissodisfa l-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti.

13.1

 

Ħtiġijiet tal-utenti

Deskrizzjoni tal-utenti u l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tad-dejta tal-istatistika.

13.2

 

Sodisfazzjon tal-utenti

Miżuri biex jiġi determinat is-sodisfazzjon tal-utenti.

13.3

 

Kompletezza

Il-limitu safejn l-istatistika kollha meħtieġa hija disponibbli.

14

Preċiżjoni u affidabilità

 

Eżattezza: l-approssimazzjoni tal-komputazzjonijiet jew l-estimi mal-valuri eżatti jew reali li l-istatistika kienet maħsuba li tkejjel.

Affidabilità: l-approssimazzjoni tal-valur stmat inizjali mal-valur stmat sussegwenti.

14.1

 

Eżattezza globali

Evalwazzjoni ta’ eżattezza, marbuta ma’ ċertu sett jew sfera ta’ dejta, li tiġbor fil-qosor il-komponenti varji.

14.2

 

Żball fit-teħid ta’ kampjuni

Dik il-parti tad-differenza bejn valur ta’ popolazzjoni u stima tiegħu, li ġejja minn kampjun każwali, li hi dovuta għall-fatt li subsett biss tal-popolazzjoni huwa elenkat.

14.3

 

Żball mhux fit-teħid tal-kampjuni

Żball fl-istimi ta’ stħarriġ li ma jistax jiġi attribwit għal varjazzjoni fit-teħid ta’ kampjuni.

15

Tempestività u puntwalità

 

 

15.1

 

Tempestività

Tul ta’ żmien bejn id-disponibbiltà tad-dejta u l-avveniment jew il-fenomenu li tiddeskrivi.

15.2

 

Puntwalità

L-intervall ta’ żmien bejn il-preżentazzjoni attwali tad-dejta u d-data stabbilita meta suppost saret il-preżentazzjoni.

16

Komparabbiltà

 

It-tkejjil tal-impatt tad-differenzi fil-kunċetti tal-istatistika, l-għodod u l-proċeduri tal-kejl applikati fejn l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi jew matul iż-żmien.

16.1

 

Komparabbiltà - ġeografika

Il-limitu safejn l-istatistika hija komparabbli bejn iż-żoni ġeografiċi.

16.2

 

Komparabbiltà tul iż-żmien

Il-limitu safejn l-istatistika hija komparabbli jew rikonċiljabbli tul iż-żmien.

17

Koerenza

 

Il-kapaċità tal-istatistika li tiġi amalgamata b’mod affidabbli f’modi differenti u għal użi varji.

17.1

 

Koerenza – sfera trażversali

Il-limitu safejn l-istatistika hija rikonċiljabbli ma’ dik miksuba permezz ta’ sorsi ta’ dejta jew sferi tal-istatistika oħrajn.

17.2

 

Koerenza - interna

Il-limitu safejn l-istatistika hija konsistenti fi ħdan sett speċifiku ta’ dejta.

18

Spejjeż u piż

 

L-ispejjeż marbuta mal-ġbir u l-produzzjoni tal-prodott tal-istatistika u l-piż fuq dawk li jwieġbu.

19

Reviżjoni tad-dejta

 

Kull bidla f’valur ta’ statistika maħruġa għall-pubbliku.

19.1

 

Reviżjoni tad-dejta - politika

Il-politika mmirata li tiżgura t-trasparenza tad-dejta mxerrda, li permezz tagħha d-dejta preliminari hija kkumpilata u li wara tiġi reveduta.

19.2

 

Reviżjoni tad-dejta - prassi

Tagħrif dwar il-prassi ta’ reviżjoni tad-dejta.

20

Ipproċessar tal-istatistika

 

 

20.1

 

Dejta tas-sors

Karatteristiċi u komponenti tad-dejta tal-istatistika mhux ipproċessata użata għall-kompilazzjoni ta’ aggregati tal-istatistika.

20.2

 

Frekwenza tal-ġbir ta’ dejta

Frekwenza li biha tinġabar id-dejta tas-sors.

20.3

 

Ġbir ta’ dejta

Proċess sistematiku tal-ġbir ta’ dejta għal statistika uffiċjali.

20.4

 

Validazzjoni tad-dejta

Proċess ta’ monitoraġġ tar-riżultati tal-kompilazzjoni tad-dejta u tal-iżgurar tal-kwalità tar-riżultati tal-istatistika.

20.5

 

Kompilazzjoni tad-dejta

Operazzjonijiet imwettqa fuq id-dejta biex jinkiseb tagħrif ġdid dwar sett speċifiku ta’ regoli.

20.6

 

Aġġustament

Is-sett ta’ proċeduri mħaddma biex tkun modifikata dejta tal-istatistika sabiex din tikkonforma mal-istandards nazzjonali jew internazzjonali jew biex jiġu indirizzati differenzi fil-kwalità tad-dejta meta jiġu kkumpilati settijiet speċifiċi ta’ dejta.

21

Kumment

 

Test deskrittiv supplimentari li jista’ jiġi mehmuż mad-dejta jew metadejta.