ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.140.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
5 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief ( 1 )

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE ( 1 )

16

 

*

Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ( 1 )

63

 

*

Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE ( 1 )

88

 

*

Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ( 1 )

114

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B’MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020

136

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/1


REGOLAMENT (KE) Nru 443/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2009

li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità, għan li jifforma parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.

(2)

Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 (3), tesiġi li l-partijiet kollha jifformulaw u jimplimentaw programmi nazzjonali, u fejn xieraq reġjonali, li fihom miżuri li jimmitigaw it-tibdil tal-klima. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni f’Jannar 2007 pproponiet li, fil-kuntest tan-negozjati internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha ssegwi l-għan ta' tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-pajjiżi żviluppati sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990) u li l-Unjoni stess għandha tieħu impenn indipendenti sod biex tilħaq tnaqqis ta' mhux inqas minn 20 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta' serra sal-2020 (meta mqabbel mal-livelli tal-1990), irrispettivament mit-tnaqqis miksub minn pajjiżi żviluppati oħra. Dan l-għan kien approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

(3)

Waħda mill-implikazzjoni ta’ dawk l-impenji hija li l-Istati Membri kollha se jkollhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri. Għandhom jiġu implimentati politiki u miżuri fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija Komunitarja, u mhux biss fis-setturi tal-industrija u tal-enerġija, sabiex jiġi ġġenerat it-tnaqqis sostanzjali meħtieġ fl-emissjonijiet. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni, u l-emissjonijiet minn dan is-settur qed ikomplu jiżdiedu. Jekk l-impatt tat-trasport bit-triq fuq it-tibdil tal-klima jkompli jiżdied, se jhedded b'mod sinifikanti it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

(4)

Il-miri Komunitarji għall-karozzi tal-passiġġieri jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibbiltà biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards ta' prestazzjoni għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija.

(5)

Dan ir-Regolament jibni fuq il-proċess stabbilit ferm ta' tkejjil u monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi reġistrati fil-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda (4). Huwa importanti li d-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta’ CO2 tibqa’ tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil-Komunità kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotta kollha tal-vetturi tagħhom fil-Komunità.

(6)

Il-Kummissjoni adottat Strateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijet ta’ CO2 mill-karozzi fl-1995. L-istrateġija kienet ibbażata fuq tliet prinċipji: impenji volontarji mill-industrija tal-karozzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, titjib fl-informazzjoni lill-konsumaturi u t-trawwim ta' karozzi effiċjenti mil-lat tal-karburant permezz ta' miżuri fiskali.

(7)

Fl-1998, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi (ACEA) daħlet f'impenn għat-tnaqqis fil-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140g ta' CO2/km u, fl-1999, l-Assoċjazzjoni ta' Manifatturi tal-Karozzi Ġappuniżi (JAMA) u l-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi Koreani (KAMA) daħlu f'impenn li jnaqqsu l-medja tal-emissjonijiet mill-karozzi l-ġodda mibjugħa għal 140g CO2/km sal-2009. Dawn l-impenji ġew rikonoxxuti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/125/KE tal-5 ta' Frar 1999 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (5) (ACEA), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/303/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (KAMA) (6) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/304/KE tat-13 ta’ April 2000 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri (JAMA) (7).

(8)

Fis-7 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat żewġ Komunikazzjonijiet paralleli: Komunikazzjoni dwar ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief u Komunikazzjoni dwar Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 (CARS 21). Il-Komunikazzjonijiet enfasizzaw li filwaqt li sar progress lejn il-ksib tal-mira ta' 140 g CO2/km sal-2008/2009, il-mira Komunitarja ta' medja ta' 120 g emissjonijiet ta' CO2/km ma kenitx se tintlaħaq jekk ma jittiħdux miżuri addizzjonali.

(9)

Il-Komunikazzjonijiet ipproponew approċċ integrat sabiex tintlaħaq il-mira Komunitarja ta' 120g CO2/km sal-2012 u ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas leġiżlattiv biex tilħaq l-għan Komunitarju billi tiffoka fuq it-tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ CO2. B'hekk tintlaħaq il-mira ta' 130 g CO2/km għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda permezz ta' titjib fit-teknoloġija ta’ vetturi motorizzati. B’konsistenza mal-approċċ taħt l-impenji volontarji adottati mill-manifatturi, dan ikopri dawk l-elementi li jitqiesu fil-kejl tal-emissjonijiiet ta’ CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (8). Tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2/km, jew ekwivalenti jekk teknikament meħtieġ, se jirriżulta minn titjib teknoloġiku ieħor u minn użu akbar tal-bijokarburanti sostenibbli.

(10)

Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-medja tal-flotta ta' karozzi ġodda għandu jassigura miri ta' tnaqqis sostenibbli li huma kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti li jkunu ġusti għad-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe distorzjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejniethom. Il-qafas leġiżlattiv għandu jkun kompatibbli mal-għan globali, jiġifieri li jintlaħqu l-miri Komunitarji rigward Kjoto, u għandu jiġi appoġġat minn strumenti oħra aktar relatati mal-użu bħad-differenzjazzjoni tat-taxxi fuq il-karozzi u fuq l-enerġija.

(11)

Għandu jiġi żgurat finanzjament adegwat fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' teknoloġiji maħsuba għat-tnaqqis b'mod radikali tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tat-triq.

(12)

Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta’ CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri għandhom ikunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-karozzi fuq bażi lineari. Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa parametru tajjeb li tipprovdi korrelazzjoni sodisfaċenti mal-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u kompetittivament newtrali. Addizzjonalment, id-data dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Id-data dwar parametri ta' utilità alternattivi bħad-“daqs tal-footprint” (wisa' bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) għandha tinġabar sabiex jiġu faċilitati evalwazzjonijiet aktar fit-tul tal-approċċ ibbażat fuq l-utilità. Sal-2014, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-disponibbiltà tad-data u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tadatta l-parametru tal-utilità.

(13)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija tal-karozzi tinvesti f’teknoloġiji ġodda. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni innovattiva għandu jitħeġġeġ b’mod partikolari, billi dawn jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi b’mod sinifikanti, meta mqabbla mal-karozzi tradizzjonali tal-passiġġieri. B’dan il-mod, il-kompetittività fuq żmien twil tal-Industrija Ewropea titħeġġeġ u jinħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tinkludi miżuri ta’ eko-innovazzjoni fir-reviżjoni tal-proċeduri tal-ittestjar konformement mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, filwaqt li tqis l-impatti tekniċi u ekonomiċi ta' tali inklużjoni.

(14)

Bl-għarfien tal-ispejjeż għoljin ħafna għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-produzzjoni għal kull unità ta’ ġenerazzjonijiet bikrija ta’ teknoloġiji tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi ħafna tal-karbonju biex jiġu introdotti fis-suq wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament jimmira li jaċċelera u jiffaċilita, fuq bażi temporanja, il-proċess tal-introduzzjoni fis-suq Komunitarju ta' vetturi b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi ferm fl-istadji bikrija tal-kummerċjalizzazzjoni.

(15)

L-użu ta’ ċerti karburanti alternattivi jista’ joffri tnaqqis sinifikanti fis-CO2, mill-estrazzjoni sal-użu. Għalhekk dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jippromwovu t-tqegħid ta’ ċerti vetturi b'karburant alternattiv fis-suq Komunitarju.

(16)

Għall-konsistenza mal-approċċ adottat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Kummissjoni rigward is-CO2 u l-karozzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-impenji li għamlu l-assoċjazzjonijiet tal-manifatturi, il-mira għandha tiġi applikata għal karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità, ħlief għal perjodu limitat sabiex jiġu evitati l-abbużi.

(17)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (9) tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi l-ġodda kollha fl-ambitu tagħha. L-entità responsabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess entità responsabbli għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip taħt din id-Direttiva u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni.

(18)

Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għal vetturi għal użi speċjali, kif ġie definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, u għalhekk huma għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-vetturi li huma klassifikati bħala kategorija M1 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li huma mibnija speċifikament għal għanijiet kummerċjali biex jakkomodaw l-użu tas-siġġu tar-roti ġol-vettura u li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ vetturi għal għanijiet speċjali fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament konformement mal-politika tal-Komunità favur l-għajnuna lill-persuni b'diżabbiltà.

(19)

Il-manifatturi għandhom ikollhom il-flessibbiltà biex jiddeċiedu kif se jilħqu l-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, u għandhom jitħallew iqassmu l-emissjonijiet fuq il-flotta tal-karozzi l-ġodda aktar milli jkollhom jirrispettaw il-miri ta’ CO2 għal kull karozza individwali. Il-manifatturi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-emissjoni speċifika medja għall-karozzi l-ġodda kollha reġistrati fil-Komunità li huma responsabbli għalihom ma teċċedix il-medja tal-miri tal-emissjonijiet għal dawk il-karozzi. Dan ir-rekwiżit għandu jiddaħħal gradwalment bejn l-2012 u l-2015 sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni.

(20)

Mhuwiex xieraq li wieħed juża l-istess metodu biex jiddetermina l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal prodotturi ta' volumi kbar u għal manifatturi ta’ volum żgħir meqjusa bħala indipendenti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Dawn il-manifatturi ta’ volumi żgħar għandhom ikollhom miri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet marbuta mal-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta’ produttur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-oqmsa tas-suq ikkonċernati. Din id-deroga għandha tkun koperta bir-reviżjoni tal-miri speċifiċi ta' emissjonijiet fl-Anness I li għandhom jitlestew sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013.

(21)

Il-manifatturi li jipproduċu għal suq ristrett għandhom ikunu permessi jibbenefikaw minn mira alternattiva li tkun ta' 25 % anqas mill-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tagħhom fl-2007. Għandha tiġi determinata mira ekwivalenti fejn ma tkunx teżisti informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-produttur għall-2007. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri għall-emissjonijiet speċifiċi fl-Anness I li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013.

(22)

Fid-determinazzjoni tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha reġistrati fil-Komunità li għalihom il-manifatturi huma responsabbli, għandhom jitqiesu l-karozzi kollha irrispettivament mill-massa tagħhom jew minn kwalunkwe karatteristika oħra. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma jkoprix karozzi tal-passiġġieri b'referenza ta' massa li teċċedi l-2 610 kg u li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ma ġietx estiża taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (EC) Nru 715/2007, l-emissjonijiet għal dawn il-karozzi għandhom jitkejlu konformement mal-istess proċedura ta' kejl speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (10). Il-valuri ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw minn dan il-kejl għandhom jiddaħlu fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vetturi sabiex ikun possibbli li dawn jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ.

(23)

Sabiex ikollhom il-flessibbiltà, il-manifatturi jistgħu, sabiex jilħqu flimkien il-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, jaqblu bejniethom biex jingħaqdu f’konsorzju miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Il-ftehim biex jiġi ffurmat konsorzju m’għandux jaqbeż il-ħames snin, iżda jista’ jiġġedded. Fejn il-manifatturi jingħaqdu, għandhom jitqiesu li jkunu laħqu l-mira tagħhom jekk il-medja tal-emissjonijiet mill-konsorzju komplessivament li jiffurmaw ma taqbiżx l-emissjonijiet fil-mira għall-konsorzju.

(24)

Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta' konformità sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu.

(25)

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 dijossidu tal-karbonju minn karozzi ġodda tal-passiġġieri jitkejlu fuq bażi armonizzata fil-Komunità konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu għandha titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda fil-Komunità miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data għandhom jiġu armonizzati kemm jista' jkun.

(26)

Id-Direttiva 2007/46/KE tipprevedi li l-manifatturi għandhom joħorġu ċertifikat tal-konformità li għandu jakkumpanja kull karozza tal-passiġġieri ġdida u li l-Istati Membri għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' karozza tal-passiġġieri ġdida biss jekk din ikollha magħha ċertifikat validu tal-konformità. Id-data miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur għall-karozza tal-passiġġieri u għandha tkun ibbażata biss fuq din ir-referenza. Jekk l-Istati Membri, għal raġunijiet ġustifikati, ma jużawx iċ-ċertifikat ta’ konformità sabiex itemmu l-proċess ta’ reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida, huma għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-preċiżjoni li tixraq fil-proċedura ta' monitoraġġ. Għandu jkun hemm database standard Komunitarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tad-data. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tippermetti li l-Istati Membri jżommu d-data ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati.

(27)

Il-konformità tal-manifatturi mal-miri f'dan ir-Regolament għandha tiġi valutata fil-livell Komunitarju. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jeċċedu dawk permessi f'dan ir-Regolament għandhom iħallsu premium għall-eċċess ta' emissjonijiet fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem. Il-premium għandu jiġi aġġustat abbażi ta' kemm il-manifatturi jkunu naqsu milli jilħqu l-mira tagħhom. Għandu jiżdied biż-żmien. Sabiex ikun ta' inċentiv biżżejjed biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, il-premium għandu jirrifletti l-ispejjeż teknoloġiċi. L-ammonti tal-premium fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(28)

Kwalunkwe miżura nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu taħt l-Artikolu 176 tat-Trattat ma għandhiex, b'kont meħud tal-għan u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament, timponi penali addizzjonali jew aktar ebsin fuq manifatturi li jonqsu milli jikkonformaw mal-miri li għandhom jilħqu taħt dan ir-Regolament.

(29)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.

(30)

Il-Kummissjoni għandha tqis modalitajiet ġodda biex tinkiseb il-mira fuq żmien twil, b’mod partikolari l-grad ta’ nżul tal-kurva, il-parametru ta’ utilità u l-iskema tal-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (11).

(32)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rappurtar fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex tistabbilixxi metodi għall-ġbir ta’ premiums fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet u biex tadotta dispożizzjonijiet dettaljati dwar id-deroga speċjali għal ċerti manifatturi indipendenti ta’ volumi żgħar, u biex tadatta l-Anness I biex iqis l-evoluzzjoni tal-massa ta' karozzi ġodda reġistrati fil-Komunità u biex jirriflettu kwalunkwe bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u ġew imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33)

Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE għandha titħassar għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza legali.

(34)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' rendiment għall-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għanijiet

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u sabiex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta' 120g CO2/km bħala emissjonijiet medji ta’ CO2 għall-flotta ta’ karozzi ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri fil-livell ta’ 130g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi motorizzati, kif imkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, u permezz ta' teknoloġiji innovattivi.

Mill-2020 'il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta' 95 g CO2/km bħala emissjonijiet medji għall-flotta tal-karozzi ġodda konformement mal-Artikolu 13(5).

Dan ir-Regolament ser jiġi komplementat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE (“karozzi tal-passiġġieri”) li huma reġistrati fil-Komunità għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Komunità (“karozzi ġodda tal-passiġġieri”).

2.   Ir-reġistrazzjoni preċedenti li ssir barra mill-Komunità ta’ inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fil-Komunità m’għandhiex titqies.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser, relattivament għal manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri, prodotti minn dak il-manifattur;

(b)

“ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(c)

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(d)

“massa” tfisser il-massa tal-karozza bil-karrozzerija, f'kundizzjoni li taħdem, kif dikjarata fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definita fis-Sezzjoni 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(e)

“footprint” tfisser il-wisa' bejn ir-roti (track width) mmultiplikata bit-tul bejn il-fusien (wheelbase), kif mistqarr fiċ-ċertifikat ta' konformità u ddefinit fit-taqsimiet 2,1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(f)

“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet CO2 minn karozza tal-passiġġieri mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità. Għal karozzi tal-passiġġieri li m'għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser li l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mal-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata għall-karozzi tal-passiġġieri fir-Regolament (KE) Nru 692/2008, jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal dawn il-karozzi tal-passiġġieri;

(g)

“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 permessi taħt l-Anness I fir-rigward ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri, prodotta minn dak il-manifattur, jew fejn il-manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt dik id-deroga.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser:jaqgħu taħt waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot;

is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a) fuq il-manifattur;

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament mill-manifattur jew waħda jew aktar mill-impriżi konnessi tiegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

Artikolu 4

Miri speċifiċi ta' emissjonijiet

Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri għandu jassigura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta' CO2 ma jeċċedux il-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi determinata taħt l-Anness I jew, fejn manifattur ngħata deroga taħt l-Artikolu 11, taħt dik id-deroga.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti:

65 % fl-2012;

75 % fl-2013;

80 % fl-2014;

100 % mill-2015 ‘il quddiem.

Artikolu 5

Superkrediti

Fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kull karozza tal-passiġġieri ġdida b'emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' anqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:

3,5 karozzi fl-2012;

3,5 karozzi fl-2013;

2,5 karozzi fl-2014;

1,5 karozzi fl-2015;

karozza waħda mill-2016 ‘il quddiem.

Artikolu 6

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal vetturi li jaħdmu b'karburant alternattiv

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità, min-naħa ta' manifattur, mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, ta' kull vettura maħsuba biex taħdem fuq taħlita ta' petrol b'85 % etanol (“E85”) li tissodisfa l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b'5 % sal-31 ta' Diċembru 2015 b'rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn talanqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih tkun reġistrata l-vettura jipprovdu dan it-tip ta' karburant alternattiv u jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

Artikolu 7

Konsorzju

1.   Il-manifatturi, minbarra dawk il-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bil-għan li jilħqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.

2.   Il-ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda’ fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja għand il-Kummissjoni:

(a)

il-manifatturi li jkunu inklużi fil-konsorzju;

(b)

il-manifattur nominat bħala l-amministratur tal-konsorzju u li jkun il-punt ta' kuntatt għall-konsorzju filwaqt li jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jiġi impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9; u

(c)

prova li l-amministratur tal-konsorzju jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-punt (b).

3.   Fejn l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.

4.   Il-manifatturi inklużi f'konsorzju għandhom konġuntement jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tiegħu sa fejn dan jista' jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kull premium għall-eċċessi ta' emissjonijiet li jkun impost fuq il-konsorzju taħt l-Artikolu 9, u dwar kwalunkwe bidla fil-membri tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.

5.   Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li kull ftehim tagħhom ikun konformi mal-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u jippermetti l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom partikolarment jiżguraw li l-ebda kondiviżjoni ta’ data jew skambju ta’ informazzjoni ma jista’ jsir fil-kuntest tal-arranġament tagħhom ta' konsorzju, ħlief għal dan li ġej:

(a)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2;

(b)

il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi;

(c)

l-għadd totali ta’ vetturi reġistrati.

6.   Il-paragrafu 5 m’għandux japplika fejn il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.

7.   Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar monitoraġġ u rappurtaġġ fir-rigward kemm ta' manifatturi individwali kif ukoll ta' konsorzji għandha tiġi reġistrata, rappurtata u disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 8

Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji

1.   Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun reġistrata fit-territorju tiegħu konformement mal-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u għall -importaturi jew ir-rappreżentanti nominati minnhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi ta' rappurtar jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjonitat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.

2.   Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, mill-2011 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasferixxi lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat taħt il-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.

3.   Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibgħatu s-sett sħiħ ta' data miġbura taħt il-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu, u sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, mill-2011 'il quddiem, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:

(a)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

(b)

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti; u

(c)

id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Istat Membru dwar l-għadd ta' karozzi ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.

5.   Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifiki mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.

6.   Fejn, fuq il-bażi tal-kalkoli taħt il-paragrafu 5, fir-rigward tas-sena kalendarja 2010 jew 2011, il-Kummissjoni jidhrilha li l-medja ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' manifattur f'dik is-sena jkunu qabżu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifattur.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta' monitoraġġ taħt dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjon dwar l-awtorità kompetenti nominata sa mhux aktar tard minn8 ta’ Diċembru 2009. Il-Kummissjoni sussegwentement għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

8.   Għal kull sena kalendarja li fiha japplika l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon tal-pompi tal-petrol u l-kriterji ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-karburant E85 imsemmija f'dak l-Artikolu.

9.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data taħt dan l-Artikolu u dwar l-applikazzjoni tal-Anness II konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).

Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness II fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Artikolu 9

Premium għall-eċċess ta' emissjonijiet

1.   Fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-2012 ‘il quddiem li għaliha l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'dik is-sena, il-Kummissjoni għandha timponi premium għall-eċċess ta' emissjonijiet fuq il-manifattur, jew fil-każ ta' konsorzju, l-amministratur tal-konsorzju.

2.   Il-premium għall-eċċess ta' emissjonijiet taħt il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:

(a)

Mill-2012 sal-2018:

(i)

Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 3 g CO2/km:

((Eċċess ta' emissjonijiet — 3 g CO2/km) × 95 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 25 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 15 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 5 EUR/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

(ii)

Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux b'aktar minn 3 g CO2/km:

((Eċċess ta' emissjonijiet — 2 g CO2km) × 25 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 15 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/kmx 5 EUR/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

(iii)

Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 1 g CO2/km iżda mhux b'aktar minn 2 g CO2/km:

((Eċċess ta' emissjonijiet — 1g CO2/km) × 15 EUR/g CO2/km + 1 g CO2/km × 5 EUR/g CO2/km) ×l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

(iv)

Fejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur ta' CO2 jeċċedu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu b'aktar minn 1 g CO2/km:

(Eċċess ta' emissjonijiet × 5 EUR/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

(b)

Mill-2019 'il quddiem:

(Eċċess ta' emissjonijiet × 95 EUR/g CO2/km) × l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-'eċċess ta' emissjonijiet, determinat kif stipulat fl-Artikolu 4, ifisser in-numru pożittiv ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifattur — b'kont meħud tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minħabba t-teknoloġiji innovattivi approvati — ikunu eċċedu l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja, arrotondat għall-eqreb tliet punti deċimali; u l-“għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri” ifisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri magħmula mill-manifattur u li ġew ireġistrati dik is-sena konformement mal-kriterji tal-introduzzjoni gradwali stabbiliti fl-Artikolu 4.

3.   Għandhom jiġu stabbiliti metodi għall-ġbir tal-premiums għall-eċċess ta' emissjonijiet taħt il-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

4.   L-ammonti tal-premium fuq l-eċċessi ta' emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi

1.   Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-2011, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista fejn tindika għal kull manifattur:

(a)

il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;

(b)

il-medja tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

(c)

id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena;

(d)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fis-sena kalendarja preċedenti fil-Komunità; kif ukoll

(e)

il-massa medja għall-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri fil-Komunità fis-sena kalendarja preċedenti.

2.   Mill-31 ta' Ottubru 2013, il-lista ppubblikata taħt il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx ikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 11

Derogi għal ċerti manifatturi

1.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi kkalkulata taħt l-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli għal inqas minn 10 000 karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fil-Komunità kull sena kalendarja; kif ukoll

(a)

li ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew

(b)

li jkun parti minn grupp ta' impriżi konnessi ikun responsabbli in toto għal anqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri reġistrata fil-Komunità kull sena kalendarja; jew

(c)

ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru ta' disinn tiegħu stess.

2.   Deroga li għaliha ssir applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal massimu ta’ ħames snin kalendarji. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur;

(b)

provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1;

(c)

dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri li jimmanifattura, fosthom il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dawk il-karozzi tal-passiġġieri; u

(d)

mira ta' emissjonijiet speċifiċi li tkun konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku biex inaqqas l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u b'kont meħud tal-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza mmanifatturata.

3.   Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza manifatturata, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. Id-deroga għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara d-data tal-għoti tad-deroga.

4.   Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata taħt l-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fil-Komunità.

Applikazzjoni bħal din tista’ ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma’ kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni u għandha tinkludi:

(a)

l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 2(a) u (c), inkluż, fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar kull impriża konnessa;

(b)

mira li hija i) 25 % tnaqqis fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2007 jew, ii) fejn issir applikazzjoni waħda fir-rigward ta' numru ta’ impriżi assoċjati, tnaqqis ta’ 25 % fuq il-medja tal-emissjoniiet speċifiċi tas-CO2 ta’ dawk l-impriżi fl-2007.

Fejn ma teżistix informazzjoni dwar il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas- CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta’ tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas- CO2 disponibbli li jintużaw f’karozzi tal-passiġġieri ta’ massa komparabbli u b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ karozza mmanifatturata.

Din il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b).

5.   Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.

6.   Jekk, fuq il-bażi ta' notifika taħt il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar fis-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.

7.   Fejn il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-premium għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 9.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi (1) sa (7), inter alia fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal derogi, tal-kontenut tal-applikazzjonijiet, u tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

9.   L-applikazzjonijiet għal deroga, inkluża l-informazzjoni li tappoġġaha, in-notifiki taħt il-paragrafu 5, ir-revoki taħt il-paragrafu 6 u kwalunkwe impożizzjoni ta' premium għal emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 7, u l-miżuri adottati konformement mal-paragrafu 8, għandhom ikunu disponibbli pubblikament, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (12).

Artikolu 12

Eko-innovazzjoni

1.   Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi. Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2./km

2.   Il-Kummissjoni għandha, sal-2010, jadotta, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2), dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura li tapprova teknoloġiji innovattivi bħal dawn. Dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji, li ġejjin, għal teknoloġiji innovattivi:

(a)

il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;

(b)

it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ta’ tnaqqis tas-CO2 li jkun verifikat;

(c)

it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu tal-eżami standard għall-kejl tas-CO2 jew minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja.

3.   Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta' xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta' interazzjoni possibbli tal-miżura ma' teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirriferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.

4.   Il-Kummissjoni għanda tikkonferma t-tnaqqis miksub, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 13

Reviżjoni u rapport

1.   Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi ħfief.

2.   Sa Ottubru 2014 u kull tliet snin wara dan, għandhom jiġu adottati miżuri li jemendaw l-Anness I sabiex tiġi aġġustata il-figura ta’ M0 imsemmija fih għal medja tal-massa medja tal-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda fit-tliet snin kalendarji ta’ qabel.

Dawk il-miżuri għandhom ikollhom effett għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 u kull tliet snin wara dan.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

3.   Mill-2012, il-Kummissjoni għandha twettaq stima tal-impatt sabiex sal-2014 tirrivedi, kif stipulat fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet CO2 kif stipulati minn dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b’mod adegwat ir-rendiment reali tal-emissjonijiet CO2 tal-karozzi u b’mod partikolari, proposti li jinkludu t-teknoloġiji innovattivi approvati kif definit fl-Artikolu 12 li jistgħu jkunu riflessi fiċ-ċiklu tal-eżami. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li sussegwentement dawk il-proċeduri jiġu riveduti b’mod regolari.

Mid-data tal-applikazzjoni tal-proċedura riveduta għall-kejl tal-emissjonijiet tas- CO2, it-teknoloġiji innovattivi ma għandhomx jiġu iktar approvati taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12.

4.   Sal-2010, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-Direttiva 2007/46/KE sabiex kull tip/varjant/verżjoni ikunu jikkorrispondu għal sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi.

5.   Sal-1 ta' Jannar tal-2013, il-Kummissjoni għandha tlesti reviżjoni ta’ objettivi speċifiċi ta' emissjonijiet fl-Anness I u tad-derogi fl-Artiklu 11, bil-ħsieb li tiddefinixxi:

l-arranġamenti biex jintlaħaq, sas-sena 2020, objettiv fuq żmien twil ta’ 95 g CO2/km b’mod effikaċi meta mqabbel man-nefqa; u

l-aspetti tal-implimentazzjoni ta' dik il-mira, inkluż il-premium fuq l-eċċess ta' emissjonijiet.

Abbażi ta’ din ir-reviżjoni u l-istima tal-impatt tagħha li tinkludi stima ġenerali tal-impatt fuq l-industrija tal-karozzi u fuq l-industriji dipendenti minnha, il-Kummissjoni għandha, kif ikun meħtieġ, tressaq proposta għall-emendament ta' dan ir-Regolament b’mod li jkun kemm jista' jkun newtrali mill-perspettiva tal-kompetizzjoni, u li jkun soċjalment ekwu u sostenibbli.

6.   Sal-2014, u wara stima tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà ta' data tal-footprint u l-użu tagħha bħala parametru tal-utilità biex ikunu stabbiliti miri ta' emissjonijiet speċifiċi u, jekk xieraq, għandha tressaq rapport lill-Paralament Ewropew u lill-Kunsill biex ikun emendat l-Anness I.

7.   Għandhom jiġu adottati miżuri biex jaħsbu għall-adattament meħtieġ għall-formuli tal-Anness I sabiex tkun riflessa kull bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Artikolu 14

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (13).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

Madankollu, l-Artikoli 4, 9 u 10 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu japplikaw sa meta l-Kummissjoni tkun ressqet quddiem il-Parlament Ewropew rapport dwar id-data ta' monitoraġġ għas-sena kalendarja 2009.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 77. 31.3.2009, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' April 2009.

(3)  ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

(4)  ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 40, 13.2.1999, p. 49.

(6)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 55.

(7)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 57.

(8)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(13)  Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunita' u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.)


ANNESS I

MIRI SPEĊIFIĊI TA’ EMISSJONIJIET

1.   L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida, imkejla fi grammi kull kilometru għall-finijiet tal-kalkoli f'dan l-Anness għandhom jiġu ddeterminati konformement mal-formula li ġejja:

(a)

Mill-2012 sal-2015:

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 = 130 + a × (M – M0)

Fejn:

M

=

il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg)

M0

=

1 372,0

a

=

0,0457

(b)

Mill-2016 'il quddiem:

L-emissjoni speċifika ta’ CO2 = 130 + a × (M – M0)

Fejn:

M

=

il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg)

M0

=

il-valur adottat taħt l-Artikolu 13(2)

a

=

0,0457

2.   Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur f'sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' kull karozza ġdida, reġistrata f'dik is-sena kalendarja, tal-passiġġieri li tagħha huwa jkun il-manifattur.


ANNESS II

MONITORAĠĠ U RAPPORTAR TA' EMISSJONIJIET

PARTI A — Ġbir ta' data dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2

1.   Għas-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dettalji li ġejjin għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tkun ireġistrata fit-territorju tagħhom:

(a)

il-manifattur;

(b)

it-tip, il-varjant u l-verżjoni tagħha;

(c)

l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km) tagħha;

(d)

il-massa (kg) tagħha;

(e)

it-tul bejn rota u oħra (mm); u

(f)

il-wisa' bejn rota u oħra (mm).

2.   Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità għall-karozza rilevanti tal-passiġġieri. Fejn ċertifikat tal-konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal karozza tal-passiġġieri, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu juża biss iċ-ċifra massima. Fil-każ ta' vetturi li jużaw żewġ karburanti (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta' konformità tagħhom juru ċifri speċifiċi ta' emissjonijiet ta' CO2 għaż-żewġ tipi ta' karburant, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass.

3.   Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta' Jannar 2010 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jiddetermina, konformement mal-metodi deskritti fil-Parti B, għal kull manifattur:

(a)

l-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju tagħhom;

(b)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Parti B ta' dan l-Anness;

(c)

il-massa medja, kif speċifikat fil-punt 3 tal-Parti B ta' dan l-Anness;

(d)

għal kull verżjoni ta' kull varjant ta' kull tip ta' karozza ġdida tal-passiġġieri:

(i)

l-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fil-punt 1 tal-Parti B ta' dan l-Anness;

(ii)

l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u l-kondiviżjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet bħala riżultat ta' teknoloġiji innovattivi konformement mal-Artikolu 12 jew ta' vetturi ta' karburant alternattiv konformement mal-Artikolu 6;

(iii)

il-massa;

(iv)

il-footprint tal-karozza, kif speċifikat fil-punt 5 tal-Parti B ta' dan l-Anness.

PARTI B — Il-metodoloġija biex tiġi determinata l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ ta’ CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri

L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma marbuta jiddeterminaw taħt il-punt 3 tal-parti A għandha tiġi determinata konformement mal-metodoloġija f'din il-Parti.

1.   L-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati (N)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju tagħhom matul is-sena ta' monitoraġġ rispettiva (N).

2.   L-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri (Save)

L-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri reġistrati għal-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru fis-sena ta' monitoraġġ (Save) jiġi kkalkulat billi wieħed jiddividi l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri (S) bl-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri (N).

Save = (1 / N) × Σ S

3.   Il-massa medja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri

Il-massa medja tal-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri reġistrati fit-territorju ta' Stat Membru fis-sena ta' monitoraġġ (Mave) tiġi kkalkulata billi wieħed jiddividi l-massa ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri (M) bl-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri (N).

Mave = (1 / N) × Σ M

4.   It-tqassim ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri abbażi tal-verżjoni

Għal kull verżjoni ta' kull varjant ta' kull tip ta' karozza ġdida tal-passiġġieri, għandhom jitniżżlu l-għadd ta' karozzi tal-passiġġieri reġistrati għall-ewwel darba, il-massa tal-vetturi, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u il-footprint tal-karozza.

5.   Il-footprint

Il-footprint tal-karozza għandu jiġi kkalkulat permezz tal-moltiplikazzjoni tat-tul tal-karozza (bejn it-tajers ta' quddiem u ta' wara) mal-wisa' bejn ir-roti tax-xellug u tal-lemin tal-karozza.

PARTI C — Format għat-trażmissjoni tad-data

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data deskritta fil-punt 3 tal-parti A għal kull manifattur fil-formati li ġejjin:

Data aggregata:

Sena:

 

 

 

 

Manifattur

L-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri reġistrati.

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km)

Il-massa medja (kg)

Il-footprint medju (m2)

(Manifattur 1)

(Manifattur 2)

It-total tal-manifatturi kollha

Data dettaljata fil-livell tal-manifattur:

Sena

Manifattur

Tip ta’ Karozza

Varjant

Verżjoni

Teknoloġiji innovattivi (*) jew grupp ta’ teknoloġiji innovattivi, jew vetturi ta' karburant alternattiv (**)

 

Isem kummerċjali

Total ta' reġistrazzjonijiet ġodda

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2

(g/km)

Massa

(kg)

Il-footprint

(m2)

Tnaqqis ta’ emissjonijiet permezz ta’ teknoloġiji innovattivi (*) jew tal-kapaċità ta' karburant alternattiv (**)

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 1)

(Isem il-varjant 1)

(Isem il-verżjoni 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 1)

(Isem il-varjant 1)

(Isem il-verżjoni 2)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 1)

(Isem il-varjant 2)

(Isem il-verżjoni 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 1)

(Isem il-varjant 2)

(Isem il-verżjoni 2)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 2)

(Isem il-varjant 1)

(Isem il-verżjoni 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 2)

(Isem il-varjant 1)

(Isem il-verżjoni 2)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 2)

(Isem il-varjant 2)

(Isem il-verżjoni 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

(Isem it-tip 2)

(Isem il-varjant 2)

(Isem il-verżjoni 2)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

 

Sena 1

(Isem il-manufattur 1)

 


(*)  Konformement mal-Artikolu 12.

(**)  Konformement mal-Artikolu 6.


DIRETTIVI

5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/16


DIRETTIVA 2009/28/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, u l-Artikolu 95 tiegħu f’relazzjoni mal-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ din id-Direttiva,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Il-kontroll tal-konsum tal-enerġija Ewropea kif ukoll iż-żieda fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, flimkien ma’ ffrankar ta’ enerġija u żieda fl-effiċjenza tal-enerġija, jikkostitwixxu partijiet importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra u jkun hemm konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma’ aktar impenji tal-Komunità u internazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra wara l-2012. Dawk il-fatturi għandhom ukoll rwol importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija, fil-promozzjoni tal-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika u fl-għoti ta’ opportunitajiet għall-impjieg u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f’żoni rurali u iżolati.

(2)

B’mod partikolari, iż-żieda fit-titjib teknoloġiku, l-inċentivi għall-użu u l-espansjoni tat-trasport pubbliku, l-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport huma wħud mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat fis-settur tat-trasport, fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija hija l-aktar akuta, u jinfluwenzaw is-suq tal-karburanti għat-trasport.

(3)

Ġew rikonoxxuti l-opportunitajiet li jkun stabbilit it-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni u politika sostenibbli dwar l-enerġija kompetittiva. ll-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli spiss tiddependi minn kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) lokali jew reġjonali. L-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjiegi li jġibu l-ivestimenti reġjonali u lokali fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom huma importanti. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw miżuri ta’ żvilupp reġjonali u nazzjonali f’dawk l-oqsma, jinkuraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn inizjattivi ta’ żvilupp lokali u reġjonali u jippromwovu l-użu tal-finanzjament strutturali f’dan il-qasam.

(4)

Fl-aġevolment tal-iżvilupp tas-suq għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jeħtieġ li jitqies l-impatt pożittiv fuq l-opportunitajiet ta’ żvilupp reġjonali u lokali, il-prospetti għall-esportazzjoni, il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet ta’ impjieg, b’ mod parikolari fir-rigward ta’ SMEs kif ukoll produtturi indipendenti tal-enerġija.

(5)

Sabiex jonqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra fil-Komunità u d-dipendenza ta’ din fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jkun marbut mill-qrib maż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija.

(6)

Hu xieraq li tkun appoġġjata l-fażi ta’ dimostrazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġiji deċentralizzati ta’ enerġija rinnovabbli. Il-bidla għall-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija għandha ħafna benefiċċji inkluż l-utilizzazzjoni tas-sorsi tal-enerġija lokali, iż-żieda fis-sigurtà lokali tal-provvista tal-enerġija, distanzi iqsar ta’ trasport u tnaqqis fit-telf tal-enerġija trażmessa. Din id-deċentralizzazzjoni tiffavorixxi wkoll żvilupp u koeżjoni Komunitarja billi tipprovdi sorsi ta’ dħul u toħloq impjiegi lokalment.

(7)

Id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku (4) u d-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (5) stabbilixxew definizzjonijiet għal tipi differenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (6) stabbilixxiet definizzjonijiet għas-settur tal-elettriku b’mod ġenerali. Fl-interess taċ-ċertezza legali u ċ-ċarezza huwa xieraq li jintużaw l-istess definizzjonijiet jew oħrajn simili f’din id-Direttiva.

(8)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 intitolata “Il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli — L-Enerġija Rinnovabbli fis-seklu 21: il-bini ta’ futur iżjed sostenibbli” wera li mira ta’ 20 % għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u mira ta’ 10 % għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport ikunu miri xierqa u li jistgħu jinkisbu, u li qafas li jinkludi miri mandatorji għandu jipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fuq -perijodu twil li għandha bżonn biex tagħmel investimenti sostenibbli u razzjonali fis-settur tal-enerġija rinnovabbli li jkunu kapaċi li jnaqqsu d-dipendenza fuq karburanti fossili impurtati u ssaħħaħ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-enerġija. Dawn il-miri jeżistu fil-kuntest tal-20 % titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija sal-2020 stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal”, li ġie endorsjat mill-Kunsill Ewropew f’Marzu 2007, u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar dak il-Pjan ta’ Azzjoni.

(9)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità lejn l-iżvilupp madwar il-Komunità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli lil hinn mill-2010. Huwa approva mira mandatorja ta’ sehem ta’ 20 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum globali tal-enerġija fil-Komunità sal-2020 u mira minima mandatorja ta’ 10 % li trid tintlaħaq mill-Istati Membri kollha għas-sehem ta’ bijokarburanti fil-konsum tal-petrol u d-diżil sal-2020, li jridu jiġu introdotti b’infiq effettiv. Huwa ddikjara li l-karattru vinkolanti tal-mira tal-bijokarburanti huwa xieraq, kemm-il darba l-produzzjoni hija sostenibbli, bil-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni jsiru kummerċjalment disponibbli u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (7) li qed tkun emendata biex tippermetti livelli adegwati ta’ taħlit. Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2008 tenna li huwa essenzjali li jiġu żviluppati u ssodisfatti kriterji effettivi ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u tiġi żgurata d-disponibbiltà kummerċjali tal-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2008 rrefera mill-ġdid għall-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-iżvilupp ta’ bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni, u enfasizza l-ħtieġa li jiġu evalwati l-impatti possibbli tal-produzzjoni tal-bijokarburanti fuq il-prodotti tal-ikel agrikoli u li tittieħed azzjoni, jekk meħtieġ, biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet. Huwa ddikjara wkoll li għandha ssir evalwazzjoni ulterjuri tal-konsegwenzi ambjentali u soċjali tal-produzzjoni u l-konsum tal-bijokarburanti.

(10)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli fl-Ewropa (8), il-Parlament Ewropew għamel sejħa lill-Kummissjoni biex, sal-aħħar tal-2007, tippreżenta proposta għal qafas leġislattiv għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli, b’referenza għall-importanza li jkunu stabbiliti miri għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell Komunitarju u tal-Istati Membri.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli trasparenti u mhux ambigwi biex ikun ikkalkulat is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u biex ikunu definiti dawk is-sorsi. F’dan il-kuntest għandhom jiġu inklużi l-enerġija preżenti fl-oċeani u korpi oħra tal-ilma fil-forma ta’ mewġ, kurrenti tal-baħar, mareat, gradjenti tal-enerġija termali tal-oċean jew gradjenti tas-salinità.

(12)

L-użu ta’ materjal agrikolu bħad-demel, id-demel likwidu u skart ieħor organiku u tal-annimali għall-produzzjoni tal-bijogass, minħabba l-potenzjal qawwi tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra, għandu vantaġġi ambjentali sinifikanti f’termini ta’ produzzjoni ta’ sħana u ta’ enerġija kif ukoll l-użu tiegħu bħala bijokarburant. L-istallazzjonijiet tal-bijogass jistgħu, bħala riżultat tan-natura deċentralizzata tagħhom u l-istruttura ta’ investiment reġjonali, jikkontribwixxu sew għal żvilupp sostenibbli f’zoni rurali u joffru lill-bdiewa opportunitajiet ġodda ta’ dħul.

(13)

Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri nazzjonali mandatorji konsistenti ma’ sehem ta’ 20 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u sehem ta’ 10 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fil-konsum tal- enerġija Komunitarja sal-2020.

(14)

L-għan ewlieni ta’ miri nazzjonali mandatorji huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri u li jinkoraġġixxi żvilupp kontinwu ta’ teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija mit-tipi kollha ta’ sorsi rinnovabbli. Għalhekk mhux xieraq li tkun differita deċiżjoni dwar jekk mira hijiex mandatorja sakemm iseħħ avveniment ieħor.

(15)

Il-punt tat-tluq, il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli u t-taħlit tal-enerġija ta’ kull Stat Membru jvarja. Huwa għalhekk meħtieġ li l-mira tal-Komunità ta’ 20 % tiġi tradotta f’miri individwali għal kull Stat Membru, b’konsiderazzjoni debita għal allokazzjoni ġusta u adegwata li tqis il-punti ta’ tluq u l-potenzjali differenti tal-Istati Membri, inkluż il-livell eżistenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-taħlita tal-enerġija. Huwa xieraq li dan isir bit-tqassim billi ż-żieda totali meħtieġa fl-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tinqasam bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ żieda ugwali fis-sehem ta’ kull Stat Membru fi proporzjon mal-PDG, immodulat biex jirrifletti l-punti tat-tluq tagħhom, u b’kontabilità f’termini tal-konsum finali gross tal-enerġija, b’konsiderazzjoni tal-isforzi tal-passat tal-Istati Membri fir-rigward tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(16)

B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 10 % għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ karburanti għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw bijokarburanti minn x’imkien ieħor. Filwaqt li jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport mill-produzzjoni domestika biss, huwa kemm possibbli kif ukoll mixtieq li l-mira fil-fatt tintlaħaq permezz ta’ taħlita bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, inter alia, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies, inter alia, l-iżvilupp tan-negozjati kummerċjali multilaterali u bilaterali, konsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali, u ekonomiċi, u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(17)

It-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija huwa objettiv ewlieni tal-Komunità, u l-għan hu li jintlaħaq titjib ta’ 20 % fl-effiċjenza tal-enerġija sal-2020. Dik il-mira, flimkien mal-leġislazzjoni eżistenti u futura inklużi d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (9), id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (10), u d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (11), għandu rwol kritiku biex tiżgura li objettivi tal-klima u l-enerġija qed jintlaħqu bl-inqas spiża possibbli, u tista’ wkoll tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea. L-effiċjenza tal-enerġija u limji politiċi ta’ ffrankar tal-enerġija huma wħud mill-metodi l-aktar effettivi li bihom l-Istati Membri jistgħu jżidu l-persentaġġ fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u għalhekk l-Istati Membri għandhom jilħqu aktar faċilment il-miri dinjija nazzjonali u l-miri għat-trasport għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli stabbiliti b’din id-Direttiva.

(18)

Ser tkun ir-responsabilità tal-Istati Membri li jsir titjib sinifikanti fl-effiċjenza fl-enerġija fis-setturi kollha sabiex jinkisbu b’mod aktar faċli l-miri tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, li huma espressi bħala perċentwali tal-konsum finali gross tal-enerġija. Il-ħtieġa ta’ effiċjenza fl-enerġija fis-settur tat-trasport hi urġenti għaliex jidher li qed issir dejjem iżjed diffiċli li mira perċentwali mandatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli tinkiseb b’mod sostenibbli jekk id-domanda ġenerali għall-enerġija għat-trasport tkompli tikber. Il-mira mandatorja ta’ 10 % għat-trasport li trid tintlaħaq mill-Istati Membri kollha għandha għalhekk tkun definita bħala dak is-sehem ta’ konsum finali tal-enerġija fit-trasport li għandu jinkiseb minn sorsi rinnovabbli globalment, u mhux minn bijokarburanti biss.

(19)

Sabiex jiġi żgurat li l-miri globali nazzjonali mandatorji jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn trajettorju indikattiv li jindika triq lejn l-ilħiq tal-miri mandatorji finali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li jinkludi informazzjoni dwar miri settorjali, filwaqt li jżommu f’moħħhom li jeżistu użi differenti għall-bijomassa u li għalhekk huwa essenzjali li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda tal-bijomassa. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jintlaħqu dawk il-miri. Kull Stat Membru għandu jevalwa, meta jkun qed jevalwa l-konsum finali gross mistenni tal-enerġija fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli, il-kontribut li l-effiċjenza fl-enerġija u l-miżuri ta’ ffrankar ta’ enerġija jistgħu jagħtu sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali tiegħu. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kumbinazzjoni ottimali ta’ teknoloġiji tal-enerġija effiċjenti ma’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(20)

Biex il-benefiċċji tal-progress teknoloġiku u tal-ekonomiji fil-kobor ikunu jistgħu jiġu sfruttati, it-trajettorja indikattiva għandha tqis il-possibbiltà ta’ tkabbir aktar mgħaġġel fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-futur. Għalhekk, tista’ tingħata attenzjoni speċjali lil setturi li jsofru b’mod sproporzjonat min-nuqqas ta’ progress teknoloġiku u ekonomija fil-kobor u għalhekk jibqgħu sottożviluppati, iżda li, fil-futur, jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri għall-2020.

(21)

It-trajettorja indikattiva għandha tieħu l-2005 bħala l-punt ta’ tluq peress li dik hija l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli data affidabbli dwar l-ishma nazzjonali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(22)

Il-kisba tal-objettivi ta’ din id-Direttiva titlob li l-Komunità u l-Istati Membri jiddedikaw ammont sinifikanti ta’ riżorsi finanzjarji għar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli. B’mod partikolari, l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jagħti prijorità kbira lir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.

(23)

L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiffissaw miri li jkunu ogħla mill-miri nazzjonali u jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u fis-sensibiliżżazzjoni dwar il-benefiċċji tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(24)

Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-bijomassa, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jippromwovu mobilizzazzjoni akbar tar-riservi eżistenti tal-injam u l-iżvilupp ta’ sistemi ġodda ta’ silvikultura.

(25)

L-Istati Membri għandhom potenzjali għall-enerġija rinnovabbli differenti u joperaw skemi differenti ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali. Il-maġġoranza tal-Istati Membri japplikaw skemi ta’ appoġġ li jagħtu benefiċċji biss lill-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tiġi prodotta fit-territorju tagħhom. Għall-iffunzjonar tajjeb tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw l-effett u l-ispejjeż tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom skont il-potenzjali differenti tagħhom. Mezz importanti biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva hu li jkun garantit il-funzjonament tajjeb ta’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali, bħal fid-Direttiva 2001/77/KE sabiex tinżamm il-fiduċja tal-investitur u sabiex jiġi permess lill-Istati Membri jfasslu miżuri nazzjonali effettivi għall-konformità mal-mira. Din id-Direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-appoġġ transkonfinali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli mingħajr ma teffettwa skemi ta’ appoġġ nazzjonali. Hija tintroduċi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fakultattivi bejn l-Istati Membri li jippermettulhom li jaqblu fuq il-livell li fih Stat Membru ieħor jappoġġa l-produzzjoni tal-enerġija fi Stat Membru ieħor u dwar il-livell li għalih il-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandha tgħodd għall-mira globali nazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom. Sabiex tiġi żgurata l-effettività taż-żewġ miżuri ta’ konformità tal-mira, jiġifieri l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu kapaċi jiddeterminaw jekk u sa liema livell l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom japplikaw għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fi Stati Membri oħra u biex jaqblu dwar dan billi japplikaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni previsti f’din id-Direttiva.

(26)

Hu mixtieq li l-prezzijiet tal-enerġija jirriflettu l-ispejjeż esterni tal-produzzjoni u tal-konsum tal-enerġija, inklużi, kif xieraq, l-ispejjeż ambjentali, soċjali, u tal-kura tas-saħħa.

(27)

L-appoġġ pubbliku huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji li jikkonċernaw id-diffużjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, partikolarment sakemm il-prezzijiet tal-elettriku tas-suq intern ma jirriflettux l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u soċjali kollha tas-sorsi ta’ enerġija użati.

(28)

Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex inaqqsu l-konsum totali tal-enerġija fit-trasport u jżidu l-effiċjenza tal-enerġija fit-trasport. Il-modi ewlenin kif jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fit-trasport jinkludu l-ippjanar tat-trasport, l-appoġġ għat-trasport pubbliku, iż-żieda fil-manifattura ta’ numru ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku u l-produzzjoni ta’ karozzi li huma iktar effiċjenti f’termini ta’ enerġija u li huma iżgħar kemm fid-daqs u kemm fil-kapaċità tal-magna.

(29)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiddiversifikaw it-taħlita tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Ġunju 2015 li fih tjenfasizza l-potenzjal taż-żieda tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’kull settur tat-trasport.

(30)

Fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-idro-elettriku u tal-enerġija mir-riħ għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz tal-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni. Barra minn hekk, l-elettriku prodott minn sistema ta’ ħażna bl-ippumpjar mill-ilma li qabel kien ippumpjat ‘il fuq m’għandhomx ikunu meqjusa bħala elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(31)

Pompi tas-sħana li jippermetu l-użu ta’ sħana aerotermali, ġeotermali jew idrotermali f’livell ta’ temperatura utli jeħtieġu l-elettriku jew xi enerġija oħra awżiljari biex jaħdmu. L-enerġija użata biex tħaddem il-pompi tas-sħana għandha tiġi mnaqqsa mis-sħana totali utiliżabbli. Ghandhom jitqiesu biss il-pompi tas-sħana li l-output tagħhom jeċċeddi b’ mod sinjifikanti l-enerġija primarja meħtieġa għat-tħaddim tagħhom.

(32)

Sistemi ta’ enerġija passiva jużaw id-disinn tal-bini biex jisfruttaw l-enerġija. Din hija kkunsidrata bħala enerġija ffrankata. Għalhekk, biex ikun evitat il-kalkolu doppju, l-enerġija kkontrollata b’dan il-mod m’għandhiex tkun ikkalkulata għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(33)

Uħud mill-Istati Membri għandhom sehem kbir tal-avjazzjoni fil-konsum finali gross tal-enerġija tagħhom. Minħabba r-restrizzjonijiet teknoloġiċi u regolatorji attwali li ma jippermettux l-użu ta’ bijokarburanti fl-avjazzjoni għall-użu kummerċjali, huwa xieraq li tingħata eżenzjoni parzjali lil dawn l-Isati Membri, billi jiġi eskluż mill-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija tagħhom fit-trasport nazzjonali bl-ajru, l-ammont li bih jeċċedu b’darba u nofs il-medja tal-konsum finali gross tal-enerġija tal-Komunità fl-avjazzjoni fl-2005, kif evalwat mill-Eurostat, jiġifieri 6,18 %. Ċipru u Malta, minħabba l-karattru insulari u periferali tagħhom, jiddependu fuq l-avjazzjoni bħala mezz ta’ trasport, li huwa essenzjali għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tagħhom. Minħabba dan, Ċipru u Malta għandhom konsum finali gross tal-enerġija fit-trasport nazzjonali bl-ajru li huwa sproporzjonatament għoli, jiġifieri iżjed minn tliet darbiet il-medja tal-Komunità fl-2005, u għalhekk huma affettwati b’mod sproporzjonat mir-restrizzjonijiet teknoloġiċi u regolatorji attwali. Huwa xieraq li għal dawk l-Istati Membri jiġi previst li l-eżenzjoni għandha tkopri l-ammont li bih jeċċedu l-medja tal-Komunità għall-konsum finali gross tal-enerġija fl-avjazzjoni fl-2005 kif evalwat mill-Eurostat, jiġifieri 4,12 %.

(34)

Sabiex jinkiseb mudell tal-enerġija li jappoġġja l-enerġija minn sorsi rinnovabbli jeħtieġ li tkun inkoraġġita l-kooperazzjoni strateġika bejn l-Istati Membri, li tinvolvi, kif xieraq, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali.

(35)

Filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġiti li jfittxu kull forma ta’ kooperazzjoni adatta fir-rigward tal-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva. Din il-kooperazzjoni tista’ sseħħ fil-livelli kollha, bilaterali jew multilaterali. Minbarra l-mekkaniżmi b’effett fuq il-kalkolu tal-mira u tal-konformità tagħha, li huma previsti esklużivament f’din id-Direttiva, jiġifieri trasferimenti statistiċi bejn l-Istati Membri, proġetti konġunti u skemi ta’ appoġġ konġunt, il-kooperazzjoni tista’ wkoll tieħdu l-forma ta’, pereżempju, skambji ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki, kif previsti, b’mod partikolari, fil-pjattaforma tat-trasparenza stabbilita b’din id-Direttiva, kif ukoll koordinazzjoni oħra volontarja bejn it-tipi kollha ta’ skemi ta’ appoġġ.

(36)

Biex jinħolqu opportunitajiet biex jitnaqqsu l-ispejjeż biex jinkisbu l-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, huwa xieraq kemm li jkun iffaċilitat il-konsum fl-Istati Membri ta’ enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fi Stati Membri oħra, u li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkalkulaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmata fi Stati Membri oħra mal-miri nazzjonali tagħhom stess. Għal din ir-raġuni, filwaqt li huma meħtieġa miżuri ta’ flessibbiltà, iżda dawn jibqgħu taħt il-kontroll tal-Istati Membri sabiex ma jaffettwawx l-abbiltà tagħhom li jilħqu l-miri nazzjonali. Dawn il-miżuri ta’ flessibbiltà jieħdu l-forma ta’ trasferimenti statistiċi, ta’ proġetti konġunti bejn l-Istati Membri jew ta’ skemi ta’ appoġġ konġunt.

(37)

Għandu jkun possibbli li l-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli barra mill-Komunità, jgħodd mal-miri tal-Istati Membri. Madankollu, biex tkun evitata żieda netta f’emissjonijiet tal-gass b’effett serra permezz tad-devjazzjoni tas-sorsi rinnovabbli eżistenti u s-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tagħhom b’sorsi ta’ enerġija konvenzjonali, l-elettriku prodott biss minn impjanti ta’ enerġija rinnovabbli li jsiru operattivi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew permezz tal-kapaċità miżjuda ta’ impjant li ġie rinovat wara dik id-data għandu jkun eliġibbli biex jingħadd. Sabiex ikun garantit effett xieraq tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tieħu post l-enerġija konvenzjonali fil-Komunità kif ukoll f’pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistħu jkunu sorveljati u li jingħata kont tagħhom b’mod affidabbli. Ftehim ma’ pajjiżi terzi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ tali negozju fl-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ser jiġu kkunsidrati Jekk, bis-saħħa ta’ deċiżjoni meħuda skont it-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija (12) għal dak l-effett, il-partijiet kontraenti għal dak it-trattat jintrabtu mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva, il-miżuri ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri previsti f’din id-Direttiva ser ikunu applikabbli għalihom.

(38)

Meta Stati Membri jimpenjaw ruħhom fi proġetti konġunti ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, huwa xieraq li dawn il-proġetti konġunti jkunu relatati biss ma’ impjanti li nbnew ġodda jew ma’ impjanti b’kapaċità li żdiedet mill-ġdid. Dan għandu jgħin biex jiżgura li l-proporzjon ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum totali ta’ enerġija ta’ pajjiż terz ma jitnqqasx minħabba l-importazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-Komunità. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiffaċilitaw l-użu domestiku mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ parti tal-produzzjoni ta’ elettriku mill-impjanti koperti mill-proġett konġunt. Barra minn dan, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiġi inkuraġġit mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżviluppa politika tal-enerġija rinnovabbli li tinkludi miri ambizzjużi.

(39)

Filwaqt li jiġi nnutat li proġetti ta’ interess kbir Ewropew f’pajjiżi terzi, bħall-Pjan Solari għall-Mediterran, jista’ jkollhom bżonn ta’ perijodu twil ta’ introduzzjoni qabel ma’ jsiru interkonnessi kompletament mat-territorju tal-Komunità, huwa xieraq li l-iżvilupp tagħhom jiġi ffaċilitat billi l-Istati Membri jitħallew jikkunsidraw fil-miri nazzjonali tagħhom ammont limitat ta’ elettriku prodott minn proġetti bħal dawn waqt il-bini tal-interkonnessjoni.

(40)

Il-proċedura użata mill-amministrazzjoni responsabbli għall-kontroll tal-awtorizzazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar ta’ impjanti tal-enerġija rinovabbli għandha tkun oġġettiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u proporzjonata meta jkunu qed jiġi applikati r-regoli għal proġetti speċifiċi. B’mod partikolari, huwa xieraq li jiġi evitat kwalunkwe piż bla bżonn li jista’ jinqala’ mill-klassifikazzjoni ta’ proġetti tal-enerġija rinovabbli taħt installazzjonijiet li jirrappreżentaw riskju għoli għas-saħħa.

(41)

In-nuqqas ta’ regoli trasparenti u ta’ koordinazzjoni bejn il-korpi ta’ awtorizzazzjoni differenti deher li fixkel l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għalhekk l-istruttura speċifika tas-settur tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun ikkunsidrata meta l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jirrevedu l-proċeduri amministrattivi tagħhom biex jingħata l-permess għall-bini u l-operazzjoni ta’ impjanti u infrastrutturi tan-networks marbuta mat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ jew karburanti għat-trasport minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Il-proċeduri ta’ approvazzjoni amministrattiva għandhom ikunu semplifikati bi skedi ta’ żmien għall-mpjanti li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli. Ir-regoli u l-linji gwida għall-ippjanar għandhom ikunu adattati biex jikkunsidraw tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ u l-elettriku rinnovabbli li huwa ta’ nfiq effettiv u ta’ benefiċċju għall-ambjent.

(42)

Għall-benefiċċju tal-iżvilupp mgħaġġel ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u bil-ħsieb tal-kwalità sostenibbli ġeneralment għolja u li hija ta’ benefiċċju għall-ambjent, l-Istati Membri għandhom, meta japplikaw regoli amministrattivi, jippjanaw strutturi u leġislazzjoni li huma maħsuba għal-liċenzjar ta’ impjanti fir-rigward tat-tnaqqis tat-tniġġis u l-kontroll tal-impjanti industrijali, għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u l-prevenzjoni jew minizzazzjoni tal-ħruġ ta’ sustanzi perikolużi fl-ambjent, jikkunsidraw il-kontribut tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u tat-tibdil fil-klima, b’ mod partikolari meta mqabbla ma’ impjanti tal-enerġija mhux rinnovabbli.

(43)

Sabiex jiġi stimulat il-kontribut miċ-ċittadini individwali għall-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li l-awtorizzazzjonijiet jiġu sostitwiti minn sempliċi notifika lill-entità kompetenti meta jiġi installat tagħmir deċentralizzat żgħir għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(44)

Il-koerenza bejn l-objettivi ta’ din id-Direttiva u l-leġislazzjoni ambjentali oħra tal-Komunità għandha tiġi żgurata. B’mod partikolari, waqt il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ippjanar u liċenzjar għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-leġislazzjoni ambjentali kollha tal-Komunità, u l-kontribut mis-sorsi rinnovabbli tal-enerġija sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari meta mqabbla ma’ impjanti tal-enerġija mhux rinnovabbli.

(45)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali u rekwiżiti oħra li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u għar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (13), relatati pereżempju ma’ livelli ta’ kwalità, metodi ta’ ttestjar jew kondizzjonijiet ta’ użu, m’għandhomx joħolqu ostakli għall-kummerċ f’tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli. Għalhekk, skemi ta’ sostenn għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli m’għandhomx jippreskrivu speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali li jiddevjaw minn standards Komunitarji eżistenti jew jeħtieġu li t-tagħmir jew is-sistemi sostnuti jkunu ċertifikati jew ittestjati f’lokalità speċifika jew minn entità speċifika.

(46)

Hu xieraq għall-Istati Membri li jqisu mekkaniżmi għall-promozzjoni ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali minn enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(47)

Fil-livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f’kuntest Komunitarju usa’, filwaqt li jkun promoss l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli b’aktar effiċjenza tal-enerġija f’regolamenti u kodiċijiet tal-bini.

(48)

Jista’ jkun xieraq għall-Istati Membri, sabiex jiffaċilitaw u jħaffu l-iffissar ta’ livelli minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini, li jipprevedu li tali livelli jinlaħqu billi jiġi inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti minimi fir-riżultati tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE, fir-relazzjoni ma’ tnaqqis kemm jista’ jkun kbir fl-ispejjeż mill-emissjonijiet ta’ karbonju għall-kull binja.

(49)

Lakuni fl-informazzjoni u t-taħriġ, speċjalment fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, għandhom jitneħħew bil-għan li jkun inkoraġġit l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(50)

Sakemm l-aċċess għall-professjoni ta’ installatur jew l-eżerċizzju ta’ din il-professjoni ikun wieħed regolat, il-prekondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali huma stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (14). Għalhekk, din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE.

(51)

Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b’mod xieraq l-aħjar taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u teknoloġiji b’livell għoli ta’ effiċjenza u fil-pjanti u d-disinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara f’dan ir-rigward. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

(52)

Il-garanziji tal-oriġini, maħruġa għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom il-funzjoni unika li jagħtu prova lill-konsumatur finali li sehem jew kwantità speċifika ta’ enerġija ġiet prodotta minn sorsi rinnovabbli. Garanzija tal-oriġini tista’ tiġi trasferita, indipendentement mill-enerġija li tirrelata magħha, minn detentur għall-ieħor. Madankollu, bil-ħsieb li jiġi żgurat li unità tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tiġi rilaxxata darba biss lil klijent, il-kalkolar doppju u r-rilaxx doppju tal-garanziji tal-oriġini għandhom jiġu evitati. L-enerġija rinnovabbli li fir-rigward tagħha l-garanzija tal-oriġini li takkumpanjaha ġiet mibjugħa separatament mill-produttur m’għandhiex tiġi rilaxxata jew mibjugħa lill-klijent finali bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hu importanti li jkun hemm distinzjoni bejn ċertifikati ħodor użati għal skemi ta’ appoġġ u garanziji tal-oriġini.

(53)

Huwa xieraq li s-suq tal-konsumaturi emerġenti għall-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jitħalla jikkontribwixxi għall-kostruzzjoni ta’ impjanti ġodda għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu li l-fornituri tal-elettriku li jiżvelaw it-taħlita tagħhom ta’ enerġija lill-klijenti finali skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE, biex jinkludu persentaġġ minimu ta’ garanziji tal-oriġini minn impjanti mibnija reċentement li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli, bil-kondizzjoni li dan ir-rekwiżit ikun konformi mal-liġi Komunitarja.

(54)

Huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif l-elettriku sostnut hu allokat lill-klijenti aħħarin skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE. Sabiex il-kwalità ta’ dik l-informazzjoni għall-konsumaturi tittejjeb, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodott minn impjanti ġodda, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri.

(55)

Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija (15) tipprevedi garanziji tal-oriġini biex tiġi ppruvata l-oriġini tal-elettriku prodott minn impjanti ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza kbira. Dawn il-garanziji tal-oriġini ma jistgħux jintużaw fl-iżvelar tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE peress li dan jista’ jirriżulta f’konteġġ doppju u żvelar doppju.

(56)

Il-garanziji tal-oriġini waħedhom ma jagħtux dritt li wieħed jibbenefika minn skemi ta’ appoġġ nazzjonali.

(57)

Jeħtieġ tkun appoġġata l-integrazzjoni tal-enerġija imnn sorsi rinnovabbli fil-grilja ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni u l-użu ta’ sistemi tal-ħażna tal-enerġija għall-produzzjoni integrata u intermittenti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(58)

L-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi “proġetti tal-enerġija rinnovabbli ta’ interess Ewropew” taħt il-Programm għan-Netwerk Trans-Ewropew għall-Enerġija (TEN-E) għandhu jitħaffef. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza kif l-iffinanzjar ta’ dawn il-proġetti jista’ jittejjeb. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-proġetti ta’ enerġija rinnovabbli li jikkontribwixxu biex tiżdied b’mod sinifikattiv is-sikurezza tal-provvista tal-enerġija fil-Komunità u fil-pajjiżi ġirien.

(59)

L-interkonnesjoni fost il-pajjiżi tiffaċilita l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Minbarra li ttejjeb il-varjabilità, l-interkonnessjoni tista’ tnaqqas l-ispejjeż ta’ bbilanċjar, tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni reali li twassal għal prezzijiet aktar baxxi, u tappoġġa l-iżvilupp tan-netwerks. Barra minn dan, il-qsim u l-użu ottimali tal-kapaċità tat-trasmissjoni tista’ tgħin biex tiġi evitata l-ħtieġa eċċessiva ta’ kapaċità mibnija ġdida.

(60)

L-aċċess ta’ prijorità u l-aċċess garantit għall-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli huma importanti biex sorsi ta’ enerġija rinovabbli jkunu integrati fis-suq intern tal-elettriku, f’konformità mal-Artikolu 11(2) u l-iżvilupp ulterjuri tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/54/KE. Ir-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabilità u s-sikurezza tal-grilja u mad-distribuzzjoni jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi tal-grilja nazzjonali u l-operat sikur tagħha. L-aċċess ta’ prijorità għall-grilja jipprovdi assigurazzjoni mogħtija lill-ġeneraturi tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli konnessi li jkunu kapaċi jbiegħu u jittrasmettu l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli skont ir-regoli ta’ konnessjoni f’kull ħin, kull meta s-sors ikun disponibbli. Fil-każ li l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli jkun integrat fis-suq tal-komoditajiet, l-aċċess ta’ garanzija għandu jiżgura li l-elettriku kollu mibjugħ u appoġġat ikollu aċċess għall-grilja, filwaqt li jippermetti l-użu ta’ ammont massimu ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli minn impjanti konnessi mall-grilja. Madankollu, dan ma jimplika l-ebda obbligu tal-Istati Membri li jappoġġaw jew li jintroduċu obbligi ta’ xiri għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’sistemi oħra, għall-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jiġi definit prezz fiss, ħafna drabi flimkien ma’ obbligu ta’ xiri għall-operatur tas-sistema. F’dan il-każ, diġà ngħata aċċess ta’ prijorità.

(61)

F’ċerti ċirkostanzi mhux possibbli li jkunu għal kollox żgurati t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ma tiġi affettwata l-affidabbiltà jew is-sikurezza tal-grilja. F’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jkun xieraq li jingħata kumpens finanzjarju lil dawk il-produtturi. Madankollu, l-objettivi ta’ din id-Direttiva jirrikjedu żieda sostnuta fit-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli mingħajr ma jiġu affettwati l-affidabbiltà jew is-sikurezza tal-grilja. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jippermettu penetrazzjoni ogħla tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inter alia billi jikkunsidraw l-ispeċifitajiet ta’ riżorsi varjabbli u riżorsi li għadhom ma jistgħux jiġu maħżuna. Sa fejn rikjest mill-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva, il-konnessjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli ġodda għandhom ikunu permessi mill-aktar fis possibbli. Sabiex jitħaffew il-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilji, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu konnessjoni ta’ prijorità jew kapaċitajiet ta’ konnessjoni riżervati għal impjanti ġodda li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli.

(62)

L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda tal-elettriku u l-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mal-grilji tal-elettriku u l-gass għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li produtturi fissi tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u produtturi lokali tal-ġas minn sorsi rinnovabbli jipprovdu għall-grilji tal-gass u tal-elettriku.

(63)

Il-produtturi tal-elettriku li jridu jisfruttaw il-potenzjal tal-enerġija minn sorsi rinovabbli fir-reġjuni periferali tal-Komunità, b’mod partikolari fir-reġjuni insulari u f’reġjuni li għandhom densità tal-popolazzjoni baxxa, għandhom, kull meta jkun fattibbli, jibbenefikaw minn spejjeż għall-konnessjoni raġjonevoli biex jiżguraw li huma ma jiġux żvantaġġati b’mod inġust meta mqabbla ma’ produtturi li jinsabu f’żoni iktar ċentrali, iktar industrijalizzati u li għandhom densità ta’ popolazzjoni ogħla.

(64)

Id-Direttiva 2001/77/KE tistabbilixxi l-qafas għall-integrazzjoni fil-grilja tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Madankollu, hemm varjazzjoni sinifikanti bejn l-Istati Membri fil-grad ta’ integrazzjoni realment miksub. Għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas u li ssir reviżjoni perijodika tal-applikazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali.

(65)

Il-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha tkun sostenibbli. Il-bijokarburanti użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, u dawk li jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn nazzjonali, għandhom għalhekk jiġu meħtieġa jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà.

(66)

Il-Komunità għandha tieħu passi xierqa fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, inkluża l-promozzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibilità għall-bijokarburanti u l-iżvilupp ta’ bijokarburanti tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni fil-Komunità u madwar id-dinja, u li ssaħħaħ ir-riċerka agrikola u l-ħolqien ta’ għarfien f’dawk l-oqsma.

(67)

L-introduzzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti m’hijiex ser tikseb l-objettiv tagħha jekk dawk il-prodotti li ma jissodisfawx il-kriterji u li kieku kienu jintużaw bħala bijokarburanti jintużaw, minflok, bħala bijolikwidi fis-setturi tat-tisħin jew tal-elettriku. Għal din ir-raġuni, il-kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom japplikaw ukoll għall-bijolikwidi b’mod ġenerali.

(68)

Il-Kunsill Ewropew f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinovabbli kollha tal-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skema usa’ li tkopri l-bijolikwidi kollha u mhux biss il-bijokarburanti. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jiġi żgurat approċċ koerenti bejn il-linji politiċi tal-enerġija u tal-ambjent, u biex jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li jiġu pprovduti l-istess kriterji ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ bijokarburanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva minn naħa waħda, u d-Direttiva 98/70/KE min-naħa l-oħra. Għall-istess raġunijiet, rappurtar doppju għandu jiġi evitat f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-qafas ta’ kumitat speċifikament responsabbli għall-aspetti ta’ sostenibbiltà. Barra minn hekk, fl-2009 l-Kummissjoni għandha tanalizza l-inklużjoni possibbli ta’ applikazzjonijiet oħra tal-bijomassa, u l-modalitajiet relatati magħhom.

(69)

Id-domanda dinjija dejjem tikber għall-bijokarburanti u bijolikwidi, u l-inċentivi għall-użu tagħhom previst f’din id-Direttiva, m’għandhomx ikollhom l-effett li jinkoraġġixxu l-qerda ta’ artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi limitati, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreservati. Flimkien ma dan, il-konsumaturi fil-Komunità jsibuha moralment inaċċettabbli li l-użu miżjud tagħhom tal-bijokarburanti u bijolikwidi jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, jeħtieġ li jiġu pprovduti kriterji ta’ sostenibbiltà li jiżguraw li l-bijokarburanti u bijolikwidi jistgħu jikkwalifikaw għall-inċentivi biss meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’żoni bijodiversi jew, fil-każ ta’ żoni ddedikati għal skopijiet ta’ protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu, l-awtorità kompetenti rilevanti turi li l-produzzjoni tal-materja prima ma tinterferix ma’ dawk l-iskopijiet. Il-kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom iqisu l-foresta bħala bijodiversi meta tkun foresta primarja skont id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-evalwazzjoni tagħha dwar ir-Riżorsi Globali tal-Foresti, li l-pajjiżi globalment jużaw madwar id-dinja biex jirrappurtaw dwar il-limitu tal-foresta primarja jew fejn hija protetta mil-liġijiet nazzjonali għall-protezzjoni tan-natura. Żoni fejn isir ġbir ta’ prodotti forestali minbarra l-injam għandhom jiġu inklużi, bil-kondizzjoni li l-impatt tal-bniedem ikun żgħir. Tipi oħra ta’ foresti kif definiti mill-FAO, bħal foresti naturali modifikati, foresti semi-naturali u pjantaġġuni, m’għandhomx jitqiesu bħala foresti primarji. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, kemm moderati u kemm tropikali, inklużi savani, steppi, artijiet neqsin mix-xita u prateriji b’bijodiversità għolja, lill-bijokarburanti magħmulin minn materja prima li toriġina minn artijiet bħal dawn m’għandhomx jikkwalifikaw għall-inċentivi previsti f’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u firxiet ġeografiċi xierqa biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanddom bijodiversità għolja skont l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u l-istandards internazzjonali rilevanti.

(70)

Jekk art b’ħażniet kbar ta’ karbonju fil-ħamrija jew il-veġetazzjoni tagħha tiġi kkonvertita għall-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-bijokarburanti u bijolikwidi oħra, ftit mill-karbonju maħżun ġeneralment jiġi rilaxxat fl-atmosfera, li jwassal għall-formazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju. L-impatt negattiv tal-gass b’effett serra li jirriżulta jista’ jinnewtraliżża l-impatt pożittiv tal-gass b’effett serra tal-bijokarburanti jew tal-bijolikwidi, f’xi każi b’marġni wiesa’. L-effetti sħaħ tal-karbonju ta’ din il-konverżjoni għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ta’ bijokarburanti u bijolikwidi partikolari. Dan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra jikkunsidra t-totalità tal-effetti tal-karbonju bl-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi.

(71)

Meta wieħed jikkalkula l-impatt tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tal-konverzjoni tal-art, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jużaw valuri attwali għall-ħażniet tal-karbonju assoċjati mal-użu ta’ referenza tal-art u mal-użu tal-art wara l-konverzjoni. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw valuri standard. Il-ħidma tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima huwa l-bażi xierqa għal dawn il-valuri standard. Dik il-ħidma bħalissa mhijiex espressa f’forma li hija applikabbli immedjatament mill-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tipproduċi gwida billi tuża din il-ħidma biex isservi bħala l-bażi għall-kalkolu tal-bidliet tal-ħażniet tal-karbonju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż tibdiliet bħal dawn għal żoni ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ bejn 10 % u 30 %, savani, artijiet neqsin mix-xita u prateriji.

(72)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġiji bil-ħsieb li tevalwa l-impatt tad-dranaġġ ta’ art bil-peat fuq l-emissjonijiet b’ effett serra.

(73)

L-art m’għandhiex tkun ikkonvertita għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti jekk it-telf tal-ħażna tagħha tal-karbonju wara l-konverżjoni ma setgħetx, f’perijodu raġonevoli, b’kont meħud tal-urġenza li jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima, tiġi kkumpensata bl-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ bijokarburanti jew bijolikwidi. Dan jevitata riċerka impenjattiva bħa bżonn mill-operaturi ekonomiċi u l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li tirriżulta li mhix eliġibbli għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-bijokarburanti u bijolikwidi. L-inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jindikaw li artijiet mistagħdra u żoni kontinwament ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ aktar minn 30 % għandhom ikunu inklużi f’dik il-kategorija. Żoni ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ bejn 10 % u 30 % għandhom ikunu inklużi wkoll, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li l-ħażna tal-karbonju tagħhom hija baxxa biżżejjed biex tiġġustifika l-konverzjoni tagħhom skont ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-referenza għall-artijiet mistagħdra għandha tikkunsidra d-definizzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali, b’ mod partikolari bħala Ħabitat tal-Għasafar tal-Ilma, adottata fit-2 ta’ Frar 1971 f’Ramsar.

(74)

L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva ser jinkoraġġixxu produzzjoni akbar ta’ bijokarburanti u bijolikwidi madwar id-dinja. Fejn il-bijokarburanti u bijolikwidi huma magħmula minn materja prima prodotta fil-Komunità, huma għandhom ikunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali tal-Komunità għall-agrikoltura, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, u mar-rekwiżiti soċjali. Madankollu, hemm tħassib li l-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi f’ċerti pajjiżi terzi jistgħu ma jirrispettawx ir-rekwiżiti minimi ambjentali jew soċjali. Hu għalhekk opportun li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ ftehim multilaterali u bilaterali u skemi internazzjonali jew nazzjonali volontarji li jkopru aspetti ambjentali u soċjali essenzjali, sabiex tingħata promozzjoni għas-sostenibbiltà fil-produzzjoni madwar id-dinja tal-bijokarburanti u bijolikwidi. Fin-nuqqas ta’ strumenti ta’ ftehim jew skemi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi ekonomiċi biex jirrappurtaw dwar dawk il-kwsitjonijiet.

(75)

Ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijolikwidi u bijokarburanti, għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni fl-2009, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li riżorsi ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli.

(76)

Il-kriterji ta’ sostenibbiltà jkunu effettivi biss jekk iwasslu għal tibdiliet fl-imġiba tal-atturi fis-suq. Dawk it-tibdiliet iseħħu biss jekk il-bijokarburanti u bijolikwidi li jissodisfaw dawk il-kriterji jkunu jgwadu minn vantaġġ fil-prezz meta imqabbla ma’ dawk li ma jissodisfawhomx. Skont il-metodu tal-bilanċ tal-massa tal-verifika tal-konformità, hemm rabta fiżika bejn il-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi li jilħqu l-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi fil-Komunità, li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-provvista u d-domanda u tassigura vantaġġ fil-prezz li huwa ikbar milli f’sistemi fejn m’hemmx din ir-rabta. Biex ikun żgurat li bijokarburanti u bijolikwidi li jilħqu l-kriterji ta’ sostennibiltà jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandha għalhekk tintuża biex tkun ivverifikata l-konformità. Dan għandu jżomm l-integrità tas-sistema filwaqt li fl-istess ħin jevita l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija. Madankollu, jeħtieġ li jiġu vverifikati metodi oħra ta’ verifika.

(77)

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra debitament l-Evalwazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju li fiha data utli għall-konservazzjoni ta’ mill-inqas dawk l-oqsma li jipprovdu servizzi bażiċi tal-ekosistema f’sitwazzjonijiet kritiċi bħall-protezzjoni tal-art fejn ix-xmajjar jibdlu d-direzzjoni u l-kontroll tal-erożjoni.

(78)

Huwa xieraq li jkun immonitorjat l-impatt tal-kultivazzjoni tal-bijomassa, per eżempju permezz ta’ tibdiliet fl-użu tal-art, inkluż l-ispustjar, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi u effetti oħra fuq il-bijodiversità, u effetti fuq il-produzzjoni tal-ikel u l-prosperità lokali. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-sorsi rilevanti kollha tal-informazzjoni, inkluża l-mappa tal-ġuħ tal-FAO. Il-bijokarburanti għandhom ikunu promossi b’mod li tkun inkoraġġita produttività agrikola ikbar u l-użu ta’ art degradata.

(79)

Huwa fl-interess tal-Komunità li jkun inkoraġġit l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ ftehim multilaterali u bilaterali u skemi volontarji internazzjonali u nazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi sostenibbli, u li jiċċertifikaw li l-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi tissodisfa dawk l-istandards. Għal dik ir-raġuni, għandu jkun hemm provvediment biex jiġi rikonoxxut li dawn il-ftehim jew skemi jagħtu evidenza u data affidabbli, bil-kondizzjoni li jilħqu standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti.

(80)

Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli ċari għall-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-bijokarburanti u bijolikwidi u l-karburanti fossili ta’ riferiment tagħhom.

(81)

Il-prodotti sekondarji mill-produzzjoni u l-użu ta’ karburanti għandhom ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. Il-metodu ta’ sostituzzjoni huwa adatt għall-finijiet ta’ analiżi tal-politika iżda mhux għar-regolamentazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi individwali u kunsinni individwali ta’ karburanti għat-trasport. F’dawk il-każijiet il-metodu ta’ allokazzjoni ta’ enerġija huwa l-aktar metodu xieraq peress li huwa faċilment applikat, huwa prevedibbli maż-żmien, jimminimizza inċentivi kontro-produċenti u jipproduċi riżultati li huma ġeneralment komparabbli ma’ dawk mogħtija mill-metodu ta’ sostituzzjoni. Għall-finijiet ta’ analiżi tal-politika l-Kummissjoni għandha wkoll, fir-rappurtar tagħha, tippreżenta riżultati bl-użu tal-metodu ta’ sostituzzjoni.

(82)

Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat, għandha tiġi stabbilita lista ta’ valuri awtomatiċi għal mogħdijiet komuni ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti u dik il-lista għandha tiġi aġġornata u għandha titwessa’ meta jkun hemm disponibbli aktar data affidabbli. L-operaturi ekonomiċi għandhom dejjem ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra fir-rigward tal-bijokarburanti u bijolikwidi stabbiliti minn dik il-lista. Fejn il-valur awtomatiku għall-iffrankar tal- emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra minn mogħdija tal-produzzjoni huwa taħt il-livell minimu meħtieġ tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra, il-produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma’ dan il-livell minimu għandhom jintalbu juru li l-emissjonijiet reali mill-proċess tagħhom ta’ produzzjoni huma iktar baxxi minn dawk li kienu maħsuba fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi.

(83)

Huwa xieraq li d-data użata fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi tinkiseb minn sorsi esperti xjentifiċi, indipendenti u li tiġi aġġornata kif xieraq hekk kif dawn is-sorsi jagħmlu progress fil-ħidma tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lil dawk is-sorsi biex jindirizzaw, fl-aġġornament tal-ħidma tagħhom, l-emissjonijiet mill-kultivazzjoni, l-effett tal-kondizzjonijiet reġjonali u klimatoloġiċi, l-effetti ta’ kultivazzjoni li tuża agrikoltura sostenibbli u metodi agrikoli organiċi, u l-kontribuzzjoni xjentifika tal-produtturi, fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, u s-soċjetà ċivili.

(84)

Bil-għan li jkun evitat l-inkoraġġiment tal-kultivazzjoni ta’ materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi f’postijiet fejn dan jista’ jwassal għal emissjonijiet għoljin ta’ gass b’effett serra, l-użu ta’ valuri awtomatiċi għall-kultivazzjoni għandu jkun limitat għal reġjuni fejn dan l-effett jista’ jkun eskluż b’mod affidabbli. Madankollu, biex ma jkunx hemm piż amministrattiv sproporzjonat, jaqbel li l-Istati Membri jistabbilixxu medji nazzjonali jew reġjonali għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni, inkluż mill-użu ta’ fertilizzanti.

(85)

Id-domanda globali għall-prodotti agrikoli qed tikber. Parti minn dik iż-żieda fid-domanda ser tkun sodisfatta permezz ta’ żieda fl-ammont ta’ art riżervata għall-agrikoltura. Ir-ristawr ta’ art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet minn kontaminazzjoni qawwija u għalhekk ma tistax tintuża, fl-istat attwali tagħha, għal finijiet agrikoli huwa mod kif tiżdied il-medda ta’ art disponibbli għall-kultivazzjoni. L-iskema ta’ sostenibbiltà għandha tippromwovi l-użu ta’ art degradata ristawrata peress li l-promozzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi ser tikkontribwixxi għal żieda fid-domanda għall-prodotti bażiċi agrikoli. Anke jekk il-bijokarburanti nnifishom isiru mill-materja prima minn art li diġà qed tintuża għall-agrikoltura, iż-żieda netta fid-domanda għal prodotti agrikoli kkawżata mill-promozzjoni ta’ bijokarburanti tista’ twassal għal żieda netta fl-art użata għall-produzzjoni agrikola. Dan jista’ jaffetwa l-art b’ħażna tal-karbonju għoli, bir-riżultat li jkun hemm telf fil-ħażniet tal-karbonju li jagħmlu ħsara. Biex jitnaqqas dak ir-riskju, huwa xieraq li jkunu introdotti miżuri ta’ akkumpanjament li jinkoraġġixxu rata għola tal-produttività fuq art li diġà hija użata għall-produzzjoni agrikola, l-użu ta’ art degradata, u l-adozzjoni ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, kumparabbli ma’ dawk stabbiliti f’din id-Direttiva għall-konsum Komunitarju tal-bijokarburanti, f’pajjiżi oħra li jikkunsmaw il-bijokarburanti. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija konkreta biex timminimiżża l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra kkawżati minn bidliet indiretti fl-użu tal-art. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tanaliżża, fuq il-bbażi tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, b’ mod partikolari, l-inklużjoni ta’ fattur għal tibdiliet indiretti fl-użu tal-art fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u l-ħtieġa li tinċentiviżża bijokarburanti sostenibbli li jimminimiżżaw l-impatt ta’ tibdiliet indiretti fl-użu tal-art u li jtejbu s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti fir-rigward tat-tibdiliet indiretti fl-użu tal-art. Fl-iżvilupp ta’ dik il-metodoloġija, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tindirizza t-tibdiliet indiretti potenżjali fl-użu tal-art li jirriżultaw minn bijokarburanti prodotti minn materjal ċellulożiku mhux tal-ikel u materjal linjoċellulożiku.

(86)

Bil-għan li jkun jista’ jinkiseb sehem tas-suq adegwat tal-bijokarburanti, huwa meħtieġ li jkun żgurat li jitpoġġew fis-suq ta’ diżil li fih taħlit ta’ bijodiżil f’perċentwali ogħla minn dawk previsti mill-istandard EN590/2004.

(87)

Bil-għan li jkun żgurat li bijokarburanti li jiddiversifikaw il-firxa ta’ għalf użata jsiru kummerċjalment vijabbli, dawk il-bijokarburanti għandhom jirċievu ippeżar żejjed taħt l-obbligi nazzjonali tal-bijokarburanti.

(88)

Rappurtar regolari huwa meħtieġ biex ikun żgurat iffukar kontinwu fuq il-progress fl-iżvilupp ta’ enerġiji minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Huwa xieraq li jkun meħtieġ l-użu ta’ format armonizzat għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li l-Istati Membri għandhom jissottomettu. Dawn il-pjanijiet jistgħu jinkludu l-ispejjez u l-benefiċċji stmati tal-miżuri maħsuba, il-miżuri relatati mal-estensjoni meħtieġa jew it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-ġrilja eżistenti, l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati biex tiġi żviluppata enerġija minn sorsi rinnovabbli ‘l fuq mil-livell meħtieġ mit-trajettorja indikattiva, informazzjoni dwar l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u informazzjoni dwar l-użu tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’binjiet ġodda jew renovati.

(89)

Fit-tfassil tas-sistemi ta’ sostenn tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ta’ bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali, — inkluż il-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni mogħtija minn bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku u alka, kif ukoll pjanti mhux irrigati mkabbrin f’żoni aridi biex tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, billi jikkunsidraw b’mod debitu l-ispejjeż differenti fil-produzzjoni ta’ enerġija minn bijokarburanti tradizzjonali minn naħa waħda u ta’ dawn il-bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali min-naħa l-oħra. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġixxi fir-riċerka u fl-iżvilupp investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta’ dawk it-teknoloġiji u ta’ oħrajn tal-enerġija rinnovabbli li jeħtieġu ż-żmien biex isiru kompetittivi.

(90)

L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tirrifletti, fejn rilevanti, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tiswir tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f’Materji Ambjentali, partikolarment kif implimentata permezz tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (16).

(91)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (17).

(92)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi meħtieġa biex ikun valutat jekk il-kriterji ta’ sostennibbiltà ġewx sodisfatti fir-rigward tal-bijokarburanti u bijolikwidi, u li tadatta l-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport għall-progress tekniku u xjentifiku, sabiex tistabbilixxi kriterji u mhedded ġeografiċi għad-determinazzjoni tal-artijiet tal-ħaxix b’bijodiversità għolja, u biex jistabbilixxu definizzjonijiet dettaljati għal art degradata jew kontaminata serjament. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissuplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(93)

Dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/77/KE u tad-Direttiva 2003/30/KE li jidħlu fuq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jitħassru mill-aħħar mument possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ miri u rappurtar għall-2010 għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar tal-2011. Huwa għalhekk meħtieġ li d-Direttiva 2001/77/KE u d-Direttiva 2003/30/KE jkunu emendati kif meħtieġ.

(94)

Billi l-miżuri previsti fl-Artikoli 17 sa 19 għandhom effett ukoll fuq il-funzjonament tas-suq intern billi jarmonizzaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi għall-iskopijiet tal-miri tal-kontabilità taħt din id-Direttiva, u għalhekk jiffaċilitaw, skont l-Artikolu 17(8), il-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-bijokarburanti u bjolikwidi oħra li jikkonformaw ma’ dawk il-kondizzjonijiet, dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat.

(95)

L-iskema ta’ sostenibbiltà m’għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jikkunsidraw, fl-iskemi tagħhom ta’ appoġġ nazzjonali, l-ispiża ogħla ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi li jagħtu benefiċċji li jeċċedu l-valuri minimi stabbiliti fl-iskema ta’ sostenibbiltà.

(96)

Billi l-objettivi ġenerali ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jintlaħaq sehem ta’ 20 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija tal-Komunità u sehem ta’ 10 % enerġiji minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija għat-trasport f’kull Stat Membru sal-2020, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba fl-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(97)

B’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Leġislazzjoni Aħjar (18), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u li jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi miri nazzjonali mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mat-trasferimenti tal-istatistika bejn l-Istati Membri, il-proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi, mal-garanziji tal-oriġini, proċeduri amministrattivi, informazzjoni u taħriġ u aċċess għall-grilja tal-elettriku għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 2003/54/KE japplikaw.

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(a)

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b’ mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx, dik aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u bijogassijiet;

(b)

“enerġija aerotermika” tfisser enerġija maħżuna fil-forma ta’ sħana fl-arja ambjentali;

(c)

“enerġija ġeotermali” tfisser l-enerġija maħżuna fil-forma ta’ sħana taħt il-wiċċ ta’ art solida;

(d)

“enerġija idrotermali” tfisser enerġija maħżuna f’forma ta’ sħana f’ilma tal-wiċċ;

(e)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u mill-annimali), l-industriji forestali u industriji relatati inkluż is-sajd u l-akwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali;

(f)

“konsum finali gross tal-enerġija” tfisser il-prodotti tal-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi inklużi s-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana u inkluż it-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u t-trasmissjoni;

(g)

“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess;

(h)

“bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta’ enerġija minbarra għat-trasport, inklużi l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott mill-bijomassa;

(i)

“bijokarburanti” tfisser karburant likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

(j)

“garanzija tal-oriġini” tfisser dokument elettroniku li għandu l-funzjoni unika li jagħti prova lil konsumatur finali li parti jew kwantità speċifikata ta’ enerġija kienet prodotta minn sorsi rinnovabbli kif meħtieġ mill-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE;

(k)

“skema ta’ sostenn” tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikat minn Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri, li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta’ dik l-enerġija, b’żieda tal-prezz li bih tista’ tinbiegħ, jew b’żieda, permezz ta’ obbligu ta’ enerġija rinnovabbli jew b’mod ieħor, tal-volum ta’ din l-enerġija mixtrija. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, l-għajnuna għall-investiment, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mit-taxxi, ir-rifużzjonijiet tat-taxxa, l-iskemi ta’ sostenn għall-obbligu ta’ enerġija rinnovabbli, u l-iskemi ta’ sostenn, inklużi dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, iżda wkoll l-iskemi diretti ta’ sostenn għall-prezzijiet, inklużi tariffi “feed-in” u ħlasijiet ta’ primjums;

(l)

“obbligu ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser skema ta’ sostenn nazzjonali li tirrikjedi li l-produtturi tal-enerġija jinkludu fil-produzzjoni tagħhom proporzjon speċifikat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, li tirrikjedi li l-fornituri ta’ enerġija jinkludu proporzjon speċifikat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-provvista tagħhom, jew tirrikjedi li l-konsumaturi ta’ enerġija jinkludu fil-konsum tagħhom proporzjon speċifikat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dan jinkludi skemi li bihom dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti permezz tal-użu ta’ ċertifikati ekoloġiċi;

(m)

“valur reali” tfisser l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għall-fażijiet kollha, jew uħud minnhom, ta’ proċess ta’ produzzjoni ta’ bijokarburant speċifiku kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness V;

(n)

“valur tipiku” tfisser stima tal-iffrankar rappreżentattiv ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal linja ta’ produzzjoni ta’ bijokarburant partikolari;

(o)

“valur awtomatiku” tfisser valur idderivat minn valur tipiku permezz tal-applikazzjoni ta’ fatturi determinati minn qabel u li jista’, f’ċirkostanzi speċifikati f’din id-Direttiva, jintuża minflok valur reali.

Artikolu 3

Miri u miżuri globali nazzjonali mandatorji għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, ikkalkulat skont l-Artikoli 5 sa 11, fil-konsum finali gross ta’ enerġija fl-2020 jkun mill-inqas il-mira globali nazzjonali tiegħu għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A tal-Anness I. Dawn il-miri globali nazzjonali mandatorji huma konsistenti ma’ mira ta’ sehem ta’ mill-inqas 20 % mill-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija tal-Komunità fl-2020. Sabiex il-miri stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod aktar faċli, kull Stat Membru għandu jippromwovi u jinkuraġġixxi l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija.

2.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri mfassla b’mod effikaċi biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż dawk murija fit-trajettorja indikattiva stabbilita fil-Parti B tal-Anness I.

3.   Sabiex jintlaħqu l-miri mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

skemi ta’ sostenn;

(b)

miżuri ta’ kooperazzjoni bejn Stati Membri differenti u ma’ pajjiżi terzi għall-kisba tal-miri globali nazzjonali tagħhom skont l-Artikoli 5 sa 11.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu skont l-Artikoli 5 sa 11 ta’ din id-Direttiva, sa fejn huma jsostnu enerġija minn sorsi rinnovabbli li tkun prodotta fi Stat Membru differenti.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta’ trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-kalkolu tad-denominatur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija totali kkunsmat fit-trasport għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitqiesu biss il-petrol, id-diżil il-bijokarburanti kkunsmati fit-trasport bit-triq u bil-ferrovija, u l-elettriku;

(b)

għall-kalkolu tan-numeratur, jiġifieri l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmat fit-trasport għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitqiesu t-tipi kollha ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli użati fil-forom kollha ta’ trasport;

(c)

għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni mill-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli u kkunsmat f’kull tip ta’ vettura elettrika għall-għan tal-punti (a) u (b), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw jew il-medja tas-sehem tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità jew is-sehem tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżhom stess kif imkejjel sentejn qabel dik is-sena partikolari. Barra minn hekk, għall-kalkolu tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kkunsmat minn vetturi elettriċi tat-triq, dak il-konsum għandu jitqies li jkun darbtejn u nofs daqs il-kontenut tad-dħul tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta li tippermetti, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, l-ammont sħiħ tal-elettriku li joriġina minn sorsi rinnovabbli użat biex jagħti l-enerġija lit-tipi kollha ta’ vetturi elettriċi li għandhom jiġu kkunsidrati.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta ta’ metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-idroġenu li joriġina minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita totali tal-karburant.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli

1.   Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli għandhom jistabbilixxu l-miri nazzjonali tal-Istati Membri għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmat fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, filwaqt li jitqiesu l-effetti ta’ miżuri ta’ politika oħra marbuta mal-effiċjenza tal-enerġija fuq il-konsum finali tal-enerġija, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawk il-miri globali nazzjonali, inklużi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, it-trasferimenti ppjanati tal-istatistika jew il-proġetti konġunti, il-linji politiċi nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti tal-Artikoli 13 sa 19.

Sat-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tadotta format għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli. Dan il-format għandu jiġbor fih ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VI. Fil-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan il-format.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom għall-enerġija rinnovabbli lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2010.

3.   Kull Stat Membru għandu jippubblika u jinnotifika lill-Kummissjoni, sitt xhur qabel ikun previst il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tiegħu, dokument ta’ tbassir li jindika:

(a)

il-produzzjoni żejda stmata tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li titqabbel mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil Stati Membri oħra skont l-Artikoli 6 sa 11, kif ukoll il-potenzjal stmat tiegħu għall-proġetti konġunti, sal-2020; u

(b)

id-domanda stmata tagħhom għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tkun sodisfatta permezz ta’ mezzi oħra minbarra l-produzzjoni domestika sal-2020.

Din l-informazzjoni tista’ tinkludi elementi marbuta mal-ispiża u l-benefiċċji u l-finanzjament. Dik il-previżjoni għandha tiġi aġġornata fir-rapporti tal-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 22(1)(l) u (m).

4.   Stat Membru li s-sehem tiegħu tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli waqgħu taħt it-trajettorja indikattiva fil-perijodu immedjatament preċedenti ta’ sentejn stipulata fil-Parti B tal-Anness I, għandu jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli emendat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, fejn jistabbilixxi l-miżuri adegwati u proporzjonati biex jerġa’ jidħol, fi skeda ta’ żmien raġonevoli, fit-trajettorja indikattiva fil-Parti B tal-Anness I.

Il-Kummissjoni tista’, jekk l-Istat Membru ma jkunx laħaq it-trajettorja indikattiva b’marġni limitat, u filwaqt li jitqiesu l-miżuri attwali u futuri meħuda mill-Istat Membru, tadotta deċiżjoni biex tħoll lill-Istat Membru mill-obbligu li jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli emendat.

5.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-miżuri previsti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 3(2). B’risposta għal pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli jew għal pjan ta’ azzjoni nazzjonali emendat, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli u d-dokumenti ta’ tbassir fil-forma kif saru pubbliċi fuq il-pjattaforma tat-trasparenza kif imsemmi fl-Artikolu 24(2), kif ukoll kull rakkomandazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Kalkolu tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli

1.   Il-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta’:

(a)

konsum finali gross ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(b)

konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ; kif ukoll

(c)

konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport.

Gass, elettriku u idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandhom ikunu kkunsidrati darba biss fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel paragrafu, biex ikun ikkalkulat is-sehem tal-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(1), il-bijokarburanti u bijolikwidi li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (6) m’għandhomx jiġu kkunsidrati.

2.   Meta Stat Membru jqis li minħabba force majeure, jkun impossibli li jilħaq is-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness 1, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mill-aktar fis. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk ġiex ippruvat li kien hemm force majeure. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li ġie pruvat każ ta’ force majeure, hija, għandha tiddetermina x’ aġġustament għandu jsir fil-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru għas-sena 2020.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali gross ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku f’unitajiet ta’ ppumpjar tal-ħażniet minn ilma li qabel kien ippumpjat ‘il fuq.

F’impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli u konvenzjonali, il-parti biss tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tkun ikkunsidrata. Għall-għanijiet ta’ dan il-kalkolu, il-kontribut ta’ kull sors ta’ enerġija għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta’ enerġija.

L-elettriku ġġenerat bl-idroenerġija u bl-enerġija mir-riħ għandu jkun ikkunsidrat skont ir-regoli ta’ normalizzazzjoni stabbiliti fl-Anness II.

4.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(b), il-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali prodotta fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli, miżjuda bil-konsum ta’ enerġija oħra minn sorsi rinnovabbli fl-industrija, fid-djar, fis-servizzi, fl-agrikoltura, fil-forestrija u fis-sajd għal finijiet ta’ tisħin, tkessiħ u ta’ pproċessar.

F’impjanti multi-kombustibbli li jużaw sorsi rinnovabbli u konvenzjonali, għandha tkun ikkunsidrata biss il-parti tat-tisħin u t-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Għall-għanijiet ta’ dan il-kalkolu, il-kontribut ta’ kull sors ta’ enerġija għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut tiegħu ta’ enerġija.

L-enerġija termali aerotermika, ġeotermali u idrotermali maqbuda minn pompi tas-sħana għandha titqies għall-iskopijiet tal-pargrafu 1(b) bil-kondizzjoni li l-output finali tal-enerġija jisboq sew l-input ta’ energija primarja meħtieġ biex jitħaddmu l-pompi tat-tisħin. Il-kwantita’ ta’ sħana li għandha tiġi meqjusa bħala enerġija minn sorsi rinovabbli għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandu jiġi kkalkulat skont il-metodoloġija stabblilita fl-Anness VII.

L-enerġija termali ġġenerata minn sistemi ta’ enerġija passiva, li taħthom jinkiseb passivament konsum inqas ta’ enerġija permezz tad-disinn tal-bini jew minn sħana ġġenerata minn enerġija minn sorsi mhux rinnovabbli, m’għandhiex tkun ikkunsidrata għall-għanijiet tal-paragrafu 1(b).

5.   Il-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport elenkati fl-Anness III għandhom jitqiesu li huma kif stabbilit f’dak l-Anness. L-Anness III jista’ jkun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 25(4).

6.   Is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli diviż bil-konsum finali gross ta’ enerġija mis-sorsi kollha ta’ enerġija, mogħti bħala perċentwali.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, is-somma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi aġġustata skont l-Artikoli 6, 8, 10, u 11.

Meta jsir il-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Stat Membru għall-iskop li titkejjel il-konformità tiegħu mal-miri u t-trajettorja indikattiva stabbilita f’din id-Direttiva, il-kwantità ta’ enerġija kkunsmata fl-avjazzjoni għandha, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dak l-Istat Membru, titqies li mhijiex aktar minn 6,18 %. Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, l-ammont ta’ enerġija ikkonsmata fl-avjazzjoni għandha, bħala proporzjon tal-konsum finali gross tal-enerġija ta’ dawk l-Istati Membri, jiġi kkunsidrat li m’huwiex aktar minn 4,12 %.

7.   Il-metodoloġija u d-definizzjonijiet użati fil-kalkolu tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom ikunu dawk tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (19).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza tal-informazzjoni statistika użata fil-kalkolu ta’ dawk l-ishma settorjali u globali u l-informazzjoni statistika rappurtata lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament dwar l-Istatistika tal-Enerġija (KE) Nru 1099/2008.

Artikolu 6

Trasferimenti statistiċi bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri jistgħu jaqblu u jistgħu jagħmlu arranġamenti għat-trasferiment statistiku ta’ ammont speċifikat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor. Il-kwantità ttrasferita għandha:

(a)

titnaqqas mill-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) u 3(2); kif ukoll

(b)

tiżdied mal-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru l-ieħor li jaċċetta t-trasferiment mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) u 3(2).

Trasferiment statistiku m’għandux jaffettwa l-kisba tal-mira nazzjonali tal-Istat Membru li jagħmel it-trasferiment.

2.   L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jkunu għal sena waħda jew aktar. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena li fiha jkollhom effett. It-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għandu jinkludi l-kwantità u l-prezz tal-enerġija kkonċernata.

3.   It-trasferimenti għandhom isiru effettivi biss wara li kull Stat Membru involut fit-trasferiment ikun innotifika t-trasferiment lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri

1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta’ proġetti konġunti marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Dik il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon jew l-ammont ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodott minn kwalunkwe proġett konġunt fit-territorju tagħhom, li beda jaħdem wara 25 ta’ Ġunju 2009, jew mill-kapaċità miżjuda ta’ impjantli ġie renovat wara dik id-data, li għandu jkun ikkunsidrat bħala li jgħodd għall-mira globali nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha:

(a)

tiddeskrivi l-impjant propost jew tidentifika l-impjant renovat;

(b)

tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ prodott mill-impjant li għandu jitqies bħala li jgħodd għall-mira globali nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor;

(c)

tidentifika l-Istat Membru li qed jibbenefika min-notifika; u

(d)

tispeċifika l-perijodu, f’sena kalendarja sħiħa, li matulha l-elettriku jew it-tisħin jew it-tkessiħ prodott mill-impjant minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandu jitqies bħala li jgħodd għall-mira globali nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor.

4.   Il-perijodu speċifikat taħt il-punt (d) tal-paragrafu 3 m’għandux jestendi lil hinn mill-2020. It-terminu ta’ proġett konġunt jista’ jestendi lil hinn mill-2020.

5.   Notifika li ssir skont dan l-Artikolu m’għandhiex tinbidel jew tiġi rtirata mingħajr il-qbil konġunt tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika u l-Istat Membru identifikat taħt il-punt (c) tal-paragrafu 3.

Artikolu 8

Effetti tal-proġetti konġunti bejn l-Istati Membri

1.   Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ kull sena li taqa’ fil-perijodu speċifikat fil-punt (d) tal- Artikolu 7(3), l-Istat Membru li jkun għamel in-notifika skont l-Artikolu 7 għandu joħroġ ittra ta’ notifika li tiddikjara:

(a)

l-ammont totali ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ prodott matul is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-impjant li kien is-suġġett tan-notifika skont l-Artikolu 7; kif ukoll

(b)

l-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ prodott matul is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli minn dak l-impjant li tgħodd għall-miri nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor skont it-termini tan-notifika.

2.   L-Istat Membru li jinnotifika għandu jibgħat l-ittra ta’ notifika lill-Istat Membru li jibbenefika min-notifika u lill-Kummissjoni.

3.   Għall-finijiet tal-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar miri nazzjonali globali, l-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli nnotifikat skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu:

(a)

jitnaqqas mill-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat, fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru li joħroġ l-ittra ta’ notifika skont il-paragrafu 1; kif ukoll

(b)

jiżdied mal-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli li jkun ikkunsidrat, fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru li jirċievi l-ittra ta’ notifika skont il-paragrafu 2.

Artikolu 9

Proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

1.   Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma’ pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta’ proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

2.   L-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiż terz għandu jkun ikkunsidrat biss għall-finijiet ta’ kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva f’dak li jirrigwarda l-objettivi nazzjonali kollha jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-elettriku jiġi kkunsmat fil-Komunità, rekwiżit li jiġi kkunsidrat li ġie ssodisfatt fejn:

(i)

ammont ekwivalenti ta’ elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie nnominat b’mod deċiż għall-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata mill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trasmissjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż terz ta’ tranżitu;

(ii)

ammont ekwivalenti ta’ elettriku għall-elettriku kkunsidrat ġie rreġistrat b’mod deċiż fl-iskeda ta’ bilanċ mill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni min-naħa Komunitarja ta’ interkonnettur; kif ukoll

(iii)

il-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-installazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għall-istess perijodu ta’ żmien;

(b)

l-elettriku jiġi prodott minn impjant li għadu kif inbena li sar operattiv wara 25 ta’ Ġunju 2009* jew permezz taż-żieda fil-kapaċità ta’ impjant li ġie rinnovat wara dik id-data, taħt proġett konġunt kif imsemmi fil-paragrafu 1; kif ukoll

(c)

l-ammont ta’ elettriku prodott u esportat ma rċeviex appoġġ minn skema ta’ appoġġ ta’ pajjiż terz minbarra għajnuna għall-investiment li ngħatat lill-impjant.

3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 5, sabiex jittieħed kont tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u kkunsmati minn pajjiż terz, fil-kuntest tal-bini ta’ interkonnettur b’tul ta’ żmien twil ħafna bejn l-Istat Membru u pajjiż terz jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-bini ta’ interkonnettur ikun nbeda sal-31 ta’ Diċembru 2016;

(b)

m’għandux ikun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(c)

għandu jkun possibbli li l-interkonnettur isir operattiv sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(d)

wara li jibda jopera, l-interkonnettur ser jintuża għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, skont il-paragrafu 2, tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(e)

l-applikazzjoni tirrigwarda proġett konġunt li jissodisfa l-kriterji fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 u li ser juża l-interkonnettur wara li jibda jaħdem, u għal kwantità ta’ elettriku li ma tkunx aktar mill-kwantità li ser tiġi esportata fil-Komunità wara li l-interkonnettur jibda jaħdem.

4.   Il-proporzjon jew l-ammont ta’ elettriku prodott minn kwalukwe impjant fit-territorju ta’ pajjiż terz, li għandu jiġi meqjus bħala li jgħodd għall-mira globali nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għall-għanijiet tal-kejl tal-konformità mal-Artikolu 3, għandu jiġi notifikat lill-Kummissjoni. Meta aktar minn Stat Membru wieħed huwa kkonċernat, id-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri ta’ dan il-proprzjon jew l-ammont għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni. Dak il-proporzjon jew l-ammont m’għandux jaqbeż il-proporzjon jew l-ammont verament esportat lejn u kkonsumat fil-Komunità, li jikkorrispondi għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 2(a)(i) u (iii) ta’ dan l-Artikolu u li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (2)(a) tiegħu. In-notifika għandha ssir minn kull Stat Membru lil dawk li l-proporzjon jew l-ammont ta’ elettriku għandu jgħodd għall-objettiv globali nazzjonali tiegħu.

5.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 4 għandha:

(a)

tiddeskrivi l-impjant propost jew tidentifika l-impjant rinnovat;

(b)

tispeċifika l-proporzjon jew l-ammont ta’ elettriku prodott mill-impjant li għandu jitqies bħala li jgħodd għall-mira nazzjonali ta’ Stat Membru kif ukoll, soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, l-arranġamenti finanzjarji ekwivalenti;

(c)

tispeċifika l-perijodu, fi snin kalendarji sħaħ, li matulu l-elettriku għandu jitqies bħala li jgħodd għall-mira ġenerali nazzjonali tal-Istat Membru; u

(d)

tinkludi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-għarfien tal-punti (b) u (c) minn pajjiż terz li fit-territorju tiegħu għandu jibda’ jaħdem l-impjant u l-proporzjoni jew ammont ta’ elettriku prodott mill-impjant li ser ikun għall-użu domestiku minn dak il-pajjiż terz.

6.   Il-perijodu speċifikat taħt il-punt (c) tal-paragrafu 5 ma jistax jestendi lil hinn mill-2020. It-terminu ta’ proġett konġunt jista’ jestendi lil hinn mill-2020.

7.   Notifika li ssir taħt dan l-Artikolu ma tistax tinbidel jew tiġi rtirata mingħajr il-qbil konġunt tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika u l-Istat terz li rrikonoxxa l-proġett konġunt skont il-punt (d) tal-paragrafu 5.

8.   L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi rilevanti tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija biex, skont it-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija, jieħdu miżuri meħtieġa sabiex il-partijiet kontraenti fit-trattat ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni stabbiliti f’din fid-Direttiva bejn l-Istati Membri.

Artikolu 10

Effetti tal-proġetti konġunti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

1.   Fi żmien 3 xhur mit-tmiem ta’ kull sena li taqa’ fil-perijodu speċifikat taħt l-Artikolu 9(5)(c), l-Istat Membru li jkun għamel in-notifika skont l-Artikolu 9 għandu joħroġ ittra ta’ notifika li tiddikjara:

(a)

l-ammont totali ta’ elettriku prodott matul dik is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-impjant li kien is-suġġett tan-notifika skont l-Artikolu 9;

(b)

l-ammont ta’ elettriku prodott matul is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli minn dak l-impjant li jgħodd għall-mira globali nazzjonali tiegħu skont it-termini tan-notifika skont l-Artikolu 9; u

(c)

prova ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).

2.   L-Istat Membru għandu jibgħat l-ittra ta’ notifika lill-pajjiż terz li jkun irrikonoxxa l-proġett skont l-Artikolu 9(5)(d) u lill-Kummissjoni.

3.   Għall-finijiet tal-kejl tal-konformità tal-objettiv mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar il-miri globali nazzjonali, l-ammont ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli nnotifikat skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiġi miżjud mal-ammont tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqies, fil-kejl tal-konformità mill-Istat Membru li joħroġ l-ittra ta’ notifika.

Artikolu 11

Skemi konġunti ta’ appoġġ

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt l-Artikolu 3, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi volontarja, biex jgħaqqdu jew jikkoordinaw parzjalment l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom. F’tali każijiet, ċertu ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli prodott fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti wieħed jista’ jgħodd għall-mira globali nazzjonali ta’ Stat Membru parteċipanti ieħor jekk l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jagħmlu trasferiment statistiku tal-ammonti speċifikati tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 6; jew

(b)

jistabbilixxu regola tad-distribuzzjoni miftehma mill-Istati Membri parteċipanti li talloka ammonti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw. Tali regola għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-ewwel sena li fiha tidħol fis-seħħ.

2.   Fi żmien 3 xhur mit-tmiem ta’ kull sena kull Stat Membru li jkun għamel notifika taħt l-paragrafu 1(b) għandu joħroġ ittra ta’ notifika li tiddikjara l-ammont totali ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodotta matul is-sena li għandha tkun is-suġġett tar-regola ta’ distribuzzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar miri globali nazzjonali, l-ammont ta’ elettriku jew tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jiġi allokat mill-ġdid bejn l-Istati Membri konċernati skont ir-regola ta’ distribuzzjoni nnotifikata.

Artikolu 12

Żidiet fil-kapaċità

Għall-fini tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9(2)(b), unitajiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli attribwibbli għal żieda fil-kapaċità ta’ impjant għandhom ikunu ttrattati daqs li kieku kienu prodotti minn impjant separat li sar operattiv fil-mument li fih seħħet iż-żieda fil-kapaċità.

Artikolu 13

Proċeduri amministrattivi, regolamenti u kodiċijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u trasmissjoni assoċjata u infrastrutturi tan-netwerk tad-distribuzzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti jew prodotti tal-enerġija oħra, jkunu proporzjonati u meħtieġa.

L-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jieħdu l-passi adatti biex jiżguraw li:

(a)

soġġett għal differenzi bejn l-Istati Membri fl-istrutturi amministrattivi u organizzattivi tagħhom, ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-korpi amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali għal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar inkluż l-ippjanar ġeografiku huma kkoordinati u definiti b’mod ċar, bi skedi ta’ żmien trasparenti biex jiġu ddeterminati applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-bini;

(b)

tagħrif komprensiv dwar l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar għall-impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u dwar l-għajnuna disponibbli għall-applikanti jsiru disponibbli fil-livell xieraq;

(c)

il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq;

(d)

ir-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonali, ma jiddiskriminawx bejn l-applikanti u jikkunsidraw bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta’ teknoloġiji individwali ta’ enerġija rinnovabbli;

(e)

it-tariffi amministrattivi mħallsa minn konsumaturi, pjanifikaturi, periti, bennejja u installaturi u fornituri ta’ tagħmir u sistemi huma trasparenti u relatati mal-ispiża; u

(f)

jiġu stabbiliti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni simplifikati u inqas impenjattivi, anke permezz ta’ notifikazzjoni ssempliċi jekk tiġi permessa mill-qafas regolatorju applikabbli, għal proġetti iżgħar u għal strumenti deċentralizzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, fejn xieraq.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kull speċifikazzjoni teknika li għandha tiġi sodisfatta minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi eko-tikketti, tikketti tal-enerġija u sistemi oħra ta’ referenza teknika stabbiliti minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu espressi skont dawk l-istandards. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u m’għandhomx jimpedixxu l-funzjonament tas-suq intern.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw lill-atturi kollha, b’mod partikolari l-korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jiżguraw li jiġu installati tagħmir u sistemi għall-użu ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali fl-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali. L-Istati Membri għandhom, b’mod partikulari, jinkoraġġixxu korpi amministrattivi lokali u reġjonali biex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar tal-infrastruttura ta’ belt, fejn xieraq.

4.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu fir-regolamenti u l-kodiċi tal-bini miżuri xierqa sabiex tiżdied id-distribuzzjoni ta’ kull tip ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini.

Fl-istabbiliment ta’ dawn il-miżuri, jew fl-skemi tal-appoġġ reġjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw miżuri nazzjonali relatati ma żidiet sostanzjali fl-effiċjenza tal-enerġija u relatati mal-koġenerazzjoni u ma’ bini b’enerġija passiva, b’ammont ta’ enerġija baxxa jew dawk b’ammont ta’ enerġija żero.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom, fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom jew b’mezzi oħra b’effett ekwivalenti, fejn xieraq, jeħtieġu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini ġdid u fil-bini eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawk il-livelli minimi jiġu ssodisfatti inter alia permezz ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali prodott bl-użu ta’ proporzjon sinifikani ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Ir-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-forzi armati, biss safejn l-applikazzjoni tagħha ma tikkawżax konflitt man-natura u l-għan prinċipali tal-attivitajiet tal-forzi armati u bl-eċċezzjoni ta’ materjal użat b’mod esklussiv għal finijiet militari.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini pubbliku ġdid, u l-bini pubbliku eżistenti li huwa soġġett għal rinnovazzjoni estensiva, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokal jiżvolġu rwol eżemplari fil-kuntest ta’ din id-Direttiva mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem. L-Istati Membri jistgħu, inter alia, jagħtu permess li dan l-obbligu jiġi ssodisfatt billi jikkonformaw mal-istandards ta’ djar b’enerġija żero, jew billi jipprovdu li l-bjut ta’ bini pubbliku jew bini kemm tal-pubbliku kif ukoll privat jiġu użati minn partijiet terzi għall-impjanti li jipproduċu enerġija minn sorsi rinnovabbli.

6.   Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta’ konsum ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw tikketti tal-enerġija jew eko-tikketti jew ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati fil-livell nazzjonali jew Komunitarju, fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi biex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u tagħmir.

Fil-każ tal-bijomassa, l-Istati Membri għandhom jippromwovu teknoloġiji ta’ konverżjoni li jiksbu effiċjenza ta’ konverżjoni ta’ mhux inqas minn 85 % għal applikazzjonijiet residenzjali u kummerċjali u mhux inqas minn 70 % għal applikazzjonijiet industrijali.

Fil-każ tal-pompi tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jippromwovu dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-ekotikkettar stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (20).

Fil-każ tal-enerġija termali solari, l-Istati Membri għandhom jippromwovu tagħmir u sistemi ċċertifikati bbażati fuq standards Ewropej, fejn dawn jeżistu, inkluż eko-tikketti, tikketti tal-enerġija u sistemi ta’ referenza tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej.

Fil-valutazzjoni tal-effiċjenza ta’ konverżjoni u tal-proporzjon ta’ dħul/ħruġ ta’ sistemi u tagħmir għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri Komunitarji jew, fin-nuqqas tagħhom, proċeduri internazzjonali jekk tali proċeduri jeżistu.

Artikolu 14

Informazzjoni u taħriġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta’ sostenn issir disponibbli għall-atturi relevanti kollha, fosthom għall-konsumaturi, il-bennejja, l-installaturi, il-periti u l-fornituri ta’ tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għall-vetturi kompatibbli mal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar il-benefiċċji netti, l-ispiża u l-effiċjenza tal-enerġija ta’ tagħmir u sistemi għall-użu ta’ tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ssir disponibbli jew mill-fornitur tat-tagħmir jew tas-sistema jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti jsiru disponibbli jew ikunu disponibbli mill-31 ta’ Diċembru 2012 għall-installaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari, sistemi ġeotermali tal-wiċċ u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi jistgħu jikkunsidraw lis-skemi u l-istrutturi eżistenti kif xieraq, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dawk il-kriterji.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar skemi ta’ ċertifikazzjoni jew iskemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti kif imsemmi fil-paragrafu 3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu disponibbli l-lista tal-installaturi li huma kwalifikati jew ċertifikati skont id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 3.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disponibbli gwida lill-parteċipanti kollha rilevanti, b’mod partikolari għall-pjanifikaturi u l-periti sabiex dawn ikunu tassew kapaċi jikkunsidraw sew l-aħjar tlaqqigħ ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, u teknoloġiji b’effiċjenza għolja u ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, l-iddiżinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

6.   L-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jiżviluppaw tagħrif xieraq, sensibilizzazzjoni, programmi ta’ gwida jew ta’ taħriġ sabiex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet tal-iżviluppar u tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Artikolu 15

Garanziji tal-oriġini tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

1.   Għall-finijiet li jiġi provat lill-klijenti finali s-sehem jew il-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’taħlita tal-enerġija ta’ produttur tal-enerġija, skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tista’ tkun garantita bħala tali fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

2.   Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħareġ garanzija tal-oriġini bi tweġiba għal talba minn produttur tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri jistgħu jirranġaw biex il-garanziji għall-oriġini jinħarġu bi tweġiba għal talba minn produtturi tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Arranġament bħal dan jista’ jsir soġġett għal limitu minimu ta’ kapaċità. Garanzija tal-oriġini għandha tkun tad-daqs standard ta’ 1 MWh. M’għandhiex tinħareġ aktar minn garanzija ta’ oriġini waħda għal kull unità ta’ enerġija prodotta.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istess unità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli titqies darba biss.

Stat Membru jista’ jipprovdi li ma jingħata l-ebda appoġġ lil produttur meta dak il-produttur jirċievi garanzija tal-oriġini għall-istess produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Il-garanzija tal-oriġini m’għandhiex funzjoni f’dak li jirrigwarda l-konformità ta’ Stat Membru mal-Artikolu 3. It-trasferimenti ta’ garanziji tal-oriġini, b’mod separat jew flimkien mat-trasferiment fiżiku tal-enerġija, m’għandux ikollu effett fuq id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jużaw trasferimenti statistiċi, proċeduri konġunti jew skemi konġunti ta’ appoġġ għall-konformità mal-miri jew fuq il-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkalkulat skont l-Artikolu 5.

3.   Kwalunkwe użu ta’ garanzija tal-oriġini għandu jsir fi żmien tnax-il xahar mill-produzzjoni tal-unità ta’ enerġija korrispondenti. Garanzija tal-oriġini għandha tiġi kkanċellata la darba tkun ġiet użata.

4.   L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti maħtura għandhom jissorveljaw il-ħruġ, it-trasferiment u l-ikkanċellar ta’ garanziji tal-oriġini. Il-korpi kompetenti maħtura għandu jkollhom responsabbiltajiet ġeografiċi distinti minn xulxin u jkunu indipendenti minn attivitajiet ta’ produzzjoni, kummerċ u provvista.

5.   L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti maħtura għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi adatti biex jiżguraw li l-garanziji tal-oriġini għandhom jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jiġu kanċellati elettronikament u jkunu preċiżi, affidabbli u reżistenti għall-frodi.

6.   Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:

(a)

is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni;

(b)

jekk din hijiex relatata ma’:

(i)

l-elettriku; jew

(ii)

it-tisħin jew it-tkessiħ;

(c)

l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;

(d)

jekk u sa liema livell l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment, jekk u sa liema livell l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi mod minn skema ta’ appoġġ nazzjonali, u t-tip ta’ skema ta’ appoġġ;

(e)

id-data li fiha l-impjant sar operattiv; u

(f)

id-data u l-pajjiż ta’ ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

7.   Fejn fornitur tal-elettriku huwa meħtieġ jagħti prova tas-sehem jew il-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita ta’ enerġija għall-iskopijiet tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE, jista’ jagħmel dan billi juża l-garanziji tal-oriġini tiegħu.

8.   L-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jikkorrispondi għall-garanziji tal-oriġini ttrasferiti minn fornitur tal-elettriku lil parti terza għandu jiġi mnaqqas mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tiegħu għall-finijiet tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE.

9.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-garanziji tal-oriġini maħruġa minn Stati Membri oħrajn skont din id-Direttiva esklużivament bħala prova tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 6(a) sa (f). Stat Membru jista’ jiċħad ir-rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini biss fil-każ li jkollu dubji bbażati fuq raġunijiet sodi dwar il-preċiżjoni, l-affidabbiltà jew l-awtentiċità tagħha. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar tali ċaħda u l-ġustifikazzjoni tagħha.

10.   Jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li ċaħda għar-rikonoxximent ta’ garanzija tal-oriġini ma jkollhiex bażi, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li teħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxiha.

11.   Stat Membru jista’ jintroduċi, f’konformità mal-liġi tal-Komunità, kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji għall-użu ta’ garanziji tal-oriġini f’konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE.

12.   Meta l-fornituri tal-enerġija jikkummerċjalizzaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli lilll-konsumaturi b’referenza għal benefiċċji ambjentali u għal benefiċċji oħra tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawk l-fornituri ta’ enerġija jagħmlu disponibbli, fil-qosor, informazzjoni dwar il-kwantità jew is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li ġejja minn impjanti jew minn kapaċità miżjuda li saret operattiva wara 25 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 16

Aċċess għall-grilji u t-tħaddim tagħhom

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi adatti biex jiżviluppaw infrastruttura ta’ grilji ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni, netwerks intelliġenti, faċilitajiet għall-ħażna u s-sistema tal-elettriku, sabiex jippermettu t-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku hekk kif din tiffaċċja l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu passi adatti biex iħaffu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-infrastruttura tal-grilja u biex jikkoordinaw l-approvazzjoni tal-infrastruttura tal-grilja mal-proċeduri amministrattivi u ta’ ppjanar.

2.   Soġġett għar-rekwiżiti marbuta maż-żamma tal-affidabbiltà u s-sigurtà tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji ddefiniti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

(a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(b)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll jew għal aċċess prijoritarju jew għal aċċess garantit għas-sistema ta’ grilja tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(c)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-trasmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni għandhom jagħtu prijorità lill-impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti l-operazzjoni sikura tas-sistema tal-elettriku nazzjonali u fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri operattivi xierqa relatati mal-grilja u mas-suq sabiex ikunu minimizzati r-restrizzjoniet fuq l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fil-każ li jittieħdu miżuri sinifikanti biex jitnaqqsu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tkun garantita s-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi responsabbli mis-sistema jirrapurtaw lill-awtorità regolatorja kompetenti dwar dawk il-miżuri u jindikaw liema miżuri korrettivi għandhom l-intenzjoni li jieħdu sabiex jevitaw restrizzjonijiet mhux adatti.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-regoli standard tagħhom relatati mal-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mal-grilja u rinfurzar tal-grilja, tħaddim imtejjeb tal-grilja u regoli dwar l-implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-grilja interkonnessa.

Dawk ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji billi jkunu kkunsidrati b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawk il-produtturi mall-grilja u ċ-ċirkostanzi partikolari tal-produtturi li qegħdin f’reġjuni periferiċi u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni.

4.   Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jħallsu kompletament jew parzjalment l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejjbu l-oqsfa u r-regoli għall-ħlas u l-kondivizjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 sat-30 ta’ Ġunju 2011 u kull sentejn wara dan biex jiżguraw l-integrazzjoni ta’ produtturi ġodda kif imsemmi f’dak il-paragrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ta’ sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jipprovdu lil kull produttur ġdid tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li jixtieq li jkun konness mas-sistema l-informazzjoni komprensiva u meħtieġa, inklużi:

(a)

stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;

(b)

skeda ta’ żmien raġonevoli u preċiża għar-riċeviment u l-ipproċessar tat-talba għall-konnessjoni mal-grilja;

(c)

skeda ta’ żmien indikattiva u raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni proposta mal-grilja.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jixtiequ jkunu konnessi mal-grilja, li joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ konnessjoni.

6.   Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun infurzata b’mekkaniżmu bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li jikkunsidraw il-benefiċċji li inizjalment u sussegwentement produtturi konnessi kif ukoll operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jieħdu mill-konnessjonijiet.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għall-ħlas ta’ tariffi ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż b’mod partikolari l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodott f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni insulari, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlas ta’ tariffi fuq it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ma jiddiskriminax kontra l-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi mitluba minn operaturi ta’ sistema ta’ trasmissjoni u minn operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jirriflettu l-benefiċċji f’termini ta’ spejjeż fattibbli li jirriżultaw mill-konnessjoni tal-impjant man-. Dawn il-benefiċċji f’termini ta’ spejjeż jistgħu joħorġu mill-użu dirett tal-grilja b’vultaġġ baxx.

9.   Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

10.   Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni u l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jippubblikaw regoli tekniċi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (21), b’mod partikolari rigward ir-regoli tal-konnessjoni man-netwerk li jinkludu rekwiżiti dwar il-kwalità tal-gass, l-odorazzjoni tal-gass u l-pressjoni tal-gass. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll mill-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni u ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni li jippubblikaw it-tarriffi ta’ konnessjoni biex ikunu konnessi sorsi rinnovabbli ta’ gass ibbażati fuq kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji.

11.   Fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa li jibnu infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tintlaħaq il-mira nazzjonali għall-2020 imsemmija fl-Artikolu 3(1). Soġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura distrettwali għat-tisħin sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.

Artikolu 17

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi

1.   Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Komunità, l-enerġija mill-bijokarburanti u bijolikwidi għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) biss jekk tissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6:

(a)

il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-miri nazzjonali;

(b)

il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli;

(c)

l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi.

Madankollu, il-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterju ta’ sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi kkunsidrat għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 35 %.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2017, l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra meqjus għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 50 %. Mill-1 ta’ Jannar 2018, dak l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandu jkun ta’ mill-anqas 60 % għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti f’impjanti li jkunu bdew il-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara.

L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi għandu jkun ikkalkulat skont l-Artikolu 19(1).

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn impjanti li kienu operattivi fit-23 ta’ Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

3.   Il-bijokarburanti u bijolikwidi kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli ta’ bijodiversità, jiġifieri art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, kemm jekk l-art għad għandha dan l-istatus u kemm jekk le:

(a)

foresta primarja u art oħra bis-siġar, jiġifieri foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti;

(b)

żoni indikati:

(i)

mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura; jew

(ii)

għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċi rari, mhedda jew fil-periklu li jin qerdu li huma rikonoxxuti minn strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4);

sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(c)

art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja li hija:

(i)

naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li ser tibqa’ art bil-ħaxix fin-nuqqas ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċi naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew

(ii)

mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta’ art bil-ħaxix.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissumplimentawha għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bli skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(4).

4.   Il-bijokarburanti u bijolikwidi kkundistrati għall-finijiet msemmija il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha dak l-istatus:

(a)

artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;

(b)

żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ;

(c)

art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta’ karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fil- Parti C tal-Anness V, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk, fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.

5.   Il-bijokarburanti u bijolikwidi kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 m’ għandhomx isiru minn materia prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f’Jannar 2008, sakemm ma’ tkunx ipprovduta evidenza li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma tinvolvix id-dranaġġ ta’ ħamrija li qabel ma’ jkunx sarilha dranaġġ.

6.   Materja prima agrikola kkultivata fil-Komunità u użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija taħt l-intestatura “Ambjent” fil-Parti A u fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (22) u skont ir-rekwiżiti minimi għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba definita skont l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

7.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fir-rigward kemm tal-pajjiżi terzi u kemm tal-Istati Membri li huma sors sinifikanti ta’ bijokarburanti jew ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, dwar miżuri nazzjonali meħuda b’rispett għall-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 u għall-ħarsien tal-ħamrija, l-ilma u l-arja. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fl-2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà soċjali fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi taż-żieda fid-domanda għall-bijokarburanti, dwar l-impatt tal-politika tal-Komunità dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jintlaħqu minn kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni li jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dwar kwistjonijiet ġenerali oħrajn marbutin mal-iżvilupp. Ir-rapporti għandhom jittrattaw ir-rispett tad-drittijiet tal-użu tal-art. Huma għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta kull waħda mill-Konvenzjonijiet li ġejjin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:

il-Konvenzjoni dwar Xogħol Furzat jew Obbligatorju (Nru 29);

il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87);

il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98);

il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs (Nru 100);

il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (Nru 105);

il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjieg u l-Professjoni (Nru 111);

il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg (No 138);

il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal (Nru 182);

Dawk ir-rapporti għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburant ikkunsmat fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta:

il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà;

il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2012. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, azzjoni korrettiva, b’mod partikolari jekk ikun hemm evidenza li l-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-ikel.

8.   Għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà, bijokarburanti u bijolikwidi miksuba f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

9.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijokarburanti u bijolikwidi, sal-31 ta’ Diċembru 2009. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li jkun fihom għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, b’konsiderazzjoni għall-iżviluppi l-ġodda fi proċessi innovattivi. Jekk l-analiżi magħmula għal dan il-għan turi li jkun xieraq li jiġu introdotti emendi, fir-rigward tal-bijomassa tal-foresta, fil-kalkolu tal-metodoloġija fl-Anness V jew fil-kriterji tas-sostenibbiltà dwar il-ħażniet tal-karbonju applikati għall-bijokarburanti u bijolikwidi, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tagħmel proposti fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’dan ir-rigward.

Artikolu 18

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi

1.   Fejn bijokarburanti u bijolikwidi għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1), l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ġew sodisfatti. Għal dak il-għan għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:

(a)

tippermetti li kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jiġu mħallta;

(b)

teħtieġ li informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u d-daqsijiet tal-kunsinni msemmija fil-punt (a) tibqa’ assenjata lit-taħlita; u

(c)

tipprovdi li s-somma tal-kunsinni kollha meħuda mit-taħlita tiġi deskritta bħala li għandha l-istess karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, fl-istess kwantitajiet, bħas-somma tal-kunsinni kollha miżjuda mat-taħlita.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010 u l-2012 dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tipi ta’ materja prima, bijokarburanti jew bijolikwidi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar permessi għal metodi oħra ta’ verifika.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid ta’ kampjuni u l-affidabilità tad-data.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5), informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata, l-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars kif ukoll informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda biex jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7).

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3), tistabbilixxi l-lista tal-informazzjoni xierqa u rilevanti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi, Hija għandha tiżgura, b’mod partikolari, li l-għoti ta’ dik l-informazzjoni ma jkunx ta’ piż amministrattiv eċċessiv għall-operaturi b’mod ġenerali jew fuq il-bdiewa sidien ta’ farms żgħar, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi b’mod partikolari.

L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti jew bijolikwidi jkunu prodotti fil-Komunità kemm jekk ikunu importati.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 24 f’forma mqassra u żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

4.   Il-Komunità għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Fejn il-Komunità tkun ikkonkludiet strumenti ta’ ftehim li fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-kwistjonijiet koperti mill-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-istrumenti ta’ ftehim juru li l-bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn materja prima kkultivata f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà inkwistjoni. Meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu konklużi, għandha tingħata kunsiderazzjoni debita tal-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjomi ħamrija, l-ilma u l-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars u l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3) sa (5). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkun fihom informazzjoni preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata u dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(7). Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu rikonoxxuti bi strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi fil-listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 17(3)(b)(ii).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jkejlu l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li art li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali mmirat li jtejjeb art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet kontaminazzjoni qawwija tissodisfa l-kriterjifil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness V.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 biss jekk il-ftehim jew l-iskema kkonċernati jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti. Fil-każ ta’ skemi li jkejlu l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra, dawn l-iskemi għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi fl-Anness V. Listi ta’ żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità kif imsemmija fl-Artikolu 17(3)(b)(ii) għandhom jissodisfaw standards adegwati ta’ oġġettività u koerenza ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment u jipprevedu għal proċeduri adegwati ta’ appell.

6.   Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

7.   Meta operatur ekonomiku jipprovdi prova jew data miksuba skont ftehim jew skema li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 4, sal-punt kopert minn dik id-deċiżjoni, Stat Membru m’għandux jeħtieġ li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5), u lanqas informazzjoni dwar il-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

8.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant jew bijolikwidu u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant jew bijolikwidu minn dak is-sors għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(1).

9.   Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

l-effettività tas-sistema attwali għall-għoti ta’ informazzjoni dwar kriterji ta’ sostenibbiltà; u

(b)

jekk ikunx fattibbli u opportun li jiddaħħlu rekwiżiti mandatorji dwar il-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, fid-dawl tal-aktar evidenza xjentifika reċenti u l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi azzjoni korrettiva.

Artikolu 19

Kalkolu tal-impatt tal-gass b’effett serra tal-bijokarburanti u bijolikwidi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2), l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-użu ta’ bijokarburant u bijolikwidi għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

(a)

fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għall-mogħdija ta’ produzzjoni hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness V u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti jew bijolikwidi kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(b)

bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness V; jew

(c)

billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness V, fejn l-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness V jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness V, għall-fatturi l-oħra kollha.

2.   Sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (23) fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura “Valuri awtomatiċi disaggregati għall-kultivazzjoni” fil-Parti D tal-Anness V ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta’ materja prima.

3.   Il-valuri awtomatiċi fil-Part A tal-Anness V għall-bijokarburanti, u l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni fil-Parti D tal-Anness V għall-bijokarburanti u bijolikwidi, jistgħu jintużaw biss meta l-materja prima tagħhom tkun:

(a)

ikkultivata barra mill-Komunità:

(b)

ikkultivata fil-Komunità f’żoni inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2; jew

(c)

skart jew residwi oħra minbarra residwi tal-agrikoltura, tal-akwakoltura u tas-sajd.

Għall-bijokarburanti u bijolikwidi li ma jaqgħux taħt il-punti (a), (b) jew (c), għandhom jintużaw valuri attwali għall-kultivazzjoni.

4.   Sal-31 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà li jitfasslu listi ta’ żoni f’pajjiżi terzi fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura “kultivazzjoni” fil-Parti D tal-Anness V, akkumpanjat jekk jista’ jkun b’tali listi u b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użati għall-istabbiliment ta’ dawk il-listi. Il-rapport għandu, jekk xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull sentejn wara dan, dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness V, b’attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar, u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li tikkoreġi l-valuri. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(4).

6.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-impatt tal-bdil indirett fl-użu tal-art fuq l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra u li jindirizza modi kif jiġi minimiżżat dak l-impatt. Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat, bi proposta li tkun ibbażata fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, u li tinkludi metodoloġija konkreta għall-emissjonijiet mill-ħażna tal-karbonju kkawżati minn bidliet indiretti fl-użu tal-art, li tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, b’ mod partikolari l-Artikolu 17(2).

Din il-proposta għandha tinkludi s-salvagwardji meħtieġa biex tipprovdi ċ-ċertezza għall-investiment li jkun sar qabel ma tiġi applikata dik il-metodoloġija. Fir-rigward tal-impjanti li jkunu pproduċew il-bijokarburanti qabel it-tmiem tal-2013, l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx, sal-31 ta’ Diċembru 2017, iwasslu għall-produzzjoni tal-bijokarburanti minn dawk l-impjanti li jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà ta’ din id-Direttiva jekk ikunu diġà għamlu dan, sakemm dawk il-bijokarburanti ma jiksbux iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ta’ mill-inqas 45 %. Dan għandu japplika għall-kapaċitajiet tal-impjanti tal-bijokarburanti fl-aħħar tal-2012.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu sforz biex, sal-31 ta’ Diċembru 2012, jiddeċiedu dwar kwalunkwe proposta bħal din ippreżentata mill-Kummissjoni.

7.   L-Anness V jista’ jkun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż biż-żieda ta’ valuri għal iżjed linji ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħrajn u bil-modifikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti C. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 25(4).

Dwar il-valuri awtomatiċi u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness V, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lil:

il-metodu kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;

il-metodu kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;

il-metodu kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; u

l-istatus mogħti lil residwi tal-uċuħ agrikoli bħala prodotti sekondarji.

Il-valuri awtomatiċi għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista’ jkun.

Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness V għandhom ikunu konformi mar-regoli li ġejjin:

(a)

fejn il-kontribut ta’ fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, jew fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.

8.   Għandhom jiġu stabbiliti definizzjonijiet dettaljati, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-kategoriji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness V. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(4).

Artikolu 20

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(3), l-Artikolu 18(6), l-Artikolu 18(8), l-Artikolu 19(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(7), u l-Artikolu 19(8) għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ il-finijiet tal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-trasport

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-benefiċċji ambjentali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għat-trasport differenti kollha. Meta l-perċentwali ta’ bijokarburanti, mħallta f’derivattivi ta’ żejt minerali, jaqbżu l-10 % fil-volum, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li dan ikun indikat fil-postijiet ta’ bejgħ.

2.   Għall-finijet li tintwera l-konformità mal-obbligi nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli mogħtija lill-operaturi u l-mira għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 3(4), il-kontribut magħmul mill-bijokarburanti prodotti mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku għandu jkun ikkunsidrat li huwa d-doppju ta’ dak magħmul minn bijokarburanti oħra.

Artikolu 22

Rappurtar mill-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress fil-promozzjoni u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli sal-31 ta’ Diċembru 2011, u kull sentejn wara dan. Is-sitt rapport, li għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2021, għandu jkun l-aħħar rapport meħtieġ.

Ir-rapport għandu jispeċifika, b’mod partikolari:

(a)

l-ishma settorjali (elettriku, tisħin u tkessiħ, u trasport) u dawk globali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sentejn kalendarji preċedenti u l-miżuri meħuda jew ippjanati fil-livell nazzjonali għall-promozzjoni tat-tkabbir tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli b’konsiderazzjoni għat-trajettorja indikattiva fil-Parti B tal-Anness 1, skont l-Artikolu 5;

(b)

l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ skemi ta’ sostenn u miżuri oħra għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, u kwalunkwe żvilupp fil-miżuri użati fir-rigward ta’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru, u informazzjoni dwar kif l-elettriku sostnut huwa allokat lill-konsumaturi aħħarin skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2003/54/KE.

(c)

kif, fejn applikabbli, l-Istat Membru jkun struttura l-iskemi ta’ appoġġ tiegħu biex jikkunsidraw l-applikazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li jagħtu benefiċċji addizzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet paragunabbli oħra, iżda li jista’ jkollhom spejjeż ogħla, inklużi bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku;

(d)

it-tħaddim tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini għall-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-affidabbiltà u l-protezzjoni kontra l-frodi tas-sistema;

(e)

il-progress magħmul fil-valutazzjoni u t-titjib tal-proċeduri amministrattivi biex jitneħħew ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-iżvilupp ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(f)

il-miżuri meħuda biex tkun żgurata t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u biex jitjieb il-qafas jew ir-regoli għall-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 16(3);

(g)

żviluppi fid-disponibbiltà u l-użu ta’ riżorsi tal-bijomassa għal finijiet ta’ enerġija;

(h)

it-tibdil fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali u fl-użu tal-art fi ħdan l-Istat Membru assoċjat maż-żieda tiegħu fl-użu ta’ bijomassa u forom oħra ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

(i)

l-iżvilupp u s-sehem ta’ bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku;

(j)

l-impatt stmat tal-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, il-kwalità tal-ilma u l-kwalità tal-ħamrija fl-Istat Membru;

(k)

l-iffrankar nett stmat ta’emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minħabba l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(l)

il-produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli meta mqabbla mat-trajjetorja indikattiva li tista’ tkun trasferita lil Stati Membri oħra, kif ukoll il-potenzjal stmat għal proġetti konġunti, sal-2020;

(m)

id-domanda stmata għal enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra apparti l-produzzjoni domestika sal-2020; u

(n)

informazzjoni dwar kif kien stmat is-sehem ta’ skart bijodegradabbli fi skart użat biex tiġi prodotta l-enerġija, u x’passi ttieħdu biex jittejbu u jkunu vverifikati dawn l-istimi.

2.   Fil-valutazzjoni tal-iffrankar netttal- emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-użu ta’ bijokarburanti, l-Istat Membru jista’, għall-fini tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, juża l-valuri tipiċi mogħtija fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness V.

3.   Fl-ewwel rapport tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega fil-qosor jekk għandux intenzjoni li:

(a)

jistabbilixxi korp amministrattiv uniku responsabbli mill-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u li jkun jagħti assistenza lill-applikanti;

(b)

jipprovdi għal approvazzjoni awtomatika ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-permess għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli fejn il-korp ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx wieġeb fil-limiti ta’ żmien stipulati; jew

(c)

jindika lokalitajiet ġeografiċi adattati għal sfruttament ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-użu tal-art u għall-introduzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali.

4.   F’kull rapport l-Istat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li jikkoreġi d-data tar-rapporti preċedenti.

Artikolu 23

Monitoraġġ u rappurtar mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta’ bijokarburanti u bijolikwidi kkunsmati fil-Komunità u l-impatt tal-produzzjoni tagħhom, inkluż l-impatt li jseħħ bħala riżultat tal-ispustjar, fuq l-użu ta’ art fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ provvista. Dan il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti tal-Istati Membri, ippreżentati skont l-Artikolu 22(1) u dawk ta’ pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impjanti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 19(6).

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u twettaq skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ produtturi tal-bijokarburanti, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u mas-soċjetà ċivili rigward l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri li jinsabu f’din id-Direttiva relatati ma’ bijokarburanti u bijolikwidi. F’dak l-ambitu, hija għandha tkun partikolarment attenta għall-impatt li l-produzzjoni tal-bijokarburanti jista’ jkollha fuq il-prezzijiet tal-ikel.

3.   Fuq il-bażi tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 22(1) u l-monitoraġġ u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat fl-2012.

4.   Fir-rappurtar dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra bl-użu ta’ bijokarburanti, il-Kummissjoni għandha tuża l-valuri rrappurtati mill-Istati Membri u għandha tevalwa jekk u kif l-istima tista’ tinbidel jekk il-prodotti sekondarji kienu kkunsidrati bl-użu tal-approċċ tas-sostituzzjoni.

5.   Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza b’mod partikolari:

(a)

il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relativi ta’ bijokarburanti differenti, l-effetti fuqhom mill-politika tal-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(b)

l-impatt tad-domanda ogħla għall-bijokarburanti fuq is-sostenibbiltà fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, b’konsiderazzjoni tal-impatti ekonomiċi u ambjentali, inklużi l-impatti fuq il-bijodiversità;

(c)

l-opportunità għall-identifikazzjoni, b’mod xjentifikament oġġettiv, ta’ zoni ġeografiċi b’valur għoli ta’ bijodiversità li mhumiex koperti fl-Artikolu 17(3);

(d)

l-impatt ta’ domanda ogħla għall-bijomassa fuq is-setturi li jużaw il-bijomassa;

(e)

id-disponibbiltà ta’ bijokarburanti magħmulin mill-iskart, ir-residwi, il-materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u l-materjal linjoċellulożiku; u

(f)

it-tibdil fl-użu indirett tal-art meta mqabbel mal-modi kollha tal-produzzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tipproponi azzjoni korrettiva.

6.   Fuq il-bażi tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 22(3), il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri fuq it-twaqqif ta’ korp amministrattiv uniku responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u ta’ liċenzjar u mill-għoti ta’ għajnuna lill-applikanti.

7.   Sabiex jitjiebu l-iffinanzjar u l-koordinazzjoni bil-għan li tinkiseb il-mira ta’ 20 % msemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tippreżenta analiżi u pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija minn sorsi rinnovabbli bi ħsieb, b’mod partikolari, ta’:

(a)

l-użu aħjar tal-fondi strutturali u l-programmi ta’ qafas;

(b)

l-użu aħjar u akbar tal-fondi mill-Bank Ewropew għall-Investiment u minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħrajn;

(c)

aċċess aħjar għall-kapital tar-riskju b’mod partikolari permezz tal-analiżi tal-fattibilità ta’ faċilità għall-kondiviżjoni tar-riskju għall-investimenti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità simili għall-inizjattiva tal-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija Rinnovabbli li hija mmirata għall-pajjiżi terzi;

(d)

il-korrdinazzjoni aħjar tal-iffinanzjar Komunitarju u nazzjonali u ta’ forom oħrajn ta’ appoġġ; u

(e)

il-koordinazzjoni aħjar b’appoġġ tal-inizjattivi ta’ enerġija rinnovabbli li s-suċċess tagħhom jiddependi minn azzjoni meħuda minn atturi f’diversi Stati Membri.

8.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, li fih tindirizza, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(a)

reviżjoni tal-livelli minimi ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra li għandhom japplikaw mid-dati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-impatt li tqis, b’mod partikolari, żviluppi teknoloġiċi, teknoloġiji disponibbli u d-disponibbiltà ta’ bijokarburanti tal-ewwel u tat-tieni ġenerazzjoni b’livell għoli ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra;

(b)

fir-rigward tal-mira msemmija fl-Artikolu 3(4), reviżjoni ta’:

(i)

l-effiċjenza fil-konfront tal-ispiża tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati biex tinkiseb din il-mira;

(ii)

evalwazzjoni tal-fattibbilta’ tal-ksib tal-mira filwaqt li tiġi assigurata is-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-bijokarburanti fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, u b’konsiderazzjoni tal-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali, inklużi effetti u impatti indiretti fuq il-bijodiversità, kif ukoll id-disponibbiltà kummerċjali ta’ karburanti tat-tieni ġenerazzjoni;

(iii)

l-impatt tal-implimentazzjoni tal-mira fuq id-disponibbiltà ta’ oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu;

(iv)

id-disponibilità kummerċjali ta’ vetturi elettriċi, ibridi u li jaħdmu bl-idroġenu, kif ukoll il-metodoloġija magħżula sabiex jiġi kkalkulat is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kkunsmat fis-settur tat-trasport;

(v)

l-evalwazzjoni ta’ kondizzjonijiet speċifiċi tas-suq, b’konsiderazzjoni, b’mod partikolari, għas-swieq li fihom il-karburanti tat-trasport jirrappreżentaw aktar minn nofs il-konsum aħħari tal-enerġija, u s-swieq li jiddependu totalment minn bijokarburanti importati;

(c)

evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni, sabiex jiġi żgurat li, flimkien mal-possibbiltà li l-Istati Membri jkomplu jagħmlu użu mill-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ kif imsemmija fl-Artikolu 3(3), dawn il-mekkaniżmi jippermettu li l-Istati Membri jiksbu l-miri nazzjonali fuq il-bażi tal-aħjar bilanċ bejn l-effiċjenza u l-infiq, ta’ żviluppi teknoloġiċi, u l-konklużjonijiet li jridu joħorġu sabiex tinkiseb il-mira ta’ 20 % ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell Komunitarju.

Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk xieraq, proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jindirizzaw l-elementi ta’ hawn fuq u b’mod partikolari:

għall-element li jinsab fil-punt (a), modifika ta’ ffrankar minimu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra imsemmija f’dak il-punt; u

għall-element imsemmi fil-punt (c), adattamenti xierqa tal-miżuri ta’ kooperazzjoni previsti f’ din id-Direttiva sabiex itejbu l-effettività tagħhom biex jiksbu l-mira ta’ 20 %. Dawk il-proposti la għandhom jaffettwaw il-mira ta’ 20 % u lanqas il-kontroll fuq skemi ta’ appoġġ u miżuri ta’ kooperazzjoni nazzjonali.

9.   Fl-2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli għall-perijodu ta’ wara l-2020.

Dak il-pjan ta’ direzzjoni, jekk xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-perijodu ta’ wara l-2020. Il-pjan ta’ direzzjoni għandu jqis l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u żviluppi teknoloġiċi fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

10.   Fl-2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jindirizza r-rwol tal-elementi li ġejjin fil-għajnuna tagħhom biex l-Istati Membri setgħu jilħqu l-miri nazzjonali ddefiniti fl-Anness I fuq il-bażi tal-aħjaer benefiċċju mqabbel mal-ispiża:

(a)

il-proċess tat-tħejjija tat-tbassiriet u tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli;

(b)

l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni;

(c)

żviluppi teknoloġiċi fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli, inkluż l-iżvilupp tal-użu tal-bijokarburanti fl-avjazzjoni kummerċjali;

(d)

l-effikaċja tal-iskemi nazzjonali ta’ sostenn; u

(e)

il-konklużjonijiet tar-rapporti tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 9.

Artikolu 24

Pjattaforma ta’ trasparenza

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għat-trasparenza pubblika online. Din il-pjattaforma għandha sservi sabiex iżżid it-trasparenza, u sabiex tiffaċilita u tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari dwar it-trasferimenti statistiċi msemmija fl-Artikolu 6 u l-proġetti konġunti msemmija fl-Artikoli 7 u 9. Barra minn hekk, il-pjattaforma tista’ tintuża biex tiġi ppubblikata informazzjoni rilevanti li l-Kummissjoni jew xi Stat Membru jikkunsidraw li tkun ta’ importanza ċentrali għal din id-Direttiva u għall-kisba tal-objettivi tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika fuq il-pjattaforma għat-trasparenza l-informazzjoni li ġejja, fejn xieraq f’forma aggregata, filwaqt li tippreserva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali sensittiva:

(a)

il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri;

(b)

id-dokumenti ta’ tbassir tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(3), ikkumplimentati kemm jista’ jkun malajr minn informazzjoni fil-qosor mill-Kummissjoni dwar produzzjoni żejda u l-istima tat-talba għall-importazzjoni;

(c)

l-offerti tal-Istati Membri biex jikkooperaw fit-trasferimenti statistiċi jew il-proġetti konġunti, fuq talba tal-Istat Membru konċernat;

(d)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) dwar it-trasferimenti statistiċi bejn l-Istati Membri;

(e)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) u (3), 9(4) u (5) dwar proġetti konġunti;

(f)

ir-rapporti nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 22;

(g)

ir-rapporti tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 23(3).

Madnakollu, fuq talba tal-Istat Membru li ppreżenta l-informazzjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tippubblika d-dokumenti ta’ tbassir tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(3), jew l-informazzjoni dwar ir-rapporti nazzjonali tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 22(1) (l) u (m).

Artikolu 25

Kumitati

1.   Ħlief fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar is-Sorsi Rinovabbli tal-Enerġija.

2.   Fi kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti u bijolikwidi, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u Bijolikwidi.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 26

Emendi u tħassir

1.   Fid-Direttiva 2001/77/KE, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), u l-Artikoli 4 sa 8 għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ April 2010.

2.   Fid-Direttiva 2003/30/KE, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(2), (3) u (5), u l-Artikoli 5 sa 6 għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ April 2010.

3.   Id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), (2) u (3), l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 5 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 43.

(2)  ĠU C 325, 19.12.2008, p. 12.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għandha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.

(4)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(5)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 42.

(6)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.

(7)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(8)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 82.

(9)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(10)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(11)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(12)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 18.

(13)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(14)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(15)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(16)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(17)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(18)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(19)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

(20)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14.

(21)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.

(22)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(23)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.


ANNESS I

Miri globali nazzjonali għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 (1)

A.   Miri nazzjonali kumplessivi

 

Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2005 (S2005)

Mira għal sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2020 (S2020)

Il-Belġju

2,2 %

13 %

Il-Bulgarija

9,4 %

16 %

Ir-Repubblika Ċeka

6,1 %

13 %

Id-Danimarka

17,0 %

30 %

Il-Ġermanja

5,8 %

18 %

L-Estonja

18,0 %

25 %

L-Irlanda

3,1 %

16 %

Il-Greċja

6,9 %

18 %

Spanja

8,7 %

20 %

Franza

10,3 %

23 %

L-Italja

5,2 %

17 %

Ċipru

2,9 %

13 %

Il-Latvja

32,6 %

40 %

Il-Litwanja

15,0 %

23 %

Il-Lussemburgu

0,9 %

11 %

L-Ungerija

4,3 %

13 %

Malta

0,0 %

10 %

L-Olanda

2,4 %

14 %

L-Awstrija

23,3 %

34 %

Il-Polonja

7,2 %

15 %

Il-Portugall

20,5 %

31 %

Ir-Rumanija

17,8 %

24 %

Is-Slovenja

16,0 %

25 %

Ir-Repubblika Slovakka

6,7 %

14 %

Il-Finlandja

28,5 %

38 %

L-Iżvezja

39,8 %

49 %

Ir-Renju Unit

1,3 %

15 %

B.   Trajettorja indikattiva

It-trajettorja indikattiva msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tikkonsisti mill-ishma li ġejjin fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

S2005 + 0,20 (S2020 – S2005), bħala medja għall-perijodu ta’ sentejn 2011 sa 2012;

S2005 + 0,30 (S2020 – S2005), bħala medja għall-perijodu ta’ sentejn 2013 sa 2014;

S2005 + 0,45 (S2020 — S2005), bħala medja għall-perijodu ta’ sentejn 2015 sa 2016; u

S2005 + 0,65 (S2020 — S2005), bħala medja għall-perijodu ta’ sentejn 2017 sa 2018,

fejn

S2005 = is-sehem ta’ dak l-Istat Membru fl-2005 kif indikat fit-tabella fil-Parti A,

u

S2020 = is-sehem ta’ dak l-Istat Membru fl-2020 kif indikat fit-tabella fil-Parti A.


(1)  Sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-objettivi nazzjonali stabbiliti f’dan l-Anness, huwa ssottolinjat li l-linji gwida tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali jirrikonoxxu l-ħtieġa kontinwa għal mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.


ANNESS II

Regola ta’ normalizzazzjoni għall-ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-idroenerġija u mill-enerġija mir-riħ

Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-fini tal-ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-idroenerġija fi Stat Membru partikolari:

Formula

fejn

N

=

is-sena ta’ referenza;

QN(norm)

=

l-elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-idroenerġija ta’ Stat Membru fis-sena N, għal finijiet ta’ kontabilità;

Qi

=

il-kwantità ta’ elettriku li fil-fatt tiġi ġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha tal-idroenerġija tal-Istat Membru mkejla f’GWh, minbarra l-produzzjoni minn sistema ta’ ħażna bl-ippumpjar mill-ilma li qabel kien ippumpjat ‘il fuq;

Ci

=

il-kapaċità installata totali, il-kwantità netta tal-ħażna bl-ippumpjar, tal-impjanti kollha tal-idroenerġija tal-Istat Membru fi tmiem is-sena i, imkejla f’MW.

Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-fini tal-kalkolu tal-elettriku ġġenerat bl- enerġija mir-riħ fi Stat Membru partikolari:

Formula

fejn

N

=

is-sena ta’ referenza;

QN(norm)

=

l-elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ ta’ Stat Membru fis-sena N, għal finijiet ta’ kontabilità;

Qi

=

il-kwantità ta’ elettriku li fil-fatt tiġi ġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha ta’ tal-enerġija mir-riħ tal-Istat Membru mkejla f’GWh;

Cj

=

il-kapaċità installata totali tal-impjanti kollha tal-enerġija mir-riħ tal-Istat Membru fi tmiem is-sena j, imkejla f’MW;

n

=

4 jew in-numru ta’ snin qabel is-sena N li għalihom hemm disponibbli informazzjoni dwar kapaċità u produzzjoni għall-Istat Membru konċernat, skont liema wieħed hu l-inqas.


ANNESS III

Kontenut ta’ enerġija fil-karburanti għat-trasport

Karburant

Kontenut ta’ enerġija skont il-piż

(l-inqas valur kalorifiku MJ/kg)

Kontenut ta’ enerġija skont il-volum

(l-inqas valur kalorifiku MJ/l)

Bijoetanol (etanol prodott mill-bijomassa)

27

21

Bijo-ETBE (ethyl-tertio-butyl-ether prodott fuq il-bażi ta’ bijoetanol)

36 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

27 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

Bijometanol (metanol prodott mill-bijomassa, biex jintuża bħala bijokarburant)

20

16

Bijo-MTBE (methyl-tertio-butyl-ether prodott fuq il-bażi ta’ bijometanol)

35 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

26 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

Bijo-DME (dimethylether prodott mill-bijomassa, biex jintuża bħala bijokarburant)

28

19

Bijo-TAEE (tertiary-amyl-ethyl-ether prodott fuq il-bażi ta’ bijoetanol)

38 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

29 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

Bijobutanol (butanol prodott mill-bijomassa, biex jintuża bħala bijokarburant)

33

27

Bijodiżil (methyl-ester prodott minn żejt veġetali jew tal-annimali, ta’ kwalità tad-diżil, biex jintuża bħala bijokarburant)

37

33

Diżil Fischer-Tropsch (idrokarbonju sintetiku jew taħlita ta’ idrokarboni sintetiċi prodotti mill-bijomassa)

44

34

żejt veġetali idrotrattat (żejt veġetali ttrattat termokimikament bl-idroġenu)

44

34

Żejt veġetali pur (żejt prodott minn pjanti taż-żejt permezz ta’ ppressar, estrazzjoni jew proċessi li jixxiebħu, grezz jew raffinat iżda kimikament mhux modifikat, meta kompatibbli mat-tip ta’ magni involuti u r-rekwiżiti ta’ emissjoni korrispondenti)

37

34

Bijogass (karburant gass prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart, li jista’ jkun purifikat sal-kwalità ta’ gass naturali, biex jintuża bħala bijokarburant, jew gass tal-injam)

50

Petrol

43

32

Diżil

43

36


ANNESS IV

Ċertifikazzjoni tal-installaturi

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 14(3) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

1.

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ kwalifika għandu jkun trasparenti u definit b’mod ċar mill-Istat Membru jew mill-korp amministrattiv maħtur minnu.

2.

Installaturi ta’ bijomassa, ta’ pompi tas-sħana, installaturi ġeotermali tal-wiċċ u u ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari għandhom ikunu ċċertifikati minn programm ta’ taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditat.

3.

L-akkreditazzjoni tal-programm ta’ taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir mill-Istati Membri jew mill-korpi amministrattivi maħtura minnhom. Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jiżgura li l-programm ta’ taħriġ offrut mill-fornitur tat-taħriġ għandu kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku, inkluż xi tagħmir tal-laboratorju jew faċilitajiet korrispondenti biex jipprovdu taħriġ prattiku. Il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri wkoll b’żieda mat-taħriġ bażiku, korsijiet iqsar ta’ aġġornament dwar kwistjonijiet topiċi, inkluż dwar teknoloġiji ġodda, biex jippermetti t-tagħlim tul il-ħajja fil-qasam tal-impjanti. Il-fornitur tat-taħriġ jista’ jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, istituti jew assoċjazzjonijiet.

4.

It-taħriġ li jwassal għaċ-ċertifikazzjoni jew il-kwalifika ta’ installatur għandu jinkludi partijiet kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi. Fi tmiem it-taħriġ, l-installatur għandu jkollu l-ħiliet meħtieġa biex jistalla t-tagħmir u s-sistemi rilevanti biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ prestazzjoni u affidabbiltà tal-klijent, jinkludi sengħa ta’ kwalità, u jikkonforma mal-kodiċijiet u standards applikabbli kollha, inklużi tikkettar tal-enerġija u eko-tikkettar.

5.

Il-kors ta’ taħriġ għandu jintemm b’eżami li jwassal għal ċertifikat jew kwalifika. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni prattika ta’ stallazzjoni tajba ta’ bojlers u stufi tal-bijomassa, pompi tas-sħana, impjanti ġeotermali tal-wiċċ, impjanti fotovoltajċi solari u termali solari.

6.

L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifikazzjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 14(3) għandhom jieħdu kont debitu tal-linji gwida li ġejjin:

(a)

Programmi ta’ taħriġ akkreditati għandhom ikunu offruti lil installaturi b’esperjenza tax-xogħol, li għamlu, jew li qed jagħmlu, it-tip ta’ taħriġ li ġej:

(i)

fil-każ ta’ installaturi ta’ bojlers u stufi tal-bijomassa: taħriġ bħala plumber, fitter tal-pajpijiet, inġinier tas-sħana jew tekniku ta’ tagħmir sanitarju jew ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ bħala prerekwiżit;

(ii)

fil-każ ta’ installaturi tal-pompi tas-sħana: taħriġ bħala plumber jew inġinier tas-sistemi tat-tkessiħ u jkollu ħiliet bażiċi fl-elettriku u s-sistemi tal-ilma (qtugħ ta’ pajpijiet, issaldjar ta’ ġonot tal-pajpijiet, inkullar ta’ ġonot tal-pajpijiet, tqegħid ta’ iżolant, issiġillar ta’ fittings, ittestjar għan-nixxijiet u installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin u tkessiħ) bħala prerekwiżit;

(iii)

fil-każ ta’ installatur ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari: taħriġ bħala plumber jew elettriċista, u jkollu ħiliet dwar sistemi tal-ilma, elettriċi u ta’ tisqif; inkluż għarfien fl-issaldjar ta’ ġonot tal-pajpijiet, l-inkullar ta’ ġonot tal-pajpijiet, issiġillar ta’ fittings, ittestjar għan-nixxijiet fis-sistemi tal-ilma, l-abbiltà li jgħaddi sistemi ta’ wajers, familjarità mal-materjali bażiċi tas-soqfa, metodi ta’ ifflaxxjar u ssiġillar bħala prerekwiżit; jew

(iv)

skema ta’ taħriġ vokazzjonali biex tipprovdi installatur bil-ħiliet adegwati li jikkorrispondu għal 3 snin edukazzjoni fil-ħiliet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) inklużi kemm it-tagħlim fil-klassi kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

(b)

Il-parti teoretika tat-taħriġ għall-installatur ta’ stufi u bojlers tal-bijomassa għandha tagħti idea tas-sitwazzjoni fis-suq tal-bijomassa, u tkopri aspetti ekoloġiċi, karburanti tal-bijomassa, loġistika, protezzjoni min-nirien, sussidji relatati, tekniki tal-kombustjoni, sistemi tan-nar, soluzzjonijiet idrawliċi ottimali, tqabbil bejn spiża u potenzjal ta’ profitt kif ukoll id-disinn, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ bojlers u stufi tal-bijomassa. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien dwar kull standard Ewropew għat-teknoloġija u l-karburanti tal-bijomassa, bħal pellets, u liġi nazzjonali u Komunitarja relatata mal-bijomassa.

(c)

Il-parti teoretika tat-taħriġ tal-installatur tal-pompa tas-sħana għandha tagħti ħarsa tas-sitwazzjoni fis-suq tal-pompi tas-sħana u tkopri riżorsi ġeotermali u temperaturi tas-sorsi mill-art ta’ reġjuni differenti, identifikazzjoni ta’ ħamrija u blat għall-konduttività termali, regolamenti dwar l-użu ta’ riżorsi ġeotermali, fattibiltà tal-użu ta’ pompi tas-sħana fil-bini u d-determinazzjoni tal-aħjar sistema ta’ pompi tas-sħana, u għarfien dwar ir-rekwiżiti tekniċi tagħhom, is-sigurtà, l-iffiltrar tal-arja, il-konnessjoni mas-sors ta’ sħana u t-tqassim tas-sistema. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb dwar kull standard Ewropew għall-pompi tas-sħana, u dwar il-liġi nazzjonali u Komunitarja rilevanti. L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin:

(i)

konoxxenza bażika tal-prinċipji fiżiċi u ta’ operazzjoni ta’ pompa tas-sħana, inklużi l-karatteristiċi taċ-ċirku tal-pompa tas-sħana: il-kuntest bejn temperaturi baxxi tas-sink tas-sħana, temperaturi għoljin tas-sors tas-sħana, u l-effiċjenza tas-sistema, id-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-fattur tal-prestazzjoni staġjonali (SPF);

(ii)

konoxxenza bażika tal-komponenti u l-funzjoni tagħhom fi ħdan ċirku ta’ pompa tas-sħana, inkluż il-kompressur, il-valv ta’ espansjoni, l-evaporatur, il-kondensatur, tagħmir għall-iffittjar u fittings, żejt lubrifikant, refriġerant, superheating jew sub-cooling u possibiltajiet ta’ tkessiħ bil-pompi tas-sħana; u

(iii)

l-abbiltà li jagħżel u jkejjel il-komponenti f’sitwazzjonijiet tipiċi ta’ installazzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-valuri tipiċi tat-tagħbija tas-sħana ta’ bini differenti u għall-produzzjoni ta’ ilma sħun ibbażat fuq il-konsum ta’ enerġija, id-determinazzjoni tal-kapaċità tal-pompa tas-sħana fuq it-tagħbija tas-sħana għall-produzzjoni tal-ilma sħun, fuq il-massa tal-ħażna tal-bini u fuq il-provvista mhux interrotta tal-kurrent; jiddetermina l-komponent tal-buffer tank u l-volum tiegħu u l-integrazzjoni tat-tieni sistema ta’ tisħin;

(d)

Il-parti teoretika tat-taħriġ tal-installatur ta’ sistemi fotovoltajċi solari u dak termali solari għandha tagħti idea tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti solari u tqabbil tal-ispiża u l-potenzjal ta’ profitt, u tkopri aspetti ekoloġiċi, komponenti, karatteristiċi u daqsijiet ta’ sistemi solari, għażla ta’ sistemi preċiżi u l-kejl tad-daqs tal-komponenti, determinazzjoni tad-domanda għas-sħana, protezzjoni min-nirien, sussidji relatati, kif ukoll id-disinn, l-installazzjoni, u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi solari u termali solari. It-taħriġ għandu jipprovdi wkoll għarfien tajjeb ta’ kull standard Ewropew għat-teknoloġija, u ċertifikazzjoni bħal Solar Keymark, u l-liġi nazzjonali u Komunitarja relatata. L-installatur għandu juri l-kompetenzi ewlenin li ġejjin:

(i)

l-abbiltà li jaħdem b’mod sigur bl-użu tal-għodda u t-tagħmir meħtieg u li jimplimenta kodiċijiet u standards tas-sigurtà u jidentifika perikli fis-sistema tal-ilma, l-elettriku u oħrajn assoċjati ma’ installazzjonijiet impjanti solari;

(ii)

l-abbiltà li jidentifika sistemi u komponenti speċifiċi tagħhom għal sistemi attivi u passivi, inkluż id-disinn mekkaniku, u li jiddetermina l-post tal-komponenti u t-tqassim u l-konfigurazzjoni tas-sistema;

(iii)

l-abbiltà li jiddetermina l-post meħtieġ għall-installazzjoni, l-orjentazzjoni u l-angolu tas-sistema fotovoltajka solari u tal-ħijter tal-ilma, billi jikkunsidra d-dell, l-aċċess għax-xemx, l-integrità strutturali, kemm l-installazzjoni hija xierqa għall-bini jew għall-klima u jidentifika metodi ta’ installazzjoni differenti adatti għat-tipi ta’ soqfa u l-bilanċ tat-tagħmir tas-sistema meħtieġ għall-installazzjoni; u

(iv)

b’mod partikolari għas-sistemi fotovoltajċi solari, l-abbiltà li jiġi adattat id-disinn elettriku, inkluża d-determinazzjoni tal-kurrenti tad-disinn, bl-għażla ta’ kondutturi xierqa u ratings għal kull ċirkwit elettriku, li jiddetermina d-daqs xieraq, ir-ratings u l-postijiet għat-tagħmir u s-sottosistemi kollha assoċjati u l-għażla ta’ punt ta’ interkonnessjoni xieraq.

(e)

Iċ-ċertifikazzjoni tal-installatur għandha tkun limitata fiż-żmien, bil-għan li jkun meħtieġ seminar jew attività ta’ aġġornament għal ċertifikazzjoni kontinwa.


ANNESS V

Regoli għall-kalkolu tal-impatt tal-gass b’effett serra tal-bijokarburanti, bijolikwidi u l-komparaturi tal-karburant fossili tagħhom

A.   Valuri tipiċi u valuri awtomatiċi għall-bijokarburanti jekk prodotti mingħajr emissjonijiet netti tal-karbonju mit-tibdil fl-użu tal-art

Mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tal-pitrava taz-zokkor

61 %

52 %

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

45 %

34 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

53 %

47 %

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

69 %

69 %

etanol tal-qamħirrun (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

56 %

49 %

etanol tal-kannamieli

71 %

71 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (ETBE)

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ tertiary-amyl-ethyl-ether (TAEE)

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

45 %

38 %

bijodiżil tal-ġirasol

58 %

51 %

bijodiżil tas-soybean

40 %

31 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

36 %

19 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

62 %

56 %

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (*)

88 %

83 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

51 %

47 %

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

65 %

62 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

40 %

26 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

68 %

65 %

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

58 %

57 %

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

80 %

73 %

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

84 %

81 %

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

86 %

82 %

B.   Valuri stmati tipiċi u valuri awtomatiċi għall-bijokarburanti u bijolikwidi futuri li ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq biss fi kwantitajiet negliġibbli f’Jannar 2008, jekk prodotti bl-ebda emissjoni netta ta’ karbonju binn bidliet fl-użu tal-art

Mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tat-tiben tal-qamħ

87 %

85 %

etanol mill-iskart tal-injam

80 %

74 %

etanol mill-injam ikkoltivat

76 %

70 %

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

95 %

95 %

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkoltivat

93 %

93 %

skart tal-injam dimethylether (DME)

95 %

95 %

injam ikkoltivat DME

92 %

92 %

metanol mill-iskart tal-injam

94 %

94 %

metanol mill-injam ikkoltivat

91 %

91 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ methyl-tertio-butyl-ether (MTBE)

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ metanol

C.   Metodoloġija

1.   L-eEmissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-produzzjoni u mill-użu ta’ karburanti, bijokarburanti u bijolikwidi għat-trasport għandhom ikunu kkalkulati bħala:

E = eec + el + ep + etd + eu esca eccs eccr eee ,

fejn

E

=

emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

eec

=

emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima;

el

=

emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu tal-art;

ep

=

emissjonijiet mill-ipproċessar;

etd

=

emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni;

eu

=

emissjonijiet mill-karburant użat;

esca

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn akkumulazzjoni tal-karbonju mill-ħamrija permezz ta’ mmaniġġjar agrikolu mtejjeb;

eccs

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħażna ġeoloġika tal-karbonju;

eccr

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju; u

eee

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni.

L-emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

2.   L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minn karburanti, E, għandhom ikunu espressi f’termini ta’ grammi ta’ CO2 ekwivalenti għal kull MJ ta’ karburant, gCO2eq/MJ.

3.   B’deroga mill-punt 2, għall-karburanti għat-trasport, il-valuri kkalkulati f’termini ta’ gCO2eq/MJ jistgħu jiġu aġġustati biex ikunu kkunsidrati differenzi bejn il-karburanti f’xogħol siewi mwettaq, espressi f’termini ta’ km/MJ. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru biss fejn tkun provduta evidenza tad-differenzi f’xogħol siewi mwettaq.

4.   L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minn bijokarburanti u bijolikwidi għandu jkun ikkalkulat bħala:

IFFRANKAR = (EF EB )/EF ,

fejn

EB

=

emissjonijiet totali mill-bijokarburant jew bijolikwidu; u

EF

=

emissjonijiet totali mill-komparatur tal-karburanti fossili.

5.   Il-gassijiet b’effett serra kkunsidrati għall-finijiet tal-punt 1 għandhom ikunu CO2, N2O u CH4. Għall-fini tal-kalkolu tal-ekwivalenza ta’ CO2, dawk il-gassijiet għandhom jingħataw valur kif ġej:

CO2

:

1

N2O

:

296

CH4

:

23

6.   L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu emissjonijiet mill-proċess ta’ estrazzjoni jew kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir ta’ materja prima; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew il-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Tnaqqis ċertifikat ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-fjamma f’sit ta’ produzzjoni taż-żejt fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu jitnaqqas. Stimi ta’ emissjonijiet mill-kultivazzjoni jistgħu jinħadmu fuq l-użu tal-medji kkalkulati għal żoni ġeografiċi iżgħar minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.

7.   L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

el = (CSR CSA ) × 3,664 × 1/20 × 1/PeB  (2)

fejn

el

=

l-emissjonijiet annwalizzati ta’ gass b’effett serra li jirriżultaw mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 kull unità ta’ enerġija ta’ bijokarburant);

CSR

=

il-ħażna ta’ karbonju kull żona ta’ unità assoċjata mal-użu ta’ referenza tal-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju kull żona ta’ unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta’ referenza għandu jkun l-użu tal-art fl-1 ta’ Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, skont liema jiġi l-aħħar;

CSA

=

il-ħażna ta’ karbonju kull żona ta’ unità assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull żona ta’ unità, inkluzi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata kull unità ta’ medda wara għoxrin sena jew meta l-kultivazzjoni tilħaq il-maturità, skont liema jiġi qabel;

P

=

il-produttività tal-uċuħ (imkejla bħala enerġija mill-bijokarburant jew bijolikwidu kull żona ta’ unità kull sena); u

eB

=

bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ bijokarburant jew bijolikwidu jekk il-bijomassa tinkiseb minn art degradata ristawrata skont il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 8.

8.   Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu jiġi attribwit jekk tiġi pprovduta evidenza li l-art:

(a)

ma kinitx qed tintuża għal attività agrikola jew kwalunkwe attività oħra f’Jannar 2008; u

(b)

tidħol f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

art li ddeterjorat b’mod gravi, inkluża tali art li qabel kellha użu agrikolu;

(ii)

art b’kontaminazzjoni qawwija.

Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu japplika għal perijodu sa 10 snin mid-data tal-konverżjoni tal-art għal użu agrikolu, bil-kondizzjoni li jkunu żgurati żieda kontinwa fil-ħażniet ta’ karbonju kif ukoll tnaqqis sostanzjali fil-fenomeni tal-erożjoni għall-art li taqa’ taħt (i) u li titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għall-art li taqa’ taħt (ii).

9.   Il-kategoriji msemmija fil-punt 8(b) huma definiti kif ġej:

(a)

“art li ddeterjorat b’mod gravi” tfisser art li għal perijodu sostanzjali ta’ żmien kienet immellħa b’mod sostanzjali jew kellha kontenut sostanzjalment baxx ta’ materjal organiku u sfat mgħawra b’mod gravi;

(b)

“art b’kontaminazzjoni qawwija” tfisser art li mhix adatta għall-kultivazzjoni ta’ ikel u għalf minħabba kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Din l-art għandha tinkludi art li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 18(4).

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2009, linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art li juża bħala referenza l-Linji Gwida tal-2006 tal-IPCC għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gass b’Effett Serra –volum 4. Il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għandhom iservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

11.   L-emissjonijiet mill-ipproċessar, ep , għandhom jinkludu emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar.

Fil-kalkolu tal-konsum ta’ elettriku mhux prodott fl-impjant ta’ produzzjoni tal-karburant, l-intensità tal-emissjoni tal-gass b’effett serra tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ dak l-elettriku għandha tkun meqjusa li hija ugwali għall-intensità medja tal-emissjonijiet tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku f’reġjun definit. B’deroga minn din ir-regola l-produtturi jistgħu jużaw valur medju għal impjant ta’ produzzjoni tal-elettriku individwali għall-elettriku prodott minn dak l-impjant, jekk dak l-impjant mhux konness mal-grilja tal-elettriku.

12.   L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd , għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materja prima u materjali semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materjali maħduma. L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni li għandhom jitqiesu fil-punt 6 m’għandhomx ikunu koperti minn dan il-punt.

13.   L-emissjonijiet mill-karburant użat, eu , għandhom jitqiesu li huma żero għall-bijokarburanti u bijolikwidi.

14.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal- karbonju eccs , li jkun għadu ma ġiex meqjus f’ep għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iżolament ta’ CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

15.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti servizzi u kummerċjali.

16.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni, eee , għandu jkun ikkunsidrat b’relazzjoni mal-elettriku żejjed prodott minn sistemi tal-produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni huwa prodott sekondarju minbarra r-residwu ta’ wiċċ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dak l-elettriku żejjed, id-daqs tal-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra assoċjat mal-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gass b’effett serra li kieku jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien iġġenerat f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

17.   Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra (“prodotti-sekondarji”), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott intermedju tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra l-elettriku).

18.   Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep , etd u eee li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 16, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse, qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Skart, residwi tal-għelejjel tal-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġwież u residwi mill-ipproċessar, inkluża l-ġliċerina mhux raffinata għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gass b’effett serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawk il-materjali.

Fil-każ ta’ karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija.

19.   Għall-bijokarburanti, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji reali disponibbli mill-parti fossili tal-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat fid-Direttiva 98/70/KE. Jekk din id-data ma tkunx disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83,8gCO2eq/MJ.

Għall-bijolikwidi użati fil-produzzjoni tal-elettriku, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun 91 gCO2eq/MJ.

Għall-bijolikwidi użati fil-produzzjoni tas-sħana, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun EF għandu jkun 77 gCO2eq/MJ.

Għall-bijolikwidi użati fil-koġenerazzjoni, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun EF għandu jkun 85 gCO2eq/MJ.

D.   Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni: “eec ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

12

12

etanol tal-qamħ

23

23

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

20

20

etanol tal-kannamieli

14

14

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

29

29

bijodiżil tal-ġirasol

18

18

bijodiżil tas-soybean

19

19

bijodiżil taż-żejt tal-palm

14

14

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (**)

0

0

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

18

18

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

15

15

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

0

0

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

19

26

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32

45

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32

45

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

21

30

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant f’impjant CHP)

14

19

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant f’impjant CHP)

1

1

Etanol tal-qamħirrun (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

15

21

etanol tal-kannamieli

1

1

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE (

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

16

22

bijodiżil tal-ġirasol

16

22

bijodiżil tas-soybean

18

26

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

35

49

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

13

18

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

9

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

10

13

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

10

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

30

42

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

7

9

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

4

5

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

14

20

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

8

11

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

8

11

Valuri awtomatiċi diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

2

2

etanol tal-qamħ

2

2

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

2

2

etanol tal-kannamiela

9

9

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijodiżil tal-ġirasol

1

1

bijodiżil mis-soybean

13

13

bijodiżil taż-żejt tal-palm

5

5

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

5

5

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

3

3

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

5

5

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

4

4

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

33

40

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

57

70

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

57

70

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

46

55

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant f’impjant CHP)

39

44

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant f’impjant CHP)

26

26

etanol tal-qamħirrun (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

37

43

etanol tal-kannamiela

24

24

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

46

52

bijodiżil tal-ġirasol

35

41

bijodiżil tas-soybean

50

58

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

54

68

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

32

37

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

10

14

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

41

44

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

29

32

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

50

62

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

27

29

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

35

36

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

17

23

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

13

16

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

12

15

E.   Valuri awtomatiċi diżaggregati stmati għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi futuri li ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq fi kwantitajiet negliġibbli biss f’Jannar 2008

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni: “eec ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburant u bijolikwidu

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

3

3

etanol mill-iskart tal-injam

1

1

etanol mill-injam ikkoltivat

6

6

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

1

1

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkoltivat

4

4

DME mill-iskart tal-injam

1

1

DME mill-injam ikkoltivat

5

5

metanol mill-iskart tal-injam

1

1

metanol mill-injam ikkoltivat

5

5

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ metanol

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburant u bijolikwidu

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

5

7

etanol mill-injam

12

17

diżil Fischer-Tropsch mill-injam

0

0

DME mill-injam

0

0

metanol mill-injam

0

0

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ metanol

Valuri awtomatiċi diżaggregati għat-trasport u distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburant u bijolikwidu

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

2

2

etanol mill-iskart tal-injam

4

4

etanol mill-injam ikkoltivat

2

2

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

3

3

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkoltivat

2

2

DME mill-iskart tal-injam

4

4

DME mill-injam ikkoltivat

2

2

metanol mill-iskart tal-injam

4

4

metanol mill-injam ikkoltivat

2

2

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ metanol

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u bijolikwidi

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq /MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

11

13

etanol mill-iskart tal-injam

17

22

etanol mill-injam ikkoltivat

20

25

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

4

4

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkoltivat

6

6

DME mill-iskart tal-injam

5

5

DME mill-injam ikkoltivat

7

7

metanol mill-iskart tal-injam

5

5

metanol mill-injam ikkoltivat

7

7

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni ta’ metanol


(*)  Ma jinkludix żejt tal-annimali magħmul minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal tal-kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1).

(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(2)  Il-kwozjent li jinkiseb meta l-piż molekulari ta’ CO2 (44,010 g/mol) jiġi diviż mill-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ekwivalenti għal 3,664.

(**)  Li ma jinkludix żejt tal-annimali prodott minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.


ANNESS VI

Rekwiżiti minimi għall-mudell armonizzat għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli

(1)   Konsum finali mistenni tal-enerġija:

Konsum gross finali tal-enerġija fl-elettriku, it-trasport, it-tisħin u t-tkessiħ għall-2020 filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-miżuri tal-politika għall-effiċjenza fl-enerġija.

(2)   Miri settorjali nazzjonali għall-2020 u l-parti stmata ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin, it-tkessiħ u t-trasport:

(a)

seherm immirat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-elettriku fl-2020;

(b)

it-trajettorja stmata għas-sehem immirat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku;

(c)

sehem immirat ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ fl-2020;

(d)

it-trajettorja stmata għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ;

(e)

trajettorja stmata għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport;

(f)

it-trajettorja indikattiva nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) u l-parti B tal-Anness I.

(3)   Miżuri għall-kisba tal-miri:

(a)

ħarsa ġenerali tal-linji politiċi u l-miżuri kollha li jikkonċernaw il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)

miżuri speċifiċi għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Artikoli 13, 14 u 16, inkluża l-ħtieġa li tiġi estiża jew imsaħħa l-infrastruttura eżistenti biex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-kwantitajiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli meħtieġa biex tintlaħaq il-mira nazzjonali għall-2020, miżuri li jaċċelleraw il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, miżuri biex inaqqsu l-ostakoli mhux teknoloġiċi u miżuri li jikkonċernaw l-Artikoli 17 sa 21;

(c)

skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri;

(d)

skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri;

(e)

skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri;

(f)

miżuri speċifiċi dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa, b’mod speċjali għall-mobilizzazzjoni ġdida tal-bijomassa meta jitqiesu:

(i)

id-disponibbiltà tal-bijomassa: il-potenzjal domestiku u l-importazzjoni;

(ii)

miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà tal-bijomassa, meta jitqiesu utenti oħra tal-bijomassa (setturi bbażati fuq l-agrikultura u l-foresti);

(g)

l-użu ppjanat ta’ trasferimenti tal-istatistika bejn l-Istati Membri u l-parteċipazzjoni ppjanata fi proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi:

(i)

il-produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mqabbla mat-trajjetorja indikattiva li tista’ tkun trasferita lil Stati Membri oħra;

(ii)

il-potenzjal stmat għal proġett konġunti;

(iii)

id-domanda stmata ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra minbarra l-produzzjoni domestika.

(4)   Valutazzjonijiet:

(a)

il-kontribut totali mistenni ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri mandatorji tal-2020 u t-trajjetorja indikattiva għall-partijiet tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport;

(b)

il-kontribut totali mistenni tal-miżuri għall-effiċjenza enerġetika u għall-iffrankar tal-enerġija biex jintlaħqu l-miri mandatorji tal-2020 u t-trajjetorja indikattiva għall-partijiet tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport.


ANNESS VII

Kalkolu tal-energija mill-pompi tas-sħana

L-ammont tal-enerġija aerotermali, ġeotermali jew idrotermali maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandu jiġi kkunsidrat bħala enerġija rinovabbli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ERES , għandu jiġi kkalkolat skont il-formola li ġejja:

ERES = Q usable * (1 - 1/SPF)

fejn

Qusable = is-sħana totali utiliżabbli stimata mogħtija mill-pompi ta’ sħana li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(4), implimentat kif ġej: Il-pompi tas-sħana biss li għalihom jittieħed kont ta’ SPF > 1,15 * 1/η;

SPF = il-fattur tal-prestazzjoni staġjonali medja stimata għal dawk il-pompi ta’ sħana;

η huwa l-proporzjoni bejn il-produzzjoni totali gross ta’ elettriku u l-konsum ta’ enerġija pimarja għall-produzzjoni tal-elettriku u għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-UE ibbażata fuq id-data tal-Eurostat.

Sal-1 ta’ Jannary 2013, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dwar kif l-Istati Membri għandhom jistmaw il-valuri ta’ Qusable u SPF għad-diversi teknoloġiji u applikazzjonijiet tal-pompi tas-sħana, b’kont meħud tad-differenzi fil-kondizzjonijet klimatiċi, b’mod partikolari l-klimi kesħin ħafna.


5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/63


DIRETTIVA 2009/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxiet skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (skema Komunitarja) sabiex tippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod effettiv meta mqabbel ma l-ispiża u ekonomikament effiċjenti.

(2)

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), li kienet approvata f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 (5), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera fuq livell li jipprevjeni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, iż-żieda kumplessiva globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b’aktar minn 2 °C. L-aħħar rapport Valutattiv tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC), juri li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra għandhom jilħqu l-quċċata tal-limitu sal-2020. Dan jimplika żieda fl-isforzi min-naħa tal-Komunità u l-involviment malajr ta’ pajjiżi żviluppati u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li qegħdin fi żvilupp fil-proċess tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(3)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 daħal f’impenn sod għat-tnaqqis kumplessiv sal-2020 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità b’talanqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % sakemm il-pajjiżi żviluppati l-oħra jimpenjaw ruħhom għal tnaqqis tal-emissjonijiet paragunabbli u sakemm dawk l-aktar ekonomikament avvanzati fost il-pajjiżi li qegħdin fi żvilupp jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom. Sa l-2050, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom jonqsu b’talanqas 50 % taħt il-livelli tagħhom tal-1990. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ksib ta’ dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi n-navigazzjoni marittima u l-avjazzjoni. L-avjazzjoni qed tikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis bl-inklużjoni tagħha fl-iskema Komunitarja. Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta’ tnaqqis tagħha permezz tal-IMO ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi emissjonijiet marittimi internazzjonali konformement ma’ modalitajiet armonizzati fl-impenn Komunitarju ta’ tnaqqis bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali potenzjali.

(4)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar ir-riżultati tal-Konferenza ta’ Bali dwar il-Bidla fil-Klima (COP 13 u COP/MOP 3) (6), il-Parlament Ewropew fakkar il-pożizzjoni tiegħu li pajjiżi industrijalizzati għandhom jieħdu impenn li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 30 % sal-2020 u b’60 sa 80 % sal-2050, meta mqabbla ma’ livelli tal-1990. Minħabba li hi tantiċipa riżultat pożittiv għan-negozjati tal-COP 15 li se jsiru f’ Copenhagen fl-2009, l-Unjoni Ewropea għandha tibda tħejji miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet aktar iebsa għall-2020 u wara, u għandha tipprova tiżgura li wara l-2012, l-iskema Komunitarja tippermetti, jekk ikun meħtieġ, limiti aktar stretti tal-emissjonijiet, bħala parti mill-kontribut tal-Unjoni għal ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima (minn hawn ‘il quddiem “il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima”).

(5)

Biex jgħin fil-ksib ta’ dawn l-għanijiet fit-tul, huwa xieraq li jiġi stabbilit pjan prevedibbli abbażi ta’ liema emissjonijiet ta’ istallazzjonijiet koperti bl-iskema Komunitarja għandhom jitnaqqsu. Sabiex il-Komunità tkun tista’ twettaq l-impenn tagħha għal tnaqqis ta’ għallinqas 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990 b’mod effiċjenti fl-ispiża, sal-2020 il-kwoti tal-emissjonijiet allokati fir-rigward ta’ dawk l-istallazzjonijiet għandu jkun 21 % taħt il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom tal-2005.

(6)

Għal titjib fic-ċertezza u l-prevedibbiltà tal-iskema Komunitarja, għandhom jkunu speċifikati dispożizzjonijiet li jżdidu l-livell ta’ kontribuzzjoni tal-iskema Komunitarja sabiex jinkiseb tnaqqis globali ta’ aktar minn 20 %, b’mod partikolari minħabba l-mira tal-Kunsill Ewropew ta’ tnaqqis ta’ 30 % sal-2020 li huwa kkunsidrat meħtieġ xjentifikament biex jimpedixxi tidbdil fil-klima perikoluż.

(7)

Ladarba l-Komunità u pajjiżi terzi jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li konformement miegħu tittieħed azzjoni globali adegwata wara l-2012, għandu jingħata appoġġ konsiderevoli għal krediti bi tpattija għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu saru f’dawk il-pajjiżi. Qabel ma jsir ftehim bħal dan, għaldaqstant għandha tingħata aktar ċertezza dwar it-tkomplija tal-użu ta’ krediti barra l-Komunità.

(8)

Filwaqt li l-esperjenza ta’ matul l-ewwel perjodu ta’ skambju ta’ kwoti turi l-potenzjal tal-iskema Komunitarja u l-finalizzazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni għat-tieni perjdou ta’ skambju ta’ kwoti se tirriżulta f’tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet sal-2012, ir-reviżjoni li saret fl-2007 kkonfermat li hija essenzjali sistema aktar armonizzata għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, sabiex jiġu sfruttati aħjar il-benefiċċji ta’ skambju ta’ kwoti, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u biex tiġi faċilitata r-rabta bejn is-sistemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet. Addizzjonalment, għandha tiġi żgurata aktar prevedibbiltà, u l-ambitu tas-sistema għandu jiġi estiż billi jiddaħlu setturi u gassijiet ġodda bil-għan kemm biex jiġi rinfurzat sinjal tal-prezz tal-karbonju meħtieġ biex jistimola l-investimenti meħtieġa kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet ġodda għal tnaqqis, li jwasslu għal spejjeż ta’ tnaqqis globali aktar baxxi u żieda fl-effiċjenza tas-sistema.

(9)

Id-definizzjoni ta’ gassijiet serra għandha tiġi konformi mad-definizzjoni li hemm fl-UNFCCC, u għandu jkun hemm aktar ċarezza dwar l-istabbiliment u l-aġġornament tal-potenzjali tal-gassijiet serra għat-tisħin globali.

(10)

L-iskema Komunitarja għandha tkun estiża għal istallazzjonijiet oħrajn li l-emissjonijiet tagħhom ikunu kapaċi jiġu monitorjati, rappurtati u verifikati bl-istess livell ta’ preċiżjoni li hija applikabbli taħt ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika li japplikaw bħalissa.

(11)

Fejn hemm fis-seħħ miżuri ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari it-tassazzjoni, għal istallazzjonijiet żgħar li l-emissjonijiet tagħhom ma jaqbżux limitu ta’ 25 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, għandu jkun hemm proċedura li tippermetti l-Istati Membri jeskludu istallazzjonijiet żgħar bħal dawn minn sistema għall-iskambu tal-kwoti tal-emissjonijiet għal kemm żmien dawk il-miżuri jdumu japplikaw. L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti. Dan il-limitu joffri r-rendiment massimu, f’termini relattivi, ta’ tnaqqis ta’ spejjeż amministrattivi għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 eskluża mis-sistema, għal raġunijiet ta’ simplifikar amministrattiv. Bħala konsegwenza tal-bidla tal-perjodi ta’ allokazzjoni ta’ ħames snin, u sabiex jissaħħu ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tar-reviżjoni tal-permessi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Hu f’idejn l-Istati Membri li jipproponu miżuri li japplikaw għal istallazzjonijiet żgħar li jagħtu kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet bħal dak miksub mill-iskema Komunitarja. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu tassazzjoni, ftehim mal-industrija u regolamentazzjoni. Meta wieħed iqis il-ħtieġa li jonqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għal emittenti iżgħar, l-Istati Membri jistgħu joħolqu proċeduri u miżuri simplifikati biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

(12)

L-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(13)

Il-kwantità tal-kwoti tal-emissjonijiet madwar il-Komunità kollha, ikkalkulata min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012 għandha tonqos b’mod lineari, u b’hekk jiġi żgurat li s-sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet twassal tnaqqis ta’ emissjonijiet gradwali u prevedibbli matul iż-żmien. It-tnaqqis annwali ta’ kwoti għandu jkun ugwali għal 1,74 % tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012, sabiex l-iskema Komunitarja tikkontribwixxi b’mod effettiv fl-ispejjeż għall-ksib sal-2020 tal-impenn Komunitarju għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta’ għall-inqas 20 %.

(14)

Dan il-kontribut huwa ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet fl-2020 konformement mal-iskema Komunitarja ta’ 21 % taħt il-livelli rappurtati tal-2005, inkluż l-effett tal-ambitu estiż mill-perjodu mill-2005 sal-2007 għall-perjodu mill-2008 sal-2012 u ċ-ċifri ta’ emissjoniiet għall-2005 għas-settur tal-iskambju tal-kwoti li ntuża għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-perjodu mill-2008 sal-2012, li jirriżulta fil-ħruġ ta’ massimu ta’ 1 720 miljun kwota fis-sena 2020. Ladarba l-Istati Membri jkunu ħarġu l-kwoti konformement mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jiġi kkalkulati kwantitajiet eżatti ta’ emissjonijiet, għaliex l-approvazzjoni tal-allokazzjoniet għal xi istallazzjonijiet kienet marbuta mal-ġustifikazzjoni u l-verifika tal-emissjonijiet tagħhom. Ladarba jkun seħħ il-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2008 sa 2012, il-Kummissjoni sejra tippubblika l-kwantità tal-kwoti ta’ madwar il-Komunità kollha. Għandhom isiru aġġustamenti għall-kwantità ta’ madwar il-Komunità kollha fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma inklużi fi, jew esklużi minn, l-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 jew mill-2013 ‘il quddiem.

(15)

L-isforz addizzjonali li trid tagħmel l-ekonomija Ewropea jirrikjedi fost l-oħrajn li l-iskema Komunitarja riveduta topera bl-ogħla livell possibbli ta’ effiċjenza ekonomika u abbażi tal-kondizzjonijiet ta’ allokazzjoni kompletament armonizzati ġewwa l-Komunità. L-irkant għandu għalhekk ikun il-prinċipju ta’ bażi għal allokazzjoni, għaliex huwa l-aktar wieħed faċli u meqjus b’mod ġenerali bħala s-sistema l-aktar effiċjenti ekonomikament. Dan għandu jelimina wkoll gwadanji mhux previsti u jqiegħed lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq kif ukoll l-ekonomiji li għandhom espansjoni medja fuq l-istess livell tal-istallazzjonijiet eżistenti.

(16)

Sabiex tinżamm l-effiċjenza ambjentali u amministrattiva tal-iskema Komunitarja, tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll l-eżawriment bikri tar-riservi tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, ir-regoli għall-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandhom jiġu armonizzati sabiex jiżguraw li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess approċċ, partikolarment rigward it-tifsira ta’ “estensjonijiet sinifikanti” tal-istallazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet biex ikunu adottati regoli armonizzati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu inklużi. F’dawn ir-regoli, estensjoni sinifikanti għandha, fejn xieraq, tkun definita bħala estensjoni ta’ mill-inqas 10 % tal-kapaċità istallata attwali tal-istallazzjoni jew żieda sostanzjali tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni marbuta maż-żieda fil-kapaċità istallata. L-allokazzjoni mir-riżerva ta’ istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandha ssir abbażi tal-estensjoni sinifikanti tal-istallazzjoni.

(17)

L-Istati Membri kollha se jkollhom jagħmlu investimenti sostanzjali biex sal-2020 inaqqsu l-intensità tal-karbonju tal-ekonomiji tagħhom u f’dawk l-Istati Membri fejn il-livell tad-dħul per capita għadu notevolment taħt il-medja tal-Komunità u li l-ekonomiji tagħhom huma fil-proċess li jlaħħqu mal-Istati Membri aktar rikki se jkollhom jagħmlu sforz sinifikanti biex itejbu l-effiċjenza fl-enerġija tagħhom. L-għanijiet tal-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni intra Komunitarja u biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza ekonomika fit-trasformazzjoni tal-ekonomija tal-UE għal ekonomija sikura u sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju jagħmilha xi ħaġa mhux xierqa li s-setturi ekonomiċi jiġu ttrattati b’mod differenti konformement mal-iskema Komunitarja fl-Istati Membri individwali. Għalhekk jeħtieġ li jiġu żviluppata mekkaniżmi oħra li jappoġġjaw l-isforzi ta’ dawk l-Istati Membri b’livell ta’ dħul relattivament baxx per capita u bi prospetti ogħla. 88 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri abbażi tas-sehem relattiv tagħhom tal-emissjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla. 10 % tal-kwantità totali għandu jitqassam għall-benefiċċju ta’ dawn l-Istati Membri għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir fil-Komunià, biex jintuża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima. Id-distribuzzjoni ta’ 10 % għandha tqis il-livelli ta’ dħul per capita fl-2005 u l-prospetti għat-tkabbir tal-Istati Membri, u għandha tkun ogħla għall-Istati Membri b’livell ta’ dħul baxx per capita u bi prospetti ta’ tkabbir għoljin. L-Istati Membri b’livell medja ta’ dħul per capita li jkun aktar minn 20 % ogħla mill-medja tal-Komunità għandhom jikkontribwixxu għal din id-distribuzzjoni, ħlief meta l-ispejjeż diretti stmati tal-pakkett globali fl-Istima tal-Impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-Pakkett ta’ Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-għanijiet tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija li tiġġedded għall-2020 lijaqbżu 0,7 % tal-PGD. Għandhom jitqassmu 2 % oħra, tal-kwantità totali tal-emissjonijiet li għandhom jiġu rkantati, fost l-Istati Membri li l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2005 kienu mill-inqas 20 % inqas mill-emissjonijiet fil-livelli tagħhom fis-sena bażi applikabbli għalihom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto.

(18)

Minħabba l-isforzi konsiderevoli fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għall-adattament għall-effetti inevitabbli tiegħu, huwa xieraq li talanqas 50 % tad-dħul mill-irkant tal-kwoti jintużaw għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima, għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-iżvilupp għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattament, għall-iżvilupp ta enerġiji rinovabbli biex jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2020 jintużaw enerġiji rinovabbli ta’ 20 %, biex jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2020 tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija b’20 %, għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġika ta’ gassijiet serra b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, biex issir kontribuzzjoni għall-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u għall-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni u li jiffaċilitaw l-adattament f’pajjiżi li qegħdin fi żvilupp, u biex jiġu indirizzati aspetti soċjali bħal żidiet possibbli fil-prezzijiet tal-elettriku f’entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju. Dan il-proporzjon huwa notevolment taħt id-dħul nett mistenni mill-irkant min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi, meta wieħed iqis id-dħul potenzjalment imnaqqas ġej mit-tassazzjoni tal-korporazzjonijiet. Barra minn hekk, id-dħul mill-irkant tal-kwoti għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni tal-iskema Komunitarja. Din id-Direttiva għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-użu tal-fondi mill-irkant. L-għoti ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-fondi ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu, stabbilit taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, li jagħtu notifika dwar ċerti miżuri nazzjonali. Din id-Direttiva ma tippreġudikax ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura għall-għajnuna mill-Istat li tista’ tittieħed fil-ġejjieni konformement mal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat.

(19)

Bħala konsegwenza, mill-2013 ‘il quddiem r-regola għandha tkun l-irkant sħiħ għas-settur tal-enerġija u għar-raffineriji, minħabba l-kapaċità tagħhom li jgħaddu l-ispiża żejda tas-CO2, u m’għandha tingħata ebda allokazzjoni gratis għall-ġabra u l-ħażna tas-CO2 għaliex l-inċentiv għal dan joħroġ mill-fatt li ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jiġu ċeduti fir-rigward tal-emissjonijiet maħżuna. Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-ġeneraturi tal-elettriku jistgħu jirċievu kwoti gratis għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u għat-tisħin u t-tkessiħ prodotta permezz ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar fuq il-promozzjoni ta’ kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija (7) fil-każ li sħana bħal din minn istallazzjonijiet f’setturi oħra kellha tingħata allokazzjonijiet gratis.

(20)

L-inċentiv prinċipali għall-futur imbiegħed għall-ġbir u l-ħżin tas-CO2 u għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija rinnovabbli hu li ma jkunx meħtieġ li jiġu ċeduti kwoti għall-emissjonijiet tas-C02 li jkunu maħżunin b’mod permanenti, jew li jkunu ġew evitati. Barra minn hekk, biex tiġi aċċellerata d-dimostrazzjoni tal-ewwel faċilitajiet kummerċjali u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jitpoġġew f’ġenb kwoti mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq biex jiġi provdut premju garantit għat-tunnellati ta’ CO2 maħżuna jew evitati fuq skala suffiċjenti għall-ewwel faċilitajiet ta’ dan it-tip fl-Unjoni, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-konoxxenza. Il-finanzjament addizzjonali għandu japplika għall-proġetti ta’ skala suffiċjenti, li jkunu ta’ natura innovattiva u li jkollhom ko-finanzjament sinifikanti mill-operatur li jkopri, fil-prinċipju, aktar min-nofs l-ispiża tal-investiment relevanti u meta titqies il-vijabbiltà tal-proġett.

(21)

Għal setturi oħrajn koperti bl-iskema Komunitarja, għandu jkun previst sistema tranżitorja li fiha l-allokazzjoni gratis fl-2013 tkun 80 % tal-ammont li jikkorrispondi mal-persentaġġ tal-emissjonijiet globali madwar il-Komunità kollha matul il-perjodu mill-2005 sal-2007 fejn dawk l-istallazzjonijiet kienu sorsijiet ta’ emissjoni imniżżla bħala proporzjon tal-kwantità annwali ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha. Minn hemm ‘il quddiem, l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena f’ammonti ugwali sakemm fl-2020 tintlaħaq allokazzjoni gratis ta’ 30 %, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027.

(22)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-swieq tal-karbonju u tal-elettriku, l-irkant għal kwoti għall-perjodu mill-2013 ‘il quddiem għandu jibda sal-2011 u jrid ikun ibbażat fuq prinċipji ċari u oġġettivi definiti sew minn qabel.

(23)

Għandha tingħata allokazzjoni gratis tranżitorja għal istallazzjonijiet permezz ta’ regoli madwar il-Komunità (“punti ta’ riferiment ex ante”) kollha sabiex tinżamm minima d-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa l-Komunità. Dawk ir-regoli għandhom iqisu t-teknika l-aktar effiċjenti fil-gassijiet serra u fl-enerġija, is-sostituti, il-proċessi ta’ produzzjoni alternattivi, l-użu tal-bijomassa, l-enerġiji rinovabbli u l-ġabra u l-ħażna tal-gassijiet serra. Kwalunkwe regola bħal din ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet u għandha tiżgura li proporzjoni dejjem jiżdied ta’ dawn il-kwoti jiġi rkantat. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti qabel il-perjodu tal-iskambju tal-kwoti sabiex is-suq ikun jista’ jiffunzjona tajjeb. Dawk ir-regoli armonizzati jistgħu wkoll iqisu l-emissjonijiet relatati mal-użu tal-gassijiet minn skart kombustibbli meta l-produzzjoni ta’ dawn il-gassijiet tal-iskart ma tkunx tista’ tiġi evitata fil-proċess industrijali; f’dan ir-rigward, ir-regoli jistgħu jipprovdu għal kwoti li jiġu allokati gratis lill-operaturi konċernati ta’ istallazzjonijiet li jaħarqu gassijiet tal-iskart jew lill-operaturi ta’ istallazzjonijiet fejn joriġinaw dawn il-gassijiet. Għandhom jevitaw ukoll id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-elettriku u fis-swieq tat-tisħin u t-tkessiħ għal istallazzjonijiet industrijali. Huma għandhom jevitaw ukoll id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni bejn attività industrijali li ssir f’istallazzjonijiet mħaddma minn operatur wieħed u l-produzzjoni fi istallazzjonijiet esternalizzati. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw għal istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq li jwettqu l-istess attivitajiet bħal istallazzjonijiet eżistenti li jirċievu allokazzjonijiet gratis tranżitorji. Biex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, ma għandha ssir l-ebda allokazzjoni gratis fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq. Il-kwoti li jifdal fir-riżerva għall-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq fl-2020 għandhom jiġu rkantati.

(24)

Il-Komunità se tkompli tieħu t-tmexxija tan-negozjar ta’ ftehim internazzjonali ambizzjuż li jikseb l-għan tal-limitu taż-żieda fit-temperatura globali għal 2 °C u hija mħeġġa bil-progress li sar fit-13-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, u t-tielet Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kyoto, li saret f’Bali, fl-Indoneżja bejn it-3-14 ta’ Diċembru 2007 f’dan ir-rigward. Fil-każ li pajjiżi żviluppati oħra u entitajiet oħrajn li huma sorsijiet kbar ta’ gassijiet serra ma jipparteċipawx f’dan il-ftehim internazzjonali, dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’pajjiżi terzi fejn l-industrija ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet kumparabbli tal-karbonju (“carbon leakage”), u fl-istess waqt jistgħu joħolqu żvantaġġi ekonomiċi għal ċerti setturi u subsetturi fil-Komunità li huma intensivi fl-enerġija u suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali f’żvantaġġ ekonomiku. Dan jista’ jiżvaluta l-integrità ambjentali u l-benefiċċju tal-azzjonijiet li jsiru mill-Komunità. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilaxx tal-karbonju, il-Komunità għandha talloka 100 % tal-kwoti gratis għal setturi jew subsetturi li jilħqu l-kriterji rilevanti. Id-definizzjoni ta’ dawn is-setturi jew subsetturi u l-miżuri meħtieġa għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-ġdid sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni fejn meħtieġ u biex jiġi evitat il-kumpens żejjed. Għal dawk is-setturi jew subsetturi speċifiċi fejn jista’ jiġi ppruvat kif dovut li r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ma jistax jiġi evitat, fejn l-elettriku jikkostitwixxi proporzjoni għoli ta’ spejjeż ta’ produzzjoni u jiġi prodott b’mod effiċjenti, l-azzjoni li tittieħed tista’ tqis il-konsum tal-elettriku fil-proċess tal-produzzjoni, mingħajr ma tinbidel il-kwantità tal-kwoti. Ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’dawn is-setturi jew subsetturi għandu jiġi evalwat, fuq livell ta’ 3 figuri (Kodiċi NACE-3) jew, fejn ikun xieraq jew meta d-data rilevanti tkun disponibbli, fuq livell ta’ 4 figuri (Kodiċi NACE-4).

(25)

Għalhekk sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tirrivedi s-sitwazzjoni, tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, u fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali, tippreżenta rapport akkumpanjat minn proposti adegwati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tidentifika liema setturi jew subsetturi tal-industrija intensivi fl-enerġija x’aktarx li jkunu suġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sal-31 ta’ Diċembru 2009. Għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq il-valutazzjoni dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tagħhom li jgħaddu l-ispiża tal-kwoti meħtieġa fuq il-prezz tal-prodott bla telf sinifikanti tas-sehem fis-suq lil istallazzjonijiet barra l-Komunità li ma jiħdux azzjoni paragunabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. L-industriji intensivi fl-enerġija determinati li jkunu esposti għal riskju sinifikanti tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jistgħu jirċievu ammont ogħla ta’ allokazzjoni gratis jew tista’ tiġi introdotta sistema ta’ ekwalizzazzjoni tal-karbonju effettiva bil-għan li jitqiegħdu fl-istess livell istallazzjonijiet mill-Komunità u dawk mill-pajjiżi terzi li jkollhom riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju. Tali sistema tkun tista’ tapplika għal importaturi, rekwiżiti li jkunu xejn anqas favorevoli minn dawk applikabbli għal istallazzjonijiet ġewwa l-UE, per eżempju billi tirrikjedi li kwoti jiġu ċeduti. Kull azzjoni li tittieħed jeħtieġ li tkun konformement mal-prinċipji tal-UNFCCC, b’mod partikolari l-prinċipju tar-responsabbiltajiet komuni iżda varjati u l-kapaċitajiet rispettivi, filwaqt li titqies il-qagħda partikolari tal-Pajjiżi L-Inqas Żviluppati (PLŻ). Ikun hemm il-bżonn ukoll li tkun konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Komunità, inklużi l-obbligi taħt il-ftehim tad-WTO.

(26)

Id-diskussjonijiet li jsiru fil-Kunsill Ewropew dwar id-determinazzjoni tas-setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju huma ta’ karattru mhux tas-soltu u bl-ebda mod ma jaffettwaw il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 202 tat-Trattat.

(27)

L-Istati Membri jistgħu jqisu meħtieġ li jagħtu kumpens temporanju lil ċerti istallazzjonijiet li jkunu ġie determinat li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ carbon leakage relatat ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra trasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku għal dawn l-ispejjeż. Tali appoġġ għandu jingħata biss fejn ikun meħtieġ u proporzjonat u għandu jiżgura li jinżammu l-inċentivi tal-iskema Komunitarja biex tiġi ffrankata l-enerġija u biex jistimula bidla fid-domanda minn dik għall-elettriku “griż” għal dik għall-elettriku “aħdar”.

(28)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni ġewwa l-Komunità, għandu jiġi armonizzzat l-użu tal-krediti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet barra l-Komunità li għandhom jintużaw minn operaturi fi ħdan l-iskema Komunitarja. Il-Protokoll ta’ Kyoto jistabbilixxi miri ta’ emissjonijiet kwantifikati għal pajjiżi żviluppati għall-perjodu mill-2008 sal-2012, u jipprovdi għall-ħolqien ta’ Tnaqqis Ċertifikat ta’ Emissjonijiet (CERs) minn proġetti tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) u Unitajiet ta’ Tnaqqis ta’ Emissjonijiet (ERUs) mill-proġetti tal-Implimentazzjoni Konġunta (JI) u għall-użu tagħhom minn pajjiżi żviluppati biex tintlaħaq parti minn dawn il-miri. Filwaqt li l-qafas ta’ Kyoto ma jippermettix li jinħolqu l-ERUs mill-2013 ‘il quddiem mingħajr ma jkunu fis-seħħ il-miri kwantifikati ġodda tal-emissjonijiet għall-pajjiżi ospitanti, il-krediti tas-CDM jistgħu potenzjalment jibqgħu jiġu ġġenerati. Ladarba jkun hemm ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għandu jiġi pprovdut l-użu addizzjonali ta’ CERs u ta’ ERUs minn dawk il-pajjiżi li jkunu rratifikaw dak il-ftehim. Fl-assenza ta’ tali ftehim, kondizzjonijiet li jippromwovu aktar użu ta’ CSRs u l-ERUs inaqqas mill-effett ta’ dan l-inċentiv u jagħmilha aktar diffiċli biex jinkisbu l-għanijiet Komunitarji dwar żieda fl-użu tal-enerġija rinovabbli. L-użu tas-CSRs u tal-ERUs għandu jkun konsistenti mal-għan tal-Komunità li sal-2020 20 % tal-enerġija jiġi ġġenerat minn sorsijiet rinovabbli, u għal promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku. Fejn hemm konsistenza mal-ksib ta’ dawn l-għanijiet, għandha tkun prevista l-possibbiltà li jiġu konklużi strumenti ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi li jistimolaw investimenti favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet f’dawn il-pajjiżi li jirriżultaw f’tnaqqis reali, addizzjonali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra filwaqt li jistimulaw l-innovazzjoni fil-kumpaniji stabbiliti fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp teknoloġiku f’pajjiżi terzi. Dawn l-istrumenti ta’ ftehim jistgħu jiġu ratifikati minn aktar minn pajjiżż wieħed. Mal-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali sodisfaċenti dwar il-bidla fil-klima mill-Komunità, l-aċċess għal krediti minn proġetti f’pajjiżi terzi għandu jiżdied simultanjament maż-żieda fil-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li għandhom jintlaħqu permezz tal-iskema Komunitarja.

(29)

Sabiex ikun hemm prevedibbiltà, l-operaturi għandhom jingħataw iċ-ċertezza dwar il-possibbiltà wara l-2013 għall-użu tas-CERs u l-ERUs sal-bqija tal-livell li tħallew jużaw fil-perjodu mill-2008 sal-2012, minn tipi ta’ proġetti eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012. Minħabba li qabel l-2015 ma jistgħux jiġu riportati, min-naħa tal-Istati Membri, CERs u l-ERUs (“l-ibbankjar” tas-CERs u l-ERUs) miżmuma mill-operaturi bejn il-perjodi tal-impenn konformement ma’ strumenti ta’ ftehim internazzjonali, u dan biss jekk l-Istati Membri jagħżlu li jippermettu l-ibbankjar ta’ dawn is-CERs u l-ERUs fil-kuntest tad-drittijiet limitati biex jibbankjaw tali krediti, din iċ-ċertezza għandha tingħata billi l-Istati Membri jiġu rikjesti jippermettu lill-operaturi jiskambjaw tali CERs u ERUs maħruġa abbażi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet qabel l-2012 għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem. Madankollu, peress li l-Istati Membri ma għandhomx jiġu obbligati jaċċettaw is-CERs u l-ERUs li ma humiex ċerti li se jkunu jistgħu jużaw għall-impenji eżistenti internazzjonali tagħhom dan ir-rekwiżit m’għandux jiġi estiż aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015. Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem l-operaturi għandhom jingħataw l-istess ċertezza dwar tali CERs maħruġin minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013. Huwa importanti li l-krediti ta’ proġetti użati mill-operaturi jirrappreżentaw tnaqqis reali, verifikabbli, addizzjonali u permanenti tal-emissjonijiet u li jkollhom benefiċċji ċari ta’ żvilupp sostenibbli u ebda impatt negattiv ambjentali u soċjali sinifikanti. Għandha tiġi stabbilita proċedura li tippermetti l-esklużjoni ta’ ċerta tipi ta’ proġetti.

(30)

Fil-każ ta’ dewmien tal-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għandha tingħata l-possibbiltà għall-użu ta’ tali krediti minn proġetti ta’ kwalità għolja fl-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti permezz ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi. Dawn l-istrumenti ta’ ftehim, li jistgħu jkunu bilaterali jew multilateral, jistgħu jiffaċilitaw li proġetti li ġġeneraw l-ERUs sal-2012, iżda li ma jistgħux jibqgħu jagħmlu hekk taħt il-qafas ta’ Kyoto, jibqgħu jiġu rikonoxxuti fl-iskema Komunitarja.

(31)

Il-PLŻ huma speċjalment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u huma responsabbli għal livell baxx ħafna biss ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-PLŻ billi d-dħul ġenerat mill-irkant jiġi użat biex jiffaċilita l-adattament tal-pajjiżi li qegħdin fi żvilupp għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Minħabba li ftit li xejn proġetti tas-CDM ġew stabbiliti f’dawn il-pajjiżi, huwa xieraq li tingħata ċertezza dwar l-approvazzjoni ta’ krediti minn proġetti li nbdew fl-PLŻ wara l-2012, ukoll jekk fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, fejn dawn il-proġetti b’mod ċar ikunu addizzjonali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. Dan id-dritt għandu jkun japplika għall-PLŻ sal-2020 sakemm sa dak iż-żmien ikunu ratifikaw jew ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jew ftehim bilaterali jew multilaterali ġewwa l-Komunità.

(32)

Ladarba jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, jkunu jistgħu jintużaw krediti addizzjonali li jammontaw sa nofs it-tnaqqis addizzjonali li jkun qed iseħħ fl-iskema Komunitarja, u l-krediti tas-CDM ta’ kwalità għolja minn pajjiżi terzi għandhom ikunu approvati fl-iskema Komunitarja mill-2013 meta dawk il-pajjiżi jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali.

(33)

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw attivitajiet ta’ proġetti biss fejn il-parteċipanti kollha fil-proġett ikollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ tali proġetti, sabiex jiġi skorraġġit il-“free-riding” minn kumpaniji fi Stati li ma kkonkludewx ftehim internazzjonali, ħlief fejn dawk il-kumpaniji ikunu bbażati f’pajjiżi terzi, jew f’entitajiet sub-federali jew reġjonali li jkunu marbuta mal-iskema Komunitarja.

(34)

Il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jirriferu għall-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima mill-Komunità huwa bla ħsara għall-konklużjoni ta’ dak il-ftehim mill-Istati Membri wkoll.

(35)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, għandhom jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-iskema Komunitarja relatati ma’ monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet.

(36)

L-Unjoni għandha taħdem sabiex tistabbilixxi sistema internazzjonali rikonoxxuta għat-tnaqqis tad-diforestazzjoni u għaż-żieda fl-afforestazzjoni u r-riafforestazzjoni, billi tappoġġja l-objettiv, fil-UNFCCC, li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-arranġamenti eżistenti, bħala parti minn struttura finanzjarja effettiva, effiċjenti, ġusta u koerenti fil-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li għandu jintlaħaq fil-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15 u COP/MOP 5)..

(37)

Sabiex jiġi kkjarifikat kull tip ta’ bojler, burner, turbina, heater, furnace, inċineratur, calciner, kiln, forn, dryer, magna, fuel cell, chemical looping combustion unit, flare, u postcombustion unit termiku jew katalitiku permezz tad-Direttiva 2003/87KE, għandha tiżdied definizzjoni ta’ “kombustjoni”.

(38)

Sabiex jiġi żgurat li l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn persuni ġewwa l-Komunità mingħajr restrizzjoni, u biex jiġi żgurat li l-iskema Komunitarja tkun tista’ tiġi marbuta ma’ sistemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet f’pajjiżi terzi u li entitatjiet subfederali u reġjonali, minn Jannar 2012 ‘il quddiem, il-kwoti kollha għandhom jinżammu fil-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet Komunitarju stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto (8). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma tar-reġistri nazzjonali għal emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet Komunitarju għandu jipprovdi l-istess kwalità ta’ servizzi bħall-uffiċċji għar-reġistrazzjonijiet nazzjonali.

(39)

Mill-2013 ‘il quddiem, il-ġabra, it-trasport u l-ħażna ġeoloġika b’mod ambjentalment sikur tas-CO2 għandhom jiġu koperti fl-iskema Komunitarja f’manjiera armonizzata.

(40)

Għandhom isiru arranġamenti li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji għall-iskambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż terz jew entità subfederali jew reġjonali.

(41)

Il-pajjiżi terzi ġirien tal-Unjoni għandhom ikunu mħeġġa jingħaqdu mal-iskema Komunitarja jekk dawn jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz fin-negozjati ma’, u fl-għoti ta’ assistenza finanzjarja u teknika lil, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali koperti mill-politika Ewropea tal-viċinat biex tippromwovi dan l-għan. Dan jiffaċilita t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-konoxxenza lil dawn il-pajjiżi, li hu mezz importanti biex jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali għal kulħadd.

(42)

Din id-Direttiva għandha tipprevedi strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi oħra mandatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet b’mod assolut u li jkunu kompatibbli mal-iskema Komunitarja filwaqt li jitqies il-livell tal-ambizzjoni ambjentali u l-preżenza ta’ mekkaniżmu rigoruż u kumparabbli ta’ kontroll, komunikazzjoni tal-informazzjoni u verifika fir-rigward tal-emissjonijiet u sistema ta’ konformità.

(43)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-iskema Komunitarja, għandu jkun possibbli ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, sakemm dawn il-proġetti jseħħu konformement mar-regoli armonizzati adottati fil-livell Komunitarju u sakemm dawn il-proġetti ma jirriżultawx fl-għadd doppju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew jimpedixxu t-twessiegħ tal-ambitu tal-iskema Komunitarja jew l-impenn għal miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja.

(44)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat tal-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9).

(45)

B’mod partikolari għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-armonizzazzjoni tar-regoli dwar id-definizzjoni ta’ “istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq”, għall-irkant tal-kwoti, l-allokazzjoni tranżitorja tal-kwoti mal-Komunità kollha, il-ħolqien tal-kriterji u tal-modalitajiet applikabbli għall-għażla ta’ ċerti proġetti ta’ demostrazzjoni, il-ħolqien ta’ lista ta’ setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-użu ta’ krediti, il-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet, l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi, l-implimentazzjoni ta’ regoli armonizzati għal proġetti u l-emendament ta’ ċerti annessi. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/87/KE, inter alia billi jissupplementawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(46)

Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(47)

Huwa kunsiljabbli li jkun hemm provvediment għat-traspożizzjoni bikrija ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li jħejju l-operat rivedut tal-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem.

(48)

Sabiex jintemm b’mod korrett il-perjodu tal-iskambju tal-kwoti 2008 sa 2012, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE (10), mid-Direttiva 2008/101/KE (11) u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009 (12) għandhom ikomplu japplikaw mingħajr ma jaffettwaw il-possibbiltà tal-Kummissjoni li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-operat rivedut tal-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem.

(49)

L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat.

(50)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(51)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(52)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (13), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Direttiva 2003/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 1:

“Din id-Direttiva se tipprovdi wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis kunsidrati meħtieġa xjentifikament biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima.

Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

‘gassijiet serra’ tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;”;

(b)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

‘istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq’tfisser:

kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta’ Ġunju 2011,

kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew

kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta’ Ġunju 2011, safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;”;

(c)

Jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(t)

‘Kombustjoni’ tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;

(u)

‘Ġeneratur tal-elettriku’ tfisser istallazzjoni li fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara, kienet ipproduċiet elettriku għall-bejgħ lil partijiet terzi u li fiha ma ssir l-ebda attività elenkata fl-Anness I barra dik tal-‘kombustjoni tal-karburanti’.”;

(3)

Fl-Artikolu 3c(2), “Artikolu 11(2)” għandu jiġi sostitwit b'“Artikolu 13(1)”;

(4)

Fl-Artikolu 3 g, il-kliem “il-linji gwida adottati taħt l-Artikolu 14” għandha tiġi sostitwita b'“ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14”;

(5)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża mill-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.”;

(6)

L-Artikolu 5(d) huwa sostitwit b’li ġej:

“(d)

il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14.”;

(7)

L-Artikolu 6 huwa emendat b’li ġej:

(a)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 1:

“L-awtorità kompetenti għandha, talanqas kull ħames snin, tirrivedi l-permess tal-emissjonijiet tal-gassijet serra u tagħmel kwalunkwe emenda kif ikun xieraq.”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

pjan ta’ mmonitorjar li jissodisfa r-rekwiżiti konformement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi biex jaġġornaw il-pjanijiet ta’ mmonitorjar mingħajr ma jinbidel il-permess. L-operaturi għandhom iressqu kwalunkwe pjan ta’ mmonitorjar aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.”;

(8)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet

L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.”;

(9)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha

Il-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012.

Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013 mal-Komunità kollha, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa jew li jridu jinħarġu mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-fattur lineari u, fejn hu xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-2020, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni sal-2025.”;

(10)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha

1.   Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet imdaħħla fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt l-Artikolu 24(1), il-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandha tiġi aġġustata biex tirrefletti l-kwantità medja annwali tal-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawn l-istallazzjonijiet matul il-perjodu tal-inklużjoni tagħhom, aġġustat bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

2.   Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament tal-Komunità kollha li għandha tinħareġ.

Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1).

Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitiajiet aġġustati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sat-30 ta’ Settembru 2010.

4.   Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma esklużi mill-iskema Komunitarja konformement mal-Artikolu 27, il-kwantità tal-kwoti mal-Komunità kollha li jridu joħorġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-emissjonijiet medji annwali li jiġu vverifikati ta’ dawk l-istallazzjonijiet fil-perijodu mill-2008 sal-2010, aġġustati mill-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.”

(11)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

L-irkant tal-kwoti

1.   Mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 10a u 10c. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tippubblika ammont stmat tal-kwoti li jridu jiġu rkantati.

2.   Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:

(a)

88 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement mal-iskemaKomunitarja għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;

(b)

10 % tal-kwantità totali li għandhom ikunu rkantati distribwiti fost ċerti Stati Membri bil-għan tas-solidarjetà u t-tkabbir ġewwa l-Komunità, b’hekk jiżdied l-ammont tal-kwoti li dawn l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa; kif ukoll

(c)

2 % tal-kwantità totali tal-emissjonijiet li għandhom jiġu rkantati jitqassmu fost l-Istati Membri li l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett serra fl-2005, kienu mill-inqas 20 % inqas mill-emissjonijiet fil-livelli tagħhom fis-sena ta’ bażi applikabbli għalihom konformement mal-Protokoll ta’ Kyoto. Id-distribuzzjoni ta’ dan il-perċentwal fost l-Istati Membri kkonċernati hija mfissra fl-Anness IIb.

Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007.

Fejn meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu adattati b’mod proporzonali biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni mill-ġdid tkun 10 % u 2 % rispettivament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:

(a)

għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;

(b)

għall-iżvilupp ta’ enerġiji rinovabbli biex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għall-użu ta’ 20 % ta’ enerġiji rinovabbli, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni favur ekonomija b’karbonju baxx sikur u sostenibbli u biex jgħin sabiex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għaż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija b’20 %;

(c)

għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jiżdiedu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima biex jiġu trasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tal-bidla fil-klima f’dawn il-pajjiżi;

(d)

għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija fil-Komunità;

(e)

għall-ġabra u l-ħażna ġeoloġika tas-CO2 b’mod ambjentalment sikur, b’mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-karburanti mill-fossili solidu u numru ta’ setturi u subsetturi industrijali, anke f’pajjiżi terzi;

(f)

biex titħeġġeġ mixja favur l-emissjonijiet baxxi u l-forom pubbliċi tat-trasport;

(g)

biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

(h)

għal miżuri bħal dawk intenzjonati biex iżidu l-effiċjenza u l-insulazzjoni jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju;

(i)

biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni tal-iskema Komunitarja.

L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u tal-azzjonijiet meħuda konformement ma’ dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom ippreżentati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

4.   Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dan il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkant u l-volumi mistennija ta’ kwoti li jridu jsiru disponibbli.

L-irkanti għandhom jitfasslu biex jiżguraw li:

(a)

l-operaturi, u b’mod partikolari kwalunkwe SME koperta bl-iskema Komunitarja, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwitabbli,

(b)

il-parteċipanti kollha għandhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u li l-parteċipanti ma jimminawx l-operazzjoni tal-irkant,

(c)

l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-irkanti huma effiċjenti meta mqabbla man-nefqa u l-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa huma evitati, u

(d)

aċċess għall-kwoti huwa mogħti għall-emitturi ż-żgħar.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq tal-karbonju Ewropej. Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju inkluż l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni relevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.”

(12)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Regoli tranżitorji madwar il-Komunità kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta, miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu applikabbli mal-Komunità kollha li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 12 inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.

Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat.

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.

2.   Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur fil-Komunità fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Ir-Regolamenti taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.

3.   Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c allokazzjoni bi ħlas biss tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku, għal istallazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2.

4.   Għandha tingħata allokazzjoni gratis għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F’kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

5.   L-ammont massimu ta’ kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta’ allokazzjonijiet għal istallazzjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 3 u li ma jkunux istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq ma għandux jaqbeż is-somma ta’:

(a)

il-kwantità totali annwali fil-Komunità kollha kif iddeterminata taħt l-Artikolu 9 mmultiplikata bis-sehem ta’ emissjonijiet minn istallazzjonijiet mhux koperti mill-paragrafu 3 fil-medja totali ta’ emissjonijiet verifikati, fil-perjodu mill-2005 sal-2007, minn istallazzjonijiet koperti bl-iskema Komunitarja fil-perjodu mill-2008 sal-2012, u

(b)

il-medja totali annwali ta’ emissjonijiet verifikati minn istallazzjonijiet fil-perjodu mill-2005 sal-2007 li huma inklużi fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem u li mhumiex koperti mill-paragrafu 3 aġġustati bil-fattur lineari kif imsemmi fl-Artikolu 9.

Għandu japplika fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi jekk meħtieġ.

6.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jadottaw miżuri finanzjarji favur is-setturi jew is-subsetturi determinati li jkunu esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra li jidhru fil-prezzijiet tal-elettriku, sabiex ikun hemm kumpens għal dawk l-ispejjeż u kull fejn dawn il-miżuri finanzjarji jkunu konformi mar-regoli tal-għajnuna statali applikabbli u li jiġu adottati f’dan il-qasam.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq punti ta’ riferiment ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unit tal-produzzjoni. Dawn il-punti ta’ riferiment ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unit tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.

7.   Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati taħt l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhomjiġu riżervati għal istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, bħala l-massimu li jista’ jiġi allokat lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq konformement mar-regoli adottati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-kwoti f’din ir-riżerva Komunitarja li la jkunu allokati lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq u lanqas ma jkunu ntużaw taħt il-paragrafu 8, 9 jew 10 ta’ dan l-Artikolu tul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhom jinbigħu b’irkant mill-Istati Membri, filwaqt li jitqies kemm l-istallazzjonijiet fl-Istati Membri jkunu bbenefikaw minn din ir-riżerva, taħt l-Artikolu 10(2) u, għall-arranġamenti dettaljati u ż-żmien, l-Artikolu 10(4), u d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ implimentazzjoni.

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli armonizzati għall-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ ‘istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq’, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-‘estensjonijiet sinifikanti’.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

8.   Sa 300 miljun kwota fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandhom ikunu disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2015 biex jgħinu fl-istimulazzjoni tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ massimu ta’ 12-il proġett ta’ dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan li jiġbru u jaħżnu s-CO2 b’mod ġeoloġiku u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (CCS) kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija li tiġġedded fit-territorju tal-Unjoni.

Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw il-proġetti ta’ dimostrazzjoni li jipprovdu għall-iżvilupp f’postijiet bilanċjati tajjeb ġeografikament, ta’ firxa wiesgħa ta’ CCS u ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded innovattivi li għadhom mhumiex vijabbli kummerċjalment. L-għoti tagħhom għandu jiddependi fuq il-fatt li l-emissjonijiet tas-CO2 ikunu ġew evitati b’mod li jista’ jiġi verifikat.

Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti li jinkludu rekwiżiti għall-kondiviżjoni tal-konoxxenza. Dawk il-kriterji u miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Għandhom jiġu allokati kwoti għall-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jingħata permezz tal-Istati Membri u għandu jikkumplimenta l-kofinanzjament sostanzjali mill-operatur tal-istallazzjoni. Huma jistgħu jiġu kkofinanzjati wkoll mill-Istati Membri kif ukoll minn strumenti oħra. L-ebda proġett m’għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu taħt dan is-subparagrafu li jeċċedi 15 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dan l-appoġġ għandu jitqies taħt il-paragrafu 7.

9.   Il-Litwanja, li, taħt l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, anness mal-att ta’ Adeżjoni tal-2003, impenjat ruħha li tagħlaq l-unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2009, tista’, jekk l-emissjonijiet totali vverifikati tal-Litwanja mill-2013 sal-2015 fl-iskema Komunitarja jaqbżu s-somma tal-kwoti gratis mogħtija lil istallazzjonijiet fil-Litwanja għal emissjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku f’dak il-perjodu u tliet partijiet minn tmienja tal-allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mil-Litwanja għall-perjodu 2013 sa 2020, titlob kwoti mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għall-irkantar konformement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4). L-ammont massimu ta’ dawn il-kwoti għandu jkun ekwivalenti għall-emissjonijiet żejda f’dak il-perjodu sal-punt li dan l-ammont żejjed huwa dovut għal żieda fl-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku, wara li titnaqqas kwalunkwe kwantità li biha l-kwoti f’dak l-Istat Membru fil-perjodu mill-2008 sal-2013 qabżu l-emissjonijiet verifikati fl-iskema Komunitarja fil-Litwanja matul dak il-perjodu. Kwalunkwe kwoti bħal dawn għandhom jitqiesu taħt il-paragrafu 7.

10.   Kwalunkwe Stat Membru li n-network tal-elettriku tiegħu huwa interkonness mal-Litwanja u li fl-2007 importa aktar minn 15 % tal-konsum domestiku tal-elettriku tiegħu mil-Litwanja għall-konsum tagħha stess, u fejn l-emissjonijiet żdiedu minħabba l-investiment fil-produzzjoni ġdida tal-elettriku, jista’ japplika l-paragrafu 9 mutatis mutandis bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu.

11.   Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027.

12.   Suġġett għall-Artikolu 10b, fl-2013 u f’kull sena sussegwentement sal-2020, istallazzjonijiet f’setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom jiġu allokati, konformement mal-paragrafu 1, kwoti gratis sa 100 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

13.   Sal-31 ta’ Diċembru 2009 u sussegwentement kull ħames snin, wara diskussjoni fil-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddetermina fil-lista s-setturi jew is-subsetturi msemmija fil-paragrafu 12 fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 14 sa 17.

Kull sena l-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, iżżid settur jew subsettur fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk jista’ jintwera, b’rapport analitiku, li dan is-settur jew subsettur jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 14 sa 17, wara bidla li jkollha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew subsettur.

Sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri, is-setturi jew is-subsetturi kkonċernati u partijiet interessati relevanti oħra.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

14.   Sabiex jiġu ddeterminati s-setturi jew subsetturi msemmija fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni għandha tevalwa, fuq livell Komunitarju, safejn huwa possibbli għas-settur jew subsettur ikkonċernat, fuq il-livell relevanti ta’ diżaggregazzjoni, li jgħaddi l-ispiża diretta tal-kwoti mitluba u l-ispejjeż indiretti minħabba prezzijiet ogħla tal-elettriku li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva preżenti fil-prezzijiet tal-prodott mingħajr telf sinifikanti għas-sehem fis-suq tal-istallazzjonijiet anqas effiċjenti fil-karbonju barra l-Komunità. Dawn l-evalwazzjonijiet se jkunu bbażati fuq medja tal-prezz tal-karbonju abbażi tal-istima, mill-Kummissjoni, tal-impatt li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima l-enerġija rinovabbli għall-2020 u, jekk tkun disponibbli, fuq data dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għall-iktar tliet snin reċenti għal kull settur jew subsettur.

15.   Settur jew subsettur għandu jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:

(a)

it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu jwasslu għal żieda sostanzjali fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-valur gross miżjud, ta’ mill-inqas 5 %; kif ukoll

(b)

l-intensità tal-kummerċ f’pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Komunità (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 10 %.

16.   Minkejja l-paragrafu 15, settur jew subsettur jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:

(a)

it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu jwasslu għal żieda partikolarment għolja fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-Valur Gross Miżjud, ta’ mill-inqas 30 %; jew

(b)

jekk l-intensità tal-kummerċ ma pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Komunità (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 30 %.

17.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 tista’ tiġi supplimentata wara li titlesta evalwazzjoni kwalitattiva, filwaqt li jitqiesu, fejn id-data relevanti tkun disponibbli, il-kriterji li ġejjin:

(a)

safejn ikun possibbli għal istallazzjoniijiet individwali fis-settur u/jew subsettur ikkonċernat biex jitnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku inkluża, kif xieraq, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni li l-investiment relatat jista’ jinvolvi, per eżempju abbażi tat-teknika l-aktar effiċjenti;

(b)

il-karatteristiċi attwali u proġettati tas-suq, anke meta l-espożizzjoni għall-kummerċ jew ir-rati ta’ żidiet fl-ispejjeż diretti jew indiretti huma qrib wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 16;

(c)

il-marġini tal-profitt bħala indikatur potenzjali ta’ investiment fuq żmien twil u/jew deċiżjonijiet ta’ rilokazzjoni.

18.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 għandha tiġi determinata wara li, fejn id-data rilevanti tkun disponibbli, jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:

(a)

kemm il-pajjiżi terzi, li jirrappreżentaw sehem deċiżiv tal-produzzjoni globali tal-prodotti fis-setturi jew subsetturi meqjusa bħala li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jieħdu impenn qawwi biex inaqqsu l-emissjonijiet serra fis-setturi jew subsetturi rilevanti sa punt paragunabbli ma’ dak tal-Komunità u fl-istess perjodu ta’ żmien, u

(b)

kemm l-effiċjenza fil-karbonju tal-istallazzjonijiet li jinsabu f’dawn il-pajjiżi huwa paragunabbli ma’ dak tal-Komunità.

19.   L-ebda allokazzjoni gratis m’għandha tingħata lil istallazzjoni li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, ħlief jekk l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li din l-istallazzjoni ser terġa’ tibda l-produzzjoni fi żmien speċifikat u raġonevoli. L-istallazzjonijiet li l-permess tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u istallazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni u l-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli, għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet.

20.   Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b’mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ.

Artikolu 10b

Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f’każ ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju potenzjali

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2010, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ setturi jew subsetturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:

(a)

l-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti gratis minn dawk is-setturi jew subsetturi taht l-Artikolu 10a;

(b)

l-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta’ importaturi ta’ prodotti minn setturi jew subsetturi determinati taħt l-Artikolu 10a;

(c)

l-istima tal-impatt tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Istati Membri, partikolarment meta l-konnessjonijiet tal-elettriku mal-bqija tal-Unjoni Ewropea ma jkunux biżżejjed u meta jkun hemm konnessjonijiet tal-elettriku ma’ pajjiżi terzi, u miżuri adegwati f’dan ir-rigward.

Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista’ jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta’ infurzar.

2.   Il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2011, għandha tevalwa jekk id-deċiżjonijiet magħmula dwar il-proporzjon ta’ allokazzjonijiet riċevuti gratis mis-setturi jew subsetturi taħt l-ewwel paragrafu, inkluż l-effett tal-istabbiliment ta’ parametri ta’ referenza ex-ante taħt l-Artikolu 10a(2), jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kwantità ta’ allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri konformement mal-Artikolu 10a(2), meta mqabbel ma’ xenarju b’irkant sħiħ għas-setturi kollha fl-2020. Jekk dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi tqis l-effetti distribuzzjonali possibbli ta’ dawn il-proposti.

Artikolu 10c

Għażla ta’ allokazzjoni gratis tranżitorja għall-modernizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri jistgħu jagħtu allokazzjoni gratis tranżitorja lill-istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku fi stat ta’ operazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew lil istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku li għalihom il-proċess ta’ investiment kien inbeda fiżikament sal-istess data, sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

fl-2007, in-network nazzjonali tal-elettriku ma kienx konness direttament jew indirettament mas-sistema interkonnessa tan-network operata mill-Unjoni għall-Koordinazzjoni tat-Trażmissjoni tal-Elettriku (UCTE);

(b)

fl-2007, in-network nazzjonali tal-elettriku kien direttament jew indirettament biss konness man-network operat mill-UCTE permezz ta’ linja waħda b’kapaċità ta’ inqas minn 400MW; jew

(c)

fl-2006, aktar minn 30 % tal-elettriku ġie prodott minn karburanti fossili wieħed, u fejn il-PGD per capita fi prezzijiet tas-suq ma qabiżx il-50 % tal-PGD medju par capita fi prezzjijiet tas-suq tal-Komunità.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu lill-Kummissjoni pjan nazzjonali li jipprovdi għal investimenti fil-modifikazzjoni u fit-titjib tal-infrastruttura u teknoloġiji nodfa. Il-pjan nazzjonali għandu jipprovdi wkoll għad-diversifikazzjoni tat-taħlita ta’ enerġija tagħhom u sorsi ta’ forniment għal ammont ekwivalenti, sakemm ikun possibbli, għall-valur kummerċjali tal-allokazzjoni gratis fir-rigward tal-investimenti maħsuba, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġu limitati kemm jista’ jkun iż-żidiet fil-prezzijiet relatati direttament. L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq lill-Kummissjoni, kull sena, rapport dwar l-investimenti magħmula fl-aġġornar tal-infrastruttura u t-teknoloġiji nodfa. L-investiment magħmul minn 25 ta’ Ġunju 2009 jista’ jingħadd għal dan l-għan.

2.   Il-kwoti gratis tranżitorji għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-allokazzjonijiet li l-Istati Membri rispettivi li kieku kienu se jirkantaw taħt l-Artikolu 10(2). Fl-2013, l-allokazzjoni tranżitorja totali ta’ kwoti gratis m’għandhiex taqbeż is-70 % tal-ammont medju globali tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 minn ġeneraturi tal-elettriku ta’ dan it-tip għall-ammont li jikkorrispondi mal-konsum nazzjonali gross finali tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom jonqsu gradwalment wara dan, sabiex ma jkunx hemm kwoti gratis fl-2020. Għal dawk l-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, l-emissjonijiet rilevanti għandhom jiġu kkalkulati billi jintużaw l-emissjonijiet tagħhom verifikati tal-iskema Komunitarja konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007.

L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddetermina li l-kwoti allokati konformement ma’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw biss mill-operatur tal-istallazzjoni kkonċernata biex jiġu ċeduti l-kwoti taħt l-Artikolu 12(3) rigward l-emissjonijiet tal-istess istallazzjoni matul is-sena li għaliha ġew allokati l-kwoti.

3.   Il-kwoti għall-operaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-kwota abbażi tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 jew fuq punt ta’ riferiment ex ante tal-effiċjenza bbażat fuq il-medja peżata tal-livell tal-emissjonijiet tal-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-elettriku effiċjenti fir-rigward tal-gassijiet b’effett ta’ serra koperta mill-iskema Komunitarja għall-istallazzjonijiet bl-użu ta’ karburanti differenti. Il-piż attribwit jista’ jirrifletti s-sehem tal-karburanti differenti fil-produzzjoni tal-elettriku fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tagħti gwida sabiex jiġi żgurat li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u kemm jista’ jkun timminimizza l-impatti negattivi fuq l-inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

4.   Kull Stat Membru li japplika dan l-Artikolu għadu jirrikjedi li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi tan-network li qed jieħdu benefiċċju jirrappurtaw kull 12-il xahar dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti tagħhom imsemmija fil-pjan nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar dan lill-Kummissjoni u jagħmlu dawn ir-rapporti pubbliċi.

5.   Kull Stat Membru li għandu l-ħsieb jalloka kwoti fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu għandu, sat-30 ta’ Settembru 2011, iressaq lill-Kummissjoni applikazzjoni bil-metodu ta’ allokazzjoni propost u l-kwoti individwali. Applikazzjoni għandu jkollha:

(a)

prova li l-Istat Membru jidħol f’mill-inqas waħda mill-kategoriji tal-paragrafu 1;

(b)

lista tal-istallazzjonijiet koperti mill-applikazzjoni u l-ammont ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati għal kull istallazzjoni konformement mal-paragrafu 3 u l-gwida tal-Kummissjoni;

(c)

il-pjan nazzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(d)

dispożizzjonijiet dwar l-immonitorjar u l-infurzar rigward l-investimenti maħsuba konformement mal-pjan nazzjonali;

(e)

informazzjoni li turi li l-kwoti ma joħolqux tgħawiġ mhux meħtieġ tal-kompetizzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni fuq il-bażi tal-elementi stipulati fil-paragrafu 5 u tista’ tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 6 xhur wara li tirċievi l-informazzjoni relevanti.

7.   Sentejn qabel it-tmiem tal-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jagħtu kwoti gratis tranżitorji lil istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku li joperaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-produzzjoni tal-elettriku, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali. Jekk il-Kummissjoni tkun tqis li, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, ikun hemm bżonn ta’ estensjoni possibbli ta’ dak il-perjodu, hija tista’ tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti f’każ ta’ estensjoni ta’ dak il-perjodu.”

(13)

L-Artikoli 11 u 11a huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni

1.   Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni lista ta’ istallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorju tagħha u kull allokazzjoni gratis għal kull istallazzjoni fit-territorju tagħha kkalkolata konformement mar-regoli kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) u fl-Artikolu 10c.

2.   Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwantità tal-kwoti li għandhom jiġu distribwiti għal dik is-sena, ikkalkolata taħt l-Artikoli 10, 10a u 10c.

3.   L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu kwoti gratis taħt il-paragrafu 2 lil istallazzjonijiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni milli jinkitbu fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 11a

L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema Komunitarja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) u (4), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Sakemm il-livelli ta’ użu tas-CERs u ERUs permessi lill-operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 li ma nkunux ntużaw jew li tingħata awtorizzazzjoni li jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-operaturi jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex dawn joħorġulhom kwoti li jkunu validi mill-2013 ‘il quddiem bi skambju għal CERs u ERUs maħruġa fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sal-2012 minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

Sal-31 ta’ Marzu 2015, għandu jsir skambju bħal dan mat-talba għalih mill-awtorità kompetenti.

3.   Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs u l-ERUs minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013 maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal CERs u ERUs għal kull tip ta’ proġett li kien eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

4.   Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti minn proġetti ġodda li jkunu nbdew mill-2013 ‘il quddiem fil-PLŻ.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-CERs fir-rigward tat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu ratifikaw ftehim rilevanti mal-Komunità jew sal-2020, abbażi ta’ liema data tiġi l-ewwel.

5.   Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw fl-iskema Komunitarja konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement mal-iskema Komunitarja.

6.   Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti fl-iskema Komunitarja minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

7.   Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati fl-iskema Komunitarja sa mill-1 ta’ Jannar 2013.

8.   L-operaturi kollha eżistenti għandhom jitħallew jużaw il-krediti matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess lilhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, jew ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tiġi stabbilita taħt il-11 % tal-kwoti tagħhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, ikun liema jkun l-ogħla ammont.

L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti lil hinn mill-11 % previsti fl-ewwel subparagrafu, sa ammont li jirriżulta fil-kwoti gratis magħquda fil-perijodu mill-2008 sal-2012 u d-drittijiet għal krediti ġenerali ta’ proġetti globali jkunu ekwivalenti għal ċerta perċentwali tal-emissjonijiet verifikati tagħhom fil-perjodu mill-2005 sal-2007.

L-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, inklużi istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq fil-perjodu mill-2008 sal-2012 li la rċevew kwoti gratis u lanqas ma rċevew dritt għall-użu ta’ CERs u ERUs mill-2008 sal-2012, u setturi ġodda għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati matul il-perjodu mll-2013 sal-2020. L-operaturi tal-ajruplani għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati tagħhom matul il-perjodu mill-2013 sal-2020.

Għandhom jiġu adottati miżuri biex jiġu speċifikati l-perċentwali eżatti li għandhom japplikaw taħt l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. Mill-inqas terz tal-ammont addizzjonali li għandhom jitqassmu fost l-operaturi eżistenti lil hinn mill-ewwel perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jitqassam lill-operaturi li kellhom l-iktar livell baxx ta’ użu magħqud medju ta’ kwoti gratis u ta’ krediti ta’ proġetti, mill-2008 sal-2012.

Dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-użu ġenerali tal-krediti permess ma jkunx ta’ iktar minn 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi eżistenti taħt l-iskema Komunitarja fil-perjodu mill-2008 sal-2020 u 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi l-ġodda u tal-avjazzjoni fil-perjodu mid-data tal-inklużjoni tagħhom fl-iskema Komunitarja sal-2020.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

9.   Mill-1 ta’ Jannar 2013, jistgħu jiġu applikati miżuri biex jiġi ristrett l-użu ta’ krediti speċifiċi minn tipi ta’ proġetti.

Dawk il-miżuri għandhom ukoll jistabbilixxu d-data li minnha l-użu tal-krediti taħt il-paragrafi 1 sa 4 għandu jkun konformi ma’ dawn il-miżuri. Din id-data għandha tkun, l-iktar kmieni, sitt xhur wara l-adozzjoni tal-miżuri jew, l-iktar tard tliet snin mill-adozzjoni tagħhom.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Meta Stat Membru jitlob li jsir hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tressaqx lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkollhom jiġu adottati.”;

(14)

Fl-Artikolu 11b(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin mal-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 25.”

(15)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Il-Kummisjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tistudja jekk is-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet hux protett biżżejjed mill-‘insider dealing’ jew mill-manipulazzjoni tas-suq u jekk ikun xieraq, jippreżentaw proposti biex jiżguraw tali protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 tal-Jannar 2003 dwar ‘insider dealing’ u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (*) jistgħu jintużaw ma’ kwalunkwe aġġustament xieraq għall-applikazzjoni tagħhom fin-negozju tal-kommoditajiet.

(*)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.”"

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   M’għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju (**).

(**)  ĠU L 140, 5.6.2009, 114”"

(c)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“5.   Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10c.”

(16)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Validità tal-kwoti

1.   Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom ikunu validi għal emissjonijiet matul perjodi ta’ tmien snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013.

2.   Erba’ xhur wara l-bidu ta’ kull perjodu msemmi fil-paragrafu 1, kwoti li ma jkunux aktar validi u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati taħt l-Artikolu 12 għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom joħorġu kwoti lill-persuni għall-perijodu kurrenti sabiex jissostitwixxu l-kwoti miżmuma minnhom li huma kanċellati taħt l-ewwel subparagrafu.”

(17)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 14

Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data dwar it-tunellati-kilometri għall-għan ta’ applikazzjoni taħt l-Artikoli 3e jew 3f, li għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u għandu jispeċifika l-potenzjal għat-tisħin globali ta’ kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

2.   Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta bl-iskema Komunitarja assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement mar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.”

(18)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Verifika u Akkreditament”

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għall-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażat fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditament u s-superviżjoni ta’ verifikaturi. Dan għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditament u t-tneħħija tal-akkreditament, għar-rikonoxximent reċiproku, u l-valutazzjoni inter pares tal-entitajiet tal-akkreditament, kif ikun meħtieġ mill-każ.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(19)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni.

L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.”

(20)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.”

(21)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem għandhom jinżammu fir-reġistru Komunitarju għall-eżekuzzjoni ta’ proċessi relatati mal-ġestjoni ta’ kontijiet ta’ depożitu miftuħa fl-Istat Membru u l-allokazzjoni, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3.

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet awtorizzati konformement mal-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-modalitajiet adatti li jippermettu li l-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet Komunitarju jeffettwa tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħra għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 25(1b). Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll proċess għall-bidla u l-immaniġġjar tal-inċidenti għar-reġistru Komunitarju f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għandu jinkludi wkoll il-modalitajiet adegwati għar-Reġistru Komunitarju sabiex jiġi żgurat li jkunu possibbli inizjattivi tal-Istati Membri relatati mat-titjib tal-effiċjenza, l-immaniġġjar tal-infiq amministrattiv u l-miżuri tal-kontroll tal-kwalità.”

(22)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma’ din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom.”

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirrigwarda l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ allokazzjoni, l-użu tal-ERUs u s-CERs fl-iskema Komunitarja, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika, l-akkreditament, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-konformità ma’ din id-Direttiva”.

(23)

L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 22

Emendi fl-Annessi

L-Annessi ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, jistgħu jiġu emendati fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.

Dawk il miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(24)

Jiżdied paragrafu li ġej fl-Artikolu 23:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha”

(25)

L-Artikolu 24 huwa emendat b’li ġej:

“Artikolu 24

Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet

1.   Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, taħt din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema Komunitarja u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni

(a)

skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(2), jekk l-inklużjoni tirriferi għall-installazzjonijiet li m’humiex elenkati fl-Anness I, jew

(b)

skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), jekk l-inklużjoni tirriferi għall-attivitajiet u gassijiet serra li m’humiex elenkati fl-Anness I. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha.

2.   Meta tiġi approvata l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ fl-istess waqt tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali u tawtorizza Stati Membri oħrajn biex jinkludu attivitajiet u gassijiet addizzjonali.

3.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jista’ jiġi adottat Regolament dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(26)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet

1.   Addizzjonalment għall-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-iskema Komunitarja.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss tal-iskema Komunitarja għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar il-Komunità kollha.

2.   Jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-ikkreditar ta’ proġetti fil-livell Komunitarju msemmi fil-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

3.   Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess.

Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.”

(27)

Fl-Artikolu 25 jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali.

1b.   Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti fl-iskema Komunitarja jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.”

(28)

L-Artikoli 27, 28 u 29 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti

1.   Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b)

jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;

(c)

jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-iskema Komunitarja;

(d)

jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.

2.   Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata.

Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla fl-iskema Komunitarja, l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a.

3.   Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal fl-iskema Komunitarja taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni.

Kull istallazzjoni bħal din għandha tibqa’ fl-iskema Komunitarja għall-bqija tal-perjodu ta’ kummerċ.

4.   Għall-istallazzjonijiet li ma kinux iddaħħlu fl-iskema Komunitarja waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti simplifikati għall-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet fit-tliet snin li jiġu qabel in-notifika taħt il-paragrafu 1 punt (a).

Artikolu 28

Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

1.   Fi żmien tliet xhur wara li l-Komunità tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(a)

in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;

(b)

l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell Komunitarju sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;

(c)

il-kompetittività tal-industriji Komunitarji tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(d)

l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi Komunitarji oħra;

(e)

l-impatt fuq il-qasam agrikolu Komunitarju, inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(f)

il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija fil-Komunità;

(g)

l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;

(h)

il-ħtieġa li jiġu adottati aktar linji politiċi u miżuri Komunitarji fid-dawl tal-impenji Komunitarji u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra.

2.   Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat mill-Komunità u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.

Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.

3.   Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

4.   Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi fl-iskema Komunitarja għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.

5.   Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

Artikolu 29

Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar

Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.”

(29)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Miżuri f’każ li jkun hemm oxxillazzjonijiet kbar fil-prezzijiet

1.   Jekk, għal aktar minn sitt xhur konsekuttivi, il-prezz tal-kwoti jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwoti fuq is-suq Komunitarju tal-karbonju matul is-sentejn ta’ qabel, il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

2.   Jekk l-evoluzzjoni tal-prezz msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkorrispondix għar-regoli fundamentali tas-suq, tista’ tiġi adottati waħda mill-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqies il-grad tal-evoluzzjoni tal-prezz:

(a)

Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jantiċipaw l-irkantar bħala parti minn kwantità li trid tiġi rkantata.

(b)

Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jirkantaw sa 25 % tal-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 23(4).

3.   Kwalunkwe miżura għandha tqis kif xieraq ir-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill taħt l-Artikolu 29, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mogħtija mill-Istati Membri.

4.   L-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4).”

(30)

L-Anness I huwa sostitwit bl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(31)

L-Annessi IIa u IIb għandhom jiżdiedu, hekk kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

(32)

L-Anness III jitħassar.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Madankollu, għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(10) tad-Direttiva 2003/87/KE kif imdaħħal bl-Artikolu 1(6) ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bl-Artikolu 1(13) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dan.

Artikolu 3

Dispożizzjoni tranżitorja

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendati bid-Direttiva 2004/101/KE, bid-Direttiva 2008/101/KE u bir-Regolament (KE) Nru 219/2009, għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 66.

(2)  ĠU C 325, 19.12.2008, p. 19.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.

(4)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(5)  ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

(6)  ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 13.

(7)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(8)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fir-rigward tal-mekkaniżmi tal-proġett tal-Protokoll ta’ Kjoto (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

(11)  Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).

(12)  Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li jadatta numru ta’ atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109).

(13)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE huwa sostitwit b’li ġej:

“ANNESS I

KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

1.   L-istallazzjonijiet jew il-partijiet tal-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testjar ta’ prodotti u proċessi ġodda u istallazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa mhumiex koperti b’din id-Direttiva.

2.   Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.

3.   Meta l-input termiku nominali totali ta’ istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-iskema Komunitarja, l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta’ bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni ‘chemical looping’, torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b’input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. ‘Junits li jużaw biss il-bijomassa’ jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.

4.   Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni fl-iskema Komunitarja.

5.   Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.

6.   Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.

Attività

Il-gassijiet serra

Kombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW (minbarra istallazzjonijiet għat-trattament ta’ skart perikoluż jew muniċipali)

Dijossidu tal-karbonju

Irfinar ta’ żejt minerali

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-kokk

Dijossidu tal-karbonju

L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-‘pelletisation’

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż il-għoti tal-forma bla waqfien, b’kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati metriċi fis-siegħa.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ aluminju primarju.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Tnixxif jew kalċinazzjoni tal-ġipsum jew għall-produzzjoni tal-folji tal-ġibs u prodotti oħra tal-ġibs, fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità totali ta’ termika kkalkolata ta’ 20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-iswed tal-karbonju (carbon black) li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta’ sustanzi organiċi bħalma huma żjut, qatran, kraker (cracker) u residwi tad-distillazzjoni fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic)

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-ammonja

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u gass sintetiku bl-iffurmar mill-ġdid jew l-ossidazzjoni parzjali b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż l-25 tunnellata kuljum.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

Dijossidu tal-karbonju

Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Trasport ta’ gassijiet serra permezz ta’ linji ta’ pajpijiet għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

L-avjazzjoni

Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.

Din l-attività m’għandhiex tinkludi:

(a)

titjiriet imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ pajjiż li mhux Stat Membru, fejn dan jiġi ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus tar-rotta tal-ajru;

(b)

titjiriet militari mwettqin minn inġenji tal-ajru militari u titjiriet tad-dwana u talpulizija;

(c)

titjiriet relatati mat-tfittxija u s-salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizz mediku ta’ emerġenza awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa;

(d)

kwalunkwe titjira mwettqa esklussivament konformement mar-regoli viżwali tat-titjiriet kif definiti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(e)

titjiriet li jispiċċaw fl-ajrudrom minn fejn telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma sar l-ebda nżul intermedjarju;

(f)

titjiriet ta’ taħriġ imwettqin esklussivament bl-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew ta’ klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota ta’ inġenju tal-ajru fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ nota adegwata fil-pjan tar-rotta bil-kondizzjoni li t-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tmerkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;

(g)

titjiriet imwettqin esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika jew tal-iċċekkjar, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art;

(h)

titjiriet imwettqin minn inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata għat-tluq ta’ anqas minn 5 700  kg;

(i)

titjiriet imwettqin fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku impost konformement mar-Regolament (KEE) 2408/92 fuq rotot fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fuq rotot fejn il-kapaċità offruta ma’ taqbiżx it-30 000 post fis-sena; u

(j)

titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fl-ambitu ta’ din l-attività, li twettqu minn operatur tat-trasport tal-ajru kummerċjali li jopera jew:

anqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur; jew

titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ta’ anqas minn 10 000 tunellata fis-sena.

Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvernijiet u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt.”

Dijossidu tal-karbonju


ANNESS II

Dawn l-Annessi li ġejjin jiżdiedu bħala l-Anness IIa u l-Anness IIb tad-Direttiva 2003/87/KE:

ANNESS IIa

Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima

 

Sehem tal-Istat Membru

Il-Belġju

10 %

Il-Bulgarija

53 %

Ir-Repubblika Ċeka

31 %

L-Estonja

42 %

Il-Greċja

17 %

Spanja

13 %

L-Italja

2 %

Ċipru

20 %

Il-Latvja

56 %

Il-Litwanja

46 %

Il-Lussemburgu

10 %

L-Ungerija

28 %

Malta

23 %

Il-Polonja

39 %

Il-Portugall

16 %

Ir-Rumanija

53 %

Is-Slovenja

20 %

Is-Slovakkja

41 %

L-Iżvezja

10 %

ANNESS IIb

TQASSIM TAL-KWOTI GĦALL-IRKANT MILL-ISTATI MEMBRI TAĦT L-ARTIKOLU 10(2)(c) LI JIRRIFLETTU SFORZI BIKRIJA TA’ XI STATI MEMBRI SABIEX JINKISEB L-OBJETTIV TA’ 20 % TA’ TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Stat Membru

Tqassim ta’ 2 % meta mqabbel mal-bażi ta’ Kyoto f’perċentwali

Il-Bulgarija

15 %

Ir-Repubblika Ċeka

4 %

L-Estonja

6 %

L-Ungerija

5 %

Il-Latvja

4 %

Il-Litwanja

7 %

Il-Polonja

27 %

Ir-Rumanija

29 %

Is-Slovakkja

3 %


5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/88


DIRETTIVA 2009/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu u l-Artikolu 175(1) tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (3) tistabbilixxi speċifikazzjonijiet minimi għall-karburanti tal-petrol u tad-diżil għall-użu f’applikazzjonijiet mobbli tat-toroq u mhux tat-toroq għal raġunijiet sanitarji u ambjentali.

(2)

Wieħed mill-objettivi stabbiliti fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE (4) tat-22 ta’ Lulju 2002 huwa li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jew riskji għalihom. Fid-dikjarazzjoni tagħha li takkumpanja d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (5), il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u li jagħmlu l-ħsara lill-arja jekk għandu jsir progress sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità u pprevediet, b’mod partikolari, proposti leġislattivi ġodda li għandhom ikomplu jnaqqsu l-emissjonijiet nazzjonali ta’ sustanzi ewlenin li jniġġsu permessi mill-Istati Membri, inaqqsu l-emissjonijiet assoċjati mal-għoti mill-ġdid tal-karburant lill-karozzi li jaħdmu bil-petrol fil-pompi tal-petrol u jindirizzaw il-kontenut ta’ kubrit tal-karburanti, inklużi l-karburanti għall-użu fil-baħar.

(3)

Il-Komunità impenjat ruħha, taħt il-Protokoll ta’ Kjoto biex tilħaq il-miri fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra għall-perijodu 2008-2012. Il-Komunità impenjat ruħha wkoll sal-2020 għal tnaqqis ta’ 30 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra fil-kuntest ta’ ftehim globali u għal tnaqqis ta’ 20 % b’mod unilaterali. Is-setturi kollha jeħtieġ li jikkontribwixxu għal dawn il-miri.

(4)

Aspett wieħed tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra mit-trasport ġie ttrattat permezz tal-politika Komunitarja dwar is-CO2 u l-karozzi. L-użu tal-karburant għat-trasport jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-emissjonijiet Komunitarji totali tal-gassijiet b’effett serra. Il-monitoraġġ u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-karburanti jistgħu jikkontribwixxu sabiex jgħinu lill-Komunità tilħaq il-miri tagħha ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra permezz tad-dekarbonizzazzjoni tal-karburant tat-trasport.

(5)

Il-Komunità adottat regolamenti li jillimitaw l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu mill-vetturi ħfief u tqal użati fit-toroq. L-ispeċifikazzjoni tal-karburant hija waħda mill-fatturi li tinfluwenza l-faċilità li biha tali limiti ta’ emissjonijiet ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti.

(6)

Derogi mill-pressjoni massima tal-fwar tal-petrol fis-sajf għandu jkun limitat għal dawk l-Istati Membri b’temperaturi ambjentali baxxi fis-sajf. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat f’liema Stati Membri għandha tiġi permessa deroga. Dawn huma, fil-prinċipju, dawk l-Istati Membri fejn it-temperatura medja għall-parti l-kbira tat-territorju tagħhom hija anqas minn 12 °C għal mill-inqas tnejn mit-tliet xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu.

(7)

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (6), tiffissa limiti ta’ emissjonijiet għall-magni li jintużaw f’makkinarju mobbli mhux tat-toroq. Għat-tħaddim ta’ dan il-makkinarju jeħtieġ li jkun ipprovdut karburant li jippermetti l-funzjonament xieraq ta’ dawn il-magni.

(8)

Il-kombustjoni tal-karburant tat-trasport fit-toroq hija responsabbli għal madwar 20 % mill-emissjonijiet Komunitarji tal-gassijiet b’effett serra. Metodu wieħed sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet huwa billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ dawn il-karburanti. Dan jista’ jsir b’għadd ta’ modi. Meta wieħed iqis l-ambizzjoni tal-Komunità li l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra jitnaqqsu iktar u l-kontribuzzjoni sinifikanti li l-emissjonijiet tat-trasport fit-toroq jagħmlu, ikun xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jeħtieġ li l-fornituri tal-karburant jirrappurtaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant li huma jfornu u li jnaqqsuhom mill-2011 ‘il quddiem. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra mill-bijokarburanti għandha tkun identika għal dik stabbilita għall-finijiet tal-kalkolu tal-impatti tal-gassijiet b’effett serra taħt id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (7).

(9)

Il-fornituri għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2020, b’mod gradwali jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant sa 10 % għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u mill-enerġija fornuta. Dan it-tnaqqis għandu jammonta għal mill-inqas 6 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta mqabbel mal-livell medju fl-UE tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom fir-rigward ta’ kull unità ta’ enerġija mill-karburanti fossili fl-2010, permezz tal-użu tal-bijokarburanti, karburanti alternattivi u tnaqqis fl-ivvampar u l-kombustjoni fis-siti tal-produzzjoni. Soġġett għal reviżjoni, għandu jinkludi tnaqqis ulterjuri ta’ 2 % milħuq permezz tal-użu ta’ teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u vetturi elettriċi u tnaqqis ta’ 2 % ulterjuri addizzjonali milħuq permezz tax-xiri ta’ krediti skont il-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto. Dawn it- tnaqqis addizzjonali m’għandhomx ikunu vinkolanti għall-Istati Membri jew għall-fornituri tal-karburant mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-reviżjoni għandha tindirizza l-karattru mhux vinkolanti tagħhom.

(10)

Il-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha tkun sostenibbli. Il-bijokarburanti użati għall-konformità mal-miri ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu meħtieġa jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà. Bil-għan li jiġi żgurat approċċ koerenti bejn il-linji politiċi tal-enerġija u tal-ambjent, u biex jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozji u l-inkoerenza ambjentali li tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li jiġu pprovduti l-istess kriterji ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ bijokarburanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva minn naħa waħda u d-Direttiva 2009/28/KE min-naħa l-oħra. Għall-istess raġunijiet, f’dan il-kuntest għandu jiġi evitat ir-rappurtar doppju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-qafas ta’ kumitat speċifikament responsabbli għall-aspetti ta’ sostenibbiltà.

(11)

Id-domanda dinjija dejjem tikber għall-bijokarburanti, u l-inċentivi għall-użu tagħhom previst f’din id-Direttiva, m’għandux ikollhom l-effett li jinkoraġġixxu l-qerda ta’ artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi limitati, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreservati. Il-konsumaturi fil-Komunità isibu wkoll li jkun moralment inaċċettabbli li ż-żieda fl-użu tal-bjiokarburanti jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, jeħtieġ li jiġu pprovduti kriterji ta’ sostenibbiltà li jiżguraw li l-bijokarburanti jistgħu jikkwalifikaw għall-inċentivi biss meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’żoni bijodiversi jew, fil-każ ta’ żoni ddedikati għal skopijiet ta’ protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu, l-awtorità kompetenti rilevanti turi li l-produzzjoni tal-materja prima ma tinterferix ma’ dawn l-iskopijiet. Il-kriterji ta’ sostenibbiltà għandhom iqisu l-foresta bħala bijodiversa meta tkun foresta primarja skont id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-Evalwazzjoni Globali tagħha dwar ir-Riżorsi tal-Foresti, li l-pajjiżi jużaw madwar id-dinja biex jirrappurtaw dwar il-limitu tal-foresta primarja jew fejn hija protetta mil-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tan-natura. Żoni fejn isir ġbir ta’ prodotti forestali minbarra l-injam għandhom jiġu inklużi, bil-kondizzjoni li l-impatt mill-bniedem huwa żgħir. Tipi oħra ta’ foresti kif definiti mill-FAO, bħal foresti naturali modifikati, foresti semi-naturali u pjantaġġuni, m’għandhomx jitqiesu bħala foresti primarji. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, kemm moderati u kemm tropikali, inklużi savani, steppi, artijiet neqsin mix-xita u prateriji b’bijodiversità għolja, il-bijokarburanti magħmulin minn materja prima li toriġina minn artijiet bħal dawn m’għandhomx jikkwalifikaw għall-inċentivi previsti f’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji u firxiet ġeografiċi xierqa biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għandhom bijodiversità għolja skont l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u standards internazzjonali rilevanti.

(12)

Meta wieħed jikkalkula l-impatt tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tal-konverżjoni tal-art, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jużaw valuri attwali għall-ħażniet tal-karbonju assoċjati mal-użu ta’ referenza tal-art u mal-użu tal-art wara l-konverżjoni. Huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw valuri standard. Il-ħidma tal-Panel Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima huwa l-bażi xierqa għal dawn il-valuri standard. Dik il-ħidma bħalissa mhijiex espressa f’forma li tista’ tapplika immedjatament mill-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tipproduċi gwida li tispira ruħha minn dik il-ħidma li sservi bħala l-bażi għall-kalkolu tal-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż bidliet bħal dawn għal zoni ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ bejn 10 u 30 %, savani, artijiet neqsin mix-xita u prateriji.

(13)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġiji bil-ħsieb li tevalwa l-impatt tad-dranaġġ ta’ artijiet bil-pit fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.

(14)

L-art m’għandhiex tkun ikkonvertita għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti jekk it-telf tal-ħażna tagħha tal-karbonju wara l-konverżjoni ma setgħetx, f’perijodu raġonevoli b’kont meħud tal-urġenza li jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima, tiġi kkumpensata bl-iffrankar tal-gassijiet b’effett serra li jirriżulta mill-produzzjoni ta’ bijokarburanti. Dan jevita riċerka impenjattiva bla bżonn mill-operaturi ekonomiċi u l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li tirriżulta li mhijiex eliġibbli għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-bijokarburanti. L-inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jindikaw li l-artijiet mistagħdra u ż-żoni kontinwament ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ aktar minn 30 % għandhom ikunu inklużi f’dik il-kategorija. Żoni ifforestati b’kopertura ta’ ħaxix ta’ bejn 10 u 30 % għandhom ikunu inklużi wkoll, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li l-ħażna tal-karbonju tagħhom hija baxxa biżżejjed li jiġġustifika l-konverżjoni tagħhom skont ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-referenza għall-artijiet mistagħdra għandha tikkunsidra d-definizzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali, b’mod partikolari bħala Ħabitat tal-Għasafar tal-Ilma, adottata fit-2 ta’ Frar 1971 f’Ramsar.

(15)

L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva ser jinkoraġġixxu produzzjoni akbar ta’ bijokarburanti madwar id-dinja. Fejn il-bijokarburanti huma magħmula minn materja prima prodotta fil-Komunità, huma għandhom ikunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali tal-Komunità, għall-agrikoltura, inklużi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, u mar-rekwiżiti soċjali. Madankollu, hemm tħassib li l-produzzjoni ta’ bijokarburanti f’ċerti pajjiżi terzi jistgħu ma jirrispettawx ir-rekwiżiti minimi ambjentali jew soċjali. Hu għalhekk opportun li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ ftehim multilaterali u bilaterali u skemi internazzjonali jew nazzjonali volontarji li jkopru aspetti ambjentali u soċjali essenzjali, sabiex tingħata promozzjoni għas-sostenibbiltà fil-produzzjoni madwar id-dinja tal-bijokarburanti. Fin-nuqqas ta’ strumenti ta’ ftehim jew skemi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi ekonomiċi biex jirrappurtaw dwar dawk il-kwsitjonijiet.

(16)

Il-kriterji ta’ sostenibbiltà ikunu effettivi biss jekk iwasslu għal tibdiliet fl-imġiba tal-atturi fis-suq. Dawk it-tibdiliet iseħħu biss jekk il-bijokarburanti li jissodisfaw dawk il-kriterji jkunu jgawdu minn vantaġġ fil-prezz meta mqabbla ma’ dawk li ma jissodisfawhomx. Skont il-metodu tal-bilanċ tal-massa fil-verifika tal-konformità, hemm rabta fiżika bejn il-produzzjoni tal-bijokarburanti li jilħqu l-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-konsum ta’ bijokarburanti fil-Komunità, li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-provvista u d-domanda u tassigura vantaġġ fil-prezz li huwa ikbar milli f’sistemi fejn m’hemmx din ir-rabta. Biex ikun żgurat li bijokarburanti li jilħqu l-kriterji ta’ sostenibbiltà jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandha għalhekk tintuża biex tkun ivverifikata l-konformità. Dan għandu jżomm l-integrità tas-sistema filwaqt li fl-istess ħin jevitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija. Madankollu, jeħtieġ li jiġu analizzati metodi oħra ta’ verifika.

(17)

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu tal-Evalwazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju li fiha data utli għall-konservazzjoni ta’ mill-inqas dawk l-oqsma li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi bħall-protezzjoni tal-art fejn ix-xmajjar jibdlu d-direzzjoni u l-kontroll tal-erożjoni.

(18)

Il-prodotti sekondarji mill-produzzjoni u l-użu ta’ karburanti għandhom ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra. Il-metodu ta’ sostituzzjoni huwa adatt għall-finijiet ta’ analiżi tal-politika iżda mhux għar-regolamentazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi individwali u kunsinni individwali ta’ karburanti għat-trasport. F’dawn il-każijiet il-metodu ta’ allokazzjoni ta’ enerġija huwa l-aktar metodu xieraq peress li huwa faċilment applikat, huwa prevedibbli maż-żmien, jimminimizza inċentivi kontro-produċenti u jipproduċi riżultati li huma ġeneralment kumparabbli ma’ dawk mogħtija mill-metodu ta’ sostituzzjoni. Għall-finijiet ta’ analiżi tal-politika l-Kummissjoni għandha wkoll, fir-rappurtar tagħha, tippreżenta riżultati bl-użu tal-metodu ta’ sostituzzjoni.

(19)

Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat, għandha tiġi stabbilita lista ta’ valuri awtomatiċi għal-mogħdijiet komuni ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti u dik il-lista għandha tiġi aġġornata u għandha titwessa’ meta jkun hemm disponibbli aktar data affidabbli. L-operaturi ekonomiċi għandhom dejjem ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell ta’ ffrankar ta’ gassijiet b’effett serra għall-bijokarburanti stabbilit minn dik il-lista. Fejn il-valur awtomatiku għall-iffrankar ta’ gass b’effett serra minn linja ta’ produzzjoni huwa taħt il-livell minimu meħtieġ tal-iffrankar tal-gass b’effett serra, il-produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma’ dan il-livell minimu għandhom jintalbu juru li l-emissjonijiet reali mill-proċess tagħhom ta’ produzzjoni huma iktar baxxi minn dawk li kienu maħsuba fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi.

(20)

Ikun xieraq li d-data użata fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi tinkiseb minn sorsi esperti xjentifiċi u indipendenti u li tiġi aġġornati kif xieraq hekk kif dawk is-sorsi jagħmlu progress fil-ħidma tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lil dawk is-sorsi biex jindirizzaw, fl-aġġornament tal-ħidma tagħhom, l-emissjonijiet mill-kultivazzjoni, l-effett tal-kondizzjonijiet reġjonali u klimatoloġiċi, l-effetti ta’ kultivazzjoni li tuża agrikoltura sostenibbli u metodi agrikoli organiċi, u l-kontribuzzjoni xjentifika tal-produtturi, fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, u s-soċjetà ċivili.

(21)

Bil-għan li jkun evitat l-inkoraġġiment tal-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-bijokarburanti f’postijiet fejn dan jista’ jwassal għal emissjonijiet għoljin ta’ gass b’effett serra, l-użu ta’ valuri awtomatiċi għall-kultivazzjoni għandu jkun limitat għal reġjuni fejn dan l-effett jista’ jkun eskluż b’mod affidabbli. Madankollu, biex ma jkunx hemm piż amministrattiv sproporzjonat, jaqbel li l-Istati Membri jistabbilixxu medji nazzjonali jew reġjonali għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni, inkluż mill-użu ta’ fertilizzanti.

(22)

Id-domanda globali għall-prodotti agrikoli qed tikber. Parti minn din iż-żieda fid-domanda ser tkun sodisfatta permezz ta’ żieda fl-ammont ta’ art riżervata għall-agrikoltura. Ir-restawr ta’ art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet minn kontaminazzjoni qawwija u għalhekk ma tistax tintuża, fl-istat attwali tagħha, għal finijiet agrikoli huwa mod kif tiżdied il-medda ta’ art disponibbli għall-kultivazzjoni. L-iskema ta’ sostenibbiltà għandha tippromwovi l-użu ta’ art degradata restawrata peress li l-promozzjoni tal-bijokarburanti ser tikkontribwixxi għal żieda fid-domanda għall-prodotti bażiċi agrikoli. Anke jekk il-bijokarburanti nnifishom isiru mill-materja prima minn art li digà qed tintuża għall-agrikoltura, iż-żieda netta fid-domanda għal prodotti agrikoli kkawżata mill-promozzjoni tal-bijokarburanti tista’ twassal għal żieda netta fl-art użata għall-produzzjoni agrikola. Dan jista’ jaffetta art b’ħażna tal-karbonju għoli, bir-riżultat li jkun hemm telf fil-ħażniet tal-karbonju li jagħmlu ħsara. Biex jitnaqqas dan ir-riskju, huwa xieraq li jkunu introdotti miżuri ta’ akkumpanjament li jinkoraġġixxu rata ogħla ta’ produttività fuq art li diġà hija użata għall-produzzjoni agrikola, l-użu ta’ art degradata u l-adozzjoni ta’ rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, kumparabbli ma’ dawk stabbiliti f’din id-Direttiva għall-konsum Komunitarju tal-bijokarburanti, f’pajjiżi oħra li jikkunsmaw il-bijokarburanti. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija konkreta biex timminimizza l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra kkawżati minn bidliet indiretti fl-użu tal-art. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tanalizza, fuq il-bażi tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, b’mod partikolari, l-inklużjoni ta’ fattur għall-tibdiliet indiretti fl-użu tal-art fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u l-ħtieġa li tinċentivizza bijokarburanti sostenibbli li jimminimizzaw l-impatti ta’ tibdiliet fl-użu tal-art u li jtejbu s-sostenibbiltà tal-bijokarburanti fir-rigward tat-tibdiliet indiretti fl-użu tal-art. Fl-iżvilupp ta’ din il-metodoloġija, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tindirizzait-tibdiliet potenzjali indiretti fl-użu tal-art li jirriżultaw minn bijokarburanti prodotti minn materjal ċellulożiku mhux tal-ikel u minn materjal linjoċellulożiku.

(23)

Billi l-miżuri previsti fl-Artikoli 7b sa 7e tad-Direttiva 98/70/KE jippromwovu wkoll il-funzjonament tas-suq intern, billi jarmonizzaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti għall-iskopijiet tal-miri tal-kontabilità taħt dik id-Direttiva, u għaldaqstant jiffaċilitaw, skont l-Artikolu 7b(8) ta’ dik id-Direttiva, il-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-bijokarburanti li jikkonformaw ma’ dawn il-kondizzjonijiet, dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat.

(24)

Progress tekniku kontinwu fl-oqsma tat-teknoloġija awtomotiva u tal-karburanti flimkien max-xewqa kontinwa li jkun żgurat li l-livell ta’ protezzjoni ambjentali u sanitarja jkun ottimizzat jeħtieġu reviżjoni perijodika tal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburanti bbażata fuq studji u analiżijiet ulterjuri tal-impatt tal-additivi u tal-komponenti tal-bijokarburanti fuq l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu. Għaldaqstant, għandhom isiru rapporti regolari dwar il-possibbiltà li tkun iffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tal-karburanti tat-trasport.

(25)

L-użu tad-deterġenti jista’ jikkontribwixxi sabiex il-magni jinżammu nodfa u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu. Fil-preżent għadu ma ġie stabbilit l-ebda mod sodisfaċenti ta’ kif jiġu ttestjati l-kampjuni tal-karburanti għall-karatteristiċi ta’ deterġenza tagħhom. Għaldaqstant, ir-responsabbiltà sabiex il-konsumaturi tagħhom ikunu infurmati dwar il-benefiċċji tad-deterġenti u dwar l-użu tagħhom qiegħda f’idejn il-fornituri tal-karburanti u tal-vetturi. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk żviluppi ulterjuri jirriżultawx f’approċċ aktar effettiv sabiex l-użu ta’ u l-benefiċċju mid-deterġenti jkunu ottimizzati.

(26)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-taħlit tal-etanol fil-petrol għandhom ikunu riveduti fuq il-bażi tal-esperjenza akkwistata mill-applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE. Ir-reviżjoni għandha teżamina b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti fuq il-pressjoni tal-fwar u l-alternattivi possibbli sabiex ikun żgurat li t-taħlitiet tal-etanol ma jaqbżux il-limiti aċċettabbli tal-pressjoni tal-fwar.

(27)

It-taħlit tal-etanol fil-petrol iżid il-pressjoni tal-fwar tal-karburant li jirriżulta. Barra minn hekk, il-pressjoni tal-fwar tal-petrol għandha tiġi kkontrollata sabiex ikunu limitati l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja.

(28)

It-taħlit tal-etanol fil-petrol jirriżulta f’bidla mhux lineari tal-pressjoni tal-fwar tat-taħlita ta’ karburanti li tirriżulta. Huwa xieraq li wieħed jaħseb għall-possibbiltà ta’ deroga mill-pressjoni massima tal-fwar tas-sajf għal taħlitiet bħal dawn wara evalwazzjoni xierqa mill-Kummissjoni. Deroga għandha tkun tiddependi fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja u t-tniġġis tal-arja. Tali deroga għandha tikkorrispondi maż-żieda effettiva fil-pressjoni tal-fwar li tirriżulta miż-żieda ta’ perċentwal partikolari ta’ etanol mal-petrol.

(29)

Sabiex jinkoraġġixxu l-użu ta’ karburanti b’livell baxx ta’ karbonju filwaqt li jirrispettaw il-miri għat-tniġġis tal-arja, ir-raffinaturi tal-petrol, fejn ikun possibbli, għandu jkollhom disponibbli petrol b’livell baxx ta’ pressjoni tal-fwar fil-volumi meħtieġa. Peress li bħalissa dan mhuwiex il-każ, għandu jiġi miżjud il-limitu tal-pressjoni tal-fwar għat-taħlitiet tal-etanol, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, sabiex is-suq tal-bijokarburanti jitħalla jiżviluppa.

(30)

Ċerti vetturi qodma ma jistgħux jużaw petrol b’kontenut għoli ta’ bijokarburant. Dawn il-vetturi jistgħu jivvjaġġaw minn Stat Membru għal ieħor. Huwa għalhekk xieraq li jiġi żgurat għal perijodu tranżitorju, il-forniment kontinwu ta’ petrol adattat għal dawn il-vetturi qodma. L-Istati Membri għandhom b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati, jiżguraw kopertura ġeografika xierqa li tirrifletti d-domanda għal petrol bħal dan. It-tikkettar tal-petrol, pereżempju bħala E5 jew E10, għandu jkun konsistenti mal-istandard rilevanti li fassal il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(31)

Ikun xieraq li jiġi adattat l-Anness IV għad-Direttiva 98/70/KE biex ikun possibbli t-tqegħid fis-suq ta’ karburanti tad-diżil b’kontenut ogħla ta’ bijokarburant (“B7”) minn dak previst fl-istandard EN 590:2004 (“B5”). Dan l-istandard għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ u għandu jistabbilixxi limiti għall-parametri tekniċi mhux inklużi f’dak l-Anness, bħall-istabbiltà tal-ossidazzjoni, il-flash point, ir-residwu tal-karbonju, il-kontenut tal-irmied, il-kontenut tal-ilma, il-kontaminazzjoni totali, il-korrużjoni tal-istrixxa tar-ram, il-lubriċità, il-viskożità kinematika, il-punt ta’ dardir, il-punt fejn jitwaħħal il-filtru kiesaħ, il-kontenut ta’ fosfru, l-indiċi tal-aċidu, il-perossidi, il-varjazzjoni fl-indiċi tal-aċidi, it-tniġġis tal-injettur u ż-żieda ta’ addittivi għall-istabbiltà.

(32)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazjoni effettiva tal-bijokarburanti, is-CEN huwa inkoraġġit ikompli jaħdem rapidament fuq standard li jippermetti li livelli ogħla ta’ komponenti tal-bijokarburanti jitħalltu fid-diżil u, b’mod partikolari, biex jiġi żviluppat standard għal “B10”.

(33)

Huwa meħtieġ limitu għall-kontenut tal-aċidu grass methyl ester (FAME) fid-diżil għal raġunijiet tekniċi. Madankollu, limitu bħal dan mhuwiex meħtieġ għal komponenti oħra tal-bijokarburant, bħal idrokarburi puri li jixbħu d-diżil magħmula mill-bijomassa bl-użu tal-proċess Fischer Tropsch jew żejt veġetali idrotrattat.

(34)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu passi xierqa biex jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq taż-żejt tal-gass li fih 10 ppm kubrit qabel l-1 ta’ Jannar 2011.

(35)

L-użu ta’ addittivi metalliċi speċifiċi, u b’mod partikolari l-użu tal-Methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT), jista’ jgħolli r-riskju ta’ ħsara lis-saħħa tal-bniedem u jista’ jikkawża ħsara lill-magni tal-vetturi u lit-tagħmir tal-kontroll tal-emissjonijiet. Bosta manifatturi tal-vetturi jwissu kontra l-użu ta’ karburanti li jkun fihom additivi metalliċi u l-użu ta’ karburant bħal dan jista’ jannulla l-validità tal-garanziji tal-vetturi. Għalhekk huwa xieraq li l-effetti tal-użu ta’ additivi metalliċi MMT fil-karburant jiġi rivedut kostantement b’konsultazzjoni ma’ dawk kollha interessati. Sakemm issir aktar reviżjoni huwa neċessarju li jittieħdu passi biex tiġi limitata s-serjetà ta’ kwalunkwe ħsara li tista’ ssir. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi ffissat limitu massimu għall-użu tal-MMT fil-karburant, ibbażat fuq l-għarfien xjentifiku attwalment disponibbli. Dan il-limitu għandu jiġi rivedut ‘il fuq biss jekk l-użu ta’ rati ogħla ta’ dożaġġ jista’ jintwera li ma jikkawżax effetti negattivi. Sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jinvalidaw il-garanziji tal-vetturi tagħhom mingħajr ma jkunu jafu, huwa neċessarju wkoll li jintalab li karburant li jkun fih additivi metalliċi jkollu dan indikat.

(36)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (8), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u biex jagħmlu dawk it-tabelli pubbliċi.

(37)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9).

(38)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-mekkaniżmu biex jiġu mmoniterjati u mnaqqsal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, biex tadatta l-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi meħtieġa biex jiġi evalwat jekk il-kriterji tas-sostenibilità ġews issodisfati fir-rigward tal-bijokarburanti, biex tistabbilixxi kriterji u firxiet ġeografiċi għal mergħat b’bijodiversità kbira, biex tirrevedi l-limitu għall-kontenut MMT tal-karburant u biex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku l-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijet ta’ gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karburant, il-metodi analitiċi permessi relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant u d-deroga tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-petrol li fih il-bijoetanol. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva bl-adattament tal-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi, huma għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(39)

Id-Direttiva 98/70/KE tipprovdi għal għadd ta’ speċifikazzjonijiet ta’ karburanti li wħud minnhom issa huma żejda. Barra minn hekk, fiha dettalji dwar numru ta’ derogi li skadew. Sabiex kollox ikun aktar ċar għalhekk jixraq li dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru.

(40)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (10) tistabbilixxi wħud mill-aspetti tal-użu tal-karburanti fit-trasport f’passaġġi tal-ilma interni. Id-delimitazzjoni bejn dik id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE jeħtieġ li tiġi ċċarata. Iż-żewġ Direttivi jistabbilixxu limiti għall-kontenut massimu ta’ kubrit taż-żejt tal-gass li jintuża fil-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni. Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, għalhekk jixraq li dawk id-Direttivi jiġu aġġustati, sabiex att wieħed biss jistabbilixxi dan il-limitu.

(41)

Ġew żviluppati teknoloġiji tal-magni ġodda u aktar nodfa għall-bastimenti tal-ilmijiet interni. Dawn il-magni jistgħu biss jingħataw karburant b’kontenut baxx ħafna ta’ kubrit. Il-kontenut tal-kubrit tal-karburanti tal-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni għandu jitnaqqas malajr kemm jista’ jkun.

(42)

Għalhekk, id-Direttiva 98/70/KE u d-Direttiva 1999/32/KE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(43)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-kontenut tal-kubrit ta’ ċerti karburanti likwidi (11) matul iż-żmien ġiet emendata b’mod estensiv u b’konsegwenza ta’ dan m’għadha tinkludi l-ebda element ta’ sustanza. Għalhekk għandha tiġi revokata.

(44)

Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat suq wieħed għall-karburant tat-trasport fit-toroq u għall-makkinarju mobbli mhux tat-toroq u li jkun żgurat ir-rispett għal livelli minimi ta’ protezzjoni ambjentali mill-użu ta’ dan il-karburant ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward tal-vetturi tat-triq, u makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni meta ma jkunux fil-baħar), tratturi tal-biedja u tal-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni meta ma jkunux fil-baħar:

(a)

speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa għal karburanti biex jintużaw għal vetturi mgħammra b’magni ‘positive ignition’ u ‘compression ignition’, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta’ dawn il-magni; u

(b)

mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja.”;

2.

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu:

(i)

il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

‘żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli li mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja u l-forestrija, u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni’ tfisser kwalunkwe likwidu li ġej miż-żejt, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41 u 2710 19 45 (*), maħsub għall-użu f’magni ‘compression ignition’ imsemmija fid-Direttivi 94/25/KE (**), 97/68/KE (***) u 2000/25/KE) (****);

(*)  In-numerazzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet NM kif speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.6.1987, p. 1)."

(**)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15."

(***)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1."

(****)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.”;"

(ii)

il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“5.

‘Stati Membri b’temperaturi baxxi ambjentali fis-sajf’ tfisser id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit;

6.

‘emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-emissjonijiet netti kollha ta’ CO2, CH4 u N2O li jistgħu jkunu assenjati lill-karburant (inklużi l-komponenti mħallta) jew lill-enerġija fornuta. Dan jinkludi l-istadji kollha rilevanti mill-estrazzjoni sal-kultivazzjoni, inklużi l-bidliet fl-użu tal-art, it-trasport u d-distribuzzjoni, l-ipproċessar u l-kombustjoni, irrispettivament minn fejn iseħħu dawk l-emissjonijiet;

7.

‘emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għal kull unità ta’ enerġija’ tfisser il-massa totali ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra ekwivalenti għas-CO2, assoċjati mal-karburant jew l-enerġija fornuta, diviż bil-kontenut totali tal-enerġija tal-karburant jew tal-enerġija fornuta (għall-karburant, espress bħala l-valur baxx ta’ tisħin tiegħu);

8.

‘fornituri’ tfisser l-entità responsabbli għall-passaġġ tal-karburant jew tal-enerġija permezz ta’ punt tad-dazju tas-sisa jew, jekk mhi dovuta l-ebda sisa, kwalunkwe entità oħra rilevanti nominata minn Stat Membru;

9.

‘bijokarburanti’ għandha l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (*****).

(*****)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16”;"

(b)

It-tieni paragrafu għandu jitħassar;

3.

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 2 sa 6 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-petrol jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk ikunu mħarsal-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness I.

Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-fornituri jiżguraw it-tqegħid fis-suq ta’ petrol b’kontenut massimu ta’ ossiġnu ta’ 2,7 % u b’kontenut massimu ta’ etanol ta’ 5 % sal-2013 u jistgħu jeħtieġu t-tqegħid fis-suq ta’ petrol bħal dan għal perijodu itwal jekk iqisu li dan ikun meħtieġ. Huma għandhom jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar il-kontenut ta’ bijokarburant fil-petrol u, b’mod partikolari, dwar l-użu xieraq tat-taħlitiet differenti ta’ petrol.

4.   L-Istati Membri b’temperatura ambjentali tas-sajf baxxa jistgħu, soġġett għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq fil-perjodu tas-sajf ta’ petrol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 70 kPa.

L-Istati Membri fejn id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax jistgħu, bla ħsara għall-paragrafu 5, jippermettu t-tqegħid fis-suq matul il-perijodu tas-sajf ta’ petrol li jkun fih l-etanol bi pressjoni massima tal-fwar ta’ 60 kPa kif ukoll ir-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III, bil-kondizzjoni li l-etanol użat ikun bijokarburant.

5.   Fejn l-Istati Membri jkunu jixtiequ japplikaw xi waħda mid-derogi previsti fil-paragrafu 4, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jgħaddu kull informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pożittività u t-tul ta’ żmien tagħha, filwaqt li tqis:

(a)

il-ħtieġa li jiġu evitati problemi soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minn pressjoni tal-fwar ogħla, inklużi l-ħtiġijiet ta’ adattament tekniku limitati fiż-żmien; u

(b)

il-konsegwenzi ambjentali jew fuq is-saħħa tal-pressjoni ogħla mill-fwar u, b’mod partikolari, l-impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja, kemm fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll fi Stati Membri oħra.

Jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni turi li d-deroga ser tirriżulta f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja jew it-tniġġis tal-arja, inklużi l-valuri ta’ limitu rilevanti u l-limiti massimi tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-valuri ta’ mira rilevanti.

Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ japplika d-deroga mitluba.

6.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ petrol biċ-ċomb, b’kontenut ta’ ċomb li ma jaqbiżx iż-0,15 g/l sa massimu ta’ 0,03 % mill-bejgħ totali, li jrid jintuża minn vetturi qodma ta’ natura karatteristika u li jrid jitqassam permezz ta’ gruppi ta’ interess speċjali.”;

(b)

Il-paragrafu 7 għandu jitħassar;

4.

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Karburant tad-diżil

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Minkejja r-rekwiżiti tal-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ diżil b’kontenut ta’ aċidu grass methyl ester (FAME) ta’ aktar minn 7 %.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata informazzjoni xierqa lill-konsumaturi rigward il-kontenut ta’ bijokarburant tal-karburant tad-diżil, b’mod partikolari l-FAME.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008, iż-żjut tal-gass maħsuba biex jintużaw minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-foresterija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq fi ħdan it-territorju tagħhom biss jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk iż-żjut tal-gass ma jaqbiżx l-1 000 mg/kg. Mill-1 ta’ Jannar 2011, il-kontenut massimu permissibbli ta’ kubrit f’dawn iż-żjut tal-gass għandu jkun ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburanti likwidi barra minn dawk iż-żjut tal-gass jistgħu jintużaw f’bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni biss jekk il-kontenut ta’ kubrit f’dawn il-karburanti likwidi ma jaqbiżx il-kontenut massimu permissibbli ta’ dawk iż-żjut tal-gass.

Madankollu, sabiex tiġi akkomodata kontaminazzjoni minuri fil-katina tal-provvista, l-Istati Membri jistgħu, mill-1 ta’ Jannar 2011, jippermettu li żejt tal-gass maħsub biex jintuża minn makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi l-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u minn dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, ikun fih sa 20 mg/kg ta’ kubrit fil-punt tal-aħħar distribuzzjoni għall-utenti finali. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll it-tqegħid fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2011 ta’ żejt tal-gass li jkun fih sa 1000 mg/kg ta’ kubrit għal vetturi ferrovjarji u tratturi agrikoli u tal-forestrija, bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu jiżguraw li t-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet ma jiġix kompromess.

3.   Rigward ir-reġjuni l-iktar imbiegħda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-karburant tad-diżil u ż-żejt tal-gass b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarha.

4.   Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin ħorox, il-punt massimu tad-distillazzjoni ta’ 65 % f’temperatura ta’ 250 °C għall-karburanti tad-diżil u ż-żejt tal-gass jista’ jiġi mibdul b’punt massimu ta’ distillazzjoni ta’ 10 % (vol/vol) f’temperatura ta’ 180 °C.”;

5.

għandhu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-fornitur jew il-fornituri responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u l-enerġija fornuta. Fil-każ tal-fornituri tal-elettriku għall-użu f’vetturi tat-toroq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-fornituri jkunu jistgħu jagħżlu li jsiru kontributuri għall-obbligu ta’ tnaqqis stabbilit fil-paragrafu 2 jekk ikunu jistgħu juru li jistgħu jkejlu u jimmonitorjaw b’mod adegwat l-elettriku fornut għall-użu f’dawk il-vetturi.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-fornituri għandhom jirrapportaw kull sena, lill-awtorità nnominata mill-Istat Membru, dwar l-intensità tal-gass b’effett serra tal-karburant u l-enerġija pprovduta f’kull Stat Membru billi jagħtu, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum totali ta’ kull tip ta’ karburant jew enerġija fornuta, filwaqt li jindikaw minn fejn inxtraw u l-oriġini tagħhom; u

(b)

l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jkunu soġġetti għal verifika.

Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun il-każ, tistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-fornituri biex bl-aktar mod gradwali possibbli jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu ta’ ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant u mill-enerġija fornuti sa massimu ta’ 10 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard tal-linja bażi tal-karburant imsemmi fil-paragrafu 5(b). Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:

(a)

6 % sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-fornituri, għal dan it-tnaqqis, biex jikkonformaw mal-miri intermedji li ġejjin: 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2014 u 4 % sal-31 ta’ Diċembru 2017;

(b)

mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetti għall-Artikolu 9(1)(h), li għandha tintlaħaq permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin, jew it-tnejn li huma:

(i)

il-forniment ta’ enerġija għat-trasport fornuta għall-użu fi kwalunkwe tip ta’ vettura tat-triq, makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni), tratturi tal-biedja jew tal-forestrija jew dgħajjes li jintuaw għar-rikreazzjoni;

(ii)

l-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija (fosthom il-qbid tal-karbonju u l-ħażna) li tkun kapaċi li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija mill-karburant jew l-enerġija fornuti;

(c)

mira addizzjonali indikattiva ta’ 2 % sal-31 ta’ Diċembru 2020, soġġetta għall-Artikolu 9(1)(i), li għandha tintlaħaq permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija permezz tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwwa l-Komunità (******), għal tnaqqis fis-settur tal-provvista tal-karburanti.

3.   L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 7d. L-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn karburanti u enerġiji oħra għandhom ikunu kkalkulati bl-użu ta’ metodoloġija stabbilita f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li grupp ta’ fornituri jistgħu jagħżlu li jissodisfaw l-obbligi tat-tnaqqis skont il-paragrafu 2 flimkien. F’dan il-każ għandhom jitqiesu bħala fornitur wieħed għall-finijiet tal-paragrafu 2.

5.   Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4). Dawn il-miżuri jinkludu, b’mod partikulari:

(a)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti minbarra bijokarburanti u mill-enerġija;

(b)

il-metodoloġija li tispeċifika, qabel l-1 ta’ Jannar 2011, l-istandard tal-linja ta’ bażi għall-karburanti dwar l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija tal-karburanti fossili fl-2010 għall-finijiet tal-paragrafu 2;

(c)

kwalunkwe regola meħtieġa biex tagħti effett lill-paragrafu 4;

(d)

il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-vetturi tat-triq tal-elettriku, li għandhom ikunu kompatibbli mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(******)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.”;"

6.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 7b, 7c, 7d u 7e li ġejjin:

“Artikolu 7b

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti

1.   Irrispettivament minn jekk il-materja prima kenitx ikkultivata ġewwa jew barra t-territorji tal-Komunità, l-enerġija mill-bijokarburanti għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-Artikolu 7a biss jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu l-bijokarburanti prodotti mill-iskart u r-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, l-akwakultura, is-sajd u l-foresterija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a.

2.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-użu ta’ bijokarburanti kkunsidrat għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 35 %.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2017, l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti meqjus għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ mill-anqas 50 %. Mill-1 ta’ Jannar 2018 dak l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandu jkun ta’ mill-anqas 60 % għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi prodotti f’impjanti li jkunu bdew il-produzzjoni fl-1 ta’ Jannar 2017 jew wara.

L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jirriżulta mill-użu ta’ bijokarburanti għandu jkun ikkalkulat skont l-Artikolu 7d(1).

Fil-każ ta’ bijokarburanti prodotti minn impjanti li kienu operattivi fit-23 ta’ Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

3.   Il-bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli ta’ bijodiversità, jiġifieri art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, kemm jekk l-art għad għandha dan l-istatus u kemm jekk le:

(a)

foresta primarja u art oħra bis-siġar, jiġifieri foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti;

(b)

żoni indikati:

(i)

mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura; jew

(ii)

għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċi rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4);

sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(c)

art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja li hija:

(i)

naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li ser tibqa’ art bil-ħaxix fin-nuqqas ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċi naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew

(ii)

mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax art bil-ħaxix u li hija rikka fl-ispeċijiet u mhijiex degradata, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza li l-ħsad tal-materja prima tkun meħtieġa biex jinżamm l-istatus ta’ art bil-ħaxix.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

4.   Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha dak l-istatus:

(a)

artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;

(b)

żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

(c)

art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta’ karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.

5.   Il-bijokarburanti kkundistrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art li kienet art tal-peat f’Jannar 2008, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-kultivazzjoni u l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma tinvolvix dranaġġ ta’ ħamrija li qabel ma jkunx sarilha dranaġġ.

6.   Materja prima agrikola kkultivata fil-Komunità u użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 7a għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija taħt l-intestatura ‘Ambjent’ fil-Parti A u fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (*******) u skont ir-rekwiżiti minimi għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba definita skont l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

7.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fir-rigward kemm tal-pajjiżi terzi u kemm tal-Istati Membri li huma sors sinifikanti ta’ bijokarburanti jew ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, dwar miżuri nazzjonali meħuda b’rispett għall-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 u għall-ħarsien tal-ħamrija, l-ilma u l-arja. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fl-2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà soċjali fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi taż-żieda tad-domanda għall-bijokarburanti, dwar l-impatt tal-politika tal-Komunità dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel bi prezzijiet li jintlaħqu minn kulħadd, b’mod partikolari għall-persuni li jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dwar kwistjonijiet ġenerali oħrajn marbutin mal-iżvilupp. Ir-rapporti għandhom jittrattaw ir-rispett tad-drittijiet tal-użu tal-art. Huma għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburanti kkunsmati fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta kull waħda mill-Konvenzjonijiet li ġejjin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:

il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju (Nru 29);

il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87);

il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98);

il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs (Nru 100);

il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (Nru 105);

il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjieg u l-Professjoni (Nru 111);

il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għad-Dħul fl-Impjieg (Nru 138);

il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal (Nru 182).

Dawk ir-rapporti għandhom jiddikjaraw, kemm għall-pajjiżi terzi kif ukoll għall-Istati Membri li huma sors importanti ta’ materja prima għall-bijokarburant ikkunsmat fil-Komunità, jekk il-pajjiż ikunx irratifika u implimenta:

il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-bijosigurtà;

il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2012. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, azzjoni korrettiva, b’mod partikolari jekk ikun hemm evidenza li l-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-ikel.

8.   Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà, bijokarburanti miksuba skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7c

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti

1.   Fejn bijokarburanti għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-Artikolu 7a, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5) ġew sodisfatti. Għal dak il-għan huma għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:

(a)

tippermetti li kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jiġu mħallta;

(b)

teħtieġ li informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u d-daqsijiet tal-kunsinni msemmija fil-punt (a) tibqa’ assenjata lit-taħlita; u

(c)

tipprovdi li s-somma tal-kunsinni kollha meħuda mit-taħlita tiġi deskritta bħala li għandha l-istess karatteristiċi ta’ sostenibbiltà, fl-istess kwantitajiet, bħas-somma tal-kunsinni kollha miżjuda mat-taħlita.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2010 u fl-2012 dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tip jew it-tipi kollha ta’ materja prima jew bijokarburanti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li tiġt evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ metodi oħra ta’ verifika.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex titħejja l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ verifika indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi. Dan għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija ta’ teħid tal-kampjuni u l-affidabilità tad-data.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata, l-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars kif ukoll informazzjoni xierqa u rilevanti dwar il-miżuri meħuda biex jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), tistabbilixxi l-lista tal-informazzjoni xierqa u rilevanti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi.. Hija għandha tiżgura, b’mod partikolari, li l-għoti ta’ dik l-informazzjoni ma jkunx ta’ piż amministrattiv eċċessiv għall-operaturi b’mod ġenerali jew fuq il-bdiewa sidien ta’ farms żgħar, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi b’mod partikolari.

L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw kemm jekk il-bijokarburanti jkunu prodotti fil-Komunità jew ikunu importati.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f’forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE f’forma mqassra u żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

4.   Il-Komunità għandha tħabrek biex tikkonkludi strumenti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar kriterji ta’ sostenibbiltà li jikkorrispondu ma’ dawk ta’ din id-Direttiva. Fejn il-Komunità tkun ikkonkludiet strumenti ta’ ftehim li fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-kwsitjonijiet koperti mill-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-istrumenti ta’ ftehim juru li l-bijokarburanti prodotti minn materja prima kkultivata f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà inkwistjoni. Meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu konklużi, għandha tingħata konsiderazzjoni debita tal-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjomi ħamrija, l-ilma u l-arja, għall-bidliet indiretti fl-użu tal-art, għar-restawr tal-art degradata, għall-evitar ta’ konsum eċċessiv ta’ ilma f’zoni fejn l-ilma ikun skars u għall-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(3) sa (5). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkun fihom informazzjoni preċiża għall-finijiet ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda favur il-konservazzjoni taz-zoni li jipprovdu, f’sitwazzjonijiet kritiċi, servizzi bażiċi ta’ ekosistemi (bħall-protezzjoni tal-medded ta’ art fl-għoli b’nixxiegħat fuq ġenb iferrgħu fi xmara u l-kontroll tal-erożjoni), għall-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja, ir-ristawr tal-art degradata u dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(7). Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni tan-natura jew għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu rikonoxxuti bi strumenti ta’ ftehim internazzjonali jew inklużi fil-listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(b)(ii).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi liema skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra jkollhom data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 7b(2).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li art, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali mmirat li jtejjeb art li ddeterjorat b’mod gravi jew li sofriet kontaminazzjoni qawwija tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 biss jekk il-ftehim jew l-iskema kkonċernati jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti. Fil-każ ta’ skemi li jkejlu l-iffrankar ta’ gass b’effett serra, dawn l-iskemi għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti metodoloġiċi fl-Anness IV. Listi ta’ żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità kif imsemmija fl-Artikolu 7b(3)(b)(ii) għandhom jissodisfaw standards adegwati ta’ oġġettività u koerenza ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment u jipprevedu għal proċeduri adegwati ta’ appell.

6.   Id-deċiżjonijiet taħt il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

7.   Meta operatur ekonomiku jipprovdi prova jew dejta miksuba skont ftehim jew skema li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni taħt il-paragrafu 4, sal-punt kopert minn dik id-deċiżjoni, Stat Membru m’għandux jeħtieġ li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta’ konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 7b(2) sa (5), u lanqas informazzjoni dwar il-miżuri msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

8.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 7b fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(3), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant magħmul minn dak is-sors għall-finijiet tal-Artikolu 7a.

9.   Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

l-effettività tas-sistema attwali għall-għoti ta’ informazzjoni dwar kriterji ta’ sostenibbiltà; u

(b)

jekk ikunx fattibbli u opportun li jiddaħħlu rekwiżiti mandatorji dwar il-protezzjoni tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, fid-dawl tal-aktar evidenza xjentifika reċenti u l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tipproponi azzjoni korrettiva.

Article 7d

Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-bijokarburanti

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b(2), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn bijokarburanti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a)

fejn valur awtomatiku għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għall-mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness IV u fejn il-valur el għal dawk il-bijokarburanti kkalkulat skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness IV huwa ugwali għal żero jew anqas, billi jintuża dak il-valur awtomatiku;

(b)

bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV; jew

(c)

billi jintuża valur ikkalkulat bħala s-somma tal-fatturi tal-formola msemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV, fejn il-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness IV jistgħu jintużaw għal xi fatturi, u valuri reali, ikkalkulati skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness IV, għall-fatturi l-oħra kollha.

2.   Sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk iż-żoni fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) jew bħala livell NUTS aktar diżaggregat skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (********) fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura ‘Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni’ fil-Parti D tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Dak il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-produzzjoni mistennija ta’ materja prima.

3.   Il-valuri awtomatiċi fil-Part A tal-Anness IV, u l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni fil-Parti D tal-Anness IV, jistgħu jintużaw biss meta l-materja prima tagħhom tkun:

(a)

ikkultivata barra milll-Komunità;

(b)

ikkultivata fil-Komunità f’żoni inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2; jew

(c)

skart jew residwi oħra minbarra residwi tal-agrikoltura, tal-akwakoltura u tas-sajd.

Għall-bijokarburanti li ma jaqgħux taħt il-punti (a), (b) jew (c), għandhom jintużaw il-valuri reali għall-kultivazzjoni.

4.   Sal-31 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà li jitfasslu listi ta’ żoni f’pajjiżi terzi fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura ‘kultivazzjoni’ fil-Parti D tal-Anness IV, akkumpanjat jekk jista’ jkun b’tali listi u b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użati għall-istabbiliment ta’ dawk il-listi. Ir-rapport għandu, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull sentejn wara dan, dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fil-Partijiet B u E tal-Anness IV, b’attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li l-valuri jiġu kkoreġuti. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

6.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-impatt tal-bdil indirett fl-użu tal-art fuq l-emissjoni ta’ gass b’effett serra u li jindirizza modi kif jitnaqqas dak l-impatt. Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat bi proposta li tkun ibbażata fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, u li tinkludi metodoloġija konkreta għall-emissjonijiet mill-ħażna tal-karbonju kkawzati minn bidliet indiretti fl-użu tal-art, li tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva, b’mod partikulari l-Artikolu 7b(2).

Din il-proposta għandha tinkludi s-salvagwardji meħtieġa biex tipprovdi ċ-ċertezza għall-investiment li jkun sar qabel ma tiġi applikata dik il-metodoloġija. Fir-rigward tal-impjanti li jkunu pproduċew il-bijokarburanti qabel it-tmiem tal-2013, l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx, sal-31 ta’ Diċembru 2017, iwasslu għall-produzzjoni tal-bijokarburanti minn dawk l-impjanti li jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà ta’ din id-Direttiva jekk ikunu diġà għamlu dan, sakemm dawk il-bijokarburanti ma jiksbux iffrankar ta’ gass b’effett serra ta’ mill-inqas 45 %. Dan għandu japplika għall-kapaċitajiet tal-impjanti tal-bijokarburanti sa tmiem l-2012.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu sforz biex, sal-31 ta’ Diċembru 2012, jiddeċiedu dwar kwalunkwe proposta bħal din li tkun ippreżentata mill-Kummissjoni.

7.   L-Anness IV jista’ jkun adattat għall-progress tekniku u xjentifiku, inkluż biż-żieda ta’ valuri għal iżjed linji ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti għall-istess materja prima jew għal oħrajn u bil-modifikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti C. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissuplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 11(4).

Dwar il-valuri awtomatiċi u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lil:

il-mod kif jiġu ttrattati l-iskart u r-residwi;

il-mod kif jiġu ttrattati l-prodotti sekondarji;

il-mod kif tiġi ttrattata l-koġenerazzjoni; u

l-istatus mogħti lir-residwi tal-uċuħ agrikoli bħala prodotti sekondarji.

Il-valuri awtomatiċi għall-iskart veġetali jew il-bijodiżil miż-żejt tal-annimali għandhom jiġu riveduti malajr kemm jista’ jkun.

Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness IV għandhom jikkonformaw ma dak li ġej:

(a)

fejn il-kontribut ta’ fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, jew fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.

8.   Għandhom jiġu stabbiliti definizzjonijiet dettaljati, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-kategoriji stabbiliti fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness IV. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

Artikolu 7e

Miżuri ta’ implimentazzjoni u rapporti dwar is-sostenibbiltà tal-bijokarburanti

1.   Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7b(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(3), l-Artikolu 7c(6), l-Artikolu 7c(8), l-Artikolu 7d(5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7d(7) u l-Artikolu 7d(8) ta’ għandhom jikkunsidraw bis-sħiħil-finnijiet tad-Direttiva 2009/28/KE.

2.   Ir-rapporti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jirreferu għall-Artikolu 7b(7), l-Artikolu 7c(2), l-Artikolu 7c(9), l-Artikolu 7d(4) u (5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7d(6), kif ukoll ir-rapporti u l-informazzjoni ppreżentata skont l-ewwel u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 7c(3) u l-Artikolu 7d(2), għandhom jitħejjew u jiġu trasmessi għall-finijiet kemm tad-Direttiva 2009/28/KE u ta’ din id-Direttiva.

(*******)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16."

(********)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.”;"

7.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 4, rigward il-karburanti tal-petrol u tad-diżil, fuq il-bażi tal-metodi analitiċi msemmija fl-istandards Ewropej EN 228:2004 u EN 590:2004 rispettivament.”;

8.

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Additivi metalliċi

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent mill-użu ta’ additivi metalliċi fil-karburanti u għandha, għal dan l-għan, tiżviluppa metodoloġija għall-ittestjar. Hija għandha tirrapporta il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Sakemm tiġi żviluppata l-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1, il-preżenza tal-additiv metalliku methylcyclopentadienyl manganese tricarbonyl (MMT) fil-karburant għandha tkun limitata għal 6 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2011. Il-limitu għandu jkun ta’ 2 mg ta’ manjeżju kull litru mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Il-limitu tal-kontenut ta’ MMT fil-karburanti speċifikati fil-paragarafu 2 għandu jiġi rivedut fuq il-bażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni li tkun saret bil-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1. Dan jista’ jitnaqqas għal żero jekk dan ikun ġustifikat mill-evalwazzjoni tar-riskju. Dan ma jistax jiżdied sakemm ma jkunx ġustifikat mill-evalwazzjoni tar-riskju. Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta rigward il-kontenut tal-additiv metalliku fil-karburanti tkun esposta kull fejn xi karburant b’additivi metalliċi jkun disponibbli għall-konsumaturi.

5.   It-tikketta għandu jkollha l-kliem li ġej: ‘Fih additivi metalliċi’.

6.   It-tikketta għandha titwaħħal fuq il-post fejn ikun hemm it-tagħrif li jindika t-tip ta’ karburant, f’pożizzjoni viżibbli b’mod ċar. It-tikketta għandha tkun ta’ daqs u ta’ font li tkun ċarament viżibbli u li tkun tista’ tinqara tajjeb.”;

9.

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Rappurtaġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-31 ta’ Diċembru 2012, u kull tliet snin wara dan, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għal emendi għal din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu b’mod partikolari jqis dan li ġej:

(a)

l-użu u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija awtomotiva u, b’mod partikulari, il-probabilità li jiżdied il-kontenut ta’ bijokarburant massimu permess tal-petrol u d-diżil u l-ħtieġa li d-data msemmija fl-Artikolu 3(3) tiġi riveduta;

(b)

il-politika Komunitarji dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tat-trasport bit-triq;

(c)

il-possibbiltà tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Anness II, u b’mod partikolari, il-valur ta’ limitu għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq (inklużi bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni), tratturi agrikoli u tal-forestrija u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni;

(d)

iż-żieda fl-użu ta’ deterġenti fil-karburanti;

(e)

l-użu ta’ additivi metalliċi barra mill-MMT fil-karburanti;

(f)

il-volum totali ta’ komponenti użat fil-petrol u d-diżil wara li titqies il-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja, inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (*********) u d-direttivi sekondarji tagħha;

(g)

il-konsegwenzi tal-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra stabbilita fl-Artikolu 7a(2) għall-iskema tal-iskambju tal-emissjonijiet;

(h)

il-ħtieġa potenzjali għal aġġustamenti għall-Artikoli 2(6), 2(7) u 7a(2)(b) sabiex jiġu evalwati l-kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020. Dawn il-konsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-karburanti u l-enerġija fil-Komunità, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kwalunkwe żvilupp fit-teknoloġiji tal-qbid tal-karbonju u tal-ħżin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u fil-vetturi elettriċi tat-triq, u l-effikaċja fin-nefqa tal-mezzi biex jonqsu dawk l-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(b);

(i)

il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri addizzjonali għall-fornituri biex jitnaqqsu bi 2 % l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta’ enerġija, meta mqabbla mal-istandard tal-linja ta’ bażi għall-karburanti msemmi fl-Artikolu 7a(5)(b), permezz tal-użu ta’ krediti mixtrija bil-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta’ Kjoto bil-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE, sabiex jiġu evalwati aktar kontributi possibbli biex tintlaħaq il-mira għal tnaqqis tal-gass b’effett serra sa 10 % sal-2020, kif imsemmi fl-Artikolu 7a(2)(c) ta’ din id-Direttiva;

(j)

analiżi aġġornata tal-ispiża u l-impatt ta’ tnaqqis fil-pressjoni massima mill-fwar permessa għall-petrol għal perijodu tas-sajf ta’ anqas minn 60kPa.

2.   Sa mhux aktar tard mill-2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-mira tal-emissjonijiet tal-gass b’effett serra għall-2020 imsemmija fl-Artikolu 7a, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal konsistenza bejn din il-mira u l-mira msemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/28/KE rigward il-proporzjon ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, fid-dawl tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8) u 23(9) ta’ dik id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta għall-modifika tal-mira.

(*********)  * ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.”;"

10.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Jekk l-addattament tal-metodi analitiċi permessi msemmija fl-Anness I jew II tal-progress tekniku huwa meħtieġ, jistgħu jkunu adottati emendi mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4). L-Anness III jista’ jiġi adattat ukoll għall-progress tekniku u xjentifiku. Din il-miżura, li mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).”;

11.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Barra mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Kwalità tal-Karburanti.

2.   Għall-kwistjonijiet marbuta mas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti skont l-Artikolu 7(b), (c) u (d), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u Bijolikwidi msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2009/28/KE.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

12.

l-Artikolu 14 għandu jitħassar;

13.

l-Annessi I, II, III u IV għandhom jiġu sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 1999/32/KE

Id-Direttiva 1999/32/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit kif ġej:

(a)

il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.

karburant marittimu jfisser kull karburant likwidu li ġej miż-żejt maħsub għall-użu fuq bastiment, li jinkludi dawk il-karburanti definiti fl-ISO 8217. Dan jinkludi kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt għall-użu fuq bastimenti għall-passaġġi tal-ilma interni jew dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, kif definit fid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ susinkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux għat-triq (**********) u d-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri marbuta mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (***********), meta bastimenti bħal dawn ikunu fuq il-baħar;

(**********)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1."

(***********)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.”;"

(b)

il-punt 3j għandu jitħassar;

2.

l-Artikolu 4b għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Il-kontenut massimu ta’ kubrit tal-karburanti marittimi użati minn bastimenti rmiġġati f’portijiet tal-Komunità”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jitħassar;

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) għandu jitħassar;

3.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1a, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“It-teħid ta’ kampjuni għandu jibda fid-data li fiha l-limitu rilevanti għall-kontenut massimu ta’ kubrit fil-karburant jidħol fis-seħħ. Dan għandu jsir bi frekwenza suffiċjenti, fi kwantitajiet suffiċjenti, u b’tali mod li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-karburant eżaminat, u tal-karburant użat mill-bastimenti waqt li jkunu f’zoni tal-baħar u portijiet rilevanti.”.

Artikolu 3

Tħassir

Id-Direttiva 93/12/KEE għandha titħassar.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 44, 16.2.2008, p. 53.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 43.

(6)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(7)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

(11)  ĠU L 74, 27.3.1993, p. 81.


ANNESS

ANNESS 1

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI POSITIVE-IGNITION

Tip: Petrol

Parametru (1)

Unità

Limiti (2)

Minimu

Massimu

Numru ottan tar-riċerka

 

95 (3)

Numru ottan tal-mutur

 

85

Pressjoni tal-fwar, perjodu sajfi (4)

kPa

60,0 (5)

Distillazzjoni:

 

 

 

perċentwal evaporat f’100 °C

% v/v

46,0

perċentwal evaporat f’150 °C

% v/v

75,0

Analiżi tal-idrokarburi:

 

 

 

olefini

% v/v

18,0

aromatiċi

% v/v

35,0

benżin

% v/v

1,0

Kontenut ta’ ossiġnu

% m/m

 

3,7

Ossiġenati

 

 

 

Metanol

% v/v

 

3,0

Etanol (jistgħu jkunu meħtieġa aġenti stabilizzanti)

% v/v

 

10,0

Alkoħol isopropil

% v/v

12,0

Alkoħol tertbutil

% v/v

15,0

Alkoħol isobutil

% v/v

15,0

Eteri li jkun fihom ħames atomi jew iktar tal-karbonju għal kull molekula

% v/v

22,0

Ossiġenati oħra (6)

% v/v

15,0

Kontenut tal-kubrit

mg/kg

10,0

Kontenut ta’ ċomb

g/l

0,005

ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW GĦAL VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION

Tip: Diżil

Parametru (7)

Unità

Limiti (8)

Minimu

Massimu

Numru cetane

 

51,0

Densità fi 15 °C

Kg/m (9)

845,0

Distillazzjoni:

 

 

 

95 % v/v rkuprat fi:

°C

360,0

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

% m/m

8,0

Kontenut tal-kubrit

mg/kg

10,0

Kontenut ta’ FAME — EN 14078

% v/v

7,0 (9)

ANNESS III

RINUNZJA TAL-PRESSJONI TAL-FWAR PERMESSA GĦALL-PETROL LI FIH IL-BIJOETANOL

Kontenut ta’ bjioetanol (%v/v)

Rinunzja ta’ pressjoni tal-fwar permessa (kPa)

0

0

1

3,65

2

5,95

3

7,20

4

7,80

5

8,0

6

8,0

7

7,94

8

7,88

9

7,82

10

7,76

Ir-rinunzja tal-pressjoni tal-fwar permessa għall-kontenut intermedju ta’ bijoetanol bejn il-valuri elenkati għandha tkun iddeterminata b’estrapolazzjoni f’linja dritta bejn il-kontenut tal-bijoetanol immedjatament fuq u dak immedjatament taħt il-valur intermedju.

ANNESS IV

REGOLI GĦALL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASS B’EFFETT SERRA FIĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA MILL-BIJOKARBURANTI

A.   Valuri tipiċi u valuri awtomatiċi għall-bijokarburanti jekk prodotti mingħajr emissjonijiet netti ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art

Mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburant

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tal-pitrava taz-zokkor

61 %

52 %

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32 %

16 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

45 %

34 %

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

53 %

47 %

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

69 %

69 %

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

56 %

49 %

etanol tal-kannamieli

71 %

71 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (ETBE)

Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ tertiary-amyl-ethyl-ether (TAEE)

Ugwali għal dik tal-linja użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

45 %

38 %

bijodiżil tal-ġirasol

58 %

51 %

bijodiżil tas-soybean

40 %

31 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

36 %

19 %

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

62 %

56 %

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (*)

88 %

83 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

51 %

47 %

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

65 %

62 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

40 %

26 %

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

68 %

65 %

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

58 %

57 %

bijogass mill-iskart orġaniku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

80 %

73 %

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

84 %

81 %

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

86 %

82 %

B.   Valuri stmati tipiċi u awtomatiċi għall-bijokarburanti futuri li f’Jannar 2008 ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq biss fi kwantitajiet negliġibbli, jekk prodotti bla ebda emissjoni netta ta’ karbonju minn bidliet fl-użu tal-art

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Iffrankar tipiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

Iffrankar awtomatiku fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

etanol tat-tiben tal-qamħ

87 %

85 %

etanol mill-iskart tal-injam

80 %

74 %

etanol mill-injam ikkultivat

76 %

70 %

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

95 %

95 %

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

93 %

93 %

skart tal-injam dimethylether (DME)

95 %

95 %

injam ikkultivat DME

92 %

92 %

metanol mill-iskart tal-injam

94 %

94 %

metanol mill-injam ikkultivat

91 %

91 %

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ethyl-tertio-butyl-ether (MTBE)

Ugwali għal dak tal-linja ta’ produzzjoni tal-metanol

C.   Metodoloġija

1.   L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-produzzjoni u mill-użu tal-bijokarburanti għandhom ikunu kkalkulati bħala:

E = eec  + el  + ep  + etd  + eu esca eccs eccr eee

fejn

E

=

emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

eec

=

emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima;

el

=

emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu tal-art;

ep

=

emissjonijiet mill-ipproċessar;

etd

=

emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni;

eu

=

emissjonijiet mill-karburant użat;

esca

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn akkumulazzjoni tal-karbonju mill-ħamrija permezz ta’ mmaniġġjar agrikolu mtejjeb;

eccs

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħażna tal-karbonju;

eccr

=

iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju; u

eee

=

iffrankar tal-emissjonijiet minn elettriku zejjed mill-koġenerazzjoni.

L-emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

2.   L-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-karburanti, E, għandhom ikunu espressi f’termini ta’ grammi ta’ CO2 ekwivalenti għal kull MJ ta’ karburant, gCO2eq/MJ.

3.   B’deroga mill-punt 2, il-valuri kkalkulati f’termini ta’ gCO2eq/MJ jistgħu jiġu aġġustati biex ikunu kkunsidrati differenzi bejn il-karburanti f’xogħol siewi mwettaq, espressi f’termini ta’ km/MJ. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru biss fejn tkun provduta evidenza tad-differenzi f’xogħol siewi mwettaq.

4.   L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra minn bijokarburanti għandu jkun ikkalkulat bħala:

IFFRANKAR = (EF EB)/EF

fejn

EB

=

emissjonijiet totali mill-bijokarburant; u

EF

=

emissjonijiet totali mill-komparatur tal-karburanti fossili.

5.   Il-gassijiet b’effett serra kkunsidrati għall-finijiet tal-punt 1 għandhom ikunu CO2, N2O u CH4. Għall-fini tal-kalkolu tal-ekwivalenza ta’ CO2, dawk il-gassijiet għandhom jingħataw valur kif ġej:

CO2

:

1

N2O

:

296

CH4

:

23

6.   L-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni jew tal-kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir ta’ materja prima; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiki jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Tnaqqis ċertifikat ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mill-fjamma f’siti ta’ produzzjoni taż-żejt fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu jitnaqqas. Stimi ta’ emissjonijiet mill-kultivazzjoni jistgħu jinħadmu fuq l-użu tal-medji kkalkulati għal żoni ġeografiċi iżgħar minn dawk użati fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.

7.   L-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet, ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

el = (CSR CSA ) × 3,664 × 1/20 × 1/PeB  (11)

fejn

el

=

emissjonijiet annwalizzati ta’ gass b’effett serra li jirriżultaw mill-bidliet tal-ħażniet ta’ karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 kull unità ta’ enerġija prodotta minn bijokarburant);

CSR

=

il-ħażna ta’ karbonju għal kull żona ta’ unità assoċjata mal-użu ta’ referenza tal-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju kull żona ta’ unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta’ referenza għandha tkun l-użu tal-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, skont liema jiġi l-aħħar;

CSA

=

il-ħażna ta’ karbonju għal kull żona ta’ unità assoċjata mal-użu ta’ referenza tal-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju kull żona ta’ unità, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal aktar minn sena, il-valur attribwit għal CSA għandu jkun il-ħażna stmata għal kull unità ta’ medda wara għoxrin sena jew meta l-uċuħ jilħqu l-maturità, skont liema jiġi qabel;

P

=

il-produttività tal-uċuħ (imkejla bħala enerġija mill-bijokarburanti kull żona ta’ unità kull sena); u

eB

=

bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ bijokarburant, jekk il-bijomassa tinkiseb minn art li tkun degradata ġiet restawrata skont il-kondizzjonijiet previsti fil-punt 8.

8.   Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu jiġi attribwit jekk tingħata evidenza li l-art:

(a)

ma kinitx qed tintuża għal attività agrikola jew kull attività oħra f’Jannar 2008; u

(b)

tidħol f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i)

art li ddeterjorat b’mod gravi, inkluża tali art li qabel kellha użu agrikolu;

(ii)

art b’kontaminazzjoni qawwija.

Il-bonus ta’ 29 gCO2eq/MJ għandu japplika għal perijodu sa 10 snin mid-data ta’ konverżjoni tal-art għal użu agrikolu, bil-kondizzjoni li jkunu żgurati żieda kontinwa fil-ħażniet tal-karbonju, kif ukoll tnaqqis sostanzjali fil-fenomeni tal-erożjoni għall-art li taqa’ taħt (i) u li titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għall-art li taqa’ taħt (ii).

9.   Il-kategoriji msemmija fil-punt 8(b) huma definiti kif ġej:

(a)

“art li ddeterjorat b’mod gravi” tfisser art li għal perijodu sostanzjali ta’ żmien kienet immellħa b’mod sostanzjali jew kellha kontenut sostanzjalment baxx ta’ materjal organiku u tkun sfat mgħawra b’mod gravi;

(b)

“art b’kontaminazzjoni qawwija” tfisser art li mhix adatta għall-kultivazzjoni ta’ ikel u għalf minħabba kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Din l-art għandha tinkludi art li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7c(3).

10.   Il-gwida adottata skont il-punt 10 tal-Parti C tal-Anness V għad-Direttiva 2009/28/KE għandha sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-ħażniet tal-karbonju tal-art għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

11.   L-emissjonijiet mill-ipproċessar, ep , għandhom jinkludu emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-ntnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar.

Fil-kalkolu tal-konsum ta’ elettriku mhux prodott fl-impjant ta’ produzzjoni tal-karburant, l-intensità tal-emissjoni tal-gassi b’effett serra tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dak l-elettriku għandha tkun meqjusa li hija ugwali għall-intensità medja tal-emissjonijiet tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f’reġjun definit. F’eċċezzjoni għal din ir-regola, il-produtturi jistgħu jagħżlu valur medju għal impjant individwali għall-produzzjoni tal-elettriku, għal elettriku prodott minn dak l-impjant, jekk dak l-impjant ma jkunx ikkollegat mall-grilja tal-elettriku.

12.   L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd , għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materja prima u materjali semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materjali maħduma. L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni li għandhom jitqiesu taħt il-punt 6 m’għandhomx jiġu koperti minn dan il-punt.

13.   L-emissjonijiet mill-karburant użat, eu , għandhom jitqiesu li jkunu żero għall-bijokarburanti.

14.   L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u l-ħżin ġeoloġiku tal-karbonju eccs , li jkun għadu ma ġiex meqjus f’ep , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iżolament tas-CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

15.   L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u s-sostituzzjoni tal-karbonju, eccr , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti u servizzi kummerċjali.

16.   L-iffrankar ta’ emissjonijiet li jirriżulta minn elettriku żejjed prodott bil-koġenerazzjoni, eee , għandu jkun ikkunsidrat b’rabta mal-elettriku żejjed prodott b’sistemi ta’ produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni, b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni jkun prodott sekondarju mnibarra r-residwu ta’ uċuħ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dak l-elettriku żejjed, id-daqs tal-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra assoċjat ma’ dak l-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gass b’effett serra li jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien ġġenerat f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

17.   Fejn proċess ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra (“prodotti sekondarji”), l-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott intermedju tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra elettriku).

18.   Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec  + el  + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep , etd u eee li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

Il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 16, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dak il-kalkolu, bl-eċċezzjoni tar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse, qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Skart, residwi tal-għelejjel tal-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġewż u residwi mill-ipproċessar, inkluża l-ġliċerina mhux raffinata, għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawk il-materjali.

Fil-każ ta’ karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-fini tal-kalkolu msemmi f’punt 17 għandha tkun ir-raffinerija.

19.   Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji reali disponibbli mill-parti fossila tal-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat f’din id-Direttiva. Jekk din id-data ma tkunx disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83,8 gCO2eq/MJ.

D.   Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-bijokarburanti

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-kultivazzjoni: “e ec” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

12

12

etanol tal-qamħ

23

23

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

20

20

etanol tal-kannamieli

14

14

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

29

29

bijodiżil tal-ġirasol

18

18

bijodiżil tas-soybean

19

19

bijodiżil taż-żejt tal-palm

14

14

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali (**)

0

0

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

18

18

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

15

15

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

30

30

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

0

0

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

0

0

Valuri awtomatiċi diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

19

26

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

32

45

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

32

45

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

21

30

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

14

19

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

1

1

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

15

21

etanol tal-kannamieli

1

1

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

16

22

bijodiżil tal-ġirasol

16

22

bijodiżil tas-soybean

18

26

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

35

49

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

13

18

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

9

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

10

13

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

10

13

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

30

42

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

7

9

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

4

5

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

14

20

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

8

11

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

8

11

Valuri awtomatiċi diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Linja tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

2

2

etanol tal-qamħ

2

2

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità

2

2

etanol tal-kannamieli

9

9

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijodiżil tal-ġirasol

1

1

bijodiżil tas-soybean

13

13

bijodiżil taż-żejt tal-palm

5

5

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

1

1

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm

5

5

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

1

1

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

3

3

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

5

5

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

4

4

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tal-pitrava taz-zokkor

33

40

etanol tal-qamħ (karburant tal-proċess mhux speċifikat)

57

70

etanol tal-qamħ (linjite bħala karburant tal-proċess fl-impjant CHP)

57

70

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’bojler konvenzjonali)

46

55

etanol tal-qamħ (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

39

44

etanol tal-qamħ (tiben bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

26

26

etanol tal-qamħirrum (maize), prodott fil-Komunità, (gass naturali bħala karburant tal-proċess f’impjant CHP)

37

43

etanol tal-kannamieli

24

24

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ ETBE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ TAEE

Ugwali għal dik tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-etanol

bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza

46

52

bijodiżil tal-ġirasol

35

41

bijodiżil tas-soybean

50

58

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

54

68

bijodiżil taż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

32

37

bijodiżil mill-iskart taż-żejt veġetali jew tal-annimali

10

14

żejt veġetali idrotrattat miż-żerriegħa tal-kolza

41

44

żejt veġetali idrotrattat mill-ġirasol

29

32

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess mhux speċifikat)

50

62

żejt veġetali idrotrattat miż-żejt tal-palm (proċess bil-qbid tal-metan fil-mitħna taż-żejt)

27

29

żejt veġetali pur miż-żerriegħa tal-kolza

35

36

bijogass mill-iskart organiku muniċipali bħala gass naturali kkompressat

17

23

bijogass minn demel niedi bħala gass naturali kkompressat

13

16

bijogass minn demel niexef bħala gass naturali kkompressat

12

15

E.   Valuri awtomatiċi diżaggregati stmati għall-bijokarburanti futuri li ma kinux fis-suq jew li kienu fis-suq fi kwantitajiet negliġibbli biss f’Jannar 2008

Valuri diżaggregati għall-kultivazzjoni: “eec ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

3

3

etanol mill-iskart tal-injam

1

1

etanol mill-injam ikkoltivat

6

6

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

1

1

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

4

4

DME mill-iskart tal-injam

1

1

DME mill-injam ikkultivat

5

5

metanol mill-iskart tal-injam

1

1

metanol mill-injam ikkultivat

5

5

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Valuri diżaggregati għall-ipproċessar (inkluż elettriku żejjed): “ep eee ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

5

7

etanol mill-injam

12

17

diżil Fischer-Tropsch mill-injam

0

0

DME mill-injam

0

0

metanol mill-injam

0

0

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Valuri diżaggregati għat-trasport u d-distribuzzjoni: “etd ” kif definit fil-Parti C ta’ dan l-Anness

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

2

2

etanol mill-iskart tal-injam

4

4

etanol mill-injam ikkoltivat

2

2

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

3

3

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

2

2

DME mill-iskart tal-injam

4

4

DME mill-injam ikkultivat

2

2

metanol mill-iskart tal-injam

4

4

metanol mill-injam ikkultivat

2

2

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol

Total għall-kultivazzjoni, l-ipproċessar, it-trasport u d-distribuzzjoni

Mogħdija tal-produzzjoni tal-bijokarburanti

Emissjonijiet tipiċi ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

Valur awtomatiku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra

(gCO2eq/MJ)

etanol tat-tiben tal-qamħ

11

13

etanol mill-iskart tal-injam

17

22

etanol mill-injam ikkoltivat

20

25

diżil Fischer-Tropsch mill-iskart tal-injam

4

4

diżil Fischer-Tropsch mill-injam ikkultivat

6

6

DME mill-iskart tal-injam

5

5

DME mill-injam ikkultivat

7

7

metanol mill-iskart tal-injam

5

5

metanol mill-injam ikkultivat

7

7

il-parti minn sorsi rinnovabbli ta’ MTBE

Ugwali għal dak tal-mogħdija użata għall-produzzjoni tal-metanol


(1)  Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 228:2004. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat b’sostituzzjoni għall-istandard EN 228:2004 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.

(2)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkompju jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ grad regolari ta’ petrol bla ċomb b’numru ottan minimu tal-mutur (MON) ta’ 81 u numru ottan minimu tar-riċerka (RON) ta’ 91.

(4)  Il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju u m’għandux jintemm qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’temperaturi amjentali tas-sajf baxxi, il-perijodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awwissu.

(5)  Fil-każ ta’ Stati Membri b’temperaturi sajfin tal-ambjent baxxi u li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5), il-pressjoni tal-fwar massima għandha tkun ta’ 70kPa. Fil-każ ta’ Stati Membri li għalihom hemm deroga fis-seħħ skont l-Artikolu 3(4) u (5) għall-petrol li fih l-etanol, il-pressjoni massima tal-fwar għandha tkun 60 kPa flimkien mar-rinunzja permessa tal-pressjoni tal-fwar speċifikata fl-Anness III.

(6)  Mono-alkoħols u eteri oħra b’punt finali ta’ togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat f’EN 228:2004.

(7)  Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2004. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2004 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.

(8)  Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri tal-limiti tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259:2006 “Prodotti taż-żejt — determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni fir-rigward ta’ metodi tal-ittestjar” ġew applikati u fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ‘il fuq miż-żero (R = riproduċibilità). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259:2006.

(9)  FAME għandu jikkonforma ma’ EN 14214.

(*)  Ma jinkludix żejt mill-annimali magħmul minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (10).

(10)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(11)  Il-koeffiċjent derivat billi jiġi diviż il-piż molekulari tas-CO2 (44,010 g/mol) bil-piż molekulari tal-karbonju (12,011 g/mol) huwa ugwali għal 3,664.

(**)  Li ma jinkludix żejt tal-annimali minn prodotti sekondarji tal-annimali kklassifikat bħala materjal ta’ kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.


5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/114


DIRETTIVA 2009/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 (3), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima.

(2)

Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (4) jidentifika t-tibdil fil-klima bħala priorità għal azzjoni. Dak il-Programm jirrikonoxxi li l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra bejn l-2008 u l-2012 komparat mal-livelli tal-1990, u li, fil-medda aktar fit-tul, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jkollhom jiġu mnaqqsa b’madwar 70 % komparati mal-livelli tal-1990.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 msejħa “Il-limitazzjoni tal-bidla klimatika globali għal żewġ gradi Celsius — It-triq ‘il quddiem għal 2020 u wara” tikkjarifika li fil-kuntest ta’ fit-tnaqqis globali previst tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 50 % sal-2050, huwa meħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30 % fid-dinja żviluppata sal-2020, li jiżdied għal 60-80 % sal-2050, li dan it-tnaqqis huwa teknikament vijabbli u l-benefiċċji jaqbżu bil-kbir l-ispejjeż, iżda li, biex jinkiseb, għandhom jiġu użati l-alternattivi ta’ mitigazzjoni.

(4)

Il-proċess ta’ ġbir u ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa teknoloġija li sservi ta’ pont li jikkontribwixxi biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Tikkonsisti fil-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika taħt l-art li tkun adegwata għall-finijiet ta’ ħżin permanenti. Din it-teknoloġija m’għandhiex isservi ta’ inċentiv biex jiżdied is-sehem ta’ impjanti ta’ enerġija operati permezz ta’ karburanti fossili. L-iżvilupp tagħha m’għandux iwassal għal tnaqqis fl-isforzi ta’ appoġġ għall-politika tal-iffrankar tal-enerġija, għall-enerġiji rinnovabbli u għal teknoloġiji oħra b’użu baxx ta’ karbonju li jkunu sikuri u sostenibbli, kemm f’termini ta’ riċerka kif ukoll finanzjarji.

(5)

L-istimi preliminari, imwettqa bil-ħsieb li ssir stima tal-impatt tad-Direttiva u msemmijin fl-istima tal-impatt magħmula mill-Kummissjoni, jindikaw li sal-2020 jistgħu jinħażnu seba’ miljun tunnellata ta’ CO2, u sa 160 miljun tunnellata sal-2030, jekk wieħed jassumi tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 u dment li s-CCS jikseb appoġġ privat, nazzjonali u Komunitarju u jirriżulta li jkun teknoloġija li ma toħloqx periklu ambjentali. L-emissjonijiet ta’ CO2 evitati fl-2030 jistgħu jipprovdu 15 % tat-tnaqqis meħtieġ fl-Unjoni.

(6)

It-Tieni Programm Ewropew dwar it-Tibdil Klimatiku, li ġie stabbilit mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2005 msejħa “Nirbħu l-Ġlieda Kontra t-Tibdil tal-Klima Dinjija” biex jipprepara u jeżamina l-politika futura dwar il-klima fil-Komunità, stabbilixxa Grupp ta’ Ħidma dwar il-Ġbir tal-Karbonju u l-Ħżin Ġeoloġiku. Il-mandat tal-Grupp ta’ Ħidma kien li jesplora s-CCS bħala mezz biex jitnaqqas it-tibdil fil-klima. Il-Grupp ta’ Ħidma ppubblika rapport dettaljat dwar is-suġġett tar-regolamentazzjoni, li kien adottat f’Ġunju 2006. Enfasizza l-bżonn tal-iżvilupp kemm tal-politika kif ukoll tal-qafas regolatorju għas-CCS u ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar riċerka fuq is-suġġett.

(7)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 msejħa “Produzzjoni sostenibbli ta’ enerġija elettrika mill-karburanti fossili bil-għan li ma jkun hemm kważi l-ebda emissjoni mill-faħam wara l-2020” tenniet il-bżonn għal qafas regolatorju bbażat fuq stima tar-riskju integrata għat-tnixxija tas-CO2, inklużi rekwiżiti tal-għażla tas-sit imfassla biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ tnixxija, reġimi ta’ monitoraġġ u rrappurtar biex jiġu vverifikati l-ħżin u rettifika adegwata ta’ kwalunkwe ħsara li tista’ tiġri. Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet pjan ta’ azzjoni għall-Kummissjoni f’dan il-qasam matul l-2007, li kien jeħtieġ l-iżvilupp ta’ qafas affidabbli ta’ ġestjoni għas-CCS, inkluż xogħol fuq il-qafas regolatorju, il-qafas tal-inċentivi, u l-programmi ta’ sostenn, kif ukoll elementi esterni (eż. kooperazzjoni teknoloġika ma’ pajjiżi ewlenin dwar is-CCS).

(8)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu lejn it-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp u lejn l-iżvilupp ta’ qafas tekniku, ekonomiku u regolatorju meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli legali eżistenti u biex jibda jintuża s-CCS li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent b’impjanti tal-enerġija ġodda li jużaw il-karburanti fossili, jekk ikun possibbli sal-2020.

(9)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2008 fakkar li l-għan tal-proposta ta’ qafas regolatorju dwar is-CCS kien li jiġi żgurat li din it-teknoloġija ġdida tintuża b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

(10)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2008 appella lill-Kummissjoni biex malajr kemm jista’ jkun tistabbilixxi mekkaniżmu bħala inċentiv għall-investimenti tal-Istati Membri u tas-settur privat biex sal-2015 jiġu żgurati l-bini u l-operazzjoni ta’ sa 12-il impjant ta’ dimostrazzjoni tas-CCS.

(11)

Kull wieħed mill-komponenti differenti tas-CCS, jiġifieri l-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CO2, kien is-suġġett ta’ proġetti pilota fuq skala iżgħar minn dik meħtieġa għall-applikazzjoni industrijali tagħhom. Dawn il-komponenti għad iridu jiġu integrati fi proċess sħiħ tas-CCS, jeħtieġ li jonqsu l-ispejjeż teknoloġiċi u tinġabar iżjed konoxxenza xjentifika u li jkun aħjar. Hu għalhekk importanti li l-isforzi tal-Komunità għad-dimostrazzjoni tas-CCS f’qafas ta’ politika integrata jibdew kemm jista’ jkun malajr, u jinkludu b’mod partikolari qafas legali għall-applikazzjoni ambjentali sikura tal-ħżin tas-CO2, inċentivi, b’mod partikolari għal aktar riċerka u żvilupp, sforzi permezz ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni kif ukoll miżuri ta’ sensibilizzazzjoni tal-kuxjenza pubblika.

(12)

Fil-livell internazzjonali, l-ostakli legali għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar tneħħew permezz tal-adozzjoni ta’ qafas ta’ ġestjoni tar-riskju relatat taħt il-Protokoll ta’ Londra tal-1996 għall-Konvenzjoni tal-1972 fuq il-Prevenzjoni mit-Tniġġis tal-Baħar mir-Rimi ta’ Skart u Materja Oħra (Il-Protokoll ta’ Londra tal-1996) u l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Grigal tal-Atlantiku (il-Konvenzjoni OSPAR).

(13)

Fl-2006, il-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta’ Londra tal-1996 adottaw emendi għall-Protokoll. Dawn l-emendi jippermettu u jirregolaw il-ħżin ta’ nixxiegħat ta’ CO2 mill-proċessi ta’ ġbir tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar.

(14)

Il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni OSPAR fl-2007 adottaw emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni biex jippermettu l-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar, Deċiżjoni biex jiġi żgurat ħżin li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ nixxiegħat tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u Linji Gwida taħt l-OSPAR għall-Istima u l-Ġestjoni tar-Riskju ta’ dik l-attività. Adottaw ukoll Deċiżjoni biex jipprojbixxu l-introduzzjoni tas-CO2 fil-kolonna tal-ilma tal-baħar u f’qiegħ il-baħar, minħabba l-effetti negattivi potenzjali.

(15)

Fil-livell tal-Komunità, hemm numru ta’ strumenti leġiżlattivi li huma diġà fis-seħħ għall-immaniġġar ta’ wħud mir-riskji ambjentali tas-CCS, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u t-trasport tas-CO2, u għandhom jiġu użati fejn ikun possibbli.

(16)

Fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet industrijali, id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (5) tirregola b’mod xieraq ir-riskji tal-ġbir tas-CO2 għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u, b’riżultat ta’ dan, għandha tiġi applikata għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku minn istallazzjonijiet koperti minn dik id-Direttiva.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (6) għandha tiġi applikata għall-ġbir u t-trasport tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku. Għandha tapplika wkoll għas-siti tal-ħżin taħt din id-Direttiva.

(18)

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju tal-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti bi ħżin proġettat totali ta’ inqas minn 100 kilo tunnellata, imwettqa għar-riċerka, l-iżvilupp jew l-ittestjar ta’ prodotti u proċessi ġodda. Dan il-limitu jidher adegwat ukoll għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità. M’għandux ikun permess il-ħżin tas-CO2 f’kumplessi ta’ ħżin li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u lanqas il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna tal-ilma.

(19)

L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni ġewwa t-territorju tagħhom li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. Dan jinkludi d-dritt tal-Istati Membri li ma jippermettu l-ebda ħżin f’partijiet mit-territorju jew fit-territorju kollu tagħhom, jew li jagħtu prijorità għal kwalunkwe użu ieħor ta’ taħt l-art, bħal ma huma l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin tal-idrokarbonji jew l-użu ġeotermali tal-akwiferi. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jqisu wkoll l-għażliet l-oħra marbuta mal-enerġija għall-użu ta’ sit tal-ħżin potenzjali, inklużi għażliet li jkunu strateġiċi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ta’ Stat Membru jew għall-iżvilupp ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija. L-għażla tas-sit adatt tal-ħżin hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun kompletament u permanentement konfinat. Meta jagħżlu s-siti tal-ħżin, l-Istati Membri għandhom iqisu l-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, pereżempju s-sismiċità, bl-aktar mod oġġettiv u effettiv possibbli. Sit għandu għalhekk jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk fi kwalunkwe każ l-ebda impatti ambjentali jew għas-saħħa ma jkun probabbli li jiġru. Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali taħt rekwiżiti speċifiċi.

(20)

L-Irkupru Mtejjeb tal-Idrokarbonju (EHR) jirriferi għall-irkupru tal-idrokarbonji addizzjonali għal dawk estratti bl-injezzjoni tal-ilma jew b’mezzi oħra. L-EHR fih innifsu mhuwiex inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Madankollu, fejn l-EHR jitwettaq flimkien mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għall-ħżin ambjentali sigur tas-CO2. F’dak il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw it-tnixxija mhumiex maħsuba biex japplikaw għall-kwantitajiet tas-CO2 li jiġu rilaxxati minn impjanti tal-wiċċ li ma jisbqux dak li jkun meħtieġ fil-proċess normali tal-estrazzjoni tal-idrokarbonji, u li ma jikkompromettux is-sigurtà tal-ħżin ġeoloġiku jew li jolqtu ħażin l-ambjent tal-madwar. Dawn ir-rilaxxi huma koperti bl-inklużjoni tas-siti tal-ħżin fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (7), li teħtieġ li jiġu ċeduti kwoti tal-iskambju tal-emissjonijiet għal kwalunkwe emissjonijiet imnixxija.

(21)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku t-tagħrif ambjentali relatat mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 konformement mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli.

(22)

L-Istati Membri li jkollhom il-ħsieb li jippermettu l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju tagħhom għandhom jagħmlu evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħżin disponibbli fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif u tal-aħjar prattika bejn dawk l-Istati Membri, fil-kuntest tal-iskambju ta’ tagħrif previst f’din id-Direttiva.

(23)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex jiġi ġġenerat it-tagħrif meħtieġ għall-għażla tas-sit. L-esplorazzjoni, jiġifieri l-attivitajiet li jidħlu taħt il-wiċċ, għandha ssir suġġetta għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri ma jeħtiġux jistabbilixxu kriterji ta’ ammissjoni għall-proċeduri biex jingħataw permessi għall-esplorazzjoni, iżda fejn huma jagħmlu dan, huma għandhom mill-inqas jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, pubblikati u non-diskriminatorji. Sabiex jiġu protetti u mħeġġa l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal żmien limitat, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin potenzjali tas-CO2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien. Jekk ma jsiru ebda attivitajiet fi żmien raġonevoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-permess ta’ esplorazzjoni jitneħħa u jingħata lil entitajiet oħrajn.

(24)

Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu operati mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali ta’ din id-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Fl-għoti tal-permess tal-ħżin, għandha tingħata prijorità lid-detentur tal-permess ta’ esplorazzjoni fuq il-kompetituri (billi tal-ewwel ġeneralment ikun għamel investimenti sostanzjali).

(25)

Fil-fażi bikrija tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, biex tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mal-Komunità kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-permessi għall-ħżin għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni wara li jiġu riċevuti. L-abbozzi tal-permessi għall-ħżin għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, biex tkun tista’ toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tal-permessi fi żmien erba’ xhur minn meta tirċevihom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar il-permess u għandhom jiġġustifikaw kull tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin ukoll biex ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS.

(26)

L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin jekk inter alia tkun ġiet notifikata bi tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, jekk ir-rapporti preżentati mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara li jiġi rtirat permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inklużi l-obbligi legali speċifiċi. L-ispejjeż magħmula għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti.

(27)

Huwa meħtieġ li jiġu imposti limiti fuq il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 li jkunu konsistenti mal-iskop primarju tal-ħżin ġeoloġiku, li huwa li jiġu iżolati l-emissjonijiet tas-CO2 mill-atmosfera, u li jkunu bbażati fuq ir-riskji li tista’ tikkawża l-kontaminazzjoni għas-sigurtà u s-sikurezza tan-network tat-trasport u tal-ħżin u għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 għandha tiġi vverifikata qabel tiġi injettata u maħżuna. Il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa ta’ CO2 hi r-riżultat tal-proċessi fl-istallazzjonijiet tal-ġbir. Wara l-inklużjoni tal-istallazzjonijiet tal-ġbir fid-Direttiva 85/337/KEE, għandha ssir stima tal-impatt ambjentali fil-proċess tal-permess tal-ġbir. L-inklużjoni tal-istallazzjonijiet tal-ġbir fid-Direttiva 2008/1/KE tkompli tiżgura li l-aħjar teknika disponibbli biex titjieb il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 ikunu ġew stabbiliti u applikati. Addizzjonalment, konformement ma’ din id-Direttiva, l-operatur tas-sit tal-ħżin għandu jaċċetta u jinjetta nixxigħat ta’ CO2 biss jekk fuqhom tkun twettqet analiżi tal-kompożizzjoni, inklużi sustanzi korrożivi, tan-nixxigħat, kif ukoll stima tar-riskji, u jekk l-istima tar-riskji tkun uriet li l-livelli ta’ kontaminazzjoni tan-nixxiegħa ta’ CO2 jkunu konformi mal-kriterji ta’ kompożizzjoni msemmija f’din id-Direttiva.

(28)

Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk il-komportament tas-CO2 injettat ikunx kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-fażi operattiva, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ imfassal taħt rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi preżentat lill-awtorità kompetenti u jiġi approvat minnha. Fil-każ ta’ ħżin ġeoloġiku taħt qiegħ il-baħar, il-monitoraġġ għandu jkun adattat aktar għall-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni tas-CCS fl-ambjent tal-baħar.

(29)

L-operatur għandu jirrapporta inter alia r-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mill-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li s-sit tal-ħżin jkun operat konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(30)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà għall-ħsara lill-ambjent lokali u lill-klima, li jirriżultaw minn kwalunkwe nuqqas ta’ konteniment permanenti tas-CO2. Ir-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali (ħsara lill-speċji protetti u lill-ambjenti naturali, l-ilma u l-art) hija regolata mid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (8), li għandha tiġi applikata għall-operazzjoni ta’ siti tal-ħżin taħt din id-Direttiva. Ir-responsabbiltà għall-ħsara lill-klima li tirriżulta minn tnixxijiet hija koperta bl-inklużjoni ta’ siti tal-ħżin fid-Direttiva 2003/87/KE, li teħtieġ li jiġu ċeduti kwoti tal-iskambju tal-emissjonijiet għal kwalunkwe emissjonijiet imnixxija. Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-obbligazzjoni fuq l-operatur tas-sit tal-ħżin li jieħu miżuri korrettivi f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha. Fejn l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, dawn il-miżuri għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, li għandha tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur.

(31)

Sit tal-ħżin għandu jingħalaq jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ddikjarati fil-permess ikunu ġew sodisfatti, fuq talba mill-operatur wara awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk wara l-irtirar ta’ permess tal-ħżin.

(32)

Wara li sit tal-ħżin jingħalaq, l-operatur għandu jibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ u għall-kontroll, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità rilevanti sa meta r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti.

(33)

Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligazzjonijiet legali kollha speċifiċi, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jiġi kompletament u permanentement konfinat. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. Fil-fażi bikrija tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, biex tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mal-Komunità kollha, ir-rapporti kollha għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni wara li jiġu riċevuti. L-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni biex tkun tista’ tagħti opinjoni dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fi żmien erba’ xhur minn meta jiġu riċevuti. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni u għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe distakk mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin ukoll biex tittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS.

(34)

Ir-responsabbiltajiet minbarra dawk koperti b’din id-Direttiva, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Direttiva 2004/35/KE, partikolarment rigward il-fażi ta’ injezzjoni, l-għeluq tas-sit tal-ħżin u l-perijodu wara t-trasferiment tal-obbligi legali lill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jiġu trattati fil-livell nazzjonali.

(35)

Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà, il-monitoraġġ għandu jitnaqqas għal livell li jibqa’ jippermetti l-identifikazzjoni ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, iżda għandu jiġi intensifikat mill-ġdid, jekk jiġu identifikati tnixxigħat jew irregolaritajiet sinifikanti. Ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ ispejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti mill-operatur ta’ qabal wara li r-responsabbiltà tkun ġiet trasferita, ħlief fil-każ ta’ ħsara min-naħa tal-operatur qabel it-trasferiment tar-responsabbiltà tas-sit tal-ħżin.

(36)

Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligazzjonijiet taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, ikunu jistgħu jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir provvediment finanzjarju, f’forma ta’ garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, mill-operatur potenzjali sabiex ikun validu u effettiv qabel il-bidu tal-injezzjoni.

(37)

Jista’ jkun li l-awtoritajiet nazzjonali, wara t-trasferiment tar-responsabbiltà, ikollhom isostnu l-ispejjeż assoċjati mal-ħżin ta’ CO2, bħall-ispejjeż ta’ monitoraġġ. Għandha għalhekk issir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja mill-operatur lill-awtorità kompetenti, qabel iseħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà u abbażi tal-arranġamenti li jridu jiġu deċiżi mill-Istati Membri. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkopri mill-inqas l-ispiża antiċipata tal-monitoraġġ għal perijodu ta’ 30 sena. Il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ linji gwida li l-Kummissjoni għandha tadotta biex tgħin ħalli tiġi żgurata konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mal-Komunità kollha.

(38)

L-aċċess għan-networks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin irrispettivament mill-post ġeografiku fejn ikunu jinsabu l-utenti potenzjali fl-Unjoni jista’ jsir kundizzjoni għad-dħul jew għall-operazzjoni kompetittiva ġewwa s-suq intern tal-elettriku u tas-sħana, abbażi tal-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru, b’applikazzjoni tal-għanijiet ta’ aċċess ġust, miftuħ u bla diskriminazzjoni billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li tkun disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli kif ukoll il-proporzjon tal-obbligazzjonijiet tagħha ta’ tnaqqis tas-CO2 taħt strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità li jkun maħsub li jitwettaq permezz tas-CCS. Il-pipelines għat-trasport tas-CO2 għandhom, fejn hu possibbli, jkunu mfassla b’tali mod li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nixxigħat tas-CO2 li jissodisfaw limiti minimi raġonevoli tal-kompożizzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jippermettu riżoluzzjoni rapida ta’ tilwim dwar l-aċċess għan-networks tat-trasport u s-siti tal-ħżin.

(39)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt.

(40)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tal-permessi mogħtija għall-ħżin u tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll.

(41)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ kwestjonarji mfassla mill-Kummissjoni konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi relatati mal-ambjent (9).

(42)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Dawk il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(43)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (10).

(44)

B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda l-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 1999/468/KE.

(45)

Id-Direttiva 85/337/KEE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir u t-trasport tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku kif ukoll is-siti tal-ħżin taħt din id-Direttiva. Id-Direttiva 2004/35/KE għandha tiġi emendata biex tkopri l-operazzjoni tas-siti tal-ħżin taħt din id-Direttiva. Id-Direttiva 2008/1/KE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-impjanti koperti minn dik id-Direttiva.

(46)

L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem mir-riskji tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (11) u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-vjeġġi ta’ skart (12) għandhom jiġu emendati sabiex jeskludu s-CO2 miġbur u trasportat għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-istrumenti. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-ilma (13) għandha wkoll tiġi emendata biex tippermetti l-injezzjoni tas-CO2 ġo blat li jżomm fih ħafna ilma bi mluħa għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku. Kwalunkwe injezzjoni ta’ dan it-tip hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art, u għandha ssir konformement mal-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (14).

(47)

It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni tal-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ li fil-każ ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku mill-karburanti fossili, investimenti ġodda jsiru b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (15) għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni ta’ kapaċità speċifika, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit tal-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinġabar u jiġi kkompressat is-CO2 jekk ikun hemm disponibbli siti adegwati għall-ħżin, u jekk it-trasport tas-CO2 u l-modifika tat-tagħmir għall-ġbir tas-CO2 ikun teknikament u ekonomikament vijabbli. Il-fattibbiltà ekonomika tat-trasport u t-tagħmir ġdid għall-ġbir tas-CO2 għandha tkun ivvalutata b’qies tal-ispejjeż antiċipati ta’ CO2 evitat għal kundizzjonijiet lokali partikolari fil-każ ta’ tagħmir ġdid għall-ġbir tas-CO2 u l-ispejjeż antiċipati tal-kwoti fil-Komunità. Il-projezzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza; għandha ssir ukoll reviżjoni tal-alternattivi tekniċi u analiżi ta’ inċertezzi fil-proċessi ta’ valutazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunux sodisfatti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni magħmula mill-operatur u tagħrif ieħor disponibbli, partikolarment rigward il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

(48)

Sat-30 ta’ Ġunju 2015 il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tad-Direttiva fid-dawl tal-esperjenza miksuba fil-fażi bikrija tal-implimentazzjoni tagħha u tagħmel proposti għar-reviżjoni tagħha fejn ikun il-każ.

(49)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas legali għall-ħżin sigur għall-ambjent tal-CO2, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(50)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (16), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(51)

L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u skop

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas legali għall-ħżin ġeoloġiku mingħajr ħsara għall-ambjent tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) biex jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

2.   L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku mingħajr ħsara għall-ambjent tas-CO2 huwa l-ġbir permanenti tas-CO2 b’mod li jipprevjeni u, fejn dan ma jkunx possibbli, jelimina kemm jista’ jkun l-effetti negattivi u kwalunkwe riskju għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 2

Ambitu u projbizzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju tal-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fil-pjattaformi kontinentali tagħhom fis-sens tal-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, bi ħżin totali maħsub ta’ inqas minn 100 kilo tunnellata, li jsir għar-riċerka, għall-iżvilupp jew għall-ittestjar ta’ prodotti jew proċessi ġodda.

3.   Il-ħżin tas-CO2 f’sit tal-ħżin b’kumpless għall-ħżin li jestendu lil hinn miż-żona msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun permessa.

4.   Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna tal-ilma m’għandux ikun permess.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħżin ġeoloġiku tas-CO2” tfisser l-injezzjoni akkumpanjata mill-ħżin tan-nixxiegħat tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art;

(2)

“kolonna tal-ilma” tfisser il-massa tal-ilma kontinwa vertikalment mill-wiċċ sas-sedimenti tal-qiegħ tal-ilmijiet;

(3)

“sit tal-ħżin” tfisser żona ta’ volum definit fi ħdan formazzjoni ġeoloġika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2 u l-faċilitajiet assoċjati tal-wiċċ u tal-injezzjoni;

(4)

“formazzjoni ġeoloġika” tfisser suddiviżjoni litostratigrafika li fiha jistgħu jinstabu u jiġu indikati strati ta’ blat distinti;

(5)

“tnixxija” tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(6)

“kumpless tal-ħżin” tfisser is-sit tal-ħżin u l-oqsma ġeoloġiċi tal-madwar li jistgħu jkollhom effett fuq l-integrità u s-sigurtà kumplessiva tal-ħżin (i.e. formazzjonijiet sekondarji tal-ħżin);

(7)

“unità idrawlika” tfisser spazju poruż b’konnessjoni idrawlika fejn il-komunikazzjoni tal-pressa tista’ titkejjel permezz ta’ mezzi tekniċi u li huwa mdawwar minn ostakli għall-flussi, bħal imperfezzjonijiet, depożiti tal-melħ, limiti litoloġiċi, jew minn postijiet fejn il-formazzjoni hija llevata ‘l barra jew maħruġa ‘l barra;

(8)

“esplorazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 permezz ta’ attivitajiet li jidħlu fis-sottostrat bħal tħaffir biex jinkiseb tagħrif ġeoloġiku dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali u, jekk ikun il-każ, it-twettiq ta’ testijiet tal-injezzjoni biex jiġi kkaratterizzat is-sit għall-ħżin;

(9)

“permess għall-esplorazzjoni” tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni, u li tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi attwata, maħruġa mill-awtorità kompetenti konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(10)

“operatur” tfisser kull persuna naturali jew legali, privata jew pubblika li topera jew tikkontrolla s-sit tal-ħżin jew lil min ikun ġie ddelegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjonament tekniku tas-sit tal-ħżin konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(11)

“il-permess għall-ħżin” tfisser deċiżjoni (jew deċiżjonijiet) bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin mill-operatur, u li tispeċifika l-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jsir, maħruġ mill-awtorità kompetenti konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(12)

“bidla sostanzjali” tfisser kwalunkwe bidla mhix prevista fil-permess għall-ħżin li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem;

(13)

“nixxiegħa tas-CO2” tfisser fluss ta’ sustanzi li jirriżulta mill-proċessi tal-ġbir tas-CO2;

(14)

“skart” tfisser is-sustanzi definiti bħala skart fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/12/KE;

(15)

“formazzjoni tas-CO2” tfisser il-volum mifrux tas-CO2 fil-formazzjoni ġeoloġika;

(16)

“migrazzjoni” tfisser il-moviment tas-CO2 ġewwa l-kumpless tal-ħżin;

(17)

“irregolarità sinifikanti” tfisser kwalunkwe irregolarità fl-operazzjonijiet tal-injezzjoni jew tal-ħżin jew fil-kundizzjoni tal-kumpless għall-ħżin innifsu, li timplika r-riskju ta’ tnixxija jew ir-riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;

(18)

“riskju sinjifikanti” tfisser taħlita ta’ probabilità li ssir ħsara u l-ammont ta’ ħsara li ma jistax ikun injorat mingħajr jitqies l-iskop ta’ din id-Direttiva għas-sit tal-ħżin ikkonċernat;

(19)

“miżuri korrettivi” tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi evitat jew imwaqqaf ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(20)

“għeluq” ta’ sit tal-ħżin tfisser it-tmiem definit tal-injezzjoni tas-CO2 f’dak is-sit tal-ħżin;

(21)

“wara l-għeluq” tfisser il-perjodu wara l-għeluq ta’ sit tal-ħżin, inkluż il-perjodu ta’ wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti;

(22)

“network tat-trasport” tfisser in-network ta’ pipelines, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati, għat-trasport tas-CO2 sas-sit tal-ħżin.

KAPITOLU 2

L-GĦAŻLA TAS-SIT U L-PERMESSI GĦALL-ESPLORAZZJONI

Artikolu 4

L-għażla tas-siti tal-ħżin

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni li minnhom jistgħu jintgħażlu siti tal-ħżin konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Dan jinkludi d-dritt tal-Istati Membri li ma jippermettu l-ebda ħżin fit-territorju kollu tagħhom jew f’partijiet minnu.

2.   L-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni jippermettu l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju tagħhom għandhom jimpenjaw ruħhom li jevalwaw il-kapaċità ta’ ħżin disponibbli f’partijiet tat-territorju tagħhom jew fit-territorju kollha, anke billi jippermettu l-esplorazzjoni taħt l-Artikolu 5. Il-Kummissjoni tista’ torganizza skambju ta’ tagħrif u l-aħjar prattika bejn dawk l-Istati Membri, fil-kuntest tal-iskambju ta’ tagħrif previst fl-Artikolu 27.

3.   L-adegwatezza ta’ formazzjoni ġeoloġika għall-użu bħala sit tal-ħżin għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u tal-madwar konformement mal-kriterji speċifikati fl-Anness I.

4.   Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss jekk taħt il-kundizzjonijiet tal-użu proposti ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk ma jkun jeżisti l-ebda riskju sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa.

Artikolu 5

Il-permessi għall-esplorazzjoni

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeterminaw li hija meħtieġa esplorazzjoni biex jiġi ġġenerat it- tagħrif meħtieġ għall-għażla tas-siti ta’ ħżin taħt l-Artikolu 4, huma għandhom jiżguraw li l-ebda esplorazzjoni ta’ din ix-xorta ma sseħħ mingħajr permess għall-esplorazzjoni.

Fejn ikun il-każ, jista’ jiġi inkluż monitoraġġ tat-test tal-injezzjoni fil-permess għall-esplorazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw jew jinċaħdu fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u mhux diskriminatorji.

3.   It-tul taż-żmien tal-permess m’għandux jisboq il-perjodu meħtieġ biex titwettaq l-esplorazzjoni li jkun ingħata għaliha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità tal-permess fejn it-tul ta’ żmien stipulat ma jkunx biżżejjed biex tintemm l-esplorazzjoni konċernata u fejn l-esplorazzjoni twettqet konformement mal-permess. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw fir-rigward ta’ żona ta’ volum limitat.

4.   Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora il-kumpless ta’ ħżin potenzjali tas-CO2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless ma jiġu permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess.

KAPITOLU 3

IL-PERMESSI GĦALL-ĦŻIN

Artikolu 6

Il-permessi għall-ħżin

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda sit tal-ħżin ma jiġi operat mingħajr permess għall-ħżin li għandu jkun hemm operatur wieħed biss għal kull sit tal-ħżin, u li l-ebda użu konfliġġenti ma jkun permess fuq is-sit.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati u trasparenti.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata prijorità lill-għoti ta’ permessi għall-ħżin għal sit partikolari lid-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għal dak is-sit, dment li l-esplorazzjoni ta’ dak is-sit tkun tlestiet, li kwalunkwe kundizzjoni stabbilita fil-permess għall-esplorazzjoni tkun ġiet osservata, u li l-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin issir matul il-perjodu ta’ validità tal-permess għall-esplorazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġi permess l-ebda użu konfliġġenti tal-kumpless matul il-proċedura tal-permess.

Artikolu 7

L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur potenzjali;

(2)

prova tal-kompetenza teknika tal-operatur potenzjali;

(3)

il-karatterizzazzjoni tas-sit u tal-kumpless tal-ħżin u valutazzjoni tas-sikurezza mistennija tal-ħżin taħt l-Artikolu 4(3) u (4);

(4)

il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, u l-metodi tat-trasport il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 ir-rati u l-pressjonijiet tal-injezzjoni, u l-post fejn hemm il-faċilitajiet tal-injezzjoni;

(5)

deskrizzjoni tal-miżuri biex jiġu evitati irregolaritajiet sinifikanti;

(6)

pjan ta’ monitoraġġ propost taħt l-Artikolu 13(2);

(7)

pjan ta’ miżuri korrettivi propost taħt l-Artikolu 16(2);

(8)

pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq propost taħt l-Artikolu 17(3);

(9)

it-tagħrif ipprovdut taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/337/KEE;

(10)

prova li l-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19 ser tkun valida u effettiva qabel tinbeda l-injezzjoni.

Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-ħżin biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(1)

l-awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-applikazzjoni ppreżentata taħt l-Artikolu 7 u ta’ kwalunkwe tagħrif ieħpr relevanti, tkun sodisfatta li:

(a)

ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ din id-Direttiva u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti oħra jkunu ntlaħqu;

(b)

l-operatur ikun f’qagħda finanzjarja soda u teknikament kompetenti u affidabbli biex jopera u jikkontrolla s-sit; u li jkun provdut l-iżvilupp u t-taħriġ professjonali u tekniku tal-operatur u tal-istaff kollu;

(c)

fil-każ ta’ aktar minn sit wieħed tal-ħżin fl-istess unita idrawlika, l-interazzjonijiet tal-pressjoni potenzjali jkunu tali li ż-żewġ siti jkunu jistgħu simultanjament jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(2)

l-awtorità kompetenti tkun ikkunsidrat kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-permess li jinħareġ taħt l-Artikolu 10.

Artikolu 9

Il-kontenut tal-permessi għall-ħżin

Il-permess għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur;

(2)

il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin, u tagħrif dwar l-unita idrawlika;

(3)

ir-rekwiżiti għall-operazzjoni tal-ħżin il-kwantità totali ta’ CO2 awtorizzata li tiġi maħżuna ġeoloġikament, il-limiti tal-pressjoni tal-ġibjun, u r-rati u l-pressjonijiet massimi ta’ injezzjoni;

(4)

ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 taħt l-Artikolu 12, u, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti oħra għall-injezzjoni u l-ħżin partikolarment biex ma jitħallewx isiru irregolaritajiet sinifikanti;

(5)

il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan u r-rekwiżiti għall-aġġornament tiegħu taħt l-Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rappurtaġġ taħt l-Artikolu 14;

(6)

ir-rekwiżit li tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-pjan ta’ miżuri korrettivi approvat u l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan ta’ miżuri korrettivi fil-każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti taħt l-Artikolu 16;

(7)

il-kundizzjonijiet għall-għeluq u l-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq approvat imsemmi fl-Artikolu 17;

(8)

dispożizzjonijiet dwar bidliet, reviżjoni, aġġornament u irtirar tal-permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11;

(9)

ir-rekwiżit li tiġi stabbilita u miżmuma l-garanzija finanzjarja jew kwalunkwe ekwivalenti ieħor taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 10

Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-applikazzjonijiet għall-permess disponibbli għall-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jkunu rċevewhom. Huma għandhom ukoll jagħmlu disponibbli materjal relatat ieħor li għandu jiġi meqjus mill-awtorità kompetenti meta din tkun ser tieħu deċiżjoni dwar l-għoti ta’ permess għall-ħżin. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, u bi kwalunkwe materjal ieħor meqjus meta jiġi adottat l-abbozz tad-deċiżjoni. Fi żmien erba’ xhur wara li tirċievi l-abbozz ta’ permess għall-ħżin, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwarha. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-abbozz tal-permess u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Kummissjoni, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha fejn tkun differenti mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 11

Tibdil, reviżjoni, aġġornament u rtirar tal-permessi għall-ħżin

1.   L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet ippjanati fl-operazzjoni tas-sit tal-ħżin, inkluż tibdil li jikkonċerna l-operatur. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess għall-ħżin jew il-kundizzjonijiet tal-permess.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr il-ħruġ ta’ permess għall-ħżin ġdid jew aġġornat konformement ma’ din id-Direttiva. L-ewwel inċiż tal-punt 13 tal-Anness II tad-Direttiva 85/337/KEE għandu japplika f’każijiet bħal dawn.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi u fejn meħtieġ taġġorna jew, jekk ma jistax isir mod ieħor, tirtira l-permess għall-ħżin:

(a)

jekk tkun ġiet innotifikata jew tinġibdilha l-attenzjoni bi tnixxijiet jew kwalunkwe irregolarità sinifikanti taħt l-Artikolu 16(1);

(b)

jekk ir-rapporti preżentati taħt l-Artikolu 14 jew l-ispezzjonijiet ambjentali mwettqa taħt l-Artikolu 15 juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew riskji ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti;

(c)

jekk tkun konxja minn kwalunkwe nuqqas ieħor mill-operatur li jilħaq il-kundizzjonijiet tal-permess;

(d)

jekk jidher li dan huwa neċessarju abbażi tal-aktar sejbiet xjentifiċi u progress teknoloġiku reċenti; jew

(e)

mingħajr preġudizzju għall-punti (a) sa (d), ħames snin wara l-ħruġ tal-permess u mbagħad kull għaxar snin.

4.   Wara li jiġi rtirat permess taħt il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin konformement mal-punt (c) tal-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha temporanjament twettaq l-obbligi legali kollha relatati mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li l-injezzjonijiet tas-CO2, il-monitoraġġ u l-miżuri korrettivi ma jitwaqqfux konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, iċ-ċediment tal-kwoti f’każijiet ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti anke billi tagħmel użu mill-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 19. Fil-każ tal-għeluq tas-sit tal-ħżin taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), għandu japplika l-Artikolu 17(4).

KAPITOLU 4

L-OBBLIGAZZJONIJIET TAL-OPERAZZJONI, TAL-GĦELUQ U TA’ WARA L-GĦELUQ

Artikolu 12

Il-kriterji u l-proċedura tal-aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2

1.   Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess tal-injezzjoni u sustanzi ta’ traċċi miżjuda biex jgħin fil-monitoraġġ u l-verifika tal-migrazzjoni tas-CO2. Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi inċidentali u miżjuda kollha għandhom ikunu anqas minn livelli li:

(a)

jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit għall-ħżin jew l-l-infrastruttura tat-trasport rilevanti;

(b)

ikunu ta’ riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa umana; jew

(c)

jiksru r-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli.

2.   Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tadotta linji gwida bħala għajnuna għall-identifikazzjoni tal-kondizzjonijiet applikabbli fuq bażi ta’ każ b’każ għar-rispett tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur:

(a)

jaccetta u jinjetta biss nixxigħat tas-CO2 jekk ikunu twettqu analiżi tal-kompoizzjoni, inklużi s-sustanzi korrużivi, tan-nixxigħat, u stima tar-riskju, u jekk l-istima tar-riskju turi li l-livelli ta’ kontaminazzjoni huma konformi mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1,

(b)

iżomm reġistru tal-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 konsenjati, u injettati, inkluża l-kompożizzjoni ta’ dawk, in-nixxiegħat.

Artikolu 13

Il-monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin (anke fejn possibbli tal-formazzjoni tas-CO2), u fejn xieraq tal-ambjent tal-madwar għall-iskop ta’:

(a)

tqabbil bejn il-komportament attwali u dak immuddellat tas-CO2 u ilma ta’ formazzjoni, fis-sit tal-ħżin;

(b)

rilevament ta’ irregolaritajiet sinifikanti;

(c)

l-identifikar ta’ migrazzjoni ta’ CO2;

(d)

l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2;

(e)

l-identifikar ta’ effetti ta’ ħsara sinifikanti għall-ambjent tal-madwar, anke b’mod partikolari fuq l-ilma tax-xorb, għall-popolazzjonijiet tal-bnedmin, jew għall-utenti tal-biosfera tal-madwar;

(f)

il-valutazzjoni tal-effikaċja ta’ kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda taħt l-Artikolu 16;

(g)

aġġornament tal-valutazzjoni tas-sigurtà u l-integrità tal-kumpless tal-ħżin fil-perjodu qasir u dak fit-tul, inkluża l-valutazzjoni jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament permanentement konfinat.

2.   Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ monitoraġġ imfassal mill-operatur konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, inklużi dettalji dwar il-monitoraġ bi qbil mal-linji gwida stabbiliti taħt l-Artikolu 14 u l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha taħt il-punt 6 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 5 tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva. Il-pjan għandu jiġi aġġornat konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u f’kull każ kull ħames snin biex jitqies t-tibdil għar-riskju vvalutat ta’ tnixxija, tibdil fir-riskji stmati għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, konoxxenza xjentifika ġdida, u titjib fl-aħjar teknoloġija disponibbli. Għandhom jiġu preżentati mill-ġdid pjanijiet aġġornati għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14

Ir-rappurtar mill-operatur

Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jippreżenta lill-awtorità kompetenti:

(1)

ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ taħt l-Artikolu 13 fil-perjodu tar-rappurtar inkluż it-tagħrif dwar it-teknoloġija tal-monitoraġġ użata;

(2)

il-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 ikkonsenjati u injettati, inkluża, l-kompożizzjoni ta’ dawk in-nixxigħat, fil-perjodu tar-rappurtar, reġistrati taħt il-punt (b) tal-Artikolu 12(3);

(3)

prova tat-twaqqif u taż-żamma tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19 u taħt il-punt 9 tal-Artikolu 9;

(4)

kwalunkwe tagħrif ieħor li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess għall-ħżin u taż-żieda fil-konoxxenza dwar il-komportament tas-CO2 fis-sit tal-ħżin.

Artikolu 15

Ispezzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet ta’ rutina jew mhux ta’ rutina tal-kumplessi tal-ħżin kollha ġewwa l-ambitu ta’ din id-Direttiva għall-finijiet ta’ ċċekkjar u promozzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva u tal-monitoraġġ tal-effetti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.

2.   L-ispezzjonijiet għandhom jinkludu attivitajiet bħal żjarat tal-istallazzjonijiet tal-wiċċ, inklużi l-faċilitajiet ta’ injezzjoni, il-valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ imwettqa mill-operatur, u l-iċċekkjar tar-reġistri kollha rilevanti miżmuma mill-operatur.

3.   L-ispezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu mill-inqas darba fis-sena sa tliet snin wara l-għeluq u kull ħames snin sa meta jseħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti.. Għandhom jeżaminaw il-faċilitajiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ rilevanti kif ukoll il-firxa sħiħa tal-effetti rilevanti mill-kumpless tal-ħżin fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.

4.   L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom jitwettqu:

(a)

jekk l-awtorità kompetenti tkun ġiet innotifikata jew nġibditilha l-attenzjoni bi tnixxijiet jew b’irregolaritajiet sinifikanti taħt l-Artikolu 16(1);

(b)

jekk ir-rapporti taħt l-Artikolu 14 ikunu wrew konformità mhux suffiċjenti mal-kundizzjonijiet tal-permess;

(c)

biex jiġu investigati lmenti relatati mal-ambjent jew mas-saħħa tal-bniedem serji;

(d)

f’sitwazzjonijiet oħra fejn l-awtorità kompetenti tqis dan xieraq.

5.   Wara kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprepara rapport dwar ir-riżultati tal-ispezzjoni. Ir-rapport għandu jevalwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jindika jekk hijiex meħtieġa jew le azzjoni oħra. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-operatur ikkonċernat u għandu jkun disponibbli pubblikament konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti fi żmien xahrejn mill-ispezzjoni.

Artikolu 16

Il-miżuri f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa inklużi miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Fil-każijiet ta’ tnixxijiet u rregolaritajiet sinifikanti li jimplikaw ir-riskju ta’ tnixxija, l-operatur għandu jinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti konformement mad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Il-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu bħala minimu abbażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi preżentat lill-awtorità kompetenti u approvat minnha taħt il-punt 7 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 6 tal-Artikolu 9;

3.   L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin teħtieġ lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi meħtieġa kif ukoll il-miżuri relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dawn jistgħu jkunu addizzjonali għal jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Hija tista’ wkoll fi kwalunkwe ħin tieħu miżuri korrettivi hija stess.

4.   Jekk l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa hija stess.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 mingħand l-operatur anke bl-użu tal-garanzija finanzjarja taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 17

L-obbligazzjonijiet tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq

1.   Sit tal-ħżin għandu jingħalaq:

(a)

jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ddikjarati fil-permess jintlaħqu;

(b)

fuq talba issostanzjata tal-operatur, wara awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti; jew

(c)

jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11(3).

2.   Wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, l-operatur jibqa’ responsabbli għall-monitoraġġ, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, u għall-obbligazzjonijiet kollha relatati maċ-ċediment tal-kwoti f’każ ta’ tnixxijiet taħt id-Direttiva 2003/87/KE u azzjonijiet preventivi u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2004/35/KE, sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 18(1) sa (5) ta’ din id-Direttiva. L-operatur għandu wkoll ikun responsabbli għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni.

3.   L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu sodisfatti fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq imfassal mill-operatur ibbażat fuq l-aħjar prattika u konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jiġi preżentat lill-awtorità kompetenti u jiġi approvat minnha taħt il-punt 8 tal-Artikolu 7 u taħt il-punt 7 tal-Artikolu 9. Qabel l-għeluq ta’ sit tal-ħżin taħt il-punt (a) jew il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jkun:

(a)

aġġornat kif meħtieġ, b’kont meħud tal-analiżi tar-riskju, l-aħjar prattika u t-titjib teknoloġiku;

(b)

preżentat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħha; u

(c)

approvat mill-awtorità kompetenti bħala l-pjan ta’ wara l-għeluq definittiv.

4.   Wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli, għall-monitoraġġ, u l-miżuri korrettivi konformement mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u għall-obbligazzjonijiet kollha relatati maċ-ċediment tal-kwoti fil-każ ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u għall-azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikolu 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE. Ir-rekwiżiti ta’ wara l-għeluq taħt din id-Direttiva għandhom jiġu sodisfatti mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tal-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jkun aġġornat kif meħtieġ.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tirkupra mingħand l-operatur l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 4, anke bl-użu tas-sigurtà finanzjarja taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 18

It-trasferiment tar-responsabbiltà

1.   Fejn sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1), l-obbligazzjonijiet legali kollha relatati mal-monitoraġġ u l-miżuri korrettivi taħt ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, iċ-ċediment tal-kwoti f’każijiet ta’ tnixxija taħt id-Direttiva 2003/87/KE u l-azzjoni preventiva u ta’ rimedju taħt l-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2004/35/KE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur dment li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu rrispettati:

(a)

l-evidenza disponibbli kollha tindika li s-CO2 maħżun ser ikun kontenut kompletament u b’mod permanenti;

(b)

perijodu minimu, li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti, ikun għadda. Dan il-perijodu minimu m’għandux ikun inqas minn 20 sena, sakemm il-awtorità kompetenti ma tkunx konvinta li l-kriterju msemmi fil-punt (a) ġie sodisfatt qabel tmiem dan il-perijodu;

(c)

l-obbligi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 20 jkunu ġew sodisfatti;

(d)

is-sit ikun ġie ssiġġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni tneħħew.

2.   L-operatur għandu jħejji rapport li jiddokumenta li l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ġiet sodisfatta u għandu jippreżentah lill-awtorità kompetenti sabiex din tal-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà. Dan ir-rapport għandu juri, mill-inqas:

(a)

il-konformità bejn il-komportament reali tas-CO2 injettat u il-komportament mmudellat;

(b)

in-nuqqas ta’ kwalunkwe tnixxija li tista’ tiġi rilevata;

(c)

li s-sit għall-ħżin qed jevolvi lejn sitwazzjoni ta’ stabbiltà fit-tul.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fis-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, filwaqt li tenfasizza fihom kwalunkwe implikazzjoni għall-kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-perijodi minimi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ikunu ntlaħqu, hija għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni tat-trasferiment tar-responsabbiltà. L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jispeċifika l-metodu għad-determinazzjoni li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ikunu ġew sodisfatti kif ukoll kwalunkwe rekwiżit aġġornat għall-issiġġillar tas-sit għall-ħżin u għat-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex sodisfatti, hija għandha tinforma lill-operatur bir-raġunijiet tagħha.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli għall-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jkunu rċevewhom. Huma għandhom ukoll jagħmlu disponibbli materjal relatat ieħor li għandu jiġi meqjus mill-awtorità kompetenti meta din tħejji abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni dwar it-trasferiment ta’ responsabbiltà. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti taħt il-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe materjal ieħor meqjus biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien erba’ xhur wara li tirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwaru. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma toħroġx opinjoni, hija għandha tgħarraf lill-Istat Membru fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ġew sodisfatti, hija għandha tadotta d-deċiżjoni finali u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-operatur L-awtorità kompetenti għandha wkoll tinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Kummissjoni, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha fejn tkun differenti mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

6.   Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà l-ispezzjonijiet ta’ rutina previsti fl-Artikolu 15(3) għandhom jieqfu u, il-monitoraġġ jista’ jitnaqqas għal livell li jippermetti li jinstabui tnixxiji jew irregolaritajiet sinifikanti. Jekk jinstabu kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi intensifikat kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effikaċja ta’ miżuri korrettivi.

7.   F’każijiet fejn kien hemm nuqqas min-naħa tal-operatur, inklużi każijiet ta’ data mhix tajba biżżejjed, ħabi ta’ tagħrif rilevanti, negliġenza, ingann bi ħsieb jew nuqqas fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra mingħand l-operatur preċedenti l-ispejjeż imġarrba wara li jkun seħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ieħor tal-ispejjeż preċedenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà.

8.   Fejn sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), it-trasferiment tar-responsabbiltà għandha titqies li seħħet jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun kompletament u permanentement konfinat, u wara li s-sit ikun ġie issiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija.

Artikolu 19

Il-garanzija finanzjarja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata prova li jistgħu jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet adegwati, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ arranġamenti li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, hija ppreżentata mill-operatur potenzjali bħala parti mill-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin. Dan sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ taħt din id-Direttiva, inklużi rekwiżiti tal-għeluq u ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni tas-siti għall-ħżin taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu. Din is-sigurtà finanzjarja għandha tkun valida u effettiva qabel il-bidu tal-injezzjoni.

2.   Il-garanzija finanzjarja għandha tiġi aġġustata perjodikament biex jittieħed kont tat-tibdil għar-riskju valutat ta’ tnixxija u l-ispejjeż stmati tal-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ taħt din id-Direttiva, inkluża kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta mill-inklużjoni tas-sit għall-ħżin taħt id-Direttiva 2003/87/KE.

3.   Il-garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom tibqa’ valida u effettiva:

(a)

wara li sit tal-ħżin jingħalaq taħt il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 17(1), sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi trasferita lill-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 18(1) sa (5);

(b)

wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin taħt l-Artikolu 11(3):

(i)

sakemm jinħareġ permess għall-ħżin ġdid;

(ii)

fejn is-sit jingħalaq taħt il-punt (c) tal-Artikolu 17(1), sa meta jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà taħt l-Artikolu 18(8), dment li l-obbligi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 20 jkunu ntlaħqu.

Artikolu 20

Mekkaniżmu finanzjarju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur, abbażi tal-arranġamenti dettaljati li għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri, iqiegħed kontribuzzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti qabel ma jkun sar it-trasferiment tar-responsabbiltà taħt l-Artikolu 18. Il-kontribuzzjoni mill-operatur għandha tqis dawk il-kriterji msemmija fl-Anness I u l-elementi li għandhom x’jaqsmu ir-rekord tal-ħżin tas-CO2 rilevanti biex ikunu determinati l-obbligi ta’ wara t-trasferiment, u għandha tkopri mill-inqas l-ispiża antiċipata ta’ monitoraġġ għal perijodu ta’ 30 sena. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biex tkopri l-ispejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà sabiex ikun żgurat li s-CO2 ikun kontenut kompletament b’mod permanenti u f’siti għall-ħżin ġeoloġiku wara t-trasferiment tar-responsabbiltà.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-istima tal-ispejjeż imsemmija fl-ewwel paragrafu li għandhom ikunu żviluppati f’konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-operaturi.

KAPITOLU 5

L-AĊĊESS TA’ TERZI

Artikolu 21

L-aċċess għan-network tat-trasport u għas-siti tal-ħżin

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-networks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u miġbur, konformement mal-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju determinat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu japplika objettivi ta’ aċċess ġust u miftuħ, u jqis:

(a)

il-kapaċità tal-ħżin li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ transport li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli;

(b)

il-proporzjon tiegħu tal-obbligazzjonijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 taħt strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità li għandu l-intenzjoni li jilħaq permezz tal-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2,

(c)

il-bżonn li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn ikun hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jingħelbu b’mod raġonevoli;

(d)

il-bżonn li jiġu rrispettati l-bżonnijiet raġonevoli sostanzjati kif xieraq tas-sid jew tal-operatur tas-sit tal-ħżin jew tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-interessi tal-utenti l-oħra kollha tal-ħżin jew tan-network jew tal-faċilitajiet rilevanti tal-ipproċessar jew tal-ġarr li jistgħu jiġu affetwati; u;

3.   L-operaturi tan-network tat-trasport tas-CO2 u l-operaturi tas-siti tal-ħżin jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità. Għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati kif xieraq għal kull rifjut.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur li jirrifjuta l-aċċess għal raġuni ta’ nuqqas ta’ kapaċità jew nuqqas ta’ konnessjoni jagħmel kull titjib meħtieġ sa fejn ikun ekonomiku li jagħmel dan jew meta jkun hemm klijent potenzjali li jkun lest li jħallas għalihom, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-sikurezza ambjentali tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2.

Artikolu 22

Ir-riżoluzzjoni ta’ disputi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, inkluża awtorità indipendenti mill-partijiet b’aċċess għat-tagħrif kollu rilevanti, sabiex id-disputi relatati mal-aċċess għan-networks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin jiġu riżolti malajr, filwaqt li jiġu meqjusal-kriterji msemmija fl-Artikolu 21(2) u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ dan l-aċċess.

2.   F’każ ta’ disputi transkonfinali, għandhom jiġu applikati l-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi tal-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni fuq in-network tat-trasport jew fuq is-sit tal-ħżin li għalih l-aċċess ġie rifjutat. Fejn, f’disputi transkonfinali, aktar minn Stat Membru wieħed ikopri n-network tat-trasport jew is-sit tal-ħżin kkonċernat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw bil-għan li jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata b’mod konsistenti.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

L-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jissodisfaw id-dmirijiet stabbiliti taħt din id-Direttiva. Fejn tiġi nnominata aktar minn awtorità kompetenti waħda, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ dawn l-awtoritajiet magħmul taħt din id-Direttiva.

Artikolu 24

Kooperazzjoni transkonfinali

F’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità b’mod konġunt.

Artikolu 25

Reġistri

1.   L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm:

(a)

reġistru tal-permessi għall-ħżin mogħtija u

(b)

reġistru permanenti tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep u taqsimiet li juru safejn dawn iwasslu u tagħrif disponibbli rilevanti biex jiġi vvalutat li s-CO2 maħżun ser ikun kontenut kompletament u permanentement.

2.   Għandu jittieħed kont tar-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar rilevanti u meta jippermettu xi attività li tista’ taffetwa lil jew tiġi affetwata mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-siti tal-ħżin reġistrati.

Artikolu 26

Tagħrif għall-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku it-tagħrif ambjentali relatat mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli.

Artikolu 27

Ir-rappurtar mill-Istati Membri

1.   Kull tliet snin l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva inkluż ir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 25(1). L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jsir fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali mfasslin mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandha tintbagħat lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport.

2.   Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 28

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissuażivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa 25 ta’ Ġunju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 29

Emendament tal-Annessi

Jistgħu jittieħdu miżuri għall-emendament tal-Annessi. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 30

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Bdil fil-Klima.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ta’ din.

KAPITOLU 7

EMENDI

Artikolu 31

Emendament tad-Direttiva 85/337/KEE

Id-Direttiva 85/337/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt 16 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“16.

Pipelines b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km

għat-trasport ta’ gass, żejt, sustanzi kimiċi u

għat-trasport ta’ nixxigħat tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati.”

(b)

Għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“23.

Siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (*).

24.

Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn istallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 tkun ta’ 1,5 mega tunnellati jew aktar.

(*)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114”."

(2)

L-Anness II, għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej huwa miżjud mal-punt 3:

“(j)

Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn istallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.”

(b)

Il-punt (i) tal-punt 10 għandu jkun issostitwit b’dan li ġej:

“(i)

Stallazzjonijiet ta’ oleodotti u gassdotti u linji ta’ pajpijiet għat-trasport ta’ nixxigħat ta’ CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku (proġetti mhux inklużi fl-Anness I).”

Artikolu 32

Emendament tad-Direttiva 2000/60/KE

Fil-punt (j) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara t-tielet inċiż:

“—

injezzjoni tan-nixxiegħat tad-dijossidu tal-karbonju għall-finijiet tal-ħżin f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali mhumiex permanentement adegwati għal finijiet oħra, sakemm din it-tip ta’ injezzjoni ssir konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*) jew tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikolu 2(2) tagħha;

Artikolu 33

Emendament tad-Direttiva 2001/80/KE

Fid-Direttiva 2001/80/KE, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi tal-impjanti tal-kombustjoni kollha b’kapaċità stmata ta’ produzzjoni elettrika ta’ 300 megawatt jew aktar li għalihom il-liċenzja oriġinali ta’ kostruzzjoni jew, fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ dan it-tip, il-liċenzja oriġinali biex joperaw tingħata wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*), ikunu vvalutaw jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin humiex sodisfatti:

is-siti għall-ħżin adegwati jkunu disponibbli;

il-faċilitajiet tat-trasport ikunu teknikament u ekonomikament fattibbli;

ikun teknikament u ekonomikament fattibbli li jsir tagħmir ġdid wara għall-ġbir tas-CO2.

2.   Jekk il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 jiġu sodisfatti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jitħalla spazju adatt fuq is-sit tal-istallazzjoni għat-tagħmir meħtieġ għall-ġbir u l-kompressjoni tas-CO2. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk il-kondizzjonijiet humiex sodisfatti abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tagħrif ieħor disponibbli, partikolarment rigward il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 34

Emendament tad-Direttiva 2004/35/KE

Fl-Anness III għad-Direttiva 2004/35/KE, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“14.

L-operazzjoni ta’ siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*);

Artikolu 35

Emendament tad-Direttiva 2006/12/KE

Il-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/12/KE għabdu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

skariki ta’ gassijiet mitfugħa fl-atmosfera u dijossidu tal-karbonju miġbur u trasportat għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku u maħżun ġeoloġikament konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*) jew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva taħt l-Artikolu 2(2) tagħha;

Artikolu 36

Emendament tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

Fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

vjeġġi ta’ CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku konformement mad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*);

Artikolu 37

Emendament tad-Direttiva 2008/1/KE

Fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“6.9

Il-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 minn istallazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] (*).

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 38

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien disa’ xhur minn meta tirċievi r-rapporti msemmijin fl-Artikolu 27.

2.   Fir-rapport trasmess sal-31 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari, abbażi tal-esperjenza rigward l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-esperjenza rigward is-CCS u b’kont meħud tal-progress tekniku u tal-konoxxenza xjentifika l-aktar reċenti:

jekk il-konteniment permanenti tas-CO2 b’tali mod li jiġu prevenuti u mnaqqsa kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza ambjentali u umana mis-CCS ġiex muri b’mod suffiċjenti;

jekk il-proċeduri rigward ir-reviżjonijiet mill-Kummissjoni tal-abbozzi tal-permessi għall-ħżin, imsemmijin fl-Artikolu 10 u l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà imsemmijiet fl-Artikolu 18 għadhomx meħtieġa;

l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji u l-proċedura għall-aċċettazzjoni ta’ nixxigħat tas-CO2 msemmija fl-Artikolu 12;

l-esperjenza bid-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-partijiet terzi msemmi fl-Artikoli 21 u 22 u bid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni transkonfinali taħt l-Artikolu 24;

id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-impjanti ta’ kombustjoni b’kapaċità ta’ produzzjoni elettrika ta’ 300 megawatts jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE;

prospetti għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’pajjiżi terzi;

aktar żvilupp u aġġornament tal-kriterji msemmija fl-Anness I u fl-Anness II;

esperjenza rigward inċentivi għall-applikazzjoni tas-CCS fuq installazzjonijiet tal-kombustjoni tal-bijomassa;

il-ħtieġa għal aktar regolamentazzjoni rigward riskji ambjentali relatati mat-trasport tas-CO2;

u għandha tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva jekk ikun hemm bżonn.

3.   Meta jintwera b’mod suffiċjenti li jkun hemm kontaminazzjoni permanenti tas-CO2 b’mod li jkunu impeduti u, meta dan ma jkunx possibbli, eliminati kemm jista’ jkun l-effetti negattivi u kwalunkwe riskju għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u s-sigurtà ambjentali u għall-bniedem tas-CCS, kif ukoll il-fattibbiltà ekonomika tagħha, ir-reviżjoni għandha teżamina jekk hux meħtieġ u prattikabbli li jkun stabbilit rekwiżit obbligatorju għal standards ta’ prestazzjoni ta’ emmissjonijiet għal installazzjonijiet ta’ kombustjoni kbar u ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku taħt l-Artikolu 9a tad-Direttiva 2001/80/KE.

Artikolu 39

Traspożizzjoni u miżuri tranżitorji

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 25 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbili mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti għall-ħżin li ġejjin li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jintużaw konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva sa 25 ta’ Ġunju 2012:

(a)

siti għall-ħżin użati taħt il-leġislazzjoni eżistenti fi 25 ta’ Ġunju 2009;

(b)

siti għall-ħżin awtorizzati taħt tali leġislazzjoni qabel jew fi 25 ta’ Ġunju 2009, sakemm dawn is-siti ma jintużawx aktar tard minn sena wara dik id-data.

L-Artikoli 4 u 5, il-punt (3) tal-Artikolu 7(3), il-punt (2) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 10 m’għandhomx japplikaw f’dawn il-każijiet.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 41

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 75

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(6)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(7)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(8)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(9)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(11)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9. Id-Direttiva 2006/12/KE tħassret bid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3) b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2010.

(12)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(14)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(15)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1.

(16)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS I

KRITERJI GĦALL-KARATTERIZZAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-KUMPLESS GĦALL-ĦŻIN POTENZJALI U TAŻ-ŻONA TAL-MADWAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u taż-żona tal-madwar imsemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jitwettqu fi tliet partijiet konformement mal-aħjar prattika fil-ħin tal-valutazzjoni u l-kriterji li ġejjin. Jistgħu jkunu permessi derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji mill-awtorità kompetenti dment li l-operatur juri li l-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet taħt l-Artikolu 4 ma tiġix affettwata.

Parti 1:   Il-ġbir tad-data

Għandha tiġi akkumulata biżżejjed data biex jinbena mudell tal-art volumetriku u statiku tridimensjonali (3-D) għas-sit tal-ħżin u għall-kumpless tal-ħżin inkluża l-blata tal-wiċċ (caprock) u l-madwar, inklużi l-oqsma konnessi idrawlikament. Din id-data għandha tkopri mill-inqas il-karatteristiċi intrinsiċi tal-kumpless għall-ħżin li ġejjin:

(a)

il-ġeoloġija u l-ġeofiżika;

(b)

l-idroġeoloġija (b’mod partikolari l-eżistenza ta’ ilma ta’ taħt l-art intenzjonat għall-konsum);

(c)

l-inġinerija tal-ġibjuni (inklużi kalkoli volumetriċi tal-volum tal-pori għall-injezzjoni tas-CO2 u l-kapaċità tal-ħżin, finali);

(d)

il-ġeokimika (rati ta’ xoljiment, ir-rati tal-mineralizzazzjoni);

(e)

il-ġeomekkanika (il-permeabbiltà, il-pressjoni tal-qsim);

(f)

is-siżmiċità;

(g)

il-preżenza u kundizzjoni ta’ passaġġi naturali jew magħmula mill-bniedem inklużi bjar u spiri li jistgħu jipprovdu passaġġi għat-tnixxijiet;

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-viċinanza komplessiva għandhom jiġu ddokumentati:

(h)

l-oqsma li jiċċirkondaw il-kumpless tal-ħżin li jistgħu jiġu affetwati mill-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħżin;

(i)

id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni fir-reġjun sovrastanti s-sit tal-ħżin;

(j)

il-prossimità għal riżorsi naturali ta’ valur (inklużi b’mod partikolari ż-żoni tan-Natura 2000 taħt id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2), l-ilma ta’ taħt l-art li jista’ jinxtorob u l-idrokarboni);

(k)

l-attivitajiet madwar il-kumpless għall-ħżin u l-interazzjonijiet possibbli ma’ dawn l-attivitajiet (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin tal-idrokarboni, l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma u l-użu tar-riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art);

(l)

il-prossimità għas-sors(i) potenzjali ta’ CO2 (inklużi stimi tal-massa totali potenzjali tas-CO2 ekonomikament disponibbli għall-ħżin) u n-networks adatti tat-trasport.

Parti 2:   Bini tal-mudell tal-art ġeoloġiku statiku tridimensjonali

Permezz tad-data miġbura fil-Parti 1, għandu jinbena mudell tal-art ġeoloġiku statiku tridimensjonali, jew sett ta’ dawn it-tip ta’ mudelli, tal-kumpless tal-ħżin kandidat inkluż il-blat tal-wiċċ (caprock) u ż-żoni u fluwidi konnessi idrawlikament bl-użu ta’ simulaturi kompjuterizzati tal-ġibjuni. Il-mudell(i) tal-art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi) għandu(għandhom) jikkaratterizza(w) il-kumpless f’termini ta’:

(a)

l-istruttura ġeoloġika tas-sifun fiżiku;

(b)

il-karatteristiċi ġeomekkaniċi, ġeokimiċi u tal-fluss tal-piż sovrastmat tal-ġibjun (il-blata tal-wiċċ, is-siġilli, l-orizzonti porużi u permeabbli) u l-formazzjonijiet tal-madwar;

(c)

il-karatterizzazzjoni tas-sistema tal-ksur u l-preżenza ta’ kwalunkwe passaġġ magħmul mill-bniedem;

(d)

l-estensjoni mill-medda u mill-għoli tal-kumpless tal-ħżin;

(e)

il-volum tal-ispazju tal-pori (inkluża d-distribuzzjoni tal-porożità);

(f)

id-distribuzzjoni bażi tal-fluwidi;

(g)

kwalunkwe karatteristiċi oħra rilevanti.

L-inċertezza assoċjata ma’ kull wieħed mill-parametri użati biex jinbena l-mudell għandha tiġi valutata billi jiġu żviluppati firxa ta’ xenarji għal kull parametru u billi jiġu kkalkulati l-limiti adegwati ta’ fiduċja. Kwalunkwe inċertezza assoċjata mal-mudell innifsu għandha wkoll tiġi valutata.

Parti 3:   Karatterizzazzjoni tal-komportament dinamiku tal-ħżin, karatterizzazzjoni tas-sensittività, l-istima tar-riskju

Il-karatterizzazzjoni u l-istima għandhom ikuni bbażati fuq l-immudellar dinamiku, li jikkonsisti varjetà ta’ simulazzjonijiet tal-mument tal-injezzjoni tas-CO2 fis-sit tal-ħżin bl-użu tal-mudell tal-art ġeoloġiku statiku tridimensjonali fis-simulatur kompjuterizzat tal-kumpless tal-ħżin mibni taħt il-Parti 2.

Parti 3.1: Karatterizzazzjoni tal-komportament dinamiku tal-ħżin

Għandhom jitqiesu mill-anqas il-fatturi li ġejjin:

(a)

ir-rati possibbli ta’ injezzjoni u l-karatteristiċi ta’ nixxigħat tas-CO2;

(b)

l-effikaċja tal-immudellar tal-proċess akkoppjat (eż. l-mod kif effetti uniċi varji fis-simulatur(i) jinteraġixxu);

(c)

il-proċessi reattivi (jiġifieri l-mod kif ir-reazzjonijiet tas-CO2 injettat mal-minerali in situ jirriżultaw fil-mudell);

(d)

is-simulatur tal-ġibjun użat (simulazzjonijiet multipli jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jivvalidaw ċerti sejbiet);

(e)

is-simulazzjonijiet fil-qosor u fit-tul (biex jiġi stabbilit l-eżitu u l-komportament tas-CO2 matul id-deċennji u l-millenja inkluża r-rata ta’ dissoluzzjoni tas-CO2 fl-ilma).

L-immudellar dinamiku għandu jipprovdi tagħrif dwar:

(f)

il-pressjoni u t-temperatura tal-formazzjoni tal-ħżin bħala funzjoni tar-rata ta’ injezzjoni u l-ammont ta’ injezzjoni kumulattiv tul iż-żmien;

(g)

il-wisa’ u l-għoli tas-CO2 vs. iż-żmien;

(h)

in-natura tal-fluss tas-CO2 fil-ġibjun inkluż il-komportament tal-fażi;

(i)

il-mekkaniżmi tal-ġbir u r-rati tas-CO2 (inklużi punti ta’ tnixxija u siġilli laterali u vertikali);

(j)

is-sistemi sekondarji ta’ ġbir fil-kumpless kollu tal-ħżin;

(k)

il-kapaċità tal-ħżin u l-gradjenti tal-pressjoni fis-sit tal-ħżin;

(l)

ir-riskju ta’ qsim tal-formazzjoni(jiet) tal-ħżin u tal-ġebla tal-wiċċ;

(m)

ir-riskju tad-dħul tas-CO2 fil-ġebla tal-wiċċ;

(n)

ir-riskju ta’ tnixxija mis-sit għall-ħżin (eż. minn ġo bjar abbandunati jew mhux issiġillatti b’mod xieraq);

(o)

ir-rata tal-migrazzjoni (f’ġibjuni miftuħa);

(p)

ir-rati tal-issiġillar tal-qsim;

(q)

il-bdil fil-kimika fil-likwidi tal-formazzjoni(ijiet) u r-reazzjonijiet sussegwenti tal-formazzjoni(jiet) (eż. bidla fil-pH, fil-formazzjoni minerali) u inklużjoni ta’ mmudellar reattiv biex jiġu valutati l-effetti;

(r)

l-ispostament tal-likwidi tal-formazzjoni.

(s)

aktar siżmiċità u elevazzjoni fil-livell tal-wiċċ.

Parti 3.2: Il-karatterizzazzjoni tas-sensittività

Is-simulazzjonijiet multipli għandhom isiru biex tiġi identifikata s-sensittività tal-istima għal assunzjonijiet magħmula dwar parametri partikolari. Is-simulazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq parametri li jinbidlu fil-mudell(i) tal-art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi), u funzjonijiet ta’ rati u ta’ assunzjonijiet li jinbidlu fl-eżerċizzju dinamiku ta’ mmudellar. Kwalunkwe sensittività sinifikanti għandha titqies fl-istima tar-riskju.

Parti 3.3: L-istima tar-riskju

L-istima tar-riskju għandha tinkludi, inter alia, dan li ġej:

3.3 1.   Il-karatterizzazzjoni tal-periklu

Il-karatterizzazzjoni tal-periklu għandha ssir billi jiġi kkaratterizzat il-potenzjal tat-tnixxija mill-kumpless tal-ħżin, kif stabbilit permezz tal-immudellar dinamiku u l-karatterizzazzjoni tas-sikurezza deskritti aktar ‘il fuq. Dan għandu jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ inter alia:

(a)

il-passaġġi ta’ tnixxija potenzjali;

(b)

il-kobor potenzjali ta’ avvenimenti ta’ tnixxija għal passaġġi ta’ tnixxija identifikati (ir-rati tal-fluss);

(c)

il-parametri kritiċi li jaffetwaw it-tnixxija potenzjali (eż. l-pressjoni massima tal-ġibjun, ir-rata massima ta’ injezzjoni, it-temperatura, is-sensittività għal assunzjonijiet varji fil- mudell(i) tal-Art ġeoloġiku (ġeoloġiċi) statiku(statiċi) eċċ.);

(d)

l-effetti sekondarji tal-ħżin tas-CO2 inklużi likwidi tal-formazzjoni spostati u sustanzi ġodda maħluqa mill-ħżin tas-CO2;

(e)

kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent (per eżempju strutturi fiżiċi assoċjati mal-proġett).

Il-karatterizzazzjoni tal-periklu għandha tkopri l-firxa sħiħa ta’ kondizzjonijiet potenzjali tal-operat biex tiġi ttestjata s-sigurtà tal-kumpless tal-ħżin.

3.3.2.   L-istima tal-esponiment — ibbażata fuq il-karatteristiċi tal-ambjent u d-distribuzzjoni u l-attivitajiet tal-popolazzjoni tal-bniedem fuq il-kumpless tal-ħżin, u l-komportament u l-eżitu potenzjali tas-CO2 li jnixxi minn passaġġi potenzjali identifikati taħt Parti 3.3.1;

3.3.3.   L-istima tal-effetti — ibbażata fuq is-sensittività ta’ speċji, komunitajiet jew ambjenti naturali partikolari konnessa ma’ avvenimenti ta’ tnixxija potenzjali identifikati taħt Parti 3.3.1. Fejn ikun rilevanti għandha tinkludi l-effetti tal-esponiment għal konċentrazzjonijiet għolja ta’ CO2 fil-biosfera (fgar; hypercapnia) u pH imnaqqas f’dawk l-ambjenti minħabba tnixxija ta’ CO2). Għandha tinkludi wkoll stima tal-effetti ta’ sustanzi oħra li jistgħu jkunu preżenti fi tnixxijiet minn nixxiegħat ta’ CO2 (jew impurezzi preżenti fin-nixxiegħa tal-injezzjoni jew sustanzi ġodda ffurmati permezz tal-ħżin tas-CO2). Dawn l-effetti għandhom jitqiesu fuq firxa ta’ skali abbażi taż-żmien u l-post, u konnessi ma’ firxa ta’ kobor differenti ta’ avvenimenti ta’ tnixxija.

3.3.4.   Il-karatterizzazzjoni tar-riskju — din għandha tikkonsisti minn valutazzjoni tas-sikurezza u tal-integrità tas-sit fiż-żmien qasir jew fit-tul, inkluża stima tar-riskju ta’ tnixxija taħt il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, u tal-agħar impatti ambjentali u għas-saħħa. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju għandha titwettaq fuq bażi tal-istima tal-periklu, tal-esponiment u tal-effetti. Għandha tinkludi stima tas-sorsi ta’ inċertezza identifikati matul il-passi ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni tas-sit tal-ħżin u fejn ikun vijabbli, deskrizzjoni tal-possibbiltajiet biex titnaqqas l-inċertezza.


(1)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.


ANNESS II

KRITERJI GĦALL-ISTABBILIMENT U L-AĠĠORNAMENTTAL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 13(2) U GĦALL-MONITORAĠĠ TA’ WARA L-GĦELUQ

1.   L-istabbiliment u l-aġġornament tal-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2) għandu jiġi stabbilit abbażi tal-analiżi tal-istima tar-riskju mwettqa fil-Parti 3 tal-Anness I, u aġġornat bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 13(1) konformement mal-kriterji li ġejjin:

1.1.   L-istabbiliment tal-pjan

Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jipprovdi d-dettalji tal-monitoraġġ li għandu jsir fl-istadji prinċipali tal-proġett, inklużi l-monitoraġġ tal-linja bażi, il-monitoraġġ operattiv, u l-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq. Dawn li ġejjin għandhom jiġu speċifikati għal kull fażi:

(a)

il-parametri mmonitorjati;

(b)

it-teknoloġija ta’ monitoraġġ użata u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tat-teknoloġija;

(c)

il-lokazzjonijiet tal-monitoraġġ u l-motivazzjoni wara t-teħid ta’ kampjuni minn postijiet differenti;

(d)

il-frekwenza tal-applikazzjoni u l-motivazzjoni wara t-teħid ta’ kampjuni fi żminijiet differenti.

Il-parametri li għandhom jiġu mmonitorjati huma identifikati sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-monitoraġġ. Madankollu, il-pjan għandu f’kull każ jinkludi monitoraġġ kontinwu jew intermittenti tal-oġġetti li ġejjin:

(e)

l-emissjonijiet tas-CO2 li jaħarbu mil-faċilità tal-injezzjoni;

(f)

il-fluss volumetriku tas-CO2 fil-bokki tal-injezzjoni (injection wellheads);

(g)

il-pressjoni u t-temperatura tas-CO2 fil-bokki tal-injezzjoni (injection wellheads) (biex jiġi ddeterminat il-fluss tal-massa);

(h)

l-analiżi kimika tal-materjali injettat;

(i)

it-temperatura u l-pressjoni tal-ġibjun (biex jiġu ddeterminati l-komportament u l-istat tas-CO2 waqt il-fażi).

L-għażla tat-teknoloġija tal-monitoraġġ għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar prattika disponibbli fiż-żmien tad-disinn. L-alternattivi li ġejjin għandhom jitqiesu u jiġu użati kif xieraq:

(j)

it-teknoloġiji li jistgħu jindividwaw il-preżenza, il-lok u l-passaġġi ta’ migrazzjoni tas-CO2 taħt il-wiċċ u fil-wiċċ;

(k)

it-teknoloġiji li jipprovdu tagħrif dwar il-komportament tal-volum-pressjoni u d-distribuzzjoni tas-saturazzjoni fil-wisa’ u fl-għoli tal-formazzjoni tas-CO2 biex tkun irfinuta s-simulazzjoni numerika 3-D għall-mudelli ġeoloġiċi 3-D tal-formazzjoni tal-ħżin stabbiliti taħt l-Artikolu 4 u l-Anness I;

(l)

it-teknoloġiji li jistgħu jipprovdu firxa wiesgħa fil-wisa’ sabiex jinġabar it-tagħrif dwar kwalunkwe passaġġi ta’ tnixxija li ma jkunux ġew individwati qabel matul id-dimensjonijiet fil-wisa’ tal-kumpless tal-ħżin komplut u lil hinn, f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew migrazzjoni tas-CO2 barra mill-kumpless tal-ħżin.

1.2.   L-aġġornament tal-pjan

Id-data miġbura mill-monitoraġġ għandha tiġi mqabbla u tiġi interpretata. Ir-riżultati osservati għandhom jiġu mqabbla mal-komportament mbassar fis-simulazzjoni dinamika tal-komportament pressjoni/volum u saturazzjoni 3-D magħmula fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni tas-sikurezza taħt l-Artikolu 4 u l-Anness I Parti 3.

Fejn ikun hemm devjazzjoni sinifikanti bejn il-komportament osservat u dak imbassar, il-mudell 3-D għandu jiġi kalibrat mill-ġdid biex jirrifletti l-komportament osservat. Il-kalibrazzjoni mill-ġdid għandha tkun ibbażata fuq l-osservazzjonijiet tad-data mill-pjan ta’ monitoraġġ, u fejn ikun meħtieġ biex tippermetti fiduċja fl-assunzjonijiet tal-kalibrazzjoni mill-ġdid, għandha tinkiseb data addizzjonali.

Parti 2 u 3 tal-Anness I għandhom jiġu ripetuti bl-użu tal-mudell(i) 3-D ikkalibrat(i) mill-ġdid sabiex jiġu ġġenerati xenarji tal-periklu u ta’ rati tal-fluss ġodda u biex tiġi riveduta u aġġornata l-istima tar-riskju.

Fejn jiġu identifikati sorsi tas-CO2, passaġġi u rati tal-fluss ġodda jew jiġu identifikati devjazzjonijiet sinifikanti osservati minn stimi preċedenti bħala riżultat tat-tqabbil tal-istorja u l-kalibrazzjoni mill-ġdid tal-mudell, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

2.   Il-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq

Il-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq għandu jkun ibbażat fuq it- tagħrif miġbur u mmudellat matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2) u aktar ‘il fuq fil-punt 1.2 ta’ dan l-Anness. Għandu jservi b’mod partikolari biex jiġi pprovdut tagħrif meħtieġ għad-determinazzjoni tal-Artikolu 18(1).


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B’MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/136


DEĊIŻJONI Nru 406/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidla fil-Klima (UNFCCC), li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE (3), huwa li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li jipprevjeni ndħil antropoġeniku perikoluż fis-sistema tal-klima.

(2)

L-opinjoni tal-Komunità, espressa dan l-aħħar b’mod partikulari mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007, hija li sabiex jintlaħaq dan l-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ m’għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b’aktar minn 2 °C, li jimplika li l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jitnaqqsu għal mill-inqas 50 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra Komunitarji koperti b’din id-Deċiżjoni għandhom ikomplu jonqsu wara l-2020 bħala parti mill-isforz tal-Komunità biex tagħti l-kontribut tagħha għal dan l-għan globali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-pajjiżi żviluppati, fosthom l-Istati Membri tal-UE, għandhom ikomplu jmexxu, billi jimpenjaw ruħhom biex inaqqsu b’mod kollettiv, l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra bi 30 % sal-2020, meta mqabbel mal-emissjonijiet fl-1990. Għandhom jagħmlu dan ukoll bil-ħsieb li kollettivament inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom b’bejn 60 % u 80 % sal-2050 meta jitqabbel mal-1990. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet, fosthom dawk tat-tbaħħir marittimu internazzjonali u l-avjazzjoni. L-avjazzjoni qiegħda tikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis bid-dħul tagħha fl-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (minn hawn ‘il quddiem “l-iskema Komunitarja”). Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali lijtinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta’ tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista’ jkun hemm.

(3)

Barra minn hekk, sabiex jinkiseb dan l-għan, il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007, approva l-għan tal-Komunità ta’ tnaqqis ta’ 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 meta mqabbel mal-1990 bħala l-kontribut tiegħu għal ftehim globali u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, sakemm pajjiżi żviluppati oħrajn jimpenjaw ruħhom ukoll fi tnaqqis ta’ emissjonijiet komparabbli, u sakemm il-pajjiżi li huma l-aktar ekonomikament avvanzati fost dawk li qegħdin jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom biex jikkontribwixxu b’mod adegwat konformement mar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħhom.

(4)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 enfasizza li l-Komunità hija impenjata li tittrasforma lill-Ewropa f’ekonomija effiċjenti ħafna fl-enerġija u b’emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u ddeċidiet li, sakemm ikun konkluż ftehim globali u komprensiv għall-perjodu wara l-2012, u mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tagħha fin-negozjati internazzjonali, il-Komunità tagħmel impenn sod u indipendenti biex tilħaq tnaqqis talanqas ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 meta mqabbla mal-1990.

(5)

It-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija huwa element kruċjali biex l-Istati Membri jilħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-progress lejn l-għan biex il-konsum tal-enerġija jonqos b’20 % sal-2020, u tipproponi azzjonijiet oħra jekk il-progress ma jkunx biżżejjed.

(6)

Id-Direttiva 2003/87/KE (4) stabbilixxiet skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità, li tkopri ċerti setturi tal-ekonomija. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sabiex jinkiseb, b’mod ekonomiku, l-għan ta’ tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw linji politiċi u miżuri addizzjonali bi sforz li jillimitaw iktar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi mhux koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.

(7)

L-isforz ta’ kull Stat Membru għandu jkun determinat abbażi tal-livell tal-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet serra fl-2005 koperti b’din id-Deċiżjoni, aġġustata biex teskludi l-emissjonijiet minn istallazzjonijiet li eżistew fl-2005 iżda li ddaħħlu fl-iskema tal-Komunità fil-perjodu mill-2006 sal-2012. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 f’termini tal-ekwivalenti tat-tunnellaġġ tas-CO2 għandu jiġi determinat fuq il-bażi ta’ data riveduta u verifikata.

(8)

L-isforzi ta’ tnaqqis mill-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar il-Komunità, filwaqt li jitqies il-PGD per capita relattiv tal-Istati Membri. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament baxx, u għalhekk għandhom aspettattivi għoljin għat-tkabbir tal-PGD, jistgħu jżidu fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom meta mqabbla mal-2005, iżda għandhom jillimitaw din iż-żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex jikkontribwixxu għall-impenn indipendenti ta’ tnaqqis tal-Komunità. L-Istati Membri li bħalissa għandhom PGD per capita relattivament għoli jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-2005.

(9)

Biex tkun żgurata firxa ġusta bejn l-Istati Membri fl-isforzi għall-kontribut għall-implimentazzjoni tal-impenn indipendenti ta’ tnaqqis tal-Komunità, l-ebda Stat Membru m’għandu jkollu jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % inqas mil-livelli tal-2005, jew jitħalla jżid l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2020 għal aktar minn 20 % ogħla mil-livelli tal-2005. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandu jsir bejn l-2013 u l-2020. Kull Stat Membru għandu jitħalla jittrasferixxi, mis-sena ta’ wara, ammont daqs 5 % tal-allokazzjoni annwali tiegħu ta’ emissjonijiet. Fejn l-emissjonijiet ta’ Stat Membru jkunu inqas minn dik l-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet, Stat Membru għandu jitħalla jittrasferixxi t-tnaqqis żejjed tal-emissjonijiet għas-snin ta’ wara.

(10)

Sabiex jiġu bbilanċjati d-differenzi fl-ispejjeż għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jiffaċċjaw Stati Membri differenti billi tkun permessa aktar flessibiltà ġeografika u, fl-istess ħin, bħala mezz sabiex tittejjeb l-effiċjenza ġenerali fl-ispejjeż tal-impenji totali tal-Komunità, Stat Membru għandu jkun jista’ jittrasferixxi parti mill-emissjonijiet annwaliallokati lilu lil Stat Membru ieħor. It-trasparenza ta’ trasferimenti bħal dawn għandha tkun żgurata permezz ta’ notifikazzjoni lill-Kummissjoni u r-reġistrazzjoni ta’ kull trasferiment fir-reġistri taż-żewġ Stati Membri involuti. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru b’mod li jkun reċiprokament konvenjenti, anke bl-irkantar, bl-użu tal-intermedjari tas-suq li jaġixxu abbażi ta’ aġenzija, jew permezz ta’ arranġamenti bilaterali.

(11)

Għandu jsir tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni. L-użu tal-krediti mill-attivitajiet tal-proġetti għandu jkun limitat b’tali mod li jkun supplimentari għall-azzjoni domestika. L-Unjoni tibqa’ impenjata biex tkompli ttejjeb il-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif (MIN) u tfittex titjib permess tal-proċessi internazzjonali xierqa. Huwa importanti li l-krediti mill-attivitajiet tal-proġetti li jintużaw mill-Istati Membri jirrappreżentaw tnaqqis reali, verifikabbli, addizzjonali u permanenti tal-emissjonijiet u li jkollhom benefiċċji ċari ta’ żvilupp sostenibbli u l-ebda impatt negattiv ambjentali u soċjali sinifikanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapporti wkoll dwar il-kriterji kwalitattivi li japplikaw għall-użu ta’ krediti bħal dawn.

(12)

Biex tipprovdi għall-flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom, biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi terzi, b’mod partikulari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u biex tipprovdi ċertezza għall-investituri, il-Komunità għandha tkompli tirrikonoxxi ċertu ammont ta’ krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, qabel ma jintlaħaq ftehim internazzjonali fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-klima (minn hawn ‘il quddiem “il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima”). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji politiċi tagħhom dwar l-akkwist ta’ dawn il-krediti jtejbu l-firxa ġeografika ġusta tal-proġetti, b’mod partikulari billi jiżdied il-proporzjon tat-Tnaqqis Ċertifikat tal-Emissjonijiet (CERs) mixtri mill-Pajjiżi L-Inqas Żviluppati (PLŻ) u mill-Istati Gżejjer Żgħar li qegħdin Jiżviluppaw (SGŻJ), u jtejbu l-possibbiltà li jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

(13)

Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li saru matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 u li jirriżultaw minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul dak il-perjodu. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi wkoll jużaw dawn il-krediti għat-tnaqqis li jsir wara l-perjodu mill-2008 sal-2012 u li jirriżultaw minn proġetti reġistrati matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 u li jirriżultaw mit-tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul dak il-perjodu.

(14)

Ftit ħafna mill-proġetti tal-MIN ġew implimentati fil-PLŻ. Billi l-Komunità tappoġġa l-firxa ġusta tal-proġetti tal-MIN inkluża l-Alleanza Globali dwar il-bidla fil-Klima tal-Kummissjoni, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2007 bit-titolu “Il-bini ta’ Alleanza Globali dwar il-bidla fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima”, huwa xieraq li tingħata ċertezza dwar l-aċċettazzjoni ta’ krediti minn proġetti li jibdew wara l-perjodu mill-2008 sal-2012 fil-PLŻ, għat-tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012. Dik l-aċċettazzjoni għandha tkompli sal-2020 jew sal-konklużjoni ta’ ftehim rilevanti mal-Komunità, ikun liema jkun li jiġi l-ewwel.

(15)

Sabiex ikun hemm aktar flessibbiltà għall-Istati Membri u biex ikun promoss l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti addizzjonali mill-proġetti li jirriżultaw minn strumenti ta’ ftehim konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi. Mingħajr ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jiddetermina l-ammont allokat għall-pajjiżi żviluppati, proġetti ta’ Implimentazzjoni Konġunta (JI) ma jistgħux jitkomplew wara l-2012. Madankollu, il-krediti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn proġetti bħal dawn għandhom ikomplu jkunu rikonoxxuti permezz ta’ strumenti ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi.

(16)

Il-kapaċità kontinwa li l-Istati Membru jkunu jistgħu jużaw il-krediti CDM hija importanti biex tgħin għall-iżgurar ta’ suq għal dawk il-krediti wara l-2012. Biex ikun żgurat dan is-suq u jiġi assigurat iktar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi ħdan il-Komunità, u b’hekk iktar implimentazzjoni tal-għanijiet Komunitarji dwar l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà tal-enerġija, l-innovazzjoni u l-kompetittività, huwa propost li jitħalla l-użu annwali mill-Istati Membri tal-krediti mill-proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi, sa kwantità li tirrappreżenta 3 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ kull Stat Membru li ma kienx kopert bid-Direttiva 2003/87/KE fl-2005 jew fi Stati Membri oħra, sakemm jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima. L-Istati Membri għandhom jitħallew jittrasferixxu l-parti mhux użata ta’ dan l-ammont għal Stati Membri oħra. Uħud mill-Istati Membri b’limitu negattiv jew b’limitu pożittiv ta’ mill-inqas 5 %, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni, għandhom, minbarra l-krediti msemmija hawn fuq, jitħallew jużaw annwalment il-krediti addizzjonali li jammontaw għal 1 % tal-emissjonijiet ivverifikati tagħhom fl-2005 minn proġetti fil-PLŻ u f’SGŻJ, suġġett għall-konformità tagħhom ma’ waħda mill-erba’ kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(17)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal għanijiet nazzjonali iktar stretti. Fejn l-Istati Membri jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti b’din id-Deċiżjoni lil hinn mill-obbligi tagħhom skont din id-Deċiżjoni sabiex jiksbu għan iktar esiġenti, il-limitazzjoni imposta b’din id-Deċiżjoni dwar l-użu tal-krediti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma għandhiex tapplika għat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet biex jinkiseb l-għan nazzjonali.

(18)

Sabiex tiżdied l-effikaċja meta mqabbel man-nefqa magħmula għall-kisba tal-għanijiet nazzjonali, b’mod partikulari għal dawk l-Istati Membri li jkollhom għanijiet ambizzjużi, l-Istati Membri jistgħu jużaw krediti minn proġetti fil-livell Komunitarju kif definit fl-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(19)

Ladarba jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss krediti ta’ tnaqqis ta’ emissjoni mill-pajjiżi li jkunu rratifikaw dak il-ftehim u suġġett għal approċċ komuni.

(20)

Il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jirriferu għall-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima mill-Komunità huwa bla ħsara għall-konklużjoni ta’ dak il-ftehim mill-Istati Membri wkoll.

(21)

Mal-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima għall-perjodu wara l-2012 u kif previst f’dak il-ftehim, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ azzjoni ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li tkun tista’ titkejjel u tiġi rapportata, li tkun verifikabbli u adegwata fil-kuntest nazzjonali, u li tkun konsistenti mal-għan li tiġi limitata żieda globali fit-temperatura medja annwali tal-wiċċ għal 2 °C meta mqabbla ma’ livelli preindustrijali, fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jkunu rratifikaw il-ftehim.

(22)

Wara l-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima għall-perjodu ta’ wara l-2012, u kif previst f’dak il-ftehim, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament tal-assistenza għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jkunu rratifikaw il-ftehim, b’mod partikulari lill-komunitajiet u lill-pajjiżi li l-aktar jinsabu fil-periklu minħabba bidla fil-klima, bil-għan li dawn jiġu appoġġati fl-istrateġiji tal-adattament u t-tnaqqis tar-riskju tagħhom.

(23)

Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima ma jiġi approvat mill-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta li tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fl-impenn Komunitarju għat-tnaqqis, konformement mal-modalitajiet armonizzati, filwaqt li jitkompla x-xogħol li sar fil-kuntest tal-UNFCCC, u tiġi żgurata l-permanenza u l-integrità ambjentali fil-kontribuzzjoni tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll il-monitoraġġ u verifika bir-reqqa, bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ mill-2013. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk id-distribuzzjoni tal-isforzi ta’ Stati Membri individwali għandhomx ikunu aġġustati abbażi tal-każ.

(24)

Il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-impenji taħt din id-Deċiżjoni għandhom ikunu valutati kull sena abbażi ta’ rapporti preżentati taħt id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 280/2004/KE tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (5). Kull sentejn għandha ssir valutazzjoni dwar il-progress previst u għandha ssir evalwazzjoni kompluta tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fl-2016.

(25)

Kwalunkwe aġġustament fil-firxa tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jiġi pareġġat minn aġġustament korrispondenti fl-ammont massimu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti b’din id-Deċiżjoni.

(26)

Bl-approvazzjoni tal-Komunità dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, il-limiti dwar l-emissjonijiet għall-Istati Membri għandhom ikunu aġġustati biex ikun onorat l-impenn tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjoniet tal-gassijiet serra stabbilit f’dak il-ftehim, billi jitqies il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar il-Komunità. L-ammont ta’ krediti mill-proġetti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-pajjiżi terzi li kull Stat Membru jista’ juża għandu jiżdied sa nofs l-isforz addizzjonali ta’ tnaqqis taħt din id-Deċiżjoni.

(27)

Il-reġistri stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE u l-Amministratur Ċentrali maħtur bid-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jintużaw għall-iżgurar ta’ proċessar u kontabbiltà preċiżi tat-tranżazzjonijiet kollha fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(28)

Billi l-impenn għat-tnaqqis tal-Komunità jimponi dmirijiet mhux biss fuq il-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri imma wkoll fuq il-gvernijiet lokali u reġjonali u fuq fora u organizzazzjonijiet lokali u reġjonali oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-awtoritajiet lokali tagħhom f’livelli differenti.

(29)

Minbarra l-Istati Membri individwali, il-gvernijiet ċentrali u organizzazzjonijiet u awtoritajiet lokali u reġjonali, il-protagonisti tas-suq — flimkien mal-familji u l-konsumaturi individwali — għandhom ikunu involuti fil-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-impenn għat-tnaqqis tal-Komunità, irrispettivament mil-livell tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra li jista’ jkun attribwit lilhom.

(30)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament għall-użu ta’ tekniki ġodda u innovattivi sabiex l-operaturi industrijali jkunu jistgħu joħolqu impjiegi ġodda, u b’hekk tiżdied il-kompetittività u tkun promossal-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-Istrateġija ta’ Liżbona.

(31)

Billi ż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu hija mezz importanti b’mod partikulari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-Istati Membri għandhom ifittxu li dan jagħmluh fil-kuntest tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu (6).

(32)

Għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7).

(33)

B’mod partikulari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 f’termini tal-ekwivalenza ta’ tunnellati tas-CO2, biex tindika l-modalitajiet sabiex jiġu faċilitati t-trasferimenti mill-Istati Membri ta’ partijiet mill-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet tagħhom u tiżdied it-trasparenza ta’ dawn it-trasferimenti, kif ukoll biex tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta mar-reġistri u l-Amministratur Ċentrali. Ladarba dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplementawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(34)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kontribut minimu tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2013 sal-2020 għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti b’din id-Deċiżjoni, u regoli dwar kif isiru dawn il-kontribuzzjonijiet u għall-evalwazzjoni tagħhom.

Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll id-dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenji ta’ tnaqqis aktar riġidi tal-Komunità li jaqbeż l-20 %, li jiġi applikat wara l-approvazzjoni tal-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis ta’ emissjonijiet li jaqbżu dawk meħtieġa taħt l-Artikolu 3, kif rifless fl-impenn għat-tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“emissjonijiet tal-gassijiet serra” għandha tfisser l-emissjoni tad-dijossidu tal-karbonju (CO2), il-metanu (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), il-karboni idrofluworidi (HFCs), il-karboni perfluworidi (PFCs) u l-eżafluworidu tal-kubrit (SF6) mill-kategoriji elenkati fl-Anness I, espressi f’termini ta’ ekwivalenza ta’ tunnellaġġ mad-dijossidu tal-karbonju, kif determinati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, minbarra l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE.

2.

“allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet” tfisser il-massimu annwali permess mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-snin mill-2013 sal-2020 kif speċifikat fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 3

Livelli ta’ emissjonijiet għall-perjodu 2013 sa 2020

1.   Kull Stat Membru għandu, sal-2020, jillimita l-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet serra talanqas b’perċentwal stabbilit għal dak l-Istat Membru fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tiegħu fl-2005.

2.   Suġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5, kull Stat Membru b’limitu negattiv taħt l-Anness II għandu jiżgura, inkluż bl-użu tal-flessibbiltajiet previsti f’din id-Deċiżjoni, li l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet serra fl-2013 ma jaqbżux il-medja annwali tiegħu ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-2008, l-2009 u l-2010, kif rappurtat u verifikat konformement mad-Direttiva Nru 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 280/2004/KE.

Suġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5, kull Stat Membru b’limitu pożittiv taħt l-Anness II għandu jiżgura, anke bl-użu tal-flessibbiltajiet previsti f’din id-Deċiżjoni, li l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet serra fl-2013 ma jaqbżux il-livell definit bi trajettorja lineari, mill-bidu tal-2009, fuq il-medja annwali tiegħu ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-2008, l-2009 u l-2010, kif rappurtat u verifikat konformement mad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 280/2004/KE, u jispiċċaw fl-2020 fuq il-limitu għal dak l-Istat Membru kif speċifikat fl-Anness II.

Suġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5, kull Stat Membru għandu jillimita kull sena l-emissjonijiet tiegħu ta’ gassijiet serra b’mod lineari, anke bl-użu tal-flessibbiltajiet previsti f’din id-Deċiżjoni, biex ikun żgurat li l-emissjonijiet tiegħu ma jaqbżux il-limitu tiegħu għal dak l-Istat Membru fl-2020, kif spjegat fl-Anness II.

Meta d-data rilevanti tal-emissjonijiet eżaminata u vverifikata tkun disponibbli, jiġu adottati miżuri fi żmien sitt xhur biex jiddeterminaw l-allokazzjonijiet annwali ta’ emissjonijiet għall-perijodu mill-2013 sal-2020 f’termini ta’ tunnellati tal-ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

3.   Matul il-perijodu mill-2013 sal-2019, Stat Membru jista’ jittrasferixxi mis-sena ta’ wara kwantità sa 5 % tal-limitu annwali tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet tiegħu. Jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru jkunu inqas mill-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali tiegħu, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet konformement ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafi 4 u 5, jista’ jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet tiegħu ta’ sena partikulari li taqbeż l-emissjonijiet ta’ gassiijet b’effett ta’ serra tagħha f’dik is-sena għas-snin ta’ wara sal-2020.

Stat Membru jista’ jitlob rata miżjuda ta’ trasferiment li taqbeż il-5 % fis-sena 2013 u fl-2014 fil-każ ta’ kondizzjonijiet meteoroloġiċi estremi li jkunu wasslu għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’dawk is-snin meta jitqabblu mas-snin b’kondizzjonijiet meteoroloġiċi normali. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni biex jissostanzja din it-talba. Fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata ż-żieda fit-trasferiment.

4.   Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni ta’ emissjonijiet annwali tiegħu għal sena partikulari lil Stati Membri oħra. Stat Membru riċevent jista’ juża din il-kwantità għall-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu taħt dan l-Artikolu għal dik is-sena partikulari jew għas-snin sussegwenti sal-2020. Stat Membru ma jistax jittrasferixxi xi parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet jekk, fil-mument tat-trasferiment, dak l-Istat Membru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni.

5.   Stat Membru jista’ jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet li taqbeż l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jqis l-użu tal-flessibbiltajiet konformement mal-paragrafi 3 u 4, lil Stati Membri oħra. Stat Membru riċevent jista’ juża din il-kwantità għall-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu taħt dan l-Artikolu għal dik is-sena partikulari jew għas-snin sussegwenti sal-2020. Stat Membru ma jistax jittrasferixxi xi parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu jekk, fil-mument tat-trasferiment, ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni.

6.   Sabiex ikun iffaċilitat it-trasferiment msemmi fil-paragrafi 4 u 5 u tiżdied it-trasparenza tagħhom, għandhom jiġu adottati miżuri li jindikaw il-modalitajiet għal tali trasferiment.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 4

L-effiċjenza enerġetika

1.   Sal-2012 il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tirrapporta dwar il-progress tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha għall-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b’20 % sal-2020 meta jitqabbel mal-projezzjonijiet għall-2020, kif imfassla fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006.

2.   Jekk ikun il-każ, b’mod partikulari sabiex ikunu megħjuna Stati Membri fil-kontribuzzjonijiet tagħhom biex jilħqu l-impenji tal-Komunità fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2012, tipproponi miżuri msaħħa jew ġodda biex tħaffef it-titjib fl-effiċjenza enerġetika.

Artikolu 5

L-użu ta’ krediti mill-attivitajiet tal-proġetti

1.   L-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti li ġejjin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fl-Artikolu 3:

(a)

Tnaqqis Ċertifikat ta’ Emissjonijiet (CERs) u Unitajiet ta’ Tnaqqis ta’ Emissjonijiet (ERUs), kif stabbilit fid-Direttiva Nru 2003/87/KE, mogħtija fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2012 li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

(b)

CERs u ERUs mogħtija fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013 minn proġetti li jkunu reġistrati qabel l-2013 u li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

(c)

CERs mogħtija fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet miksuba minn proġetti implimentati fil-PLŻ li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sa meta dawk il-pajjiżi rratifikaw ftehim rilevanti mal-Komunità jew sal-2020, abbażi ta’ liema jiġi l-ewwel;

(d)

CERs temporanji (tCERs) jew CERs fit-tul (lCERs) minn proġetti ta’ afforestazzjoni u riforestazzjoni sakemm, fejn Stat Membru jkun uża tCERs jew lCERs għall-impenji tiegħu konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (8) għall-perjodu mill-2008 sal-2012, l-Istat Membru jikkommetti ruħu li jibdel kontinwament dwak il-krediti permezz ta’ tCERs, lCERs jew units oħra li huma validi taħt il-Protokoll ta’ Kyoto qabel id-data ta’ skadenza tat-tCERs jew l-lCERs, u l-Istat Membru jikkommetti ruħu wkoll li jibdel kontinwament tCERs jew lCERS użati taħt din id-Deċiżjoni b’tCERs, lCERs jew units oħra li jistgħu jintużaw għal dawk l-impenji qabel id-data ta’ skadenza tat-tCERs jew l-lCERs. Fejn it-tibdil isir bl-użu ta’ tCERs jew lCERs, l-Istat Membru għandu jibdel ukoll dawk it-tCERs jew lCERs fuq bażi kontinwa qabel id-data tal-iskadenza tagħhom, sa meta jinbidlu ma’ units li jkunu ta’ validità mingħajr limitu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji politiċi tagħhom dwar l-akkwist ta’ dawn il-krediti jtejbu l-firxa ġeografika ġusta tal-proġetti u jtejbu l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

2.   Minbarra l-paragrafu 1, u fil-każ li n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima ma jiġux konklużi sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri jistgħu, biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 3, jużaw krediti addizzjonali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn proġetti jew attivitajiet oħra tat-tnaqqis tal-emissjonijiet konformement mal-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 11a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

3.   Sakemm jiġi konkluż ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima kif imsemmi fl-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu, mill-1 ta’ Jannar 2013, jużaw biss il-krediti mill-proġetti f’pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim.

4.   L-użu annwali ta’ krediti minn kull Stat Membru taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandux jaqbeż kwantità ekwivalenti għal 3 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fl-2005, flimkien ma’ kwalunkwe kwantità trasferita konformement mal-paragrafu 6.

5.   L-Istati Membri b’limitu negattiv jew b’limitu pożittiv talanqas ta’ 5 %, kif imfisser fl-Anness II, li huma elenkati fl-Anness III, għandhom, minbarra l-krediti użati taħt il-paragrafu 4, jitħallew jużaw kull sena l-krediti addizzjonali li jammontaw għal 1 % tal-emissjonijiet ivverifikati tagħhom fl-2005 minn proġetti fil-PLŻ u f’SGŻJ, suġġett għall-konformità tagħhom ma’ waħda mill-erba’ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż diretti tal-pakkett globali jaqbżu 0,70 % tal-GDP abbażi tal-istima tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija rinovabbli għall-2020;

(b)

ikun hemm żieda ta’ mill-inqas 0,1 % tal-GDP bejn il-mira li fil-fatt ġiet adottata għall-Istat Membru kkonċernat u x-xenarju effettiv mil-lat tal-ispejjeż abbażi tal-istima tal-impatt tal-Kummissjoni msemmija fil-punt (a);

(c)

iktar minn 50 % tal-emissjonijiet koperti minn din id-Deċiżjoni għall-Istat Membru kkonċernat huma responsabbli għalihom l-emissjonijiet relatati mat-trasport; jew

(d)

l-Istat Membru kkonċernat għandu mira ta’ enerġiji li jiġġeddu għall-2020 li hija aktar minn 30 % kif stabbilit fid-Direttiva 2009/28/KE.

6.   Kull sena, Stat Membru jista’ jittrasferixxi, lil Stat Membru ieħor, il-parti mhux użata tal-kwantità annwali ekwivalenti għal 3 % kif speċifikat fil-paragrafu 4. Fejn l-użu annwali tal-krediti ta’ Stat Membru ma jilħaqx il-kwantità fil-paragrafu 4, l-Istat Membru jista’ jħalli l-parti mhux użata ta’ dik il-kwantità għal snin sussegwenti.

7.   L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, ikunu jistgħu jużaw krediti mill-proġetti fil-livell Komunitarju maħruġa taħt l-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/87/KE għall-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bla ebda limiti ta’ kwantità.

Artikolu 6

Ir-rappurtaġġ, l-evalwazzjoni tal-progress, l-emendi u r-reviżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tagħhom preżentati taħt l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, jinkludu dan li ġej:

(a)

l-emissjonijiet annwali tagħhom ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Artikolu 3;

(b)

l-użu, id-distribuzzjoni ġeografika u t-tipi tal-krediti użati taħt l-Artikolu 5, kif ukoll il-kriterji ta’ kwalità li japplikaw għalihom;

(c)

il-progress proġettat biex jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, fosthom it-tagħrif dwar il-linji politiċi u l-miżuri nazzjonali kif ukoll il-projezzjonijiet nazzjonali;

(d)

tagħrif dwar linji politiċi u miżuri nazzjonali oħra ppjanati, maħsuba biex jillimitaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra lil hinn mill-impenji tagħhom taħt din id-Deċiżjoni u fid-dawl tal-implimentazzjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 8.

2.   Fil-każ li Stat Membru jkun qiegħed juża krediti minn tipi ta’ proġetti li ma jkunux jistgħu jintużaw mill-operaturi fl-iskema Komunitarja, dak l-Istat Membru għandu jagħti ġustifikazzjoni dettaljata għall-użu ta’ dawn il-krediti.

3.   Il-Kummissjoni għandha, fir-rapport li tippreżenta taħt l-Artikolu 5(1) u (2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, tevalwa jekk il-progress tal-Istati Membri ikunx suffiċjenti biex jitwettqu l-obbligi tagħhom taħt din id-Deċiżjoni.

L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-linji politiċi u miżuri Komunitarji u l-informazzjoni mill-Istati Membri taħt l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

Kull sentejn li jibdew bl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rappurtati għall-2013, il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll il-progress previst tal-Komunità lejn it-twettiq tal-impenn tagħha ta’ tnaqqis u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt din id-Deċiżjoni.

4.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni, fosthom l-użu u l-kwalità tal-krediti CDM u l-ħtieġa għal aktar linji politiċi u miżuri komuni u koordinati fil-livell Komunitarju fis-setturi koperti b’din id-Deċiżjoni, sabiex tassisti lill-Istati Membri biex jilħqu l-impenji tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, u għandha tagħmel proposti kif ikun jeħtieġ il-każ.

5.   Sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha, kif ikun jeħtieġ il-każ, tagħmel proposti biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE u tadotta emendi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/166/KE (9) għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-atti emendatorji mill-1 ta’ Jannar 2013, sabiex jiġi żgurat, b’mod partikulari:

(a)

monitoraġġ, rappurtaġġ u verifiki tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li jkunu aktar mgħaġġla, effiċjenti, trasparenti u effikaċi meta jitqabblu man-nefqa;

(b)

l-iżvilupp tal-projezzjonijiet nazzjonali għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2020.

Artikolu 7

Azzjoni korrettiva

1.   Fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ Stat Membru jeċċedu l-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet kif speċifikat taħt l-Artikolu 3(2), waqt li jitqiesu l-flessibbiltajiet użati taħt l-Artikoli 3 u 4, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

tnaqqis mill-allokazzjoni tal-emissjonijiet tal-Istat Membru għas-sena ta’ wara ekwivalenti għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju ta’ dawk l-emissjonijiet żejda mmultiplikat b’fattur ta’ tnaqqis ta’ 1,08;

(b)

l-iżvilupp ta’ pjan għal azzjoni korrettiva taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; u

(c)

is-sospensjoni temporanja tal-eliġibbiltà ta’ trasferiment ta’ parti mill-allokazzjoni tal-emissjonijiet u tad-drittijiet JI/CDM tal-Istat Membru lil Stat Membru ieħor sa meta l-Istat Membru jkun konformi mal-Artikolu 3(2).

2.   Stat Membru kopert mill-paragrafu 1għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta lill-Kummissjoni evalwazzjoni u pjan ta’ azzjoni korrettiva li jinkludi:

(a)

azzjoni li l-Istat Membru se jimplimenta sabiex jissodisfa l-obbligi speċifiċi tiegħu taħt l-Artikolu 3(2), waqt li jagħti prijorità lil-linji politiċi domestiċi u l-miżuri u l-implimentazzjoni tal-azzjoni Komunitarja;

(b)

skeda ta’ implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni, li tippermetti l-evalwazzjoni tal-progress annwali tal-implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tagħti opinjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tal-Istat Membru kkonċernat.

Qabel ma’ tagħti din l-opinjoni, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għall-kummenti tal-Kumitat għall-Bidla fil-Klima imsemmi fl-Artikolu 13(1).

Artikolu 8

L-aġġustamenti applikabbli wara l-approvazzjoni mill-Komunitàta’ ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima

1.   Sa tliet xhur wara li l-Komunità tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % kif approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(a)

in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali, kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra għal tnaqqis, komparabbli ma’ dak tal-Komunità, ta’ emissjonijiet u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq konformement mar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;

(b)

l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, u konsegwentement, l-għażliet mitluba fil-livell Komunitarju, sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;

(c)

il-kompetittività tal-industriji Komunitarji tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(d)

l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi Komunitarji oħra;

(e)

l-impatt fuq il-qasam agrikolu Komunitarju, inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(f)

modalitajiet xierqa biex jiġu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija fil-Komunità;

(g)

l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;

(h)

il-ħtieġa għal aktar linji politiċi u miżuri Komunitarji fid-dawl tal-impenji Komunitarji u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

2.   Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Deċiżjoni konformement mal-paragrafu 1, bil-għan li l-att emendatorju jidħol fis-seħħ hekk kif il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat mill-Komunità u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat konformement ma’ dak il-ftehim.

Dik il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effiċjenza meta mqabbla man-nefqa, kif ukoll fuq l-ekwità u s-solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-isforzi bejn l-Istati Membri.

3.   Il-proposta għandha tippermetti, kif ikun jeħtieġ il-każ, lill-Istati Membri sabiex jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Decizjoni, CERs, ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjizi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

4.   Il-proposta għandha tinkludi wkoll, kif ikun jeħtieġ il-każ, miżuri li jippermettu lill-Istati Membri li jużaw il-parti mhux użata tal-kwantità addizzjonali li tkun tista’ tiġi użata, imsemmija fil-paragrafu 3, fis-snin ta’ wara jew jittrasferixxu l-parti mhux użata ta’ dik il-kwantità lil Stat Membru ieħor.

5.   Il-proposta għandha tinkludi wkoll, kif ikun jeħtieġ il-każ, kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis taħt il-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, għandha tinkludi miżuri implimentattivi li jipprovdu biex l-Istati Membri jużaw tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun jeħtieġ il-każ.

6.   Fuq il-bażi ta’ regoli miftiehma bħala parti mill-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, il-Kummissjoni tipproponi li tinkludi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, użu tal-art mibdul u forestrija f’din id-Deċiżjoni, kif ikun jeħtieġ il-każ, konformement mal-modalitajiet armonizzati li jiżguraw il-permanenza u l-integrità ambjentali fil-kontribuzzjoni tal-użu tal-art, użu tal-art mibdul u forestrija kif ukoll sorveljar u responsabbiltà akkurati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk id-distribuzzjoni ta’ sforzi ta’ Stati Membri individwali għandhomx ikunu aġġustati b’dan il-mod.

7.   Dik il-proposta għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

Artikolu 9

Proċedura fir-rigward tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-każ li ma jsirx ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima ma jiġi approvat mill-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw l-intenzjonijiet tagħhom għall-inklużjoni tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fl-impenn ta’ tnaqqis tal-Komunità b’kunsiderazzjoni għall-metodoloġiji fil-ħidma mwettqa fil-kuntest tal-UNFCCC. Il-kunsiderazzjoni ta’ speċifikazzjoni bħal din mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2011, tevalwa modalitajiet għall-inklużjoni ta’ emissjonijiet u assorbimenti minn attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fl-impenn tat-tnaqqis tal-Komunità filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribuzzjoni tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll monitoraġġ preċiż u responsabbiltà u tagħmel proposta kif ikun jeħtieġ il-każ bil-għan tad-dħul fis-seħħ tal-att propost mill-2013 ‘il quddiem. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk id-distribuzzjoni tal-isforzi ta’ Stati Membri individwali għandhiex tkun aġġustata konformement mal-każ.

Artikolu 10

Bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 24a tiegħu

L-ammont massimu ta’ emissjonijiet għal kull Stat Membru taħt l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi aġġustat abbażi tal-ammont ta’:

(a)

kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jingħataw skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li jirriżulta minn bidla fil-firxa tas-sorsi taħt dik id-Direttiva wara l-approvazzjoni finali mill-Kummissjoni tal-pjanijiet dwar l-allokazzjoni annwali għall-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt id-Direttiva 2003/87/KE;

(b)

kwoti jew krediti maħruġa skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet fi Stat Membru kopert b’din id-Deċiżjoni;

(c)

kwoti għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE għaż-żmien li huma esklużi.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-figuri li jirriżultaw minn dak it-tibdil.

Artikolu 11

Ir-reġistri u l-Amministratur Ċentrali

1.   Ir-reġistri tal-Komunità u tal-Istati Membri stabbiliti taħt l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE għandhom jiżguraw il-kontabbiltà preċiża tat-tranżazzjonijiet taħt din id-Deċiżjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2.   L-Amministratur Ċentrali maħtur bl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jwettaq, permezz tar-reġistru indipendenti ta’ tranżazzjonijiet, monitoraġġ ta’ kull tranżazzjoni taħt din id-Deċiżjoni, u fejn meħtieġ iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex ikun żgurat li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 12

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/2008

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2008/KE tat-8 ta’ Ottubru 2008 għal sistema standardizzata u sigura ta’ reġistri konformement mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 13

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-Bidla fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll kif l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni affettwat il-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali, fil-livell Komunitarju u fil-livell internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru 2016, flimkien ma’ proposti kif jixraq, partikolarment jekk hux xieraq li jkun hemm miri nazzjonali differenti għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 71.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.

(3)  ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

(4)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(5)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(6)  Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/166/KE tal-10 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (ĠU L 55, 1.3.2005, p. 57).

(10)  ĠU L 271, 11.10.2008, p. 3.


ANNESS I

KATEGORIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI KIF SPEĊIFIKAT IKTAR FL-ANNESS I, KATEGORIJI 1 SA 4 U 6 TAD- DEĊIŻJONI 2005/166/KE

Enerġija

Kombustjoni tal-karburanti

Emissjonijiet li jaħarbu mill-karburanti

Proċessi industrijali

Użu ta’ solventi u ta’ prodotti oħrajn

Agrikoltura

Skart


ANNESS II

LIMITI TA’ EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA TAL-ISTATI MEMBRI TAĦT L-ARTIKOLU 3

 

Limiti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istat Membru fl-2020 kif imqabbel mal-livelli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

Il-Belġju

–15  %

Il-Bulgarija

20 %

Ir-Repubblika Ċeka

9 %

Id-Danimarka

–20  %

Il-Ġermanja

–14  %

L-Estonja

11 %

L-Irlanda

–20  %

Il-Greċja

–4  %

Spanja

–10  %

Franza

–14  %

L-Italja

–13  %

Ċipru

–5  %

Il-Latvja

17 %

Il-Litwanja

15 %

Il-Lussemburgu

–20  %

L-Ungerija

10 %

Malta

5 %

L-Olanda

–16  %

L-Awstrija

–16  %

Il-Polonja

14 %

Il-Portugall

1 %

Ir-Rumanija

19 %

Is-Slovenja

4 %

Is-Slovakkja

13 %

Il-Finlandja

–16  %

L-Iżvezja

–17  %

Ir-Renju Unit

–16  %


ANNESS III

L-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(5)

 

Il-Belġju

 

Id-Danimarka

 

L-Irlanda

 

Spanja

 

L-Italja

 

Ċipru

 

Il-Lussemburgu

 

L-Awstrija

 

Il-Portugall

 

Is-Slovenja

 

Il-Finlandja

 

L-Iżvezja