ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.155.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
18 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 513/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 514/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 515/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pera dell’Emilia Romagna (IĠP)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pagnotta del Dittaino (DPO)]

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 518/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 503/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ġunju 2009

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 519/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi li m'għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 520/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2009 tas-17 ta’ Ġunju 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

16

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

17

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/470/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kodifikata)

30

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/471/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tal-estensjoni tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mauritius, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4543)

46

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 513/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

CL

55,0

MA

32,7

MK

45,7

TR

57,3

ZA

28,0

ZZ

43,7

0707 00 05

TR

137,8

ZZ

137,8

0709 90 70

TR

110,4

ZZ

110,4

0805 50 10

AR

62,6

BR

104,3

TR

64,0

ZA

62,9

ZZ

73,5

0808 10 80

AR

77,7

BR

79,4

CL

77,7

CN

71,2

NZ

105,9

US

114,1

UY

49,5

ZA

83,5

ZZ

82,4

0809 10 00

TN

146,2

TR

201,1

US

174,4

ZZ

173,9

0809 20 95

TR

435,5

ZZ

435,5

0809 30

MA

405,8

TR

175,4

US

203,1

ZZ

261,4

0809 40 05

AU

288,5

CL

109,9

ZZ

199,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 486/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 34.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-18 ta’ Ġunju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

28,35

2,78

1701 11 90  (1)

28,35

7,36

1701 12 10  (1)

28,35

2,65

1701 12 90  (1)

28,35

6,93

1701 91 00  (2)

30,72

9,87

1701 99 10  (2)

30,72

5,35

1701 99 90  (2)

30,72

5,35

1702 90 95  (3)

0,31

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 515/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li japprova emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pera dell’Emilia Romagna (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pera dell’Emilia Romagna”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/98 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni, kif jesiġi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, ippubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom ikunu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’dan huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6.

(4)  ĠU C 284, 8.11.2008, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1,6.

Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Pera dell’Emilia Romagna (IĠP)


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pagnotta del Dittaino (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pagnotta del Dittaino” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 335M, 13.12.2006, p. 213.

(2)  ĠU C 283, 7.11.2008, p. 15.


ANNESS

2. Prodotti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2,4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

L-ITALJA

Pagnotta del Dittaino (DPO)


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 517/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma proviżorjament stabbiliti fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009.

(2)

Skont il-punt 6 tal-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2009 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-pariri tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

It-TAC għaż-żoni tal-ICES IIa u IV għandu jiġi stabbilit skont il-funzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu tal-punt 6 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009. Skont dik il-funzjoni, it-TAC jammonta għal 435 000 tunnellata.

(4)

Skont il-punt 7 tal-Anness IID għar-Regolament (KE) Nru 43/2009, it-TAC għal ICES żoni IIa u IV ma għandux jaqbeż l-400 000 tunnellata.

(5)

Iċ-ċiċċirell huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-konsultazzjonijiet man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Miftiehem tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tal-10 ta’ Diċembru 2008. B’hekk, is-sehem tal-Komunità minn dik il-parti tat-TAC li jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandu jkun stabbilit għal 90 % ta’ 400 000 tunnellata.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd jirrakkomanda li t-TAC għandu jiżdied b’4,23 % biex ikunu koperti l-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES.

(7)

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 l-annotazzjoni dwar l-ispeċi ċiċċirell fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIIa, u IIa u IV għandha tinbidel b'dan li ġej:

‘Speċi

:

Ċiċċirell

Ammodytidae

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta' IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV (1)

SAN/2A3A4.

Id-Danimarka

327 249  (2)

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Il-Ġermanja

501  (3)

L-Iżvezja

12 017  (4)

Ir-Renju Unit

7 153  (5)

KE

346 920  (6)

In-Norveġja

27 500  (7)

Il-Gżejjer Faroe

2 500

TAC

376 920


(1)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tal-UK f'Shetland, Fair Isle u Foula

(2)  Li minnu mhux aktar minn 311 289 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

(3)  Li minnu mhux aktar minn 476 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

(4)  Li minnu mhux aktar minn 11 431 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES (SAN/*03A.).

(5)  Li minnu mhux aktar minn 6 804 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).

(6)  Li minnu mhux aktar minn 330 000 tunnellata jistgħu jkunu mistada fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV. Il-kwantità li jifdal tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa tal-ICES. (SAN/*03A.).

(7)  Għandhom jinqabdu fiż-żona IV tal-ICES.’


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 518/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 503/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ġunju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 503/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 503/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 503/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 19.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-18 ta’ Ġunju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

45,92

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

12,22

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

12,22

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

45,92


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.6.2009-16.6.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

209,13

114,96

Prezz FOB USA

211,11

201,11

181,11

98,17

Tariffa fuq il-Golf

14,66

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,93

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,19  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,76  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 519/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi li m'għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wriet li għad hemm kwantitajiet ta' zokkor disponibbli għall-kwota pprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4337, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 (2008-2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tindika li l-limiti kkonċernati m'għadhomx jintlaħqu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti tal-kwota previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4337, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 (2008-2009) m'għadhomx jintlaħqu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament gћandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 520/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għall-importazzjoni ta’ zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' zalzett u ċerti prodotti tal-laħam.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009, huma ta' 1 400 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.


18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 521/2009

tas-17 ta’ Ġunju 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda r-reġim ta’ importazzjoni tal-laħam tal-majjal (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2009 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4046 skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2009, huma ta' 4 844 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28.


DIRETTIVI

18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/17


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/50/KE

tal-25 ta’ Mejju 2009

dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (3)(a) u (4) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Billi:

(1)

Sabiex gradwalment jiġi stabbilit spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat jipprevedi miżuri li għandhom jiġu adottati fil-qasam tal-asil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(2)

It-Trattat jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar il-politika tal-immigrazzjoni relatata mal-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza, l-istandards dwar proċeduri għall-ħruġ mill-Istati Membri ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal perijodu fit-tul, u l-miżuri li jiddefinixxu d-drittijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti legali fi Stat Membru jistgħu jirrisjedu fi Stat Membru ieħor.

(3)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona ta’ Marzu 2000 stabbilixxa l-objettiv għall-Komunità li ssir l-ekonomija, ibbażata fuq il-konoxxenza, l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, kapaċi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli b’aktar impjiegi li huma ta’ kwalità u aħjar u koeżjoni soċjali akbar sal-2010. Il-miżuri biex jattiraw u jżommu ħaddiema bi kwalifiki għoljin minn pajjiżi terzi bħala parti minn approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati fil-kunest aktar wiesa’ stabbilit mill-Istrateġija ta’ Lisbona u mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-linji gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi.

(4)

Il-Programm tal-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004, irrikonoxxa li l-migrazzjoni legali ser ikollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija ibbażata fuq il-konoxxenza fl-Ewropa, fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Lisbona. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ politika dwar il-migrazzjoni legali, inklużi l-proċeduri ta’ ammissjoni, kapaċi li jwieġbu malajr għad-domandi li dejjem jinbidlu għax-xogħol ta’ migranti fis-suq tax-xogħol.

(5)

Il-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 qabel dwar serje ta’ passi għall-2007, fosthom l-iżvilupp ta’ linji politiċi dwar l-immigrazzjoni legali ġestiti sew, li jirrispettaw il-kompetenzi nazzjonali bis-sħiħ, biex jgħinu lill-Istati Membri jilħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol eżistenti u futuri.

(6)

Biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona huwa importanti wkoll li titrawwem il-mobbiltà fl-Unjoni ta’ ħaddiema bi kwalifiki għoljin li huma ċittadini tal-Unjoni, u b’mod partikolari dawk mill-Istati Membri li aderixxew fl-2004 u l-2007. Bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbutin li jirrispettaw il-prinċipju ta’ preferenza Komunitarja kif espress b’mod partikolari fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-2005.

(7)

Din id-Direttiva hija maħsuba li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawn il-miri u tindirizza n-nuqqasijiet ta’ xogħol billi trawwem l-ammissjoni u l-mobbiltà - għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin - ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal perijodu ta’ aktar minn tliet xhur, sabiex il-Komunità issir aktar attraenti għal ħaddiema bħal dawn minn madwar id-dinja u biex tappoġġa l-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tagħha. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, jeħtieġ li tkun iffaċilitata l-ammissjoni ta’ ħaddiema bi kwalifiki għoljin u l-membri tal-familji tagħhom billi tiġi stabbilita proċedura rapida ta’ ammissjoni u billi f’għadd ta’ oqsma dawn jingħataw drittijiet soċjali u ekonomiċi ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti. Jeħtieġ ukoll li jittieħed kont tal-prijoritajiet, tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet ta’ akkoljenza tal-Istati Membri. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex iżommu jew jintroduċu permessi ta’ residenza nazzjonali ġodda għal kwalunkwe fini ta’ impjieg. Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għal Karta Blu tal-UE jew għal permess ta’ residenza nazzjonali. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-possibbiltà għal detentur ta’ Karta Blu tal-UE li jgawdi minn drittijiet u benefiċċji addizzjonali li jistgħu jkunu previsti mil-liġi nazzjonali, u li jkunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

(8)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fit-territorju tagħhom għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin. Dan għandu jinkludi wkoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jfittxu li jibqgħu fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex jeżerċitaw attività ekonomika mħallsa u li huma residenti legali f’dak l-Istat Membru taħt skemi oħrajn, bħal studenti li għadhom kemm spiċċaw l-istudji tagħhom jew riċerkaturi li ġew ammessi taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas u servizz volontarju (4) u d-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (5) rispettivament, u li ma jgawdux minn aċċess konsolidat għas-suq tax-xogħol tal-Istat Membru taħt il-liġi Komunitarja jew taħt dik nazzjonali. Barra minn hekk, rigward il-volumi ta’ ammissjoni, l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li ma jagħtux permessi ta’ residenza għal impjieg in ġenerali jew għal ċerti professjonijiet, setturi ekonomiċi jew reġjuni.

(9)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, biex jiġi valutat jekk iċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz għandux kwalifi ta’ edukazzjoni ogħla, tista’ ssir referenza għall-ISCED (“Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Edukazzjoni”) 1997 il-livelli 5a u 6.

(10)

Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta’ dħul flessibbli li tiddipendi mid-domanda, ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħal-limitu minimu ta’ salarju komparabbli mal-livelli ta’ salarji fl-Istati Membri u fuq kwalifiki professjonali. Id-definizzjoni ta’ denominatur minimu komuni għal-limitu ta’ salarju hija meħtieġa biex ikun żgurat livell minimu ta’ armonizzazzjoni fil-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni fil-Komunità kollha. Il-limitu ta’ salarju jiddetermina livell minimu filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limitu ta’ salarju ogħla. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limitu tagħhom abbażi tas-sitwazzjoni u l-organizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol rispettivi tagħhom u l-linji politiċi dwar l-immigrazzjoni ġenerali tagħhom. Jistgħu jiġu stabbiliti derogi mill-iskema prinċipali tal-limitu ta’ salarju għal professjonijiet speċifiċi fejn ikun ikkunsidrat mill-Istat Membru kkonċernat li mhemmx nuqqas partikolari fil-forza tax-xogħol u fejn dawn il-professjonijiet ikunu parti mill-grupp maġġuri 1 u 2 tal-klassifikazzjoni tal-ISCO (“Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Impjiegi”).

(11)

Din id-Direttiva timmira biss li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, fis-sistema tal-Karta Blu tal-UE, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà relatati ma’ limitu ta’ salarju. Dan il-limitu ta’ salarju għandu bħala l-uniku fini li jgħin biex jiġi ddeterminat, b’kont meħud ta’ osservazzjoni statistika ppubblikata mill-Kummissjoni (Eurostat) jew mill-Istati Membri kkonċernati, l-ambitu tal-Karta Blu tal-UE stabbilita minn kull Stat Membru abbażi ta’ regoli komuni. Hija ma timmirax li tiddetermina s-salarji u għalhekk ma tistax tidderoga la mir-regoli u lanqas mill-prattika fil-livell tal-Istati Membri u lanqas minn arranġamenti ta’ ftehim kollettiv, u ma tistax tintuża biex tikkostitwixxi xi armonizzazzjoni f’dan il-qasam. Din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri, b’mod partikolari dwar l-impjieg, ix-xogħol u materji soċjali.

(12)

Ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jdaħħal ċittadin ta’ pajjiż terz li jissodisfa l-kriterji rilevanti, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li applika għal Karta Blu tal-UE għandu jirċievi permess ta’ residenza speċifiku, previst minn din id-Direttiva, li għandu jagħti aċċess progressiv għas-suq tax-xogħol u għad-drittijiet ta’ residenza u mobbiltà mogħtija lilu u lill-familja tiegħu. L-iskadenza għall-eżami tal-applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE m’għandhiex tinkludi ż-żmien meħtieġ għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali jew iż-żmien meħtieġ għall-ħruġ ta’ viża, jekk meħtieġa. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali dwar ir-rikonoxximent ta’ diplomi. L-għażla tal-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, fir-rigward tal-eżami ta’ u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

(13)

Il-format tal-Karta Blu tal-UE għandha tkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (6), li b’hekk jippermetti lill-Istati Membri jirreferu għall-informazzjoni, b’mod partikolari taħt liema kundizzjonijiet il-persuna tingħata l-permess li taħdem.

(14)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument validu tal-ivvjaġġar u Karta Blu tal-UE maħruġa minn Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, għandhom jingħataw il-permess li jidħlu u jiċċaqilqu liberament fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li japplika l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, għal perijodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur, skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment transkonfinali ta’ persuni (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (7) u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta’ Franza dwar it-tneħħija gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom.

(15)

Il-mobbiltà okkupazzjonali u ġeografika tal-ħaddiema bi kwalifiki għoljin ta’ pajjiż terz għandha tiġi rikonoxxuta bħala mekkaniżmu primarju għat-titjib tal-effiċjenza tas-suq tax-xogħol, għall-prevenzjoni tan-nuqqasijiet ta’ kapaċità u għall-kumpens tal-iżbilanċi reġjonali. Sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-preferenza Komunitarja u jiġu evitati abbużi possibbli tas-sistema, il-mobbiltà okkupazzjonali ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz bi kwalifiki għoljin għandha tkun limitata għall-ewwel sentejn ta’ impjieg legali fi Stat Membru.

(16)

Din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ it-trattament ugwali bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri u d-detenturi tal-Karta Blu tal-UE fir-rigward tal-paga, meta huma jkunu f’sitwazzjonijiet komparabbli.

(17)

It-trattament ugwali għad-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE ma jkoprix miżuri fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali li huma koperti taħt skemi ta’ assistenza soċjali.

(18)

Id-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE għandhom igawdu trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Il-fergħat tas-sigurtà soċjali huma definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (8). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (9) jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għal ċittadini ta’ pajjiż terz li huma residenti legali fil-Komunità u li huma f’sitwazzjoni transkonfinali. Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali fir-rigward tas-sigurtà soċjali f’din id-Direttiva japplikaw ukoll direttament għal persuni li jkunu qed jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru direttament minn pajjiż terz, sakemm il-persuna kkonċernata qiegħda tirrisjedi legalment bħala detentur ta’ Karta Blu valida tal-UE, ukoll matul il-perijodu ta’ qgħad temporanju, u hija tissodisfa l-kondizzjonijiet, stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, għall-eliġibbiltà għall-benefiċċji tas-siġurtà soċjali kkonċernati.

Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti lid-detentur tal-Karta Blu tal-UE aktar drittijiet minn dawk previsti diġà fil-liġi Komunitarja eżistenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom elementi transkonfinali bejn Stati Membri. Aktar minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu tal-liġi Komunitarja bħal, per eżempju, is-sitwazzjoni ta’ membri tal-familja li huma residenti f’pajjiż terz.

(19)

Il-kwalifiki professjonali miksubin minn ċittadin ta’ pajjiż terz fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu rikonoxxuti bl-istess mod kif isir għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-kwalifiki miksubin f’pajjiż terz għandhom jiġu kkunsidrati konformement mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (10).

(20)

Il-mobbiltà ġeografika fil-Komunità għandha tkun ikkontrollata u dipendenti mid-domanda matul l-ewwel perijodu ta’ soġġorn legali ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz bi kwalifiki għoljin. Id-derogi mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (11) għandhom ikunu previsti sabiex ma jiġux penalizzati ħaddiema ta’ pajjiż terz bi kwalifiki għoljin ġeografikament mobbli li għadhom ma kisbux l-istatus ta’ resident KE għal perijodu fit-tul, previst f’dik id-Direttiva, u biex tkun imħeġġa l-migrazzjoni ġeografika u ċirkolari.

(21)

Il-mobbiltà ta’ ħaddiema ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin bejn il-Komunità u l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom għandha titrawwem u tiġi appoġġata. Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE għandhom ikunu previsti sabiex jiġi estiż il-perijodu ta’ assenza mit-territorju tal-Komunità mingħajr ma jiġi interrott il-perijodu ta’ residenza legali u kontinwa meħtieġ għal eliġibbiltà għall-istatus ta’ resident tal-KE għal perijodu fit-tul. Għandhom ikunu permessi wkoll perijodi itwal ta’ assenza minn dawk previsti fid-Direttiva 2003/109/KE wara li ħaddiema ta’ pajjiż terz bi kwalifiki għoljin ikunu kisbu l-istatus ta’ resident tal-KE għal perijodu fit-tul biex tiġi inkoraġġita l-migrazzjoni ċirkolari tagħhom.

(22)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jwettqu reklutaġġ attiv f’setturi li qed ibatu minn nuqqas ta’ persunal fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għandhom jiġu żviluppati linji politiċi u prinċipji ta’ reklutaġġ etiku applikabbli għall-impjegati tas-settur pubbliku u privat f’setturi ewlenin, pereżempju s-settur tas-saħħa, kif issottolinjat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Istati Membri tal-14 ta’ Mejju 2007 dwar il-Programm Ewropew għal Azzjoni biex jiġi indirizzat in-nuqqas kritiku ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa fil-pajjżi li qed jiżviluppaw (2007-2013), u s-settur tal-edukazzjoni, kif adatt. Dawn għandhom jissaħħu bl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi, linji gwida u għodod oħra biex tiġi ffaċilitata, kif jixraq, il-migrazzjoni ċirkolari u temporanja, kif ukoll miżuri oħra li jimminimizzaw l-impatti negattivi u jimmassimizzaw dawk pożittivi tal-immigrazzjoni ta’ kapaċità għolja fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex “l-eżodu ta’ mħuħ” jinbidel f’ “kisba ta’ mħuħ”.

(23)

Kondizzjonijiet favorevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja u għal aċċess għax-xogħol għal konjuġi għandu jkun element fundamentali ta’ din id-Direttiva li timmira li tkun attraenti għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għoljin. Sabiex jinkiseb dan l-għan għandhom jiġu previsti derogi speċifiċi għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (12). Id-deroga inkluża fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu kondizzjonijiet u miżuri ta’ integrazzjoni, inkluż it-tagħlim tal-lingwi, għall-membri tal-familja ta’ detentur ta’ Karta Blu tal-UE.

(24)

Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ rappurtar dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tal-11 ta’ Lulju 2007, bil-ħsieb li jiġu identifikati u eventwalment jiġu indirizzati l-impatti possibli fir-rigward tal-“eżodu ta’ mħuħ” fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u sabiex jiġi evitat “it-telf ta’ mħuħ”. L-informazzjoni rilevanti għandha tiġi trasmessa kull sena mill-Istati Membri lill-Kummissjoni konformement mar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (13).

(25)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ proċedura speċjali ta’ ammissjoni u l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza għal aktar minn tliet xhur applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin u l-membri tal-familji tagħhom, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, speċjalment fir-rigward li tiġi żgurata l-mobbiltà tagħhom bejn l-Istati Membri, u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(26)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(27)

Konformement mal-paragrafu 34 tal-Ftehim interistituzzjonali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (14), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(28)

Konformement mal-Artikoli 1 u 2 tal-Prokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhux qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(29)

Konformement mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiddetermina:

(a)

il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza għal aktar minn tliet xhur fit-territorju tal-Istati Membri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, bħala detenturi ta’ Karta Blu tal-UE, u tal-membri tal-familja tagħhom,

(b)

il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-membri tal-familja tagħhom fil-punt (a) fi Stati Membri minbarra l-ewwel Stat Membru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat;

(b)

“impjieg bi kwalifiki għoljin” tfisser l-impjieg ta’ persuna li:

fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali dwar l-impjieg u/jew konformement mal-prattika nazzjonali, irrispettivament mir-relazzjoni ġuridika, għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ xogħol ġenwin u effettiv għal jew taħt id-direzzjoni ta’ xi ħadd ieħor,

titħallas tax-xogħol, u

għandha l-kompetenza adegwata u speċifika, li hi ppruvata bi kwalifiki professjonali ogħla;

(c)

“Karta Blu tal-UE” tfisser l-awtorizzazzjoni bit-terminu “Karta Blu tal-UE” li tintitola lid-detentur jirrisjedi u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru taħt it-termini ta’ din id-Direttiva;

(d)

“l-ewwel Stat Membru” tfisser l-Istat Membru li l-ewwel jagħti lil ċittadini ta’ pajjiż terz il-“Karta Blu tal-UE”;

(e)

“it-tieni Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru minbarra l-ewwel Stat Membru;

(f)

“membri tal-familja” tfisser iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86/KE;

(g)

“kwalifiki professjonali ogħla” tfisser kwalifiki attestati b’evidenza ta’ kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla jew, b’deroga, meta tkun prevista fil-liġi nazzjonali, b’mhux inqas minn ħames snin ta’ esperjenza professjonali ta’ livell komparabbli għal kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla u li huma rilevanti fil-professjoni jew is-settur speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew l-offerta vinkolanti ta’ impjieg;

(h)

“kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe diploma, ċertifikat jew evidenza oħra ta’ kwalifiki formali maħruġa minn awtorità kompetenti li tagħti prova tat-tlestija b’suċċess ta’ programm post-sekondarju ta’ edukazzjoni ogħla, jiġifieri sett ta’ korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla mill-Istat li jinsab fih. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla għandha tiġi kkunsidrata, bil-kondizzjoni li l-istudji meħtieġa għall-kisba tagħha kienu ta’ mill-inqas tliet snin;

(i)

“esperjenza professjonali” tfisser iż-żmien veru u leġittimu fil-professjoni kkonċernata;

(j)

“professjoni regolata” tfisser professjoni regolata kif definita fl-Artikolu 3(1) (a) tad-Direttiva 2005/36/KE.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw biex jiġu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin taħt it-termini ta’ din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:

(a)

huma awtorizzati li jirrisjedu fi Stat Membru abbażi ta’ protezzjoni temporanja jew li jkunu applikaw għal awtorizzazzjoni biex jirrisjedu fuq dak il-bażi u qed jistennew deċiżjoni dwar l-istatus tagħhom;

(b)

li jibbenefikaw minn protezzjoni interna taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (15) jew li applikaw għal protezzjoni internazzjonali taħt dik id-Direttiva u li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma wasslitx għal deċiżjoni finali;

(c)

li jibbenefikaw minn protezzjoni konformement mal-liġi nazzjonali, l-obbligi jew il-prattika internazzjonali tal-Istat Membru jew li applikaw għal protezzjoni konformement mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istati Membri u li l-applikazzjoni tagħhom għadha ma wasslitx għal deċiżjoni finali;

(d)

li japplikaw biex jirrisjedu fi Stat Membru bħala riċerkaturi fit-tifsira tad-Direttiva 2005/71/KE sabiex iwettqu proġett ta’ riċerka;

(e)

li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw, jew li qed jeżerċitaw, id-dritt tagħhom għal moviment liberu fil-Komunità konformement mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (16);

(f)

li jgawdu minn status tal-KE ta’ resident għal perijodu fit-tul fi Stat Membru konformement mad-Direttiva 2003/109/KE u jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor sabiex iwettqu attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegati jew għal rashom;

(g)

li jidħlu fi Stat Membru taħt impenji li jinsabu fi ftehim internazzjonali li jiffaċilita d-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni fiżiċi konnessi mal-kummerċ u l-investiment;

(h)

li ġew ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru bħala ħaddiema staġunali;

(i)

li t-tkeċċija tagħhom ġiet sospiża għal raġunijiet ta’ fatt jew ta’ dritt;

(j)

li huma koperti mid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ pestazzjoni ta’ servizzi (17), sakemm jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Barra minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u għall-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li, taħt xi ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u dawn il-pajjiżi terzi jgawdu d-drittijiet għal moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni.

3.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bejn il-Komunità u/jew l-Istati Membri tagħha u pajjiż terz wieħed jew aktar li jelenka l-professjonijiet li m’għandhomx jaqgħu taħt din id-Direttiva sabiex jiżgura reklutaġġ etiku, f’setturi li jbatu minn nuqqas ta’ persunal, filwaqt li jitħarsu r-riżorsi umani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu firmatarji għal tali ftehim.

4.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li joħorġu permessi ta’ residenza oħrajn minbarra l-Karta Blu tal-UE għal kwalunkwe fini ta’ impjieg. Dawn il-permessi ta’ residenza m’għandhomx jikkonferixxu d-dritt ta’ residenza fl-Istati Membri l-oħra kif previst f’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta’:

(a)

liġi Komunitarja, inklużi strumenti ta’ ftehim bilaterali u multilaterali konklużi bejn il-Komunità jew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u pajjiż terz wieħed jew aktar;

(b)

strumenti ta’ ftehim bilaterali u multilaterali konklużi bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal persuni li għalihom hija tapplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ din id-Direttiva:

(a)

l-Artikoli 5(3) f’applikazzjoni tal-Artikolu 18;

(b)

l-Artikoli 11, 12(1), it-tieni sentenza, 12(2), 13, 14, 15 u 16(4).

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI

Artikolu 5

Kriterji għall-ammissjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1), ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għal Karta Blu tal-UE taħt it-termini ta’ din id-Direttiva għandu:

(a)

jippreżenta kuntratt validu ta’ xogħol jew, kif previst fil-liġi nazzjonali, offerta vinkolanti ta’ impjieg għal impjieg ta’ kwalifiki għoljin ta’ mill-inqas sena fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

jippreżenta dokument li juri li hu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju miċ-ċittadini tal-Unjoni tal-professjoni regolata speċifikata fil-kuntratt tax-xogħol jew l-offerta vinkolanti ta’ impjieg kif previst fil-liġi nazzjonali;

(c)

għall-professjonijiet mhux regolati, jippreżenta d-dokumenti li jagħtu prova tal-kwalifiki professjonali ogħla fl-impjieg jew is-settur speċifikat rilevanti fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti ta’ impjieg kif previst fil-liġi nazzjonali;

(d)

jippreżenta dokument validu ta’ vjaġġar, kif determinat mil-liġi nazzjonali, applikazzjoni għal viża jew viża, jekk meħtieġ, u evidenza ta’ permess ta’ residenza validu jew ta’ viża nazzjonali għal perijodu fit-tul jekk ikun adatt. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-perijodu ta’ validità tad-dokument ta’ vjaġġar ikopri l-minimu ta’ żmien inizjali tal-permess ta’ residenza;

(e)

jippreżenta evidenza li għandu japplika, jew jekk previst fil-liġi nazzjonali, li applika għal assigurazzjoni tal-mard għar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi fejn l-ebda tali kopertura minn assigurazzjoni u intitolament korrispondenti għall-benefiċċji mhuma provduti f’rabta ma’, jew li jirriżultaw minn, il-kuntratt ta’ xogħol;

(f)

m’għandhiex titqies li tkun ta’ theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikant jipprovdi l-indirizz tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, is-salarju gross annwali li jirriżulta mis-salarju fix-xahar jew annwali speċifikat fil-kuntratt ta’ xogħol jew l-offerta vinkolanti ta’ impjieg m’għandux ikun inqas mil-limitu rilevanti ta’ salarju definit u ppublikat għal dak il-fini mill-Istati Membri li għandu jkun mill-inqas 1,5 darbiet tal-medja tas-salarju annwali gross fl-Istat Membru kkonċernat.

4.   Meta jimplimentaw il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fil-liġijiet applikabbli, fi ftehim jew prattika kollettivi fil-fergħat relatati max-xogħol rilevanti għal impjieg bi kwalifiki għoljin.

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, u għal impjieg fi professjonijiet li b’mod partikolari jeħtieġu ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li jappartjenu għall-gruppi ewlenin 1 u 2 tal-ISCO, il-limitu minimu ta’ salarju jista’ jkun mill-inqas 1,2 darbiet tal-medja tas-salarju gross annwali fl-Istat Membru kkonċernat. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika kull sena lill-Kummissjoni il-lista tal-professjonijiet li għalihom ġiet deċiża deroga.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull ftehim jew prattika kollettivi applikabbli fil-fergħat relatati max-xogħol rilevanti għal impjieg bi kwalifiki għoljin.

Artikolu 6

Volumi ta’ ammissjoni

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-volum ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fit-territorju tiegħu għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin.

KAPITOLU III

KARTA BLU TAL-UE, PROĊEDURA U TRASPARENZA

Artikolu 7

Karta Blu tal-UE

1.   Ċittadin ta’ pajjiż terz li applika u ssodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u li għalih l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu deċiżjoni pożittiva konformement mal-Artikolu 8, għandu jingħata Karta Blu tal-UE.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kull faċilità biex jikseb il-viżi meħtieġa.

2.   L-Istati Membri għandhom perijodu standard ta’ validità tal-Karta Blu tal-UE, li għandu jkun bejn sena u erba’ snin. Jekk il-kuntratt tax-xogħol ikopri perijodu ta’ inqas minn dan il-perijodu, il-Karta Blu tal-UE għandha tinħareġ jew tiġġedded għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħol b’żieda ta’ tliet xhur.

3.   Il-Karta Blu tal-UE għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bl-użu tal-format uniformi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002. Konformement mal-punt (a) 7.5-9 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jindikaw fuq il-Karta Blu tal-UE l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikolu 12(1) ta’ din id-Direttiva. Taħt l-intestatura “tip ta’ permess” fil-permess ta’ residenza, l-Istati Membri għandhom idaħħlu l-indikazzjoni “Karta Blu tal-UE”.

4.   Matul il-perijodu ta’ validità tagħha, id-detentur tal-Karta Blu tal-UE jkun intitolat:

(a)

jidħol, jerġa’ jidħol u joqgħod fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-Karta Blu tal-UE;

(b)

għad-drittijiet rikonoxxuti f’din id-Direttiva.

Artikolu 8

Raġunijiet għal rifjut

1.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE kull meta l-applikant ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 jew kull meta d-dokumenti ppreżentati jkunu ġew akkwistati b’mod frawdolenti, jew falsifikati jew imbagħbsa.

2.   Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar applikazzjoni għal Karta Blue tal-UE, u meta qed jiġu kkunsidrati it-tiġdid jew l-awtorizzazzjonijiet taħt l-Artikolu 12(1) u (2) matul l-ewwel sentejn ta’ impjieg legali bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom dwar il-kondizzjonijiet għal mili ta’ pożizzjoni battala.

L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk il-pożizzjoni battala kkonċernata ma setgħetx timtela minn ħaddiema nazzjonali jew Komunitarji, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti f’dak l-Istat Membru u li diġà jifformaw parti mis-suq tax-xogħol tiegħu minħabba l-liġi Komunitarja jew dik nazzjonali, jew minn residenti fit-tul tal-KE li jixtiequ jmorru f’dak l-Istat Membru għal impjieg ta’ kwalifiki għoljin skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/109/KE.

3.   Applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE tista’ titqies bħala inammissibbli abbażi tal-Artikolu 6.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE biex jiżgura reklutaġġ etiku f’setturi li jbatu minn nuqqas ta’ persunal kwalifikat fil-pajjiżi tal-oriġini.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE jekk min iħaddem kien issanzjonat konformement mal-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali.

Artikolu 9

Irtirar jew rifjut ta’ tiġdid tal-Karta Blu tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE maħruġa abbażi ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta din tkun inkisbet b’mod frawdolenti, jew ġiet falsifikata jew imbagħbsa;

(b)

kull meta jidher li d-detentur ma ssodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet għal dħul u residenza stabbiliti f’din id-Direttiva jew li qed jirrisjedi għal finijiet oħrajn barra dawk li għalihom id-detentur ġie awtorizzat jirrisjedi;

(c)

meta d-detentur ma rrispettax il-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12(1) u (2) u 13.

2.   In-nuqqas ta’ komunikazzjoni taħt l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu u 13(4) m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala raġuni insuffiċjenti għall-irtirar jew in-nuqqas ta’ tiġdid ta’ Karta Blu tal-UE jekk id-detentur jista’ juri evidenza li l-komunikazzjoni ma waslitx għand l-awtoritajiet kompetenti għal raġuni indipendenti mir-rieda tad-detentur.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu Karta Blu tal-UE maħruġa abbażi ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika;

(b)

kull fejn id-detentur tal-Karta Blu tal-UE ma jkollux riżorsi suffiċjenti biex imantni lilu nnifsu u, fejn applikabbli, il-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema tal-għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b’referenza għan-natura u r-regolarità tagħhom u jistgħu jieħdu kont tal-livell tal-pagi minimi nazzjonali u l-pensjonijiet kif ukoll in-numru ta’ membri tal-familja tal-persuna kkonċernata. Tali evalwazzjoni m’għandhiex isseħħ matul il-perijodu ta’ qgħad imsemmi fl-Artikolu 13;

(c)

jekk il-persuna kkonċernata ma kkomunikatx l-indirizz tagħha;

(d)

meta d-detentur ta’ Karta Blu tal-UE japplika għall-assistenza soċjali, sakemm l-informazzjoni, bil-miktub, meħtieġa ġiet mogħtija lilu minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 10

Applikazzjonijiet għal ammissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjonijiet għal Karta Blu tal-UE għandhomx isiru miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u/jew minn min jimpjegah.

2.   L-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata u eżaminata jew meta ċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz ikun qed jirrisjedi barra t-territorju tal-Istat Membru li fih jixtieq jidħol jew meta hu jkun diġà qed jirrisjedi f’dak l-Istat Membru bħala detentur ta’ permess ta’ residenza validu jew viża nazzjonali għal perijodu fit-tul.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista’ jaċċetta, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, applikazzjoni ppreżentata meta ċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz ma jkunx fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu iżda jkun legalment preżenti fit-territorju tiegħu.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista’ jipprevedi li applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata biss minn barra t-territorju tiegħu, sakemm tali limitazzjonijiet, jew għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi jew għal kategoriji speċifiċi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ikunu diġà stabbiliti fil-liġi nazzjonali eżistenti fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Salvagwardji proċedurali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjoni kompluta għal Karta Blu tal-UE u jinnotifikaw l-applikant bil-miktub, konformement mal-proċeduri ta’ notifika stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 90 jum minn meta ssir l-applikazzjoni.

Il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti għandha tiddetermina kwalunkwe konsegwenza tan-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni sa tmiem il-perijodu previst fl-ewwel subparagrafu.

2.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti b’appoġġ tal-applikazzjoni jkunu inadegwati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli biex jipprovduha. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali meħtieġa. Jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti addizzjonali ma jkunux ġew ipprovduti fi żmien l-iskadenza, l-applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE, jew deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ tiġdid jew deċiżjoni ta’ irtirar ta’ Karta Blu tal-UE, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub liċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz u, fejn rilevanti, lil min jimpjegah konformement mal-proċeduri ta’ notifika taħt il-liġi nazzjonali rilevanti u din tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat, konformement mal-liġi nazzjonali. In-notifika għandha tispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni, il-proċeduri possibbli ta’ rimedju disponibbli u l-limitu ta’ żmien biex tittieħed azzjoni.

KAPITOLU IV

DRITTIJIET

Artikolu 12

Aċċess għas-suq tax-xogħol

1.   Għall-ewwel sentejn ta’ impjieg legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE, l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuna kkonċernata għandu jkun ristrett għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ impjieg imħallas li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal ammissjoni mniżżlin fl-Artikoli 5. Wara dawn l-ewwel sentejn, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-persuni kkonċernati trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini tagħhom fir-rigward tal-aċċess għal impjieg bi kwalifiki għoljin.

2.   Għall-ewwel sentejn ta’ impjieg legali fl-Istat Membru kkonċernat bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE, bidliet ta’ min jimpjega għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni preċedenti bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza, konformement mal-proċeduri nazzjonali u fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Il-modifiki li jaffetwaw il-kondizzjonijiet għal ammissjoni għandhom ikunu suġġetti għal komunikazzjoni minn qabel jew, jekk ikunu previsti mil-liġi nazzjonali, għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Wara dawn l-ewwel sentejn, fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jagħmilx użu mill-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 rigward trattament ugwali, il-persuna kkonċernata għandha, konformement mal-proċeduri nazzjonali, tikkomunika l-bdil li jaffettwa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 5 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza.

3.   L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet dwar aċċess għall-impjieg, sakemm tali attivitajiet ta’ impjieg jitolbu involviment okkażjonali fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u responsabbiltà għall-ħarsien tal-interess ġenerali tal-Istat u fejn, taħt il-liġi nazzjonali jew Komunitarja eżistenti, dawn l-attivitajiet huma riżervati għaċ-ċittadini tal-pajjiż.

4.   L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal attivitajiet ta’ impjieg fil-każijiet fejn, taħt il-liġi nazzjonali jew Komunitarja eżistenti, dawn l-attivitajiet ikunu riżervati għaċ-ċittadini tagħhom, iċ-ċittadini tal-Unjoni jew iċ-ċittadini taż-ŻEE.

5.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza Komunitarja kif espress fl-Atti ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-2005, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati għall-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Artikolu 13

Qgħad temporanju

1.   Il-qgħad fih innifsu m’għandux jikkostitwixxi raġuni għall-irtirar ta’ Karta Blu tal-UE, sakemm il-perijodu tal-qgħad ma jkunx aktar minn tliet xhur konsekuttivi, jew ma jkunx aktar minn darba matul il-perijodu ta’ validità ta’ Karta Blu tal-UE.

2.   Matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, id-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu jkun jista’ jfittex u jaċċetta impjieg taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12.

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-detentur tal-Karta Blu tal-UE jibqa’ fit-territorju tagħhom sakemm tingħata jew tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 12(2). Il-komunikazzjoni taħt l-Artikolu 12(2) għandha awtomatikament ittemm il-perijodu ta’ qgħad.

4.   Id-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza dwar il-bidu tal-perijodu ta’ qgħad, konformement mal-proċeduri nazzjonali rilevanti.

Artikolu 14

Trattament ugwali

1.   Id-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini tal-Istat Membru li ħareġ il-Karta Blu, fir-rigward ta’:

(a)

il-kondizzjonijiet ta’ impjieg, inklużi l-paga u s-sensja, kif ukoll tar-rekwiżiti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

(b)

il-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew lil min iħaddem jew ta’ xi organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawk l-organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(c)

l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(d)

ir-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, konformement mal-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(e)

id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali dwar il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971. Id-dispożizzjonijiet speċjali fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 għandhom japplikaw kif meħtieġ;

(f)

mingħajr preġudizzju għal strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti, il-ħlas ta’ dħul relatat ma’ pensjonijiet statutorji miksubin fir-rigward ta’ età avvanzata, bir-rata applikata taħt il-liġi tal-Istat Membru debitur jew l-Istati Membri debituri meta jiċċaqilqu għal pajjiż terz;

(g)

aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ dar, kif ukoll is-servizzi ta’ informazzjoni u konsulenza mogħtija minn uffiċċji tal-impjieg;

(h)

aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat, fil-limiti previsti fil-liġi nazzjonali.

2.   Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-punti (c) u (g), l-Istat Membru konċernat jista’ jillimita t-trattament ugwali fir-rigward ta’ għotjiet u self għal studju u manteniment jew għotjiet u self oħra rigward l-edukazzjoni sekondarja u għola u t-taħriġ vokazzjonali, u proċeduri għall-kisba ta’ abitazzjoni.

Fir-rigward tal-paragrafu 1, punt (c):

(a)

l-aċċess għall-università u l-edukazzjoni post-sekondarja jista’ jkun suġġett għal prerekwiżiti speċifiċi taħt il-liġi nazzjonali;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat jista’ jillimita t-trattament ugwali għall-każijiet meta r-residenza rreġistrata jew il-post normali ta’ residenza tad-detentur tal-Karta Blu tal-UE, jew dak tal-membru tal-familja li għalih issir talba għal benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tiegħu.

Il-paragrafu (1)(g) ghandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ kuntratt taħt il-liġi Komunitarja u l-liġi nazzjonali.

3.   Id-dritt għal trattament ugwali kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru biex jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-Karta Blu tal-UE konformement mal-Artikolu 9.

4.   Meta d-detentur ta’ Karta Blu tal-UE jiċċaqlaq għat-tieni Stat Membru konformement mal-Artikolu 18 u tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni pożittiva dwar il-ħruġ tal-Karta Blu tal-UE, l-Istat Membru jista’ jillimita t-trattament ugwali fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 1, minbarra l-punti (b) u (d). Jekk, matul dan il-perijodu, l-Istati Membri jippermettu li l-applikant jaħdem, għandu jingħata trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini tat-tieni Stat Membru fl-oqsma kollha tal-paragrafu 1.

Artikolu 15

Membri tal-familja

1.   Id-Direttiva 2003/86/KE għandha tapplika bid-derogi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   B’deroga mill-Artikoli 3(1) u 8 tad-Direttiva 2003/86/KE, ir-rijunifikazzjoni tal-familja m’għandhiex tiddipendi mir-rekwiżita tad-detentur tal-Karta Blu tal-UE li jkollu prospetti raġonevoli li jikseb id-dritt ta’ residenza permanenti u li jkollu perijodu minimu ta’ residenza.

3.   B’deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, il-kondizzjonijiet u l-miżuri ta’ integrazzjoni msemmijin fiha jistgħu japplikaw biss wara li l-persuni kkonċernati jkunu ngħataw ir-riunifikazzjoni tal-familja.

4.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/86/KE, il-permessi ta’ residenza għall-membri tal-familja għandhom jingħataw, fejn il-kondizzjonijiet għar-riunifikazzjoni ta’ familja huma sodisfatti, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta’ meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.

5.   B’deroga mill-Artikolu 13(2) u (3) tad-Direttiva 2003/86/KE, it-tul ta’ żmien tal-validità tal-permessi ta’ residenza tal-membri tal-familja għandu jkun l-istess bħal dak tal-permessi ta’ residenza maħruġa lid-detentur tal-Karta Blu tal-UE safejn il-perijodu ta’ validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom jippermettu dan.

6.   B’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/86/KE, l-Istati Membri m’għandhom japplikaw ebda limitu ta’ żmien fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Dan il-paragrafu huwa applikabbli mis-19 ta’ Diċembru 2011.

7.   B’deroga mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2003/86/KE, għall-finijiet tal-kalkolu ta’ ħames snin ta’ residenza meħtieġa għall-kisba ta’ permess awtonomu ta’ residenza, tista’ tiġi akkumulata r-residenza fi Stati Membri differenti.

8.   Jekk l-Istati Membri jirrikorru għall-għażla prevista fil-paragrafu 7, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-akkumulazzjoni ta’ perijodi ta’ residenza fi Stati Membri differenti mid-detentur ta’ Karta Blu tal-UE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 16

Status ta’ resident tal-KE għal perijodu fit-tul għad-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE

1.   Id-Direttiva 2003/109/KE għandha tapplika bid-derogi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   B’deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/109/KE, id-detentur ta’ Karta Blu tal-UE li għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva jista’ jakkumula l-perijodi ta’ residenza fi Stati Membri differenti sabiex jissodisfa r-rekwiżiti dwar it-tul ta’ residenza, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

ħames snin ta’ residenza legali u kontinwa fit-territorju tal-Komunità bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE; u

(b)

residenza legali u kontinwa ta’ sentejn immedjatament qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni rilevanti bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE fit-territorju tal-Istat Membru, fejn tkun ippreżentata l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza tal-KE għal perijodu fit-tul.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu ta’ residenza legali u kontinwa fil-Komuità u b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2003/109/KE, perijodi ta’ assenza mit-territorju tal-Komunità m’għandhomx jinterrompu l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu jekk huma anqas minn tnax-il xahar konsekuttivi u b’kollox ma jeċċedux tmintax-il xahar fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll f’każijiet fejn id-detentur ta’ Karta Blu tal-UE m’għamilx użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 18.

4.   B’deroga mill-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2003/109/KE, l-Istati Membri għandhom jestendu għal 24 xahar konsekuttivi l-perijodu ta’ assenza mit-territorju tal-Komunità li jkun permess lil resident tal-KE għal perijodu fit-tul, li huwa detentur ta’ permess ta’ residenza għal perijodu fit-tul mar-rimarka msemmija fl-Artikolu 17(2) ta’ din id-Direttiva, u tal-membri tal-familja tiegħu li ngħataw status ta’ residenti tal-KE għal perijodu fit-tul.

5.   Id-derogi mid-Direttiva 2003/109/KE mniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu limitati għall-każijiet fejn iċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz jista’ jippreżenta evidenza li hu kien assenti mit-territorju tal-Komunità biex jeżerċita attività ekonomika f’kapaċità ta’ impjegat jew impjieg għal rasu, jew biex iwettaq servizz volontarju jew biex jistudja fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

6.   L-Artikoli 14(1)(f) u 15 għandhom ikomplu japplikaw għal detenturi ta’ permess ta’ residenza għal perijodu fit-tul flimkien mar-rimarka msemmija fl-Artikolu 17(2), fejn applikabbli, wara li d-detentur tal-Karta Blu tal-UE jkun sar resident tal-KE għal perijodu fit-tul.

Artikolu 17

Permess ta’ residenza għal perijodu fit-tul

1.   Id-detenturi tal-Karta Blu tal-UE li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva għall-akkwist ta’ status ta’ resident tal-KE għal perijodu fit-tul għandhom jingħataw permess ta’ residenza konformement mal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002.

2.   Fil-permess ta’ residenza msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, taħt l-intestatura “rimarki”, l-Istati Membri għandhom idaħħlu l-indikazzjoni “Preċedentement detentur ta’ Karta Blu tal-UE”.

KAPITOLU V

RESIDENZA FI STATI MEMBRI OĦRAJN

Artikolu 18

Kondizzjonijiet

1.   Wara tmintax-il xahar ta’ residenza legali fl-ewwel Stat Membru bħala detentur ta’ Karta Blu tal-UE, il-persuna kkonċernata u l-membri tal-familja tagħha jistgħu jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor minbarra l-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, id-detentur ta’ Karta Blu tal-UE u/jew dak li jimpjegah għandu jippreżenta applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru u jippreżenta d-dokumenti kollha li juru li hu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 għat-tieni Stat Membru. It-tieni Stat Membru jista’ jiddeċiedi, taħt il-liġi nazzjonali, li ma jħallix lill-applikant jaħdem sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti tiegħu.

3.   L-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru waqt li d-detentur tal-Karta Blu tal-UE jkun għadu qed jirrisjedi fit-territorju tal-ewwel Stat Membru.

4.   Konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11, it-tieni Stat Membru għandu jipproċessal-applikazzjoni u jinforma bil-miktub lill-applikant u lill-ewwel Stat Membru dwar id-deċiżjoni tiegħu li:

(a)

joħrog Karta Blu tal-UE u jippermetti lill-applikant jirrisjedi fit-territorju tiegħu għal impjieg bi kwalifiki għoljin fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 14, jew

(b)

jirrifjuta li joħroġ Karta Blu tal-UE u jobbliga lill-applikant u l-membri tal-familja tiegħu, konformement mal-proċeduri previsti mil-liġi nazzjonali, inklużi l-proċeduri ta’ tkeċċija, biex jitlaq mit-territorju tiegħu fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jkunux sodisfatti. L-ewwel Stat Membru għandu jerġa’ jdaħħal immedjatament u mingħajr formalitajiet lid-detentur tal-Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tiegħu. Dan għandu japplika wkoll jekk il-Karta Blu maħruġa mill-ewwel Stat Membru tkun skadiet jew ġiet irtirata matul l-eżami tal-applikazzjoni. L-Artikolu 13 għandu japplika wara r-riammissjoni.

5.   Jekk il-Karta Blu tal-UE maħruġa mill-ewwel Stat Membru tiskadi matul il-proċedura, l-Istati Membri jistgħu joħorġu, jekk meħtieġ mid-dritt nazzjonali, permessi ta’ residenza temporanji nazzjonali, jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti, li jippermettu lill-applikant ikompli jirrisjedi legalment fit-territorju tiegħu sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

6.   L-applikant u/jew min jimpjegah jista’ jinżamm responsabbli għall-ispejjeż relatati mar-ritorn u r-riammissjoni tad-detentur tal-Karta Blu tal-UE u tal-membri tal-familja tiegħu, inklużi l-ispejjeż imwettqin mill-fondi pubbliċi fejn applikabbli, taħt il-paragrafu 4(b).

7.   Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw il-volumi ta’ ammissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.

8.   Mit-tieni darba li d-detentur ta’ Karta Blu tal-UE, u fejn applikabbli, il-membri tal-familja tiegħu, jagħmlu użu mill-possibbiltà li jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor taħt it-termini ta’ dan il-Kapitolu, “l-ewwel Stat Membru” għandu jitqies li jkun l-Istat Membru minn fejn il-persuna kkonċernata tiċċaqlaq u “t-tieni Stat Membru” għandu jitqies li jkun l-Istat Membru fejn tapplika biex tirrisjedi.

Artikolu 19

Residenza fit-tieni Stat Membru għall-membri tal-familja

1.   Meta d-detentur ta’ Karta Blu tal-UE jiċċaqlaq għat-tieni Stat Membru taħt l-Artikolu 18 u meta l-familja tkun diġà kostitwita fl-ewwel Stat Membru, il-membri tal-familja tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jakkumpanjawh jew jingħaqdu miegħu.

2.   Mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fit-territorju tat-tieni Stat Membru, il-membri tal-familja kkonċernati jew id-detentur tal-karta Blu tal-UE, taħt il-liġi nazzjonali, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal permess ta’ residenza bħala membru tal-familja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

F’każijiet fejn il-permess ta’ residenza tal-membri tal-familja maħruġ mill-ewwel Stat Membru jiskadi matul il-proċedura jew ma jintitolax aktar lid-detentur li jirrisjedi legalment fit-territorju tat-tieni Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuna tkompli tirrisjedi fit-territorju tagħhom, jekk meħtieġ, billi joħorġu permessi ta’ residenza nazzjonali temporanji, jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti, li jippermettu lill-applikant ikompli jirrisjedi legalment fit-territorju tagħhom mad-detentur tal-Karta Blu tal-UE sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Stat Membru.

3.   It-tieni Stat Membru jista’ jeħtieġ li l-membri tal-familja konċernati jippreżentaw mal-applikazzjoni tagħhom għal permess tar-residenza:

(a)

il-permess ta’ residenza tagħhom fl-ewwel Stat Membru u dokument validu tal-ivvjaġġar jew il-kopji ċċertifikati tagħhom, kif ukoll viża, jekk meħtieġ;

(b)

evidenza li jkunu rrisjedew bħala membri tal-familja tad-detentur ta’ Karta Blu tal-UE fl-ewwel Stat Membru;

(c)

evidenza li għandhom assigurazzjoni ta’ mard li tkopri r-riskji kollha fit-tieni Stat Membru, jew li d-detentur tal-Karta Blu tal-UE għandu tali assigurazzjoni għalihom.

4.   It-tieni Stat Membru jista’ jeħtieġ li d-detentur tal-Karta Blu jagħti evidenza li d-detentur:

(a)

għandu akkomodazzjoni meqjusa bħala normali għal familja komparabbli fl-istess reġjun u li tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sigurtà fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma jirrikorri għall-għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b’referenza għan-natura u r-regolarità tagħhom u jistgħu jieħdu kont tal-livell tal-pagi minimi nazzjonali u l-pensjonijiet kif ukoll in-numru ta’ membri tal-familja.

5.   Id-derogi li jinsabu fl-Artikolu 15 għandhom ikomplu japplikaw mutatis mutandis

6.   Fejn il-familja ma tkunx diġà kostitwita fl-ewwel Stat Membru, għandu japplika l-Artikolu 15.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Miżuri implimentattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk miżuri leġislattivi jew regolatorji huma ppromulgati fir-rigward tal-Artikoli 6, 8(2) u 18(6).

Dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4) għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra deċiżjoni debitament iġġustifikata li tindika l-pajjiżi u s-setturi kkonċernati.

2.   Kull sena, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mis-19 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom, konformement mar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jikkomunikaw lill- Kummissjoni l-istatistika dwar il-volumi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw il-Karta Blu tal-UE u, safejn ikun possibbli, il-volumi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-Karta Blu tal-UE tagħhom ġiet imġedda jew irtirata matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-indikazzjoni tan-nazzjonalità u, safejn ikun possibbli, l-impjieg tagħhom. L-istatistika dwar il-membri tal-familja ammessi għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod, ħlief fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-impjieg tagħhom. Relattivament għad-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom ammessi taħt l-Artikoli 18, 19 u 20, l-informazzjoni pprovduta għandha, barra minn hekk, tispeċifika, safejn ikun possibbli, l-Istat Membru ta’ residenza preċedenti.

3.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 (3) u, fejn xieraq, 5(5), għandha ssir referenza għad-data tal-Kummissjoni (Eurostat) u, fejn ikun adatt, għad-data nazzjonali.

Artikolu 21

Rapporti

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba mhux iktar tard mis-19 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, b’mod partikolari l-valutazzjoni tal-impatt tal-Artikoli 3(4), 5 u 18, u għandha tipproponi kwalunkwe emendi li huma neċessarji.

Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tevalwa r-rilevanza tal-limitu ta’ salarju definit fl-Artikolu 5 u tad-derogi previsti f’dak l-Artikolu, b’kont meħud, fost oħrajn, tad-diversità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, settorjali u ġeografiċi fl-Istati Membri.

Artikolu 22

Punti ta’ kuntatt

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt li għandhom ikunu responsabbli li jirċievu u jittrasmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 16, 18 u 20.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kooperazzjoni adatta fl-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 23

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sas-19 ta’ Ġunju 2011. Dawn għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 25

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  L-Opinjoni tal-20 ta’ Novembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tad-9 ta’ Lulju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  L-Opinjoni tat-18 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.

(5)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.

(6)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(9)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(11)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(12)  ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

(13)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

(14)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(15)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(16)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77, kif korrett bil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 35.

(17)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Mejju 2009

dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

(Verżjoni kodifikata)

(2009/470/KE)

IL-KUNSILL TAl-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw minn annimali jidhru fuq il-lista tal-Anness I tat-Trattat. Trobbija ta’ annimali ħajjin u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali huma sors ta’ dħul għal parti kbira tal-popolazzjoni agrikola.

(3)

L-iżvilupp razzjonali ta’ dak is-settur u t-titjib fil-produttività tiegħu jistgħu jkunu miksuba bl-implimentazzjoni ta’ miżuri veterinarji mmirati lejn il-protezzjoni u ż-żieda fil-livell tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali fil-Komunità.

(4)

Biex jintlaħaq dan l-iskop hemm bżonn li l-Komunità tipprovdi għajnuna għall-azzjonijiet li jittieħdu jew maħsuba li ser jittieħdu.

(5)

Il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lejn il-qerda, kemm jista’ jkun malajr, ta’ kull tixrid ta’ mard infettiv serju.

(6)

Huwa wkoll neċessarju li tiġi pprevenuta u mnaqqsa, b’miżuri approprjati ta’ kontroll, il-preżenza ta’ żoonosijiet li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(7)

Fid-dawl tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal- 24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (4), il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jingħata wkoll għal miżuri ta’ qerda mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu mard ieħor fl-annimali tal-akkwakultura, suġġett għad-dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ kontroll.

(8)

Il-kontributi finanzjarji Komunitarji għall-finijiet ta’ kontroll tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura għandu jkun suġġett għal skrutinju dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE, skont l-istess proċeduri bħal dawk li japplikaw għal tali skrutinju u kontroll għal ċertu mard ta’ annimali tal-art.

(9)

Il-funzjonament tas-suq intern jeħtieġ strateġija ta’ kontroll li tikkonnota sistema ta’ kontroll għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Jidher li hu xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-bidu u l-iżvilupp ta’ din l-istrateġija.

(10)

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw mal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, il-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-annimali tippresupponi li l-Komunità taħtar laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza u li jittieħdu azzjonijiet tekniċi u xjentifiċi. Jidher li hu xieraq li l-Komunità tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali b’mod partikolari, huwa mixtieq li tinħoloq database biex tinġabar, tiġi ppreżervata u tixxerred kull informazzjoni neċessarja.

(11)

L-attivitajiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu żvilupp u implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni fl-oqsma tas-saħħa tal-annimali u tas-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk, hemm ħtieġa urġenti ta’ disseminazzjoni b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun fil-Komunità kollha ta’ informazzjoni rigward il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sigurtà tal-ikel. Huwa għalhekk mixtieq li jkun inkluż fil-finanzjament tal-politika ta’ informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali s-saħħa tal-annimali u s-sigurtà tal-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(12)

Il-miżuri Komunitarji għall-qerda ta’ ċertu mard tal-annimali diġà jikkwalifika għal għajnuna finanzjarja Komunitarja. Id-dispożizzjonijiet konċernati jinkludu dawk adottati bid-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat (5); id-Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1982 li emendat id-Direttiva 77/391/KEE u li tintroduċi miżura supplementari tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat (6); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta’ Novembru 1980 li tintroduċi miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda ta’ deni klassiku tal-ħnieżer (7); u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE tal-24 ta’ Lulju 1989 li tintroduċi miżuri tal-Komunità sabiex iwaqqfu proġetti pilota għall-kontroll tar-rabja sabiex tinqered jew għall-prevenzjoni tagħha (8). Huwa xieraq li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji li huma maħsuba sabiex jinqered il-mard li hemm riferenza għalih aktar ‘l fuq jkomplu jkunu rregolati bid-Deċiżjoni li għandha x’taqsam magħhom.

(13)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda, il-kontroll u ta’ ċertu mard tal-annimali. Il-miżuri finanzjarji tal-Komunità kollha għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi li jinvolvu nefqa baġitarji obbligatorja tal-Komunità għandhom jinġabu flimkien taħt kapitolu wieħed.

(14)

Huwa kunsiljabbli li l-Kummissjoni tamministra direttament, fid-dawl tan-natura tagħha, in-nefqa suġġett għall-finanzjament taħt il-kondizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (9),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Din d-Deċiżjoni tipprovdi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal:

miżuri veterinarji speċifiċi,

miżuri ta’ ispezzjoni fil-kamp veterinarju,

programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u taż-żoonosi.

Din id-Deċiżjoni m’għandiex taffetwa l-għażla li għandhom ċerti Stati Membri li jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ta’ aktar minn 50 % taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (10).

KAPITOLU II

MIŻURI VETERINARJI SPEĊIFIĊI

SEZZJONI 1

Dispożizzjoni ġenerali

Artikolu 2

Miżuri veterinarji speċifiċi għandhom jinkludu:

miżuri ta’ emerġenza,

kampanja kontra l-marda tal-ilsien u tad-dwiefer,

politika ta’ informazzjoni għas-saħħa tal-annimali, għat-trattament xieraq tal-annimali u għas-sigurta’ tal-ikel,

miżuri tekniċi u xjentifiċi,

kontribuzzjoni għall-iskemi nazzjonali għal qerda ta’ ċertu mard.

SEZZJONI 2

Miżuri ta’ emergenza

Artikolu 3

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fil-każ li sseħħ waħda minn dawn il-mardiet li ġejjin fit-territorju ta’ Stat Membru:

pesta tal-ifrat rinderpest,

pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż,

marda vexxikulari tal-ħnieżer,

blue tongue,

il-marda Teschen,

ġidri fuq nagħġa jew ġidri fuq mogħża,

id-deni Rift Valley,

il-marda lumpy skin,

mard Afrikan taż-żwiemel,

stomatite vexxikulari,

Venezuelan equine viral encephalomyelitis,

il-marda tal-emorraġija taċ-ċriev,

id-Deni klassiku tal-ħnieżer,

id-deni Afrikan tal-ħnieżer,

il-plewropnewmonja li tittieħed tal-bhejjem tal-fart,

in-nekrosi ematopojetika epiżotika fil-ħut (EHN),

is-sindromu ulċerativ epiżotiku fil-ħut (EUS),

l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa,

l-infezzjoni bil-Perkinsus marinus,

l-infezzjoni bil-Microcytos mackini,

is-sindrome Taura fil-krustaċji,

il-marda Yellowhead fil-krustaċji.

2.   L-Istati Membri konċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-marda, bil-kondizzjoni li l-miżuri li japplikaw immedjatament jinkludu għall-anqas l-iżolament tar-razzett miż-żmien tas-suspett u, wara konferma uffiċjali tal-marda:

il-qatla tal-annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew li hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, u l-qerda tagħhom,

il-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat, fejn dan tal-aħħar ma jistax ikun diżinfettat skont it-tielet inċiż,

it-tindif, diżinsettizzazzjoni u diżinfettazzjoni tar-razzett u t-tagħmir f’dawn l-irzietet,

it-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni,

l-impożizzjoni ta’ miżuri approprjati sabiex jipprevienu r-riskju tat-tixrid ta’ infezzjoni,

it-twaqqif ta’ perjodu ta’ stennija li għandu jiġi osservat wara l-qatla qabel ma jerġa’ jintrama r-razzett,

kumpens mgħaġġel u adegwat għall-bdiewa li jrabbu l-annimali.

3.   L-Istati Membri interessati għandhom ukoll jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fejn, malli tfaqqa’ waħda mill-mardiet elenkati fil-paragrafu 1, żewġ Stati Membri jew aktar jikkollaboraw mill-qrib sabiex jikkontrollaw l-epidemija, b’mod partikolari fit-twettiq ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u miżuri ta’ sorveljanza tal-mard. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri pprovduti skont l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ikkonċernati, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika Komunitarja għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri applikati skont il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata kemm jista’ jkun malajr fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 40(1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja speċifika għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), mingħajr preġudizzju għall- miżuri li hemm previsti fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

5.   Jekk, fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni fil-Komunità, jidher meħtieġ li jitkomplew il-miżuri previsti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 4, tista’ tiġi adottata deċiżjoni ġdida dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista’ taqbeż iċ-ċifra ta’ 50 % stipulata fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 6, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2). Meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jieħu sabiex jiżgura s-suċċess tal-azzjoni tista’ tiġi stipulata, u partikolarment miżuri għajr dawk previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Mingħajr preġudizzju għal miżuri li jappoġġaw is-suq li għandhom jittieħdu bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, maqsuma jekk hemm bżonn f’diversi fergħat, għandhom ikunu:

50 % tal-ispejjez li intefqu mill-Istati Membri sabiex jikkompensaw is-sidien għall-qatla u l-qerda tal-annimali u, fejn xieraq, il-prodotti tagħhom, għat-tindif, diżinsettazzjoni u diżinfettazzjoni tal-irziezet u t-tagħmir u għall-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat li hemm referenza għalih fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2,

fejn it-tilqim ġie deċiż skont il-paragrafu 5, 100 % tal-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % tal-ispiza li tintefaq biex isir it-tilqim.

Artikolu 4

1.   Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(4) u (5) għandhom japplikaw fil-każ li sseħħ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal- 20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (11) ikunu ġew implimentati b’mod sħiħ u effiċjenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien tal-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, maqsuma jekk meħtieġ f’diversi tranches, għandha tkun:

50 % tal-ispejjeż li jkunu ntnefqu mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien tal-annimali għall-qtil tat-tjur u ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq oħra u l-valur tal-bajd meqrud,

50 % tal-ispejjeż li jkun intefqu mill-Istat Membru għall-qerda ta’ annimali, il-qerda ta’ prodotti tal-annimali, it-tindif u d-diżinfettazzjoni tal-azjendi u t-tagħmir, il-qerda tal-għalf ikkontaminat u l-qerda ta’ tagħmir ikkontaminat, f’każi fejn dan it-tagħmir ma jkunx jista’ jiġi diżinfettat,

fejn ikun hemm deċiżjoni dwar tilqim ta’ emerġenza skont l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2005/94/KE, 100 % tal-ispejjez għall-provvista tal-vaċċin u 50 % għall-ispejjeż li jkunu ntnefqu sabiex tingħata t-tilqima.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (12) għall-qerda ta’ mard eżotiku f’annimali tal-akkwakultura elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(4), (5) u (6) ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta’ kontroll u ta’ qerda tal-mard stipulati fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 3 għandu japplika fejn hu involut il-kontroll ta’ riskji gravi għas-saħħa għall- Komunità, li jkunu kkawżati mill-mard elenkat fl-Artikolu 3(1), saħansitra jekk it-territorju fejn tiġri l-marda jkun suġġett għal programm ta’ qerda skont l-Artikolu 27.

2.   L-Artikolu 3 għandu japplika fil-każ li sseħħ il-marda ta’ Newcastle fit-territorju ta’ Stat Membru.

Iżda, ħlief fejn il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), li tawtorizza, fuq ċerti kondizzjonijiet u għal perjodu limitat u żona limitata, r-rikors għat-tilqim, l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandha tingħata għal forniment tat-tilqim jew sabiex isir it-tilqim.

3.   Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 3, minbarra r-raba’ inċiż tal-paragrafu 2 u t-tieni inċiż tal-paragrafu 6, għandhom japplikaw meta jinstab żonosi mniżżel fil-lista fid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi (13), basta li din is-sejba tkun ta’ riskju immedjat għall-ħajja tal-bniedem. Din il-kondizzjoni għandha tiġi mwettqa meta tittieħed id-deċiżjoni provduta bl-Artikolu 3(4) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, għandha żżid mal-lista fl-Artikolu 3(1) marda eżotika li għaliha dikjarazzjoni hi obbligatorja u li x’aktarx tikkostitwixxi perikolu għall-Komunità.

2.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), il-lista fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi supplimentata skont żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (14) u mard li jista’ jiġi trasmess lil annimali tal-akkwakultura. Il-lista tista’ wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta’ ċertu mard.

3.   L-Artikolu 3(2) jista’ jkun supplementat jew emendat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari biex tittieħed kondizzjoni tal-inklużjoni ta’ mard ġdid fil-lista fl-Artikolu 3(1), tal-esperjenza akkwistata jew tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw kontroll tal-mard.

Artikolu 8

1.   Fejn Stat Membru ikun suġġett għal theddida diretta li sseħħ jew tiżviluppa, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru, waħda mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), 4(1), 6(1) u (2), jew 14(1) jew fl-Anness I, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li huwa jkollu l-ħsieb li jadotta għall-protezzjoni tiegħu.

2.   Malli jkun possibbli, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata fi ħdan il-Kumitat. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), jista’ jiġi deċiz li jiġu adotati miżuri approprjati għas-sitwazzjoni inklużi, b’mod partikolari, it-twaqqif ta’ żona li għandha sservi ta’ kuxxinett ta’ tilqim, u sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal miżuri li huma meqjusa partikolarment bżonjużi għas-suċċess tal-azzjoni meħuda.

3.   Id-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha turi l-ispejjeż eligibbli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Artikolu 9

1.   Il-Komunità tista’ tiddeċiedi, fuq talba ta’ Stat Membru, li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ħażniet ta’ prodotti bioloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1), 4(1), 6(1) (tilqim, serotypes ta’ vajrus standardizzat, sera djanjostiċi) u, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 69(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (15), fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-azzjoni li jagħmel riferenza għaliha fl-paragrafu 1, u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-għażla, il-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport u l-użu ta’ dawn il-ħażniet, u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 10

1.   Jekk ikun hemm jew tiżviluppa f’pajjiż terz waħda mill-mard imsemmija fl-Artikoli 3(1) 4(1), 6(1), 7(1) jew 14(1) jista’ jkun ta’ perikolu għall-Komunità, il-Komunità tista tagħti l-appoġġ tagħha għal miżuri ta’ kontroll kontra dik il-marda billi tipprovdi t-tilqim jew billi tiffinanzja x-xiri tat-tilqim.

2.   L-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun suġġetta u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, verifiki fuq il-post, mill-lat veterinarju, sabiex tassigura li l-miżuri adottati kienu applikati.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, u għandhom, b’mod partikolari, jassiguraw li l-esperti jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji sabiex jevalwaw jekk il-miżuri ġewx implimentati.

3.   Ir-rtegoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-frekwenza u l-metodu ta’ kif isiru l-verifiki li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 1, il-ħatra ta’ esperti veterinarji u l-proċedura li għandhom isegwu fil-kumpilazzjoni tar-rapport tagħhom, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 12

L-approprjazzjonijiet mitluba għall-miżuri li tagħmel referenza għalihom din is-sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura tal-baġit.

Artikolu 13

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandhiex tingħata fejn l-ammont totali tal-miżura jkun inqas minn EUR 10 000.

SEZZJONI 3

Il-kampanja kontra il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer

Artikolu 14

1.   Dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ li tfaqqa’ il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fit-territorju ta’ Stat Membru.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità għall-qerda tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, bil-kondizzjoni li l-miżuri provduti fl-Artikolu 3(2) u d-dispożizzjonijiet approprjati tad-Direttiva 2003/85/KE, jiġu applikati immedjatement.

3.   L-Artikolu 3(4) għandu japplika.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq sabiex jappoġġaw is-suq, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika f’din id-Deċiżjoni għandha tkun ugwali għal 60 % tal-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex:

(a)

jiġu kumpensati il-proprjetarji għal:

(i)

qtil u qerda tal-annimali,

(ii)

il-qerda tal-ħalib,

(iii)

it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-ażjendi,

(iv)

il-qerda ta’ għalf kontaminat u fejn ma jistgħax ikun diżinfettat, tagħmir kontaminat,

(v)

telf inkors mill-bdiewa bħala riżultat tar-restrizzjonijiet imposti fuq in-negozju ta’ bhejjem u annimali li ssemnu fil-mergħat bħala riżultat tal-introduzzjoni mill-ġdid ta’ tilqim ta’ emerġenza, skont l-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2003/85/KE;

(b)

fejn applikabbli, it-trasport tal-karkassi sal-impjanti tal-ipproċessar;

(ċ)

kull miżura oħra li hi neċessarja għall-qerda tat-tixrid tal-marda.

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), tiddefinixxi n-natura tal-miżuri l-oħrajn li hemm referenza għalihom f’punt (c) ta’ dan il-paragrafu li jistgħu jkunu eleġibli għall-istess kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-każijiet li għalihom il-punt (a)(v) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika.

5.   Għall-ewwel darba mhux aktar tard minn 45 ġurnata mill-konferma uffiċjali tal-ewwel każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, u sussegwentement kif u meta jkun hemm bżonn bl-iżvilupp tal-każijiet, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat. Dan l-eżami għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u n-nefqa stmata li diġà ntefqu jew huma kommessi. Wara dan l-eżami, deċiżjoni ġdida li tikkonċerna il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista’ tkun aktar minn 60 % provdut fil-paragrafu 4, tista tkun adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3). Din id-Deċiżjoni għandha turi l-ispejjeż eliġibli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. Kif ukoll, meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru konċernat għandu jieħu sabiex jiġi assigurat is-suċċess tal-azzjoni tista’ tkun adottata, b’mod partikolari miżuri oħra barra dawk li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Kull miżura deċiża mill-Komunità sabiex tgħin il-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u tad-dwiefer ‘l barra mill-Komunità, b’mod partikolari miżuri li jittieħdu fi ħdan l-Artikolu 8 u 10, jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Artikolu 16

Il-miżuri u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 15, il-kondizzjonijiet li għalihom jistgħu jkunu soġġetti u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).

Artikolu 17

Tista’ tingħata għajnuna Komunitarja lir-riservi Komunitarji tat-tilqim kontra il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi r-riservi tal-Komunità għal tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (16).

Il-livell ta’ parteċipazzjoni Komunitarja u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni tista’ tkun soġġetta għandhom ikunu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).

Artikolu 18

L-approprazzjonijiet mitluba għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.

Jekk tixrid serju tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer ikun jeħtieġ infiq taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din is-sezzjoni li jeċċedi l-approprjazzjonijiet skont l-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tieħu dawk il-miżuri neċessarji li huma fil-poteri eżistenti tagħha u tressaq lill-awtorità baġitarja l-proposti neċessarji sabiex jiġi assigurat li l- impenji finanzjarji tal-Artikolu 14 jiġu esegwiti.

SEZZJONI 4

Politika ta’ informazzjoni għas-saħħa tal-annimali, għat-trattament xieraq tal-annimali u għas-sigurtà tal-ikel

Artikolu 19

Il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u tas-sigurtà tal-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi:

(a)

l-installazzjoni u l-iżvilupp ta’ għodod tal-informazzjoni, inkluża database xierqa:

(i)

għall-ġbir u l-preżervazzjoni ta’ kull informazzjoni relatata mal-leġislazzjoni Komunitarja li tikkonċerna s-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u s-sigurtà tal-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(ii)

għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (i) lill-awtoritajiet kompetenti, lill-produtturi u lill-konsumaturi, b’kont meħud ta’ konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali fejn xieraq;

(b)

it-twettiq tal-istudji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali.

Artikolu 20

Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 19, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 21

L-approprjazzjonijiet li huma mitluba għall-miżuri kif speċifikati f’din is-Sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.

SEZZJONI 5

Miżuri tekniċi u xjentifiċi

Artikolu 22

Il-Komunità tista’ tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jieħdu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni veterinarja jew taħriġ veterinarju.

Artikolu 23

Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 22, ir-regoli għall- implimentazzjoni tagħhom u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 24

L-approprazzjonijiet rikjesti għall-miżuri pprovduti f’din is-sezzjoni għandu jkun deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.

KAPITOLU III

PROGRAMMI GĦALL-QERDA, KONTROLL U MONITORAĠĠ TAL-MARD tal-ANNIMALI U TAŻ-ŻOONOSI

Artikolu 25

Il-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-bruċellożi, tuberkolożi u lewkożi tal-bhejjem tal-ifrat għandha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1), tkun stabbilita bid-Direttiva 77/391/KEE u d-Direttiva 82/400/KEE.

Artikolu 26

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn il-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer għandha tkun stabbilita bid-Deċiżjoni 80/1096/KEE.

2.   Il kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn il-qerda tal-bruċellożi ovina għandha tkun stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE tal-21 ta’ Mejju 1990 li introduċiet miżura finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-bruċellożi fin-nagħaġ u fil-mogħoż (17).

Artikolu 27

1.   Għandha tiġi introdotta miżura finanzjarja Komunitarja sabiex tiġi rimborżata n-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard tal-annimali u taż-żoonosi elenkati fl-Anness I (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “programmi”).

Il-lista fl-Anness I tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari fir-rigward ta’ mard tal-annimali li jkun qed jitfaċċa li huwa ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika, jew fid-dawl ta’ evidenza epidemjoloġika jew xjentifika ġdida.

2.   Kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew pluriennali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom huma jixtiequ li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Il-programmi li jiġu ppreżentati wara t-30 ta’ April m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament is-sena ta’ wara.

Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandu jkun fihom mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm;

(b)

deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm;

(ċ)

it-tul ta’ żmien probabbli tal-programm, il-miżuri li għandhom jiġu applikati u l-objettiv li għandu jinkiseb sad-data tat-tmiem tal-programm;

(d)

analiżi tal-ispejjeż stmati u l-benefiċċji antiċipati tal-programm.

Il-kriterji dettaljati, inklużi dawk li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

F’kull programm pluriennali ppreżentat mill-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa skont il-kriterji msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun pprovduta għal kull sena li jdum il-programm.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tistieden lil Stat Membru sabiex jippreżenta programm pluriennali jew sabiex jestendi kif meħtieġ it-tul ta’ żmien ta’ programm annwali li jkun ġie ppreżentat fejn il-programmazzjoni pluriennali titqies meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ aktar effiċjenti u effikaċji ta’ marda partikolari, b’mod partikolari fir-rigward ta’ theddid potenzjali għas-saħħa tal-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina l-programmi reġjonali li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed f’koperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali relevanti li din tal-aħħar tkun teħtieġ għall-valutazzjoni tagħha tal-programm.

Il-perjodu għall-ġbir tal-informazzjoni kollha fir-rigward tal-programmi għandu jintemm fil-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.

5.   Kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, għandu jiġi approvat dan li ġej skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3):

(a)

il-programmi, fejn xieraq emendati sabiex jieħdu kont tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja;

(ċ)

il-limitu massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja;

(d)

kwalunkwe kondizzjoni li għaliha tista’ tkun suġġetta l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Il-programmi għandhom jiġu approvati għal mhux aktar minn sitt snin.

6.   L-emendamenti tal-programmi għandhom jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).

7.   Għal kull programm approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:

(a)

rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport annwali tekniku dettaljat li jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tan-nefqa li tkun saret għas-sena ta’ qabel.

8.   L-applikazzjonijiet għal pagamenti relatati man-nefqa li tkun saret minn Stat Membru fir-rigward ta’ programm partikolari għas-sena preċedenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April.

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal pagamenti li jsiru tard, il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitnaqqas b’25 % fl-1 ta’ Ġunju, 50 % fl-1 ta’ Awwissu, 75 % fl-1 ta’ Settembru u 100 % fl-1 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pagament Komunitarju b’kont meħud tar-rapporti tekniċi u finanzjarji ppreżentati mill-Istat Membru skont il-paragrafu 7.

9.   L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f’koperazzjoni mal-awtorità kompetenti, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (18).

Fit-twettiq ta’ tali kontrolli, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti minn grupp ta’ esperti stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

10.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

11.   L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura msemmija fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-fondi għandhom jiġu allokati skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-għajnuna għandha tkun skont ir-rata stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

(b)

il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika.

L-attivitajiet ta’ qerda għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew taħt programm ta’ qerda.

Artikolu 28

1.   Minkejja l-Artikoli 25, 26 u 27, il-livell ta’ parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi li għandhom x’jaqsmu mal-mard li jagħmel riferenza għalihom fl-Artikoli msemmija għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), għal 50 % tal-ispiża minfuqa mill-Istati Membri bħala kumpens lis-sidien għall-qatla tal-ifrat minħabba l-marda kkonċernata.

2.   Fuq talba ta’ Stat Memrbu, il-Kummissjoni għandha, fil-Kumitat, terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-mard kopert bl-Artikoli 25, 26 u 27. Dan l-eżami mill-ġdid għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u l-estimi tan-nefqa li tkun diġà ġiet kommessa jew li ħa tkun kommessa. Wara dan l-eżami mill-ġdid, kull Deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista teċċedi l-50 % tal-ispejjeż minfuqa mill-Istati Membri sabiex ikunu kompensati s-sidien għall-qatla tal-annimali minħabba l- marda kkonċernata, għandha tkun adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).

Meta din id-deċiżjoni tkun adottata, tista’ tkun adottata kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat jkollu jieħu sabiex jassigura is-suċċess tal-azzjoni.

Artikolu 29

L-impenji baġitarji Komunitarji għall-kofinanzjament tal-programmi għandhom jitwettqu kull sena. L-impenji tan-nefqa għall-programmi pluriennali għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Gunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (19). Għall-programmi pluriennali, l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(5) ta’ din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU IV

ISPEZZJONI VETERINARJA

SEZZJONI 1

Dispożizzjoni introduttiva

Artikolu 30

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb l-effiċjenza tal-ispezzjoni veterinarja billi:

tagħti għajnuna finanzjarja lil laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza,

tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sabiex isiru ispezzjonijiet li għandhom l-għan li jipprevjenu ż-żonosijiet,

tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ ispezzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern.

SEZZJONI 2

Laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza

Artikolu 31

1.   Kull laboratorju li jaħdem flimkien jew ta’ referenza li jkun nominat bħala tali skont il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u li jaqdi d-dmirijiet u r- rekwiżiti li hemm imniżżla fihom, jista’ jirċevi għajnuna Komunitarja.

2.   Arranġamenti sabiex tingħata l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta u l-ammont, għandu jkun stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

3.   L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-miżuri pprovduti f’din is-sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura tal-baġit.

SEZZJONI 3

Strateġija ta’ kontroll

Artikolu 32

1.   Kull Stat Membru għandu jipprepara programm għall-iskambju ta’ uffiċjali li qegħdin jaħdmu fis-settur veterinarju.

2.   Fil-Kumitat, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tikkoordina l-programmi għall-iskambju.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju koordinati.

4.   Kull sena, fuq il-bażi ta’ rapporti tal-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju għandhom ikunu eżaminati fi ħdan il-Kumitat.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba sabiex itejbu u jestendu l-programmi għall-iskambju.

6.   Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja bil- għan li jiġi promoss it-tħaddim bla problemi ta’ programmi għall-iskambju speċjalment billi jsiru l-korsijiet ta’ aktar taħriġ li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 34(1). Il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista tkun soġġetta, għandha tkun stabbilita skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

7.   Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23 u 24 għandhom japplikaw.

Artikolu 33

L-Artikolu 32(6) u (7) għandhom japplikaw fir-rigward ta’ programmi stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (20) u id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (21), sabiex ikunu organizzati l-kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni fuq prodotti introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

Artikolu 34

1.   Il-Kummissjoni tista’, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, torganizza korsijiet jew laqgħat ta’ aġġornament għall-persunal fl-Istati Membri, b’mod partikolari, persunal responsabbli għall-kontrolli veterinarji li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 33.

Dawn il-korsijiet jew laqgħat ta’ aġġornament jistgħu, skont id-disponibbiltà, jkunu miftuħa, fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti u wara li l-Kummissjoni tkun qablet, għall-persunal minn pajjiżi terzi li jkunu għamlu ftehim ta’ kooperazzjoni mal- Komunità fil-qasam tal-kontrolli veterinarji u għax-xjenzati veterinarji ggradwati sabiex jestendu t-taħriġ tagħhom fil-qasam tar-regoli Komunitarji.

2.   Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 35

1.   L-introduzzjoni ta’ sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skont il-leġislazzjoni li tikkonċerna kontrolli veterinarji fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin fi ħdan il-Komunità, sabiex jissokta is-suq intern, tista’ tirċevi assistenza finanzjarja Komunitarja.

2.   Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżura pprovduta fil-paragrafu 1 u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat.

Artikolu 36

1.   Jista’ jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma’:

(a)

kummerċ intra-Komunitarju, u importazzjonijiet, ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(b)

hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali, fejn xieraq.

2.   L-arranġamenti organizzattivi għall-finanzjament skont il-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

Artikolu 37

1.   Fil-każ li Stat Membru jesperjenza, mil-lat strutturali jew geografiku, problemi ta’ persunal jew infrastrutturali sabiex jimplimenta l-istrateġija ta’ kontroll li jġib miegħu il-funzjonament tas-suq intern għal annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali, hu jista’, għal perjodu ta’ transizzjoni, jikseb assistenza finanzjarja Komunitarja li tiġi mnaqqsa progressivament.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni programm nazzjonali flimkien mal-informazzjoni finanzjarja kollha approprjati, imfassal bl-iskop li jtejjeb is-sistema ta’ kontroll tiegħu.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(3) sa (11).

Artikolu 38

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-miżuri pprovduti f’ din is-sezzjoni għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 39

Infiq soġġett għal finanzjament skont it-termini ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 148(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 40

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (22).

2.   Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.

Artikolu 41

Kull erba’ snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u dwar l-effikaċja, fid-dawl tal-ispejjeż magħmula, tal-implimentazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, inklużi dettalji dwar il-kriterji adottati.

Artikolu 42

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hi mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni li tħassret għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 43

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  L-Opinjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(5)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 44.

(6)  ĠU L 173, 19.6.1982, p. 18.

(7)  ĠU L 325, 1.12.1980, p. 5.

(8)  ĠU L 223, 2.8.1989, p. 19.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(11)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(12)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(14)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(15)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(16)  ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21.

(17)  ĠU L 140, 1.6.1990, p. 123.

(18)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(19)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(20)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(21)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(22)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


ANNESS I

MARD TAL-ANNIMALI U ŻOONOSI

Tuberkulosi bovina

Bruċellosi bovina

Bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż (B. melitensis)

Bluetongue f’żoni endemiċi jew b’riskju għoli

Id-Deni Afrikan tal-ħnieżer

Mard vesikulari tal-ħnieżer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Antrax

Plewronewmonja tal-bovini li tittieħed

Influwenza tat-tjur

Ir-rabja

Ekinokokkosi

Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

Kampilobatterjosi

Listerjosi

Salmonellosi (salmonella żoonotika)

Trikinellosi

Coli verotossiġenika

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

In-nekrosi ematopojetika infettiva (IHN)

Marda bil-virus erpete tal-Koi (KHV)

L-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Marda tal-white spot fil-krustaċji


ANNESS II

ID-DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE

(ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19)

 

Deċiżjoni tal-Kunsill 91/133/KEE

(ĠU L 66, 13.3.1991, p. 18)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91

(ĠU L 356, 24.12.1991, p. 1)

Artikolu 10(1) biss

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/337/KEE

(ĠU L 187, 7.7.1992, p. 45)

 

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE

(ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27)

Artikolu 11 biss

Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE

(ĠU L 62, 15.3.1993, p. 38)

Artikolu 9(2) biss

Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE

(ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69)

Artikolu 23(2) biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/439/KEE

(ĠU L 203, 13.8.1993, p. 34)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/77/KE

(ĠU L 36, 8.2.1994, p. 15)

 

Deċiżjoni tal-Kunsill 94/370/KE

(ĠU L 168, 2.7.1994, p. 31)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) No 1258/1999

(ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103)

Artikolu 17 biss

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/12/KE

(ĠU L 3, 6.1.2001, p. 27)

 

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/572/KE

(ĠU L 203, 28.7.2001, p. 16)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

Punt 9 tal-Anness III biss

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/99/KE

(ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31)

Artikolu 16 biss

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE

(ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37)

 

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/782/KE

(ĠU L 328, 24.11.2006, p. 57)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Kif jirrigwarda r-referenza għad-Deċiżjoni 90/424/KEE fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1(2) u punt 3 ta’ Parti 5B(I) fl-Anness biss

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE

(ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22)

Artikolu 1 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/685/KE

(ĠU L 224, 22.8.2008, p. 11)

 


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 90/424/KEE

Din id-Deċiżjoni

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(2a)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 3b

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 10a

Artikolu 13

Artikolu 11(1) sa (5)

Artikolu 14(1) sa (5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22(1)

Artikolu 25

Artikolu 22(2)

Artikolu 23(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 26(2)

Artikolu 23(4)

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 25(4)

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 27

Artikolu 30

Artikolu 28

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 32

Artikolu 35

Artikolu 33

Artikolu 36

Artikolu 34

Artikolu 37

Artikolu 35

Artikolu 37a

Artikolu 36

Artikolu 38

Artikolu 37

Artikolu 39

Artikolu 38

Artikolu 40a

Artikolu 39

Artikolu 41(1)

Artikolu 40(1)

Artikolu 41(2)

Artikolu 40(2)

Artikolu 42(1)

Artikolu 42(2)

Artikolu 40(3)

Artikolu 41(3)

Artikolu 40(4)

Artikolu 43(1)

Artikolu 43(2)

Artikolu 43a

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 44

Artikolu 43

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Il-Kummissjoni

18.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tal-estensjoni tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mauritius, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4543)

(2009/471/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Lulju 2008 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/603/KE (2) ġiet adottata li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Mauritius rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Fid-29 ta’ Ottubru 2008, il-Mawrizju talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mil-Mawrizju il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2008 baqgħet l-istess għall-2009 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Fl-14 ta’ Awwissu 2008 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/691/KE (3) ġiet adottata li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal- Seychelles rigward it-tonn ippreservat. Fit-18 ta’ Diċembru 2008, is-Seychelles talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mis-Seychelles il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2008 baqgħet l-istess għall-2009 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Fit-18 ta’ Settembru 2008 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/751/KE (4) ġiet adottata li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Fl-10 ta’ Diċembru 2008, il-Madagaskar talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Madagaskar li tinġieb it-tonn nej li joriġina baqa’ diffiċili minħabba nuqqas tad-disponibblità tal-ħuta. Peress illi s-sitwazzjoni mhix normali tal-2008 baqgħet l-istess għall-2009 għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(4)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 peress illi l Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE), ma daħalx fis-seħħ jew ma ġiex applikat b’mod proviżjonali qabel dik id-data.

(5)

B’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u d-derogi għalihom għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU li d-d]ul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu hia prevista li sseħħ fl-2009.

(6)

Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi AKP lejn il-Komunità kif ukoll it-tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien tad-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE għandu jiġi estiż b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(7)

Il-Mawrizju, is-Seychelles, u l-Madagaskar lkoll se jibbenefikaw minn deroga awtomatika mir-regoli ta’ oriġini għal tonn li jaqa’ taħt l-intestatutura HS 1604 skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Oriġini mehmuż tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU ffirmat minnhom, meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ jew jibda japplika b’mod proviżorju. Ma jkunx xieraq li jingħataw derogi skont din id-Deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-UE. Għalhekk, kien hemm qbil li għandha tiġi inkluża Dikjarazzjoni Interpretattiva Konġunta tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU fiż-żmien meta ġie ffirmat li tirrifletti l-fehim komuni li l-kwoti annwali previsti tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija ESA-EU għandhon ikunu aġġustati kif xieraq għas-sena 2009. Bħala konsegwenza l-ammonti tal-kwoti għas-sena 2009 għandhom jitfasslu fl-istess livell tal-2008.

(8)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/603/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Mawrizu matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.”

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sakemm ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu sostitwiti b’dawk annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal-Mawrizju, kemm meta dak il-ftehim ikun applikat proviżorjament, kif ukoll jidħol fis-seħħ, skont liema jseħħ l-ewwel, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.”

(3)

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/691/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mis-Seychelles matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.”

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sakemm ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu sostitwiti b’dawk annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal-Mawrizju, kemm meta dak il-ftehim ikun applikat proviżorjament, kif ukoll jidħol fis-seħħ, skont liema jseħħ l-ewwel, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.”

(3)

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/751/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Madagaskar matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.”

(2)

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sakemm ir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġu sostitwiti b’dawk annessi ma’ kwalunkwe ftehim mal- Madagaskar, kemm meta dak il-ftehim ikun applikat proviżorjament, kif ukoll jidħol fis-seħħ, skont liema jseħħ l-ewwel, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.”

(3)

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1

(2)  ĠU L 194, 23.7.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 225, 23.8.2008, p. 17.

(4)  ĠU L 255, 23.9.2008, p. 31.


ANNESS I

“ANNESS

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-Perjodi

Il-kwantitajiet

09.1668

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

It-tonn priżervat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000 tunnellata

09.1669

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2008 sal-31.12.2008

600 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

600 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreżervat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 16.04”


ANNESS II

“ANNESS

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-Perjodi

Kwantità

09.1666

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

It-tonn priżervat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 16.04”


ANNESS III

“ANNESS

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-Perjodi

Il-kwantitajiet

09.1645

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

It-tonn priżervat (1)

1.1.2008 sal-31.12.2008

2 000 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

2 000 tunnellata

09.1646

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

1.1.2008 sal-31.12.2008

500 tunnellata

1.1.2009 sal-31.12.2009

500 tunnellata


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 16.04”