ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.146.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 146

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
10 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu. ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

DIRETTIVI

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/1


DIRETTIVA 2009/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-Trattat jipprevedi għall-istabbiliment ta’ suq intern, inkluż l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri, tal-ostakli għall-moviment ħieles ta’ oġġetti u servizzi, u l-istabbiliment ta’ sistema li tiżgura li ma jkunx hemm distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni.

(2)

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu s-suq intern japplikaw għall-oġġetti u s-servizzi kollha provduti bi ħlas inkluż prodotti relatati mad-difiża, imma ma jxekklux lill-Istati Membri li taħt ċerti kundizzjonijiet jieħdu miżuri oħra f’każijiet individwali fejn jikkunsidraw li huma meħtieġa li jħarsu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom.

(3)

Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jimpedixxu l-moviment ta’ tali prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jikkawżaw distorzjoni fil-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, u b’hekk ixekklu l-innovazzjoni, il-koperazzjoni industrijali u l-kompetittività tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni Ewropea.

(4)

L-għanijiet segwiti b’mod ġenerali bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri jinkludu l-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz ta’ sistemi ta’ kontroll strett u r-restrizzjoni tal-esportazzjoni u l-proliferazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi kif ukoll lil Stati Membri oħra.

(5)

Tali restrizzjonijiet simili fuq il-moviment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità ma jistgħux jiġu mneħħija b’mod ġenerali permezz tal-applikazzjoni diretta tal-prinċipji tal-moviment ħieles tal-oġġetti u s-servizzi previsti fit-Trattat minħabba li dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu ġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ skont l-Artikoli 30 jew 296 tat-Trattat, li jibqgħu applikabbli mill-Istati Membri, kemm-il darba l-kundizzjonijiet tagħhom jiġu ssodisfatti.

(6)

Il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri għalhekk għandhom bżonn jiġu armonizzati b’tali mod li jissimplifikaw it-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern. Din id-Direttiva titratta regoli u proċeduri f’dak biss li għandu x’jaqsam ma’ prodotti relatati mad-difiża, u konsegwentement ma taffettwax l-linji politiċi tal-Istati Membri dwar it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża.

(7)

L-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Istati Membri ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri, u lanqas għad-diskrezzjoni tagħhom rigward il-linja politika dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża.

(8)

L-Istati Membri għandhom jibqgħu intitolati li jmexxu ‘il quddiem u jiżviluppaw ulterjorment koperazzjoni intergovernattiva, filwaqt li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(9)

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal prodotti relatati mad-difiża li jgħaddu biss mit-territorju tal-Komunità, jiġifieri dawk li ma ngħatawx trattament jew użu approvat mid-dwana għajr għall-proċedura ta’ tranżitu estern jew li jkunu biss imqiegħda f’żona libera jew maħżen ħieles u fejn ma għandu jinżamm l-ebda rekord approvat ta’ stokk.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma’ dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (3) inklużi l-komponenti u t-teknoloġiji tagħhom.

(11)

Din id-Direttiva m’għandhiex tkun ta’ ħsara għall-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 97/817/PESK (4) tat-28 ta’ Novembru 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea fuq mini kontra l-persunal1, lanqas m’għandha tkun ta’ ħsara għar-ratifika u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon Cluster, iffirmata f’Oslo fit-3 ta’ Diċembru 2008.

(12)

L-għanijiet tal-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà segwiti ġeneralment mil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jillimitaw it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża, jeħtieġu li t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità jibqa’ soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri tal-oriġini u l-garanziji fl-Istati Membri li jirċevuhom.

(13)

Fid-dawl tas-salvagwardji provduti f’din id-direttiva għall-protezzjoni ta’ dawk l-għanijiet l-Istati Membri ma jkollhomx bżonn aktar jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet oħra għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet, suġġetti għall-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat.

(14)

Din id-direttiva ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew sigurta’ pubblika. Fid-dawl tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti relatati mad-difiża, raġunijiet ta’ ordni pubbliku bħas-sikurezza tat-trasport, is-sikurezza tal-ħżin, ir-riskju ta’ devjazzjoni u l-prevenzjoni tal-kriminalità huma partikolarment relevanti għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(15)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (5), b’mod partikolari l-formalitajiet għall-moviment tal-armi fil-Komunità. Din id-Direttiva hi wkoll bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili (6), b’mod partikulari d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’ munizzjon.

(16)

Kull trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta’ liċenzji ta’ trasferiment globali jew individwali mogħtija jew ippubblikati mill-Istat Membru li mit-territorju tiegħu, il-fornitur ikun jixtieq jittrasferixxi prodotti relatati mad-difiża. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel f’każijiet speċifiċi elenkati f’din id-Direttiva.

(17)

L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa biex jiċħdu jew jagħtu awtorizzazzjoni minn qabel. Skont il-prinċipji li jikkostitwixxu s-suq intern, tali awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha u m’għandha tkun meħtieġa ebda awtorizzazzjoni oħra għat-tranżitu minn Stati Membri oħra jew għad-dħul fit-territorju ta’ Stati Membri oħra.

(18)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw t-tip xieraq ta’ liċenzja għall-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta’ prodotti relatati mad-difiża għal kull tip ta’ trasferiment, u liema termini u kundizzjonijiet jeħtieġ jiġu mehmuża ma’ kull waħda mil-liċenzji tat-trasferiment, b’kont meħud tas-sensittività tat-trasferiment.

(19)

Rigward il-komponenti, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet tal-esportazzjoni kemm jista’ jkun billi jaċċettaw dikjarazzjonijiet tal-użu mir-riċevituri li jieħdu kont tal-grad ta’ integrazzjoni ta’ komponenti bħal dawn fil-prodotti tar-riċevituri nfushom.

(20)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-riċevituri tal-liċenzji tat-trasferiment b’mod mhux diskriminatorju ħlief jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom.

(21)

Sabiex jiġi faċilitat it-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża, għandhom jiġu ppubblikati mill-Istati Membri liċenzji ġenerali li jipprovdu awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża lil kull impriża li tissodisfa t-termini u l-kundizzjonijiet definiti f’kull liċenzja ġenerali.

(22)

Għandha tiġi ppubblikata liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lill-forzi armati sabiex tiżdied sew is-sigurtà ta’ provvista għall-Istati Membri kollha li jagħżlu li jiksbu tali prodotti fil-Komunità.

(23)

Għandha tiġi ppubblikata liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għal trasferimenti ta’ komponenti għal impriżi tad-difiża Ewropej ċertifikati sabiex titħeġġeġ il-koperazzjoni bejn, u l-integrazzjoni ta’, dawk l-impriżi, b’mod partikolari bl-iffaċilitar tal-ottimizzazzjoni tal-katini ta’ provvista u l-ekonomiji tal-iskala.

(24)

L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fi programm ta’ koperazzjoni intergovernattiva jistgħu jippubblikaw liċenzja ġenerali għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevituri fi Stati Membri oħra li qed jipparteċipaw għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-programm ta’ koperazzjoni. Dan itejjeb il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi programmi ta’ koperazzjoni intergovernattiva minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri li qed jipparteċipaw.

(25)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippubblikaw aktar liċenzji ġenerali ta’ trasferiment sabiex ikopru każijiet fejn ir-riskji għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà huma baxxi ħafna fid-dawl tan-natura tal-prodotti u r-riċevituri.

(26)

F’każijiet fejn il-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment ma jistgħux jiġu pubblikati, l-Istati Membri għandhom, meta mitluba, jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment lil impriżi individwali, ħlief f’każijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment li jiġġeddu.

(27)

L-impriżi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu tal-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment fid-dawl tal-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà u sabiex jippermettu rappurtar trasparenti ta’ trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fid-dawl tal-kontroll demokratiku.

(28)

Il-grad ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fid-determinazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ liċenzji ta’ trasferiment ġenerali, globali u individwali għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti koperazzzjoni kontinwa taħt il-qafas internazzjonali eżistenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni. Minħabba li d-deċiżjoni li tingħata jew tiġi miċħuda esportazzjoni hija u għandha tibqa’ għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, tali koperazzjoni għandha tiġi minn koordinazzjoni voluntarja tal-linji politiċi dwar l-esportazzjoni.

(29)

Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll individwali ex-ante bil-kontroll ġenerali ex-post, fl-Istat Membru tal-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi. Dan il-prinċipju għandu jiġi osservat ukoll f’każijiet fejn il-prodotti relatati mad-difiża jiġu trasferiti għal bosta drabi fost l-Istati Membri qabel ma jiġu esportati lejn pajjiż terz.

(30)

L-Istati Membri jikkooperaw fil-qafas tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (7), permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji komuni kif ukoll notifika ta’ rifjut u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni fid-dawl ta’ żieda fil-konverġenza fl-applikazzjoni tal-linji politiċi tal-esportazzjoni tagħhom ta’ prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi. Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta’ trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża, inklużi limitazzjonijiet possibbli fuq l-esportazzjoni, b’mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ għall-iskopijiet ta’ koperazzjoni fil-qafas ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni.

(31)

Il-fornituri għandhom jinfurmaw lir-riċevituri b’kull limitazzjoni marbuta mal-liċenzji ta’ trasferiment sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka fl-abbiltà tar-riċevituri li jirrispettaw limitazzjonijiet bħal dawn wara t-trasferiment, b’mod partikolari fil-każ ta’ talba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(32)

Għandu jitħalla f’idejn l-impriżi biex jiddeċiedu jekk il-benefiċċji li ġejjin mill-possibbiltà li jirċievu prodotti relatati mad-difiża taħt liċenzja ġenerali tat-trasferiment jiġġustifikawx it-talba għal ċertifikazzjoni. Trasferimenti fi ħdan grupp ta’ impriżi għandhom jibbenefikaw minn liċenzja ġenerali ta’ trasferiment f’każijiet fejn il-membri tal-grupp huma ċertifikati fl-Istati Membri rispettivi fejn huma stabbiliti.

(33)

Il-kriterji komuni għaċ-ċertifikazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka, b’mod partikolari fl-abbiltà tar-riċevituri li jirrispettaw il-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor.

(34)

Sabiex tiġi faċilitata l-fiduċja reċiproka, ir-riċevituri tal-prodotti relatati mad-difiża trasferiti għandhom iżommu lura milli jesportaw dawk il-prodotti fejn il-liċenzji ta’ trasferiment ikun fihom limitazzjonijiet tal-esportazzjoni.

(35)

L-impriżi għandhom jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti, fil-ħin tat-talba ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk ikunux osservaw kull limitazzjoni tal-esportazzjoni mehmuża mat-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-Istat Membru li ħareġ dik il-liċenzja ta’ trasferiment. F’dan il-kuntest, tajjeb li wieħed jiftakar li l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, kif previst fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, huwa ta’ relevanza partikolari.

(36)

L-impriżi għandhom ifornu evidenza tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fil-fruntiera esterna komuni tal-Komunità lill-awtorità doganali kompetenti fil-mument ta’ esportazzjoni lil pajjiż terz ta’ prodott relatat mad-difiża taħt liċenzja ta’ trasferiment.

(37)

Il-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness għandha tiġi aġġornata f’konformità stretta mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

(38)

Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw miżuri effettivi, inklużi penali, li jiżguraw b’mod suffiċjenti l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u b’mod partikolari dawk li jipprevedu biex l-impriżi jirrispettaw il-kriterji komuni għaċ-ċertifikazzjoni u l-limitazzjonijiet għal użu ulterjuri ta’ prodotti relatati mad-difiża wara trasferiment.

(39)

F’każijiet fejn Stat Membru tal-oriġini ikollu dubju raġjonevoli jekk riċevitur ta’ ċertifikazzjoni huwiex ser jirrispetta kull kundizzjoni mehmuża mal-liċenzja ta’ trasferiment ġenerali jew jekk Stat Membru li jagħti l-liċenzja jikkunsidra li l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu ikunu jistgħu jiġu effettwati, dan għandu mhux biss jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, imma jkun kapaċi wkoll jissospendi proviżorjament l-effetti ta’ kwalunkwe liċenzja ta’ trasferiment fir-rigward ta’ dak ir-riċevitur, wara li jkun qies ir-responsabbiltà għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

(40)

Biex titħeġġeġ fiduċja reċiproka, l-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex tiġi żgurata konformità ma’ din id-direttiva għandhom jiġu diferiti. Dan jippermetti, qabel l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, li jiġi evalwat il-progress magħmul fuq il-bażi ta’ rapport preparat mill-Kummissjoni li huwa bbażat fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri fuq il-miżuri meħuda.

(41)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jista’ jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, fejn xieraq.

(42)

Din id-Direttiva ma taffettwax l-eżistenza jew it-twettiq ta’ unjonijiet reġjonali bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jew bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda kif previst fl-Artikolu 306 tat-Trattat.

(43)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri applikabbli għat-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex jiġi żgurat l-funzjonament korrett tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fid-dawl tad-diverġenza tal-proċeduri preżenti ta’ liċenzjar u n-natura transkonfinali tat-trasferimenti u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan.

(44)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8).

(45)

B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata setgħa temenda l-Anness. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(46)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jirrenduhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tissimplifika r-regoli u l-proċeduri applikabbli għat-trasferiment intra-Komunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiża sabiex tiżgura l-iffunzjonament korrett tas-suq intern.

2.   Din id-Direttiva ma taffettwax id-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar il-linja politika tal-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża.

3.   L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija suġġetta għall-Artikoli 30 u 296 tat-Trattat.

4.   Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa l-possibilità tal-Istati Membri li jsegwu jew jiżviluppaw ulterjorment koperazzjoni intergovernattiva, filwaqt li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti relatati mad-difiża kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prodott relatat mad-difiża” tfisser kull prodott elenkat fl-Anness;

(2)

“trasferiment” tfisser kull trażmissjoni jew moviment ta’ prodott relatat mad-difiża mingħand fornitur lil riċevitur fi Stat Membru ieħor;

(3)

“fornitur” tfisser persuna ġuridika jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għat-trasferiment;

(4)

“riċevitur” tfisser persuna ġuridika jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għar-riċeviment tat-trasferiment;

(5)

“liċenzja tat-trasferiment” tfisser awtorizzazzjoni minn awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fornituri ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevitur fi Stat Membru ieħor;

(6)

“liċenzja tal-esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni biex prodotti relatati mad-difiża jiġu fornuti lil persuna ġuridika jew fiżika f’pajjiż terz.

(7)

“mogħdija minn” tfisser it-trasport ta’ prodotti relatati mad-difiża minn Stat Membru wieħed jew aktar, apparti l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu u l-Istat Membru li jirċievi.

KAPITOLU II

LIĊENZJI TA’ TRASFERIMENT

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża bejn l-Istati Membri għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel. Ebda awtorizzazzjoni oħra minn Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa għall-mogħdija mill-Istati Membri jew għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru fejn jinsab ir-riċevitur tal-prodotti relatati mad-difiża mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew ta’ ordni pubbliku, bħal, fost l-oħrajn, is-sigurtà tat-trasport.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel stabbilit fl-ewwel paragrafu meta:

(a)

il-fornitur jew ir-riċevitur ikun korp governattiv jew parti mill-forzi armati;

(b)

il-fornimenti isiru mill-UE, in-NATO, l-IAEA jew organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom;

(ċ)

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ armamenti koperattiv bejn l-Istati Membri;

(d)

it-trasferiment ikun marbut ma’ għajnuna umanitarja f’każ ta’ diżastru jew huwa donazzjoni f’każ ta’ emerġenza; jew

(e)

it-trasferiment ikun meħtieġ għal jew wara t-tiswija, manutenzjoni, wiri jew demonstrazzjoni.

3.   Fuq talba minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 2 biex tinkludi każijiet meta:

(a)

it-trasferiment isir taħt kundizzjonijiet li ma jaffettwawx l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika;

(b)

l-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ikun sar inkompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-Istati Membri sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-direttiva, jew

(ċ)

ikun meħtieġ għall-koperazzjoni intergovernattiva kif imsemmi fl-Artikolu 1(4).

Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri li jixtiequ jittrasferixxu prodotti relatati mad-difiża mit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jużaw liċenzji ġenerali jew japplikaw għal liċenzji globali jew individwali skont l-Artikoli 5, 6 u 7.

5.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-tip ta’ liċenzja għal prodotti relatati mad-difiża jew kategoriji ta’ prodotti relatati mad-difiża konċernati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 5, 6 u 7.

6.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha għal liċenzji ta’ trasferiment, inkluż kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża lil persuni ġuridiċi jew naturali f’pajjiżi terzi, b’kont meħud, inter alia tar-riskji għall-preservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu, filwaqt li jaderixxu mal-liġi Komunitarja, jagħmlu użu mill-possibbilità li jitolbu assigurazzjonijiet tal-utent aħħari, inklużi ċertifikati tal-utent aħħari.

7.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta’ trasferiment għal komponenti fuq il-bażi tal-valutazzjoni tas-sensittività tat-trasferiment skont fost l-oħrajn il-kriterji li ġejjin:

(a)

in-natura tal-komponenti f’relazzjoni mal-prodotti li fihom għandhom jiġu inkoporati u f’relazzjoni ma’ kull użu aħħari tal-prodotti li jista’ jagħti lok għal tħassib;

(b)

is-sinifikat tal-komponenti f’relazzjoni mal-prodotti li fihom huma inkorporati.

8.   Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment ta’ komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal tali komponenti jekk ir-riċevitur jipprovdi dikjarazzjoni tal-użu li tiddikjara li l-komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta’ trasferiment huma integrati jew għandhom jiġu integrati fil-prodotti tiegħu u għalhekk fi stadju aktar tard ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati ħlief għall-manutenzjoni jew tiswija.

9.   L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-użu ta’ liċenzji ta’ trasferiment li jkunu ħarġu f’kwalunkwe żmien, għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom, jew għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika jew minħabbba nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja.

Artikolu 5

Liċenzji ġenerali ta’ trasferiment

1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji ġenerali tat-trasferiment li direttament jawtorizzaw lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom li jissodisfaw it-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja biex jagħmlu trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża li għandhom jiġu speċifikati fil-liċenzja għal kategorija jew kategoriji ta’ riċevituri li jinsabu fi Stat Membru ieħor.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 4(2), liċenzji ġenerali ta’ trasferiment għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas meta:

(a)

ir-riċevitur ikun parti mill-forzi armati ta’ Stat Membru jew awtorità kuntrattwali fil-qasam tad-difiża, li jkun qed jixtri l-prodotti għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru;

(b)

ir-riċevitur ikun impriża ċertifikata skont l-Artikolu 9;

(ċ)

it-trasferiment isir għall-iskop ta’ demostrazzjonijiet, evalwazzjonijiet u wirjiet;

(d)

it-trasferiment isir għall-iskop ta’ manutenzjoni u tiswija, jekk ir-riċevitur ikun il-fornitur ta’ oriġini ta’ prodotti relatati mad-difiża.

3.   L-Istati Membri parteċipanti fi programm ta’ koperazzjoni intergovernattiva bejn dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta’ prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar jistgħu joħorġu liċenzja ġenerali tat-trasferiment lil Stati Membri oħra li jipparteċipaw f’dak il-programm li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-programm.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni qabel l-ewwel użu ta’ liċenzja ġenerali tat-trasferiment, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 6

Liċenzji globali ta’ trasferiment

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li jagħtu liċenzji globali ta’ trasferiment lil fornitur individwali, fuq talba tiegħu, li tawtorizza trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lil riċevitur fi Stat Membru ieħor jew għadd ta’ Stati Membri oħra.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’kull liċenzja globali ta’ trasferiment il-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta’ prodotti koperti bil-liċenzja globali ta’ trasferiment, ir-riċevituri awtorizzati jew kategorija ta’ riċevituri.

Liċenzja globali ta’ trasferiment għandha tingħata għal perjodu ta’ tliet snin, li tista’ tiġġedded mill-Istat Membru.

Artikolu 7

Liċenzji individwali ta’ trasferiment

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li jagħtu liċenzji individwali ta’ trasferiment lil fornitur individwali fuq talba tiegħu għal awtorizzazzjoni ta’ trasferiment wieħed ta’ kwantità speċifika ta’ prodotti speċifiċi relatati mad-difiża biex jiġu trażmessi fi vjeġġ wieħed jew iżjed lil riċevitur wieħed, fejn:

(a)

it-talba għal liċenzja hija limitata għal trasferiment wieħed;

(b)

hija meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu, jew għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku;

(ċ)

hija meħtieġa għal konformità mal-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri; jew

(d)

Stat Membru ikollu raġunijiet serji biex jemmen li l-fornitur ma jkunx jista’ jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex jingħata liċenzja globali.

KAPITOLU III

INFORMAZZJONI, ĊERTIFIKAZZJONI U ESPORTAZZJONI WARA T-TRASFERIMENT

Artikolu 8

Informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-riċevituri bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta’ trasferiment, inklużi l-limitazzjonijiet, relatati mal-użu aħħari jew mal-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw fi żmien raġjonevoli lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu jixtiequ jitrasferixxu prodotti relatati mad-difiża bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta’ trasferiment għall-ewwel darba. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa dwar prodotti relatati mad-difiża trasferiti skont liċenzja ġenerali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw u jiċċekkjaw b’mod regolari li l-fornituri jżommu records dettaljati u kompluti tat-trasferimenti tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv u għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar mehmuża mal-użu ta’ liċenzja tat-trasferiment ġenerali, globali jew individwali. Tali records għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża u r-referenza tiegħu taħt l-Anness;

(b)

il-kwantità u l-valur tal-prodott relatat mad-difiża;

(ċ)

id-dati tat-trasferiment;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-fornituri u tar-riċevitur;

(e)

fejn magħruf, l-użu aħħari u l-persuna li qed tagħmel użu aħħari tal-prodott relatat mad-difiża; u

(f)

prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta’ esportazzjoni mehmuż ma’ liċenzja ta’ trasferiment ġiet trażmessa lir-riċevitur ta’ dawn il-prodotti relatati mad-difiża.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu r-records msemmija fil-paragrafu 3 għal perjodu mill-inqas indaqs għal dak previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti relatata mar-rekwiżiti taż-żamma ta’ records għal operaturi ekonomiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu il-fornitur ikun trasferixxa l-prodotti relatati mad-difiża.

Artikolu 9

Ċertifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu ċ-ċertifikazzjoni tar-riċevituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom, ta’ prodotti relatati mad-difiża skont liċenzji ppubblikati minn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 5(2)(b).

2.   Iċ-ċertifikazzjoni għandha tistabbilixxi l-affidabilità tal-impriża li tirċievi, b’mod partikolari rigward l-kapaċità tagħha li tosserva l-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor. L-affidabilità għandha tiġi evalwata skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

esperjenza provata fl-attivitajiet tad-difiża, b’kont meħud partikolarment tal-imġiba tal-impriżi mil-lat ta’ konformità ma’ restrizzjonijiet tal-esportazzjoni, kwalunkwe deċiżjonijiet tal-qorti dwar din il-kwistjoni, kwalunkwe awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża u r-reklutaġġ ta’ persunal maniġerjali bl-esperjenza;

(b)

attività industrijali relevanti fil-prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità, b’mod partikolari kapaċità ta’ sistemi/sottosistemi ta’ integrazzjoni;

(ċ)

il-ħatra ta’ uffiċjal anzjan bħala uffiċjal dedikat personalment responsabbli għat-trasferimenti u għall-esportazzjonijiet;

(d)

impenn bil-miktub mill-impriża iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt (c), li l-impriża se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati mal-użu aħħari u esportazzjoni ta’ kull komponent jew prodott speċifiku li tirċievi;

(e)

impenn bil-miktub mill-impriża iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt (c), li b’diliġenza xierqa, tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor; u

(f)

deskrizzjoni, iffirmata wkoll mill-uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), tal-programm intern tal-konformità, jew is-sistema tal-immaniġġjar tat-trasferiment u tal-esportazzjoni, implimentata mill-impriża. Din id-deskrizzjoni għandha tipprovdi dettalji tar-riżorsi organizzattivi, umani u tekniċi allokati għall-immaniġġjar tat-trasferimenti u l-esportazzjonijiet, il-katina tar-responsabbiltà fl-istruttura tal-impriża, proċeduri interni ta’ verifika, s-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal, arranġamenti tas-sigurtà fiżiċi u tekniċi, żamma ta’ records u traċċabbiltà tat-trasferimenti u esportazzjonijiet.

3.   Iċ-ċertifikati għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat;

(b)

l-isem u l-indirizz tar-riċevitur;

(ċ)

dikjarazzjoni tal-konformità tar-riċevitur mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2; u

(d)

id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat.

Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (d) fi kwalunkwe każ ma għandux jeċċedi l-ħames snin.

4.   Iċ-ċertifikati jista’ jkun fihom aktar kundizzjonijiet relatati ma’ dan li ġej:

(a)

il-provvediment ta’ informazzjoni meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità tar-riċevitur mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 mill-inqas darba kull tliet snin, u ma’ kull kundizzjoni mehmuża maċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kull ċertifikat maħruġ skont din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor.

7.   Jekk awtorità kompetenti ssib li d-detentur taċ-ċertifikat stabbilit fuq it-territorju tal-Istat Membru rispettiv ma għadux jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, għandha tieħu l-miżuri adatti. Miżuri tali jistgħu jinkludu r-revoka taċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħha.

8.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw regolarment il-lista ta’ riċevituri ċertifikati u jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku reġistru ċentrali ta’ riċevituri ċertifikati mill-Istati Membri fuq is-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 10

Limitazzjonijiet tal-esportazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riċevituri tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni, jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti, f’każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet tal-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta’ dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati, inkluż, skont kif ikun il-każ, li huma jkunu akkwistaw il-kunsens meħtieġ mill-Istat Membru tal-Oriġini.

KAPITOLU IV

PROĊEDURI DOGANALI U KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 11

Proċeduri doganali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jtemmu l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża fl-uffiċċju tad-dwana responsabbli għall-immaniġġjar tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni neċessarja.

2.   Bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (10), Stat Membru jista’ wkoll, għal perjodu li ma jeċċedix 30 jum tax-xogħol, jissospendi l-proċess ta’ esportazzjoni mit-territorju tiegħu, ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu minn Stat Membru ieħor taħt liċenzja tat-trasferiment u inkorporati fi prodott relatat mad-difiża ieħor jew, jekk neċessarju, b’xi mezz ieħor jipprevjenihom milli jħallu l-Komunità mit-territorju tiegħu, jekk jikkunsidra li:

(a)

l-informazzjoni relevanti ma ġietx ikkunsidrata meta ngħatat il-liċenzja ta’ esportazzjoni; jew

(b)

iċ-ċirkustanzi tbiddlu materjalment minn meta ngħatat il-liċenzja ta’ esportazzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża jistgħu jsiru biss f’ċerti uffiċċji doganali.

4.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fil-paragrafu 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-uffiċċji tad-dwana rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

L-iskambju tal-informazzjoni

B’koperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jistabbilixxu koperazzjoni diretta u jiskambjaw l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom.

KAPITOLU V

AĠĠORNAR TAL-LISTA TA’ PRODOTTI RELATATI MAD-DIFIŻA

Artikolu 13

L-Adattament tal-Anness

1.   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness, biex din tkun tikkorrispondi b’mod strett mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 14

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li riċevitur ċertifikat skont l-Artikolu 9 fi Stat Membru ieħor mhux ser jaderixxi mal-kundizzjoni mehmuża ma’ liċenzja ġenerali tat-trasferiment, jew jekk Stat Membru jqis li l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu jistgħu jiġu effettwati, għandu jinforma lil dak l-Istat Membru l-ieħor u jitlob verifika tas-sitwazzjoni.

2.   Jekk id-dubji msemmija fil-paragrafu 1 ikomplu jippersistu, l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja jista’ proviżorjament jissospendi l-effett tal-liċenzja ġenerali ta’ trasferiment tiegħu fir-rigward ta’ riċevituri bħal dawn. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dik il-miżura ta’ salvagwardja. L-Istat Membru li addotta dik il-miżura jista’ jiddeċiedi li jneħħi l-miżura ta’ salvagwardja jekk jikkunsidra li ma għadhiex ġustifikata.

Artikolu 16

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet addottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikulari fil-każ li tiġi pprovduta informazzjoni falza jew mhux kompluta meħtieġa skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 10 rigward ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni marbuta ma’ liċenzja tat-trasferiment. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi

Artikolu 17

Reviżjoni u rappurtar

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri bil-ħsieb li tiġi trasposta din id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikoli 9-12, 15 tagħha.

2.   Sat-30 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hi għandha tevalwa b’mod partikulari jekk ikunux inkisbu, u sa liema punt, l-objettivi ta’ din id-Direttiva rigward, fost l-oħrajn, il-funzjonament tas-suq intern. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 sa 12 u l-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, u għandha tevalwa l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea, b’kont meħud, inter alia, tal-qagħda tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 18

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ Ġunju 2012.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  Opinjoni mogħtija fit-23 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58.

(4)  ĠU L 338, 9.12.1997, p. 1.

(5)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(6)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

(7)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

LISTA TA’ PRODOTTI RELATATI MAD-DIFIŻA

ML1
Armi biċ-ċilindru lixx ta’ kalibru inqas minn 20 mm, armi oħrajn u armi awtomatiċi ta’ kalibru ta’ 12.7 mm (kalibru ta’ 0.50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Xkubetti, karabini, rivolvers, pistoli, pistoli mitralji u mitralji:

Nota ML1.a. ma jirregolax li ġej:

1.

Azzarini, xkubetti u karabini manifatturati qabel l-1938;

2.

Riproduzzjonijiet ta’ azzarini, xkubetti u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

3.

Rivolvers, pistoli u mitralji manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

b.

Armi biċ-ċilindru lixx, kif ġej:

1.

Armi biċ-ċilindru lixx iddisinjati speċjalment għall-użu militari;

2.

Armi oħrajn biċ-ċilindru lixx, kif ġej:

a.

Kompletamnet awtomatiċi;

b.

Semi-awtomatiċi jew b’azzjoni ta’ pompa;

c.

Armi li jużaw munizzjon bla kaxxetta;

d.

Sajlensers, ippustjar speċjali tal-ixkubetta, kompartimenti tal-munizzjon, strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi u strumenti li jrażżnu l-fulminata għal armi rregolati permezz tas-subpunti ML1.a., ML1.b. jew ML1.c.

Nota 1 ML1 ma jirregolax armi biċ-ċilindru lixx użati għal kaċċa jew għal skopijiet ta’ sport. Dawn l-armi ma jistgħux ikunu ddisinjati apposta għal użu militari jew ikunu kompletament awtomatiċi.

Nota 2 ML1 ma jirregolax armi tan-nar iddisinjati apposta għal munizzjon inerti u li ma għandhomx il-kapaċità li jisparaw kwalunkwe munizzjon kontrollat.

Nota 3 ML1 ma jirregolax armi li jużaw munizzjon b’għata ta’ perkussjoni mhux ċentrali u li mhumiex kompletament awtomatiċi.

Nota 4 ML1.d. ma jirregolax strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi mingħajr ipproċessar elettroniku tal-immaġini b’ingrandiment ta’ 4 darbiet jew inqas, sakemm mhumiex iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari.

ML2
Armi biċ-ċilindru lixx ta’ kalibru ta’ 20 mm jew aktar, ħlief armi jew armament ta’ kalibru akbar minn 12.7 mm (kalibru ta’ 0.50 pulzier), projetturi u aċċessorji, kif ġej, u u komponenti speċjali magħmula għalihom:

a.

Armi tan-nar, ħowitzers, kanun, kanuni li jisparaw balal f’angolu għoli (mortars), armi ta’ kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, armi li jwaddbu l-fjamma, xkubetti, xkubetti mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, armi biċ-ċilindru lixx u tagħmir tagħhom għat-trażżin tal-fulminata.

Nota 1 ML2.a. jinkludi injetturi, tagħmir ta’ kejl, tankijiet għall-ħażna u komponenti ddisinjati apposta għal użu ta’ kkargar likwidu ta’ propulsjoni għal kwalunkwe tagħmir irregolat permezz ta’ ML2.a.

Nota 2 ML2.a. ma jirregolax li ġej:

1.

Azzarini, xkubetti u karabini manifatturati qabel l-1938;

2.

Riproduzzjonijiet ta’ azzarini, xkubetti u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu mmanifatturati qabel l-1890.

b.

Armi li jwaddbu jew jiġġeneraw duħħan, gass jew materjali pirotekniċi;

Nota ML2.a. ma jirregolax il-pistoli ta’ sinjalazzjoni:

c.

Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi.

ML3
Munizzjon u tagħmir għall-kalibrar tal-miċċa, kif ġej, u l-komponenti tagħhom iddisinjati għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi rregolati permezz ta’ ML1, ML2 jew ML12;

b.

Tagħmir għall-kalibrar tal-miċċa ddisinjati apposta għal munizzjon irregolat permezz ta’ ML3.a.

Nota 1 Komponenti ddisinjati apposta jinkludu:

a.

Manifatturi tal-metall jew tal-plastik bħal pereżempju kapsijiet ta’ perkussjoni, diski tal-iskrataċ, apparat li jikkarga u elementi metalliċi tal-munizzjon;

b.

Tagħmir ta’ sikurezza u ta’ armament, miċeċ, sensers u tagħmir ta’ prajmer;

c.

Provvisti tal-enerġija li jagħtu produzzjoni operattiva għolja ta’ darba;

d.

Kaxxetti kombustibbli għall-ikkargar;

e.

Submunizzjon inklużi bombi żgħar, mini żgħar u projettili bi gwida terminali.

Nota 2 Il-punt ML3.a. ma jirregolax munizzjon irbattut mingħajr projettili (blankstar) u munizzjoni in bjank b’kaxxetta mtaqba.

Nota 3 ML3.a. ma jirregolax skrataċ iddisinjati apposta għal kwalunkwe skop minn fost dwan li ġejjin:

a.

Sinjalazzjoni;

b.

Tnaffir tal-għasafar; jew

c.

Xigħil ta’ fjakkoli tal-gass fil-ġibjuni taż-żejt.

ML4
Bombi, torpidows, rokits, missili, tagħmir splussiv ieħor u tagħmir għall-ikkargar u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, iddisinjati apposta għal użu militari, u komponenti tagħhom iddinsinjati apposta:

NB: Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11, Nota 7.

a.

Bombi, torpidows, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, ċarġis tal-fond, ċarġis tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni u kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti);

Nota ML4.a. jinkludi:

1.

Granati tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji, u tagħmir splussiv;

2.

Żnienen għall-muturi rokits tal-missili u l-ponot tal-vetturi ta’ rġigħ lura fl-atmosfera dinjija.

b.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-operat, il-kontroll, l-attivazzjoni, motorizzazzjoni għal missjoni operattiva waħda, il-varar, l-ippożizzjonar, id-dragar, in-newtralizzar, id-distrazzjoni, l-interferenza, id-detonazzjoni jew l-iżvelar ta’ oġġetti rregolati permezz ta’ ML4.a.

Nota ML4.b. jinkludi:

1.

Apparat mobbli għal-likwifikazzjoni tal-gass, li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar kuljum ta’ gass fil-forma likwida;

2.

Kejbil konduttur tal-elettriku li jżomm f’wiċċ l-ilma adattat għad-dragar tal-mini manjetiċi.

Nota Teknika

Tagħmir li jinżamm fl-idejn, apposta limitat unikament għall-iżvelar ta’ oġġetti metalliċi u li ma għandux il-kapaċità li jiddistingwi bejn mini u oġġetti oħra tal-metall, mhuwiex meqjus li huwa ddisinjat apposta għall-iżvelar ta’ oġġetti rregolati permezz ta’ ML4.a.

ML5
Il-kontroll tan-nar, u tagħmir ta’ allert u avviż relatat, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ittestjar u allinjament u kontramiżura, kif ġej, imfassal apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji mfassla apposta għalihom:

a.

Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi, kompjuters għall-ibbumbardjar, apparat ta’ ppużizzjonar u sistemi ta’ kontroll tal-armi;

b.

Sistemi ta’ inferenza, ta’ destinazzjoni, ta’ telemetrija, ta’ sorveljanza jew ta’ ppedinar tal-bersall; żvelar, fużjoni tad-data, tagħmir ta’ rikonjizzjoni u identifikazzjoni; u tagħmir ta’ integrazzjoni tas-sensers;

c.

Tagħmir ta’ kontromiżura għall-oġġetti rregolati permezz ta’ ML5.a. jew ML5.b.;

d.

Tagħmir ta’ prova jew ta’ allinjament fuq il-kamp tal-battalja, iddisinjat apposta għall-oġġetti rregolati permezz ML5.a. jew ML5.b.;

ML6
Vetturi terrestri u komponenti, kif ġej:

NB: Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11, Nota 7.

a.

Vetturi terrestri u komponenti għalihom, iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

Nota Teknika

Għall-iskopijiet ta’ ML6.a. it-terminu vetturi terrestri jinkludi trejlers.

b.

Vetturi b’qabda integrali tar-roti użati għall-offroad, li ġew immanifatturati jew immuntati b’materjali biex jagħtu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aqwa.

NB: Ara wkoll ML13.a.

Nota 1 ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet tal-gwerra u vetturi militari armati oħra u vetturi militari mgħammra b’ippustjar għall-armi jew b’tagħmir għat-tqegħid tal-mini jew għall-isparar ta’ munizzjon irregolati permezz ta’ ML4;

b.

Vetturi korazzati;

c.

Vetturi anfibi u vetturi kapaċi jaqsmu l-ilmijiet fondi;

d.

Vetturi ta’ sokkors u vetturi għall-irmunkar jew it-trasport ta’ sistemi ta’ munizzjoni jew ta’ armi u tagħmir assoċjat għat-tqandil ta’ tagħbija.

Nota 2 Modifika ta’ vettura terrestri għal użu militari rregolata permezz ta’ ML6.a. tinvolvi bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddisinjat apposta. Komponenti tali jinkludu:

a.

Għata tat-tajer pnewmatiku tat-tip iddisinjati apposta biex ikunu tajbin għal kontra l-balal jew li jistgħu jitħaddmu anki meta titilqilhom l-arja;

b.

Sistemi ta’ kontroll tal-pressjoni tan-nefħa tat-tajers, operati minn ġewwa ta’ vettura miexja;

c.

Protezzjoni korazzata ta’ partijiet fundamentali (pereżempju, għat-tankijiet tal-karburant jew il-kabini tas-sewqan);

d.

Rinforzi speċjali jew ippustjar għall-armi;

e.

Tagħmir li jiskura d-dawl.

Nota 3 ML6 ma jirregolax vetturi ċivili, jew trakkijiet iddisinjati jew modifikati għal trasport ta’ flus jew oġġetti prezzjużi, li għandhom protezzjoni korazzata jew ballistika.

ML7
Aġenti tossiċi kimiċi jew bijoloġiċi, ‘aġenti għall-kontroll tar-rewwixti’, materjali radjuattivi, tagħmir relatat, komponenti u materjali kif ġej:

a.

Aġenti bijoloġiċi u materjali radjoattivi ‘adattati għal użu fi gwerra’ biex idarrbu l-umani jew l-annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba’ jew l-ambjent;

b.

Aġenti tal-gwerra kimika li jinkludu:

1.

Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

a.

O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) — phosphonofluoridates, bħalma huma:

Sarin (GB):O-Isopropyl methylphosphonofluoridate (CAS 107-44-8); kif ukoll

Soman (GD):O-Pinacolyl methylphosphonofluoridate (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) N,N-dialkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phosphoramidocyanidates, bħalma huma:

Tabun (GA):O-Ethyl N,N-dimethylphosphoramidocyanidate (CAS 77-81-6);

c.

O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) S-2-dialkyl (Methyl, Ethyl,n-Propyl jew Isopropyl)-aminoethyl alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phospho-nothiolates u alkylated kif ukoll protonated salts, bħalma huma:

VX: O-Ethyl S-2-diisopropylaminoethyl methyl phosphonothiolate (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti viżikanti għal gwerra kimika:

a.

Ipriti (gass tal-mustarda), bħalma huma:

1.

2-Chloroethylchloromethylsulphide (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-chloroethyl) sulphide (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-chloroethylthio) methane (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-chloroethylthio) ethane (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-chloroethylthio) -n-propane (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-chloroethylthio) -n-butane (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-chloroethylthio) -n-pentane (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-chloroethylthiomethyl) ether (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-chloroethylthioethyl) ether (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħalma huma:

1.

2-chlorovinyldichloroarsine (CAS 541-25-3);

2.

Tris (2-chlorovinyl) arsine (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-chlorovinyl) chloroarsine (CAS 40334-69-8);

c.

Ipriti (nitroġenu tal-mustarda), bħalma huma:

1.

HN1: bis (2-chloroethyl) ethylamine (CAS 538-07-8);

2.

HN2: bis (2-chloroethyl) methylamine (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-chloroethyl) amine (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

3-Quinuclidinyl benzilate (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Aġenti defoljanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

a.

Butyl 2-chloro-4-fluorophenoxyacetate (LNF);

b.

2,4,5-trichlorophenoxyacetic acid imħallat ma’ 2,4-dichlorophenoxyacetic acid (Agent Orange).

c.

Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin għal gwerra kimika, kif ġej:

1.

Alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) Phosphonyl Difluorides, bħalma huma:

DF: Methyl Phosphonyldifluoride (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkyl (H jew daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) O-2-dialkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) aminoethyl alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phosphonites u alkylated kif ukoll protonated salts korrispondenti, bħalma huma:

QL: O-Ethyl-2-di-isopropylaminoethyl methylphosphonite (CAS 57856-11-8);

3.

Chlorosarin: O-Isopropyl methylphosphonochloridate (CAS 1445-76-7);

4.

Chlorosoman: O-Pinacolyl methylphosphonochloridate (CAS 7040-57-5);

d.

‘Aġenti għal kontroll tar-rewwixti’, sustanzi kimiċi attivi u kombinazzjonijiet tagħhom, li jinkludu:

1.

α-Bromobenzeneacetonitrile, (Bromobenzyl cyanide) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-chlorophenyl) methylene] propanedinitrile, (o-Chlorobenzylidenemalononitrile (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Chloro-1-phenylethanone, Phenylacyl chloride (ω-chloroacetophenone) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenz-(b,f)-1,4-oxazephine, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Chloro-5,10-dihydrophenarsazine, (Phenarsazine chloride), (Adamsite), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoylmorpholine, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1 ML7.d. ma jirregolax ‘aġenti għal kontroll tar-rewwixti’ ippakkjati individwalment għal skopijiet ta’ awtodifiża personali;

Nota 2 ML7.d. ma jirregolax is-sustanzi kimiċi attivi u kombinazzjonijiet tagħhom identifikati u ppakkjati għal produzzjoni tal-ikel jew għal skopijiet mediċi.

e.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, li jxerred kwalunkwe wieħed mill-komponenti ddisinjati apposta għalih:

1.

Materjali jew aġenti rregolati permezz ta’ ML7.a., ML7.b. jew ML7d.; jew

2.

Aġenti għall-gwerra kimika magħmula minn prekursuri rregolati mill-punt ML7.c.

f.

Tagħmir ta’ protezzjoni jew dekontaminazzjoni, komponenti ddisinjati apposta għalih, u taħlitiet kimiċi formulati apposta, kif ġej:

1.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, bħala difiża kontra materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a., ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisnjati apposta għalih.

2.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, bħala difiża kontra materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a., ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisinjati apposta għalih.

3.

Taħlitiet kimiċi ddisinjati/formulati apposta għad-dikontaminazzjoni ta’ oġġetti kkontaminati bil-materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a. jew ML7.b.

Nota ML7.f.1. tinkludi:

a.

Unitajiet tal-arja kkundizzjonata ddisinjati apposta jew modifikati għal filtrazzjoni bijoloġika jew kimika;

b.

Ilbies ta’ protezzjoni.

NB: Għal maskli tal-gass għal użu ċivili, tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni ara wkoll l-entrata 1A004 fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

g.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, għall-iżvelar jew l-identifikar ta’ materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a. jew ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisnjati apposta għalih;

Nota ML1.a. ma jirregolax dożimetri personali għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni.

NB: Ara wkoll l-annotazzjoni 1A004 fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

h.

‘Bijopolimeri’ ddisinjati jew ipproċessati apposta biex jiżvelaw jew jidentifikaw aġenti tal-gwerra kimika rregolati permezz tal-punt ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelloli speċifiċi użati biex jipproduċuhom;

i.

‘Bijokatalizzaturi’ għad-dikontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti tal-gwerra kimika, u sistemi bijoloġiċi għalihom, kif ġej:

1.

‘Bijokatalizzaturi’ ddisinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti tal-gwerra kimika rregolati permezz tal-punt ML7.b. li jirriżultaw minn għażla diretta tal-laboratorju jew mill-manipulazzjoni ġenetika ta’ sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi, kif ġej: ‘organiżmi espressivi b’aġent patoneġiku’, virus jew kulturi ta’ ċelloli li fihom tagħrif ġenetiku speċifiku għall-produzzjoni ta’ ‘bijokatalizzaturi’ rregolati permezz tal-punt ML7.i.1.;

Nota 1 Il-punti ML7.b. u ML7.d. ma jirregolawx:

a.

Cyanogen chloride (CAS 506-77-4). Ara 1C450.a.5. fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju;

b.

Hydrocyanic acid (CAS 74-90-8);

c.

Chlorine (CAS 7782-50-5);

d.

Carbonyl chloride (phosgene) (CAS 75-44-5). Ara 1C450.a.5. fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju;

e.

Diphosgene (trichloromethyl-chloroformate) (CAS 503-38-8);

f.

Imħassar;

g.

Xylyl bromide, ortho: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);

h.

Benzyl bromide (CAS 100-39-0);

i.

Benzyl iodide (CAS 620-05-3);

j.

Bromo acetone (CAS 598-31-2);

k.

Cyanogen bromide (CAS 506-68-3);

l.

Bromo methylethylketone (CAS 816-40-0);

m.

Chloro acetone (CAS 78-95-5);

n.

Ethyl iodoacetate (CAS 623-48-3);

o.

Iodo acetone (CAS 3019-04-3);

p.

Chloropicrin (CAS 76-06-2). Ara 1C450.a.5. fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

Nota 2 Il-kulturi ta’ ċelloli u sistemi bijoloġiċi elenkati fil-punti ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-subpunti ma jirregolawx ċelloli jew sistemi bijoloġiċi għall-skopijiet ċivili, bħalma huma dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċi, veterinarji, ambjentali, ta’ ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija alimentari.

ML8
‘Materjali enerġetiċi’, u sustanzi relatati, kif ġej:

NB: Ara wkoll 1C011 fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

Noti Tekniċi

1.

Sustanza waħda elenkata fis-subpunti tal-ML8.

2.

Kull sustanza elenkata fis-subpunti tal-ML8 hija rregolata permezz tal-lista, ukoll meta utilizzata f’applikazzjoni li mhijiex dik indikata (e.g. TAGN hija sustanza użata fil-biċċa l-kbira bħala splussiv iżda tista’ tintuża wkoll jew bħala karburant inkella bħala ossidant).

a.

‘Splussivi’, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADNBF (aminodinitrobenzofuroxan jew 7-amino-4,6-dinitrobenzofurazane-1-oxide) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (cis-bis (5-nitrotetrazolato) tetra amine-cobalt (III) perchlorate) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (diamino dinitrobenzofuroxan jew 5,7-diamino-4,6-dinitrobenzofurazane-1-oxide) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Hexanitrohexaazaisowurtzitane) (CAS 135285-90-4); klatrati ta’ CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-“prekursuri” tiegħu);

5.

CP (2-(5-cyanotetrazolato) penta amine-cobalt (III) Perchlorate) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (l,l-diamino-2,2-dinitroethylene, FOX7);

7.

DATB (diaminotrinitrobenzene) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrodifurazanopiperazine);

9.

DDPO (2,6-diamino-3,5-dinitropyrazine-l-oxide, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3’-diamino-2,2’,4,4’,6,6’-hexanitrobiphenyl jew dipicramide) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitroglycoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furazans, kif ġej:

a.

DAAOF (diaminoazoxyfurazan);

b.

DAAzF (diaminoazofurazan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivativi (ara wkoll ML8.g.5. għall-“prekursuri” tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Cyclotetramethylenetetranitramine, octahydro-l,3,5,7-tetranitro-l,3,5,7-tetrazine, l,3,5,7-tetranitro-l,3,5,7-tetraza-cyclooctane, octogen jewr octogene) (CAS 2691-41-0);

b.

difluoroaminated analogs ta’ HMX;

c.

K-55 (2,4,6,8-tetranitro-2,4,6,8-tetraazabicyclo [3,3,0]-octanone-3, tetranitrosemiglycouril jew keto-bicyclic HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (hexanitroadamantane) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (hexanitrostilbene) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidazoles, kif ġej:

a.

BNNII (Octahydro-2,5-bis(nitroimino)imidazo [4,5-d]imidazole);

b.

DNI (2,4-dinitroimidazole) (CAS 5213-49-0);

c.

FDIA (l-fluoro-2,4-dinitroimidazole);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrotriazolo)-2,4-dinitroimidazole);

e.

PTIA (l-picryl-2,4,5-trinitroimidazole);

17.

NTNMH (l-(2-nitrotriazolo)-2-dinitromethylene hydrazine);

18.

ΝΤΟ (ONTA or 3-nitro-l,2,4-triazol-5-one) (CAS 932-64-9);

19.

Polynitrocubanes b’aktar minn erba’ gruppi tan-nitro;

20.

PYX (2,6-Bis(picrylamino)-3,5-dinitropyridine) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivattivi, kif ġej:

a.

RDX (cyclotrimethylenetrinitramine, cyclonite, T4, hexahydro-l,3,5-trinitro-l,3,5-triazine, l,3,5-trinitro-l,3,5-triaza-cyclohexane, hexogen or hexogene) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 or 2,4,6-trinitro-2,4,6-triazacyclohexanone) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (triaminoguanidinenitrate) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (triaminotrinitrobenzene) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għal ‘prekursuri’ tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluoroamine) octahydro-l,5-dinitro-l,5-diazocine);

25.

Tetrazoles, kif ġej:

a.

NTAT (nitrotriazol aminotetrazole);

b.

NTNT (l-N-(2-nitrotriazolo)-4-nitrotetrazole);

26.

Tetryl (trinitrophenylmethylnitramine) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (l,4,5,8-tetranitro-l,4,5,8-tetraazadecalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għal ‘prekursuri’ tiegħu);;

28.

TNAZ (1,3,3-trinitruażetidin) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-“prekursuri” tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitroglycoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (l,4,5,8-tetranitro-pyridazino[4,5-d]pyridazine) (CAS 229176-04-9);

31.

Triazines, kif ġej:

a.

DNAM (2-oxy-4,6-dinitroamino-s-triazine) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitroimino-5-nitro-hexahydro-l,3,5-triazine) (CAS 130400-13-4);

32.

Triazoles, kif ġej:

a.

5-azido-2-nitrotriazole;

b.

ADHTDN (4-amino-3,5-dihydrazino-l,2,4-triazole dinitramide) (CAS 1614-08-0);

c.

ADNT (l-amino-3,5-dinitro-l,2,4-triazole);

d.

BDNTA ([bis-dinitrotriazole]amine);

e.

DBT (3,3’-dinitro-5,5-bi-l,2,4-triazole) (CAS 30003-46-4);

f.

DNBT (dinitrobistriazole) (CAS 70890-46-9);

g.

NTDNA (2-nitrotriazole 5-dinitramide) (CAS 75393-84-9);

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrotriazolo) 3,5-dinitrotriazole);

i.

PDNT (1-picryl-3,5-dinitrotriazole);

j.

TACOT (tetranitrobenzotriazolobenzotriazole) (CAS 25243-36-1);

33.

Kwalunkwe splussiv mhux elenkat x’imkien ieħor f’ML8.a. b’veloċità ta’ detonazzjoni li taqbeż 8 700 m/s f’densità massima jew bi pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);

34.

Splussivi organiċi oħra mhux elenkati x’imkien ieħor f’ML8.a. li jiġġeneraw pressjonijiet ta’ detonazzjoni ta’ 25 GPa (250 kbar) jew aktar li għandhom jibqgħu stabbli f’temperaturi ta’ 523 K (250 °Ċ) jew ogħla minn hekk għal perjodi ta’ ħames minuti jew aktar.

b.

‘Propellenti’, kif ġej:

1.

Kwalunkwe ‘propellent’ tal-Klassi 1.1 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b’impuls speċifiku teoretiku (f’kundizzjonijiet standard) ta’ aktar minn 250 sekonda għal komposti mhux metallizzati, jew aktar minn 270 sekonda għal komposti tal-aluminju;

2.

Kwalunkwe ‘propellent’ tal-Klassi 1.3 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b’impuls speċifiku teoretiku (f’kundizzjonijiet standard) ta’ aktar minn 230 sekonda għal komposti mhux aloġenjati, jew aktar minn 266 sekonda għal komposti metallizzati;

3.

‘Propellenti’ li għandhom forza kostanti ta’ aktar minn 1 200 kJ/kg;

4.

‘Propellenti’ li jistgħu jifilħu rata ta’ ħruq lineari ta’ stat kostanti ta’ aktar minn 38 mm/s f’kundizzjonijiet standard (kif imkejla fl-għamla ta’ filament uniku inibit) ta’ pressjoni ta’ 6,89 MPa (68,9 bar) u 294 K (21 °Ċ);

5.

‘Propellenti’ bbażati fuq elastomeri modifikati b’fużjoni doppja (EMCDB) b’kapaċità ta’ estensjoni fi sforz massimu ta’ aktar minn 5 % f’233 K (–40 °Ċ);

6.

Kwalunke ‘propellent’ li fih sustanzi elenkati f’ML8.a.

c.

Materjali ‘pirotekniċi’, karburanti u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

Karburanti tal-ajruplani fformolati apposta għal skopijiet militari;

2.

Alane (aluminum hydride) (CAS 7784-21-6);

3.

Carboranes; decaborane (CAS 17702-41-9); pentaboranes (CAS 19624-22-7 and 18433-84-6) u d-derivattivi tagħhom;

4.

Hydrazine u d-derivattivi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għad-derivattivi ossidanti tal-hydrazine)::

a.

Hydrazine (CAS 302-01-2) f’konċentrazzjonijiet ta’ 70 % jew aktar;

b.

Monomethyl hydrazine (CAS 60-34-4);

c.

Dimethyl hydrazine simetriku (CAS 540-73-8);

d.

Dimethyl hydrazine mhux simetriku (CAS 57-14-7);

5.

Karburanti tal-metall fl-għamla ta’ partiċelli sew jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’biċċiet jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta’ kwalunkwe wiħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli u taħlitiet tagħhom, kif ġej:

1.

Beryllium (CAS 7440-41-7) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ 3 μm jew inqas prodotti permezz ta’ tnaqqis ta’ ossidu tal-ħadid bl-idroġenu;

b.

Taħlitiet, li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirconium (CAS 7440-67-7), magnesium (CAS 7439-95-4) jew ligi tagħhom f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm;

2.

Karburanti ta’ Boron (CAS 7440-42-8) jew boron carbide (CAS 12069-32-8) ta’ purità ta’ 85 % jew ogħla u f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm;

6.

Materjali militari li fihom ġelifikanti għal karburanti tal-idrokarburiċi fformolati apposta għal użu f’armi li jwaddbu l-fjamma jew munizzjon inċendjarja, bħalma huma metal stearates jew palmates (eż. octal (CAS 637-12-7)) u ġelifikanti M1, M2, u M3;

7.

Perchlorates, chlorates u chromates imħallta bit-trab tal-metall jew komponenti oħra ta’ karburant b’kontenut kbir tal-enerġija;

8.

Trab sferiku tal-aluminium (CAS 7429-90-5) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ 60 μm jew inqas, manifatturat minn materjal b’kontenut ta’ aluminju ta’ 99 % jew aktar;

9.

Titanium subhydride (TiHn) ta’ stoichiometry jew ekwivalenti għal n = 0,65 sa 1,68.

Nota 1 Il-karburanti tal-ajruplani rregolati permezz ta’ ML8.c.1. huma prodotti li tlestew mhux il-kostitwenti tagħhom.

Nota 2 ML8.c.4.a. ma jirregolax taħlitiet ta’ hydrazine ifformolati apposta għall-kontroll ta’ korrużjoni.

Nota 3 Splussivi u karburanti li fihom il-metalli jew il-ligi elenkati f’ML8.c.5. huma rregolati kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-zirconium, jew il-beryllium kif ukoll jekk mhumiex.

Nota 4 ML8.c.5.b.2. ma jirregolax boron u boron carbide mogħni bil-boron-10 (20 % jew aktar tal-kontenut totali tal-boron-10).

d.

Ossidanti, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

1.

ADN (ammonium dinitramide jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (ammonium perchlorate) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula mill-fluworin u minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Halogens oħrajn:

b.

Ossiġenu; jew

c.

Nitroġenu;

Nota 1 ML8.d.3 ma jirregolax chlorine trifluoride: Ara 1C238 fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

Nota 2 ML8.d.3 ma jirregolax nitrogen trifluoride fl-istat tiegħu ta’ gass.

4.

DNAD (1,3-dinitro-1,3-diazetidine) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (hydroxylammonium nitrate) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (hydroxylammonium perchlorate) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (hydrazinium nitroformate) (CAS 20773-28-8);

8.

Hydrazine nitrate (CAS 37836-27-4);

9.

Hydrazine perchlorate (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidanti likwidi li jinkludu jew li fihom nitric acid aħmar inibit li jdaħħan (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota ML8.d.10 ma jirregolax aċidu nitriku mhux inibit li jdaħħan.

e.

Binders, plastiċizzanti, monomeri, polymers, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-‘prekursuri’ tiegħu);

2.

BAMO (bisażidometiloksetan u l-polimers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitropropyl)acetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitropropyl)formal) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butanetrjoltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-“prekursuri” tiegħu);;

6.

Monomeri enerġetiċi, plastiċizzanti u polymers li fihom gruppi ta’ nitro, azido, nitrate, nitraza jew difluoroamino fformulati apposta għal użu militari;

7.

FAMAO (3-difluoroaminomethyl-3-azidomethyl oxetane) u l-polymers tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluoro-2,2-dinitroethyl) formal) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poly-2,2,3,3,4,4-hexafluoropentane-1,5-diol formal) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poly-2,4,4,5,5,6,6-heptafluoro-2-tri-fluoromethyl-3-oxaheptane-1,7-diol formal);

11.

GAP (glycidylazide polymer) (CAS 143178-24-9) u d-derivattivi tiegħu;

12.

HTPB (hydroxyl terminated polybutadiene) b’funzjonalità ta’ hydroxyl li hija ugwali jew aktar minn 2,2 u ugwali jew inqas minn 2,4, valur tal-hydroxyl ta’ inqas minn 0,77 meq/g, u b’viskożità f’30 °Ċ ta’ inqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Poly(epichlorohydrin) bil-piż molekulari baxx (inqas minn 10 000), funzjonalizzat bl-akoħol; poly(epichlorohydrindiol) u triol;

14.

NENAs (komposti ta’ nitratoethylnitramine) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poly-GLYN, polyglycidylnitrate jew poly(nitratomethyl oxirane) (CAS 27814-48-8);

16.

Poly-NIMMO (poly nitratomethylmethyloxetane) jew poly-NMMO (poly[3-Nitratomethyl-3-methyloxetane]) (CAS 84051-81-0);

17.

Polynitroorthocarbonates;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluoroamino)ethoxy] propan jew prodott ta’ addizzjoni ta’ tris vinoxy propane) (CAS 53159-39-0).

f.

Adittivi, kif ġej:

1.

Copper salicylate bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-hydroxyethyl) glycolamide) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadienenitrileoxide) (CAS 9003-18-3);

4.

Derivattivi tal-ferrocene, kif ġej:

a.

Butacene (CAS 125856-62-4);

b.

Catocene (2,2-bis-ethylferrocenyl propane) (CAS 37206-42-1);

c.

Ferrocene carboxylic acids;

d.

n-butyl-ferrocene (CAS 31904-29-7);

e.

Derivattivi oħra tal-prodott ta’ addizzjoni ta’ polymer ferrocene;

5.

Lead beta-resorcylate (CAS 20936-32-7);

6.

Lead citrate (CAS 14450-60-3);

7.

Lead-copper chelates ta’ beta-resorcylate jew salicylates (CAS 68411-07-4);

8.

Lead maleate (CAS 19136-34-6);

9.

Lead salicylate (CAS 15748-73-9);

10.

Lead stannate (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-methyl)aziridinyl phosphine oxide) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-methyl aziridinyl) 2-(2-hydroxypropanoxy) propylamino phosphine oxide); and other MAPO derivatives;

12.

Methyl BAPO (bis(2-methyl aziridinyl) methylamino phosphine oxide) (CAS 85068-72-0);

13.

N-methyl-p-nitroaniline (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraza-1,5-pentane diisocyanate (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti organo-metalliċi ta’ akkumpanjament, kif ġejjin:

a.

Neopentyl[diallyl]oxy, tri[dioctyl]phosphato-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanium IV, 2,2[bis 2-propenolato-methyl, butanolato, tris (dioctyl) phosphato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) methyl, n-propanolatomethyl] butanolato-1, tris[dioctyl] pyrophosphate jew KR3538;

c.

Titanju IV, [(2-propenolato-1)methyl, n-propanolatomethyl] butanolato-1, tris(dioctyl)- phosphate;

16.

Polycyanodifluoroaminoethyleneoxide;

17.

Polyfunctional aziridine amides bi strutturi isophthalic, trimesic (BITA jew butylene imine tri-mesamide), isocyanuric jew trimethyladipic ta’ rinforz u sostituti ta’ 2-methyl jew 2-ethyl fiċ-ċirku tal-;

18.

Propyleneimine (2-methylaziridine) (CAS 75-55-8);

19.

Iron oxide suprafin (Fe2O3) b’erja speċifika tal-wiċċ ta’ aktar minn 250 m2/g u ta’ daqs medju tal-partiċelli ta’ 3,0 nm jew inqas;

20.

TEPAN (tetraethylenepentaamineacrylonitrile) (CAS 68412-45-3); cyanoethylated polyamines u l-imlieħ tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraethylenepentaamineacrylonitrileglycidol) (CAS 68412-46-4); cyanoethylated polyamines miżjuda bi glycidol u l-melħ tagħhom;

22.

TPB (triphenyl bismuth) (CAS 603-33-8).

g.

‘Prekursuri’, kif ġej:

NB: F'ML8.g. ir-referenzi huma għal ‘Materjali Enerġetiċi’ rregolati li huma manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (bischloromethyloxetane) (CAS 142173-26-0) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);;

2.

Dinitroazetidine-t-butyl salt (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

HBIW (hexabenzylhexaazaisowurtzitane) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

TAIW (tetraacetyldibenzylhexaazaisowurtzitane) (ara wkoll ML8.a.4.);

5.

TAT (1,3,5,7 tetraacetyl-1,3,5,7,-tetraaza cyclo-octane) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraazadecalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-trichlorobenzene (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-trihydroxybutane (1,2,4-butanetriol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll L8.e.5.).

Nota 5 Għall-ikkargar u t-tagħmir ara Ml4.

Nota 6 ML8 ma jirregolax is-sustanzi li ġejjin ħlief jekk huma komposti jew imħallta bil-‘materjal enerġetiku’ imsemmi f'ML8.a. jew b’metalli fil-forma ta’ trab f’ML8.c.:

a.

Ammonium picrate;

b.

Black powder;

c.

Hexanitrodiphenylamine;

d.

Difluoroamine;

e.

Nitrostarch;

f.

Potassium nitrate;

g.

Tetranitronaphthalene;

h.

Trinitroanisol;

i.

Trinitronaphthalene;

j.

Trinitroxylene;

k.

N-pyrrolidinone; 1-methyl-2-pyrrolidinone;

l.

Dioctylmaleate;

m.

Ethylhexylacrylate;

n.

Triethylaluminium (TEA), trimethylaluminium (TMA), u pyrophoric metal alkyls oħra u aryls ta’ lithium, sodju, manjesju, zinc jew boron;

o.

Nitrocelluose;

p.

Nitroglycerin (or glyceroltrinitrate, trinitroglycerine) (NG);

q.

2,4,6-trinitrotoluene (TNT);

r.

Ethylenediaminedinitrate (EDDN);

s.

Pentaerythritoltetranitrate (PETN);

t.

Lead azide, lead styphnate normali u bażiku, u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta’ prajmer li fihom azides or azide complexes;

u.

Triethyleneglycoldinitrate (TEGDN);

v.

2,4,6-trinitroresorcinol (styphnic acid);

w.

Diethyldiphenyl urea; dimethylidiphenyl urea; methylethyldiphenyl urea [Centralites];

x.

N,N-diphenylurea (unsymmetrical diphenylurea);

y.

Methyl-N,N-diphenylurea (methyl unsymmetrical diphenylurea);

z.

Ethyl-N,N-diphenylurea (ethyl unsymmetrical diphenylurea);

aa.

2-Nitrodiphenylamine (2-NDPA);

bb.

4-Nitrodiphenylamine (4-NDPA);

cc.

2,2-dinitropropanol;

dd.

Nitroguanidine (ara 1C011.d. fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju).

ML9
Bastimenti tal-gwerra, tagħmir u aċċessorji navali speċjali, kif ġej, u komponenti għalihom, iddisinjati apposta għal użu militari.

NB: Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11, Nota 7.

a.

Bastimenti ta’ kombattiment u bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma) ddisinjati apposta jew modifikati għal azzjoni ta’ attakk jew difensiva, kemm jekk konvertiti għal użu mhux militari kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-istat attwali ta’ tiswija jew mill-kundizzjoni tagħhom ta’ tħaddim, u kemm jekk fihom sistemi ta’ distribuzzjoni awtomatika tal-armi jew korazza kif ukoll jekk le, u u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal bastimenti bħal dawn;

b.

Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej:

1.

Magni jaħdmu bid-diesel iddisinjati apposta għas-sottomarini biż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Ħruġ ta’ qawwa ta’ 1,12 MW (1 500 hp.) jew aktar; kif ukoll

b.

Veloċità rotarja ta’ 700 rpm jew aktar;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku ddisinjati apposta għal sottomarini li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Ħruġ ta’ qawwa ta’ aktar minn 0,75 MW (1 000 hp.);

b.

Irriversjar rapidu;

c.

Imkessħa bil-likwidu; kif ukoll

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni mhux manjetiċi li jaħdmu bid-diesel iddisinjati apposta għal użu militari bi ħruġ ta’ qawwa ta’ 37,3 kW (50 hp.) jew aktar u b’kontenut mhux manjetiku li jaqbeż b’75 % l-massa totali;

4.

Sistemi ta’ Propulsjoni Indipendenti mill-Arja ddisinjati apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika

‘Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta’ propulsjoni tiegħu, mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun permess minn batteriji. Dan ma jinkludix qawwa nukleari.

c.

Apparat ta’ żvelar ta’ taħt l-ilma ddisinjat apposta għal użu militari u l-kontrolli tiegħu;

d.

Xbieki tas-sottomarini u xbieki kontra t-torpedo;

e.

Mhux użat;

f.

Penetraturi u konnekters tal-bwieq iddisinjati apposta għal użu militari li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment;

Nota ML9.f. jinkludi konnekters għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta’ diversi kondutturi, koassjali jew tal-gwida bil-mewġa, u penetraturi tal-bwieq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnekters tal-ottika fibrika u penetratur ottiċi tal-bwieq iddisinjati apposta għat-trażmissjoni tar-raġġ ‘laser’ irrispettivament mill-profondità. Dan il-punt ma jinkludix penetraturi normali tal-bwieq għax-xaft ta’ propulsjoni u għax-xaft ta’ kontroll fl-uċuħ idrodinamiċi.

g.

Kuxxinetti (bearings) silenzjużi, b’sospensjoni bil-gass jew manjetika, b’kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet jew tal-fulminata, u tagħmir li fih dawk il-kuxxinetti, iddisinjati apposta għal użu militari.

ML10
‘Ajruplani’, ‘vetturi eħfef mill-arja’, vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, magni tal-ajronawtika u tagħmir għall-‘ajruplani’, tagħmir u komponenti relatati, iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, kif ġej:

NB: Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ nagivazzjoni, ara ML11, Nota 7.

a.

‘Ajruplani’ tal-ġlied u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b.

‘Ajruplani’ u ‘vetturi eħfef mill-arja’ oħra ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, inklużi t-tkixxif militari, l-attakk, it-taħriġ militari, it-trasportazzjoni u t-tfigħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari, appoġġ għal-loġistika, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

c.

Vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi vetturi tal-ajru misjuqa mill-bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u ‘vetturi eħfef mill-arja’;

2.

Apparat assoċjat ta’ illanċjar u tagħmir għal appoġġ fuq l-art;

3.

Tagħmir relatat għall-kmand u l-kontroll;

d.

Magni tal-ajronawtika ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

e.

Tagħmir tal-ajru, inkluż tagħmir għar-riforniment tal-karburant waqt titjira, iddisinjat apposta għal użu mal-‘ajruplani’ rregolati minn ML10.a. jew ML10.b. jew il-magni tal-ajronawtika rregolati minn ML10.d., u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

f.

Apparat għal riforniment bi pressjoni tal-karburant, tagħmir għal riforniment tal-karburant, tagħmir iddisinjat apposta biex jiffaċilita operazzjonijiet f’żoni konfinati u tagħmir ta’ fuq l-art, żviluppati apposta għall-‘ajruplani’ rregolati minn ML10.a. jew ML10.b., jew għal magni tal-ajronawtika rregolati minn ML10.d.;

g.

Elmi militari u maskli protettivi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, tagħmir taħt pressjoni għan-nifs u lbies bi pressjoni parzjali għal użu f‘ajruplani’, ilbies kontra l-gravità, konvertituri tal-ossiġenu likwidu użati għall-‘ajruplani’ jew il-missili, u katapulti u tagħmir attivat permess ta’ kariga splussiva għall-ħarba tal-persunal mill-‘ajruplan’ f’każ ta’ emerġenza;

h.

Paraxuts u tagħmir relatat, użat għall-persunal tal-ġlied, tfigħ ta’ merkanzija jew deċelarazzjoni tal-‘ajruplan’, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Paraxuts għal:

a.

Tfigħ ta’ morini f’pożizzjoni preċiża;

b.

Tfigħ ta’ paratruppi;

2.

Paraxuts tal-merkanzija;

3.

Paragliders, paraxuts li jaħdmu permezz tar-reżistenza, paraxuts stabilizzaturi għall-kontroll tal-istabilità u l-pożizzjoni tagħhom waqt it-titjira ta’ korpi f’waqgħa vertikali (per eżempju, kapsuli ta’ rkupru, sedili ta’ espulsjoni, bombi);

4.

Paraxuts stabilizzaturi għal użu ma’ sistemi ta’ sedili ta’ espulsjoni li jirregolaw is-sekwenza ta’ ftuħ u nfiħ ta’ paraxuts tal-emerġenza;

5.

Paraxuts ta’ rkupru għal missili gwidati, vetturi tal-ajru mingħajr pilota jew vetturi spazzjali;

6.

Paraxuts ta’ avviċinament u paraxuts għad-deċelerazzjoni għall-inżul;

7.

Paraxuts militari oħra;

8.

Tagħmir iddisinjat apposta għal paraxutisti ta’ altitudni għolja (per eżempju lbies, elmi speċjali, sistemi għan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku għal tagħbija mitfugħa bil-paraxut; tagħmir iddisinjat jew immodifikat apposta għal użu militari għall-inżul bi ftuħ ikkontrollat fi kwalunkwe għoli, inkluż tagħmir tal-ossiġenu.

Nota 1 ML10.b. ma jirregolax ‘ajruplani’ jew varjanti ta’ dawk ‘l-ajruplani’ iddisinjati apposta għal użu militari li:

a.

Mhumiex konfigurati għal użu militari u mhumiex mgħammra b’tagħmir jew aċċessorji ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari; kif ukoll

b.

Ġew iċċertifikati għal użu ċivili mill-awtorità tal-avjazzjoni ċivili fi stat parteċipanti tal-Arranġament ta’ Wassenaar.

Nota 2 ML10.d. ma jirregolax:

a.

Magni tal-ajronawtika ddisinjati jew immodifikati għal użu militari li ġew iċċertifikati minn awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fi stat parteċipanti fl-Arranġament ta’ Wassenaar għal użu f'‘ajruplani ċivili’, jew komponenti ddisinjati apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti ddisinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddisinjati apposta għal vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.

Nota 3 Ir-regolament f'ML10.b. u ML10.d. fuq komponenti ddisinjati apposta u tagħmir relatat għal ‘ajruplani’ mhux militari jew magni tal-ajronawtika mmodifikati għal użu militari japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir relatat militari meħtieġ għall-immodifikar għal użu militari.

ML11
Tagħmir elettroniku mhux regolat x’imkien ieħor fuq il-lista komuni militari tal-UE, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għal użu militari;

Nota ML11 jinkludi:

1.

Tagħmir ta’ kontramiżura elettronika u tagħmir ta’ kontra-kontramiżura elettronika (jiġifieri, tagħmir maħsub biex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f’riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċezzjoni, l-operat jew l-effettività ta’ riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta’ kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta’ disturbazzjoni jew kontradisturbazzjoni;

2.

Tubi b’aġilità ta’ frekwenza;

3.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi ddisinjati jew għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta’ tagħrif sigriet militari jew ta’ sigurtà jew inkella b’kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

4.

Tagħmir ta’ kontramiżuri ta’ taħt l-ilma, inkluż tagħmir ta’ disturbazzjoni u ta’ distrazzjoni akustiku u manjetiku ddisinjat biex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f’riċevituri sonarji;

5.

Tagħmir ta’ sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta’ sigurtà għal linji ta’ trasmissjoni u ta’ senjalazzjoni, bl-użu ta’ proċessi ta’ ċċifrar;

6.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-installazzjoni ta’ ċifrarji u r-rekwiżiti kollha tat-tfassil ta’ sistema krittografika, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ ċifrarji;

7.

Tagħmir ta’ gwida u navigazzjoni;

8.

Tagħmir ta’ trasmissjoni ta’ komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitali;

9.

Demodulaturi diġitali ddisinjati apposta għal tagħrif sigriet ta’ sinjali.

b.

Tagħmir għad-disturbazzjoni ta’ Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS).

ML12
Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika ddisinjati apposta għall-qerda jew l-abort ta’ bersall;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projetturi u sistemi tal-enerġija kinetika.

NB: Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1 ML12 jinkludi li ġej meta ddisinjati apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta’ propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċelleraw mases akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu 1,6 km/s, f’modi ta’ tluq uniċi jew rapidi.

b.

Tagħmir ta’ produzzjoni ta’ qawwa immedjata disponibbli, ta’ korazza elettrika, ta’ ħażna ta’ enerġija, ta’ ġestjoni termali, ta’ kundizzjonament, ħażna ta’ enerġija, kommutazzjoni, jew ta’ manipulazzjoni tal-karburant; u interfaces tal-elettriku bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet ta’ gwida elettrika tat-turretta;

c.

Sistemi ta’ akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta’ riċerka, ta’ gwida jew ta’ propulsjoni devjata (aċċellerazzjoni laterali) għal-projettili.

Nota 2 ML12 jirregola sistema ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

c.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq).

ML13
Tagħmir blindat jew protettiv u kostruzzjonijiet u komponenti, kif ġej:

a.

Pjanċa korazzata kif ġej:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma’ standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għal użu militari;

b.

Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew non-metalliċi jew taħlitiet tagħhom iddisinjati apposta biex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

c.

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom iddisinjati apposta, jiġifieri qafas tal-elmu, inforra u kuxxinett ta’ rinforz;

d.

Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi manifatturati f’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

Nota 1 ML13.b. jinkludi materjali ddisinjati apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew biex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2 ML13.c. ma jirregolax elmi tal-azzar konvenzjonali, la dawk immodifikati u lanqas dawk iddisinjati biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta’ apparat aċċessorju.

Nota 3 ML13.c. u d. ma jirregolawx elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Nota 4 L-uniċi elmi ddisinjati apposta għal persunal responsabbli li jinnewtralizzaw il-bombi li huma rregolati mill-ML13. huma dawk iddisinjati apposta għal użu militari.

NB 1: Ara wkoll l-annotazzjoni 1A005 fuq il-Lista ta’ Użu Doppju tal-UE.

NB 2: Għal ‘materjali fibrużi jew filamentari’ użati fil-manifattura ta’ korazza tal-ġisem u elmi, ara l-annotazzjoni 1C010 fil-Lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

ML14
Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulanti ddisinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma rregolata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu ‘tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’ jinkludi tipi militari ta’ taħriġ ta’ attakk, ta’ taħriġ ta’ titjir operattiv, ta’ taħriġ għall-bersall bir-radar, ta’ ġeneraturi ta’ bersall bir-radar, ta’ apparat ta’ taħriġ fl-isparar, ta’ taħriġ għall-gwerra kontra s-sottomarini, ta’ simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, maħsuba għat-taħriġ ta’ piloti/astronawti), ta’ taħriġ bir-radar, ta’ simulaturi ta’ titjir strumentali, ta’ simulaturi ta’ navigazzjoni, ta’ simulaturi ta’ tfigħ ta’ missili, ta’ tagħmir għall-bersall, ta’ ‘ajruplani’ telegwidati, ta’ taħriġ tal-armamenti, ta’ taħriġ għall-gwida ta’ ‘ajruplani’ mingħajr pilota, ta’ unitajiet ta’ taħriġ mobbli u ta’ tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.

Nota 1 ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għal simulaturi meta ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari.

Nota 2 ML14 ma jirregolax tagħmir iddisinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15
Tagħmir ta’ immaġini jew kontramiżura, kif ġej, iddisinjat apposta għal użu militari, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

a.

Reġistraturi u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli;

c.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;

d.

Tagħmir għal viżjoni bl-infra-aħmar jew għal viżjoni termali;

e.

Tagħmir għal elaborazzjoni tal-immaġni bir-radar;

f.

Tagħmir ta’ kontramiżura jew ta’ kontra-kontramiżura għat-tagħmir irregolat mis-subpunti ML15.a. sa ML15.e.

Nota ML15.f. jinkludi tagħmir iddisinjat biex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta’ elaborazzjoni tal-viżjoni jew biex inaqqas l-effetti ta’ degradazzjoni bħal din.

Nota 1 It-terminu ‘komponenti ddisinjati apposta’ jinkludi dan li ġej meta ddisinjati apposta għal użu militari:

a.

Tubi konvertituri tal-immaġni bid-dawl infra-aħmar;

b.

Tubi intensifikaturi tal-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);

c.

Pjanċi tat-tip microchannel;

d.

Tubi ta’ kamera tat-televiżjoni b’livell baxx ta’ dawl;

e.

Muntaturi ta’ apparat għall-iżvelar (inklużi sistemi ta’ interkonnessjoni elettronika jew sistemi ta’ interpretazzjoni);

f.

Tubi piroelettriċi tal-kameras tat-televiżjoni;

g.

Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta’ viżjoni;

h.

Xaters attivati elettrikament tat-tip fotokromiku jew elettro-ottiku b’veloċità tax-xater ta’ anqas minn 100 µs, ħlief fil-każ ta’ xaters li huma parti essenzjali ta’ kamera b’veloċità għolja;

i.

Invertituri tal-immaġni b’fibra ottika;

j.

Fotokatodi b’semikondutturi komposti

Nota 2 ML15 ma jirregolax ‘tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni’ jew tagħmir iddisinjat apposta biex jinkorpora ‘tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni’.

NB: Għall-istatus ta’ weapon sights li jinkorporaw “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” ara l-iskrizzjonijiet ML1., ML2. u ML5.a.

NB: Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fil-lista tal-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b’użu doppju.

ML16
Foroġ, forom u prodotti mhux kompluti oħrajn li l-użu tagħhom fi prodott irregolat huwa identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni, u li huma ddisinjati apposta għal kwalunkwe prodott irregolati minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

ML17
Tagħmir, materjali u libreriji mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta’ taħt l-ilma, kif ġej:

1.

Apparat b’ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq (b’riġenerazjoni tal-arja) ddisinjat apposta għal użu militari (jiġifieri, iddisinjat apposta sabiex ma jkunx manjetiku);

2.

Komponenti ddisinjati apposta għal użu fil-konverżjoni ta’ apparat b’ċirkwit miftuħ għal użu militari;

3.

Artikoli ddisinjati esklussivament għal użu militari b’awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta’ taħt l-ilma;

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għal użu militari;

c.

Aċċessorji, passati u trattamenti għat-trażżin tal-fulminata, iddisinjati apposta għal użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddisinjat apposta għal użu f’żona ta’ ġlied;

e.

‘Robots’, unitajiet ta’ kontroll tar-‘robot’ u t-‘tarf ta’ tagħmir ddisinjat għal interazzjoni mal-ambjent’ tar-‘robot’, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddisinjati apposta għal użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta’ linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati esternament minn frammenti ballistiċi (per eżempju, li jinkorporaw linji awtosiġillanti) u ddisinjati biex jużaw fluwidi idrawliċi bi flashing point ogħla minn 839 K (566 °Ċ); jew

3.

Iddisinjati jew predisposti apposta biex joperaw f’ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

f.

Libreriji (databases parametriċi tekniċi) iddisinjati apposta għal użu militari ma’ tagħmir irregolat mil-Lista Komuni Militari tal-UE;

g.

Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta’ propulsjoni, inklużi ‘reatturi nukleari’, iddisinjati apposta għal użu militari u komponenti għalihom iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

h.

Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għat-trażżin tal-fulminata, iddisinjat apposta għal użu militari, minbarra dawk irregolati x’imkien ieħor fil-Lista Komuni Militari tal-UE;

i.

Simulaturi ddisinjati apposta għal ‘reatturi nukleari’ militari;

j.

Kmamar mobbli tat-tiswija ddisinjati jew immodifikati apposta għal manutenzjoni ta’ tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta’ fuq il-post iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

l.

Kontenituri ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

m.

Laneċ, minbarra dawk irregolati x’imkien ieħor fil-Lista Komuni Militari tal-UE, pontijiet u puntuni, iddisinjati apposta għal użu militari;

n.

Mudelli ta’ ttestjar iddisinjati apposta għall-‘iżvilupp’ ta’ artikli rregolati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta’ protezzjoni mil-lejżer (per eżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddisinjat apposta għal użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Għall-fini ta’ ML17, it-terminu ‘librerija’ (database teknika parametrika) jfisser kollezzjoni ta’ informazzjoni teknika ta’ natura militari, li r-referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ tagħmir jew sistemi militari.

2.

Għall-fini ta’ ML17, ‘immodifikat’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddisinjat apposta għal użu militari.

ML18
Tagħmir għall-produzzjoni ta’ prodotti rregolati mil-lista komuni militari tal-UE, kif ġej:

a.

Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal jew immodifikat apposta għall-produzzjoni ta’ prodotti kkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE, u komponenti mfassla apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali ddisinjati apposta jew tagħmir iddisinjat apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ prodotti rregolati mil-Lista Komuni Militari tal-UE.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta’ ML18, it-terminu ‘produzzjoni’ jinkludi disinn, eżaminar, manifattura, ittestjar u kontroll.

Nota ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Operat b’mutur jew muturi li għandu/għandhom ġibda (horsepower) totali vvalutat ta’ aktar minn 298 kW (400 h.p.);

2.

Kapaċi jġorr tagħbija utli ta’ 113 kg jew aktar; or

3.

Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta’ 8 g jew aktar fuq tagħbija utli ta’ 91 kg jew aktar;

c.

Pressaturi għad-deidratazzjoni;

d.

Ekstruders tal-viti ddisinjati jew immodifikati apposta għal estrużjoni militari splussiva;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta’ propellenti estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta’ dijametru ta’ 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott ‘il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal propellenti solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingredjenti ta’ splussivi militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f’ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta’ konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f’ML8.c.3.

ML19
Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ‘lejżer’ iddisinjati apposta għall-qerda tal-bersall tagħhom jew biex jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta’ dan il-bersall;

b.

Sistemi b’raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu l-bersall tagħhom jew li kapaċi jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta’ dan il-bersall;

c.

Sistemi b’qawwa għolja ta’ frekwenza-radju (RF) kapaċi li jeqirdu l-bersall tagħhom jew li kapaċi jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta’ dan il-bersall;

d.

Tagħmir imfassal apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi rregolati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti kontrollati minn dan il-Punt.

f.

Sistemi ta’ mewġa kontinwa jew ‘lejżer’ ta’ pulsazzjonijiet iddisinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux modifikata, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista.

Nota 1 Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta rregolati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom toriġina mill-applikazzjoni kontrollata ta’:

a.

‘Lejżers’ ta’ mewġa kontinwa jew qawwa ta’ pulsazzjonijiet suffiċjenti biex tikkawża qerda simili għall-metodu ta’ munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta’ partiċelli li jipproġettaw raġġ ta’ partiċelli ċċarġjati jew newtrali b’qawwa distruttiva;

c.

Trasmettituri ta’ raġġ ta’ frekwenza radju b’qawwa ta’ pulsazzjoni għolja jew qawwa medja għolja li jipproduċu kampijiet biżżejjed intensi li jwaqqfu l-ħidma ta’ ċirkwiti elettroniċi ta’ bersall tagħhom fil-bogħod.

Nota 2 ML19 jinkludi li ġej meta ddisinjat apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija diretta:

a.

Ġenerazzjoni ta’ qawwa primarja, ħażna ta’ enerġija, iswiċċjar, kundizzjonar tal-qawwa jew tagħmir għall-manipulazzjoni tal-karburant;

b.

Akkwist ta’ bersall jew sistemi ta’ ittrekkjar;

c.

Sistemi li kapċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew il-falliment tal-missjoni ta’ dan il-bersall;

d.

Tagħmir għal manipulazzjoni propogazzjoni jew ippuntar tar-raġġi;

e.

Tagħmir b’kapaċità tar-raġġ multidirezzjonali għal operazzjonijiet b’bersalli multipli rapidi;

f.

Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injetturi tal-kurrent għal raggi tal-joni negattivi tal-idroġenu;

h.

Komponenti ta’ aċċelleratur ta’ ‘spazju kwalifikat’;

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta’ joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jagħti multidirezzjoni lil raġġ ta’ joni ta’ enerġija għolja;

k.

Tejp ta’ ‘spazju kwalifikat’ biex jinnewtralizza raġġi negattivi ta’ isotopi tal-idroġenu.

ML20
Tagħmir krijoġeniku u ‘superkonduttiv’, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:

a.

Tagħmir imfassal apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K (– 170 °C);

Nota ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi mhux metalliċi jew mhux elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-epoxy.

b.

Tagħmir elettriku ‘superkonduttiv’ (makkinarju rotanti u trasformaturi) ddisinjat jew immuntat apposta biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li jopera waqt li jkun f’moviment.

Nota ML20.b. ma jirregolax ġeneraturi ibridi omopolari ta’ kurrent dirett li għandhom kutramenti tal-metall normali b’pol wieħed li jduru f’żona manjetika prodotta b’bobini superkondutturi, jekk dawk il-bobini huma l-uniċi komponent superkonduttur tal-ġeneratur.

ML21
‘Softwer’, kif ġej:

a.

‘Softwer’ iddisinjat jew modifikat apposta għall-‘iżvilupp’, ‘il-produzzjoni’ jew ‘l-użu’ ta’ tagħmir jew materjali rregolati mil-Lista Komuni Militari tal-UE;

b.

‘Softwer’ speċifiku, kif ġej:

1.

‘Softwer’ iddisinjat apposta għal:

a.

Immudellar, simulazzjoni jew evalwazzjoni ta’ sistemi ta’ armi militari;

b.

‘Żvilupp’, monitoraġġ, manutenzjoni jew aġġornament ta’ ‘softwer’ li huwa parti minn sistemi ta’ armi militari;

c.

Immudellar jew simulazzjoni ta’ xenarji ta’ operazzjonijiet militari;

d.

Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Tagħrif Sigriet (C3I) jew applikazzjonijiet ta’ Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Tagħrif Sigriet (C4I);

2.

‘Softwer’ biex ikunu determinati l-effetti ta’ armi tal-gwerra konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi.

3.

‘Softwer’, mhux irregolat minn ML21.a., b.1. jew b.2., iddisinjat jew modifikat apposta biex jippermetti li tagħmir mhux irregolat mil-Lista Komuni Militari tal-UE jwettaq il-funzjonijiet militari ta’ tagħmir kontrollat mil-Lista Komuni Militari tal-UE.

ML22
‘Teknoloġija’, kif ġej:

a.

“Teknoloġija” barra minn dik speċifikata f'ML22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti kontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

b.

‘Teknoloġija’, kif ġej:

1.

‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ għad-disinn ta’, l-immuntar ta’ komponenti fi, u l-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ installazzjonijiet kompluti ta’ produzzjoni għal oġġetti rregolati mil-Lista Komuni Militari tal-Unjoni Ewropea, ukoll jekk il-komponenti ta’ dawn l-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ma humiex irregolati;

2.

‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’ u l-‘produzzjoni’ ta’ armamenti żgħar ukoll jekk użata biex tipproduċi riproduzzjonijiet ta’ armamenti antiki żgħar;

3.

‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ aġenti tossikoloġiċi, tagħmir jew komponenti relatati rregolati minn ML7.a. sa ML7.g..;

4.

‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ ‘bijopolimeri’ jew kulturi ta’ ċelloli speċifiċi rregolati minn ML7.h.;

5.

‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ esklussivament għall-inkorporazzjoni ta’ ‘bijokatalisti’, irregolati minn ML7.i.1., f’sustanzi vetturi militari jew materjal militari.

Nota 1 ‘Teknoloġija’‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ artikli rregolati fil-Lista Komuni Militari tal-Unjoni Ewropea tibqa’ taħt kontroll ukoll meta applikabbli għal kwalunkwe artiklu mhux irregolat.

Nota 2 ML22 ma jirregolax ‘teknoloġija’ kif ġej:

a.

Li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operati, il-manutenzjoni (kontroll) u t-tiswija ta’ dawk l-artikli li mhumiex irregolati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;

b.

Li hija ‘fl-isfera pubblika’, ‘riċerka xjentifika bażika’ jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta’ brevetti;

c.

Għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta’ tagħmir ta’ trasport ċivili.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/37


DIRETTIVA 2009/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artiklu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbiliet reġim li fih jiġu żgurati l-finalità tal-ordnijiet ta’ trasferiment u l-innettjar, kif ukoll l-infurzabilità tas-sigurtà kollaterali, fir-rigward ta’ parteċipanti domestiċi kif ukoll dawk barranin fis- sistemi tal-ħlas ta’ pagamenti u titoli.

(2)

Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2006 dwar id-Direttiva dwar Finalità ta’ Settlement 98/26/KE ikkonkluda li, b’mod ġenerali, li d-Direttiva 98/26/KE qed taħdem sew. Ir-rapport enfasizza li fil-qasam tas-sistemi tal-ħlas ta’ pagamenti u titoli jistgħu jkunu għaddejjin xi bidliet importanti u kkonkluda wkoll li hemm xi ħtieġa li tkun iċċarata u ssimplifikata d-Direttiva 98/26/KE.

(3)

Il-bidla ewlenija, madankollu, hi l-għadd dejjem akbar ta’ konnessjonijiet bejn is-sistemi, li fiż-żmien meta kienet abbozzata d-Direttiva 98/26/KE, kienu joperaw kważi esklussivament fuq bażi nazzjonali u indipendenti. Din il-bidla hija waħda mir-riżultati tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (5), u l-Kodiċi ta’ kondotta Ewropew għall-clearing u l-ħlas. Bil-għan li jsir adattament għal dawk l-iżviluppi, il-kunċett ta’ sistema interoperabbli u r-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistemi għandhom jiġu ċċarati.

(4)

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ħolqot qafas ġuridiku Komunitarju uniformi għall-użu (transkonfinali) ta’ kollateral finanzjarju u b’hekk abolixxiet il-parti l-kbira tal-ħtiġiet tradizzjonalment imposti fuq l-arranġamenti kollaterali.

(5)

Il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li jintroduċi talbiet għal kreditu bħala tip eliġibbli ta’ kollateral għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema mill-1 ta’ Jannar 2007. Sabiex jimmassimizza l-impatt ekonomiku tal-użu ta’ talbiet ta’ kreditu, il-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2002/47/KE. Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar id-Direttiva dwar Arranġamenti Finanzjarji Kollaterali (2002/47/KE) indirizza din il-kwistjoni u ssottoskriva l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-użu ta’ talbiet għal kreditu se jżid il-ġabra ta’ kollateral disponibbli. Barra minn hekk, aktar armonizzazzjoni fil-qasam tas-sistemi ta’ settlment ta’ pagament u titoli tkompli tikkontribwixxi sabiex ikun hemm l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fost l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri kollha. Kieku l-użu tat-talbiet għal kreditu bħala kollateral kellu jkun iffaċilitat aktar, il-konsumaturi u d-debituri jibbenefikaw ukoll minħabba li l-użu tat-talbiet għal kreditu bħala kollateral fl-aħħar jista’ jwassal għal kompetizzjoni aktar intensiva u disponibbiltà aħjar ta’ krediti.

(6)

Bil-għan li jkun iffaċilitat l-użu tat-talbiet għal kreditu, huwa importanti li tiġi abolita jew ipprojbita kwalunkwe regola amministrattiva, bħall-obbligi ta’ notifika u reġistrazzjoni, li tagħmel l-għotjiet tat-talbiet għal kreditu imprattikabbli. B’mod simili, bil-għan li ma tkunx kompromessal-pożizzjoni tar-riċevituri tal-kollateral, id-debituri għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw b’mod validu għad-drittijiet ta’ tpaċija tagħhom fil-konfront tal-kredituri. L-istess raġunament għandu japplika wkoll għall-ħtieġa li tkun introdotta l-possibbiltà li d-debitur jirrinunzja r-regoli tas-segretezza bankarja, minħabba li jekk dan ma jkunx il-każ ir-riċevitur tal-kollateral jista’ ma jkollux biżżejjed informazzjoni biex jivvaluta b’mod adatt il-valur tat-talbiet għal kreditu sottostanti. Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi (7)

(7)

L-Istati Membri m’għamlu l-ebda użu mill-possibbiltà skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/47/KE li jagħżlu li ma japplikawx id-dritt ta’ approprjazzjoni tar-riċevitur tal-kollateral. Għaldaqstant, dik id-dispożizzjoni għandha titħassar.

(8)

Għalhekk, id-Direttivi 98/26/KE u 2002/47/KE għandhom jiġu emendati.

(9)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal- liġijiet (8) l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li jindikaw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-m iżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Il-premessa 8 għandha tiġi mħassra.

(2)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(14a)

Billi l-awtoritajiet kompetenti jew s-sorveljaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi li jistabbilixxu s-sistemi interoperabbli jaqblu, kemm jista’ jkun possibbli, dwar regoli komuni dwar il-mument tad-dħul fis-sistemi interoperabbli. L-awtoritajiet kompetenti u s-sorveljaturi nazzjonali għandhom jiżguraw li r-regoli dwar il-mument tad-dħul fis-sistemi interoperabbli jkunu kkoordinati, sa fejn dan ikun possibbli u meħtieġ, sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali f’każ li jinqalgħu xi problemi f’sistema li tkun qed tipparteċipa.”.

(3)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(22a)

Billi fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni rigward liema regoli dwar il-mument tad-dħul u l-irrevokabbiltà japplikaw, jista’ jesponi lill-parteċipanti f’sistema waħda, jew anki lill-operatur tas-sistema stess, għall-effetti ta’spillover ta’ nuqqas fis-sistema l-oħra. Bil-għan li jitnaqqas ir-riskju sistemiku, huwa mixtieq li jkun previst li l-operaturi tas-sistema ta’ sistemi interoperabbli jikkoordinaw ir-regoli dwar il-mument tad-dħul u l-irrevokabbiltà fis-sistemi li huma joperaw.”.

(4)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-kelma “eku” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “euro”;

(b)

fil-punt (c), it-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

operazzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest tal-funzjoni tagħhom bħala banek ċentrali.”.

(5)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

bejn tliet parteċipanti jew aktar, minbarra l-operatur tas-sistema ta’ dik is-sistema, aġent għas-settlement potenzjali, kontroparti ċentrali potenzjali, clearing house potenzjali jew parteċipant indirett potenzjali, b’regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-clearing, kemm permezz ta’ kontroparti ċentrali kif ukoll mingħajru jew l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bejn il-parteċipanti,”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Arranġament miftiehem bejn żewġ sistemi interoperabbli m’għandux jitqies bħala sistema.”;

(b)

fil-punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“—

istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u ż-żamma ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (*) inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva,

ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (**), ħlief l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tagħha,

(*)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1."

(**)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.”;"

(c)

il-punt (f) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

‘parteċipant’ għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għas-settlement, clearing house jew operatur tas-sistema.”;

(ii)

It-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Stat membru jista’ jiddeċiedi li għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva parteċipant indirett jista’ jitqies bħala parteċipant jekk dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ riskju sistematiku. Fejn parteċipant indirett jitqies li jkun parteċipant abbażi ta’ riskju sistemiku, dan ma jillimitax ir-responsabilità tal-parteċipant li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment lis-sistema.”;

(d)

Il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

‘parteċipant indirett’ għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għas-settlement, clearing house jew operatur tas-sistema b’relazzjoni kuntrattwali ma’ parteċipant f’sistema li teżegwixxi ordnijiet ta’ trasferiment li jippermettu li l-parteċipant indirett jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment mis-sistema; sakemm l-parteċipant indirett ikun magħruf lill-operatur tas-sistema.”;

(e)

Il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

‘titoli’ għandha tfisser l-istrumenti kollha li jissemmew fit-taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;”;

(f)

fil-punt (i), l-ewwel inċiż għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

kull istruzzjoni minn parteċipant sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ riċevitur ammont ta’ flus permezz ta’ reġistrazzjoni fil-kontijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, bank ċentrali, kontroparti ċentrali jew aġent għas-settlement, jew kwalunkwe istruzzjoni li tirriżulta fis-suppożizzjoni jew fir-rilaxx ta’ obbligu ta’ ħlas kif definit mir-regoli tas-sistema, jew”;

(g)

il-punt (l) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

‘kont ta’ settlement’ għandha tfisser kont fil-bank ċentrali, aġent għas-settlement jew kontroparti ċentrali użat sabiex jinżammu fondi jew titoli u sabiex jitħallsu tranżazzjonijiet bejn parteċipanti f'sistema;”;

(h)

il-punt (m) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(m)

‘sigurtà kollaterali’ għandha tfisser l-assi realizzabbli kollha, inklużi, mingħajr limitazzjonijiet, il-kollateral finanzjarju msemmi fl-Artikolu 1(4)(a) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (***), ipprovduti b’rahan (inklużi flus ipprovduti b’rahan), xiri mill-ġdid jew ftehim simili, jew mezz ieħor, bil-għan li jkunu żgurati drittijiet u obbligi li potenzjalment jirriżultaw b’konnessjoni ma’ sistema jew ikunu pprovduti lill-banek ċentrali tal-Istati Membri jew lill-Bank Ċentrali Ewropew;

(***)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.”;"

(i)

il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“(n)

‘jum ta’ negozju’ għandha tkopri s-servizzi ta’ settlement ta’ bi nhar u ta’ bil-lejl u għandha tinkludi l-avvenimenti kollha li jiġru matul iċ-ċiklu tan-negozju ta’ sistema;

(o)

‘sistemi interoperabbli’ għandha tfisser żewġ sistemi jew aktar li l-operaturi tas-sistema tagħhom ikunu daħlu f’arranġament bejniethom li jinvolvi l-eżekuzzjoni minn sistema għall-oħra ta’ ordnijiet ta’ trasferiment;

(p)

‘operatur ta’ sistema’ għandha tfisser l-entità jew l-entitajiet legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema. Operatur ta’ sistema jista’ jaġixxi wkoll bħala aġent għas-settlement, kontroparti ċentrali jew clearing house.”.

(6)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment u t-totalizzar(netting) għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi, anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant, ladarba l-ordnijiet ta’ trasferiment ikunu ddaħħlu fis-sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti ta’ falliment kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika anke fil-każ ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli) jew kontra l-operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant.

Fejn l-ordnijiet ta’ trasferiment jiddaħħlu f’sistema wara l-mument tal-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment u jitwettqu fil-jum tan-negozju, kif ġie definit mir-regoli tas-sistema, li matulu jseħħ il-bidu ta’ tali proċedimenti, dawn għandhom ikunu legalment infurzabbli u vinkolanti fuq partijiet terzi biss jekk l-operatur tas-sistema jista’ jipprova li, fil-ħin meta tali ordnijiet ta’ trasferiment saru irrevokabbli, ma kienx konxju, u lanqas ma kellu jkun konxju, bil-bidu ta’ tali proċedimenti.”;

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha stess il-mument ta’ dħul fis-sistema tagħha, b’tali mod li tiżgura, safejn possibbli, li r-regoli tas-sistemi interoperabbli kkonċernati kollha huma kkoordinati f’dan ir-rigward. Sakemm ma jkunx espressament previst mir-regoli tas-sistemi kollha, li huma parti tas-sistema interoperabbli, ir-regoli ta’ sistema waħda dwar il-mument ta’ dħul m’għandhom ikunu affettwati mill-ebda regola tas-sistemi l-oħrajn li magħhom hi tkun interoperabbli.”.

(7)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant jew operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli m’għandux jipprevjeni li fondi jew titoli disponibbli fil-kont tal-ħlas ta’ dak il-parteċipant ikunu użati sabiex iwettqu l-obbligi ta’ dak il-parteċipant fis-sistema (jew f’sistema interoperabbli) fil-jum tan-negozju tal-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li faċilità ta’ kreditu tat-tali parteċipant konnessa mas-sistema tintuża kontra s-sigurtà kollaterali eżistenti disponibbli għat-twettiq tal-obbligi tal-parteċipant fis-sistema jew f’sistema interoperabbli.”.

(8)

Fl-Artikolu 5, is-subparagrafu għandu jiġi miżjud:

“Fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha stess il-mument ta’ irrevokabbiltà, b’ tali mod li tiżgura, safejn possibbli, li r-regoli tas-sistemi interoperabbli kkonċernati kollha huma kkoordinati f’dan ir-rigward. Sakemm ma jkunx espressament previst mir-regoli tas-sistemi kollha li huma parteċipanti fis-sistemi interoperabbli, ir-regoli ta’ sistema waħda dwar il-mument ta’ irrevokabbiltà m’għandhom ikunu affettwatti mill-ebda regola tas-sistemi l-oħrajn li magħhom hi tkun interoperabbli.”.

(9)

L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Proċedimenti ta’ falliment m’għandhomx ikollhom effett retroattiv fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipant li joriġinaw minn, jew b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tiegħu f’sistema qabel il-mument tal-bidu ta’ tali proċedimenti kif definit fl-Artikolu 6(1). Dan għandu japplika inter alia b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipant f’sistema interoperabbli jew ta’ operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li ma jkunx parteċipant.”.

(10)

L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Id-drittijiet ta’ operatur tas-sistema jew ta’ parteċipant għas-sigurtà kollaterali pprovduti lilhom b’konnessjoni ma’ sistema jew kwalunkwe sistema interoperabbli, u d-drittijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri jew tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sigurtà kollaterali pprovduta lilhom, m’għandhomx ikunu affettwati minn proċeduri ta’ falliment kontra::

(a)

parteċipant (fis-sistema kkonċernata jew f’sistema interoperabbli),

(b)

operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli li mhuwiex parteċipant,

(c)

kontroparti għall-banek ċentrali tal-Istati Membri jew il-Bank Ċentrali Ewropew, jew

(d)

parti terza.li tipprovdi sigurta’ kollaterali.

Tali sigurtà kollaterali tista’ tiġi realizzata sabiex jiġu ssodisfati dawk id-drittijiet.

2.   Meta t-titoli li jinkludu drittijiet f’titoli huma provduti bħala sigurtà kollaterali għall-parteċipanti, l-operaturi tas-sistemi u il-banek ċentrali tal-Istati Membri jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif deskritt fil-paragrafu 1, u d-dritt tagħhom jew dak ta’ kull kandidat, aġent jew parti terza li j/taġixxi f’isimhom fir-rigward tat-titoli hija/huwa legalment reġistrat f'reġistru, kont jew sistema depositorja ċentralizzata li tinsab fi Stat Membru, id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ tali entitajiet bħala detenturi ta’ sigurtà kollaterali fir-rigward ta’ dawk it-titoli għandha tkun regolata mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.”.

(11)

L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sistemi, u l-operaturi tas-sistemi rispettivi, li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li jkunu għażlu skont l-Artikolu 6(2).

L-operatur tas-sistema għandu jindika lill-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli l-parteċipanti fis-sistema, inkluż kwalunkwe parteċipanti indiretti potenzjali, kif ukoll kwalunkwe bidla fihom.

Barra mill-indikazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu superviżjoni jew ħtiġiet ta’ awtorizzazzjoni fuq sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

L-istituzzjoni għandha, fuq talba, tinforma kwalunkwe persuna bis-sistemi li fihom tipparteċipa u tipprovdi informazzjoni dwar ir-regoli prinċipali li jirregolaw l-operazzjoni ta’ dawk is-sistemi.

2.   Is-sistema li tintgħażel qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda id-Direttiva 98/26/KE taldwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollateral rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (****) għandha tibqa’ tkun dik magħżula għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

L-ordni ta’ trasferiment li tidħol fis-sistema qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2009/44/KE, li madankollu titħallas wara dak iż-żmien għandha titqies li hi ordni ta’ trasferiment għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(****)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37.”"

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-Premessa 9 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(9)

Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi għall-partijiet li jużaw il-kollateral finanzjarju skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-uniku rekwiżit ta’ perfezzjoni fir-rigward tal-partijiet fir-rigward tal-kollateral finanzjarju mpost mill-liġi nazzjonali għandu jkun li l-kollateral finanzjarju jkun taħt il-kontroll tar-riċevitur tal-kollateral jew ta’ persuna li taġixxi f’ismu waqt li ma jkunux esklużi tekniċi kollaterali fejn ikun permess lill-fornitur tal-kollateral li jissostitwixxi l-kollateral jew li jieħu lura l-kollateral żejjed. Din id-Direttiva m’għandhiex tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jirrikjedu li talba għal kreditu tkun ikkonsenjata billi tiġi inkluża f’lista ta’ talbiet.”.

(2)

Il-Premessa 20 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(20)

Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika l-operat u l-effett tal-klawżoli kuntrattwali ta’ strumenti finanzjarji jew talbiet għal kreditu pprovduti bħala kollateral finanzjarju, bħal drittijiet, obbligi jew kondizzjonijiet oħrajn inklużi fit-termini tal-ħruġ ta’ tali strumenti jew kwalunkwe drittijiet, obbligi jew kondizzjoni oħra li tapplika bejn min joħroġ u d-detentur ta’ tali strumenti jew bejn id-debitur u l-kreditur ta’ tali talbiet għal kreditu.”.

(3)

Għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“(23)

Din id-Direttiva m’ għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-Istati Membri li jimponu regoli biex jiżguraw l-effettività ta’ arranġamenti kollaterali finanzjarji fir-rigward ta’ partijiet terzi dwar talbiet għal kreditu,”.

(4)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

bank ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank għas-Settlements Internazzjonali, bank dwar l-iżvilupp multilaterali kif jissemmew fit-Taqsima 4 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u ż-żamma ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (*****), il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ewropew tal-Investiment;

(*****)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.”;"

(b)

il-punt (c) tal-paragrafu 2, il-punti (i) sa (iv) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(i)

istituzzjoni ta’ kreditu kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;

(ii)

impriża ta’ investiment kif ġiet definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (******);

(iii)

istituzzjoni finanzjarja kif ġiet definita fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(iv)

impriża tal-assigurazzjoni kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet direttiva mhux dwar il-ħajja) (*******) u impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (********);

(******)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1."

(*******)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1."

(********)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.”;"

(c)

il-punt (a) tal-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-kollateral finanzjarju li jrid jiġi pprovdut għandu jikkonsisti fi flus kontanti, strumenti finanzjarji jew talbiet għal kreditu;”;

(d)

fil-paragrafu 4, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(c)

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva talbiet għal kreditu meta d-debitur ikun konsumatur kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi (*********) jew intrapriża mikro jew żgħira kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(2) u (3) tal-anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikro-intrapriżi u ta’ intrapriżi żgħar u medji (**********), ħlief fejn ir-riċevitur tal-kollateral jew il-fornitur tal-kollateral ta’ talbiet għal kreditu bħal dawn ikun wieħed mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva.

(*********)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66."

(**********)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.”;"

(e)

il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni sottoparagrafu, għandha tiġi miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Għal talbiet għal kreditu, l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju bejn il-partijiet.”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara t-tieni subparagrafu:

“Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija wkoll biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju kontra d-debitur u/jew il-partijiet terzi.”

(5)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

‘arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu’ tfisser arranġament, li jinkludi ftehim dwar xiri mill-ġdid, fejn fornitur ta’ kollateral, jittrasferixxi l-proprjetà sħiħa ta’ kollateral finanzjarju jew id-dritt sħiħ għalih lil riċevitur ta’ kollateral bil-għan li jkun żgurat jew b’mod ieħor ikopri t-twettiq ta’ obbligi finanzjarji rilevanti;

(c)

‘arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà’ tfisser arranġament li fih min qed jipprovdi l-kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju bħala sigurtà lil jew favur ir-riċevitur tal-kollateral, u fejn il-proprjetà sħiħa jew kwalifikata tal-kollateral finanzjarju, jew id-dritt sħiħ għalih, tibqa’ ma’ min qed jipprovdi l-kollateral meta jiġi stabbilit id-dritt għas-sigurtà;”;

(ii)

Għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(o)

‘talbiet għal kreditu’ tfisser talbiet għall-flus li jirriżultaw minn ftehim fejn isitituzzjoni ta’ kreditu, kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, tagħti kreditu fil-forma ta’ self.”;

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Kwalunkwe dritt ta’ sostituzzjoni jew dritt li jiġi rtirat il-kollateral finanzjarju eċċessiv favur il-fornitur tal-kollateral jew, fil-każ ta’ talbiet għal kreditu, li jinġabru l-flus tiegħu sakemm iseħħu żviluppi ġodda, m’għandux jippreġudika l-kollateral finanzjarju li jkun ġie pprovdut lir-riċevitur tal-kollateral, kif imsemmi f’din id-Direttiva.”.

(6)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), meta t-talbiet għal kreditu jkunu pprovduti bħala kollateral finanzjarju, l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li l-ħolqien, il-validità, il-perfezzjoni, il-prijorità, l-infurzabilità jew l-ammissibbiltà bħala evidenza ta’ dan il-kollateral finanzjarjujkunu dipendenti fuq it-twettiq ta’ kwalunkwe att formali bħar-reġistrazzjoni jew in-notifika tad-debitur tat-talba għal kreditu pprovduta bħala kollateral. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jinħtieġu t-twettiq ta’ att formali, bħar-reġistrazzjoni jew in-notifika, għall-finijiet ta’ perfezzjoni, prijorità jew infurzar jew ammissibilità bħala prova kontra d-debitur u/jew partijiet terzi.

Sat-30 ta' Ġinju 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk dan il-paragrafu għadux xieraq.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (***********) u għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar klawżoli kuntrattwali inġusti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri tat-talbiet għal kreditu jistgħu jirrinunzjaw b’mod validu, bil-miktub jew b’mod legalment ekwivalenti:

(i)

għad-drittijiet ta’ tpaċija tagħhom fil-konfront tal-kredituri tat-talba għal kreditu u fil-konfront tal-persuni li lilhom il-kreditur ikun ta, ta b’rahan jew b’xi mod ieħor immobilizza t-talba għal kreditu bħala kollateral; u

(ii)

għad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mir-regoli tas-segretezza bankarja li nkella, kienu jipprevjenu jew jirrestrinġu l-ħila tal-kreditur tat-talba għal kreditu li jipprovdi informazzjoni dwar it-talba għal kreditu jew dwar id-debitur bil-għan li t-talba għal kreditu tintuża bħala kollateral.

(***********)  ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.”."

(7)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(c)

talbiet għal kreditu, permezz ta’ bejgħ jew approprjazzjoni u permezz ta’ tpaċija tal-valur tagħhom kontra, jew billi jiġi applikat il-valur tagħhom waqt li jwettqu l-obbligi finanzjarji rilevanti.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-partijiet ikunu ftiehmu fl-arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà dwar il-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u t-talbiet għal kreditu.”;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

(8)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“6.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal talbiet għal kreditu.”.

(9)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 9:

“Artikolu 9a

Direttiva 2008/48/KE

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-Direttiva 2008/48/KE.”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Diċembru 2010. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih bihom.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta' Ġunju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu mehmuża ma’ tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill- Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, is-6 ta' Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 216, 23.8.2008, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 (għadha ma mhix ippubblikata fil-ĠU).

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 (għadha ma mhix ippubblikata fil-ĠU) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009.

(4)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

(7)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.