ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.149.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/447/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/448/KE |
|
|
* |
||
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/449/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/450/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4293) ( 1 ) |
|
|
|
2009/451/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/452/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/453/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/454/KE |
|
|
* |
||
|
|
FTEHIM |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 492/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009
li jħassar 14-il Regolament li m’għadx hemm lokhom fil-Politika Komuni tas-Sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, u b’mod partikolari l-Artikoli 162, 163(3), 164 (2), 165 (8), 171, 349 (5), 351 (5) u 352 (9) u 358 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Annessi VI, VII, IX u XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għal regolamentazzjoni aqwa li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġislazzjoni effettiva. |
(2) |
Ir-Regolamenti li ġejjin, marbuta mal-politika komuni tas-sajd, m’għadx hemm lokhom, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, dawn ir-Regolamenti skaduti għandhom jitħassru, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regolamenti li se jitħassru
Ir-Regolamenti: (KEE) Nru 31/83, (KEE) Nru 3117/85, (KEE) Nru 3781/85, (KEE) Nru 3252/87, (KEE) Nru 3571/90, (KEE) Nru 3499/91, (KE) Nru 1275/94, (KE) Nru 1448/1999, (KE) Nru 300/2001, (KE) Nru 2561/2001, (KE) Nru 2341/2002, (KE) Nru 2372/2002, (KE) Nru 2287/2003 u (KE) Nru 52/2006 huma b’dan imħassra.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(3) ĠU L 297, 9.11.1985, p. 1.
(4) ĠU L 363, 31.12.1985, p. 26.
(5) ĠU L 314, 4.11.1987, p. 17.
(7) ĠU L 353, 17.12.1990, p. 10.
(8) ĠU L 331, 3.12.1991, p. 1.
(9) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.
(10) ĠU L 140, 3.6.1994, p. 1.
(11) ĠU L 167, 2.7.1999, p. 7.
(12) ĠU L 44, 15.2.2001, p. 12.
(13) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 17.
(14) ĠU L 356, 31.12.2002, p. 12.
(15) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 81.
(16) ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1.
(17) ĠU L 16, 20.1.2006, p. 184.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 493/2009
tal-11 ta’ Ġunju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
37,3 |
MK |
35,9 |
|
TR |
46,6 |
|
ZA |
28,0 |
|
ZZ |
37,0 |
|
0707 00 05 |
JO |
162,3 |
MK |
31,4 |
|
TR |
113,6 |
|
ZZ |
102,4 |
|
0709 90 70 |
TR |
113,7 |
ZZ |
113,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
58,4 |
TR |
58,3 |
|
ZA |
53,0 |
|
ZZ |
56,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
78,3 |
BR |
73,1 |
|
CL |
92,4 |
|
CN |
102,4 |
|
NA |
101,9 |
|
NZ |
106,7 |
|
US |
118,7 |
|
ZA |
77,1 |
|
ZZ |
93,8 |
|
0809 10 00 |
TN |
146,2 |
TR |
186,4 |
|
ZZ |
166,3 |
|
0809 20 95 |
TR |
441,7 |
ZZ |
441,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2009
tat-3 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, minn issa 'l quddiem imsejħa “emendi għall-IAS 27”. L-emendi għall-IAS 27 jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi entità għandha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, kif entitajiet prinċipali għandhom jirrapportaw bidliet fis-sjieda tal-interessi tagħhom fis-sussidjarji u kif it-telf ta' sussidjarja ser jkun allokat bejn l-interess ta' kontroll u mhux ta' kontroll. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emenda għall-IAS 27 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-emendi għall-IAS 27 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IAS 1, l-IAS 7, l-IAS 14, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 7 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (SIC) huma emendati skont l-emendi għall-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 3 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IAS 27 |
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 27
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati
AMBITU
1 |
Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji konsolidati għal grupp ta' entitajiet taħt il-kontroll ta' kumpanija prinċipali. |
2 |
Dan l-Istandard ma jittrattax dwar metodi ta' kontabilità għal kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidament, inkluż l-avvjament li jirriżulta mill-kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji). |
3 |
Dan l-Istandard għandu jiġi applikat ukoll fil-kontabilità għal investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew hija meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati. |
DEFINIZZJONIJIET
4 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta' grupp ippreżentati bħala dawk ta' entità ekonomika waħda. Kontroll hu s-setgħa li tiggverna l-politika finanzjarja u operattiva tal-entità biex takkwista benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. Grupp hu l-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji kollha tagħha. Interess li ma jagħtix kontroll huwa l-ekwità f’sussidjarja li mhix attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali. Kumpanija prinċipali hija entità li għandha kumpanija sussidjarja waħda jew aktar. Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn kumpanija prinċipali, investitur f'kumpanija assoċjata jew intraprenditur f'entità b’kontroll konġunt, li fihom l-investmenti huma kkontabilizzati fuq il-bażi tal-interess azzjonarju dirett aktar milli fuq il-bażi tar-riżultati rrappurtati u l-assi netti tal-entitajiet li fihom ikun sar l-investiment. Sussidjarja hija entità, inkluża entità mhux inkorporata bħal soċjetà, li hija kkontrollata minn entità oħra (magħrufa bħala l-kumpanija prinċipali). |
5 |
Kumpanija prinċipali jew kumpanija sussidjarja tagħha jistgħu jkunu investitur f'kumpanija assoċjata jew imprenditur f'entità b'kontroll konġunt. F'każijiet bħal dawn, rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija u ppreżentati skont dan l-Istandard huma mħejjija wkoll sabiex jikkonformaw mal-IAS 28 Investmenti f'Kumpaniji Assoċjati u l-IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti. |
6 |
Għal entità deskritta fil-paragrafu 5, ir-rapporti finanzjarji separati huma dawk imħejjija u ppreżentati flimkien mar-rapporti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5. Rapporti finanzjarji separati m’għandhomx għalfejn jiġu mehmużin, jew li jiġu ppreżentati flimkien, ma’ dawk ir-rapporti. |
7 |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li m'għandhiex kumpanija sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess ta’ imprenditur f’entità b'kontroll konġunt mhumiex rapporti finanzjarji separati. |
8 |
Kumpanija prinċipali li hija eżentata skont il-paragrafu 10 milli tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati tista’ tippreżenta rapporti finanzjarji separati biss bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha. |
PREŻENTAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI
9 |
Kumpanija prinċipali, għajr kumpanija prinċipali deskritta fil-paragrafu 10, għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati li fihom tikkonsolida l-investimenti tagħha f’sussidjarji skont dan l-Istandard. |
10 |
Kumpanija prinċipali m’għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk, u biss jekk:
|
11 |
Kumpanija prinċipali li tagħżel skont il-paragrafu 10 li ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati, u li tippreżenta biss rapporti finanzjarji separati, tikkonforma mal-paragrafi 38-43. |
AMBITU TA’ RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI
12 |
Rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jinkludu s-sussidjarji kollha tal-kumpanija prinċipali. (1) |
13 |
Huwa meqjus li jeżisti kontroll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid, direttament jew indirettament permezz ta’ sussidjarji, ta' aktar minn nofs is-setgħa tal-vot ta’ entità sakemm, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jintwera b’mod ċar li pussess bħal dan ma jikkostitwixxix kontroll. Jeżisti kontroll ukoll meta l-kumpanija prinċipali tkun is-sid ta' nofs jew inqas mis-setgħa tal-vot ta’ entità fejn ikun hemm: (2)
|
14 |
Entità jista’ jkollha pussess ta' ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet ta’ xiri ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew strumenti azzjonarji li huma konvertibbli f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li għandhom il-potenzjal, jekk eżerċitati jew konvertiti, li jagħtu lill-entità s-setgħa tal-vot jew li jnaqqsu s-setgħa tal-vot ta’ parti oħra fuq il-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra (drittijiet potenzjali tal-vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li fil-preżent jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma minn entità oħra, huma meqjusa meta jiġi stmat jekk entità għandhiex is-setgħa li tirregola l-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità oħra. Id-drittijiet potenzjali tal-vot ma jistgħux jiġu eżerċitati jew konvertiti attwalment meta, pereżempju, ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ avveniment futur. |
15 |
Meta jiġi stmat jekk drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwixxux għall-kontroll, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini tal-eżerċizzju tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali oħra kemm jekk ikkunsidrati individwalment kif ukoll flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali tal-vot, għajr l-intenzjoni tal-maniġment u l-abbiltà finanzjarja biex jiġu eżerċitati jew konvertiti dawk id-drittijiet. |
16 |
Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament sempliċiment minħabba li l-investitur huwa organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, fond ta’ benefiċċju komuni, unit trust jew entità simili. |
17 |
Sussidjarja mhijiex eskluża mill-konsolidament minħabba li l-attivitajiet tan-negozju tagħha huma differenti minn dawk ta’ entitajiet oħra fi ħdan il-grupp. Informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta billi sussidjarji bħal dawn jiġu kkonsolidati u billi tingħata informazzjoni addizzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati dwar l-attivitajiet kummerċjali differenti tas-sussidjarji. Pereżempju, l-iżvelar meħtieġ mill-IFRS 8 Segmenti tal-Operat jgħin biex jispjega s-sinifikat tal-attivitajiet kummerċjali differenti fi ħdan il-grupp. |
PROĊEDURI TA’ KONSOLIDAMENT
18 |
Fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati, entità tgħaqqad ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha linja b’linja billi tgħodd flimkien entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż. Sabiex ir-rapporti finanzjarji konsolidati jippreżentaw informazzjoni finanzjarja dwar il-grupp bħala dik ta’ entità ekonomika waħda, jittieħdu mbagħad il-passi li ġejjin:
|
19 |
Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjonijiet ta’ qligħ jew telf u l-bidliet fl-ekwità allokati lill-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll huma stabbiliti fuq il-bażi tal-interessi attwali tal-pussess u ma jirriflettux il-possibbiltà li d- drittijiet potenzjali għall-vot jiġu eżerċitati jew konvertiti. |
20 |
Bilanċi, tranżazzjonijiet, dħul u spejjeż intragrupp għandhom jiġu eliminati għal kollox. |
21 |
Il-bilanċi u t-tranżazzjonijiet intragrupp, inklużi d-dħul, l-ispejjeż u d-dividendi, huma eliminati għal kollox. Il-qligħ u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonjiet intragrupp li huma rikonoxxuti fl-assi, bħal inventarji u assi fissi, huma eliminati għal kollox. Telf intragrupp jista’ jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ qligħ u telf li ssir bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet l-intragrupp. |
22 |
Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom ikunu ppreparati sal-istess data. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija prinċipali hu differenti minn dak ta’ kumpanija sussidjarja, il-kumpanija sussidjarja tħejji, għal għanijiet ta’ konsolidament, rapporti finanzjarji addizzjonali ppreparati sal-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan. |
23 |
Meta, skont il-paragrafu 22, ir-rapporti finanzjarji ta’ xi sussidjarja użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma ppreparati sa data differenti minn dik tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija sussidjarja u dak tal-kumpanija prinċipali m'għandhiex tkun ta' iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perijodi tar-rappurtaġġ u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perijodi tar-rappurtaġġ għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor. |
24 |
Ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jitħejjew billi tintuża politika uniformi ta’ kontabilità għal tranżazzjonijiet simili u għal avvenimenti oħra simili f’ċirkustanzi simili. |
25 |
Jekk membru ta’ grupp juża politika ta kontabilità għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet u avvenimenti simili f’ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa għar-rapporti finanzjarji tiegħu fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati. |
26 |
Id-dħul u l-ispejjez ta' kumpanija sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data tal-akkwiżizzjoni kif definit fl-IFRS 3. Id-dħul u l-ispejjeż tas-sussidjarja għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-kumpanija prinċipali fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport ikkonsolidat tad-dħul komplessiv wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandha tkun ibbażata skont il-valuri ġusti tal-assi deprezzabbli relatati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Id-dħul u l-ispejjeż ta’ sussidjarja huma inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati sad-data meta l-kumpanija prinċipali tieqaf tikkontrolla s-sussidjarja. |
27 |
Interessi li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali. |
28 |
Il-profitt jew it-telf ta’ kull komponent ta’ dħul ieħor komplessiv huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll. Dħul komplessiv totali huwa attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi li ma jagħtux kontroll anke jekk dan iwassal biex l-interessi li ma jagħtux kontroll ikollhom bilanċ negattiv. |
29 |
Jekk sussidjarja għandha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li huma kklassifikati bħala ekwità u li jinżammu minn interessi li ma jagħtux kontroll, il-kumpanija prinċipali tikkalkula s-sehem tagħha tal-profitt jew telf wara li taġġusta għad-dividendi fuq dawk l-ishma, irrispettivament jekk id-dividendi jkunux ġew iddikjarati jew le. |
30 |
Bidliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll huma kkontabilizzati bħala tranżazzjonijiet ta’ ekwità (jiġifieri tranżazzjonijiet ma’ sidien fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien). |
31 |
F’dawn iċ-ċirkostanzi l-ammonti miżmuma tal-interessi li jagħtu kontroll u dawk li ma jagħtux kontroll għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu t-tibdiliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. Kull differenza, bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi li ma jagħtux kontroll u l-valur ġust tal-kumpens imħallas jew riċevut, għandha tiġi rikonoxxuta direttament fl-ekwità u attribwita lis-sidien tal-kumpanija prinċipali. |
Telf ta’ kontroll
32 |
Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja sew b’bidla fil-livelli assoluti jew relattivi tal-jedd ta’ proprjetà kemm mingħajrha. Dan jista’ jiġri, pereżempju, meta kumpanija sussidjarja tiġi suġġetta għall-kontroll ta' gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista’ jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ ftehim kuntrattwali. |
33 |
Kumpanija prinċipali tista’ titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f’żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkostanzi jindikaw li l-arranġamenti multipli għandhom ikunu kkontabilizzati bħala tranżazzjoni waħda. Meta kumpanija prinċipali tiġi biex jiddetermina jekk għandhiex tikkontabilizza l-arranġamenti bħala tranżazzjoni waħda, għandha tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Xi waħda jew iżjed milli ġejjin jistgħu jindikaw li l-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:
|
34 |
Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ xi sussidjarja, hija:
|
35 |
Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikkontabilizza l-ammonti kollha rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dik is-sussidjarja fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-kumpanija prinċipali ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf li kien rikonoxxut qabel fi dħul ieħor komplessiv jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija prinċipali tikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew telf, minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid), meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Pereżempju, jekk sussidjarja għandha assi finanzjarji lesti għall-bejgħ u l-kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk l-assi. Bl-istess mod, jekk bilanċ fuq rivalutazzjoni, li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, jiġi ttrasferit direttament għall-qligħ imfaddal mad-disponiment tal-assi, il-kumpanija prinċipali tittrasferixxi l-bilanċ fuq rivalutazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. |
36 |
Mat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja, kull investiment miżmum f’dik li kienet is-sussidjarja u kull ammont dovut minn jew lil dik li kienet is-sussidjarja, għandu jkun ikkontabilizzat skont l-IFRSs l-oħrajn mid-data meta jintilef il-kontroll. |
37 |
Il-valur ġust ta’ kull investiment miżmum fid-data meta jintilef il-kontroll f’dik li kienet is-sussidjarja, għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew, fejn xieraq, bħala l-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew entità b’kontroll konġunt. |
KONTABILITÀ GĦAL INVESTMENTI F’SUSSIDJARJI, F’ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U F’KUMPANIJI ASSOĊJATI F’RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI
38 |
Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha tikkontabilizza l-investimenti f'sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati:
L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investimenti kkontabilizzati b'kemm ikun il-kost għandhom jiddaħħlu skont l-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx meta dawn jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp ta’ disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5. Il-kejl tal-investimenti kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 ma jitbiddilx f'tali ċirkustanza. |
38A |
Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, entità b'kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata fi profit jew lelt fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta jkun stabbilit id-dritt tagħha li tirċievi d-dividend. |
38B |
Meta entita prinċipali tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha bl-istabiliment ta' entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
u l-kumpanija prinċipali ġdida tikkontabilizza għall-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 38(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum fil-kotba tas-sehem tagħha mill-entrati ta' ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni. |
38C |
Bl-istess mod, entità li ma tkunx prinċipali jista' jkun li tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 38B. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 38B japplikaw bl-istess mod għal tali riorganizzazzjonijiet. F'tali każijiet ir-referenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u “l-grupp oriġinali” jkunu għall-“entità oriġinali”. |
39 |
Dan l-Istandard ma jesiġix liema entitajiet għandhom jipproduċu rapporti finanzjarji separati disponibbli għall-użu tal-pubbliku. Il-paragrafi 38 u 40–43 japplikaw meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju. L-entità tipproduċi wkoll rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu tal-pubbliku kif meħtieġ mill-paragrafu 9, sakemm ma tkunx applikabbli l-eżenzjoni mogħtija fil-paragrafu 10. |
40 |
Investmenti f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati li huma kkontabilizzati b'konformità mal-IAS 39 fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tal-investitur. |
ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI
41 |
Fir-rapporti finanzjarji konsolidati għandha tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:
|
42 |
Meta jitħejjew rapporti finanzjarji separati għal kumpanija prinċipali li, skont il-paragrafu 10, tagħżel li ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati, dawk ir-rapporti finanzjarji separati għandhom jiżvelaw:
|
43 |
u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati.
u għandhom jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji, imħejjija skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jew skont l-IAS 28 u l-IAS 31, li magħhom huma relatati. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44 |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt. |
45 |
Entità għandha tapplika l-emendi għall-IAS 27 li saru mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008 fil-paragrafi 4, 18, 19, 26–37 u 41(e) u (f) għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika dawn l-emendi għal perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009 ħlief jekk hija tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrevedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod retroattiv, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
45A |
Il-paragrafu 38 ġie emendat mit-Titjib għall-IFRSs maħruġ f'Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 u wara, prespettivament mid-data li fiha tkun applikat għall-ewwel darba l-IFRS 5. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt. |
45B |
Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, ħassar id-definizzjoni tal-metodu tal-kost mill-paragrafu 4 u żied il-paragrafu 38A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi prospettivi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati mal-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 fl-istess waqt. |
45C |
Kost ta' Investiment f'Sussidjarja, Entità b'Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f'Mejju 2008, żied il-paragrafi 38B u 38C. Entità għandha tapplika għal dawk il-paragrafi prospettivi għar-riorganizzazzjonijiet li jokkorru tul il-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Barra minn hekk, entità tista' tagħżel li tapplika l-paragrafi 38B u 38C retrospettivament għal riorganizzazzjonijiet imgħoddija fl-ambitu ta' dawn il-paragrafi. Madankollu, jekk entità tiddikkjara mill-ġdid kwalunkwe riorganizzazzjoni biex tikkonforma mal-paragrafu 38B jew 38C, għandha tiddikkjara mill-ġdid ir-riorganizzazzjonijiet sussegwenti kollha fi ħdan l-ambitu ta' dawk il-paragrafi. Jekk entità tapplika il-paragrafu 38B jew 38C għal perjodu aktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt. |
IRTIRAR TAL-IAS 27 (2003)
46 |
Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif irrevedut fl-2003). |
(1) Jekk mal-akkwiżizzjoni kumpanija sussidjarja tissodisfa l-kriterji li tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, għandha tiġi rrappurtata b'konformità ma' dak l-IFRS.
(2) Ara wkoll is-SIC-12 Konsolidament - Entitajiet b'Għanijiet Speċjali.
Appendiċi
Emendi għall-IFRSs oħrajn
L-emendi f'din l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS 27 għal perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. Fil-paragrafi emendati, it-test imħassar huwa ngassat u t-test il-ġdid huwa sottolinjat.
A1 |
Fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju li ġejjin li japplikaw fl-1 ta’ Lulju 2009, ir-referenzi għal ‘interess minoritarju’ huma emendati għal ‘interess li ma jagħtix kontroll’ fil-paragrafi identifikati:
|
IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju
A2 |
L-IFRS 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 26 hu emendat kif ġej:
Wara l-paragrafu 34B jiżdiedu intestatura ġdida u l-paragrafu 34C skont kif ġej: “Interessi li ma jagħtux kontroll
Il-paragrafu 47J hu miżjud kif ġej:
|
IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx
A3 |
L-IFRS 5 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 33 hu emendat kif ġej: Paragraph 33 is amended as follows:
Il-paragrafu 44B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji
A4 |
Il-paragrafu 106 tal-IAS 1 (kif irrevedut fl-2007) huwa emendat kif ġej:
Il-paragrafu 139A hu miżjud kif ġej:
|
IAS 7 Rapport tal-Flussi ta' Flus
A5 |
L-IAS 7 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-intestatura tal-paragrafu 39 u l-paragrafi 39-42 huma emendati kif ġej: “Tibdil f’interessi proprjetarji f’sussidjarji u f’negozji oħra
Il-paragrafi 42A u 42B huma miżjudin kif ġej:
Il-paragrafu 54 hu miżjud kif ġej:
|
IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil Fir-Rati tal-Kambju
A6 |
L-IAS 21 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-intestatura qabel il-paragrafu 48 hija emendata u jiżdiedu l-paragrafi 48A-48D kif ġej “Disponiment jew disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija
Il-paragrafu 60B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati
A7 |
L-IAS 28 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafi 18 u 19 huma emendati kif ġej:
Il-paragrafu 19A hu miżjud kif ġej:
Il-paragrafu 41B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti
A8 |
L-IAS 31 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 45 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafi 45A u 45B huma miżjudin kif ġej.
Il-paragrafu 58A hu miżjud kif ġej:
|
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
A9 |
L-IAS 39 hu emendat kif deskritt hawn taħt. L-aħħar sentenza tal-paragrafu 102 hija emendata kif ġej:
Il-paragrafu 103E hu miżjud kif ġej:
|
SIC-7 Introduzzjoni tal-Euro
A10 |
IS-SIC-7 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Fis-sezzjoni ‘Referenzi’, jiżdied ‘IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008)’. Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:
Taħt l-intestatura ‘Data effettiva’ jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu li jiddeskrivi d-data effettiva tal-emendi tal-IAS 1 kif ġej: “L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 4(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. ” |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 495/2009
tat-3 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 3
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju’l (IFRS) 3 (Rivedut) Kombinamenti ta’ Negozji, minn issa l quddiem imsejjaħ ‘IFRS 3 rivedut’. L-IFRS3 rivedut jistabbilixxi prinċipji u regoli dwar kif akkwirent f’kombinament ta’ negozji għandu jirrikonoxxi u jkejjel fil-kotba tiegħu l-elementi differenti (bħal assi identifikabbli, obbligazzjonijiet preżunti, interess mhux ta’ kontroll u avvjament) marbuta mat-trattament tal-kontabbiltà tat-tranżazzjoni tal-akkwiżizzjoni. Jiddetermina wkoll l-informazzjoni li trid tiġi żvelata dwar tali tranżazzjonijiet. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 3 rivedut jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtalità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-IFRS 3 rivedut timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-IFRS 1, l-IFRS 2, l-IFRS 7, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 12, l-IAS 16, l-IAS 284, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 34, l-IAS 36, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (IFRIC) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 3 Kombinamenti ta’ Negozji tbiddel bl-IFRS 3 rivedut kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-IFRS 1, l-IFRS 2, l-IFRS 7, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 12, l-IAS 16, l-IAS 28, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 34, l-IAS 36, l-IAS 37, l-IAS 38, l-IAS 39 u l-Interpretazzjoni 9 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Interpretazzjonijiet (IFRIC) huma emendati skont l-emendi għall-IFRS 3 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 3 rivedut, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 3 ta’ Ġunju 2009
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRS 3 |
Kombinamenti ta’ Negozji |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-Internet www.iasb.org
STANDARD INTERNAZZJONALI TA’ RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 3
Kombinamenti ta’ Negozji:
GĦAN
1. |
L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jtejjeb ir-relevanza, l-affidabbiltà u l-kumparabbiltà tal-informazzjoni li entità li tirrapporta għandha tipprovdi fir-rapporti finanzjarji tagħha dwar kombinament ta’ negozji u l-effetti tiegħu. Sabiex dan jinkiseb, dan l-IFRS jistabbilixxi prinċipji u rekwiżiti dwar kif l-akkwirent għandu:
|
AMBITU
2. |
Dan l-IFRS japplika għal tranżazzjoni jew avveniment ieħor li jissodisfa d-definizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji. Dan l-IFRS ma japplikax għal:
|
IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI
3. |
Entità għandha tiddetermina jekk tranżazzjoni jew avveniment ieħor huwiex kombinament ta’ negozji billi tapplika d-definizzjoni f’dan l-IFRS, li teħtieġ li l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jikkostitwixxu negozju. Jekk l-assi akkwistati mhumiex negozju, l-entità li tirrapporta għandha tikkontabilizza t-tranżazzjoni jew l-avveniment l-ieħor bħala akkwiżizzjoni ta’ assi. Il-paragrafi B5–B12 jipprovdu gwida dwar l-identifikazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji u d-definizzjoni ta’ negozju. |
IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI
4. |
Entità għandha tikkontabilizza kull kombinament ta’ negozji billi tapplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni. |
5. |
L-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni teħtieġ:
|
Identifikazzjoni tal-akkwirent
6. |
Għal kull kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament għandha tiġi identifikata bħala l-akkwirent. |
7. |
Il-gwida fl-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati għandha tintuża sabiex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb kontroll tal-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta’ negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IAS 27 ma tindikax b’mod ċar liema waħda mill-entitajiet fil-kombinament hija l-akkwirent, il-fatturi fil-paragrafi B14–B18 għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat dak il-punt. |
L-identifikazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni
8. |
L-akkwirent għandu jidentifika d-data tal-akkwiżizzjoni, li hi d-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll ta’ akkwiżit. |
9. |
Id-data meta l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit hija ġeneralment id-data meta l-akkwirent jittrasfrixxi legalment il-kumpens, jakkwista l-assi u jassumi l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit—id-data tal-għeluq. Madankollu, l-akkwirent jista’ jikseb kontroll f’data li tkun qabel jew wara d-data tal-għeluq. Pereżempju, id-data tal-akkwiżizzjoni tiġi qabel id-data tal-għeluq jekk ftehim bil-miktub ikun jipprovdi li l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit f’data qabel id-data tal-għeluq. Akkwirent għandu jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi pertinenti kollha għall-identifikazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni. |
Rikonoxximent u kejl ta’ assi identifikabbli akkwistati, ta’ obbligazzjonijiet merfugħa u ta’ kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit
Prinċipju ta’ rikonoxximent
10. |
Sa mid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit. Ir-rikonoxximent tal-assi identifikabbli akkwistati u tal-obbligazzjonijiet merfugħa huwa soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 11 u 12. |
11. |
Biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet fil-Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, kosti li l-akkwirent jistenna iżda mhuwiex obbligat li jġarrab fil-futur biex jaffettwa l-pjan tiegħu biex joħroġ minn attività tal-akkwiżit jew biex jittermina l-impjieg jew jagħmel rilokazzjoni tal-impjegati tal-akkwiżit mhumiex obbligazzjonijiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, l-akkwirent ma jirrikonoxxix dawk il-kosti bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent jirrikonoxxi dawk il-kosti fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont IFRSs oħrajn. |
12. |
Barra minn hekk, biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jridu jkunu parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) ikunu partu fit-tranżazzjoni tal-kombinament ta’ negozji aktar milli r-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati. L-akkwirent għandu japplika l-gwida fil-paragrafi 51–53 biex jiddetermina liema assi akkwistati jew obbligazzjonijiet merfugħa huma parti mill-iskambju għall-akkwiżit u liema, jekk ikun hemm, huma r-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati li għandhom jitniżżlu fil-kontijiet skont in-natura tagħhom u l-IFRSs applikabbli. |
13. |
L-applikazzjoni mill-akkwirent tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent jistgħu jirriżultaw fir-rikonoxximent ta’ xi assi u obbligazzjonijiet li l-akkwiżit ma kienx irrikonoxxa qabel bħala assi u obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji tiegħu. Pereżempju, l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli akkwistati li huma identifikabbli, bħall-isem tad-ditta, privattiva jew relazzjoni ma’ klijent, li l-akkwiżit ma rrikonoxxiex bħala assi fir-rapporti finanzjarji tiegħu peress li żviluppahom internament u ddebita l-kosti relatati bħala spiża. |
14. |
Il-paragrafi B28–B40 jipprovdu gwida dwar ir-rikonoxximent ta’ kiri operattiv u assi intanġibbli. Il-paragrafi 22–28 jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu uħud li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent. |
15. |
Fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jikklassifika jew jispeċifika l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli skont kif ikun meħtieġ sabiex jiġu applikati IFRSs oħrajn sussegwentement. L-akkwirent għandu jagħmel dawk il-klassifikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali, il-kundizzjonijiet ekonomiċi, il-politika tiegħu tal-operat u tal-kontabilità u kundizzjonijiet pertinenti oħrajn skont kif ikunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. |
16. |
F’xi sitwazzjonijiet, l-IFRSs jipprovdu għal kontabilità differenti skont kif entità tikklassifika jew tispeċifika assi jew obbligazzjoni partikolari. Eżempji ta’ klassifikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet li l-akkwirent għandu jagħmel fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet pertinenti hekk kif jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
17. |
Dan l-IFRS jipprovdi żewġ eċċezzjonijiet għall-prinċipju fil-paragrafu 15:
L-akkwirent għandu jikklassifika dawk il-kuntratti fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali u fatturi oħrajn fil-bidu tal-kuntratt (jew, jekk it-termini tal-kuntratt ikunu ġew immodifikati b’mod li jbiddel il-klassifikazzjoni tiegħu, fid-data tal-modifika, li tista’ tkun id-data tal-akkwiżizzjoni). |
Prinċipju tal-kejl
18. |
L-akkwirent għandu jkejjel l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa bil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. |
19. |
Għal kull kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jkejjel kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit jew skont il-valur ġust jew skont is-sehem proporzjonat tal-interess li ma jagħtix kontroll mill-assi netti identifikabbli tal-akkwiżit. |
20. |
Il-paragrafi B41–B45 jipprovdu gwida dwar il-kejl tal-valur ġust ta’ assi partikolari identifikabbli u ta’ interess li ma jagħtix kontroll f’akkwiżit. Il-paragrafi 24-31 jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu uħud li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju tal-kejl. |
Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl
21. |
Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl. Il-paragrafi 22–31 jispeċifikaw kemm l-entrati partikolari li għalihom huma pprovduti eċċezzjonijiet kif ukoll in-natura ta’ dawk l-eċċezzjonijiet. L-akkwirent għandu jikkontabilizza dawk l-entrati billi japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 22–31, li b’riżultat tagħhom xi entrati jkunu:
|
22. |
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jiddefinixxi obbligazzjoni kontinġenti bħala:
|
23. |
Ir-rekwiżiti fl-IAS 37 ma japplikawx għall-finijiet biex jiġi ddeterminat liema obbligazzjonijiet kontinġenti għandhom jiġu rikonoxxuti sa mid-data tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi sa mid-data tal-akkwiżizzjoni obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji jekk tkun obbligazzjoni preżenti li tirriżulta minn avvenimenti fil-passat u l-valur ġust tagħha jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-IAS 37, l-akkwirent jirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji fid-data tal-akkwiżizzjoni anki jekk ma jkunx probabbli li ser ikun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw benefiċċji ekonomiċi biex titħallas l-obbligazzjoni. Il-paragrafu 56 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għall-obbligazzjonijiet kontinġenti. |
24. |
L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta mill-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa f’kombinament ta’ negozji skont l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul. |
25. |
L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-effetti potenzjali għat-taxxa ta’ differenzi temporanji u ammonti mtella’ ta’ akkwiżit li jkunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew li jirriżultaw bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni skont l-IAS 12. |
26. |
L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel obbligazzjoni (jew assi, jekk ikun hemm) relatata mal-arranġamenti ta’ benefiċċji tal-impjegati tal-akkwiżit skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati. |
27. |
Il-bejjiegħ f’kombinament ta’ negozji jista’ jindennizza kuntrattwalment lill-akkwirent għall-eżitu ta’ kontinġenza jew inċertezza relatata ma’ assi jew obbligazzjoni speċifika kollha jew parti minnha. Pereżempju, il-bejjiegħ jista’ jindennizza lill-akkwirent kontra telf ‘il fuq minn ammont speċifikat fuq obbligazzjoni li tirriżulta minn kontinġenza partikolari; fi kliem ieħor, il-bejjiegħ jiggarantixxi li l-obbligazzjoni tal-akkwirent mhux ser taqbeż ammont speċifikat. Bħala riżultat, l-akkwirent jikseb assi ta’ indennizz. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi assi ta’ indennizz fl-istess ħin li jirrikonoxxi l-oġġett indennizzat u mkejjel fuq l-istess bażi bħall-oġġett indennizzat, soġġett għall-ħtieġa għal konċessjoni ta’ valutazzjoni għal ammonti li ma jistgħux jinġabru. Għalhekk, jekk l-indennizz ikun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni u mkejla fil-valur ġust tagħha fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi ta’ indennizz fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għal assi ta’ indennizz imkejjel skont il-valur ġust, l-effetti tal-inċertezza dwar flussi futuri ta’ flus minħabba kunsiderazzjonijiet dwar jekk jistgħux jinġabru huma inklużi fil-kejl tal-valur ġust u konċessjoni separata ta’ valutazzjoni mhijiex neċessarja (il-paragrafu B41 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni). |
28. |
F’xi ċirkustanzi, l-indennizz jista’ jkun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun eċċezzjoni għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl. Pereżempju, indennizz jista’ jkun relatat ma’ obbligazzjoni kontinġenti li ma tkunx rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni minħabba li l-valur ġust tagħha ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli f’dik id-data. Inkella, indennizz jista’ jkun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni, pereżempju, waħda li tirriżulta minn benefiċċju tal-impjegati, li tkun imkejla fuq bażi differenti mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-assi ta’ indennizz għandu jiġi rikonoxxut u mkejjel permezz ta’ suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk użati għall-kejl tal-oġġett indennizzat, soġġett għall-istima tal-maniġment dwar jekk l-assi tal-indennizz jistax jinġabar u dwar kwalunkwe limitazzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ammont indennizzat. Il-paragrafu 57 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti ta’ assi ta’ indennizz. |
29. |
L-akkwirent għandu jkejjel il-valur ta’ dritt akkwistat mill-ġdid rikonoxxut bħala assi intanġibbli fuq il-bażi tat-terminu kuntrattwali rimanenti tal-kuntratt relatat irrispettivament minn jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidrawx tiġdid potenzjali tal-kuntratt sabiex jiddeterminaw il-valur ġust tiegħu. Il-paragrafi B35 u B36 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni. |
30. |
L-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni jew strument azzjonarju relatat mas-sostituzzjoni ta’ premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwiżit permezz ta’ premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skont il-metodu fl-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma. (Dan l-IFRS jirreferi għar-riżultat ta’ dak il-metodu bħala l-“kejl ibbażat fuq is-suq” tal-premju.) |
31. |
L-akkwirent għandu jkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) akkwistat li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ fid-data tal-akkwiżizzjoni skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx skont il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti tal-bejgħ skont il-paragrafi 15–18 ta’ dak l-IFRS. |
Ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ avvjament jew ta’ qligħ minn xiri bl-irħis
32. |
L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel bħala l-ammont li bih (a) hawn isfel jeċċedi (b):
|
33. |
F’kombinament ta’ negozji fejn l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) ipartu biss interessi azzjonarji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit jistgħu jiġu mkejla b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwirent. Jekk dan ikun il-każ, l-akkwirent għandu jiddetermina l-ammont ta’ avvjament billi juża l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji ttrasferiti. Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ avvjament f’kombinament ta’ negozji fejn ebda ħlas ma jiġi ttrasferit, l-akkwirent għandu juża l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit ikkalkulat permezz ta’ teknika ta’ valutazzjoni minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ħlas ittrasferit (il-paragrafu 32(a)(i)). Il-paragrafi B46-B49 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni. |
Xiri bl-irħis
34. |
Xi kultant, akkwirent jista’ jagħmel xiri bl-irħis, li huwa kombinament ta’ negozji fejn l-ammont fil-paragrafu 32(b) jaqbeż it-total tal-ammonti speċifikati fil-paragrafu 32(a). Jekk dak l-eċċess jibqa’ wara li jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 36, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-qligħ riżultanti fil-profitt jew telf fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-qligħ għandu jiġi attribwit lill-akkwirent. |
35. |
Xiri bl-irħis jista’ jseħħ, pereżempju, f’kombinament ta’ negozji li jkun bejgħ furzat fejn il-bejjiegħ ikun imġiegħel ibigħ. Madankollu, l-eċċezzjonijiet tar-rikonoxximent jew tal-kejl għal entrati partikolari diskussi fil-paragrafi 22–31 jistgħu jirriżultaw ukoll fir-rikonoxximent ta’ qligħ (jew f’bidla fl-ammont tal-qligħ rikonoxxut) fuq xiri bl-irħis. |
36. |
Qabel ma jiġi rikonoxxut qligħ fuq xiri bl-irħis, l-akkwirent għandu jevalwa mill-ġdid jekk identifikax b’mod korrett l-assi kollha akkwistati u l-obbligazzjonijiet kollha merfugħa u għandu jirrikonoxxi kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet addizzjonali li huma identifikati f’dik ir-reviżjoni. L-akkwirent imbagħad għandu jirrevedi l-proċeduri użati biex jitkejlu l-ammonti li dan l-IFRS jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni għal dawn kollha li ġejjin:
L-objettiv tar-reviżjoni hu li jiġi żgurat li l-kejl jirrifletti b’mod xieraq il-kunsiderazzjoni ta’ kull informazzjoni disponibbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. |
Ħlas ittrasferit
37. |
Il-ħlas ittrasferit f’kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel skont il-valur ġust, li għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-valuri ġusti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi ttrasferiti mill-akkwirent, l-obbligazzjonijiet li l-akkwirent iġarrab fil-konfront ta’ dawk li qabel kienu s-sidien tal-akkwiżit u l-interessi azzjonarji maħruġa mill-akkwirent. (Madankollu, kull porzjon tal-premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal premji miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit li jkun inkluż fil-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel skont il-paragrafu 30 u mhux skont il-valur ġust.) Eżempji ta’ forom potenzjali ta’ ħlas jinkludu flus, assi oħrajn, negozju jew kumpannija sussidjarja tal-akkwirent, ħlas kontinġenti, strumenti azzjonarji ordinarji jew privileġġati, opzjonijiet, garanziji u interessi tal-membri f’entitajiet ta’ benefiċċju komuni. |
38. |
Il-ħlas ittrasferit jista’ jinkludi assi jew obbligazzjonijiet tal-akkwirent li jkollhom ammonti miżmuma fil-kotba li jkunu jvarjaw mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni (pereżempju, assi mhux monetarji jew negozju tal-akkwirent). Jekk dan ikun il-każ, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti skont il-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni u jirrikonoxxi l-qligħ jew telf riżultanti, jekk ikun hemm, fil-profitt jew telf. Madankollu, xi kultant l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti jibqgħu fi ħdan l-entità kkombinata wara l-kombinament ta’ negozji (pereżempju, għaliex l-assi jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti lill-akkwiżit u mhux lil dawk li kienu s-sidien tiegħu), u l-akkwirent b’hekk iżomm il-kontroll tagħhom. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jkejjel dawk l-assi u obbligazzjonijiet skont l-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni u m’għandux jirrikonoxxi qligħ jew telf fil-profitt jew telf fuq assi jew obbligazzjonijiet li huwa jikkontrolla kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji. |
39. |
Il-ħlas li l-akkwirent jittrasferixxi bi skambju għall-akkwiżit jinkludi kwalunkwe assi jew obbligazzjoni li tirriżulta minn arranġament ta’ ħlas kontinġenti (ara l-paragrafu 37). L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ ħlas kontinġenti bħala parti mill-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit. |
40. |
L-akkwirent għandu jikklassifika obbligazzjoni biex jitħallas ħlas kontinġenti bħala obbligazzjoni jew bħala ekwità fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta’ strument azzjonarju u ta’ obbligazzjoni finanzjarja fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, jew IFRSs oħrajn applikabbli. L-akkwirent għandu jikklassifika bħala assi d-dritt għar-ritorn ta’ ħlas ittrasferit qabel jekk ċerti kundizzjonijiet speċifikati jiġu ssodisfati. Il-paragrafu 58 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal ħlas kontinġenti. |
Gwida addizzjonali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal tipi partikolari ta’ kombinamenti ta’ negozji
Kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji
41. |
Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit li fih kellu interess azzjonarju immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, fil-31 ta’ Diċembru 20X1, l-Entità A kellha 35 fil-mija tal-interess azzjonarju li ma jagħtix kontroll fl-Entità B. F’dik id-data, l-Entità A tixtri interess addizzjonali ta’ 40 fil-mija fl-Entità B, li jagħtiha kontroll fuq l-Entità B. Dan l-IFRS jirreferi għal tranżazzjoni ta’ dan it-tip bħala kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, li xi kultant jissejjaħ ukoll akkwiżizzjoni f’passi. |
42. |
F’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-interess azzjonarju li kellu qabel fl-akkwiżit skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni u għandu jirrikonoxxi l-qligħ jew telf riżultanti, jekk ikun hemm, fi profitt jew telf. F’perijodi preċedenti ta’ rapportaġġ, l-akkwirent jista’ jkun irrikonoxxa bidliet fil-valur tal-interess azzjonarju tiegħu fl-akkwiżit fi dħul ieħor komplessiv (pereżempju, għaliex l-investiment ġie kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ). Jekk dan ikun il-każ, l-ammont li ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għandu jiġi rikonoxxut fuq l-istess bażi bħal ma jkun meħtieġ kieku l-akkwirent iddispona direttament mill-interess azzjonarju li kellu qabel. |
Kombinament ta’ negozji mwettaq mingħajr it-trasferiment ta’ ħlas
43. |
Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit mingħajr ma jittrasferixxi ħlas. Il-metodu tal-akkwiżizzjoni li bih issir il-kontabilità għal kombinament ta’ negozji japplika għal dawk il-kombinamenti. Dawk iċ-ċirkustanzi jinkludu:
|
44. |
F’kombinament ta’ negozji mwettaq b’kuntratt biss, l-akkwirent għandu jattribwixxi lis-sidien tal-akkwiżit l-ammont tal-assi netti tal-akkwiżit rikonoxxut skont dan l-IFRS. Fi kliem ieħor, l-interessi azzjonarji fl-akkwiżit miżmuma minn partijiet apparti l-akkwirent huma interess li ma jagħtix kontroll fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament tal-akkwirent anki jekk ir-riżultat ikun li l-interessi azzjonarji kollha fl-akkwiżit jiġu attribwiti għall-interess li ma jagħtix kontroll. |
Perijodu tal-kejl
45. |
Jekk il-kontabilità inizjali għal kombinament ta’ negozji ma tkunx kompleta sat-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ li fih iseħħ il-kombinament, l-akkwirent għandu jirrapporta fir-rapporti finanzjarji tiegħu ammonti provviżorji għall-entrati li għalihom il-kontabilità ma tkunx kompleta. Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jaġġusta retrospettivament l-ammonti provviżorji rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni biex jirriflettu informazzjoni ġdida miksuba dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet taffettwa l-kejl tal-ammonti rikonoxxuti sa minn dik id-data. Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi wkoll assi jew obbligazzjonijiet addizzjonali jekk tinkiseb informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet twassal għar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet sa minn dik id-data. Il-perijodu tal-kejl jintemm malli l-akkwirent jirċievi l-informazzjoni li kien qed ifittex dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew isir jaf li ma tistax tinkiseb aktar informazzjoni. Madankollu, il-perijodu tal-kejl ma jistax jaqbeż sena mid-data tal-akkwiżizzjoni. |
46. |
Il-perijodu tal-kejl huwa l-perijodu wara d-data tal-akkwiżizzjoni li matulu l-akkwirent jista’ jaġġusta l-ammonti provviżorji rikonoxxuti għal kombinament ta’ negozji. Il-perijodu tal-kejl jipprovdi lill-akkwirent bi żmien raġonevoli biex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifika u jkejjel dan li ġej fid-data tal-akkwiżizzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS:
|
47. |
L-akkwirent għandu jikkunsidra l-fatturi pertinenti kollha meta jiddetermina jekk l-informazzjoni miksuba wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandhiex tirriżulta f’aġġustament tal-ammonti provviżorji rikonoxxuti jew jekk dik l-informazzjoni tirriżultax minn avvenimenti li seħħew wara d-data tal-akkwiżizzjoni. Fatturi pertinenti jinkludu d-data meta tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali u jekk l-akkwirent jistax jidentifika raġuni għal bidla fl-ammonti provviżorji. Informazzjoni li tinkiseb ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni iktar hija probabbli li tirrifletti ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni milli informazzjoni li tinkiseb bosta xhur wara. Pereżempju, il-bejgħ ta’ assi lil terz ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni għal ammont li jvarja b’mod sinifikanti mill-valur ġust provviżorju tiegħu stabbilit f’dik id-data x’aktarx li jindika żball fl-ammont provviżorju, ħlief jekk ikun jista’ jiġi identifikat avveniment li jkun seħħ fl-intervall u li jkun biddel il-valur ġust tiegħu. |
48. |
L-akkwirent jirrikonoxxi żieda (tnaqqis) fl-ammont provviżorju rikonoxxut għal assi (obbligazzjoni) identifikabbli permezz ta’ tnaqqis (żieda) fl-avvjament. Madankollu, informazzjoni ġdida miksuba matul il-perijodu tal-kejl xi kultant tista’ tirriżulta f’aġġustament tal-ammont provviżorju ta’ aktar minn assi jew obbligazzjoni waħda. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jkun ħa fuqu obbligazzjoni li jħallas danni relatati ma’ inċident f’waħda mill-faċilitajiet tal-akkwiżit, li parti minnhom jew it-totalità tagħhom tkun koperta mill-polza ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà tal-akkwiżit. Jekk l-akkwirent jikseb informazzjoni ġdida matul il-perijodu tal-kejl dwar il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ dik l-obbligazzjoni, l-aġġustament għall-valur ġust li jirriżulta minn bidla fl-ammont provviżorju rikonoxxut għall-obbligazzjoni jiġi paċut (totalment jew parzjalment) minn aġġustament korrispondenti fl-avvjament li jirriżulta minn bidla fl-ammont provviżorju rikonoxxut għall-klejm riċevibbli mill-assiguratur. |
49. |
Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi aġġustamenti għall-ammonti provviżorji bħallikieku l-kontabilità għall-kombinament tan-negozji kienet tlestiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. B’hekk, l-akkwirent għandu jirrevedi kif meħtieġ informazzjoni komparattiva għal perijodi preċedenti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji, inkluż li jagħmel kwalunkwe bidla meħtieġa fid-diprezzament, fl-ammortizzament jew f’effetti oħrajn tad-dħul rikonoxxuti fit-tlestija tal-kontabilità inizjali. |
50. |
Wara li jintemm il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrevedi l-kontabilità għal kombinament ta’ negozji biss biex jikkoreġi żball b’konformità mal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji. |
Identifikazzjoni ta’ x’inhu parti mit-tranżazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji
51. |
L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni jew arranġament ieħor diġà eżistenti qabel ma bdew in-negozjati għall-kombinament tan-negozji, jew jistgħu jidħlu f’arranġament matul in-negozjati li huwa separat mill-kombinament tan-negozji. F’kull waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, l-akkwirent għandu jidentifika kwalunkwe ammont li ma jkunx parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) skambjaw fil-kombinament tan-negozji, jiġifieri ammonti li mhumiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni biss il-ħlas ittrasferit għall-akkwiżit u għall-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa fl-iskambju għall-akkwiżit. Tranżazzjonijiet separati għandhom jiġu entrati skont l-IFRSs relevanti. |
52. |
Tranżazzjoni miftiehma minn jew f’isem l-akkwirent jew primarjament għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kkombinata, aktar milli primarjament għall-benefiċċju tal-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) qabel il-kombinament, aktarx li tkun tranżazzjoni separata. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tranżazzjonijiet separati li m’għandhomx jiġu inklużi fl-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni:
Il-paragrafi B50–B62 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni. |
Kosti relatati mal-akkwiżizzjoni
53. |
Kosti relatati mal-akkwiżizzjoni huma kosti li l-akkwirent iġarrab biex iwettaq kombinament ta’ negozji. Dawn il-kosti jinkludu l-ħlasijiet ta’ min isib; ħlasijiet oħrajn għal servizzi ta’ pariri, servizzi legali, ta’ kontabilità, ta’ valutazzjoni u servizzi oħrajn professjonali jew ta’ konsulenza; kosti ta’ amministrazzjoni ġenerali, inklużi l-kosti għaż-żamma ta’ dipartiment intern għall-akkwiżizzjonijiet; u kosti għar-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ titoli ta’ djun u azzjonarji. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-kosti relatati mal-akkwiżizzjoni bħala spejjeż fil-perijodi meta l-kosti ġew imġarrba u s-servizzi ġew riċevuti, b’eċċezzjoni waħda. Il-kosti biex jinħarġu titoli ta’ djun jew azzjonarji għandhom jiġu rikonoxxuti skont l-IAS 32 u l-IAS 39. |
KEJL U KONTABILITÀ SUSSEGWENTI
54. |
B’mod ġenerali, akkwirent għandu sussegwentement ikejjel u jagħti rendikont ta’ assi akkwistati, obbligazzjonijiet merfugħa jew imġarrba u strumenti azzjonarji maħruġa f’kombinament ta’ negozji skont IFRSs oħrajn applikabbli għal dawk l-entrati, skont in-natura tagħhom. Madankollu, dan l-IFRS jipprovdi gwida dwar il-kejl u l-kontabilità sussegwenti għal dawn l-assi akkwistati, obbligazzjonijiet merfugħa jew imġarrba u strumenti azzjonarji maħruġa f’kombinament ta’ negozji:
Il-paragrafu B63 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni. |
Drittijiet akkwistati mill-ġdid
55. |
Dritt akkwistat mill-ġdid rikonoxxut bħala assi intanġibbli għandu jiġi amortizzat fuq il-perijodu kuntrattwali rimanenti tal-kuntratt li fih ikun ingħata d-dritt. Akkwirent li sussegwentement ibigħ dritt akkwistat mill-ġdid lil terz għandu jinkludi l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi intanġibbli meta jiddetermina l-qligħ jew telf fuq il-bejgħ. |
Obbligazzjonijiet kontinġenti
56. |
Wara r-rikonoxximent inizjali u sakemm l-obbligazzjoni tiġi saldata, ikkanċellata jew tiskadi, l-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f’kombinament ta’ negozji bħala l-ogħla minn:
Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kuntratti li l-kontabilità tagħhom issir b’konformità mal-IAS 39. |
Assi ta’ indennizz
57. |
Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ sussegwenti, l-akkwirent għandu jkejjel assi ta’ indennizz li kien rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni fuq l-istess bażi bħall-obbligazzjoni jew l-assi indennizzati, soġġett għal kwalunkwe limitazzjonijiet kuntrattwali fuq l-ammont tagħhom u, għal assi ta’ indennizz li sussegwentement ma jiġix imkejjel bil-valur ġust tiegħu, l-evalwazzjoni mill-maniġment dwar kemm l-assi ta’ indennizz jista’ jinġabar. L-akkwirent għandu jirtira r-rikonoxximent tal-assi ta’ indennizz biss meta jiġbor l-assi, ibiegħu jew b’xi mod ieħor jitlef id-dritt għalih. |
Ħlas kontinġenti
58. |
Xi bidliet fil-valur ġust tal-ħlas kontinġenti li l-akkwirent jirrikonoxxi wara d-data tal-akkwiżizzjoni jistgħu jkunu r-riżultat ta’ informazzjoni addizzjonali li l-akkwirent ikun kiseb wara dik id-data dwar fatti u ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Dawk il-bidliet huma aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl skont il-paragrafi 45–49. Madankollu, bidliet li jirriżultaw minn avvenimenti wara d-data tal-akkwiżizzjoni, bħall-ilħuq ta’ mira dwar qligħ, l-ilħuq ta’ prezz speċifikat tal-ishma jew l-ilħuq ta’ pass importanti fi proġett ta’ riċerka u żvilupp, mhumiex aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-bidliet fil-valur ġust ta’ ħlas kontinġenti li mhumiex aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl skont kif ġej:
|
ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI
59. |
L-akkwirent għandu jiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw in-natura u l-effett finanzjarju ta’ kombinament ta’ negozji li jseħħ:
|
60. |
Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi B64—B66. |
61. |
L-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tiegħu biex jevalwaw l-effetti finanzjarji ta’ aġġustamenti rikonoxxuti fil-perijodu ta’ rapportaġġ kurrenti li huma marbuta ma’ kombinamenti ta’ negozji li kienu mwettqa fil-perijodu preżenti jew perijodi preċedenti. |
62. |
Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu B67. |
63. |
Jekk l-informazzjoni li hi meħtieġa li tiġi żvelata minn dan l-IFRS jew IFRSs oħrajn ma tissodisfax l-objettivi stipulati fil-paragrafi 59 u 61, l-akkwirent għandu jiżvela kull informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex tilħaq dawk l-għanijiet. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
Data effettiva
64. |
Dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, dan l-IFRS għandu jiġi applikat biss fil-bidu ta’ perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) fl-istess ħin. |
Tranżizzjoni
65. |
Assi u obbligazzjonijiet li rriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġew qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS m’għandhomx jiġu aġġustati mal-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. |
66. |
Entità, bħal entità ta’ benefiċċju komuni, li tkun għadha ma applikatx IFRS 3 u li kellha kombinament jew kombinamenti ta’ negozji li ġew ikkontabilizzati permezz tal-metodu tax-xiri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafi B68 u B69. |
Taxxi fuq id-dħul
67. |
Għal kombinamenti ta’ negozji li fihom id-data tal-akkwiżizzjoni kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, l-akkwirent għandu japplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 68 tal-IAS 12, kif emendati b’dan l-IFRS, prospettivament. Dan ifisser li l-akkwirent m’għandux jaġġusta l-kontabilità ta’ kombinamenti ta’ negozji preċedenti għal bidliet li kienu ġew rikonoxxuti qabel f’assi rikonoxxuti ta’ taxxa differita. Madankollu, mid-data meta dan l-IFRS jiġi applikat, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-profitt jew telf (jew jekk ikun meħtieġ mill-IAS 12, barra l-profitt jew telf), bidliet fl-assi rikonoxxuti ta’ taxxa differita. |
IRTIRAR TAL-IFRS 3 (2004)
68. |
Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif maħruġ fl-2004). |
Appendiċi A
Termini definiti
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.
akkwirent |
L-entità li tikseb kontroll tal-akkwiżit. |
||||
akkwiżit |
In-negozju jew negozji li tagħhom l-akkwirent jikseb kontroll f’kombinament ta’ negozji. |
||||
assi intanġibbli |
Assi mhux monetarju identifikabbli mingħajr sustanza fiżika. |
||||
avvjament |
Assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li ma jkunux identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament. |
||||
data tal-akkwiżizzjoni |
Id-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit. |
||||
entità ta’ benefiċċju komuni |
Entità, apparti minn entità li hija propjetà ta’ investituri, li tipprovdi dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn lis-sidien, membri jew parteċipanti tagħha. Pereżempju, kumpannija tal-assigurazzjoni ta’ benefiċċju komuni, unjoni ta’ kreditu u entità kooperattiva lkoll huma entitajiet ta’ benefiċċju komuni. |
||||
identifikabbli |
Assi huwa identifikabbli jekk ikun jew:
|
||||
interessi azzjonarji |
Għall-iskopijiet ta’ dan l-IFRS, interessi azzjonarji tintuża biex tfisser b’mod ġenerali interessi propjetarji ta’ entitajiet li jkunu l-propjetà ta’ investituri u interessi ta’ sidien, membri jew parteċipanti f’entitajiet ta’ benefiċċju komuni. |
||||
interess li ma jagħtix kontroll |
L-ekwità f’kumpannija sussidjarja li mhuwiex attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpannija prinċipali. |
||||
kombinament ta’ negozji |
Tranżazzjoni jew avveniment ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Tranżazzjonijiet xi kultant magħrufa bħala “amalgamazzjonijiet veri” jew “amalgamazzjonijiet ta’ partijiet ugwali” huma wkoll kombinamenti ta’ negozji skont kif dak it-terminu jintuża f’dan l-IFRS. |
||||
kontroll |
Is-setgħa li tirregola l-politika finanzjarja u tal-operat ta’ entità b’mod li jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. |
||||
kumpens kontinġenti |
Normalment, obbligu tal-akkwirent li jittrasferixxi assi jew interessi azzjonarji addizzjonali lil dawk li qabel kienu s-sidien ta’ akkwiżit bħala parti mill-iskambju għall-kontroll tal-akkwiżit jekk iseħħu avvenimenti futuri speċifikati jew jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, ħlas kontinġenti jista’ wkoll jagħti lill-akkwirent id-dritt għar-restituzzjoni ta’ ħlas ittrasferit qabel jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. |
||||
negozju |
Ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi li tista’ titmexxa u tiġi amministrata bl-iskop li tipprovdi redditu fil-forma ta’ dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn direttament lill-investituri jew sidien, membri jew parteċipanti oħrajn. |
||||
sidien |
Għall-iskopijiet ta’ dan l-IFRS, sidien tintuża b’mod ġenerali biex tinkludi detenturi ta’ interessi azzjonarji ta’ entitajiet li jkunu l-propjetà ta’ investituri u sidien jew membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni jew parteċipanti fihom. |
||||
valur ġust |
L-ammont li għalih jista’ jiġi skambjat xi assi, jew li bih titħallas xi obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata. |
Appendiċi B
Gwida għall-applikazzjoni
Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS.
KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU ENTITAJIET TAĦT KONTROLL KOMUNI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 2(C))
B1 |
Dan l-IFRS ma japplikax għal kombinament ta’ negozji ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni. Kombinament ta’ negozji li jinvolvi entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni hu kombinament ta’ negozji li fih l-entitajiet jew negozji kollha li qed jikkombinaw huma fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mill-istess parti jew partijiet kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji, u dak il-kontroll mhux tranżitorju. |
B2 |
Grupp ta’ individwi għandhom jitqiesu li qed jikkontrollaw entità meta, bħala riżultat ta arranġament kuntrattwali, kollettivament huma għandhom is-setgħa li jiggvernaw il-politika finanzjarja u tal-operat tagħha biex jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. Għalhekk, kombinament ta’ negozji jkun barra l-ambitu ta’ dan l-IFRS meta l-istess grupp ta’ individwi għandu, b’riżultat ta’ arranġament kuntrattwali, setgħa kollettiva finali li jiggverna l-politika finanzjarja u tal-operat ta’ kull waħda mill-entitajiet li jkunu qed jikkombinaw biex jikseb benefiċċji mill-attivitajiet tagħhom, u dik is-setgħa kollettiva finali mhix tranżitorja. |
B3 |
Entità tista’ tkun ikkontrollata minn individwu, jew minn grupp ta’ individwi li jaġixxu flimkien taħt arranġament kuntrattwali, u dak l-individwu jew grupp ta’ individwi jistgħu ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ finanzjarju tal-IFRSs. Għalhekk, mhux meħtieġ għall-entitajiet li qed jikkombinaw li jkunu inklużi bħala parti tal-istess rapporti finanzjarji konsolidati biex kombinament ta’ negozji jitqies bħala wieħed li jinvolvi entitajiet taħt kontroll komuni. |
B4 |
Il-grad tal-interessi li ma jagħtux kontroll f’kull waħda mill-entitajiet li qed jikkombinaw sew qabel kemm wara l-kombinament ta’ negozji mhux rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni. Bl-istess mod, il-fatt li waħda mill-entitajiet li qed jikkombinaw hija sussidjarja li kienet eskluża mir-rapporti finanzjarji konsolidati mhux rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni. |
IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)
B5 |
Dan l-IFRS jiddefinixxi kombinament ta’ negozji bħala tranżazzjoni jew avveniment ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Akkwirent jista’ jikseb kontroll ta’ akkwiżit b’diversi modi, pereżempju:
|
B6 |
Kombinament ta’ negozji jista’ jkun strutturat f’varjetà ta’ modi għal raġunijiet legali, ta’ taxxa jew raġunijiet oħrajn, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
DEFINIZZJONI TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)
B7 |
Negozju jikkonsisti f’inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jkollhom il-kapaċità li joħolqu outputs. Għalkemm in-negozji normalment ikollhom outputs, l-outputs m’humiex meħtieġa biex ġabra integrata tikkwalifika bħala negozju. It-tlett elementi ta’ negozju huma ddefiniti skont kif ġej: (a) Input: Kull riżorsa ekonomika li toħloq, jew li jkollha l-kapaċità li toħloq, outputs meta proċess wieħed jew aktar jiġu applikati għaliha. Eżempji jinkludu assi mhux kurrenti (inklużi assi intanġibbli jew drittijiet biex jintużaw assi mhux kurrenti), propjetà intellettwali, il-kapaċità li jinkiseb aċċess għal materjali neċessarji jew drittijiet u għal impjegati. (b) Proċess: Kull sistema, standard, protokoll, konvenzjoni jew regola li meta tiġi applikata għal input jew inputs, toħloq jew ikollha l-kapaċità li toħloq outputs. Eżempji jinkludu proċessi ta’ mmaniġġjar strateġiku, proċessi operattivi u proċessi ta’ mmaniġġjar tar-riżorsi. Dawn il-proċessi tipikament ikunu dokumentati, iżda korp ta’ ħaddiema organizzat li jkollu l-kapaċitajiet u l-esperjenza meħtieġa u li jimxi skont regoli u konvenzjonijiet jista’ jipprovdi l-proċessi meħtieġa li jistgħu jiġu applikati għall-inputs biex jinħolqu outputs. (Il-kontabilità, il-fatturazzjoni, il-ħdim tal-pagi u sistemi amministrattivi oħrajn tipikament mhumiex proċessi użati biex jinħolqu outputs.) (c) Output: Ir-riżultat ta’ inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jipprovdu jew għandhom il-kapaċità li jipprovdu redditu fil-forma ta’ dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn direttament lill-investituri jew sidien, membri jew parteċipanti oħrajn. |
B8 |
Sabiex tkun tista’ titmexxa u tiġi mmaniġġjata għall-iskopijiet iddefiniti, ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi teħtieġ żewġ elementi essenzjali—inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs, li flimkien jintużaw jew ser jintużaw biex joħolqu outputs. Madankollu, negozju mhux bilfors jinkludi l-inputs jew il-proċessi kollha li l-bejjiegħ kien juża għall-operat ta’ dak in-negozju jekk il-parteċipanti fis-suq ikunu kapaċi jakkwistaw in-negozju u jkomplu jipproduċu outputs, pereżempju, billi jintegraw in-negozju fl-inputs u l-proċessi tagħhom stess. |
B9 |
In-natura tal-elementi ta’ negozju tvarja skont l-industrija u l-istruttura tal-operazzjonijiet (attivitajiet) tal-entità, inkluż l-istadju ta’ żvilupp tal-entità. Negozji stabbiliti spiss ikollhom bosta tipi differenti ta’ inputs, proċessi u outputs, waqt li negozji ġodda spissa jkollhom ftit inputs u proċessi u xi kultant output (prodott) wieħed biss. Kważi n-negozji kollha jkollhom ukoll obbligazzjonijiet, iżda negozju mhux bilfors ikollu obbligazzjonijiet. |
B10 |
Ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi fl-istadju ta’ żvilupp jista’ ma jkollhiex outputs: Jekk le, l-akkwirent għandu jikkunsidra fatturi oħrajn biex jiddeterima jekk il-ġabra hijiex negozju. Dawn il-fatturi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, jekk il-ġabra:
Mhuwiex meħtieġ li dawk il-fatturi kollha jkunu preżenti sabiex ġabra integrata partikolari ta’ attivitajiet u assi fl-istadju ta’ żvilupp tikkwalifika bħala negozju. |
B11 |
Id-determinazzjoni dwar jekk ġabra partikolari ta’ assi u attivitajiet hijiex negozju għandha tkun ibbażata fuq jekk il-ġabra integrata tistax tiġi mmexxijja u mmaniġġjata bħala negozju minn parteċipant fis-suq. B’hekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk ġabra partikolari hijiex negozju, mhuwiex relevanti jekk bejjiegħ ħaddimx il-ġabra bħala negozju jew jekk l-akkwirent għandux il-ħsieb li jħaddem il-ġabra bħala negozju. |
B12 |
Fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, ġabra partikolari ta’ assi u attivitajiet li fiha jkun hemm avvjament għandha tiġi preżunta li hija negozju. Madankollu, negozju mhux bilfors ikollu avvjament. |
IDENTIFIKAZZJONI TAL-AKKWIRENT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 6 U 7)
B13 |
Il-gwida fl-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati għandha tintuża sabiex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb kontroll tal-akkwiżit. Jekk kombinament ta’ negozji jkun seħħ iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IAS 27 ma tindikax b’mod ċar liema mill-entitajiet fil-kombinament hija l-akkwirent, il-fatturi fil-paragrafi B14-B18 għandhom jiġu kkunsidrati sabiex issir dik id-determinazzjoni. |
B14 |
Jekk kombinament ta’ negozji jitwettaq primarjament billi jiġu ttrasferiti flus jew assi oħrajn jew billi jiġġarbu obbligazzjonijiet, l-akkwirent normalment ikun l-entità li tittrasferixxi l-flus jew l-assi l-oħrajn jew li ġġarrab l-obbligazzjonijiet. |
B15 |
F’kombinament ta’ negozji mwettaq primarjament permezz ta’ skambju ta’ interessi azzjonarji, l-akkwirent normalment ikun l-entità li toħroġ l-interessi azzjonarji tagħha. Madankollu, f’xi kombinamenti ta’ negozji, komunament imsejħa “akkwiżizzjonijiet inversi”, l-entità li toħroġ l-interessi azzjonarji hija l-akkwiżit. Il-paragrafi B19-B27 jipprovdu gwida dwar kontabilità għal akkwiżizzjonijiet inversi. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fatti u ċirkustanzi pertinenti oħrajn għall-identifikazzjoni tal-akkwirent f’kombinament ta’ negozji mwettaq bl-iskambju ta’ interessi azzjonarji, inklużi:
|
B16 |
L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li d-daqs relattiv tagħha (imkejjel, pereżempju, f’assi, dħul jew profitt) huwa akbar b’mod sinifikanti minn dak tal-entità jew l-entitajiet l-oħrajn fil-kombinament. |
B17 |
F’kombinament ta’ negozji li jinvolvi aktar minn żewġ entitajiet, l-identifikazzjoni tal-akkwirent għandha tinkludi kunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, ta’ liema mill-entitajiet fil-kombinament tat bidu għall-kombinament, kif ukoll tad-daqs relattiv tal-entitajiet fil-kombinament. |
B18 |
Entità ġdida fformata biex teffettwa kombinament ta’ negozji mhijiex neċessarjament l-akkwirent. Jekk entità ġdida tiġi ffurmata biex toħroġ interessi azzjonarji biex jitwettaq kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament li kienet teżisti qabel il-kombinament għandha tkun identifikata bħala l-akkwirent billi tiġi applikata l-gwida fil-paragrafi B13-B17. B’kuntrast, entità ġdida li tittrasferixxi flus jew assi oħrajn jew li ġġarrab obbligazzjonijiet bħala ħlas tista’ tkun l-akkwirent. |
AKKWIŻIZZJONIJIET INVERSI
B19 |
Akkwiżizzjoni inversa sseħħ meta l-entità li toħroġ titoli (l-akkwirent legali) tiġi identifikata bħala l-akkwiżit għall-iskopijiet ta’ kontabilità fuq il-bażi tal-gwida fil-paragrafi B13–B18. L-entità li l-interessi azzjonarji tagħha huma akkwistati (l-akkwiżit legali) għandha tkun l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità biex it-tranżazzjoni titqies bħala akkwiżizzjoni inversa. Pereżempju, akkwiżizzjonijiet inversi xi kultant iseħħu meta entità operattiva privata tkun trid issir entità pubblika iżda ma tkunx trid tirreġistra l-ishma azzjonarji tagħha. Biex isir dan, l-entità privata tirranġa sabiex entità pubblika takkwista l-interessi azzjonarji tagħha bi skambju għall-interessi azzjonarji tal-entità pubblika. F’dan l-eżempju, l-entità pubblika hija l-akkwirent legali minħabba li tkun ħarġet l-interessi azzjonarji tagħha, u l-entità privata hija l-akkwiżit legali peress li l-interessi azzjonarji tagħha jkunu ġew akkwistati. Madankollu, l-applikazzjoni tal-gwida fil-paragrafi B13–B18 tirriżulta fl-identifikazzjoni:
L-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità jrid jissodisfa d-definizzjoni ta’ negozju sabiex it-tranżazzjoni tiġi kkontabilizzata bħala akkwiżizjoni inversa, u l-prinċipji kollha ta’ rikonoxximent u ta’ kejl f’dan l-IFRS, inkluż ir-rekwiżit li jiġi rikonoxxut avvjament, japplikaw. |
Kejl tal-ħlas ittrasferit
B20 |
F’akkwiżizzjoni inversa, l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità normalment ma joħroġ ebda ħlas għall-akkwiżit. Minflok, l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità joħroġ l-ishma azzjonarji tiegħu lis-sidien ta’ dak li hu l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità. Għaldaqstant, il-valur ġust tal-ħlas fid-data tal-akkwiżizzjoni ttrasferit minn dak li hu l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità għall-interess tiegħu fl-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità huwa bbażat fuq in-numru ta’ interessi azzjonarji li l-kumpannija sussidjarja legali kellha toħroġ biex tagħti lis-sidien tal-kumpannija prinċipali legali l-istess perċentwali ta’ interessi azzjonarji fl-entità kkombinata li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni inversa. Il-valur ġust tan-numru ta’ interessi azzjonarji kkalkulat b’dak il-mod jista’ jintuża bħala l-valur ġust tal-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit. |
Preparazzjoni u preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati
B21 |
Rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija wara akkwiżizzjoni inversa għandhom jinħarġu taħt l-isem tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità), iżda deskritti fin-noti bħala kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità), b’aġġustament wieħed, jiġifieri li jiġi aġġustat retroattivament il-kapital legali tal-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità biex jirrifletti l-kapital legali tal-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità. Dak l-aġġustament huwa meħtieġ biex jirrifletti l-kapital tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità). Informazzjoni komparattiva ppreżentata f’dawk ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati wkoll tiġi aġġustata retroattivament biex tirrifletti l-kapital legali tal-kumpannija prinċipali legali (akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità). |
B22 |
Peress li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirrappreżentaw kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja legali ħlief għall-istruttura kapitali tagħha, ir-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu:
|
Interess li ma jagħtix kontroll
B23 |
F’akkwiżizzjoni inversa, uħud mis-sidien tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) jistgħu ma jibdlux l-interessi azzjonarji tagħhom ma’ interessi azzjonarji tal-kumpanija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità). Dawk is-sidien jiġi ttrattati bħala interess li ma jagħtix kontroll fir-rapporti finanzjarji konsolidati wara l-akkwiżizzjoni inversa. Dan għaliex is-sidien tal-akkwiżit legali li ma jibdlux l-interessi azzjonarji tagħhom ma’ interessi azzjonarji tal-akkwirent legali għandhom interess biss fir-riżultati u l-assi netti tal-akkwiżit legali, u mhux fir-riżultati u l-assi netti tal-entità kkombinata. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-akkwirent legali huwa l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità, is-sidien tal-akkwirent legali għandhom interess fir-riżultati u fl-assi netti tal-entità kkombinata. |
B24 |
L-assi u l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit legali huma mkejla u rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fl-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba ta’ qabel il-kombinament (ara l-paragrafu B22(a)). Għalhekk, f’akkwiżizzjoni inversal-interess li ma jagħtix kontroll jirrifletti l-interess proporzjonat tal-azzjonisti li ma għandhomx kontroll fl-ammonti miżmuma fil-kotba ta’ qabel il-kombinament tal-assi netti tal-akkwiżit legali anki jekk l-interessi li ma jagħtux kontroll f’akkwiżizzjonijiet oħrajn huma mkejla skont il-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. |
Qligħ sehem b’sehem
B25 |
Kif innutat fil-paragrafu B22(d), l-istruttura tal-ekwità li tidher fir-rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija wara akkwiżizzjoni inversa tirrifletti l-istruttura tal-ekwità tal-akkwirent legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità) inklużi l-interessi azzjonarji maħruġa mill-akkwirent legali biex jitwettaq il-kombinament tan-negozji. |
B26 |
Għall-iskop li tkun ikkalkulata l-medja ppiżata tan-numru ta’ ishma ordinarji pendenti (id-denominatur tal-kalkolu tal-qligħ sehem b’sehem) matul il-perijodu li fih isseħħ l-akkwiżizzjoni inversa:
|
B27 |
Il-qligħ bażiku sehem b’sehem għal kull perijodu komparattiv qabel id-data tal-akkwiżizzjoni ppreżentat fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati wara akkwiżizzjoni inversa għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż:
|
RIKONOXXIMENT TA’ ASSI PARTIKOLARI AKKWISTATI U OBBLIGAZZJONIJIET MERFUGĦA (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 10–13)
Kirjiet operattivi
B28 |
L-akkwirent m’għandu jirrikonoxxi ebda assi jew obbligazzjoni relatata ma’ kirja operattiva fejn l-akkwiżit ikun il-kerrej ħlief kif meħtieġ mill-paragrafi B29 u B30. |
B29 |
L-akkwirent għandu jiddetermina jekk it-termini ta’ kull kirja operattiva fejn l-akkwiżit ikun il-kerrej humiex favorevoli jew sfavorevoli. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi assi intanġibbli jekk it-termini tal-kirja operattiva jkunu favorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq u obbligazzjoni jekk it-termini jkunu sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq. Il-paragrafu B42 jipprovdi gwida dwar il-kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ assi soġġetti għal kirjiet operattivi li fihom l-akkwiżit ikun il-kerrej. |
B30 |
Assi intanġibbli identifikabbli jista’ jkun assoċjat ma’ kiri operattiv, u dan jista’ jkun evidenzjat meta l-parteċipanti fis-suq ikunu disposti li jħallsu prezz għall-kiri anki jekk ikun skont it-termini tas-suq. Pereżempju, il-kiri ta’ gejts f’ajruport jew ta’ spazju ta’ bejgħ bl-imnut f’ċentru ewlieni ta’ bejgħ u xiri jista’ jipprovdi mezz ta’ dħul f’xi suq jew benefiċċji ekonomiċi futuri oħrajn li jikkwalifikaw bħala assi intanġibbli identifikabbli, pereżempju, bħala relazzjoni mal-klijenti. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi intanġibbli identifikabbli assoċjat(i) skont il-paragrafu B31. |
Assi intanġibbli
B31 |
L-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi intanġibbli identifikabbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. Assi intanġibbli jkun identifikabbli jekk jissodisfa jew il-kriterju ta’ separabbiltà jew inkella l-kriterju kuntrattwali-legali. |
B32 |
Assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali-legali huwa identifikabbli anki jekk l-assi ma jkunx trasferibbli jew separabbli mill-akkwiżit jew minn drittijiet u obbligi oħrajn. Pereżempju:
|
B33 |
Il-kriterju ta’ separabbiltà jfisser li assi intanġibbli akkwistat ikun kapaċi li jiġi separat jew mifrud mill-akkwiżit u mibjugħ, ittrasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, jew individwalment jew flimkien ma’ kuntratt relatat jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. Assi intanġibbli li l-akkwirent ikun kapaċi jbigħ, jilliċenzja jew jiskambja b’mod ieħor għal xi ħaġa oħra ta’ valur jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà anki jekk l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li jbigħu, jilliċenzjah jew jiskambjah b’mod ieħor. Assi intanġibbli akkwistat jissodisfa l-kriterju tas-separabbiltà jekk ikun hemm evidenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ skambju għal dak it-tip ta’ assi jew għal assi ta’ tip simili, anki jekk dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux frekwenti u irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx involut fihom. Pereżempju, listi ta’ klijenti u abbonati ta’ spiss ikunu liċenzjati u b’hekk jissodisfaw il-kriterju tas-separabbiltà. Anki jekk l-akkwiżit ikun tal-fehma li l-listi tal-klijenti tiegħu għandhom karatteristiċi differenti minn listi ta’ klijenti oħrajn, il-fatt li l-listi tal-klijenti ta’ spiss huma liċenzjati ġeneralment ifisser li l-lista ta’ klijenti akkwistata tissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà. Madankollu, lista ta’ klijenti akkwistata f’kombinament ta’ negozji ma tissodisfax il-kriterju ta’ separabbiltà jekk it-termini ta’ kunfidenzjalità jew ftehimiet oħrajn jipprojbixxu entità milli tbigħ, tikri jew tiskambja b’mod ieħor informazzjoni dwar il-klijenti tagħha. |
B34 |
Assi intanġibbli li m’huwiex separabbli individwalment mill-akkwiżit jew mill-entità kkombinata jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà jekk ikun separabbli meta kkombinat ma’ kuntratt relatat, jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. Pereżempju:
|
Drittijiet akkwistati mill-ġdid
B35 |
Bħala parti minn kombinament ta’ negozji, akkwirent jista’ jakkwista mill-ġdid dritt li kien ta qabel lill-akkwiżit biex juża wieħed jew aktar mill-assi rikonoxxuti jew mhux rikonoxxuti tal-akkwirent. Eżempji ta’ drittijiet bħal dawn jinkludu dritt li jintuża l-isem kummerċjali tal-akkwirent fi ftehim ta’ konċessjoni jew dritt li tintuża t-teknoloġija tal-akkwirent taħt ftehim ta’ liċenzjar ta’ teknoloġija. Dritt akkwistat mill-ġdid huwa assi intanġibbli identifikabbli li l-akkwirent jirrikonoxxi separatament mill-avvjament. Il-paragrafu 29 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dritt akkwistat mill-ġdid u l-paragrafu 55 jipprovdi gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal dritt akkwistat mill-ġdid. |
B36 |
Jekk it-termini tal-kuntratt li jagħtu lok għal dritt akkwistat mill-ġdid ikunu favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini ta’ tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġetti jew oġġetti simili, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi qligħ jew telf ta’ saldu. Il-paragrafu B52 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dak il-qligħ jew telf ta’ saldu. |
Korp ta’ ħaddiema miġbura u oġġetti oħrajn li mhumiex identifikabbli
B37 |
L-akkwirent għandu jeqleb f’avvjament il-valur ta’ assi intanġibbli akkwistat li ma jkunx identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, akkwirent jista’ jattribwixxi valur għall-eżistenza ta’ korp ta’ ħaddiema miġbura, li huwa ġabra eżistenti ta’ impjegati li tippermetti lill-akkwirent biex ikompli jopera negozju akkwistat mid-data tal-akkwiżizzjoni. Korp ta’ ħaddiema miġbura ma jirrappreżentax il-kapital intellettwali tal-korp ta’ ħaddiema mħarrġa—l-għarfien u l-esperjenza (spiss speċjalizzati) li l-impjegati ta’ akkwiżit iġibu magħhom f’xogħolhom. Peress li l- korp ta’ ħaddiema miġbura m’huwiex assi identifikabbli li għandu jiġi rikonoxxut separatament mill-avvjament, kwalunkwe valur attribwit lilu għandu jinqeleb f’avvjament. |
B38 |
L-akkwirent għandu jeqleb ukoll f’avvjament kwalunkwe valur attribwit lil oġġetti li ma jikkwalifikawx bħala assi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jattribwixxi valur għal kuntratti potenzjali li l-akkwirent ikun qed jinnegozja ma’ klijenti ġodda prospettivi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Peress li dawk il-kuntratti potenzjali m’humiex fihom infushom assi fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent ma jirrikonoxxihomx separatament mill-avvjament. L-akkwirent m’għandux sussegwentement, għal avvenimenti li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni, jikklassifika mill-ġdid mill-avvjament il-valur ta’ dawk il-kuntratti. Madankollu, l-akkwirent għandu jevalwa l-fatti u ċ-ċirkustanzi li jiċċirkondaw avvenimenti li jseħħu ftit wara l-akkwiżizzjoni sabiex jiddetermina jekk assi intanġibbli rikonoxxibbli separatament kienx jeżisti fid-data tal-akkwiżizzjoni. |
B39 |
Wara r-rikonoxximent inizjali, akkwirent jikkontabilizza assi intanġibbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji skont id-dispożizzjonijiet tal-IAS 38 Assi Intanġibbli. Madankollu, kif deskritt fil-paragrafu 3 tal-IAS 38, il-kontabilità għal xi assi intanġibbli akkwistati wara r-rikonoxximent inizjali hija preskritta minn IFRSs oħrajn. |
B40 |
Il-kriterji ta’ identifikabbiltà jiddeterminaw jekk assi intanġibbli huwiex rikonoxxut separatament mill-avvjament. Madnakollu, il-kriterji la jipprovdu gwida dwar il-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli u lanqas ma jirrestrinġu s-suppożizzjonijiet użati fl-istima tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli. Pereżempju, l-akkwirent jieħu inkunsiderazzjoni suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw, bħal aspettattivi ta’ tiġdid ta’ kuntratti fil-futur, għall-iskopijiet tal-kejl tal-valur ġust. Mhuwiex neċessarju li t-tiġdid innifsu jissodisfa l-kriterji ta’ identifikabbiltà. (Madankollu, ara l-paragrafu 29, li jistabbilixxi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ kejl tal-valur ġust għal drittijiet akkwistati mill-ġdid rikonoxxuti f’kombinament ta’ negozji.) Il-paragrafi 36 u 37 tal-IAS 38 jipprovdu gwida sabiex jiġi ddeterminat jekk assi intanġibbli għandhomx ikunu kkombinati f’unità waħda ta’ kont ma’ assi oħrajn intanġibbli jew tanġibbli. |
KEJL TAL-VALUR ĠUST TA’ ASSI PARTIKOLARI IDENTIFIKABBLI U TA’ INTERESS LI MA JAGĦTIX KONTROLL F’AKKWIŻIT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 18 U 19)
Assi bi flussi inċerti ta’ flus (konċessjonijiet ta’ valutazzjoni)
B41 |
L-akkwirent m’għandux jirrikonoxxi konċessjoni separata ta’ valutazzjoni sa mid-data tal-akkwiżizzjoni għal assi akkwistati f’kombinament ta’ negozji li jiġu mkejla skont il-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni minħabba li l-effetti ta’ inċertezza dwar flussi futuri ta’ flus jkunu inklużi fil-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, peress li dan l-IFRS jeħtieġ li l-akkwirent ikejjel l-ammonti riċevibbli akkwistati, inklużi s-self fiss, skont il-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent ma jirrikonoxxix konċessjoni separata ta’ valutazzjoni għall-flussi kuntrattwali ta’ flus li jitqiesu li ma jistgħux jinġabru f’dik id-data. |
Assi soġġetti għal kirjiet operattivi li fihom l-akkwiżit ikun sid il-kera
B42 |
Għall-kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ assi bħal bini jew privattiva li tkun soġġetta għal kiri operattiv fejn l-akkwiżit ikun sid il-kera, l-akkwirent għandu jikkunsidra t-termini tal-kuntratt ta’ kiri. Fi kliem ieħor l-akkwirent ma jirrikonoxxix assi jew obbligazzjoni separata jekk it-termini tal-kiri operattiv ikunu jew favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq kif meħtieġ mill-paragrafu B29 għal kirjiet fejn l-akkwiżit ikun sid il-kera. |
Assi li l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li juża jew li jkun bi ħsiebu juża b’mod li jkun differenti mill-mod kif jużawhom parteċipanti oħrajn fis-suq
B43 |
Għal raġunijiet ta’ kompetizzjoni jew raġunijiet oħrajn, l-akkwirent jista’ ma jkollux ħsieb li juża assi akkwistat, bħal pereżempju, assi intanġibbli ta’ riċerka u żvilupp, jew jista’ jkollu l-ħsieb li juża l-assi b’mod differenti minn kif jużawh parteċipanti oħrajn fis-suq. Madankollu, l-akkwirent għandu jkejjel l-assi skont il-valur ġust ikkalkulat skont l-użu tiegħu minn parteċipanti oħrajn fis-suq. |
Interess li ma jagħtix kontroll f’akkwiżit
B44 |
Dan l-IFRS jippermetti lill-akkwirent li jkejjel interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Xi kultant akkwirent ikun jista’ jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ interess li ma jagħtix kontroll fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ suq attiv għall-ishma azzjonarji mhux miżmuma mill-akkwirent. F’sitwazzjonijiet oħrajn, madankollu, prezz ta’ suq attiv għall-ishma azzjonarji ma jkunx disponibbli. F’dawk is-sitwazzjonijiet, l-akkwirent ikejjel il-valur ġust tal-interess li ma jagħtix kontroll permezz ta’ tekniki oħrajn ta’ valutazzjoni. |
B45 |
Il-valuri ġusti tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit u tal-interess li ma jagħtix kontroll fuq bażi ta’ sehem b’sehem jistgħu jvarjaw. Id-differenza ewlenija aktarx li tkun l-inklużjoni ta’ primjum ta’ kontroll fil-valur ġust sehem b’sehem tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit jew, bil-maqlub, l-inklużjoni ta’ skont għan-nuqqas ta’ kontroll (imsejjaħ ukoll skont ta’ minoranza) fil-valur ġust sehem b’sehem tal-interess li ma jagħtix kontroll. |
KEJL TAL-AVVJAMENT JEW TA’ QLIGĦ MINN XIRI BL-IRĦIS
Kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit permezz ta’ tekniki ta’ valutazzjoni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)
B46 |
F’kombinament ta’ negozji mwettaq mingħajr it-trasferiment ta’ ħlas, l-akkwirent għandu jissostitwixxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tiegħu fl-akkwiżit minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ħlas ittrasferit biex jitkejjel l-avvjament jew il-qligħ fuq xiri bl-irħis (ara l-paragrafi 32-34). L-akkwirent għandu jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tiegħu fl-akkwiżit billi juża teknika waħda jew aktar ta’ valutazzjoni li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi u li għalihom ikun hemm data suffiċjenti disponibbli. Jekk tintuża aktar minn teknika waħda ta’ valutazzjoni, l-akkwirent għandu jevalwa r-riżultati tat-tekniki, waqt li jikkunsidra r-relevanza u l-affidabbiltà tal-inputs użati u kemm ikun hemm data disponibbli. |
Kunsiderazzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal kombinamenti ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)
B47 |
Meta żewġ entitajiet ta’ benefiċċju komuni jikkombinaw flimkien, il-valur ġust tal-interessi azzjonarji jew tal-membri fl-akkwiżit (jew il-valur ġust tal-akkwiżit) jista’ jitkejjel b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust tal-interessi tal-membri ttrasferiti mill-akkwirent. F’dik is-sitwazzjoni, il-paragrafu 33 jeħtieġ li l-akkwirent jiddetermina l-ammont ta’ avvjament billi juża l-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji tal-akkwiżit minflok il-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji tal-akkwirent ittrasferiti bħala ħlas. Barra minn hekk, l-akkwirent f’kombinament ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandu jirrikonoxxi l-assi netti tal-akkwiżit bħala żieda diretta mal-kapital jew l-ekwità fir-rapport tiegħu tal-pożizzjoni finanzjarja, u mhux bħala żieda fil-qligħ imfaddal, li huwa konsistenti mal-mod kif tipi oħrajn ta’ entitajiet japplikaw il-metodu tal-akkwiżizzjoni. |
B48 |
Għalkemm f’ħafna modi huma simili għal negozji oħrajn, entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandhom karatteristiċi distinti minħabba l-fatt li l-membri tagħhom huma kemm klijenti kif ukoll sidien. Membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni ġeneralment jippretendu li jirċievu benefiċċji għas-sħubija tagħhom, spiss fil-forma ta’ ħlasijiet skontati għal prodotti u servizzi jew ta’ dividendi ta’ patronċinju. Il-porzjon ta’ dividendi ta’ patronċinju allokat lil kull membru spiss huwa bbażat fuq l-ammont ta’ negozju li l-membru jkun għamel mal-entità ta’ benefiċċju komuni matul is-sena. |
B49 |
Kejl tal-valur ġust ta’ entità ta’ benefiċċju komuni għandu jinkludi s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jagħmlu dwar benefiċċji futuri għall-membri kif ukoll kwalunwe suppożizzjoni relevanti oħra li l-parteċipanti fis-suq jagħmlu dwar l-entità ta’ benefiċċju komuni. Pereżempju, jista’ jintuża mudell ta’ stima ta’ flussi ta’ flus sabiex jiġi ddeterminat il-valur ġust ta’ entità ta’ benefiċċju komuni. Il-flussi ta’ flus użati bħala inputs għall-mudell għandhom ikunu bbażati fuq il-flussi ta’ flus mistennija tal-entità ta’ benefiċċju komuni, li aktarx li jirriflettu tnaqqis għal benefiċċji tal-membri, bħal ħlasijiet skontati għal prodotti u servizzi. |
IDENTIFIKAZZJONI TA’ X’INHU PARTI MINN TRANŻAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 51 U 52)
B50 |
L-akkwirent għandu jikkunsidra l-fatturi li ġejjin, li la huma reċiprokament esklussivi u lanqas individwalment konklużivi, biex jiddetermina jekk tranżazzjoni hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew jekk it-tranżazzjoni hijiex separata mill-kombinament ta’ negozji:
|
Saldu effettiv ta’ relazzjoni li kienet teżisti qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit f’kombinament ta’ negozji (applikazzjoni tal-paragrafu 52(a))
B51 |
L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni li kienet teżisti qabel ma kkontemplaw il-kombinament ta’ negozji, hawnhekk imsejħa “relazzjoni li kienet teżisti qabel”. Relazzjoni li kienet teżisti qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit tista’ tkun kuntrattwali (pereżempju, bejjiegħ u klijent jew liċenzjatur u liċenzjat) jew mhux kuntrattwali (pereżempju, attur u konvenut). |
B52 |
Jekk il-kombinament ta’ negozji effettivament jissalda relazzjoni li kienet teżisti qabel, l-akkwirent jirrikonoxxi qligħ jew telf, imkejjel skont kif ġej:
L-ammont ta’ qligħ jew telf rikonoxxut jista’ jiddependi parzjalment fuq jekk l-akkwirent kienx irrikonoxxa qabel assi jew obbligazzjoni relatata, u l-qligħ jew telf irrapportat b’hekk jista’ jvarja mill-ammont ikkalkulat bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti hawn fuq imsemmija. |
B53 |
Relazzjoni li kienet teżisti qabel tista’ tkun kuntratt li l-akkwirent jirrikonoxxi bħala dritt akkwistat mill-ġdid. Jekk il-kuntratt jinkludi termini li huma favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mal-prezzijiet għal tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġetti jew oġġetti simili, l-akkwirent jirrikonoxxi, separatament mill-kombinament ta’ negozji, qligħ jew telf għas-saldu effettiv tal-kuntratt, imkejjel skont il-paragrafu B52. |
Arranġamenti għal ħlasijiet kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))
B54 |
Jekk arranġamenti għal ħlasijiet kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu humiex ħlas kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji jew tranżazzjonijiet separati jiddependi fuq in-natura tal-arranġamenti. Sabiex tiġi evalwata n-natura tal-arranġament ikun utli li wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn il-ftehim ta’ akkwiżizzjoni jinkludi dispożizzjoni għal ħlasijiet kontinġenti, min ta bidu għall-arranġament u meta l-partijiet daħlu għall-arranġament. |
B55 |
Jekk ma jkunx ċar jekk arranġament għal ħlasijiet lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu huwiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew huwiex tranżazzjoni separata mill-kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jikkunsidra dawn l-indikaturi:
|
Premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal premji miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))
B56 |
Akkwirent jista’ jiskambja l-premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma (premji ta’ sostituzzjoni) għal premji miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit. L-iskambji ta’ opzjonijiet ta’ ishma jew premji oħra ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma f’konnessjoni ma’ kombinament ta’ negozji huma kkontabilizzati bħala modifikazzjonijiet ta’ premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma skont l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma. Jekk l-akkwirent ikun obbligat li jissostitwixxi l-premji tal-akkwiżit, il-kejl kollu jew parti minnu, ibbażat fuq is-suq, tal-premji ta’ sostituzzjoni tal-akkwirent għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji. L-akkwirent huwa obbligat li jissostitwixxi l-premji tal-akkwiżit jekk l-akkwiżit jew l-impjegati tiegħu jkollhom il-kapaċità li jinfurzaw is-sostituzzjoni. Pereżempju, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit, l-akkwirent huwa obbligat li jissostitwixxi l-premji tal-akkwiżit jekk is-sostituzzjoni tkun meħtieġa minn:
F’xi sitwazzjonijiet, il-premji tal-akkwiżit jistgħu jiskadu bħala konsegwenza ta’ kombinament ta’ negozji. Jekk l-akkwirent jissostitwixxi dawk il-premji minkejja li ma jkunx obbligat li jagħmel hekk, il-kejl kollu, ibbażat fuq is-suq, tal-premji ta’ sostituzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala kost tar-remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament. Dan ifisser li xejn mill-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ dawk il-premji m’għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji. |
B57 |
Biex jiġi ddeterminat il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni li jkun parti mill-ħlas ittrasferit għall-akkwiżit u l-porzjon li jkun remunerazzjoni għal servizz ta’ wara l-kombinament, l-akkwirent għandu jkejjel kemm il-premji ta’ sostituzzjoni mogħtija mill-akkwirent kif ukoll il-premji tal-akkwiżit sa mid-data tal-akkwiżizzjoni skont l-IFRS 2. Il-porzjon tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni li huwa parti mill-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit huwa ugwali għall-porzjon tal-premju tal-akkwiżit li huwa attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament. |
B58 |
Il-porzjon tal-premju ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament huwa l-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju tal-akkwiżit immultiplikat bil-proporzjon ta’ bejn il-porzjon tal-perijodu ta’ vestiment komplut u l-akbar mill-perijodu totali ta’ vestiment jew il-perijodu oriġinali ta’ vestiment tal-premju tal-akkwiżit. Il-perijodu ta’ vestiment huwa l-perijodu li matulu l-kundizzjonijiet speċifikati kollha tal-vestiment għandhom jiġu ssodisfati. Kundizzjonijiet ta’ vestiment huma ddefiniti fl-IFRS 2. |
B59 |
Il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni mhux vestit attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, u għalhekk rikonoxxut bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament, huwa ugwali għat-total tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni wara li jitnaqqas l-ammont attribwit għal servizz ta’ wara l-kombinament. Għalhekk, l-akkwirent jattribwixxi kwalunkwe eċċess tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni fuq il-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju tal-akkwiżit għal servizz ta’ wara l-kombinament u jirrikonoxxi dak l-eċċess bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament. L-akkwirent għandu jattribwixxi porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni lil servizz ta’ wara l-kombinament jekk ikun jeħtieġ servizz ta’ wara l-kombinament, irrispettivament minn jekk l-impjegati jkunux taw is-servizz kollu meħtieġ biex il-premji tagħhom tal-akkwiżit jiġu vestiti qabel id-data tal-akkwiżizzjoni. |
B60 |
Il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni mhux vestit attribwibbli għal servizz ta’ qabel il-kombinament, kif ukoll il-porzjon attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, għandu jirrifletti l-aħjar stima possibbli tan-numru ta’ premji ta’ sostituzzjoni li jkunu mistennija li jiġu vestiti. Pereżempju, jekk il-kejl ibbażat fuq is-suq tal-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni attribwit lil servizz ta’ wara l-kombinament ikun CU100 (100 unità monetarja) u l-akkwirent ikun jistenna li 95 fil-mija biss tal-premju ser jiġu vestiti, l-ammont inkluż fil-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji huwa CU95. Bidliet fin-numru stmat ta’ premji ta’ sostituzzjoni mistennija li jiġu vestiti huma riflessi fil-kost ta’ remunerazzjoni għall-perijodi li matulhom iseħħu l-bidliet jew ir-rinunzji—mhux bħala aġġustamenti għall-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji. Bl-istess mod, l-effetti ta’ avvenimenti oħrajn, bħal modifiki jew l-eżitu finali ta’ premji b’kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni, li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandhom jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 2 sabiex jiġi ddeterminat il-kost tar-remunerazzjoni għall-perijodu li fih iseħħ avveniment. |
B61 |
L-istess rekwiżiti li japplikaw sabiex jiġu ddeterminati l-porzjonijiet ta’ premju ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel u ta’ wara l-kombinament japplikaw irrispettivament minn jekk premju ta’ sostituzzjoni jkunx ikklassifikat bħala obbligazzjoni jew bħala strument azzjonarju skont id-dispożizzjonijiet tal-IFRS 2. Il-bidliet kollha fil-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ premji kklassifikati bħala obbligazzjonijiet wara d-data tal-akkwiżizzjoni u l-effetti relatati tat-taxxa fuq id-dħul huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-akkwirent ta’ wara l-kombinament fil-perijodu(i) meta jseħħu l-bidliet. |
B62 |
L-effetti tat-taxxa fuq id-dħul ta’ premji ta’ sostituzzjoni ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma għandhom jiġu rikonoxxuti skont id-dispożizzjonijiet tal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul. |
IFRSS OĦRAJN LI JIPPROVDU GWIDA DWAR KEJL U KONTABILITÀ SUSSEGWENTI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 54)
B63 |
Eżempji ta’ IFRSs oħrajn li jipprovdu gwida dwar il-kejl u l-kontabilità sussegwenti għal assi akkwistati u obbligazzjonijiet merfugħa jew imġarrba f’kombinament ta’ negozji jinkludu:
|
ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 59 U 61)
B64 |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni li ġejja għal kull kombinament ta’ negozji li jseħħ matul il-perijodu tar-rapportaġġ:
|
B65 |
Għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jseħħu matul il-perijodu ta’ rapportaġġ u li jkunu materjali kollettivament, l-akkwirent għandu jiżvela b’mod aggregat l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64(e)–(q). |
B66 |
Jekk id-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji tkun wara t-tmiem tal-perijodu ta’ rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64 ħlief jekk il-kontabilità inizjali għall-kombinament ta’ negozji ma tkunx kompluta fil-ħin meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jiddeskrivi liema żvelar ma setax isir u r-raġunijiet għaliex ma jistax isir. |
B67 |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni li ġejja għal kull kombinament ta’ negozji materjali jew b’mod aggregat għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jkunu materjali kollettivament:
|
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI GĦAL KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU BISS ENTITAJIET TA’ BENEFIĊĊJU KOMUNI JEW B’KUNTRATT BISS (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 66)
B68 |
Il-paragrafu 64 jistabbilixxi li dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS biss fil-bidu ta’ perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel id-data effettiva tiegħu, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) fl-istess ħin. |
B69 |
Ir-rekwiżit li dan l-IFRS jiġi applikat prospettivament għandu l-effett li ġej għal kombinament ta’ negozji li jinvolvi biss entitajiet ta’ benefiċċju komuni jew b’kuntratt biss jekk id-data tal-akkwiżizzjoni għal dak il-kombinament ta’ negozji tkun qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS:
|
Appendiċi C
Emendi għal IFRSs oħra
L-emendi f’din l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perijodi ta’ rapportaġġ annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009, jew wara. Jekk xi entità tapplika dan l-IFRS għal perijodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.
IFRS 1 ADOZZJONI GĦALL-EWWEL DARBA TAL-ISTANDARDS INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU
C1 |
L-IFRS 1 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 14 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 47I hu miżjud kif ġej:
Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B1, B2(f) u B2(g) huma emendati kif ġej:
|
IFRS 2 PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA
C2 |
L-IFRS 2 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 5 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 61 hu miżjud kif ġej:
|
IFRS 7 STRUMENTI FINANZJARJI: ŻVELAR
C3 |
L-IFRS 7 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 3(c) huwa mħassar. Il-paragrafu 44B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 12 TAXXI FUQ ID-DĦUL
C4 |
L-IAS 12 hu emendat kif deskritt hawn taħt. It-tielet paragrafu tal-“Għan” huwa emendat kif ġej: “Għan Dan l-Istandard ... Bl-istess mod, ir-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’kombinament ta’ negozji jaffettwa l-ammont ta’ avvjament li oriġina f’dak il-kombinament ta’ negozji jew l-ammont tal-qligħ rikonoxxut mix-xiri bl-irħis.” Il-paragrafi 18, 19, 21-22 u 26 huma emendati kif ġej:
Kombinamenti ta’ negozji
Avvjament
Rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni
Wara l-paragrafu 31 għandhom jiżdiedu intestatura ġdida u l-paragrafu 32 A skont kif ġej:
Avvjament
Il-paragrafi 66-68 huma emendati kif ġej: “Taxxa differita li tinħoloq minn kombinament ta’ negozji
L-eżempju li jinsab wara l-paragrafu 68 huwa mħassar. Il-paragrafu 81 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafi 93-95 huma miżjuda skont kif ġej:
|
IAS 16 PROPRJETÀ, IMPJANT U TAGĦMIR
C5 |
Fl-IAS 16, il-paragrafu 44 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 81C hu miżjud kif ġej:
|
IAS 28 INVESTIMENTI F’KUMPANIJI ASSOĊJATI
C6 |
Fl-IAS 28, il-paragrafu 23 hu emendat kif ġej:
|
IAS 32 STRUMENTI FINANZJARJI: PREŻENTAZZJONI
C7 |
L-IAS 32 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 4(c) huwa mħassar. Il-paragrafu 97B hu miżjud kif ġej:
|
IAS 33 QLIGĦ SEHEM B’SEHEM
C8 |
Fl-IAS 33, il-paragrafu 22 hu emendat kif ġej:
|
IAS 34 RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU INTERIM
C9 |
L-IAS 34 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 16(i) hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 48 hu miżjud kif ġej:
|
IAS 36 INDEBOLIMENT TA’ ASSI
C10 |
L-IAS 36 hu emendat kif deskritt hawn taħt. Fil-paragrafu 6, id-definizzjoni tad-data tal-ftehim hija mħassra. Il-paragrafu 65 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafi 81 u 85 huma emendati kif ġej:
Wara l-paragrafu 90 l-intestatura u l-paragrafi 91-95 huma mħassra. Il-paragrafu 138 hu mħassar. Il-paragrafu 139 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 140B hu miżjud kif ġej:
Appendiċi ġdid (Appendiċi C) huwa miżjud kif desritt hawn isfel. Dan jinkorpora r-rekwiżiti tal-paragrafi mħassra 91-95. “Appendiċi C Din l-Appendiċi hi parti integrali mill-Istandard. Ittestjar għall-indeboliment ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus b’avvjament u interessi li ma jagħtux kontroll
Allokazzjoni ta’ avvjament
Ittestjar għall-indeboliment
Allokazzjoni ta’ telf minn indeboliment
|
IAS 37 PROVEDDIMENTI, OBBLIGAZZJONIJIET KONTINĠENTI U ASSI KONTINĠENTI
C11 |
Fl-IAS 37, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
IAS 38 ASSI INTANĠIBBLI
C12 |
L-IAS 38 huwa emendat kif deskritt hawn taħt. Fil-paragrafu 8, id-definizzjoni tad-data tal-ftehim hija mħassra. Il-paragrafi 11, 12, 25 u 33–35 huma emendati kif ġej:
Kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli akkwistat fkombinament ta’ negozji.
Il-paragrafu 38 hu mħassar. Il-paragrafi 68 huwa emendati kif ġej:
Il-paragrafu 94 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 115 A hu miżjud kif ġej:
Il-paragrafu 129 hu mħassar. Il-paragrafu 130 hu emendat kif ġej:
Il-paragrafu 130C hu miżjud kif ġej:
|
IAS 39 STRUMENTI FINANZJARJI: RIKONOXXIMENT U KEJL
C13 |
L-IAS 39 huwa emendat kif deskritt hawn taħt. Il-paragrafu 2(f) hu mħassar. Il-paragrafu 103D hu miżjud kif ġej:
|
IFRIC 9 EVALWAZZJONI MILL-ĠDID TA’ DERIVATI MDEFFSA
C14 |
Il-paragrafu 5 tal-IFRIC 9 għandu din in-nota f’qiegħ il-paġna:
(*) l-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) jindirizza l-akkwiżizzjoni ta’ kuntratti b’derivati mdeffsa f’kombinament ta’ negozji.”" |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 496/2009
tal-11 ta' Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-12 ta' Mejju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti ddeċieda li jemenda l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' persuna waħda li fil-konfront tagħha għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni “Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.”, għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
“Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Elwa Road, Monrovia, Liberia. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, Liberia. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.”.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2009
li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd
(2009/447/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37, l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-1985, u partikolarment l-Artikolu 167(3) u l-Artikolu 354(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
It-titjib tat-trasparenza tad-dritt Komunitarju huwa element essenzjali tal-istrateġija tal-regolamentazzjoni aħjar li l-istituzzjonijiet tal-Komunità qed jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni effettiva. |
(2) |
Id-Direttiva u d-Deċiżjonijiet segwenti b'rabta mal-politika komuni tas-sajd ma għadx hemm lokhom, anki minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:
|
(3) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, dawk id-Deċiżjonijiet li ma għadx hemm lokhom għandhom jiġu revokati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Direttiva u Deċiżjonijiet li qed jiġu revokati
Id-Direttiva 83/515/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/631/KEE, 94/117/KE, 94/317/KE, 94/318/KE, 1999/386/KE, 2001/179/KE, 2001/382/KE, 2001/431/KE, 2004/662/KE, 2004/890/KE u 2005/76/KE huma b’dan imħassra.
Artikolu 2
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 290, 22.10.1983, p. 15.
(2) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(3) ĠU L 364, 14.12.1989, p. 64.
(4) ĠU L 54, 25.2.1994, p. 28.
(5) ĠU L 142, 7.6.1994, p. 30.
(6) ĠU L 142, 7.6.1994, p. 31.
(7) ĠU L 147, 12.6.1999, p. 23.
(9) ĠU L 137, 19.5.2001, p. 25.
(10) ĠU L 154, 9.6.2001, p. 22.
(11) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 114.
(12) ĠU L 302, 29.9.2004, p. 5.
(13) ĠU L 375, 23.12.2004, p. 27.
(14) ĠU L 29, 2.2.2005, p. 20.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank
(2009/448/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2009/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, Kontabbli Reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V., li jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit, suġġett għal konferma kull sena. |
(3) |
Is-Sur Nijhuis irriżenja mill-PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. b'effett mill-1 ta' Ottubru 2008; jeħtieġ għalhekk li jinħatar awditur ġdid. |
(4) |
Id-De Nederlandsche Bank għażel lil PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandha tinħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011. |
(6) |
Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“8. PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. hija b'dan approvata bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
V. TOŠOVSKÝ
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.
Il-Kummissjoni
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Mejju 2009
dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3746)
(2009/449/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) mal-Komunità kollha u sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkunu koperti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 626/2008/KE toħloq proċedura tal-Komunità għall-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita li jużaw medda ta’ frekwenza ta’ 2 GHz skont id-Deċiżjoni 2007/98/KE (2), inkluż spektrum tar-radju minn 1 980 sa 2 010 MHz għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju, u minn 2 170 sa 2 200 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għall-applikazzjonijiet għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (2008/C 201/03) fis-7 ta’ Awwissu 2008 (3). Ġiet stabbilita d-data tas-7 ta’ Ottubru 2008 bħala d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
(3) |
Sa din id-data waslu applikazzjonijiet mingħand ICO Satellite Limited, Inmarsat Ventures Limited, Solaris Mobile Limited u TerreStar Europe Limited. |
(4) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2008 intbagħtu rikjesti għal informazzjoni addizzjonali rigward l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà lil ICO Satellite Limited, Inmarsat Ventures Limited u TerreStar Europe Limited. Il-tliet applikanti rrispondew sas-7 ta’ Novembru 2008. |
(5) |
Bid-Deċiżjoni C(2008) 8123 tal-11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet sottomessi b’risposta għas-sejħa għal applikazzjonijiet għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (2008/C 201/03) il-Kummissjoni ddeċidiet li l-erba’ applikazzjonijiet mressqa minn, rispettivament, ICO Satellite Limited, Inmarsat Ventures Limited, Solaris Mobile Limited u TerreStar Europe Limited huma ammissibbli. Id-Deċiżjoni kienet notifikata immedjatament lill-applikanti, u l-lista tal-applikanti ammissibbli ġiet ippubblikata fuq is-sit tal-Kummissjoni (4). |
(6) |
L-informazzjoni rigward it-twettiq tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn (Critical Design Review) kienet mogħtija, flimkien mal-applikazzjoni, minn ICO Satellite Limited, Inmarsat Ventures Limited u TerreStar Europe Limited mhux iktar minn 80 ġurnata tax-xogħol wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom (sas-6 ta’ Frar 2009), skont l-Anness għad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE. |
(7) |
Barra minn hekk, korrispondenza li tinkludi l-addizzjonijiet għall-kontenut tekniku u operattiv tal-applikazzjoni ġiet pprovduta minn TerreStar Europe Limited u ICO Satellite Limited wara d-dati ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni rigward it-twettiq tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn, u għalhekk ma setgħitx tittieħed in konsiderazzjoni. |
(8) |
Fl-ewwel fażi tal-għażla l-Kummissjoni għandha teżamina, fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista tal-applikanti ammissibbli, jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi rispettivi tagħhom tas-servizzi mobbli bis-satellita. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji wieħed sa ħamsa kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE. Il-kredibbiltà tal-applikanti u l-vijabbiltà tas-sistemi proposti tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu kkunsidrati matul l-ewwel fażi tal-għażla. |
(9) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ għażla komparattiva, u partikolarment sabiex il-Kummissjoni tiġi assistita fil-preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet konnessi mal-proċedura tal-għażla, ġie stabbilit Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar il-proċedura ta’ għażla komparattiva għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS). |
(10) |
Għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fl-ewwel fażi tal-għażla, il-Kummissjoni talbet il-parir u l-għajnuna ta’ esperti esterni, magħżula permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva fuq il-bażi tal-kompetenza esperta u l-livell għoli ta’ indipendenza u imparzjalità tagħhom. |
(11) |
Wara analiżi dettaljata u deliberazzjonijiet komprensivi fil-laqgħat, l-esperti pproduċew rapport konsolidat li jiġbor fih il-konklużjonijiet dwar twettiq ta’ stadji li ġie kkomunikat lill-Kummissjoni. |
(12) |
Il-konklużjonijiet tal-ewwel fażi ta’ evalwazzjoni mill-esperti esterni ġew diskussi mill-esperti tal-Istati Membri fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet dwar il-proċedura ta’ għażla komparattiva għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS). Ir-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet ġie ppreżentat u diskuss fil-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet. |
(13) |
Il-Kummissjoni qieset ir-rapport konsolidat tal-esperti esterni kif ukoll l-opinjoni tal-esperti tal-Istati Membri, espress fil-Grupp ta’ Ħidma dwar il-proċedura ta’ għażla komparattiva għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) sabiex issir il-valutazzjoni fl-ewwel fażi tal-għażla. |
(14) |
Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni huwa li Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited urew il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli tas-satellita rispettivi tagħhom u għandhom ikunu applikanti eleġibbli, filwaqt li ICO Satellite Limited u TerreStar Europe Limited ma wrewx il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi rispettivi tagħhom li jwasslu servizzi mobbli permezz tas-satellita u ma għandhomx ikunu applikanti eleġibbli. |
(15) |
L-ewwel stadju huwa s-“Sottomissjoni tar-rikjesta tal-Unjoni Internazzjonali ta’ Telekomunikazzjonijiet (ITU - International Telecommunications Union) għall-koordinazzjoni” li titlob lill-applikant jipprovdi evidenza ċara li l-amministrazzjoni responsabbli għat-talba lill-ITU għal sistema mobbli permezz tas-satellita sabiex tintuża għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji tal-Istati Membri tkun ippreżentat it-tagħrif rilevanti imsemmi fl-Appendiċi 4 tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU (ITU Radio Regulations). L-erba’ applikanti kollha kellhom evidenza ċara f’dan ir-rigward, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan l-istadju bħala imwettaq b’mod sodisfaċenti mill-erba’ applikanti kollha. |
(16) |
It-tieni stadju huwa l-“Manifattura tas-Satellita” u titlob lill-applikant jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju għall-manifattura tas-satelliti meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dokument għandu jidentifika l-istadji ta’ kostruzzjoni li jwasslu għat-twettiq tal-manifattura tas-satelliti għall-proviżjoni ta’ MSS kummerċjali. Id-dokument għandu jkun iffirmat mill-applikant u mill-kumpanija li timmanifattura s-satellita. L-applikazzjonijiet ta’ Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited kienu sostnuti minn evidenza ċara f’dan ir-rigward, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan l-istadju bħala imwettaq b’mod sodisfaċenti minn dawn l-applikanti. |
(17) |
It-tielet stadju huwa l-“Ftehim għall-varar tas-satellita” u titlob lill-applikant jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju għall-varar ta’ għadd minimu ta’ satelliti meħtieġa għall-provvista kontinwa ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dokument għandu jagħti d-dati tal-varar u s-servizzi tal-varar, kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali relatati mal-indennizz. Id-dokument għandu jiġi ffirmat mill-operatur tas-sistema mobbli permezz tas-satellita u mill-kumpanija li tvara s-satelliti. L-erba’ applikazzjonijiet kollha kienu sostnuti minn evidenza ċara f’dan ir-rigward, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan l-istadju bħala mwettaq b’mod sodisfaċenti mill-erba’ applikanti kollha. |
(18) |
Ir-raba’ stadju huwa ntitolat “Stazzjonijiet Gateway Terrestri” u jitlob lill-applikant jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju għall-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta’ Stazzjonijiet Gateway Terrestri li għandhom ikunu wżati għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji tal-Istati Membri. L-erba’ applikazzjonijiet kollha kienu sostnuti minn evidenza ċara f’dan ir-rigward, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan l-istadju bħala mwettaq b’mod sodisfaċenti mill-erba’ applikanti kollha. |
(19) |
Il-ħames stadju huwa ntitolat it-“Twettiq tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn”. Ir-Reviżjoni Kritika tad-Disinn hi mfissra bħala “il-fażi fil-proċess tal-implimentazzjoni ta’ vettura spazjali fejn tispiċċa l-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, u tibda l-fażi tal-manifattura”. Dan l-istadju jeħtieġ li l-applikant jipprovdi evidenza ċara tat-twettiq, sa mhux aktar tard minn 80 jum wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn skont l-istadji ta’ kostruzzjoni indikati fil-ftehim dwar il-manifattura tas-satelliti. Id-dokument rilevanti għandu jiġi ffirmat mill-kumpanija li timmanifattura s-satelliti, u għandu jindika d-data tat-twettiq tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn. L-applikazzjonijiet ta’ ICO Satellite Limited, Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited kienu sostnuti minn evidenza ċara f’dan ir-rigward, li wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan l-istadju bħala mwettaq b’mod sodisfaċenti minn dawn l-applikanti. |
(20) |
F’dak li jirrigwarda t-tieni stadju […] (*). […] (*) in-nuqqas ta’ evidenza kuntrattwali u aġġornata għall-istadji ta’ kostruzzjoni li jwassal għat-twettiq tal-manifattura tas-satelliti meħtieġa għall-proviżjoni ta’ MSS kummerċjali wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra, skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, li dan l-istadju ma ġiex imwettaq b’mod sodisfaċenti minn ICO Satellite Limited |
(21) |
[…] (*) L-inkonsistenza bejn l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u l-informazzjoni relattiva għar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn li ingħatat wara, u n-nuqqas ta’ evidenza ċara tat-twettiq tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn għas-satellita li għaliha jirreferi l-ftehim ta’ manifattura tas-satellita kif inkluż fl-applikazzjoni, wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra, skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, li l-ħames stadju flimkien mat-tieni stadju ma ġiex imwettaq b’mod sodisfaċenti minn TerreStar Europe Limited. |
(22) |
Inmarsat Ventures Limited, fl-applikazzjoni tagħha, talbet 15 MHz spektrum għal kommunikazzjonjiet mid-Dinja għall-ispazju u 15 MHz spektrum għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja. Solaris Mobile Limited, fl-applikazzjoni tagħha, talbet 15 MHz spektrum għal kommunikazzjonjiet mid-Dinja għall-ispazju u 15 MHz spektrum għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja. |
(23) |
Peress li d-domanda totali għal spektrum tar-radju mitluba minn Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited mhijiex aktar mill-ammont ta’ spektrum tar-radju disponibbli msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, iż-żewġ applikanti għandhom ikunu magħżula skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE. |
(24) |
Kwalunkwe deċiżjoni tal-għażla magħmula bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla għandha tidentifika l-frekwenzi rispettivi li kull applikant magħżul għandu jkun awtorizzat juża, f’kull Stat Membru, skont it-Titolu III tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE. |
(25) |
Il-frekwenzi għandhom jiġu identifikati fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati. F’dan ir-rigward, għandu japplika l-prinċipju ta’ ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju, kif imniżżla fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (5). Skont dan il-prinċipju it-30 MHz għal darbtejn għandhom jiġu maqsuma f’sub-meded kontigwi b’medda ta’ frekwenza ugwali kemm għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju (il-konnessjoni axxendentali) u għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja (il-konnessjoni dixxendentali) sabiex ikun hemm l-aktar użu effiċjenti tas-sub-meded. L-aktar par baxx ta’ sub-meded għandu jikkonsisti minn 1 980-1 995 MHz għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju (il-konnessjoni axxendentali) u minn 2 170-2 185 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja (il-konnessjoni dixxendentali); l-ogħla par ta’ sub-meded għandhom jikkonsistu minn 1 995-2 010 MHz għall-konnessjoni axxendentali u minn 2 185-2 200 MHz għall-konnessjoni dixxendentali. Kif meħtieġ f’Taqsima 4.4 tas-Sejħa għall-applikazzjonijiet 2008/C 201/03, il-Kummissjoni qieset il-preferenzi indikat mill-applikanti eleġibbli kif imniżżla fl-applikazzjonijiet tagħhom. […] (*). |
(26) |
Fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-applikanti magħżula, dawk l-applikanti li ma għandhomx l-intenzjoni li jużaw il-frekwenzi tar-radju, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni ta’ dan bil-miktub. |
(27) |
Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti magħżula, b’konformità mal-qafas ta’ żmien u maż-żona ta’ servizz li l-applikanti magħżula jkunu kkommettew ruħhom għalihom, skont l-Artikolu 4(1)(c), u skont il-liġi nazzjonali u l-liġi Komunitarja, ikollhom id-dritt li jużaw il-frekwenza tar-radju speċifika identifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3) u d-dritt li joperaw sistema mobbli permezz tas-satellita. Huma għandhom jinfurmaw lill-applikanti magħżula dwar dawn id-drittijiet skont il-każ. Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tistipula wkoll li d-dritt għall-użu ta’ frekwenzi speċifiċi tar-radju għandu jingħata lill-applikanti magħżula mill-aktar fis possibli wara l-għażla tagħhom, skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’Awtorizazzjoni) (6). |
(28) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet mogħtija fit-2 ta’ April 2009, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
ICO Satellite Limited u TerreStar Europe Limited mhumiex applikanti eleġibbli bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla tal-proċedura ta’ għażla komparattiva prevista fit-Titolu II tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE.
Artikolu 2
Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited huma applikanti eleġibbli bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla tal-proċedura ta’ għażla komparattiva prevista fit-Titolu II tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE.
Peress li d-domanda totali għal spektrum tar-radju rikjesta mill-applikanti eleġibbli miżmuma bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla tal-proċedura ta’ għażla komparattiva prevista f’Titolu II tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE mhijiex iktar mill-ammont ta’ spektrum tar-radju disponibbli msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited huma magħżula.
Artikolu 3
Il-frekwenzi li kull applikant magħżul se jkun awtorizzat juża f’kull Stat Membru skont it-Titolu III tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE huma dawn:
(a) |
Inmarsat Ventures Limited: minn 1 980 sa 1 995 MHz għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju u minn 2 170 sa 2 185 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja; |
(b) |
Solaris Mobile Limited: minn 1 995 sa 2 010 MHz għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju u minn 2 185 sa 2 200 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja. |
Artikolu 4
L-għażla ta’ Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited u l-identifikazzjoni tal-frekwenzi rispettivi previsti fl-Artikoli 2 u 3 għall-applikanti magħżula hija b’kundizzjoni li ma tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni bil-miktub, fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ applikanti magħżula mill-Kummissjoni, mill-applikanti magħżula rilevanti fis-sens li l-applikant ma għandux l-intenzjoni li juża l-frekwenzi tar-radju identifikati.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata:
(1) |
lill-Istati Membri u |
(2) |
|
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 172, 2.7.2008, p. 15.
(2) ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 216.
(4) http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/current/pan_european/index_en.htm
(*) Partijiet minn dan it-test tħallew barra biex jkun żgurat li l-informazzjoni konfidenzjali ma tinkixifx; dawn il-partijiet tqegħdu f’parenteżi kwadri u mmarkati b’asterisk.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Ġunju 2009
dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4293)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/450/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), partikolarment l-Artikolu 3b tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2) inkludiet l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità. |
(2) |
Id-definizzjoni ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u partikolarment l-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE huma primarjament ibbażati fuq l-eżenzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (3), li l-eżenzjoni tagħhom hija konsisteni ma’ dik tas-Sistema ta’ Imposti tar-Rotta tal-EUROCONTROL. |
(3) |
L-Appendiċi 2 tal-Proċeduri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru – Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) (4) jiddeskrivi l-formola tal-mudell tal-pjan tat-titjira ICAO u jagħti l-istruzzjonijiet kif timtela dik il-formola. Il-pjan tat-titjira jista’ jintuża sabiex jidentifika t-titjiriet li jidħlu fl-ambitu tal-iskema tal-Komunità. |
(4) |
L-interpretazzjoni tal-attivitajiet tal-avjazzjoni li hemm provediment għalihom f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(5) |
L-interpretazzjoni tal-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku għandha tkun applikata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (6). |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/87/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE hija stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(3) ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 165.
(4) PANS-ATM, Dok 4444
(5) ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.
(6) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
ANNESS
Linji Gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE
1. DEFINIZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TAL-AVJAZZJONI
1. |
It-terminu ‘titjira’ ifisser settur wieħed ta’ titjira, jiġifieri titjira jew serje ta’ titjiriet li jibdew mill-post tal-parkeġġ tal-inġenju tal-ajru u jispiċċaw fil-post tal-parkeġġ tal-inġenju tal-ajru. |
2. |
It-terminu ‘ajrudrom’ ifisser żona definita ta’ art jew ilma, li tinkludi l-bini, l-installazzjonijiet u t-tagħmir, intenzjonata sabiex tintuża kollha jew parti minnha għall-wasla, it-tluq u l-moviment fis-superfiċi tal-inġenju tal-ajru. |
3. |
Jekk operatur tal-inġenju tal-ajru jagħmel attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, din tidħol taħt l-iskema tal-Komunità indipendentament jekk hijiex fuq il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
2. INTERPRETAZZJONI TAL-EŻENZJONIJIET
4. |
Taħt il-kategorija tal-attività ‘Avjazzjoni’, l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jelenka liema tipi ta’ titjiriet huma eżentati mill-iskema tal-Komunità. |
2.1. Eżenzjoni taħt is-subparagrafu (a)
5. |
Din l-eżenzjoni se tkun interpretata skont l-iskop esklussiv tat-titjira. |
6. |
Il-familja immedjata tinkludi esklussivament il-persuna kkonċernata, kwalunkwe sieħeb/sieħba kkunsidrat/a ekwivalenti tal-persuna kkonċernata, it-tfal u l-ġenituri. |
7. |
Il-Ministri tal-Gvern huma membri tal-gvern kif elenkat fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali tal-pajjiż ikkonċernat. Il-membri tal-gvernijiet reġjonali jew lokali ta’ pajjiż ma jikkwalifikawx għal eżenzjoni taħt dan is-subparagrafu. |
8. |
Missjoni uffiċjali tfisser missjoni fejn il-persuna kkonċernata qed topera f’kapaċità uffiċjali. |
9. |
It-titjiriet għall-ippożizzjonar jew it-tressiq tal-inġenju tal-ajru mhumiex koperti b’din l-eżenzjoni. |
10. |
It-titjiriet li l-Uffiċju tal-Imposti tar-Rotta Ċentrali tal-Eurocontrol, identifika għall-applikabbiltà tal-eżenzjoni tal-imposti tar-rotta (minn issa ‘il quddiem ‘kodiċi ta’ eżenzjoni CRCO’) bħala ‘S’ qed jiġi preżunt li huma titjiriet li saru esklussivament għat-trasport, ta’ missjoni uffiċjali, ta’ Monarka sovran u l-familja immedjata tiegħu, il-Kapijiet ta’ Stat, il-Kapijiet ta’ Gvern u l-Ministri ta’ Gvern issostanzjati b’indikatur tal-istatus xieraq fil-pjan tat-titjira. |
2.2. Eżenzjonijiet taħt is-sottoparagrafu (b)
2.2.1. Titjiriet militari
11. |
Titjiriet militari ifissru titjiriet direttament relatati mal-aġir tal-attivitajiet militari. |
12. |
It-titjiriet militari li jsiru minn inġenji tal-ajru rreġistrati ċivili mhumiex koperti minn din l-eżenzjoni. Bl-istess mod, it-titjiriet ċivili li jsiru minn inġenji tal-ajru militari mhumiex eżentati taħt is-subparagrafu (b). |
13. |
It-titjiriet bil-kodiċi ta’ eżenzjoni CRCO ‘M’ jew ‘X’ qed jiġi preżunt li huma titjiriet militari eżentati. |
2.2.2. Id-dwana u t-titjiriet tal-pulizija
14. |
Id-dwana u t-titjiriet tal-pulizija li jsiru kemm mill-inġenji tal-ajru rreġistrati ċivili u dawk militari huma eżentati. |
15. |
It-titjiriet bil-kodiċi ta’ eżenzjoni ‘P’ tas-CRCO qed jiġi preżunt li huma titjiriet tad-dwana jew tal-pulizija eżentati. |
2.3. Eżenzjonijiet taħt is-subparagrafu (c)
16. |
B’relazzjoni mal-kategoriji tat-titjiriet imsemmija hawn isfel, it-titjiriet għall-ippożizzjonar jew it-tressiq tal-inġenju tal-ajru u t-titjiriet li qed iġorru esklussivament tagħmir jew persunal direttament involut fil-provediment tas-servizzi relatati huma koperti bl-eżenzjoni. Barra minn hekk, dawn l-eżenzjonijiet ma jagħmlux differenza bejn it-titjiriet magħmula permezz tal-użu tar-riżorsi pubbliċi jew privati. |
2.3.1. It-titjiriet tat-tiftix u s-salvataġġ
17. |
It-titjiriet relatati mat-tiftix u s-salvataġġ ifissru titjiriet li joffru servizzi ta’ tiftix u salvataġġ. Servizz ta’ tiftix u salvataġġ ifisser il-prestazzjoni ta’ monitoraġġ tal-periklu, komunikazzjoni, koordinazzjoni u funzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, għajnuna medika inizjali jew evakwazzjoni medika, bl-użu ta’ riżorsi pubbliċi jew privati, inkluż inġenji tal-ajru li jikkoperaw, bastimenti u inġenji u installazjonijiet oħra. |
18. |
Titjiriet bil-kodiċi tal-eżenzjoni CRCO “R” u titjiriet identifikati bl-STS/SAR fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma titjiriet tat-tiftix u s-salvataġġ eżentati. |
2.3.2. It-titjiriet tat-tifi tan-nar
19. |
It-titjiriet tat-tifi tan-nar ifissru titjiriet li jsiru esklussivament sabiex jipprovdu servizzi fl-ajru tat-tifi tan-nar, li jfisser l-użu ta’ inġenju tal-ajru u servizzi oħra fl-ajru sabiex jikkontrollaw in-nirien. |
20. |
It-titjiriet identifikati bl-STS/FFR fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma titjiriet tat-tifi tan-nar eżentati. |
2.3.3. Titjiriet umanitarji
21. |
It-titjiriet umanitarji ifissru titjiriet li joperaw esklussivament għal skopijiet umanitarji li jġorru persunal tal-għajnuna u materjali tal-għajnuna bħall-ikel, ħwejjeġ, ilqugħ, mediċini u affarijiet oħra matul jew wara emerġenza u/jew diżastru u/jew jintużaw sabiex jevakwaw il-persuni minn post fejn il-ħajja jew is-saħħa tagħhom hija mhedda minn din l-emerġenza u/jew fejn hemm diżastru lejn post sikur fl-istess Stat jew Stat ieħor li huwa lest jirċievi dawn il-persuni. |
22. |
Titjiriet bil-kodiċi tal-eżenzjoni CRCO ‘H’ u titjiriet identifikati bl-STS/HUM fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma titjiriet umanitarji eżentati. |
2.3.4. It-titjiriet tas-servizz mediku ta’ emerġenza
23. |
It-titjiriet tas-servizz mediku ta’ emerġenza ifissru titjiriet li l-għan esklussiv huwa li jiffaċilitaw l-assistenza għall-emerġenza medika, fejn it-trasportazzjoni immedjata u ta’ malajr hija essenzjali, billi jġorru l-persunal mediku, l-affarijiet mediċi, inkluż it-tagħmir, id-demm, l-organi, il-mediċini, jew persuni morda jew imweġġgħa u persuni oħra involuti direttament. |
24. |
It-titjiriet identifikati bl-STS/MEDEVAC jew STS/HOSP fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma titjiriet tas-servizz mediku ta’ emerġenza eżentati. |
2.4. Eżenzjoni taħt is-subparagrafu (f)
25. |
Titjiriet bil-kodiċi tal-eżenzjoni CRCO ‘T’ u titjiriet identifikati bl-RMK/“Training flight” (Titjira ta’ taħriġ) fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma eżentati taħt is-subparagrafu (f). |
2.5. Eżenzjonijiet taħt is-subparagrafu (g)
26. |
B’relazzjoni mal-kategoriji tat-titjira hawn isfel, it-titjiriet għall-ippożizzjonar jew it-tressiq tal-inġenju tal-ajru mhumiex koperti. |
2.5.1. It-titjiriet li jsiru esklussivament għall-iskop ta’ riċerka xjentifika
27. |
Din il-kategorija teżenta t-titjiriet li l-uniku skop tagħhom huwa li jagħmlu r-riċerka xjentifika. Ir-riċerka xjentifika trid issir parzjalment jew kollha waqt it-titjira sabiex tapplika l-eżenzjoni. It-trasport tax-xjentisti jew it-tagħmir tar-riċerka mhuwiex minnu nnifsu suffiċjenti sabiex titjira tiġi eżentata. |
2.5.2. Titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop tal-kontrolli, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art
28. |
Titjiriet bil-kodiċi tal-eżenzjoni CRCO ‘N’ u titjiriet identifikati bl-STS/FLTCK fiż-żona 18 tal-pjan tat-titjira qed jiġi preżunt li huma titjiriet eżentati taħt is-subparagrafu (g). |
2.6. Eżenzjoni taħt is-subparagrafu (i) (titjiriet obbligatorji tas-servizz pubbliku)
29. |
L-eżenzjoni tat-titjiriet obbligatorji tas-servizz pubbliku (PSO) ġewwa l-iżjed reġjuni mbiegħda se tkun interpretata li se tapplika għar-reġjuni elenkati fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE u tinkludi esklussivament titjiriet tal-PSO ġewwa reġjun wieħed imbiegħed u titjiriet bejn żewġ reġjuni l-iżjed imbiegħda. |
2.7. Eżenzjoni taħt is-subparagrafu (j) (“regola de minimis”)
30. |
L-operaturi kollha tat-trasport tal-ajru jrid ikollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru (AOC) taħt il-Parti I tal-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago. L-operaturi li ma għandhomx dan iċ-ċertifikat mhumiex “operaturi kummerċjali tat-trasport bl-ajru”. |
31. |
Għall-applikazzjoni tar-regola de minimis, il-karatteristika li tkun kummerċjali hija marbuta mal-operatur u mhux it-titjiriet konċernati. Dan partikolarment ifisser li t-titjiriet pprovduti minn operatur kummerċjali għandhom jitqiesu sabiex tittieħed deċiżjoni jekk l-operatur jaqax fil-kategorija ta’ fuq jew ta’ taħt il-limiti tal-eżenzjoni anke jekk dawk it-titjiriet mhumiex provduti għar-rikompens. |
32. |
Se jitqiesu biss it-titjiriet li jitilqu jew jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għad-deċiżjoni dwar jekk l-operatur tal-inġenju tal-ajru jaqax fil-kategorija ta’ fuq jew ta’ taħt il-limiti ta’ eżenzjoni tar-regola de minimis. It-titjiriet eżentati taħt is-sottoparagrafi (a)-(j) mhux se jitqiesu għall-istess skopijiet. |
33. |
It-titjiriet magħmula minn operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali li jopera inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tlett perjodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur huma eżentati. Il-perjodi ta’ erba’ xhur huma: Jannar sa April; Mejju sa Awwissu; Settembru sa Diċembru. Il-ħin lokali tat-tluq tat-titjira jiddetermina f’liema perjodu ta’ erba’ xhur se titqies dik it-titjira sabiex tittieħed deċiżjoni jekk l-operatur tal-inġenju tal-ajru jaqax fil-kategorija ta’ fuq jew ta’ taħt il-limiti tal-eżenzjoni tar-regola de minimis. |
34. |
Operatur kummerċjali li jopera 243 titjira għal kull perjodu jew iktar huwa inkluż fl-iskema Komunitarja għas-sena kollha tal-kalendarju li fiha l-limitu ta’ 243 titjira jintlaħaq jew jinqabeż. |
35. |
Operatur kummerċjali li jopera titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ugwali għal jew iktar minn 10 000 tunnellata kull sena huwa inkluż fl-iskema Komunitarja għas-sena kollha tal-kalendarju li fiha l-limitu ta’ 10 000 titjira jintlaħaq jew jinqabeż. |
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Ġunju 2009
dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit biex taċċetta ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4427)
(2009/451/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-ittra mir-Renju Unit lill-Kunsill u lill-Kummisjoni tal-15 ta’ Jannar 2009,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2008 il-Kunsill adotta Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-obbligi tal-manteniment (1). |
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata 15 ta’ Jannar 2009, li waslet għand il-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2009, bl-intenzjoni tiegħu li jaċċetta r-Regolament (KE) Nru 4/2009. |
(4) |
Fil-21 ta’ April 2009 il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit li jaċċetta r-Regolament (KE) Nru 4/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu japplika għar-Renju Unit skont l-Artikolu 2.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jidħol fis-seħħ fir-Renju Unit fl-1 ta’ Lulju 2009.
L-Artikoli 2(2), l-Artikolu 47(3) u l-Artikoli 71, 72 u 73 tar-Regolament għandhom japplikaw mit-18 ta’ Settembru 2010.
Id-dispożizzjonjiet l-oħra tar-Regolament għandhom jibdew japplikaw mit-18 ta’ Ġunju 2011, bla ħsara għall-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment applikabbli fil-Komunità f’dik id-data. Fin-nuqqas ta’ dan, ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll fil-Komunità.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Ġunju 2009
avviż ta’ ftuħ ta’ proċedura kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-metall tas-sodju li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika
(2009/452/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b′mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. Bidu
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), (“avviż ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ sodju, f’ammonti kbar, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”), normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM bħala ex 2805 11 00 (“il-prodott ikkonċernat”). |
(2) |
Il-proċediment beda wara ilment li tressaq fl-10 ta’ Ġunju 2008 mill-uniku produttur tal-Komunità, Métaux Spéciaux (MSSA S.A.S) (“il-kwerelant”). |
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mill-Istati Uniti (3). Din l-investigazzjoni intemmet permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/453/KE. (4) |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika
(4) |
Qabel il-bidu tal-proċediment u bi qbil mal-Artikolu 10(9) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (USA) li kienet irċeviet ilment, dokumentat kif suppost, li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ sodju mixtri bil-kwantità li joriġina mill-Istati Uniti kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. Il-Gvern tal-Istati Uniti ġie mistieden għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u biex wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-Gvern tal-Istati Uniti aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet sussegwentement saru fil-11 ta’ Lulju 2008. Matul il-konsultazzjonijiet, l-ebda parti ma rnexxielha tasal għal konklużjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment fir-rigward tal-kompensabilità tas-sussidju allegat. |
(5) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produttur Komunitarju li ressaq l-ilment, l-uniku esportatur/produttur magħruf fl-Istati Uniti tal-Amerika, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. |
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u li rċevew risposti mir-rappreżentanti tal-Istati Uniti, mill-uniku produttur esportatur fl-Istati Uniti (“il-produttur esportatur tal-Istati Uniti li jikkoopera”), mill-produttur Komunitarju kwerelant u minn tliet utenti Komunitarji. |
(7) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hija qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju. |
(8) |
Twettqu żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dan ir-rappreżentant tal-Istati Uniti:
|
(9) |
Saru wkoll żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dawn il-kumpaniji:
|
1.3. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu meqjus
(10) |
L-investigazzjoni tas-sussidju u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”). |
2. IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
(11) |
Permezz ta’ ittra tal-1 ta’ April 2009 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tqanqal minħabba t-taqlib riċenti fis-suq. |
(12) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jitwaqqaf meta l-ilment jiġi rtirat sakemm twaqqif bħal dan ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
(13) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibiltà li dan l-għeluq imur kontra l-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li tali terminazzjoni tal-proċediment ma tkunx fl-interess tal-Komunità. |
(14) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedura kontra s-sussidju li tikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tas-sodju, fi kwantità, li joriġina fl-Istati Uniti għandha tingħalaq mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-proċedura kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tas-sodju, fi kwantità, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2805 11 00, li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, huwa b'dan mitmum.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.
(2) ĠU C 186, 23.7.2008, p. 35.
(3) ĠU C 186, 23.7.2008, p. 32.
(4) Ara paġna 76ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Ġunju 2009
li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ metall tas-sodju li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika
(2009/453/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. It-tnedija tal-proċediment
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“avviż ta’ bidu”), it-tnedija ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ sodju, f’ammonti kbar, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”), normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 2805 11 00 (‘il-prodott ikkonċernat’). |
(2) |
Il-proċediment beda wara ilment li tressaq fl-10 ta’ Ġunju 2008 mill-uniku produttur tal-Komunità, Métaux Spéciaux (MSSA SAS) (‘il-kwerelant’). |
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (3). Din l-investigazzjoni ntemmet permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ 2009/452/EC (4). |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika
(4) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-kwerelant, l-uniku esportatur/produttur magħruf fl-Istati Uniti tal-Amerika, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż ta′ bidu. |
(5) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u rċeviet risposti mir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika, mill-esportatur produttur uniku fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-esportatur produttur li kkoopera”), mill-kwerelant u minn tliet utenti Komunitarji. |
(6) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex ikun iddeterminat id-dumping, id-dannu li rriżulta u l-interess Komunitarju u wettqet il-verifiki fuq il-post tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.3. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu meqjus
(7) |
L-investigazzjoni dwar id-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”). |
2. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT
(8) |
Permezz ta’ ittra tal-1 ta’ April 2009 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tqanqal minħabba ċirkostanzi li nbidlu. |
(9) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jitwaqqaf meta l-ilment jiġi rtirat sakemm tmiem bħal dan ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
(10) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibiltà li dan l-għeluq imur kontra l-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li tali tmiem tal-proċediment ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
(11) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment tal-antidumping li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta’ sodju, f’ammonti kbar, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika għandu jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ antidumping. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tas-sodju, f’ammonti kbar, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 2805 11 00, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, huwa b’dan mitmum.
Magħmula fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 186, 23.7.2008, p. 32.
(3) ĠU C 186, 23.7.2008, p. 35.
(4) Ara paġna 74 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/938/KE dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4383)
(2009/454/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jipprevedi l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jissodisfaw rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 9. |
(2) |
Skont l-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/938/KE tad-9 ta’ Diċembru 2008 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (2). |
(3) |
Skont dik id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Bolivarjana tal-Veneżwela (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Veneżwela’) ingħatat l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba. |
(4) |
Madankollu, issa rriżulta li l-Veneżwela ma rratifikatx il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, elenkata taħt il-punt 27, fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 732/2008. Għalhekk, il-Veneżwela ma ssodisfatx ir-rekwiżiti kollha neċessarji skont ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 biex tingħata l-arranġament ta’ inċentiv speċjali. Id-Deċiżjoni 2008/938/KE għandha tiġi emendata skont dan, filwaqt li tipprevedi perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tagħha. Skont l-Artikolu 214 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3), kwalunkwe dejn doganali magħmul bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2008/938/KE sad-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għaldaqstant ma għandux jiġi affettwat. |
(5) |
Il-Kumitat dwar il-Preferenzi Ġeneralizzati ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu; il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fit-2 ta’ April 2009 skont l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (4), bil-Kunsill mitlub jaġixxi fi żmien tliet xhur. |
(6) |
Minkejja dan, fit-18 ta’ Mejju 2009 l-Kunsill ikkonferma li mhemmx maġġoranza kwalifikata favur jew kontra l-proposta, u li l-Kummissjoni tista’ tipproċedi skont l-Artikolu 5(6), l-aħħar subparagrafu tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, għalhekk issa għandha tiġi adottata deċiżjoni mill-Kummissjoni. |
(7) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Veneżwela, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/938/KE, il-kliem “(VE) Il-Veneżwela” jitħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mis-sittin jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bolivarjana tal-Veneżwela.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 90.
(3) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
FTEHIM
Il-Kummissjoni
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/80 |
Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim’), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn l-emendi.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (4) dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ġie adottat fit-18 ta’ Diċembru 2008. L-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jistipula li, skont id-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni fl-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 44/2001 billi jieħu post id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament applikabbli għal kwistjonijiet li jirrigwardaw l-obbligi tal-manteniment.
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2009, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 safejn dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u d-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli III u VII. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, madankollu, huma applikabbli biss safejn jirrigwardaw il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent, l-infurzabilità u l-infurzar tas-sentenzi, u l-aċċess għall-ġustizzja.
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim safejn jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 u huwa meqjus bħala anness għalih.
B’referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 fid-Danimarka tista’ sseħħ amministrattivament taħt it-Taqsima 9 tal-Liġi Daniża Nru 1563 tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Regolament Brussell I u għaldaqstant ma tirrikjedix l-approvazzjoni tal-Folketing. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ mad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-30 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
(2) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.