ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.150.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
13 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2009 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2009 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/56/KE tat-12 ta' Ġunju 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/126/KE li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fir-rigward tad-data tat-traspożizzjoni tagħha ( 1 )

5

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/458/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija

6

 

 

2009/459/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

8

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/460/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4246)  ( 1 )

11

 

 

2009/461/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2009 li taħtar rappreżentant tal-Kummissjoni għall-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

20

 

 

2009/462/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tidderoga mill-punt 1(d) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/420/KE, fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni għal injam suxxettibbli minn barra ż-żoni demarkati (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4515)

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 497/2009

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,3

MK

35,9

TR

41,3

ZA

28,0

ZZ

35,6

0707 00 05

JO

162,3

MK

31,4

TR

162,3

ZZ

118,7

0709 90 70

TR

85,9

ZZ

85,9

0805 50 10

AR

54,7

TR

87,8

ZA

65,6

ZZ

69,4

0808 10 80

AR

82,8

BR

76,6

CL

79,2

CN

99,5

NZ

100,2

US

117,5

ZA

78,8

ZZ

90,7

0809 10 00

TN

146,2

TR

168,7

ZZ

157,5

0809 20 95

TR

505,0

ZZ

505,0

0809 30

TR

133,0

US

340,6

ZZ

236,8

0809 40 05

CL

118,9

ZZ

118,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 498/2009

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2003 li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 170 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2003 (2) jirreferi għall-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasportazzjoni tagħhom bħala kundizzjoni għall-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni.

(2)

B’segwitu għad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-17 ta’ Jannar 2008 fil-Kawżi Konġunti C-37/06 u C-58/06 u tat-13 ta’ Marzu 2008 fil-Kawża C-96/06, għandha tiġi ċċarata r-rabta bejn ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (3).

(3)

Ir-regoli dwar il-benesseri (welfare) tal-annimali tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 li huma indirizzati lejn l-operaturi u li jwasslu, fi kwalunkwe każ ta’ ksur ta’ dawn irregoli, għat-telf tar-rifużjoni relatata mal-ksur ikkonċernat, għandhom jiġu stipulati b’mod ċar. F’dak il-kuntest, l-Artikoli 2 u 3 u l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament(KE) Nru 1/2005 u l-Annessi msemmija fihom għandhom l-għan li jispeċifikaw dispożizzjonijiet li jkunu indirizzati lejn l-operaturi, u li jkollhom x’jaqsmu direttament mal-għan tal-protezzjoni tal-annimali filwaqt li dispożizzjonijiet oħra ta’ dak ir-Regolament jikkonċernaw ir-regoli amministrattivi.

(4)

L-Artikolu 168 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 639/2003 jipprovdu li l-ħarsien tar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali huwa kundizzjoni għall-ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Għaldaqstant, għandu jiġi stipulat b’mod ċar li, mingħajr preġudizzju għal kawżi ta’ force majeure rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali twassal għat-telf tar-rifużjoni tal-esportazzjoni u mhux għal tnaqqis tagħha, skont l-għadd ta’ annimali li għalih ma jkunux ġew imħarsa r-rekwiżiti tal-benesseri. Bl-istess mod, kemm minn dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll mir-regoli dwar il-benesseri tal-annimali li huma inklużi fl-Artikoli 2 u 3 u l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jirriżulta li r-rifużjoni għandha tintilef fil-każijiet ta’ dawk l-annimali li għalihom ma jiġux imħarsa r-regoli dwar il-benesseri, irrispettivament mill-kundizzjonijiet fiżiċi reali tal-annimali.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Ħlas ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal annimali tal-ifrat ħajjin li jaqgħu fil-kodiċi NM (Nomenklura Magħquda) 0102 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-annimali’), skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jkun suġġett għall-konformità, waqt it-trasport tal-annimali lejn l-ewwel post tal-ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 u l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (*) u l-Annessi msemmija fihom, u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.”;"

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-paragrufu 1 tal-Artikolu 5 hu mibdul b’dan li ġej:

“Is-somma totali tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għal kull annimal li tiġi kkalkolata skont it-tieni subparagrafu ma għandhiex titħallas għal:

(a)

annimali li jmutu waqt it-trasport, għajr kif previst fil-paragrafu 2;

(b)

annimali li jwelldu jew ikollhom abort waqt it-trasport qabel l-ewwel ħatt tagħhom fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali;

(c)

annimali li għalihom, fid-dawl tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2) u/jew l-elementi l-oħra kollha disponibbli għaliha li jikkonċernaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tqis li ma tkunx inżammet konformità mal-Artikoli 2 u 3 u l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u l-Annessi msemmija fihom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni aċċettati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.


DIRETTIVI

13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/5


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/56/KE

tat-12 ta' Ġunju 2009

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/126/KE li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fir-rigward tad-data tat-traspożizzjoni tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 20 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/126/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti teknici għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2), l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva 2008/126/KE b’effett mit-30 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Għal raġunijiet tekniċi, id-Direttiva 2008/126/KE ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel dik id-data. Id-Direttiva 2008/126/KE għalhekk għandha tkun ikkoreġuta fir-rigward tad-data tat-traspożizzjoni tagħha.

(3)

Sabiex jiġu evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kif ukoll livelli differenti ta’ sikurezza, l-emendi għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom ikunu implimentati mill-aktar fis. Wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva 2008/126/KE fil-31 ta’ Jannar 2009, madankollu għandha tingħata data tal-għeluq raġonevoli għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Il-miżura prevista f’din id-Direttiva hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (3),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/126/KE, it-“30 ta’ Diċembru 2008” tinbidel bit-“30 ta’ Ġunju 2009”.

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi tal-ilma interni bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2009

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 32, 31.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2009

li tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija

(2009/458/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 119 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Is-swieq finanzjarji u tal-kapital Rumeni dan l-aħħar sabu ruħhom taħt pressjoni, u dan jirrifletti t-tnaqqis ekonomiku globali kif ukoll it-tħassib dejjem jikber dwar l-ekonomija Rumena, meta jitqiesu l-iżbilanċ estern wiesa’ tagħha, u l-iżbilanċ pubbliku li qed jiżdied malajr. Il-pressjonijiet fuq ir-rata tal-kambju żdiedu wkoll u jimplikaw riskju għall-istabbiltà tas-settur bankarju f’sens usa’.

(2)

Bi tweġiba, il-gvern u l-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (NBR) żviluppaw strateġija komprensiva biex jankraw fis-sod il-politiki makroekonomiċi u jnaqqsu l-pressjoni fuq is-suq finanzjarju u spjegaw din l-istrateġija f’ittra ta’ intenzjoni li rċeviet il-Kummissjoni nhar is-27 ta’ April 2009. Element fundamentali tal-programm ekonomiku huwa t-tnaqqis tal-iżbilanċ fiskali minn 5,4 % tal-PGD fl-2008 għal 5,1 % tal-PGD fl-2009 u għal taħt it-3 % tal-PGD sal-2011. Biex ikun hemm kisba sostenibbli tal-iżbilanċi baġitarji aktar baxxi, se jittieħdu miżuri biex itejbu l-istrateġija u l-proċess baġitarji. Dan il-programm ekonomiku u b’mod partikolari l-miri fiskali se jiġu riflessi fil-baġit tal-Gvern kif ukoll fil-programm ta’ konverġenza.

(3)

Il-Kunsill qed jirrevedi fuq bażi regolari l-linji politiċi ekonomiċi implimentati mir-Rumanija, b’mod partikolari fil-kuntest tar-reviżjonijiet annwali tal-aġġornament tar-Rumanija tal-programm ta’ konverġenza u l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll ir-reviżjoni regolari tal-progress magħmul mir-Rumanija fil-kuntest tar-Rapport ta’ Konverġenza u tar-Rapport ta’ Progress Annwali.

(4)

l-finanzjament estern mistenni li jibqa’ taħt pressjoni sinifikanti billi l-iżbilanċ tal-kont kurrenti persistenti, għalkemm qed jonqos, flimkien mal-ħtieġa li jiġġeddu ammonti konsiderevoli ta’ dejn iddenominat f’munita barranija, fuq medda qasira u fuq medda itwal ta’ żmien, x’aktarx ma jkunux koperti b’mod sħiħ mill-Investiment Barrani Dirett (IBD) u flussi oħra ta’ kont kapitali u ta’ operazzjonijiet finanzjarji fl-2009-2011. Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern huma stmati għal madwar EUR 20 biljun fil-perjodu sal-ewwel kwart tal-2011. Huwa preżunt li l-banek barranin se jġeddu 100 % tal-krediti tagħhom lejn ir-Rumanija ladarba tingħata l-għajnuna reċiproka, b’konformità mal-impenn meħtieġ tal-banek barranin ewlenin li jżommu l-espożizzjoni tagħhom għar-Rumanija (kif ikkonfermat fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tas-26 ta’ Marzu 2009), filwaqt li r-rata ta’ tiġdid għal dejn estern tal-intrapriżi għall-istituzzjonijiet prinċipali u għal dejn estern ta’ banek Rumeni mistennija tkun 50 % fl-2009. Għall-2010 u l-2011, hu preżunt li l-obbligi barranin kollha li jkunu se jiskadu se jiġġeddu għal 100 % f’konformità mal-istabbilizzazzjoni mistennija tas-suq finanzjarju u mal-bidu tal-irkupru fis-swieq kbar tal-esportazzjoni tar-Rumanija. Minbarra l-għan tar-riżervi tal-kambju estern għolja biżżejjed (ta’ aktar minn 100 % tad-dejn estern residwu fuq medda qasira ta’ żmien) saru suppożizzjonijiet konservattivi dwar ħruġ ieħor ta’ kapital bħal ħruġ ta’ depożiti ta’ dawk mhux residenti, tnaqqis fil-krediti kummerċjali kif ukoll ħruġ ta’ portafoll biex jiġu inkorporati protezzjonijiet addizzjonali fil-kalkoli.

(5)

L-awtoritajiet tar-Rumanija talbu għajnuna finanzjarja sostanzjali lill-UE u lil istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra biex jappoġġjaw is-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-ħlasijiet u biex iġibu r-riżervi tal-valuti internazzjonali f’livell prudenti.

(6)

Teżisti theddida serja għall-bilanċ tal-ħlasijiet tar-Rumanija li tiġġustifika l-għoti urġenti ta’ għajnuna reċiproka mill-Komunità. Barra minn hekk, minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa imperattiv li tiġi mogħtija eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar l-irwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tagħti għajnuna reċiproka lir-Rumanija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

V. TOŠOVSKÝ


13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

(2009/459/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament (1) tal-Istati Membri, u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/458/KE (2) il-Kunsill iddeċieda li għandha tingħata għajnuna reċiproka lir-Rumanija.

(2)

Minkejja t-titjib mistenni fil-kont kurrenti, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tar-Rumanija fil-perjodu sal-ewwel kwart tal-2011 huma stmati mill-Kummissjoni, mill-Fond Monetarju Ineternazzjonali (FMI) u mill-awtoritajiet tar-Rumanija għal EUR 20 biljun f’Marzu 2009; fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fis-swieq finanzjarji, il-kont finanzjarju u tal-kapital jista’ jiddeterjora sostanzjalment.

(3)

Jixraq li tingħata għajnuna Komunitarja lir-Rumanija ta’ massimu ta’ EUR 5 biljun skont il-Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq medda medja ta’ żmien għall-bilanċ tal-ħlasijiet tal-Istati Membri stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 332/2002. L-għajnuna għandha tingħata flimkien ma’ self mill-FMI ta’ SDR 11,443 biljun (madwar EUR 12,95 biljun) taħt arranġament stand-by li mistenni jiġi approvat fis-6 ta’ Mejju 2009. Il-Bank Dinji qabel ukoll li jipprovdi self lir-Rumanija ta’ EUR 1 biljun u l-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżviluipp (BERŻ) se jipprovdu total ta’ EUR 1 biljun ta’ appoġġ addizzjonali.

(4)

L-għajnuna Komunitarja għandha tiġi mmaniġġjata mill-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika miftiehma mal-awtoritajiet tar-Rumanija wara konsultazzjoni mal-KEF għadhom ikunu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna jiġu sodisfatti permezz ta’ missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet tar-Rumanija.

(6)

Matul l-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni se tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll għajnuna teknika f’oqsma speċifiċi.

(7)

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 27 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha d-dritt li tagħmel kull kontroll jew verifika finanzjarja li hija tqis neċessarja fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ din l-għajnuna. Il-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, għandha d-dritt tibgħat l-uffiċjali tagħha jew rappreżentanti debitament awtorizzati biex iwettqu kontrolli jew verifiki tekniċi jew finanzjarji li tqis neċessarji fir-rigward tal-immaniġġjar tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja fuq medda medja ta’ żmien.

(8)

Indipendentement mit-tul u mill-qafas tal-programm ta’ għajnuna, il-Kummissjoni sejra wkoll, bl-appikazzjoni tal-proċeduri eżistenti rilevanti, inkluż il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika, tkompli timmonitorja l-progress fl-oqsma li jikkontrigwixxu għall-infiq pubbliku trasparenti u effettiv, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġustizzja u fl-implimentazzjoni tal-fondi strutturali sabiex jiff’ċilitaw lir-Rumanija sabiex tirrinforza l-impatt tal-għajnuna Komunitarja.

(9)

L-għajnuna għandha tingħata bil-ħsieb li tiġi appoġġjata s-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-ħlasijiet fir-Rumanija u, b’dan il-mod, tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tajba tal-programm ta’ politika ekonomika tal-Gvern,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli self fuq medda medja ta’ żmien lir-Rumanija li jammonta għal massimu ta’ EUR 5 biljun, b’maturità medja massima ta’ seba’ snin.

2.   L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal tliet snin, li jibdew mill-ewwel jum wara d-data meta din id-Deċiżjoni ssir effettiva.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna għandha titmexxa mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mal-impenji tar-Rumanija u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll il-programm ta’ konverġenza.

2.   Il-Kummissjoni għandha taqbel mal-awtoritajiet tar-Rumanija, wara li tikkonsulta l-KEF, dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 3(5). Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim konsistenti mal-impenji u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari, f’kollaborazzjoni mal-KEF, li l-kundizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna, jiġu sodisfatti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tar-Rumanija għandhom ipoġġu kull tagħrif meħtieġ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u jikkooperaw bis-sħiħ magħha. Il-KEF għandu jinżamm mgħarraf mill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta’ rifinanzjament tas-self jew ir-ristrutturar tal-kundizzjonijiet finanzjarji.

4.   Ir-Rumanija għandha tkun lesta tadotta u timplimenta miżuri addizzjonali ta’ konsolidament biex tassigura l-istabbiltà makrofinanzjarja, jekk ikun il-każ li dawn il-miżuri jkunu neċessarji matul il-programm ta’ għajnuna. L-awtoritajiet tar-Rumanija għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel jadottaw xi miżuri addizzjonali bħal dawn.

Artikolu 3

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lir-Rumanija f’mhux iktar minn ħames ħlasijiet li d-daqs tagħhom għandu jiġi stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.

2.   L-ewwel ħlas għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta’ Ftehim.

3.   Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, l-użu prudenti ta’ skambji tar-rata tal-interess ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta’ kreditu, għandu jkun permess.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ iktar ħlasijiet wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-KEF.

5.   Ir-rilaxx ta’ kull ħlas sussegwenti għandu jsir fuq il-bażi ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku l-ġdid tal-Gvern tar-Rumanija inkluż fil-Programm ta’ Konverġenza tar-Rumanija, fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim. Dawn għandhom jinkludu, inter alia,

(a)

l-adozzjoni ta’ programm fiskali ppjanat sewwa fuq medda medja ta’ żmien imfassal biex inaqqas, sal-2011, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern għal mhux aktar mil-livell ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD;

(b)

l-adozzjoni u t-twettiq ta’ baġit emendat għall-2009 (sat-tieni kwart tal-2009), li jimmira lejn żbilanċ ġenerali tal-gvern ta’ mhux aktar minn 5,1 % tal-PGD fit-termini tal-ESA 95;

(c)

it-tnaqqis fin-nefqa fuq il-pagi fis-settur pubbliku f’termini nominali meta mqabbla mar-riżultat tal-2008 billi jitneħħew iż-żidiet fil-pagi tas-settur pubbliku (li jammontaw għal 5 % f’termini nominali) ippjanati għall-2009 (jew tnaqqis ulterjuri ekwivalenti fl-impjiegi) u billi jitnaqqsu l-impjiegi fis-settur pubbliku, inkluż billi jiġi sostitwit wieħed biss minn kull seba’ impjegati li jitilqu;

(d)

restrizzjonijiet addizzjonali fl-infiq fuq oġġetti u servizzi u f’sussidji għall-impriżi pubbliċi;

(e)

it-titjib tal-immaniġġjar baġitarju bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ qafas fiskali vinkolanti fuq medda medja ta’ żmien, u billi jiġu stabbiliti limiti fuq reviżjonijiet tal-baġit matul is-sena, inklużi r-regoli fiskali u jinħoloq kunsill fiskali li jipprovdi skrutinju indipendenti u espert;

(f)

ir-riforma tas-sistema ta’ kumpens tas-settur pubbliku, inkluż billi jingħaqdu u jiġu simplifikati l-iskali tal-pagi u tiġi rriformata s-sistema tal-bonusijiet;

(g)

ir-riforma ta’ parametri ewlenin tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ tqarrib lejn l-indiċjar tal-pensjonijiet fuq il-prezzijiet tal-konsumatur, minflok il-pagi, filwaqt li l-età tal-irtirar tkun aġġustata b’mod gradwali lil hinn mill-ftehim ippjanat, speċjalment għan-nisa, u l-parteċipazzjoni progressiva għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni ta’ gruppi ta’ impjegati pubbliċi li bħalissa jinsabu esklużi minn dawn il-kontribuzzjonijiet;

(h)

jiġu emendati l-liġijiet bankarji u dawk dwar il-likwidazzjoni biex ikunu jistgħu jwieġbu b’mod effettiv u f’waqtu fil-każ ta’ bank fil-periklu. Għan ewlieni tal-emendi se jkun li jissaħħu s-setgħat tal-amministraturi tal-banek imqiegħda taħt amministrazzjoni speċjali. Lil hinn mir-riżoluzzjoni tal-bank, is-setgħat ta’ rimedju tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija (NBR) għandhom jissaħħu permezz ta’ dispożizzjonijiet li jippermettulu li jitlob li l-azzjonisti l-kbar iżidu l-kapital tal-ishma tagħhom u jappoġġjaw il-bank finanzjarjament. Is-sorveljanza finanzjarja se tkun imsaħħa b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Barra minn hekk, se jiġu introdotti aktar rekwiżiti ta’ rappurtar dettaljat dwar il-likwiditàUkoll, proċeduri għall-attivazzjoni tal-assigurazzjoni tad-depożiti għandhom jiġu modifikati biex jissimplifikaw u jaċċelleraw il-pagamenti. Skont il-leġiżlazzjoni modifikata, l-assigurazzjoni tad-depożiti se tiġi attivata fuq deċiżjoni tal-NBR fi żmien 21 jum. Fl-aħħar nett, biex jiġi garantit forniment biżżejjed ta’ likwidità, l-NBR hu impenjat li jwessa’ l-firxa ta’ assi aċċettabbli bħala kollaterali. B’konsiderazzjoni għaċ-ċirkostanzi partikolari, il-livell minimu regolatorju tal-proporzjon ta’ adegwatezza tal-kapital għandu jiżdied minn 8 % għal 10 % fi żmien xieraq;

(i)

il-miżuri ta’ riforma strutturali fl-oqsma tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi maħruġa fil-kuntest tal-Istrateġija ta’ Liżbona. Dawn se jinkludu miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, isaħħu l-kwalità tan-nefqa pubblika, l-użu tajjeb u l-assorbiment akbar tal-fondi tal-UE, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, fiskali u legali fuq in-negozju u jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat, u b’hekk iwessgħu l-bażi fiskali.

6.   Biex tassigura l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-kundizzjonalità tal-programm u biex taġġusta l-iżbilanċi b’mod sostenibbli, il-Kummissjoni se tipprovdi pariri u gwida kontinwi dwar ir-riformi fiskali, finanzjarji u strutturali.

7.   Ir-Rumanija għandha tiftaħ kont speċjali mal-NBR għall-immaniġġjar tal-għajnuna Komunitarja fuq medda medja ta’ żmien.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

V. TOŠOVSKÝ


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  Ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Kummissjoni

13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ġunju 2009

dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4246)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/460/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar il-metodi komuni ta’ sikurezza għall-kalkolu, il-valutazzjoni u l-infurzar li għandhom jintużaw fil-qafas tal-ewwel sett ta’ miri tas-sikurezza komuni, imressqa quddiem il-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2008,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2004/49/KE, il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) u l-metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”) għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex ikun żgurat li jinżamm livell għoli ta’ sikurezza u, meta u fejn meħtieġ u jkun raġonevolment prattikabbli, jittejbu.

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta s-CSMs. Dawn għandhom jiddeskrivu, fost l-oħrajn, u skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, kif inhuma vvalutati l-livelli ta’ sikurezza u l-ilħiq tas-CSTs.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja mhijiex imnaqqsa fi kwalunkwe Stat Membru, għandu jiġi introdott l-ewwel sett tas-CSTs. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-eżami tal-miri eżistenti u l-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fl-Istati Membri.

(4)

Barra minn hekk, sabiex tinżamm il-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja, hija meħtieġa, f’termini ta’ kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskji, armonizzazzjoni tal-livelli tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji nazzjonali kollha. Għandu jitwettaq monitoraġġ tal-konformità mal-livelli tas-sikurezza fl-Istati Membri differenti.

(5)

Sabiex ikun stabbilit l-ewwel sett tas-CSTs f’konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, hemm il-ħtieġa li l-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fl-Istati Membri tiġi identifikata b’mod kwantitattiv bl-użu ta’ valuri nazzjonali ta’ referenza (“NRVs”), li għandhom jiġu kkalkulati u użati mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) u l-Kummissjoni. Dawn l-NRVs għandhom jiġu kkalkulati biss fl-2009, bil-għan li jiġi żviluppat l-ewwel sett ta’ CSTs, u fl-2011, bil-għan li jiġi żviluppat it-tieni sett ta’ CSTs.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-NRVs u sabiex ikun evitat piż żejjed, is-sistemi ferrovjarji ħfief, in-netwerks li jiffunzjonaw b’mod separat, l-infrastrutturi ferrovjarji li huma ta’ proprjetà privata u jintużaw biss mis-sid, u l-linji ferrovjarji ta’ patrimonju, mużewijiet u turisti għandhom ikunu eżentati minn din id-Deċiżjoni.

(7)

Minħabba n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni u dejta li wieħed jista’ joqgħod fuqha dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ partijiet mis-sistema ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2004/49/KE, ġie aċċertat li l-iżvilupp tal-ewwel sett tas-CSTs, espress skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskji għal kategoriji speċifiċi ta’ individwi u għas-soċjetà inġenerali, attwalment jista’ biss jiġi attwat għas-sistema ferrovjarja fl-intier tagħha u mhux għall-partijiet tagħha.

(8)

Wara l-armonizzazzjoni progressiva tad-dejta nazzjonali tal-istatistika dwar l-inċidenti u l-konsegwenzi relatati magħhom, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (2) u d-Direttiva 2004/49/KE, l-iżvilupp ta’ metodi komuni għall-monitoraġġ u li għandhom fil-mira tagħhom il-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fl-Istati Membri għandhom iqisu l-inċertezzi tal-istatistika u l-ħtieġa ta’ element ta’ ġudizzju meta jiġi deċiż jekk il-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ Stat Membru hijiex qiegħda tinżamm.

(9)

Sabiex ikun hemm paragun ġust u trasparenti tal-prestazzjoni ferrovjarja tas-sikurezza fost l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-valutazzjonijiet tagħhom fuq il-bażi ta’ approċċ komuni sabiex ikunu identifikati l-miri tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja u sabiex tintwera l-konformità magħhom.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi metodu komuni ta’ sikurezza li għandu jintuża mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) sabiex tikkalkula u tivvaluta l-ilħiq tal-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”), bl-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/49/KE.

L-Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għas-sistema ferrovjarja kollha f’kull wieħed mill-Istati Membri. Madankollu ma għandhiex tapplika għal:

(a)

metros, trammijiet u sistemi ferrovjarji ħfief oħra;

(b)

netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja u li huma maħsuba biss għall-operat ta’ servizzi tal-passiġġieri lokali, urbani jew sottourbani, kif ukoll impriżi ferrovjarji li joperaw biss fuq dawn in-netwerks;

(c)

infrastruttura ferrovjarja li hija ta’ proprjetà privata li teżisti biss għall-użu mis-sid tal-infrastruttura għall-operazzjonijiet ta’ ġarr tal-merkanzija tiegħu stess;

(d)

vetturi ta’ patrimonju li joperaw fin-netwerks nazzjonali sakemm dawn jikkonformaw mar-regoli u r-regolamenti nazzjonali tas-sikurezza bil-ħsieb li jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni sikura ta’ dawn il-vetturi;

(e)

ferroviji ta’ patrimonju, mużewijiet u turisti li joperaw fin-netwerk tagħhom stess inklużi l-garaxxijiet ta’ manutenzjoni, il-vetturi u l-persunal.

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE u r-Regolament (KE) Nru 91/2003.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“il-valur nazzjonali ta” referenza (NRV)’ tfisser kejl ta’ referenza li jindika l-livell massimu ttolerat għal kategorija ta’ riskju ferrovjarju, għall-Istat Membru konċernat;

(b)

“il-kategorija tar-riskju” tfisser waħda mill-kategoriji ta’ riskju ferrovjarju speċifikati bl-Artikolu 7(4)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/49/KE;

(c)

“il-pjan tat-titjib tas-sikurezza” tfisser l-iskeda sabiex tiġi implimentata l-istruttura tal-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri, l-attivitajiet, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju għal kategorija tar-riskju waħda jew iktar;

(d)

“il-fatalitajiet u feriti serji ppeżati (FWSIs)” tfisser kejl tal-konsegwenzi tal-inċidenti sinifikanti li jgħaqqdu flimkien il-fatalitajiet u feriti serji, fejn ferita waħda serja titqies statistikament ekwivalenti għal 0.1 tal-fatalitajiet;

(e)

“l-utenti ta” intersezzjoni fuq l-istess livell’ tfisser il-persuni kollha li jużaw intersezzjoni fuq l-istess livell sabiex jaqsmu l-linja ferrovjarja bi kwalunkwe mezz ta’ trasport jew bil-mixi;

(f)

“il-persunal” jew “l-impjegati li jinkludu l-persunal tal-kuntratturi” tfisser kwalunkwe persuna li l-ħidma tagħha hija relatata mal-linji ferrovjarji u li tkun ix-xogħol fil-mument tal-inċident; tinkludi l-ekwipaġġ tal-ferrovija u l-persuni li jieħdu ħsieb il-vetturi ferrovjarji u l-installazzjonijiet tal-infrastruttura;

(g)

“il-persuni mhux awtorizzati fuq l-installazjonijiet ferrovjarji” tfisser kwalunkwe persuna preżenti fuq l-installazzjonijiet ferrovjarji fejn preżenza bħal din mhijiex permessa, bl-eċċezzjoni tal-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell;

(h)

“l-oħrajn (il-partijiet terzi)” tfisser il-persuni kollha li mhumiex iddefiniti bħala “passiġġieri”, “il-ħaddiema inkluż il-persunal tal-kuntratturi”, “l-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell” jew “il-persuni mhux awtorizzati li jkunu fuq l-installazzjonijiet ferrovjarji”;

(i)

“riskju għas-soċjetà kollha” tfisser ir-riskju kollettiv għall-kategoriji kollha tal-persuni elenkati fl-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE;

(j)

“km ta’ ferrovija tal-passiġġieri” tfisser l-unità tal-kejl li tirrappreżenta l-moviment ta’ ferrovija tal-passiġġieri fuq kilometru; għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

(k)

“km tal-linja ferrovjarja” tfisser it-tul imkejjel f’kilometri tan-netwerk ferrovjarju fl-Istati Membri fejn għandha tingħadd kull linja ferrovjarja ta’ linja tal-ferroviji b’linji ferrovjarji multipli.

L-Artikolu 4

Metodoloġiji tal-kalkolu tal-NRVs u s-CSTs u tal-valutazzjoni tal-ilħiq tagħhom

1.   Il-metodoloġija deskritta fl-Anness għandha tapplika għall-kalkolu u l-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs.

2.   L-Aġenzija għandha tipproponi lill-Kummissjoni l-NRVs ikkalkulati skont it-taqsima 2.1 tal-Anness u s-CSTs idderivati mill-NRVs, skont il-metodoloġija stipulata fit-taqsima 2.2 tal-Anness. Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-NRVs u s-CSTs, l-Aġenzija għandha tivvaluta t-twettiq tagħhom mill-Istati Membri f’konformità mal-Kapitolu 3 tal-Anness.

3.   Il-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-CSTs imsemmija fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE għandha tkunu limitata għal dawk l-Istati Membri li l-NRVs tagħhom, għal kwalunkwe kategorija tar-riskju, jinstabu aktar għolja mis-CSTs korrispondenti.

L-Artikolu 5

Azzjonijiet ta’ infurzar

Skont ir-riżultati finali differenti tal-valutazzjoni tal-ilħiq, msemmija fil-punt 3.1.5 tal-Anness, għandhom jittieħdu l-azzjonijiet ta’ infurzar li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ “deterjorament possibbli tal-prestazzjoni tas-sikurezza”: l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni fejn jispjegaw ir-raġunijiet possibbli għar-riżultati miksuba;

(b)

fil-każ ta’ “deterjorament probabbli tal-prestazzjoni tas-sikurezza”: l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni fejn jispjegaw ir-raġunijiet probabbli għar-riżultati miksuba u jissottomettu, jekk xieraq, pjan ta’ titjib tas-sikurezza.

Sabiex ikun hemm evalwazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni u evidenza pprovduta mill-Istati Membri skont il-proċess imsemmi fil-punti (a) u (b), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija tipprovdi opinjonijiet tekniċi.

L-Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(2)  ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.


ANNESS

1.   Is-sorsi tal-istatistika u l-unitajiet tal-kejl għall-kalkolu tal-NRVs u s-CSTs

1.1.   Is-sorsi tal-istatistika

1.1.1.

L-NRVs u s-CSTs għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tad-dejta tal-inċidenti ferrovjarji u l-konsegwenzi relatati magħhom, irrappurtati skont l-Anness H tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 18 u l-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE.

1.1.2.

Fi ħdan il-qafas li jiddetermina l-ewwel sett tas-CSTs, fil-każ ta’ inkonsistenzi bejn id-dejta li ġejja miż-żewġ sorsi msemmija fil-punt 1.1.1, id-dejta rrappurtata skont l-Anness H tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandha tieħu preċedenza.

1.1.3.

Is-serje taż-żmien tad-dejta li se tintuża sabiex jiġu attribwiti l-valuri lill-NRVs u s-CSTs għandha tinkludi l-erba’ snin irrappurtati l-aktar riċenti. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011 l-Aġenzija għandha tipproponi lill-Kummissjoni l-adozzjoni tal-valuri aġġornati għall-NRVs u s-CSTs, ikkalkulati mid-dejta tas-sitt snin irrapurtati l-aktar riċenti.

1.2.   L-unitajiet tal-kejl għall-NRVs

1.2.1.

L-unitajiet tal-kejl għall-NRVs għandhom ikunu espressi f’konformità mad-definizzjoni matematika tar-riskju. Il-konsegwenzi tal-inċidenti li għandhom jitqiesu għal kull waħda mill-kategoriji huma l-FWSIs.

1.2.2.

L-unitajiet tal-kejl li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkwantifikati l-NRVs għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju huma stipulati fl-Appendiċi 1 u jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet imsemmija fil-punt 1.2.1 u, fejn huwa rilevanti, fil-punt 1.2.3. L-unitajiet tal-kejl jinkludu l-bażijiet ta’ gradazzjoni elenkati fl-Appendiċi 1, għan-normalizzazzjoni tal-NRVs.

1.2.3.

Għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju “passiġġieri” u “l-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell” għandhom jiġu applikati żewġ NRVs differenti, espressi fiż-żewġ unitajiet ta’ kejl differenti msemmija fl-Appendiċi 1. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tat-twettiq tal-iskopijiet imsemmija fil-Kapitolu 3, għandha titqies suffiċjenti l-konformità ma’ tal-anqas wieħed minn dawn l-NRVs.

1.3.   L-unitajiet tal-kejl għas-CSTs

1.3.1.

L-unitajiet tal-kejl li għandhom jintużaw sabiex jikkwantifikaw is-CSTs għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti għall-NRVs fit-taqsima 1.2.

2.   Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-NRVs u d-derivazzjoni tas-CSTs

2.1.   Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-NRVs

2.1.1.

Għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju l-NRV għandu jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-proċess li ġej f’ordni ta’ sekwenza:

(a)

il-kalkolu tal-valuri li rriżultaw bl-unitajiet tal-kejl korrispondenti elenkati fl-Appendiċi 1, billi titqies id-dejta u d-dispożizzjonijiet imsemmija fit-taqsima 1.1;

(b)

analiżi tar-riżultati tal-proċess deskritt fil-punt (a), sabiex isiru l-kontrolli tal-preżenza u r-rikorrenza tal-valuri żero għall-FWSIs fil-prestazzjonijiet ta’ sikurezza osservati għas-snin konċernati;

(c)

jekk il-valuri żero msemmija fil-punt (b) mhumiex aktar minn tnejn, isir il-kalkolu mill-medja kkoreġuta tal-valuri msemmija fil-punt (a), kif deskritt fit-taqsima 2.3, u l-valur irritornat huwa meħud bħala l-NRV;

(d)

jekk il-valuri żero msemmija fil-punt (b) huma aktar minn tnejn, l-Aġenzija għandha tattribwixxi lill-NRV valur diskrezzjonali li għandu jiġi identifikat b’konsultazzjoni mal-Istat Membru konċernat.

2.2.   Il-metodoloġija għad-derivazzjoni tas-CSTs mill-NRVs

2.2.1.

Għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju, ladarba jiġi kkalkulat l-NRV għal kull Stat Membru skont il-proċedura stipulata fit-taqsima 2.1, is-CST korrispondenti għandu jingħata valur li jkun ekwivalenti għall-valur l-iktar baxx:

(a)

mill-valur tal-NRV li huwa l-ogħla fost l-Istati Membri;

(b)

mill-valur li jkun daqs għaxar darbiet il-valur medju Ewropew tar-riskju li għalih jirreferi l-NRV li jkun ġie kkunsidrat..

2.2.2.

Il-medja Ewropea msemmija fil-punt 2.2.1(b) għandha tiġi kkalkulata bil-kumulazzjoni tad-dejta rilevanti għall-Istati Membri kollha u bl-użu tal-unitajiet tal-kejl korrispondenti elenkati fl-Appendiċi 1, kif ukoll il-medja kkoreġuta deskritta fit-taqsima 2.3.

2.3.   Il-proċess tal-medja kkoreġuta għall-kalkolu tal-NRVs

2.3.1.

Għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju li għalihom tista’ tiġi applikata l-medja kkoreġuta skont il-punt 2.1.1(c), għandhom jiġu applikati l-passi li ġejjin għall-kalkolu, matul is-sena Y (fejn Y = 2009 u 2011), tal-NRVY:

(a)

il-kalkolu tal-osservazzjonijiet annwali OBSi (fejn i hija s-sena tal-osservazzjoni li tkun ikkunsidrata) li jirriżultaw bl-unitajiet tal-kejl korrispondenti elenkati fl-Appendiċi 1, wara l-provvediment bħala input tad-dejta għas-snin n irrappurtati l-iżjed riċenti kif imsemmija fil-punt 2.1.1(a) [inizjalment n = 4; mill-2011 ‘il quddiem n = 6].

(b)

il-kalkolu tal-medja aritmetika tas-sena n (AV) tal-osservazzjonijiet annwali OBSi ;

(c)

il-kalkolu tal-valur assolut tad-differenza ABSDIFFi bejn kull osservazzjoni annwali OBSi u l-AV. Jekk ABSDIFFi < 0.01 * AV, lill-ABSDIFFi jiġi attribwit valur kostanti li jkun ekwivalenti għal 0.01 * AV;

(d)

il-kalkolu tal-piż (Wi ) għal kull sena unika i, billi jittieħed l-invers tal-ABSDIFFi ;

(e)

il-kalkolu tal-NRVY fil-forma ta’ medja kkoreġuta, kif ġej:

Formula;

fejn i huwa numru naturali u

if Y = 2009: x = Y – 5; N = Y – 2

if Y = 2011: x = Y – 7; N = Y – 2

3.   Mudell ta’ qafas għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs

3.1.   Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs

3.1.1.

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs:

(a)

għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju fejn l-NRV rispettiva tagħha hija daqs is-CST korrispondenti jew inqas minnha, l-ilħiq tal-NRV għandu jimplika wkoll awtomatikament l-ilħiq tas-CST. Il-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRV għandha ssir skont il-proċedura deskritta fit-taqsima 3.2 u l-NRV għandha tirrappreżenta l-livell massimu ttolerat tar-riskju li tkun qed tirreferi għalih, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-firxa ta’ tolleranza stipulata fil-punt 3.2.3;

(b)

għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju fejn l-NRV rispettiva tagħha hija iktar mis-CST korrispondenti, is-CST għandha tirrapreżenta l-livell massimu ttolerat tar-riskju li tkun qed tirreferi għalih. Il-valutazzjoni tal-ilħiq tas-CST għandha ssir f’konformità mal-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-impatt u, fejn japplika, l-iskeda għall-implimentazzjoni gradwali tas-CST, skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE.

3.1.2.

Għal kull Stat Membru, u għal kull kategorija tar-riskju, il-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRV u s-CST għandha ssir kull sena mill-Aġenzija, u għandha tqis l-erba’ snin preċedenti rrappurtati l-aktar riċenti.

3.1.3.

Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu l-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati globali tal-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs.

3.1.4.

Skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 1.1.3, mill-2012 ‘il quddiem il-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs u s-CSTs għandha ssir kull sena mill-Aġenzija u għandhom jitqiesu l-ħames snin preċendenti rrappurtati l-aktar riċenti.

3.1.5.

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-ilħiq tal-iskopijiet imsemmija fil-punt 3.1.1 għandu jiġi kklassifikat kif ġej:

(a)

prestazzjoni aċċettabli tas-sikurezza;

(b)

deterjorament possibbli tal-prestazzjoni tas-sikurezza;

(c)

deterjorament probabbli tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

3.2.   Deskrizzjoni fi stadji tal-proċedura msemmija fil-punt 3.1.1(a)

3.2.1.

Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-NRVs hija magħmula minn erba’ stadji differenti kif deskritt fil-punti li ġejjin. Id-dijagramma sekwenzjali globali tal-proċedura tidher fl-Appendiċi 2, fejn il-vleġeġ pożittivi u negattivi li jwasslu għal deċiżjoni jikkorrispondu rispettivament ma’ riżultat li “għadda” jew “weħel” mill-istadji differenti tal-valutazzjoni.

3.2.2.

L-ewwel stadju tal-valutazzjoni għandu jivverifika jekk il-prestazzjoni tas-sikurezza osservata hijiex konformi mal-NRV jew le. Il-prestazzjoni tas-sikurezza osservata għandha tkun imkejla bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Appendiċi 1 u d-dejta li hemm referenza għaliha fit-taqsima 1.1, bis-serje taż-żmien li għandha tinkludi l-iżjed snin riċenti ta’ osservazzjoni kif speċifikat fit-taqsima 3.1. Il-prestazzjoni tas-sikurezza osservata għandha tiġi espressa f’termini ta’:

(a)

prestazzjoni osservata tas-sikurezza fis-sena unika rrappurtata l-iktar riċenti,

(b)

il-medja mobbli kkoreġuta (MWA), kif speċifikat fit-taqsima 3.3.

Il-valuri li jirriżultaw bl-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) imbagħad għandhom jitqabblu mal-NRV, u jekk wieħed minn dawn il-valuri ma jaqbiżx l-NRV il-prestazzjoni tas-sikurezza titqies aċċetabbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-proċedura għandha tgħaddi għat-tieni stadju ta’ valutazzjoni.

3.2.3.

It-tieni stadju ta’ valutazzjoni għandu jqis il-prestazzjoni tas-sikurezza bħala waħda aċċetabbli jekk l-MWA ma jaqbiżx l-NRV u firxa ta’ tolleranza ta’ 20 %. Jekk din il-kundizzjoni ma tiġix milħuqa, l-Aġenzija għandha titlob lill-awtorità tas-sikurezza tal-Istat Membru konċernat sabiex tipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet tal-inċident uniku bl-ogħla konsegwenza (f’termini tal-FWSIs) fis-snin l-iktar reċenti ta’ osservazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 3.1, bl-esklużjoni tas-snin użati sabiex jiġi stabbilit l-NRV.

Jekk dan l-inċident uniku huwa iktar sever, f’termini ta’ konsegwenzi, mill-inċident uniku l-aktar sever inkluż fid-dejta sabiex ikun stabbilit l-NRV, dan għandu jiġi eskluż mill-istatistika. Il-MWA mbagħad terġa’ tiġi kkalkulata sabiex jiġi verifikat jekk din taqax fil-limiti tal-firxa ta’ tolleranza msemmija hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, il-prestazzjoni tas-sikurezza titqies aċċetabbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-proċedura tgħaddi għat-tielet stadju ta’ valutazzjoni.

3.2.4.

It-tielet stadju ta’ valutazzjoni għandu jivverifika jekk tkunx l-ewwel darba fl-aħħar tliet snin li t-tieni stadju ta’ valutazzjoni ma jkunx ta evidenza ta’ prestazzjoni aċċetabbli tas-sikurezza. Jekk dan ikun il-każ, ir-riżultat tat-tielet stadju ta’ valutazzjoni għandu jiġi kklassifikat bħala wieħed li “għadda”. Il-proċedura tgħaddi għar-raba’ stadju, ikun x’ikun ir-riżultat tat-tielet stadju.

3.2.5.

Ir-raba’ stadju ta’ valutazzjoni għandu jivverifika jekk l-għadd ta’ inċidenti sinifikanti għal kull km ta’ ferrovija baqax stabbli (jew naqasx), meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Il-kriterji għal din l-istima għandhom ikunu bbażati fuq jekk kienx hemm żieda statistikament sinifikanti fl-għadd ta’ inċidenti sinifikanti rilevanti għal kull km ta’ ferrovija. Dan għandu jiġi vvalutat skont il-liġi ta’ Poisson bl-użu ta’ limitu ta’ tolleranza ogħla li jiddetermina l-varjabbiltà aċċetabbli bbażata fuq l-għadd ta’ inċidenti li seħħew fl-Istati Membri differenti.

Jekk l-għadd ta’ inċidenti sinifikanti għal kull km ta’ ferrovija ma jaqbiżx ir-rabta ta’ tolleranza msemmija, wieħed jista’ jassumi li ma kienx hemm żieda sinifikanti statistikament u r-riżultat ta’ dan l-istadju ta’ valutazzjoni għandu jiġi kklassifikat bħala wieħed li “għadda”.

Skont il-kategorija tar-riskju li għaliha jkunu qed jirreferu l-NRVs differenti li tkun qed issir il-valutazzjoni tal-ilħiq tagħhom, l-inċidenti sinifikanti li għandhom jitqiesu sabiex jitwettaq dan l-istadju ta’ valutazzjoni huma dawn li ġejjin:

(a)

ir-riskji għall-passiġġieri: l-inċidenti sinifikanti rilevanti kollha;

(b)

ir-riskji għall-persunal jew il-ħaddiema li jinkludu l-persunal tal-kuntratturi: l-inċidenti sinifikanti rilevanti kollha;

(c)

ir-riskji għall-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell: l-inċidenti sinifikanti rilevanti kollha inklużi fil-kategorija ta’ “inċidenti li jinvolvu intersezzjonijiet fuq l-istess livell”;

(d)

ir-riskji għall-persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji: l-inċidenti sinifikanti rilevanti kollha inklużi fil-kategorija ta’ “inċidenti kkawżati lill-persuni mill-vetturi ferrovjarji waqt li jkunu qed jiċċaqalqu”;

(e)

ir-riskji għall-oħrajn: l-inċidenti rilevanti sinifikanti kollha;

(f)

ir-riskju għas-soċjeta in ġenerali: l-inċidenti kollha sinifikanti.

3.3.   Il-proċess tal-medja mobbli kkoreġuta għall-valutazzjoni annwali tal-ilħiq tal-NRVs

3.3.1.

Għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji tar-riskju li għalihom tiġi applikata il-medja mobbli kkoreġuta (MWA) sabiex f’kull sena Y (li tinbeda minn Y = 2010 ‘il quddiem), jitwettqu l-istadji ta’ valutazzjoni spjegati fit-taqsima 3.2, għandhom jiġu applikati l-fażijiet li ġejjin sabiex tiġi kkalkulata l-MWAY:

(a)

il-kalkolu tal-osservazzjonijiet annwali OBSi li jirriżultaw mill-indikaturi korrispondenti elenkati fl-Appendiċi 1, wara l-provvediment bħala input tad-dejta disponibbli mis-sorsi msemmija fit-taqsima 1.1 għas-snin rilevanti (l-indiċi i jieħu l-valuri spjegati fil-formula ta’ hawn taħt);

(b)

il-kalkolu tal-medja aritmetika għas-sena-n (AV) tal-osservazzjonijiet annwali OBSi [inizjalment n = 4; mill-2012 ‘il quddiem n = 5];

(c)

il-kalkolu tal-valur assolut tad-differenza ABSDIFFi bejn kull osservazzjoni annwali OBSi u l-AV. Jekk ABSDIFFi < 0.01 * AV, lill-ABSDIFFi jiġi attribwit valur kostanti ekwivalenti għal 0.01 * AV;

(d)

il-kalkolu tal-piż Wi , billi jittieħed l-invers ta’ ABSDIFFi ;

(e)

il-kalkolu tal-MWAY kif ġej:

Formula;

fejn i huwa numru naturali u

if Y = 2010 or 2011: x = Y – 5; N = Y – 2

if Y ≥ 2012: x = Y – 6; N = Y – 2

APPENDIĊI 1

L-unitajiet tal-kejl għall-NRVs u s-CSTs

Il-kategorija tar-riskju

L-unitajiet tal-kejl

Il-bażijiet ta’ gradazzjoni

1.

Il-passiġġieri

1.1

L-għadd ta’ FWSIs ta’ passiġġieri kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ km ta’ ferrovija tal-passiġġieri kull sena

km ta’ ferrovija tal-passiġġieri kull sena

1.2

L-għadd ta’ FWSIs ta’ passiġġieri kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ km ta’ passiġġier kull sena

km ta’ passiġġier kull sena

2.

L-impjegati

L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena

km ta’ ferrovija kull sena

3.

L-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell

3.1

L-għadd ta’ FWSIs tal-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena

km ta’ ferrovija kull sena

3.2

L-għadd ta’ FWSIs tal-utenti ta’ intersezzjoni fuq l-istess livell kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/[(Għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena * Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/km ta’ linja ferrovjarja)]

(km ta’ ferrovija kull sena * Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/km ta’ linja ferrovjarja

4.

L-oħrajn

L-għadd fis-sena tal-FWSIs ta’ persuni li jagħmlu parti mill-kategorija “l-oħrajn” li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/Għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena

km ta’ ferrovija kull sena

5.

Persuni mhux awtorizzati fuq l-installazzjonijet ferrovjarji

L-għadd ta’ FWSIs ta’ persuni mhux awtorizzati fuq l-installazzjonijiet ferrovjarji kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/Għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena

km ta’ ferrovija kull sena

6.

Is-soċjetà kollha

L-għadd totali ta’ FWSIs kull sena li jirriżultaw minn inċidenti sinifikanti/Għadd ta’ km ta’ ferrovija kull sena

km ta’ ferrovija kull sena

APPENDIĊI 2

Dijagramma Sekwenzjali ghall-proċedura msemmija fil-punt 3.1.1(a) tal-Anness

Image

13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Ġunju 2009

li taħtar rappreżentant tal-Kummissjoni għall-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

(2009/461/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għandu jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

(2)

Minħabba li fit-2 ta’ Ġunju 2009 se jispiċċa l-mandat attwali tar-rappreżentant tal-Kummissjoni u sostitut mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija, meħtieġ li jinħatar membru għall-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi u l-Industrija u sostitut li se jieħu post il-membru fl-assenza tiegħu/tagħha u jivvota f’ismu/f’isimha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:

(a)

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġeneral għall-Intrapriża u l-Industrija.

Ir-rappreżentant alternattiv għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:

(b)

Id-Direttur li jmexxi d-Direttorat li hu responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali abbażi tal-programm ta’ ħidma tat-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni li jokkupaw, anke jekk fuq bażi temporanja, il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 fid-data ta’ meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni, jew għal kull suċċessur tal-persuni f’dawk il-pożizzjonijiet.

Artikolu 3

Id-Direttur Ġenerali għad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi msemmija fl-Artikolu 1, u kull tibdil fihom.

Magħmula fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


13.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li tidderoga mill-punt 1(d) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/420/KE, fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni għal injam suxxettibbli minn barra ż-żoni demarkati

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4515)

(2009/462/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-28/05/2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2009/420/KE (2) li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li tirrikjedi lill-Istati Membri li temporanjament jieħdu miżuri addizzjonali kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al.(in-nematodu tal-arżnu – pine wood nematode) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, minbarra dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix. Dik id-Deċiżjoni introduċiet l-obbligu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (3), mis-16 ta’ Ġunju 2009, li materjal tal-imballaġġ magħmul minn injam suxxettibbli u li ma joriġinax miż-żoni demarkati, isirlu wieħed mit-trattamenti approvati speċifikati fl-Anness I tal-Istandard Internazzjoni Nru 15 tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji, u jiġi mmarkat skont l-Anness II tal-Istandard imsemmi qabel ma jiġi mċaqlaq miż-żoni demarkati għal żoni oħra fl-Istati Membri jew f’pajjiż terzi kif ukoll minn parti miż-żona demarkata fejn huwa magħruf li hemm il-pine wood nematode għall-parti taż-żona demarkata magħżula bħala żona bafer.

(2)

Il-materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam jinħtieġ għat-trasport ta’ ħafna prodotti ta’ kull tip. Madankollu, s’issa l-produzzjoni u l-użu ta’ materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam suxxettibbli ttrattat u mmarkat skont l-Annessi I u II tal-Istandard Internazzjoni Nru 15 tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji mhumiex ġeneralizzati fil-Komunità. Partikolarment, jidher li mhux biżżejjed materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam li jikkonforma mal-Istandard Internazzjoni Nru 15 tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji jista’ jitlesta fi żmien qasir biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi li jagħmlu kummerċ mill-Portugall lejn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi.

(3)

Biex jiġi evitat ir-riskju li jitfixkel il-kummerċ b’mod disproporzjonat, jidher li tinħtieġ deroga fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2006/133/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/420/KE, li tirreferi għall-obbligu li l-materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam suxxettibbli u li ma joriġinax minn żoni demarkati jiġi ttrattat u mmarkat skont l-Annessi I u II tal-Istandard Internazzjoni Nru 15 tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji qabel ma jiġi mċaqlaq miż-żoni demarkati fil-Portugall għal żoni oħra.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 1(d) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/420/KE, ma għandux japplika fir-rigward ta’ injam suxxettibbli li joriġina minn barra ż-żoni demarkati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-16 ta’ Ġunju 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 135, 30.5.2009, p. 29.

(3)  ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 248.