ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.145.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 145

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
10 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kodifikata)

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kodifikata)

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 481/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2009 tal-8 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 483/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 )

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 485/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, għal dak li huwa aċidu tiludroniku u l-fumarat tal-ħadid ( 1 )

31

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 486/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

34

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal- Kunsill 2009/55/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-introduzzjoni permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi (Verżjoni kodifikata)

36

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/435/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2009 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas-16 ta’ Frar 2009 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

42

 

 

2009/436/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi

43

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/437/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/268/KE dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tal-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4228)  ( 1 )

45

 

 

2009/438/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2009 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli taż-żejt tal-larinġ fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4232)  ( 1 )

47

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer ( ĠU L 62, 15.3.1993 )

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 479/2009

tal-25 ta’ Mejju 2009

dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet sub-paragrafu tal-Artikolu 104(14) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

It-tifsira ta’ “gvern”, “żbilanċ” u “investiment” huma mniżżla fil-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv b’referenza għas-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA) mibdula mis-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (adottata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità u minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ESA 95”) (5). Jeħtieġ li jkun hemm tifsiriet ċari b’referenza għall-kodiċijiet ta’ klassifikazzjoni tal-ESA 95. Dawn it-tifsiriet jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni fil-kuntest tal-armonizzazzjoni meħtieġa fl-istatistika nazzjonali jew għal raġunijiet oħra. Kwalunkwe reviżjoni tal-ESA se tiġi deċiża mill-Kunsill skont ir-regoli dwar il-kompetenza u l-proċedura stabbilita fit-Trattat.

(3)

Skond l-ESA, flussi tal-imgħax taħt kuntratti ta’ tpartit u ftehim ta’ forward rate (FRAs) għandhom jiġu kklassifikati fil-kont finanzjarju u jeħtieġu trattament speċifiku rigward id-data trasmessa taħt il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv.

(4)

It-tifsira ta’ “dejn” stabbilita fil-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv teħtieġ issir usa’ permezz ta’ referenza għall-kodiċijiet ta’ klassifikazzjoni tal-ESA 95.

(5)

Fil-każ ta’ derivati finanzjarji, kif definiti fl-ESA 95, ma hemm l-ebda valur nominali identiku għal dak ta’ strumenti oħra ta’ dejn. Għalhekk, jeħtieġ li d-derivati finanzjarji ma jkunux inklużi mal-obbligazzjonijiet li jiffurmaw id-dejn tal-gvern għall-finijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv. Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li jkunu suġġetti għal ftehim li jiffissa r-rata tal-kambju, għandu jittieħed kont ta’ din ir-rata fil-konverżjoni fil-munita nazzjonali.

(6)

L-ESA 95 tipprovdi definizzjoni dettaljata tal-prodott gross domestiku bil-prezzijiet korrenti tas-suq, li tixraq għall-kalkolu tal-proporzjonijiet tal-iżbilanċ tal-gvern għall-prodott gross domestiku u tad-dejn tal-gvern għall-prodott gross dometiku msemmi fl-Artikolu 104 tat-Trattat.

(7)

In-nefqa konsolidata fuq l-imgħax tal-gvern hija indikatur importanti għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni tal-istimi fl-Istati Membri. Nefqa fuq l-imgħax hija fiha nfisha marbuta intrinsikament mad-dejn tal-gvern. Id-dejn tal-gvern li jrid jiġi rappurtat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri irid ikun konsolidat fis-settur tal-gvern. Il-livelli tad-dejn tal-gvern u tan-nefqa fuq l-imgħax għandhom ikunu konsistenti bejn xulxin. Il-metodoloġija tal-ESA 95 (punt 1.58) tagħraf li, għal ċerti tipi ta’ analiżi, l-aggregati konsolidati huma iktar sinifikanti minn ċifri grossi ġenerali.

(8)

Skond kif jgħid il-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv, il-Kummissjoni jenħtiġielha li tagħti dettalji ta’ statistika sabiex jintużaw f’dik il-proċedura.

(9)

Ir-rwol tal-Kummissjoni, bħala awtorità statistika, f’dak il-kuntest huwa speċifikament eżerċitat mill-Eurostat, f’isem il-Kummissjoni. Bħala d-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja, l-Eurostat huwa meħtieġ jesegwixxi l-kompiti tiegħu skont il-prinċipji ta’ imparzjalità, affidabbiltà, rilevanza, attwalità fin-nefqa, kunfidenzjalità statistika u trasparenza, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/281/KE tal-21 ta’ April 1997 dwar ir-rwol tal-Eurostat rigward il-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja (6). L-implementazzjoni mill-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Komunitarji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji għandha ssaħħaħ il-prinċipju tal-indipendenza professjonali, l-adegwatezza tar-riżorsi u l-kwalità ta’ data statistika.

(10)

L-Eurostat huwa responsabbli, f’isem il-Kummissjoni, għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data u għall-fornitura tad-data li tintuża fil-kuntest tal-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/281/KE.

(11)

Għandu jiġi stabbilit djalogu permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet statistiċi tal-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-kwalità kemm tad-data rappurtata mill-Istati Membri kif ukoll tal-kontijiet tas-settur tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata, miġbura skont l-ESA 95.

(12)

Jeħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati biex jitħejjew fil-ħin u regolarment ir-rapporti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-iżbilanċi tagħhom, ippjanati u attwali, u ta’ kemm ikun id-dejn tagħhom.

(13)

Konformement mal-Artikolu 104ċ(2) u (3) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni baġitarja u d-daqs akkumulat ta’ dejn governattiv fl-Istati Membri u teżamina l-konformità mad-dixxiplina baġitarja skont kriterji relatati ma’ żbilanċi tal-gvern u ma’ dejn tal-gvern. Jekk Stat Membru ma jissodisfax ir-rekwiżiti taħt wieħed jew iż-żewġ kriterji, ikun jeħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-fatturi rilevanti kollha. Il-Kummissjoni jkollha teżamina jekk ikunx hemm riskju ta’ żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv u ta’ dan ir-Regolament, it-termini mogħtija fil-paragrafi 2 sa 6 huma definiti skont is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“ESA 95”), adottata bir-Regolament (KE) Nru 2223/96. Il-kodiċijiet ta’ bejn il-parentesi jirriferu għall-ESA 95.

2.   “Gvern” tfisser is-settur tal-gvern ġenerali (S.13), jiġifieri l-“gvern ċentrali” (S.1311), gvern statali (S.1312), gvern lokali (S.1313) u fondi ta’ sigurtà soċjali (S.1314), bl-esklużjoni ta’ ħidmiet kummerċjali, kif definiti fl-ESA 95.

It-tħollija barra ta’ ħidmiet kummerċjali tfisser li s-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkomprendi biss dawk l-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu servizzi mhux tas-suq bħala l-attivitá ewlenija tagħhom.

3.   “Żbilanċ tal-gvern (bilanċ favorevoli)” tfisser is-self missellef nett (self misluf nett) (EDP B.9) tas-settur “gvern ġenerali” (S.13), kif definit fl-ESA 95. L-imgħax kompriż fl-isbilanċ tal-gvern huwa l-imgħax (EDP D.41), kif definit fl-ESA 95.

4.   “Investiment tal-gvern” tfisser il-formazzjoni ta’ kapital gross fiss (P.51) fis-settur tal-“gvern ġenerali” (S.13), kif definit fl-ESA 95.

5.   “Dejn tal-gvern” tfisser id-dejn totali gross bil-valur nominali li jifdal fl-aħħar tas-sena tas-settur “gvern ġenerali” (S.13), minbarra dawk l-obbligazzjonijiet li l-assi finanzjarji korrespondenti tagħhom huma miżmuma mis-settur gvern ġenerali (S.13).

Id-dejn tal-gvern jinbena bl-obbligazzjonijiet tal-gvern ġenerali fil-kategoriji li ġejjin: muniti u depożiti (AF.2); sigurtajiet oħra għajr ishma, minbarra derivati finanzjarji (AF.33) u self (AF.4), kif definiti fl-ESA 95.

Il-valur nominali ta’ obbligazzjonijiet li jibqgħu fl-aħħar tas-sena huwa l-valur fuq il-wiċċ.

Il-valur nominali ta’ obbligazzjonijiet magħquda ma’ indiċi jikkorrespondi għall-valur fuq il-wiċċ tagħha aġġustat bil-bidla relatata mal-indiċi fil-valur tal-kapital prinċipali milħuq sal-aħħar tas-sena.

Obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin, jew skambjati minn munita barranija permezz ta’ ftehim kontrattwali għal munita barranija oħra jew iktar għandhom jiġu konvertiti f’dawn il-muniti barranin l-oħra bir-rata miftiehma f’dawn il- kuntratti u għandhom jinqalbu fil-munita nazzjonali fuq bażi tar-rata ta’ kambju rappreżentattiva tas-suq li tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull sena.

Obbligazzjonijiet denominati fil-munita nazzjonali u skambjati permezz ta’ ftehimijiet kontrattwali għal munita barranija għandhom jiġu konvertiti fil-munita barranija bir-rata miftiehma f’dawn il-kuntratti u għandhom jinqalbu fil-munita nazzjonali fuq bażi tar-rata rappreżentattiva tal-kambju tas-suq kif tipprevali fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull sena.

Obbligazzjonijiet denominati f’munita barranija u skambjati permezz ta’ ftehim kontrattwali għal munita nazzjonali għandhom jiġu konvertiti fil-munita nazzjonali skont ir-rata miftiehma f’dawn il-kuntratti.

6.   “Prodott gross domestiku” tfisser il-prodott grossdomestiku fil-prezzijiet kurrenti tas-suq (PGD mp) (B.1*g), kif definit fl-ESA 95.

Artikolu 2

1.   “L-iżbilanċ ippjanat tal-gvern u ċ-ċifri tal-livell ta’ dejn tal-gvern” tfisser dawk iċ-ċifri stabbiliti għas-sena kurrenti mill-Istati Membri. Huma għandhom ikunu l-previżjonijiet uffiċjali l-iktar reċenti, b’kont meħud tad-deċiżjonijiet l-iktar reċenti dwar il-budget u tal-iżviluppi u l-prospetti ekonomiċi. Huma għandhom ikunu prodotti fl-iqsar żmien possibbli qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju għar-rappurtar.

2.   “Iċ-ċifri attwali tal-iżbilanċ tal-gvern u tal-livell ta’ dejn tal-gvern” tfisser ir-riżultati stmati, provviżorji, semi-finalizzati jew finali għal sena li tkun għaddiet. Id-data ppjanata flimkien mad-data attwali għandhom jiffurmaw serje kronoloġika konsistenti fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-kunċetti.

KAPITOLU II

REGOLI U PUBBLIKAZZJONI TA’ RAPPORTI

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (l-Eurostat) l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern u l-livelli ta’ dejn tal-gvern tagħhom darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 ta’ April tas-sena kurrenti (sena n) u t-tieni darba qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena n.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni (l-Eurostat) liema Awtoritajiet Nazzjonali jkunu responsabbli għar-rappurtar fil-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv.

2.   Qabel l-1 ta’ April tas-sena n, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jirrappurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern tagħhom għas-sena n, stima aġġornata tal-iżbilanċ attwali tal-gvern tagħhom għas-sena n–1 u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n–2, n–3 u n–4;

(b)

fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) d-data ppjanata minnhom għas-sena n u d-data attwali għas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4 tal-iżbilanċi korrispondenti fl-estimi fil-kontijiet pubbliċi tagħhom skont id-definizzjoni mogħtija l-aktar prominenza f’pajjiżhom u skont iċ-ċifri li jispjegaw it-transizzjoni bejn l-iżbilanċ fl-estimi fil-kontijiet pubbliċi u l-iżbilanċ tal-gvern tagħhom għas-sub-settur S.1311;

(ċ)

fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) d-data attwali tagħhom għas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4 tal-bilanċi operattivi korrispondenti tagħhom u biċ-ċifri li jispjegaw it-transizzjoni bejn il-bilanċi operattivi ta’ kull sub-settur tal-gvern u l-iżbilanċ tal-gvern tagħhom għas-sub-setturi S.1312, S.1313 u S.1314;

(d)

jirrappurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) il-livell ippjanat minnhom tad-dejn tal-gvern fl-aħħar tas-sena n u l-livelli tagħhom tad-dejn attwali tal-gvern fl-aħħar tas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4;

(e)

fl-istess waqt jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), għas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4, iċ-ċifri li jispjegaw il-kontribut tal-iżbilanċ tal-gvern u fatturi oħra rilevanti għall-varjazzjoni fil-livell tad-dejn tal-gvern tagħhom għal kull subsettur.

3.   Qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena n, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat):

(a)

l-iżbilanċ ippjanat tal-gvern aġġornat minnhom għas-sena n u l-iżbilanċi attwali tal-gvern tagħhom għas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4 u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti punti (b) u (c) tal-paragrafu 2;

(b)

il-livell ippjanat tad-dejn tal-gvern aġġornat minnhom fl-aħħar tas-sena n u l-livelli tad-dejn attwali tal-gvern tagħhom fl-aħħar tas-snin n–1, n–2, n–3 u n–4, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti punt (e) tal-paragrafu 2.

4.   Iċ-ċifri tal-iżbilanċ ippjanat tal-gvern kif rappurtat lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skont is-snin tal-estimi.

Iċ-ċifri tal-iżbilanċ attwali tal-gvern u tal-livell tad- dejn attwali tal-gvern kif rappurtati lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintwerew fil-munita nazzjonali u skont is-snin kalendarji, ħlief għall-istimi aġġornati għas-sena n-1, li tista’ tintwera skont is-snin tal-estimi.

Meta is-sena tal-estimi ma tkunx taqbel mas-sena kalendarja, l-latati Membri għandhom ukoll jirrappurtaw lill-Kummissjoni (l-Eurostat) ċ-ċifri tagħhom tad-dejn attwali tal-gvern u kemm kien id-dejn attwali tal-gvern għas-sentejn tal-estimi qabel is-sena kurrenti tal-estimi.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(1), (2) u (3), jagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) iċ-ċifri tan-nefqa tal-gvern tagħhom f’investimenti u nefqa fuq l-imgħax (konsolidata).

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) tbassir dwar il-prodott gross domestiku tagħhom għas-sena n u l-ammont attwali tal-prodott gross domestiku tagħhom għas-snin n-1, n-2, n-3 u n-4, fl-istess żmien kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (l-Eurostat), hekk kif issir disponibbli, b’kull reviżjoni ewlenija fiċ-ċifri, li jkunu diġà rappurtati, tal-iżbilanċ u tad-dejn attwali u ppjanati tal-gvern.

2.   Ir-reviżjonijiet ewlenien fiċ-ċifri attwali tal-iżbilanċ u tad-dejn diġà rappurtati għandhom jiġu dokumentati adegwatament. F’kull każ, ir-reviżjonijiet li bihom jiġu maqbuża l-valuri ta’ referenza kif speċifikati fil-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv, jew ir-reviżjonijiet li jfissru li d-data ta’ Stat Membru ma għadhomx jaqbżu l-valuri ta’ referenza, għandhom jiġu rappurtati u dokumentati adegwatament.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw id-data attwali tal-iżbilanċ u tad-dejn u data oħra tas-snin ta’ qabel rappurtati lill-Kummissjoni (l-Eurostat) skont l-Artikoli 3 sa 6.

KAPITOLU III

KWALITÀ TAD-DATA

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha regolarment tivvaluta l-kwalità kemm tad-data attwali rappurtata mill-Istati Membri kif ukoll tal-kontijiet tas-settur tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata, miġbura skont l-ESA 95 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “kontijiet tal-gvern”). Il-kwalità tad-data attwali tfisser konformità mar-regoli tal-kontabilità, kompletezza, affidabbiltà, puntwalità, u konsistenza tad-data statistika. Il-valutazzjoni ser tiffoka fuq oqsma speċifikati fl-inventarji tal-Istati Membri bħad-delimitazzjoni tas-settur tal-gvern, il-klassifikazzjoni tat-transazzjonijiet u tal-obbligazzjonijiet tal-gvern, u ż-żmien ta’ reġistrazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat), fil-pront kemm jista’ jkun, l-informazzjoni statistika rilevanti mitluba għall-ħtiġijiet tal-valutazzjoni tal-kwalità tad-data, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità statistika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (7).

“Informazzjoni dwar l-istatistika” imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun limitata għall-informazzjoni strettament meħtieġa biex tiġi kontrollata l-konformità mar-regoli tal-ESA. B’mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatistika tfisser:

(a)

data minn Kontijiet Nazzjonali;

(b)

inventarji;

(ċ)

tabelli ta’ notifika tal-EDP;

(d)

kwestjonarji u kjarifiki addizzjonali relatati man-notifiki.

Il-format tal-kwestjonarji għandu jiġi definit mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“CMFB”).

3.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwalità tad-data attwali rappurtata mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jindirizza l-valutazzjoni ġenerali tad-data attwali rappurtata mill-Istati Membri fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-kontabilità, tal-kompletezza, tal-affidabbiltà, tal-puntwalità, u tal-konsistenza tad-data.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b’inventarju dettaljat tal-metodi, proċeduri u sorsi użati sabiex tinġabar id-data tal-iżbilanċ u tad-dejn attwali u tal-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata.

2.   L-inventarji għandhom jitħejjew skont linji gwida adottati mill-Kummissjoni (l-Eurostat) wara konsultazzjoni mas-CMFB.

3.   L-inventarji għandhom jiġu aġġornati wara reviżjonijiet fil-metodi, fil-proċeduri u fis-sorsi adottati mill-Istati Membri sabiex tinġabar id-data statistika tagħhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-inventarji tagħhom pubbliċi.

5.   Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jiġu ttrattati fiż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

1.   Fl-eventwalità ta’ dubju rigward l-implementazzjoni korretta tar-regoli ta’ kontabbiltà tal-ESA 95, l-Istat Membru konċernat għandu jitlob kjarifika mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha minnufih teżamina l-kwistjoni u tikkomunika l-kjarifika tagħha lill-Istat Membru konċernat u, meta xieraq, lis-CMFB.

2.   Għal każijiet li, fil-fehma tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru konċernat, ikunu komplessi jew ta’ interess ġenerali, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta lis-CMFB. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħmel id-deċiżjonijiet pubbliċi, flimkien mal-opinjoni tas-CMFB, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relattivi għall-kunfidenzjalità tal-istatistika tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet statistiċi tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha twettaq fl-Istati Membri kollha żjarat regolari ta’ djalogu, kif ukoll żjarat metodoloġiċi eventwali.

2.   Iż-żjarat ta’ djalogu huma maħsuba sabiex jirrevedu d-data rappurtata, sabiex jiġu eżaminati kwistjonijiet metodoloġiċi, sabiex jiġu diskussi proċessi u sorsi statistiċi deskritti fl-inventarji, u sabiex tiġi valutata l-konformità mar-regoli tal-kontabilità. Iż-żjarat ta’ djalogu għandhom jintużaw sabiex jiġu identifikati riskji jew problemi potenzjali dwar il-kwalità tad-data rappurtata.

3.   Iż-żjarat metodoloġiċi ma għandhomx imorru lil hinn mill-qasam purament statistiku. Dan għandu jiġi rifless fil-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12.

Iż-żjarat metodoloġiċi huma maħsuba sabiex jiġu sorveljati l-proċessi u l-kontijiet tal-gvern li jiġġustifikaw id-data attwali rappurtata u sabiex jitfasslu konklużjonijiet dettaljati dwar il-kwalità tad-data rappurtata, kif definit fl-Artikolu 8(1).

Iż-żjarat metodoloġiċi għandhom isiru biss f’każijiet fejn jiġu identifikati riskji sostanzjali jew problemi potenzjali fil-kwalità tad-data, b’mod speċjali fejn dawn jolqtu l-metodi, il-kunċetti u l-klassifikazzjoni applikati għad-data li l-Istati Membri huma obbligati li jirrappurtaw.

4.   Meta torganizza żjarat ta’ djalogu u metodoloġiċi, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tittrasmetti l-konklużjonijiet provviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom.

Artikolu 12

1.   Meta twettaq żjarat metodoloġiċi fl-Istati Membri, il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ titlob l-għajnuna ta’ esperti nazzjonali tal-kontabilità, proposti minn Stati Membri oħra fuq bażi volontarja, u ta’ uffiċjali minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni.

Il-lista ta’ esperti tal-kontijiet nazzjonali li minnha l-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ titlob assistenza, għandha tkun kostitwita abbażi ta’ proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-rappurtar tal-iżbilanċ eċċessiv.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw iż-żjarat metodoloġiċi. Dawk iż-żjarat għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet nazzjonali involuti fir-rappurtar tal-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw li s-servizzi tagħhom li jkunu involuti direttament jew indirettament fil-produzzjoni tal-kontijiet u d-dejn tal-gvern, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkollhom responsabbiltà funzjonali għall-kontroll tal-kontijiet pubbliċi, jipprovdu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew lill-esperti l-oħra msemmija fil-paragrafu (1) bl-għajnuna meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom, ukoll billi jagħmlu disponibbli dokumenti sabiex tiġi ġustifikata d-data attwali rappurtata dwar l-iżbilanċ u d-dejn u l-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata. Ir-rekords kunfidenzjali tas-sistema statistika nazzjonali għandhom jiġu pprovduti biss lill-Kummissjoni (l-Eurostat).

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ġenerali tal-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu faċilitati ż-żjarat metodoloġiċi, l-interlokuturi tal-Kummissjoni (l-Eurostat) għaż-żjarat metodoloġiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu huma, f’kull Stat Membru, is-servizzi responsabbli għar-rappurtar tal-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv.

3.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiżgura li l-uffiċjali u l-esperti li jipparteċipaw f’dawn iż-żjarat jissodisfaw kull garanzija fir-rigward ta’ kompetenza teknika, indipendenza professjonali u l-osservanza tal-kunfidenzjalità.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tirrapporta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju dwar il-konklużjonijiet taż-żjarat ta’ djalogu u metodoloġiċi, inkluż kull kumment dwarhom magħmul mill-Istat Membru konċernat. Dawn ir-rapporti flimkien ma’ kull kumment mill-Istat Membru konċernat, wara li jkunu ġew trasmessi lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandhom isiru pubbliċi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97.

KAPITOLU IV

FORNITURA TA’ DATA MILL-KUMMISSJONI

(L-EUROSTAT)

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi d-data attwali dwar l-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv, fi żmien tliet ġimgħat wara l-iskadenza tat-termini perentorji tar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 3(1) jew wara r-reviżjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 6(1). Dik il-fornitura ta’ data għandha titwettaq permezz ta’ pubblikazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) ma għandhiex tittardja l-fornitura tad-data attwali tal-iżbilanċ u d-dejn tal-gvern tal-Istati Membri meta Stat Membru ma jkunx irrapporta d-data proprja tiegħu.

Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-data attwali rappurtata mill-Istati Membri. Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru konċernat u lill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju r-riżerva li jkollha l-ħsieb li tesprimi u tagħmel pubblika. Fejn il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-data u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir pubbliku immedjatament wara.

2.   Il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ temenda d-data attwali rappurtata mill-Istati Membri u tipprovdi data emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data attwali rappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8(1). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru konċernat u lill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju d-data emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data attwali rappurtata lill-Kummissjoni (l-Eurostat) tkun provduta skont il-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 322/97. F’dan ir-rigward, ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet statistiċi nazzjonali tkun li jiżguraw konformità tad-data rappurtata mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ kontabilità tal-ESA 95 li fuqhom tkun ibbażata.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għar-rappurtar tad-data attwali lill-Kummissjoni (l-Eurostat) u tal-kontijiet tal-gvern li fuqhom tkun ibbażata jaġixxu skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

Artikolu 17

Fl-eventwalità ta’ reviżjoni tal-ESA 95 jew ta’ emenda fil-metodoloġija tagħha deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skont ir-regoli ta’ kompetenza u ta’ proċedura stabbiliti fit-Trattat u fir-Regolament (KE) Nru 2223/96, il-Kummissjoni għandha tintroduċi r-referenzi l-ġodda għall-ESA 95 fl-Artikoli 1 u 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Ir-Regolament (KE) Nru 3605/93 hu b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  Opinjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 88, 9.4.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(6)  ĠU L 112, 29.4.1997, p. 56.

(7)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93

(ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 475/2000

(ĠU L 58, 3.3.2000, p. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2002

(ĠU L 55, 26.2.2002, p. 23)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2103/2005

(ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1)


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 3605/93

Dan ir-Regolament

Sezzjoni 1

Kapitolu I

Artikolu 1(1) sa (5)

Artikolu 1(1) sa (5)

Artikolu 2

Artikolu 1(6)

Artikolu 3

Artikolu 2

Sezzjoni 2

Kapitolu II

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(2), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (e)

Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 3(3), il-punti (a) u (b)

Artikolu 4(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Sezzjoni 2a

Kapitolu III

Artikolu 8a(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8a(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8a(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) sa (d)

Artikolu 8(a)(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(a)(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8b

Artikolu 9

Artikolu 8ċ

Artikolu 10

Artikolu 8d, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 11(1)

Artikolu 8d, l-ewwel paragrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 11(2)

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8d, it-tieni paragrafu, ir-raba’ u l-ħames sentenza

Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8d, it-tielet paragrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 8e

Artikolu 12

Artikolu 8f

Artikolu 13

Sezzjoni 2b

Kapitolu IV

Artikolu 8 g

Artikolu 14

Artikolu 8h

Artikolu 15

Sezzjoni 2ċ

Kapitolu V

Artikolu 8i

Artikolu 16

Artikolu 8j

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Anness I

Anness II


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 480/2009

tal-25 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(Verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Kounità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità tal-Enerġija Atomika u partikolarment l-Artikolu 203 ta’ dan,

Wara li ikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li ikkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea huwa espost għal żieda fir-riskju finanzjarju bħala riżultat tal-garanżiji li jkopru s-self lill-pajjiżi terzi.

(3)

Il-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru ikkonkluda li l-konsiderazzjonijiet ta’ amministrazzjoni baġitarja prudenti u d-dixxiplina finanzjarja jitolbu l-istabbiliment tal-mekkaniżmu finanzjarju ġdid, u li għalhekk għandu jitwaqqaf Fond tal-Garanzija biex ikopri r-riskji relatati ma’ self u mal-garanziji li jkopru self mogħti lill-pajjiżi terżi jew għall-proġetti eżegwiti fil-pajjiżi terzi. Din il-ħtieġa tista’ tintlaqa’ bit-twaqqif ta’ Fond ta’ Garanzija li jista’ jkun użat biex iħallas direttament il-kredituri tal-Komunitajiet.

(4)

Skond il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba adottat fis-17 ta’ Mejju 2006 (4), hemm previst li l-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija ikun spiża obbligatorja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2007 sal-2013.

(5)

Jeżistu mekkaniżmi għall-garanziji aċċettati meta huma jkunu attivati, partikolarment bl-użu provviżorju dwar ir-riżorsi ta’ flus kontanti, kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (5).

(6)

Il-Fond ta’ Garanzija għandu jkun kostitwit bil-ħlas gradwali tar-riżorsi. Il-Fond għandu sussegwentement jirċievi wkoll interess fuq ir-riżorsi investiti u ammonti irkuprati minn debituri falluti fejn il-fond ikun diġà onora l-garanzija.

(7)

L-esperjenza tal-funzjonament tal-Fond ta’ Garanzija tindika li proporzjon ta’ 9 % bejn ir-riżorsi tal-Fond u l-obbligi prinċipali garantiti, miżjuda b’interess dovut mhux imħallas, ikun adekwat.

(8)

Il-ħlasijiet lill-Fond ta’ Garanzija ugwali għal 9 % tal-ammonti ta’ kull operazzjoni jidhru suffiċjenti biex jinkiseb l-ammont immirat. L-arranġamenti biex jitwettqu l-ħlasijiet bħal dawn għandhom ikunu definiti.

(9)

Jekk il-Fond ta’ Garanzija jeċċedi l-ammont immirat, dak li jibqa’ għandu jiġi mħallas lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

L-amministrazzjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija għandha tkun fdata lill-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn ’il quddiem msejjaħ “BEI”). L-amministrazzjoni finanzjarja tal-Fond għandha tkun suġġetta għall-verifika mill-Qorti tal-Awdituri konformement mal-proċeduri miftiehma mill-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-BEI.

(11)

Il-Komunitajiet taw self u garanziji ta’ self lill-pajjiżi li ser jaderixxu jew għal proġetti esegwiti f’dawk il-pajjiżi. Dak is-self u dawk il-garanziji huma koperti mill-Fond ta’ Garanzija u jibqgħu jeżistu jew fis-seħħ wara d-data ta’ adeżjoni. Minn dik id-data jieqfu milli jkunu azzjonijiet esterni tal-Komunitajiet u għalhekk għandhom jiġu koperti direttament mill-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mhux aktar mill-Fond ta’ Garanzija.

(12)

Il-Fond ta’ Garanzija jkopri inadempjenzi taħt self maħruġ mill-BEI li għalih il-Komunitajiet jipprovdu garanzija taħt il-mandat estern tal-BEI. Barra minn hekk, konformement mal-mandat estern tal-BEI li beda jkollu effett mill-1 ta’ Frar 2007, il-Fond għandu jkopri wkoll inadempjenzi taħt garanziji ta’ self maħruġa mill-BEI li għalihom il-Komunitajiet jipprovdu garanzija.

(13)

It-Trattat ma jipprovdi ebda setgħa barra minn dawk taħt l-Artikolu 308 tat-Trattat KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huwa b’dan stabbilit Fond ta’ Garanzija, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Fond”, li r-riżorsi tiegħu għandhom jintużaw biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Komunitajiet fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarju ta’ self mogħti jew garantit mill- Komunitajiet jew ta’ garanzija ta’ self maħruġa mill-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn ’il quddiem msejjaħ “BEI”) li għalih il-Komunitajiet jipprovdu garanzija.

L-operazzjonijiet ta’ self u garanzija msemmija fl-ewwel paragrafu (minn hawn ’il quddiem imsejħa “operazzjonijiet”) għandhom ikunu dawk magħmula għall-benefiċċju ta’ pajjiż terz jew għall-finanzjament ta’ proġetti f’pajjizi terzi.

L-operazzjonijiet kollha mwettqa għall-benefiċċju ta’ pajjiż terz jew għall-finanzjament ta’ proġetti f’pajjiż terz għandhom jaqgħu barra l-ambitu ta’ dan ir-Regolament, b’effett mid-data ta’ meta dak il-pajjiż jaderixxi mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Fond għandu jkollu:

ħlas annwali wieħed mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Arikoli 5 u 6,

imgħax fuq ir-riżorsi tal-Fond investiti,

l-ammonti rkuprati minn debituri inadempjenti fejn il-Fond ikun diġà onora l-garanzija.

Artikolu 3

Il-Fond għandu jitla’ għal-livell xieraq (minn hawn ’il-quddiem msejjaħ bħala l-“ammont immirat”).

L-ammont immirat għandu jkun 9 % tat-total tal-impenji ta’ kapital pendenti tal-Kommunitajiet li joriġinaw minn kull operazzjoni, miżjuda bl-imgħaxijiet dovuti mhux imħallsa.

Abbażi tad-differenza “n–1” fl-aħħar tas-sena bejn l-ammont immirat u l-valur tal-assi net tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena “n”, kwalunkwe ammont żejjed għandu jitħallas fi transazzjoni waħda f’intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni tad-dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-sena “n + 1”.

Artikolu 4

Wara l-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea, l-ammont immirat għandu jitnaqqas b’ammont ikkalkulat abbażi tal-operazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1.

Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont tat-tnaqqis, ir-rata tal-persentaġġ imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 applikabbli fid-data ta’ adeżjoni għandha tiġi applikata lill-ammont ta’ dawk l-operazzjonijiet pendenti f’dik id-data.

Li jibqa’ għandu jitħallas lura taħt intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni ta’ dħul fil-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Abbażi tad-differenza “n–1” fl-aħħar tas-sena bejn l-ammont immirat u l-valur tal-assi net tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena “n”, l-ammont ta’ forniment meħtieġ għandu jitħallas fil-Fond fi transazzjoni waħda fis-sena “n + 1” mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

1.   Jekk, bħala riżultat ta’ xi inadempjenza jew aktar, l-attivazzjoni ta’ garanziji tul is-sena “n–1” taqbeż EUR 100 miljun, l-ammont li jaqbeż EUR 100 miljun għandu jitħallas lura fil-Fond f’lottijiet annwali li jibdew fis-sena “n + 1” u li jkomplu matul is-snin ta’ wara sakemm isir il-ħlas kollu (“mekkaniżmu ta’ twittija”). Id-daqs tal-lott annwali għandu jkun l-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

EUR 100 miljun jew

l-ammont li jibqa’ dovut skont il-mekkaniżmu ta’ twittija.

Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-attivazzjoni ta’ garanziji fis-snin li jippreċedu s-sena “n-1”, li ma jkunx tħallas kollu lura, dovut għall-mekkaniżmu ta’ twittija, għandu jitħallas lura qabel il-mekkaniżmu ta’ twittija għal mankanzi li jsiru fis-sena “n–1” jew fi snin sussegwenti jista’ jibda jkollu effett. Tali ammonti li jkun għad fadal għandhom ikomplu jiġu mnaqqsa mill-ammont annwali massimu li għandu jiġi rkuprat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta’ twittija sakemm l-ammont sħiħ ikun tħallas lura fil-Fond.

2.   Il-kalkoli bbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ twittija għandhom isiru b’mod separat mill-kalkoli msemmijin fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5. Madankollu, huma għandhom flimkien jirriżultaw bħala trasferiment annwali wieħed. L-ammonti li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta’ twittija għandhom jiġu ttrattati bħala assi net tal-Fond għall-kalkolu skont l-Artikoli 3 u 5.

3.   Jekk, bħala riżultat tal-attivazzjoni ta’ garanziji wara xi inadempjenza maġġura jew iżjed, ir-riżorsi tal-Fond jaqgħu taħt 80 % tal-ammont immirat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja b’dan.

4.   Jekk, bħala riżultat tal-attivazzjoni ta’ garanziji wara xi inadempjenza maġġura jew iżjed, ir-riżorsi fil-Fond jaqgħu taħt 70 % tal-ammont immirat, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri eċċezzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex jerġa’ jimtela’ l-Fond.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-BEI bl-amministrazzjoni finanzjarja tal-Fond taħt mandat f’isem il-Komunitajiet.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Mejju tas-sena finanzjarja sussegwenti, tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u dwar l-amministrazzjoni tiegħu fis-sena ta’ qabel.

Artikolu 9

Il-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta ta’ bilanċ relatati mal-fond għandhom jiġu mehmuża mal-kont tad-dħul u tal-infiq u mal-karta ta’ bilanċ tal-Komunitajiet.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 hu b’dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  Opinjoni tat-18 Novembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94

(ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/1999

(ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004

(ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007

(ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1)


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11

Artikolu 10, it-tieni paragrafu

Anness I

Anness II


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 481/2009

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

32,7

MK

43,9

TR

53,5

ZZ

43,4

0707 00 05

JO

162,3

MK

24,8

TR

118,1

ZZ

101,7

0709 90 70

TR

111,0

ZZ

111,0

0805 50 10

AR

69,4

TR

60,0

ZA

64,5

ZZ

64,6

0808 10 80

AR

81,1

BR

71,1

CA

69,7

CL

80,1

CN

88,3

NA

101,9

NZ

97,9

US

115,8

ZA

77,5

ZZ

87,0

0809 10 00

TN

161,5

TR

173,7

ZZ

167,6

0809 20 95

TR

177,9

US

453,6

ZZ

315,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 482/2009

tal-8 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 li jistipula l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta' ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li jistabbilixxi l-qafas legali għall-appoġġ tal-FAEŻR għal żvilupp rurali madwar il-Komunità, ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Broadband)] (3) sabiex iqis il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2008.

(2)

Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (4) għandu jiġi kkomplimentat b'regoli addizzjonali dettaljati ta’ implimentazzjoni.

(3)

L-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw rati ogħla ta' kofinanzjament mill-FAEŻR matul is-sena 2009, bil-kundizzjoni li r-rata kumplessiva ta' kontribut mill-FAEŻR kif provdut fl-Artikolu 70(3) ta' dak ir-Regolament, tiġi rrispettata matul il-perjodu ta’ programmar kollu. Huwa meħtieġ li tiġi ddeterminata l-proċedura li skontha l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw dik il-possibiltà kif ukoll il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġi żgurat li r-rata tal-kontribut kumplessiva mill-FAEŻR tiġi rrispettata matul il-perjodu kollu ta’ programmar.

(4)

Għanda tiġi pprovduta l-possibbiltà li jsiru ħlasijiet bil-quddiem relatati mal-ispejjeż operattivi sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali u partikolarment it-tħaddim tal-gruppi lokali tal-azzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(5)

Minħabba l-benefiċċju ambjentali ġenerali li ġej mit-trasferiment ta' impriża, jew parti minnha, għal organizzazzjoni li jkollha l-għan ta' ġestjoni tan-natura, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li ma jirrikjedux il-benefiċjarju għar-rimbors f'każ li l-organizzazzjoni ma tiħux f'idejha l-impenn mogħti bħala kundizzjoni tal-għotja ta' assistenza.

(6)

Għandha tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u l-aġġornament tal-wirt naturali u mal-iżvilupp ta' żoni b'valur naturali għoli, kif ipprovduti fil-punt (a) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu li jistabbilixxu l-livell ta' appoġġ għal operazzjonijiet bħal dawn abbażi ta’ spejjeż standard u suppożizzjonijiet standard ta’ dħul finanzjarju mitluf kif diġà hemm provdut għall-operazzjonijiet ta' natura simili skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

(7)

Sabiex l-Istati Membri jitħallew jibbenefikaw mill-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2995 għandhom jiġu adattati r-regoli għall-kalkulazzjoni tal-kontribut Komunitarju fil-kuntest tal-kontijiet tal-FAEŻR, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5).

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1974/1999 u (KE) Nru 883/2006 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Għall-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 473/2009 [Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-Broadband], li miegħu jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. Applikazzjoni retroattiva bħal din ma għandhiex tikser il-prinċipju ta' ċertezza legali tal-benefiċjarji konċernati.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (b):

“(ba)

bidliet fil-pjan ta' finanzjament relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”;

(b)

il-punt (c) jinbidel b'dan ġej:

“(c)

bidliet oħra li mhumiex koperti mill-punti (a), (b) u (ba) ta’ dan il-paragrafu.”;

(2)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 8:

“Artikolu 8a

1.   Stati Membri bl-intenzjoni li jagħmlu bidliet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 70(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' finanzjament emendat li jkun fih ir-rati miżjuda ta' kontribut mill-FAEŻR li se japplikaw fl-2009.

Il-proċedura tal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-bidliet innotifikati skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Wara l-wasla tal-aħħar dikjarazzjonijiet tal-infiq għas-sena 2009, li għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010 skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (*), il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rati massimi ta' kontribut tal-FAEŻR li jistgħu japplikaw għall-kumplament tal-parti tal-perjodu ta' programmar sabiex jiġu rrispettati r-rati massimi u kumplessivi ta' kontribut tal-FAEŻR ipprovduti f'paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 70 tar-Regolament(KE) Nru 1698/2005. Id-dettalji u r-riżultat ta' dak il-kalkolu għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri sal-15 ta' Frar 2010.

3.   Sal-15 ta' Marzu 2010 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' finanzjament ġdid, li jkun fih ir-rati ta' kontribut tal-FAEŻR għall-kumplament tal-perjodu ta’ programmar b'konformità mar-rati massimi kkalkulati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Jekk Stat Membru ma jinnotifikax bil-pjan ġdid ta' finanzjament sa' din id-data jew jekk il-pjan innotifikat ta' finanzjament mhuwiex konformi mal-kalkoli tar-rati massimi tal-Kummissjoni, dawn tal-aħħar għandhom japplikaw awtomatikament għall-programm ta' żvilupp rurali ta’ dak l-Istat Membru mid–dikjarazzjoni li tikkorrispondi mal-ispiża mġarrba mill-aġenzija tal-ħlas matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010, u sa pjan rivedut ta' finanzjament kompatibbli mar-rati ta' kofinanzjament ikkalkulati mill-Kummissjoni.

(*)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1”;"

(3)

L-Artikolu 38 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 38

1.   L-ispejjeż operattivi tal-gruppi lokali tal-azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ Komunitarju fil-limitu ta’ 20 % tan-nefqa pubblika totali tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali.

2.   Il-gruppi lokali tal-azzjoni jistgħu jitolbu l-ħlas bil-quddiem mill-aġenzija tal-ħlas kompetenti jekk possibilità bħal din hija inkluża fil-programm tal-iżvilupp rurali. L-ammont ta’ ħlas bil-quddiem m’għandux jaqbeż l-20 % tal-għajnuna pubblika relatata mal-ispejjeż operattivi, u l-ħlas tiegħu għandu jkun soġġett għall-istabbiliment ta’ garanzija bankarja li tkun tikkorrispondi għal 110 % tal-ammont tas-self. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata mhux aktar tard mill-għeluq tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali.

L-Artikolu 26(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (**) m’għandux japplika għall-ħlas imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

(**)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74”;"

(4)

Fl-Artikolu 44(2), il-punt li jmiss għandu jiġi miżjud:

“(c)

meta l-impriża tal-benefiċjarju tiġi trasferita kompletament jew parzjalment lil organizzazzjoni li jkollha objettiv ewlieni ta' ġestjoni tan-natura bil-għan ta' konservazzjoni tal-ambjent, sakemm it-trasferiment isir bl-iskop ta’ bidla permanenti fl-użu tal-art għall-konservazzjoni naturali u li din tkun assoċjata ma' benefiċċju sinifikanti għall-ambjent.”;

(5)

Fl-Artikolu 53, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Fejn xieraq l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ appoġġ li hemm provvediment għalih fl-Artikoli 31, 37 sa 41, u 43 sa 49 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 abbażi ta’ spejjeż standard u suppożizzjonijiet standard ta’ dħul finanzjarju mitluf.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli materjali applikabbli u għar-regoli proċedurali għall-għajnuna mill-Istat, l-ewwel subparagrafu japplika wkoll għall-investimenti assoċjati ma' manutenzjoni, restawr u modernizzar tal-wirt naturali u mal-iżvilupp ta' żoni b'valur naturali għoli kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”;

(6)

L-Annessi II u VII għandhom ikunu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artiklu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 jiżdied it-tieni subparagrafu li jmiss:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għan-nefqa imħallsa mill-Istati Membri bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Diċembru 2009, il-kontribut Komunitarju għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta' referenza.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 305.

(5)  ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 615.


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, A, il-punt 6.3 jinbidel b'dan li ġej:

“6.3.

Baġit indikattiv relatat mal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2013 (l-Artikolu 16a (3)(b) sal-ammonti speċifikati fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005).

Assi / Miżura

Kontribuzzjoni FAEŻR għall-2009-2013

Assi 1

Miżura 111

Miżura …

Total, Assi 1

Assi 2

Miżura 211

Miżura …

Total, Assi 2

Assi 3

Miżura 311

Miżura 321

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il- punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Miżura …

Total, Assi 3

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Assi 4

Miżura 411

Miżura 413

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Miżura …

Total, Assi 4

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Total tal-programm

 

Total taħt Assi 1,2,3, u 4 relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Total taħt Assi 3 u 4 relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005”

 

(2)

L-Anness VII, A huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Kull Stat Membru li jirċievi riżorsi finanzjarji addizzjonali skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jinkludi, għall-ewwel darba fir-rapport annwali ppreżentat fl-2010, kapitolu separat li fih tal-anqas l-istess analiżi kif imsemmi fl-ewwel paragrafu rigward l-operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) ta' dak ir-Regolament.”;

(b)

Il-punt 3a, jinbidel b'dan li ġej:

“3a.

L-implimentazzjoni finanzjara tal-programm rigward l-operazzjonijiet relatati mal-isfidi ġodda u l-infrastrutturi broadband, billi tingħata, għal kull miżura, dikjarazzjoni tal-infiq imħallas lill-benefiċjarji wara l-1 ta’ Jannar 2009 għal tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u sal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(5a) ta’ dak ir-Regolament.

It-tabella li turi sommarju tal-implimentazzjoni finanzjarja ta’ dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet għandha tal-anqas ikollha t-tagħrif li ġej:

Assi / Miżura

Ħlasijiet annwali-sena N

Ħlasijiet kumulattivi mis-sena 2009 sas-sena N

Miżura 111

Miżura …

 

 

Total, Assi 1

Miżura 211

Miżura …

 

 

Total, Assi 2

Miżura 311

Miżura 321

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

 

 

Miżura …

 

 

Total, Assi 3

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

 

Miżura 411

 

Miżura 413

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

 

 

Miżura …

 

 

Total, Assi 4

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Total tal-programm

Total taħt Assi 1,2,3, u 4 relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Total taħt Assi 3 u 4 relatati mal-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 16a(1) il-punt (g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

…”


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 483/2009

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Miżuri dettljati bħal dawn huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 (2).

(2)

Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 820/2008 dwar ir-restrizzjoni ta’ likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji huma soġġetti għal rieżami fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi, implikazzjonijiet operattivi fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri.

(3)

Rieżami bħal dan wera li restrizzjonijiet fuq likwidi ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti Komunitarji joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(4)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni vverifikat ċerti standards tas-sigurtà f’ajruport f’pajjiżi terzi speċifiċi u sabithom sodisfaċenti, kif ukoll li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta’ kooperazzjoni mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi biex ittaffi l-problemi msemmija hawn fuq, fil-każ ta’ passiġġieri li jġorru likwidi miksuba minn ajruporti speċifikament identifikati f’dawk il-pajjiżi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 820/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.


ANNESS

It-test li ġej għandu jiżdied mal-Anness 1:

“—

Repubblika tal-Korea:

Ajruport ta’ Seoul Incheon (ICN)

Ajruport ta’ Pusan Gimhae (PUS)”


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 484/2009

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 51(4), 74(4) u 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-emendi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (2), ir-referenzi għal dak ir-Regolament li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (3) għandhom jiġu aġġornati.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) huwa applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għalhekk għandu jiġi adattat sabiex jitqiesu r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(3)

L-esperjenza wriet li hemm lakuni u dispożizzjonijiet li ma għadhomx jgħoddu fir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li għandhom jimtlew jew jitħassru sabiex ikun żgurat li r-Regolament jinftiehem b’mod korrett u li jkun hemm konsistenza fit-test.

(4)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, bħal dawk li jippermettu li jsiru avviżi minn qabel għal verifiki fuq il-post li jissemmew fl-Artikolu 23a, dawk li jiddefinixxu l-eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet stipulati fl-Artikolu 68 u dawk li huma pprovduti fl-Artikolu 71(2), għandhom jiġu ġeneralment applikabbli għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(5)

Għal finijiet ta’ ċarezza, meta jiġu applikati r-regoli ta’ kontroll dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għal ċerti miżuri taħt l-Assi 2 u l-Assi 4, kif stipulat fil-Parti II, it-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006, għandha ssir referenza għad-definizzjoni u l-prinċipji tal-pakketti agrikoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(6)

Dwar il-verifiki fuq il-post relatati mal-miżura stipulata fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandu jiġi ċċarat li l-minimu ta’ 5 % għandu jintlaħaq fil-livell tal-miżura.

(7)

L-esperjenza wriet li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, speċjalment dwar it-tnaqqis fil-każ ta’ dikjarazzjoni żejda ta’ miżuri dwar ċertu qasam u li huma relatati mal-annimali u l-akkumulazzjoni tat-tnaqqis.

(8)

Għal finijiet ta’ ċarezza, ċerti referenzi għas-sena tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandhom jiġu emendati sabiex jirreferu għal sena kalendarja.

(9)

Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 dwar l-għażla tal-kampjun tal-kontroll għall-verifikazzjoni tal-konformità reċiproka għandha terġa’ tiġi fformulata mill-ġdid sabiex tqis l-Artikolu 45 emendat tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, u għandu jiżdied mekkaniżmu ġdid sabiex tiżdied l-effettività tas-sistema tal-kontroll.

(10)

Sabiex ikun hemm applikazzjoni konsisteni tat-tnaqqis fil-każijiet ta’ negliġenza jew nuqqas ta’ konformità intenzjonata, huwa meħtieġ li jkun speċifikat l-qasam ta’ konformità reċiproka li fih għandhom jiġu kklasifikati l-ħtiġijiet minimi għall-fertilizzanti u l-użu tal-prodott tal-protezzjoni tal-pjanta imsemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(11)

L-ordni tat-tnaqqis li għandha tiġi applikata fil-każijiet ta’ akkumulazzjoni tat-tnaqqis fil-kuntest tal-verifikazzjoni tal-konformità reċiproka għandha tiġi emendata sabiex tiżgura sekwenza iżjed konsistenti.

(12)

Sabiex ikunu koperti miżuri li mhumiex relatati ma’ żona jew ma’ annimali, il-ħtieġa ta’ rapport ta’ kontroll għandha tkun inkluża f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki fuq il-post għall-appoġġ skont l-Assi 1 u l-Assi 3 u ċerti miżuri skont l-Assi 2 u l-Assi 4.

(13)

L-esperjenza wriet li huwa meħtieġ li jkunu ċċarati l-ħtiġijiet annwali ta’ notifikazzjoni.

(14)

It-tagħrif dwar ir-riżultati ta’ kwalunkwe tip ta’ kontroll għandu jkun disponibbli għall-aġenziji kollha tal-ħlas li jkunu responsabbli mill-ġestjoni ta’ skemi differenti ta’ appoġġ sabiex, fejn is-sejbiet hekk jiġġustifikaw, huma jkunu jistgħu japplikaw il-konformità reċiproka u t-tnaqqis tal-eliġibbiltà fl-istess ħin.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(16)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed sabiex jaġġustaw il-proċeduri ta’ kontroll tagħhom u jkunu evitati l-problemi ta’ kontabbiltà li jistgħu jinqalgħu fil-każ li l-applikazzjoni tibda’ f’nofs is-sena, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, bil-ħsieb li tinżamm iċ-ċertezza legali, id-deroga dwar it-tnaqqis li tirriżulta mill-Artikolu 138(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima (5), bħala applikabbli għall-benefiċjarji fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ ħlas uniku għaż-żona; għandha tinżamm għall-applikazzjonijiet tal-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2009.

(17)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 5, 22, 23, 23a(1), 68, 69, 71(2) u 73 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”;

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

L-Artikolu 2(10), (22) u (23) u l-Artikoli 9, 14(1a), 18 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iskop ta’ dan it-Titolu.

L-Artikoli 2(1a), 6(1) u 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis. Madankollu, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi alternattivi xierqa sabiex jidentifikaw b’mod uniku l-art li hija soġġetta għall-appoġġ.”;

(3)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Artikoli 11(3), 12, 15 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-talbiet tal-pagamenti taħt dan it-Titolu. Barra mit-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, it-talbiet għall-pagamenti għandu jkun fihom ukoll it-tagħrif stipulat f’dik id-dispożizzjoni dwar l-art mhux agrikola li qed jintalab appoġġ għaliha.”;

(4)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-għadd totali ta’ verifiki fuq il-post relatati mat-talbiet tal-pagamenti ppreżentati matul kull sena kalendarja għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li huma soġġetti għal impenn taħt waħda jew iktar mill-miżuri li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ dan it-Titolu. Madankollu, għall-miżura stipulata fl-Artikolu 36(a) (iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 din il-ħtieġa minima għandha tinkiseb fil-livell ta’ miżura.

L-applikanti li jinstabu li mhumiex eliġibbli wara li jsiru l-verifiki amministrattivi, ma għandhomx jiffurmaw parti mill-għadd globali ta’ benefiċjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu.”

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-kampjun ta’ kontroll isemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jintgħażel skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.”;

(5)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Il-bażi li fuqha tiġi kkalkulata l-għajnuna li għandha x’taqsam mal-miżuri relatati maż-żona għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 50(1), (3) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, iż-żoni ddikjarati minn benefiċjarju li jirċievi l-istess rata ta’ għajnuna taħt miżura relatata ma’ ċerta żona għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jiffurmaw grupp wieħed ta’ uċuh tar-raba’. Madankollu, fejn jintużaw ammonti ta’ għajnuna li qegħdin jinżlu maż-żmien, għandha titqies il-medja ta’ dawn il-valuri f’relazzjoni maż-żoni rispettivi ddikjarati.

Fejn ikun stipulat limitu jew livell massimu għaż-żona eliġibbli għall-apppoġġ, l-għadd ta’ ettari li jidhru fl-applikazzjoni tal-għajnuna għandu jitnaqqas skont il-limitu jew il-livell stipulat.

2.   Fejn iż-żona ddikjarata għall-pagament għall-grupp ta’ uċuh tar-raba’ kkonċernat tkun ikbar miż-żona determinata skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi taż-żona determinata mnaqqsa d-differenza għal darbtejn fejn dik id-differenza tkun iktar minn 3 % jew żewġ ettari, iżda mhux iktar minn 20 % taż-żona determinata.

Jekk id-differenza tkun iktar minn 20 % taż-żona determinata, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-grupp ta’ uċuh tar-raba’ kkonċernat.

Jekk id-differenza tkun iktar minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jerġa’ jiġi eskluż milli jirċievi l-għajnuna li tkun daqs id-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona determinata skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.”;

(b)

Il-paragrafu 3 jitħassar

(c)

Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 2 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, għall-benefiċjarji fl-Istati Membri li qed japplikaw l-iskema ta’ ħlas uniku għaż-żona kif ipprovdut fl-Artikolu 122 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (*), u fejn id-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona determinata hija iktar minn 3 % imma mhux iktar minn 30 % taż-żona determinata, l-ammont li għandu jingħata għandu jitnaqqas, f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena kalendarja 2009, bid-differenza li tinstab għal darbtejn.

Fejn id-differenza hija ikbar minn 30 % taż-żona determinata, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għas-sena kalendarja 2009.

(*)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.”;"

(d)

Il-paragrafi 5 u 6 jinbidlu b’dan li ġej:

“5.   Fejn id-differenzi bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona determinata skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula b’mod intenzjonat, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-għajnuna li kien ikun intitolat għaliha skont dak l-Artikolu għas-sena kalendarja inkwistjoni għall-miżura relatata maż-żona kkonċernata fejn id-differenza hija ikbar minn 0.5 % taż-żona determinata jew iktar minn ettaru wieħed.

Barra minn hekk, fejn id-differenza hija ikbar minn 20 % taż-żona determinata, il-benefiċjarju għandu jerġa’ jiġi eskluż għal darb’oħra milli jirċievi l-għajnuna li tkun daqs id-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona determinata skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

6.   L-ammont li jirriżulta mill-esklużjonijiet li hemm provvediment għalihom fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandu jaqtal-pagamenti għall-għajnuna taħt kwalunkwe miżura ta’ appoġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 li l-benefiċjarju kkonċernat huwa intitolat għalihom fil-kuntest tal-applikazzjonjiet imressqin minnu waqt it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja tan-nuqqas ta’ konformità. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jaqta’ dawk il-ħlasijiet għal kollox, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi kkanċellat.”;

(6)

L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-bażi li fuqha tiġi kkalkulata l-għajnuna rigward il-miżuri relatati mal-annimali għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.”;

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 59(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-ammont li jirriżulta mill-esklużjoni għandu jaqtal-pagamenti tal-għajnuna taħt kwalunkwe miżura ta’ appoġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 li l-benefiċjarju kkonċernat huwa intitolat għalihom fil-kuntest tal-applikazzjonijiet mressqin minnu waqt it-tliet snin kalendarji wara s-sena kalendarja tan-nuqqas ta’ konformità. Fejn l-ammont ma jkunx jista’ jaqta’ dawk il-ħlasijiet għal kollox, il-bilanċ li jifdal għandu jiġi kkanċellat.”;

(7)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn ir-riżultati juru li hemm nuqqas ta’ rispett fl-irregolaritajiet kommessi b’mod intenzjonat, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-miżura kkonċernata kemm għas-sena kalendarja kkonċernata kif ukoll għas-sena kalendarja ta’ wara.”;

(b)

Il-paragrafu 4 jitħassar;

(8)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Artikoli 4(2) u 22 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 2(2), (2a) u (31) sa (36) kif ukoll l-Artikoli 41, 42, 43, 46, 47 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli tal-konformità reċiproka.”;

(9)

L-Artikoli 20 u 21 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Verifiki fuq il-post

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-istandards li għalihom din hija responsabbli, twettaq verifiki fuq il-post għal tal-inqas 1 % tal-benefiċjarji kollha li jressqu t-talbiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   Għandhom japplikaw it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 44(1), l-Artikolu 44(1a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Artikolu 21

L-għażla tal-kampjun tal-kontroll

1.   L-Artikolu 45(1), (1a) u (1b) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika fir-rigward tal-għażla tal-kampjun tal-kontroll sabiex isiru l-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kampjuni tal-benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati skont l-Artikolu 20 għandhom jintgħażlu mill-kampjun ta’ benefiċjarji li diġà kienu ntgħażlu skont l-Artikolu 12 u li għalihom japplikaw il-ħtiġijiet jew l-istandards rilevanti.

3.   Madankollu, il-kampjuni tal-benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintgħażlu mill-popolazzjoni tal-benefiċjarji li jressqu t-talbiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma obbligati jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-istandards rispettivi.

4.   Jista’ jkun deċiż li wieħed jipproċedi billi jingħaqdu l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 u 3 minħabba li għaqda bħal din iżżid l-effettività tas-sistema tal-kontroll.”;

(10)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 2(2), (2a) u (31) sa (36), 41 u 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis jew l-esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati wara li jkun instab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.”;

(11)

L-Artikoli 23 u 24 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Il-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn in-nuqqas ta’ konformità jiġi determinat, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont globali tal-għajnuna skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) ta’ dak ir-Regolament li kien ingħata, jew li se jingħata, lill-benefiċjarju kkonċernat wara t-talbiet għall-pagamenti li dan ikun ressaq jew se jressaq matul is-sena kalendarja tan-nuqqas ta’ konformità.

Fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonata, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

2.   Għal finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, il-ħtiġijiet minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif definiti fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jitqiesu bħala parti mill-qasam tal-‘ambjent’ u mill-qasam tas-‘saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti’ rispettivament kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Kull wieħed minnhom jitqies daqs ‘att’ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(32) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Artikolu 24

L-akkumulazzjoni tat-tnaqqis

Fejn hemm akkumulazzjoni tat-tnaqqis, dan għandu l-ewwel jiġi applikat skont l-Artikoli 16 jew 17 ta’ dan ir-Regolament, imbagħad skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, imbagħad f’każ ta’ li jkun hemm preżentazzjoni tard skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, imbagħad skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u fl-aħħar skont l-Artikoli 22 u 23 ta’ dan ir-Regolament.”;

(12)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   In-nefqa kkontrollata għandha tirrappreżenta tal-inqas 4 % tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni kull sena kalendarja u tal-inqas 5 % tan-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni matul il-perjodu kollu ta’ programmar.”

(b)

Il-paragrafu 5 jitħassar;

(13)

Fl-Artikolu 28(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

li t-talbiet għall-pagamenti mressqa mill-benefiċjarju jistgħu jiġu appoġġati bid-dokumenti ta’ kontabbiltà jew dokumenti oħrajn miżmuma mill-korpi jew l-entitajiet li jwettqu l-operazzjonijiet appoġġati.”;

(14)

Jiddaħħal l-Artikolu 28a li ġej:

“Artikolu 28a

Rapport tal-kontroll

Il-verifiki fuq il-post taħt din it-Taqsima għandhom ikunu soġġetti għal rapport ta’ kontroll. L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika mutatis mutandis.”;

(15)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-verifiki ex-post għandhom ikopru kull sena kalendarja mill-inqas 1 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ikun sar il-pagament finali mill-FAEŻR. Dawn għandhom isiru fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja rispettiva.”;

(16)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, ma għandu jiġi applikat l-ebda tnaqqis jekk il-benefiċjarju jista’ juri li huwa/hija mhux/mhix ħati/ħatja tal-inklużjoni tal-ammont li mhux eliġibbli.

It-tnaqqis għandu jiġi applikat mutatis mutandis għan-nefqa mhux eliġibbli identifikata matul il-verifiki skont l-Artikoli 27 u 30.”;

(b)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fejn benefiċjarju jinstab li għamel dikjarazzjoni falza intenzjonata, l-operazzjoni kkonċernata għandha tiġi eskluża mill-appoġġ tal-FAEŻR u għandu jiġi rkuprat kwalunkwe ammont li jkun tħallas diġà għal dik l-operazzjoni. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż milli jirċievi appoġġ taħt l-istess miżura għas-sena kalendarja kkonċernata u għas-sena kalendarja ta’ wara.”;

(c)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(17)

L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Notifiki

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju kull sena:

(a)

li jkopri r-riżultati tal-kontrolli tat-talbiet ta’ pagamenti mressqa taħt it-Titolu I matul is-sena kalendarja ta’ qabel u relatati, b’mod partikolari, mal-punti li ġejjin:

(i)

l-għadd ta’ talbiet għall-pagamenti għal kull miżura, l-ammont totali vverifikat għal dawn it-talbiet, u kif ukoll iż-żona u l-għadd totali ta’ annimali koperti bil-verifiki fuq il-post skont l-Artikoli 12 u 20;

(ii)

għall-appoġġ relatat maż-żona, iż-żona totali maqsuma skont l-iskema ta’ għajnuna individwali;

(iii)

għall-miżuri relatati mal-annimali, l-għadd totali ta’ annimali maqsum skont l-iskema ta’ għajnuna individwali;

(iv)

ir-riżultat tal-verifiki li jkunu twettqu, li jindika t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont l-Artikoli 16, 17, 18, u 23.

(b)

li jkopri r-riżultati tal-kontrolli amministrattivi għal miżuri taħt it-Titolu II matul is-sena kalendarja ta’ qabel skont l-Artikolu 26 u t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont l-Artikolu 31.

(c)

li jkopri r-riżultati tal-verifiki fuq il-post għall-miżuri taħt it-Titolu II u li jirrapreżentaw tal-inqas 4 % tan-nefqa pubblika ddikjarata lill-Kummissjoni fis-sena kalendarja ta’ qabel skont l-Artikolu 27 u t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont l-Artikolu 31.

(d)

li jkopri r-riżultati tal-kontrolli ex-post matul is-sena kalendarja ta’ qabel skont l-Artikolu 30 u li jindika l-għadd ta’ kontrolli li jkunu saru, l-ammont tan-nefqa verifikata u t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont l-Artikolu 31.”;

(18)

L-Artikolu 36 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Rappurtar tal-kontrolli lill-aġenziji tal-ħlas

1.   F’każ li, għal benefiċjarju, iktar minn aġenzija tal-ħlas waħda hija responsabbli mill-ġestjoni tal-pagamenti differenti kif stipulat skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u skont l-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (**), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nuqqasijiet ta’ konformità determinati u, fejn jixraq, it-tnaqqis korrispondenti u l-esklużjonijiet jinġiebu għall-attenzjoni tal-aġenziji kollha tal-ħlas li jkunu involuti f’dawk il-pagamenti.

2.   F’każ li l-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija tal-ħlas, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-aġenzija tal-ħlas tirċievi biżżejjed tagħrif dwar il-kontrolli li jkunu twettqu. Hija fir-responsabbiltà tal-aġenzija tal-ħlas sabiex tiddefinixxi l-ħtiġijiet tagħha għat-tagħrif.

It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jkun rapport dwar kull kontroll li jkun sar jew, jekk jixraq, ikun fil-forma ta’ rapport sommarju.

3.   Għandha tinżamm sekwenza ta’ reviżjoni suffiċjenti. Tinsab deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġijiet tas-sekwenza ta’ reviżjoni sodisfaċenti fl-Anness.

4.   L-aġenzija tal-ħlas għandu jkollha d-dritt li tivverifika l-kwalità tal-kontrolli mwettqa minn korpi oħra, u li tirċievi t-tagħrif l-ieħor kollu li teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.

(**)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010 bl-eċċezzjoni tal-punt 5(c) tal-Artikolu 1, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(3)  ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 455.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(5)  ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 58.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 485/2009

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, għal dak li huwa aċidu tiludroniku u l-fumarat tal-ħadid

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-animali li jagħtuna l-ikel għandhom ikunu vvalutati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza ta’ aċidu tiludroniku f’forma ta’ melħ disodju hi attwalment inkluża fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċi Equidae biss għall-użu fil-vini.

(3)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (minn hawn ’il quddiem is-“CVMP”) irċieva applikazzjoni għall-estensjoni tal-entratura eżistenti għall-aċidu tiludroniku f’forma ta’ melħ disodju biex jiġu inklużi t-tjur. Wara li ġiet eżaminata d-dejta disponibbli tal-istudji dwar ir-residwi għat-tjur, is-CVMP ikkonkluda li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi (minn hawn ’il quddiem l-“MRLs”) għall-aċidu tiludroniku f’forma ta’ melħ disodju.

(4)

Madankollu, minħabba l-fatt li l-istudji dwar ir-residwi kienu twettqu biss wara amministrazzjoni taħt il-ġilda u meta tqies li minn 12 sa 24 siegħa wara l-amministrazzjoni t-teħid ta’ residwi minn tessuti inklużi l-post fejn ingħatat it-tilqima kienu jirrappreżentaw 88 % tat-teħid ikkalkulat aċċettabbli għal kull ġurnata, is-CVMP ikkonkluda li l-estensjoni kienet possibbli biss għal użu parenterali u għal użu fit-tjur li jbidu u għat-trobbija. Għalhekk, l-entratura attwali fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-aċidu tiludroniku fil-forma ta’ melħ disodju għandha tiġi emendata sabiex din is-sustanza tista’ tintuża għall-użu parenterali fl-ispeċijiet tat-tjur (it-tjur li jbidu u għat-trobbija).

(5)

Is-sustanza tal-fumarat tal-ħadid mhix attwalment inkluża fl-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(6)

Is-CVMP irċieva applikazzjoni biex jikkunsidra jekk is-sustanza tal-fumarat tal-ħadid għandhiex tiġi koperta permezz ta’ valutazzjonijiet li jsiru fuq imlieħ oħra tal-ħadid flimkien ma’ entraturi eżistenti fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, għall-użu fl-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel.

(7)

Wara li eżaminazzjoni tal-valutazzjonijiet imwettqa u wara li ġie kkunsidrat li l-aċidu fumariku hu addittiv tal-ikel awtorizzat skont id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-CVMP ikkonkluda li l-valutazzjonijiet imwettqa għas-sustanzi b’entraturi eżistenti fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, għandhom japplikaw ukoll għall-fumarat tal-ħadid. Is-CVMP jikkunsidra li mhi meħtieġa ebda valutazzjoni oħra għall-fumarat tal-ħadid u mhemmx bżonn li jiġu stabbiliti MRLs għall-fumarat tal-ħadid. Hu rrakkomanda l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness II għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel. Għalhekk din is-sustanza għandha tiddaħħal fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel.

(8)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Għandu jitħalla perjodu xieraq qabel ma dan ir-Regolament ikun applikabbli biex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien li jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista’ jkun meħtieġ fid-dawl ta’ dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjonijiet li jqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li nħarġu skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (3).

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-9 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(2)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2, l-entratura għall-“Aċidu tiludroniku (bħala forma ta’ melħ disodju)” qed tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

2.   Komposti Organiċi

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

L-ispeċi tal-annimal

Dispożizzjonijiet oħra

“Aċidu tiludroniku (bħala forma ta’ melħ disodju)

Equidae

Għall-użu fil-vini biss.

Tjur

Għall-użu parenterali biss u għall-użu fit-tjur li jbidu u għat-trobbija biss”

(b)

Fil-punt 3, l-entratura l-ġdida għall-“Fumarat tal-ħadid” qed tiddaħħal wara l-entratura għad-dextran tal-ħadid kif ġej:

3.   Sustanzi ġeneralment magħrufa bħala sikuri

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

L-ispeċi tal-annimal

Dispożizzjonijiet oħra

“Fumarat tal-ħadid

Kull speċi li tipproduċi l-ikel”

 


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 486/2009

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 139, 5.6.2009, p. 22.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-10 ta’ Ġunju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

28,35

2,78

1701 11 90  (1)

28,35

7,36

1701 12 10  (1)

28,35

2,65

1701 12 90  (1)

28,35

6,93

1701 91 00  (2)

31,93

9,27

1701 99 10  (2)

31,93

4,76

1701 99 90  (2)

31,93

4,76

1702 90 95  (3)

0,32

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/36


DIRETTIVA TAL- KUNSILL 2009/55/KE

tal-25 ta' Mejju 2009

dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-introduzzjoni permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għal importazzjonijiet permanenti minn xi Stat Membru tal-proprjetà personali ta’ individwi (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Sabiex il-poplu tal-Istati Membri jsiru aktar konxji ta’ ⌦l-attivitajiet tal-Komunità Ewropea, miżuri li jkunu ta’ benefiċċju għal individwi privati għandhom ikunu mantenuti sabiex ikunu assigurati l-kondizzjonijiet ⌦ta’ suq intern fil-Komunità.

(3)

L-ostakoli għat-taxxa għall-introduzzjoni minn individwi privati ta’ proprjetà personali ġewwa Stat Membru wieħed minn Stat Membru ieħor għandhom, partikolarment, l-effett li jfixklu l-moviment liberu tal-persuni ġewwa l-Komunità. Għalhekk, dawn l-ostakoli għandhom ikunu eliminati safejn possibbli bl-introduzzjoni ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa.

(4)

Dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa jistgħu japplikaw biss għall-introduzzjoni ta’ oġġetti li mhumiex ta’ natura kummerċjali jew spekulattiva. L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet għandha għalhekk tkun suġġetta għal limiti u kondizzjonijiet.

(5)

Minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni adottati fl-oqsma tat-taxxa tas-sisa u tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-regoli fuq eżenzjonijiet ta’ taxxi u l-konċessjonijiet biex ma jitħallasx dazju m’għadhomx jgħoddu f’dawn l-oqsma.

(6)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi indikati fl-Anness I, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

1.   Kull Stat Membru għandu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u fil-każijiet stabbiliti hawn aktar’il quddiem, jeżenta minn taxxi tal-konsum li normalment japplikaw għal dik il-proprjetà, ladarba proprjetà tkun introdotta permanentament minn Stat Membru ieħor minn individwi privati.

2.   Mhumiex koperti b’din id-Direttiva:

(a)

it-taxxa fuq il-valur miżjud;

(b)

id-dazju tas-sisa;

(c)

Id-drittijiet speċifiċi u/jew taxxi konnessi mal-użu ta’ dik il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 ġewwa l-pajjiż, bħal, per eżempju, drittijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, taxxi għall-użu tat-toroq u liċenzi tat-televixin.

Artikolu 2

Kondizzjonijiet relatati ma’ proprjetà

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “proprjetà personali” tfisser proprjetà għall-użu personali tal-persuni interessati jew il-ħtiġijiet tan-nies li joqgħodu magħhom. Dik il-proprjetà m’għandhiex, bis-saħħa tan-natura jew kwantità tagħha, tirrifletti xi interess kummerċjali, lanqas tkun maħsuba għal attività ekonomika skont it-tifsir tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikoli 10 sa 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (5). Iżda, l-għodda jew strumenti meħtieġa għall-persuna interessata għall-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tiegħu għandhom ukoll ikunu trattati bħala proprjetà personali.

2.   L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjonijiet għandha tingħata għal proprjetà personali:

(a)

li tkun ġiet akkwistata taħt il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ taxxa fis-seħħ fis-suq domestiku ta’ wieħed mill-Istati Membri u li ma jkunx suġġett, għal raġunijiet ta’ ħruġ mill-Istat Membru, għal xi eżenzjoni jew xi rifużjoni ta’ taxxa tal-konsum. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-oġġetti akkwistati taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (e) tiegħu għandhom jitqiesu li jkunu aderixxew ma’ dawn il-kondizzjonijiet;

(b)

li tiegħu l-persuna konċernata kellha l-użu attwali qabel il-bidla fir-residenza tkun magħmula jew qabel tkun stabbilita t-tieni residenza. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti wżati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-persuna konċernata kienet tgawdi l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel il-bidla fir-residenza.

Għall-oġġetti msemmija fit-tieni sentenza ta’ punt (a), l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu:

(i)

fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti wżati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati, li l-persuna konċernata kellha l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar qabel il-bdil ta’ residenza;

(ii)

fil-każ ta’ oġġetti oħra, li l-persuna konċernata kellha l-użu tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel il-bdil ta’ residenza.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu xhieda li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti fil-każ ta’ vetturi bil-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavannijiet, djar mobbli, dgħajjes għall-passatempi u ajruplani privati. Fil-każ ta’ proprjetà oħra, dawn għandhom jitolbu dik il-prova biss meta jkun hemm suspetti gravi ta’ frodi.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet ta’ introduzzjoni

L-introduzzjoni tal-proprjetà tista’ ssir f’waħda jew aktar drabi fil-perjodi stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 rispettivament.

Artikolu 4

Obbligazzjonijiet sussegwenti għall-introduzzjoni

Il-vetturi tal-mutur għat-triq (inklużi t-trejlers tagħhom), karavani, karavani kbar ipparkjati b’mod kważi permanenti wżati bħala residenza, dgħajjes użati għat-tgawdija u ajruplani privati introdotti m’għandhomx jkunu disposti, mikrijin jew mislufin matul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara l-introduzzjoni tagħhom mingħajr ħlas ta’ dazju, minbarra fiċ-ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta’ proprjetà

L-eżenzjoni fuq l-introduzzjoni ta’ żwiemel ta’ rkib, vetturi bil-mutur (inklużi trejlers), karavannijiet, djar mobbli, dgħajjes għall-passatempi u ajruplani privati għandha tingħata biss jekk l-individwu privat jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

Artikolu 6

Regoli ġenerali biex tkun stabbilita residenza

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “residenza normali” tfisser il-post fejn persuna normalment tgħix, jiġifieri għal mill-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit personali u tax-xogħol jew, fil-każ ta’ xi persuna mingħajr irbit tax-xogħol, minħabba rbit personali li juri rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fjen ikun qed jgħix.

Iżda, ir-residenza normali ta’ xi persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha jkunu f’post differenti mill-irbit personali u li, konsegwentement tgħix f’postijiet differenti li jkunu qegħdin f’żewġ Stati Membri jew aktar, għandha titqies li tkun il-post tal-irbit personali, sakemm dik il-persuna tirritorna hemmhekk regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun osservata meta l-persuna tkun qed tgħix fi Stat Membru sabiex tagħmel xi xogħol ta’ dewmien definit. Attendenza f’xi università jew skola ma timplikax trasferiment ta’ residenza normali.

2.   Individwi għandhom jagħtu prova tal-post ta’ residenza normali tagħhom b’mezzi xierqa, bħal ma hi l-karta ta’ identità jew xi dokument ieħor validu.

3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni jkollhom dubbji dwar il-validità ta’ xi dikjarazzjoni dwar residenza normali magħmula skont il-paragrafu 2, jew għall-fini ta’ ċerti kontrolli speċifiċi, dawn jistgħu jitolbu kull informazzjoni li jeħtieġu jew għal prova addizzjonali.

KAPITOLU II

INTRODUZZJONI TA’ PROPRJETÀ PERSONALI KONNESSA MA’ TRASFERIMENT TA’ RESIDENZA NORMALI

Artikolu 7

1.   L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjoni għandha tingħata, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5, għar-rigward ta’ proprjetà personali introdotta minn xi individwu privat meta jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu.

L-għoti tal-eżenzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għal kull proċedura Komunitarja dwar it-transizzjoni, ikun suġġett għall-għemil ta’ inventarju ta’ oġġetti fuq karta ordinarja akkumpanjata, jekk l-Istat hekk jeħtieġ, b’dikjarazzjoni, li l-mudell u l-kontenut tagħha għandhom ikunu definiti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 248a (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6). L-ebda referenza għall-valur ma tista’ tintalab li titniżżel fl-inventarju tal-oġġetti.

2.   L-aħħar proprjetà għandha tkun introdotta mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-trasferiment tar-residenza normali.Fejn, skont l-Artikolu 3, il-proprjetà tkun introdotta f’numru ta’ operazzjonijiet fil-perjodu msemmi hawn fuq, fl-okkażjoni tal-ewwel importazzjoni tagħhom biss jistgħu Stati Membri jeħtieġu s-sottomissjoni ta’ inventarju sħiħ li dwaru tista’ ssir ukoll referenza minn uffiċċji tad-dwana oħra fl-eventwalità ta’ tneħħijiet sussegwenti. Dak l-inventarju jista jkun supplimentat iżda dan hu suġġett għall-ftehim tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Memrbu ta’ destinazzjoni.

KAPITOLU III

INTRODUZZJONI TA’ PROPRJETÀ PERSONALI KONNESSA MAT-TAGĦMIR JEW TLUQ TA’ XI RESIDENZA SEKONDARJA

Artikolu 8

1.   L-eżenzjoni li għaliha l-Artikolu 1 jagħmel dispożizzjoni għandha tingħata, suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5, għal proprjetà personali introdotta minn xi individwu privat biex tgħammar residenza sekondarja.

Din l-eżenzjoni għandha tingħata biss meta:

(a)

il-persuna interessata tkun il-proprjetarja tar-residenza sekondarja jew tkun qed tikriha għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar;

(b)

il-proprjetà introdotta tikkorrispondi mal-għamara normali tar-residenza sekondarja.

2.   L-eżenzjoni għandha tingħata wkoll, suġġetta għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta, wara t-tluq ta’ xi residenza sekondarja, proprjetà tkun introdotta lejn ir-residenza normali jew lil residenza sekondarja oħra, sakemm dik il-proprjetà msemmija tkun attwalment ġiet fil-pussess tal-persuna interessata, u li hi kellha l-użu tagħha, qabel tkun stabbilita t-tieni residenza.

L-aħħar proprjetà għandha tkun introdotta mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li r-residenza sekondarja tkun ġiet rilaxxata.

KAPITOLU IV

INTRODUZZJONI TA’ PROPRJETÀ MAŻ-ŻWIEĠ

Artikolu 9

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 sa 5, kull persuna għandha, meta tiżżewweġ, tkun intitolata għal eżenzjoni mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 1(1) meta tintroduċi fl-Istat Membru li fih hi beħsiebha li tittrasferixxi r-residenza normali, proprjetà personali li tkun akkwistat jew li tagħha jkollha l-użu, sakemm:

(a)

dik l-introduzzjoni ssir f’perjodu li jibda xahrejn qabel id-data stabbilita taż-żwieġ u li tispiċċa erba’ xhur wara d-data attwali taż-żwieġ;

(b)

il-persuna interessata tipprovdi xhieda li ż-żwieġ tagħha jkun sar jew li l-formalitajiet preliminari meħtieġa għaż-żwieġ jkunu nbdew.

2.   Għandha tingħata eżenzjoni wkoll dwar rigali mogħtija skont id-drawwa fl-okkażjoni ta’ żwieġ, liema rigali jkunu riċevuti minn xi persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 minn persuni li jkollhom il-post ta’ residenza normali f’xi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ destinazzjoni. L-eżenzjoni tapplika għal rigali li l-valur ta’ kull unità tagħhom ma jeċċedix EUR 350. L-Istat Membru jistgħu madankollu jagħtu eżenzjoni li teċċedi EUR 350 sakemm il-valur ta’ kull rigal eżentat ma jeċċedix EUR 1 400.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ dik l-eżenzjoni tiddipendi fuq id-dispożizzjoni ta’ xi garanzija adegwata, meta l-proprjetà tkun introdotta qabel id-data taż-żwieġ.

4.   Meta l-individwu jonqos milli jipprovdi xhieda taż-żwieġ tiegħu fi żmien erba’ xhur mid-data mogħtija għal dak iż-żwieġ, it-taxxi għandhom ikunu dovuti fid-data tal-introduzzjoni.

KAPITOLU V

INTRODUZZJONI TA’ PROPRJETÀ PERSONALI TA’ PERSUNA MEJTA, AKKWISTATA PERMEZZ TA’ WIRT

Artikolu 10

Bħala deroga mill-Artikoli 2(2) u (3) u 4 u 5(2), iżda mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra li jinsabu fl-Artikoli 2, 3 u 5, kull individwu privat li, permezz ta’ wirt (causa mortis), jakkwista proprjetà jew l-użufrutt ta’ proprjetà personali ta’ xi persuna mejta li tkun qiegħda ġewwa Stat Membru, għandu jkun intitolat għal eżenzjoni mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 1(1) meta jintroduċi dik il-proprjetà ġewwa Stat Membru ieħor li fih ikollu residenza, sakemm:

(a)

dak l-individwu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni dikjarazzjoni maħruġa minn nutar jew awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru tal-oriġinili l-proprjetà li jkun qed jintroduċi tkun akkwistata permezz ta’ wirt;

(b)

il-proprjetà tkun introdotta mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha dak l-individwu jiġi fil-pussess tal-proprjetà.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jippruvaw inaqqsu, safejn ikun possibbli, il-formalitajiet għall-introduzzjoni minn individwi privati fil-limiti u suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u għandhom jippruvaw jevitaw il-formalitajiet għall-introduzzjoni li jinkludu kontrolli li jirriżultaw fit-tniżżil tat-tagħbija u t-tagħbija mal-introduzzjoni fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jżommu u/jew jintroduċu kondizzjonijiet aktar liberali għall-għoti ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(a).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), l-Istati Membri ma jistgħux, bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, japplikaw ġewwa l-Komunità eżenzjonijiet mit-taxxa anqas favorevoli minn dawk li huma jagħtu għal importazzjonijiet minn individwi privati ta’ proprjetà personali minn pajjiżi mhux membri.

Artikolu 12

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva, u b’mod partikolari dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) u (3). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bid-dispożizzjonijiet tal-aħħar.

2.   Kull sentejn il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri.

Artikolu 13

Id-Direttiva 83/183/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  Opinjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-17 ta’ Settembru 2008 (ĠU C 77, 31.3.2009, p. 148).

(3)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 64.

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.

(5)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE

(ĠU L 105, 23.4.1983, p. 64)

 

Direttiva tal-Kunsill 89/604/KEE

(ĠU L 348, 29.11.1989, p. 28)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE

(ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1)

Unikament f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 2(2), it-tielet inċiż tagħha

Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE

(ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1)

Unikament f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 23(3), it-tieni inċiż tagħha

PARTI B

Lista ta’ skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

83/183/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1984.

89/604/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1990.

91/680/KEE

1 ta’ Jannar 1993 (1)

92/12/KEE

1 ta’ Jannar 1993 (2)


(1)  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi sabiex is-sistemi kif mibdula skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punt 1 sa 20 u punt 22, 23 u 24 u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/680/KEE jidħlu fis-seħħ l-1 ta’ Jannar 1993.

(2)  F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 9(3), ir-Renju tad-Danimarka huwa awtoriżżat idaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-dispożizzjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993.


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 83/183/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(ċ)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, frasi tal-bidu

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, frasi tal-bidu

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, punt (i)

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, punt (ii)

Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu, l-aħħar frasi

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 7(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 7(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, punti (i) u (ii)

Artikolu 8(1), it-tieni paragrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikoli 9, 10 u 11

Artikoli 9, 10 u 11

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Anness I

Anness II


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/42


DEĊIŻJONI Nru 2/2009 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE

tas-16 ta’ Frar 2009

dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2009/435/KE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI TAL-AKP-KE,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), rivedut mill-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u partikolarment l-Artikolu 2(7) tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

l-ex-Direttur taċ-ĊŻI, maħtur fl-1 ta’ Marzu 2005 għal mandat li kellu jintemm fit-28 ta’ Frar 2010, irriżenja b’effett mit-23 ta’ Awwissu 2007.

(2)

Fi tmiem il-ħidma tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni stabbilit miż-żewġ partijiet ippropona l-ħatra tas-Sur Mabousso THIAM (Senegal) fil-post ta’ Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi għall-bqija tal-mandat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jkun mitlub jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Mabousso THIAM huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2009, għal mandat li jintemm fit-28 ta’ Frar 2010.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP-KE

Il-President

M. VICENOVÁ


(1)  ĠU L 317,15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Mejju 2009

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi

(2009/436/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/73/KE (2) emendat total ta’ 23 att tal-Kunsill biex tipprovdi, inter alia, għal proċeduri ssimplifikati tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żooteknici.

(2)

Id-Direttiva 2008/73/KE daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2008. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, dik id-Direttiva ma pprovdietx li l-Istati Membri kellhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data.

(3)

Iċ-ċertezza legali teħtieġ li d-Direttiva 2008/73/KE tiġi kkoreġuta biex jiġi żgurat li l-emendi magħmula fid-diversi atti tal-Kunsill minn dik id-Direttiva, sabiex jipprovdu għal dawk il-proċeduri ssimplifikati, jiġu applikati b’mod uniformi mill-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2010. Għaldaqstant, id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta biex tapplika wkoll minn dik id-data. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi kkoreġuta wkoll sabiex tipprovdi li l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data.

(4)

Madankollu, ċerti emendi oħra magħmula mid-Direttiva 2008/73/KEE fid-Direttivi 64/432/KEE (3) u 90/426/KEE (4) ma jikkonċernawx il-proċeduri ssimplifikati u għaldaqstant ma jeħtiġux id-data tal-applikazzjoni differita mill-Istati Membri tal-1 ta’ Jannar 2010. Dawk l-emendi jikkonċernaw rispettivament l-adozzjoni ta’ miżuri speċifici dwar is-saħħa tal-annimali skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5) u jikkoreġu referenza skaduta.

(5)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-proċeduri ssimplifikati ġodda tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma verterinarji u żootekniċi, għandu jkun pprovdut li dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(6)

Biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-kontinwità, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008, id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/73/KE.

(7)

Għalhekk id-Direttiva 2008/73/KE għandha tiġi kkoreġuta kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2008/73/KE hija b’dan kkoreġuta kif ġej:

1.

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 għandu jitħassar.

2.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 23a

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dispożizzjonijiet tranżitorji jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23b(2).

Artikolu 23b

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (*).

2.   Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).”;"

3.

L-Artikolu 24(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 2010. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.”;

4.

L-Artikolu 25 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, bl-eċċezzjoni għall-Artikolu 1(1) u (5) u l-Artikoli 7, 23a u 23b.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  Opinjoni tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.

(3)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(4)  OJ L 224, 18.8.1990, p. 42.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Il-Kummissjoni

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/268/KE dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tal-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4228)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/437/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari ir-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 24(10) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2007/268/KE (3) dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tal-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri. Dawk il-linji gwida jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sottomissjoni ta’ riżultati tal-laboratorju lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-influwenza tat-tjur.

(2)

Mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni 2007/268/KE, il-Kummissjoni introduċiet sistema elettronika biex permezz tagħha jiġu rrapportati r-riżultati tal-laboratorju miksuba waqt li jkunu qed jiġu ssorveljati t-tjur tal-irziezet u l-għasafar selvaġġi. Jixraq li dik is-sistema elettronika tintuża għall-għanijiet tal-obbligi ta’ rappurtar stipulati fid-Deċiżjoni 2007/268/KE.

(3)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2007/268/KE tistipula li s-sejbiet seroloġiċi pożittivi kollha għandhom ikunu kkonfermati mil-Laboratorji Nazzjonali inkarigati mill-influwenza tat-tjur permezz ta’ test tal-inibizzjoni ħemaglutinazzjonali, bl-użu ta’ varjanti razzjali indikati apposta fornuti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-influwenza tat-tjur. Jixraq li l-varjanti razzjali użati għall-konferma tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5 jiġu sostitwiti minn varjanti razzjali oħra, li jafu jiksbu l-istess parametri djanjostiċi f’manjiera iktar rapida u iktar effiċjenti għal prezzha.

(4)

Id-Deċiżjoni 2007/268/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/268/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti A, Taqsima A.2, il-punt 4 jissostitwih dan li ġej:

“4.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-riżultati kollha pożittivi u negattivi kemm tal-investigazzjonijiet tal-laboratorju viroloġiċi kif ukoll dawk seroloġiċi miksuba matul is-sorveljanza jiġu rrapportati lill-Kummissjoni permezz tas-sistema elettronika tal-Kummissjoni. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati kull tliet xhur u jiddaħħlu fis-sistema elettronika fi żmien erba’ ġimgħat wara tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur.”;

(b)

Fil-Parti B, il-punt 2 jissostitwih dan li ġej:

“2.

Protokolli speċifiċi biex jakkumpanjaw il-materjal djanjostiku u l-kampjuni mibgħuta lil-LRK għandhom jiġu pprovduti mil-LRK. Jeħtieġ li jiġi żgurat skambju siewi ta’ informazzjoni bejn il-LRK u l-LN. Il-LRK għandu jipprovdi appoġġ tekniku u jżid fil-ħażna ta’ reaġenti djanjostiċi.”

(ċ)

Fil-Parti D, il-punt 3 jissostitwih dan li ġej:

“3.

Is-sejbiet seroloġiċi pożittivi kollha għandhom jiġu kkonfermati mil-LN permezz ta’ test tal-inibizzjoni ħemaglutinazzjonali, bl-użu ta’ varjanti razzjali indikati apposta fornuti mil-LRK:

(a)

għas-sottotip H5

(i)

Ittestjar inizjali bl-użu tat-teal/England/7894/06 (H5N3);

(ii)

Ittestjar tal-pożittivi kollha permezz taċchicken/Scotland/59(H5N1) sabiex jiġu eliminati l-antikorpi kross-reattivi N3

(b)

għas-sottotip H7

(i)

Ittestjar inizjali bl-użu tat-Turkey/England/647/77 (H7N7);

(ii)

Ittestjar tal-pożittivi kollha bl-African Starling/983/79 (H7N1) biex jiġu eliminati l-antikorpi kross-reattivi N7.”;

(2)

Fl-Anness II, Parti A, Taqsima A2, il-punt 3 jissostitwih dan li ġej:

“(3)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-riżultati kollha pożittivi u negattivi kemm tal-investigazzjonijiet tal-laboratorju viroloġiċi kif ukoll dawk seroloġiċi miksuba matul is-sorveljanza jiġu rrapportati lill-Kummissjoni permezz tas-sistema elettronika tal-Kummissjoni. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati kull tliet xhur u jiddaħħlu fis-sistema elettronika fi żmien erba’ ġimgħat wara tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 5.

(3)  ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3.


10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Ġunju 2009

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli taż-żejt tal-larinġ fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4232)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/438/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivao91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Fajl għas-sustanza attiva taż-żejt tal-larinġ inbagħat minn VIVAGRO Sarl, lill-awtoritajiet ta’ Franza fit-22 ta’ Frar 2008 b’applikazzjoni sabiex tikseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżaminazzjoni preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u t-tagħrif stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dejta u tagħrif stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl sussegwentament intbagħat lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn mill-applikant rispettiv, u tressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fuq livell Komunitarju li l-fajl huwa meqjus li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif stipulati fl-Anness II u, għal tal-anqas għal prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fil-fajl.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u t-tagħrif stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dejta u t-tagħrif stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, b’kunsiderazzjoni għall-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall il-fajl imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Żejt tal-larinġ Nru-CIPAC: mhux applikabbli

VIVAGRO Sarl

fit-22 ta’ Frar 2008

FR


Corrigendum

10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/49


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 62, 15 ta' Marzu 1993 )

F'paġna 69, l-Artikolu 2, il-punt 3:

minflok:

“3.   vettur: kull annimal selvaġġ vertebrat jew invertebrat li, b’mezzi mekkaniċi jew bijoloġiċi, x'aktarx jittrażmetti u jxerred l-aġent tal-marda fil-kwistjoni;”,

aqra:

“3.   vettur: kull annimal vertebrat jew invertebrat li, b’mezzi mekkaniċi jew bijoloġiċi, x'aktarx jittrażmetti u jxerred l-aġent tal-marda fil-kwistjoni;”.