ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.139.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 460/2009 tal-4 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 16 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/427/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/428/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2009 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4165) ( 1 ) |
|
|
|
ORJENTAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
2009/429/KE |
|
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 458/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
69,6 |
MA |
137,6 |
|
TR |
56,3 |
|
ZZ |
87,8 |
|
0707 00 05 |
MK |
27,4 |
TR |
136,5 |
|
ZZ |
82,0 |
|
0709 90 70 |
TR |
114,7 |
ZZ |
114,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
56,1 |
TR |
60,0 |
|
ZA |
58,9 |
|
ZZ |
58,3 |
|
0808 10 80 |
AR |
113,4 |
BR |
74,1 |
|
CA |
69,7 |
|
CL |
88,7 |
|
CN |
90,6 |
|
NZ |
105,9 |
|
US |
120,6 |
|
UY |
71,7 |
|
ZA |
72,0 |
|
ZZ |
89,6 |
|
0809 10 00 |
TR |
235,2 |
ZZ |
235,2 |
|
0809 20 95 |
US |
453,6 |
ZZ |
453,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 459/2009
tad-29 ta’ Mejju 2009
li jememda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IVa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 (2) jinkorpora l-mudelli ta’ ċertifikati ta’ konformità awtorizzati mill-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika f’dak li jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja u ta’ qamħ durum ta’ kwalità għolja lejn il-Komunità Ewropea. L-awtoritajiet Amerikani għarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni b’emenda fil-mudelli nazzjonali tagħhom. Jeħtieġ għaldaqstant li l-mudelli msemmija jkunu emendati. |
(2) |
B’konsegwenza jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1249/96 jiġi emendat. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IVa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
ANNESS
“ANNESS IVa
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ KOMUNI
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ DURUM
”
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 460/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 16 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-3 ta’ Lulju 2008, il-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni IFRIC 16 Hedges fuq Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija, minn issa ‘l quddiem “IFRIC 16”. L-IFRIC 16 huwa interpretazzjoni li tipprovdi kjarifika dwar kif tapplika r-rekwiżiti tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 21 u l-IAS 39 fil-każijiet fejn entità tadotta kopertura għar-riskju tal-munita barranija li joriġina mill-investimenti netti tagħha f'operazzjonijiet barranin. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 16 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtalità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, tiddaħħal l-Interpretazzjoni 16 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) Hedges fuq Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija kif stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 16, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara t-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRIC 16 |
Interpretazzjoni IFRIC 16 Hedges fuq Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
INTERPRETAZZJONI 16 TAL-IFRIC
Hedges ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija
REFERENZI
— |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji |
— |
IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju |
— |
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl |
SFOND
1 |
Ħafna entitajiet li jagħtu rapporti għandhom investimenti f’operazzjonijiet barranin (kif iddefiniti fl-IAS 21 paragrafu 8). Dawn l-operazzjonijiet barranin jistgħu jkunu sussidjarji, kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti jew fergħat. L-IAS 21 jeħtieġ li entità tiddetermina l-munita funzjonali ta’ kull waħda mill-operazzjonijiet barranin tagħha bħala l-munita tal-ambjent ekonomiku primarju ta’ dik l-operazzjoni. Meta jinqelbu r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija f’munita ta’ preżentazzjoni, l-entità hija meħtieġa tirrikonoxxi differenzi fil-kambju f’introjtu ieħor komplessiv sa meta tiddisponi mill-operazzjoni barranija. |
2 |
Il-kontabilità għall-hedging tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija tapplika biss meta l-assi netti ta’ dik l-operazzjoni barranija jkunu inklużi fir-rapporti finanzjarji. (1) L-oġġett li jiġi hedged fir-rigward tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta mill-investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti tal-operazzjoni barranija. |
3 |
L-IAS 39 jeħtieġ li, f’relazzjoni ta’ kontabilità għall-hedging, jiġu ddenominati oġġetti hedged eliġibbli u strumenti eliġibbli tal-hedging. Jekk ikun hemm relazzjoni ta’ hedging iddenominata, fil-każ ta’ hedge ta’ investiment nett, il-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit li huwa hedge effettiv tal-investiment nett huwa rrikonoxxut f’introjtu ieħor komplessiv u inkluż mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija. |
4 |
Entità b’ħafna operazzjonijiet barranin tista’ tkun esposta għal numru ta’ riskji ta’ munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu identifikati r-riskji ta' munita barranija li jikkwalifikaw bħala risk hedged fil-hedge ta' investiment nett f'operazzjoni barranija. |
5 |
L-IAS 39 jippermetti li entità tiddenomina strument finanzjarju derivat jew wieħed mhux derivat (jew kombinament ta’ strumenti finanzjarji derivati u mhux derivati) bħala strumenti ta' hedging għar-riskju ta' munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar fejn, fi ħdan grupp, strumenti ta’ hedging li jkunu hedges ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija jistgħu jinżammu biex jikkwalifikaw għall-kontabilità għall-hedging. |
6 |
L-IAS 21 u l-IAS 39 jeħtieġu li l-ammonti kumulattivi rikonoxxuti f’introjtu ieħor komplessiv relatati kemm mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija kif ukoll mal-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit bħala hedge effettiv tal-investiment nett jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid meta l-entità prinċipali tiddisponi mill-operazzjoni barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif entità għandha tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf kemm għall-istrument tal-hedging kif ukoll għall-oġġett hedged. |
AMBITU
7 |
Din l-Interpretazzjoni tapplika għal entità li tagħmel hedging tar-riskju ta’ munita barranija li jirriżulta mill-investimenti netti tagħha f’operazzjonijiet barranin u li tkun tixtieq tikkwalifika għall-kontabilità għall-hedging skont l-IAS 39. Għal finijiet ta’ konvenjenza din l-Interpretazzjoni tirreferi għal tali entità bħala entità prinċipali u għar-rapporti finanzjarji li fihom ikunu inklużi l-assi netti ta' operazzjonijiet barranin bħala rapporti finanzjarji konsolidati. Kull referenza għal entità prinċipali tapplika wkoll għal entità li jkollha investiment nett f’operazzjoni barranija li tkun impriża konġunta, kumpannija assoċjata jew fergħa. |
8 |
Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal hedges ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin; m'għandhiex tiġi applikata b’analoġija għal tipi oħra ta’ kontabilità għall-hedging. |
KWISTJONIJIET
9 |
Investimenti f’operazzjonijiet barranin jistgħu jinżammu direttament minn entità prinċipali jew indirettament mis-sussidjarja jew sussidjarji tagħha. Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:
|
KUNSENS
In-natura tar-riskju li jkun hedged u l-ammont tal-oġġett li jkun hedged li għalihom tista’ tiġi ddenominata relazzjoni ta’ hedging
10 |
Il-kontabilità għall-hedging tista’ tiġi applikata biss għad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali tal-entità prinċipali. |
11 |
F’hedge tar-riskji ta’ munita barranija li jirriżultaw minn investiment nett f’operazzjoni barranija, l-oġġett hedged jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti tal-operazzjoni barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali. L-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti ta’ operazzjoni barranija li jista’ jiġi ddanominat bħala l-oġġett hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali jiddependi fuq jekk xi entità prinċipali ta’ livell iktar baxx tal-operazzjoni barranija applikatx kontabilità għall-hedging għall-assi netti kollha jew parti minnhom ta’ dik l-operazzjoni barranija u dik il-kontabilità baqgħetx tinżamm fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali. |
12 |
Ir-riskju hedged jista’ jiġi ddenominat bħala l-esponiment għall-munita barranija li tirriżulta bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali ta’ kwalunkwe entità prinċipali (l-entità prinċipali immedjata, intermedja jew finali) ta' dik l-operazzjoni barranija. Il-fatt li l-investiment nett jinżamm permezz ta’ entità prinċipali intermedja ma jaffettwax in-natura tar-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-esponiment għall-munita barranija għall-entità prinċipali finali. |
13 |
Esponiment għal riskju ta’ munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jikkwalifika għall-kontabilità għall-hedging darba biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Għalhekk, jekk l-istess assi netti ta' operazzjoni barranija jiġu hedged minn aktar minn entità prinċipali waħda fi ħdan il-grupp (pereżempju, kemm entità prinċipali diretta kif ukoll waħda indiretta) għall-istess riskju, relazzjoni ta’ hedging waħda biss tikkwalifika għall-kontabilità tal-hedging fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali finali. Relazzjoni ta’ hedging iddenominata minn entità prinċipali waħda fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha m’għandhiex għalfejn tinżamm minn entità prinċipali oħra ta’ livell ogħla. Madankollu, jekk ma tinżammx mill-entità prinċipali ta’ livell ogħla, il-kontabilità għall-hedging applikata mill-entità prinċipali ta' livell aktar baxx trid titreġġa' lura qabel ma tiġi rrikonoxxuta l-kontabilità għall-hedging tal-entità prinċipali ta' livell ogħla. |
Fejn jista’ jinżamm l-istrument tal-hedging
14 |
Sew strument derivat kif ukoll wieħed mhux derivat (jew kombinament ta’ strumenti derivati u mhux derivati) jista’ jiġi ddenominat bħala strument ta’ hedging f’hedge ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija. L-istrument(i) tal-hedging jista’(jistgħu) jinżamm(u) minn entità jew entitajiet fi ħdan il-grupp (ħlief mill-operazzjoni barranija stess li tkun qed tiġi hedged), kemm-il darba jkunu sodisfatti r-rekwiżiti tad-denomina, dokumentazzjoni u effettività tal-IAS 39 paragrafu 88 li jirrigwardaw hedge ta’ investiment nett. B’mod partikolari, l-istrateġija ta’ hedging tal-grupp għandha tiġi ddokumentata b’mod ċar minħabba l-possibbiltà ta’ denomini differenti f’livelli differenti tal-grupp. |
15 |
Għall-iskop tal-evalwazzjoni tal-effettività, il-bidla fil-valur tal-istrument tal-hedging fir-rigward tar-riskju tal-kambju tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-entità prinċipali li kontra l-munita funzjonali tagħha jiġi mkejjel ir-riskju hedged, skont id-dokumentazzjoni tal-kontabilità għall-hedging. Skont fejn jinżamm l-istrument tal-hedging, fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging il-bidla totali fil-valur tista’ tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf, f’introjtu ieħor komplessiv, jew fit-tnejn. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-effettività m’hijiex affettwata minn jekk il-bidla fil-valur tal-istrument tal-hedging hijiex rikonoxxuta fi profitt jew telf jew f’introjtu ieħor komplessiv. Bħala parti mill-applikazzjoni tal-kontabilità għall-hedging, il-porzjon totali effettiv tal-bidla huwa inkluż f’introjtu ieħor komplessiv. L-evalwazzjoni tal-effettività m’hijiex affettwata minn jekk l-istrument tal-hedging huwiex strument derivat jew mhux derivat jew mill-metodu ta’ konsolidament. |
Disponiment ta’ operazzjoni barranija hedged
16 |
Meta jsir disponiment minn operazzjoni barranija li kienet hedged, l-ammont ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali fir-rigward tal-istrument tal-hedging huwa l-ammont li għandu jiġi identifikat skont il-paragrafu 102 tal-IAS 39. Dak l-ammont huwa l-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging li kien stabbilit li hu hedge effettiv. |
17 |
L-ammont ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali fir-rigward tal-investiment nett f’dik l-operazzjoni barranija skont il-paragrafu 48 tal-IAS 21 huwa l-ammont inkluż fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija ta' dik l-entità prinċipali fir-rigward ta' dik l-operazzjoni barranija. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali finali, l-ammont nett aggregat rikonoxxut fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward tal-operazzjonijiet barranin kollha m’huwiex affettwat mill-metodu ta' konsolidament. Madankollu, jekk l-entità prinċipali finali tużax il-metodu ta’ konsolidament dirett jew dak ta’ pass wara pass (2) jista’ jaffettwa l-ammont inkluż fir-riżerva tagħha tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward ta’ operazzjoni barranija individwali. L-użu tal-metodu ta’ konsolidament ta’ pass wara pass jista’ jirriżulta fil-klassifikazzjoni mill-ġdid għal profitt jew telf ta’ ammont li jkun differenti minn dak użat biex tiġi ddeterminata l-effettività tal-hedge. Din id-differenza tista’ tiġi eliminata billi jiġi ddeterminat l-ammont relatat ma’ dik l-operazzjoni barranija li kien jirriżulta kieku ntuża l-metodu dirett ta’ konsolidament. L-IAS 21 ma jeħtiġx li jsir dan l-aġġustament. Madankollu, din hija għażla tal-politika tal-kontabilità li għandha tiġi segwita b’mod konsistenti għall-investimenti netti kollha. |
DATA EFFETTIVA
18 |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Ottubru 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Ottubru 2008, għandha tiżvela dak il-fatt. |
TRANŻIZZJONI
19 |
L-IAS 8 jispeċifika kif entità tapplika bidla fil-politika tal-kontabilità li tirriżulta mill-applikazzjoni għall-ewwel darba ta' Interpretazzjoni. Entità m’hijiex meħtieġa li tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti meta tapplika l-Interpretazzjoni għall-ewwel darba. Jekk entità tkun iddenominat strument ta’ hedging bħala hedge ta’ investiment nett iżda l-hedge ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kontabilità għall-hedging f’din l-Interpretazzjoni, l-entità għandha tapplika l-IAS 39 biex ma tkomplix dik il-kontabilità għall-hedging prospettivament. |
(1) Dan ikun il-każ għar-rapporti finanzjarji konsolidati, rapporti finanzjarji li fihom l-investimenti jiġu kontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità, rapporti finanzjarji fejn l-interessi tal-intraprendituri f’negozji bi sħab huma konsolidati b’mod proporzjonat (soġġett għal bidla kif propost f’ED 9 Arranġamenti Konġunti ppubblikat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità f’Settembru 2007) u rapporti finanzjarji li jinkludu fergħa.
(2) Il-metodu dirett huwa l-metodu ta’ konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija jinqelbu direttament fil-munita funzjonali tal-entità prinċipali finali. Il-metodu ta’ pass wara pass huwa l-metodu ta’ konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija l-ewwel jinqelbu fil-munita funzjonali ta’ xi entità(jiet) prinċipali intermedja(i) u mbagħad jinqelbu fil-munita funzjonali tal-entità prinċipali finali (jew fil-munita ta’ preżentazzjoni jekk tkun differenti).
Appendiċi
Gwida għall-applikazzjoni
Din l-appendiċi hi parti integrali mill-Interpretazzjoni.
AG1 Din l-appendiċi turi l-applikazzjoni tal-Interpretazzjoni permezz tal-istruttura korporattiva murija hawn isfel. Fil-każijiet kollha r-relazzjonijiet ta’ hedging deskritti jiġu ttestjati għall-effettività skont l-IAS 39, għalkemm dan l-ittestjar m'huwiex diskuss f'din l-appendiċi. Entità Prinċipali, li tkun l-entità prinċipali finali, tippreżenta r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha fil-munita funzjonali tagħha li hija l-euro (EUR). Kull waħda mis-sussidjarji hija pposseduta totalment. L-investiment nett ta' £500 miljun tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B (fejn il-munita funzjonali hija l-lira sterlina (GBP)) jinkludi l-ekwivalenti ta’ £159 miljun tal-investiment nett ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja B fis-Sussidjarja C (fejn il-munita funzjonali hija d-dollaru Amerikan (USD)). Fi kliem ieħor, l-assi netti tas-Sussidjarja B apparti l-investiment tagħha fis-Sussidjarja C huma ta’ £341 miljun.
In-natura ta’ riskju hedged li għalih tista’ tiġi ddenominata relazzjoni ta’ hedging (paragrafi 10-13)
AG2 L-Entità Prinċipali tista' tagħmel hedging tal-investiment nett tagħha f'kull waħda mis-Sussidjarji A, B u C għar-riskju tal-kambju bejn il-muniti funzjonali rispettivi tagħhom (yen Ġappuniż (JPY), lira sterlina u dollaru Amerikan) u l-euro. Barra minn hekk, l-Entità Prinċipali tista’ tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju USD/GBP bejn il-muniti funzjonali tas-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, is-Sussidjarja B tista’ tagħmel hedging tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C għar-riskju tal-kambju bejn il-muniti funzjonali tagħhom ta’ dollaru Amerikan u lira sterlina. Fl-eżempji li ġejjin, ir-riskju denominat huwa r-riskju tal-kambju spot peress li l-istrumenti tal-hedging mhumiex derivati. Kieku l-istrumenti tal-hedging kienu kuntratti bil-quddiem, l-Entità Prinċipali kienet tkun tista’ tiddenomina r-riskju tal-kambju bil-quddiem.
L-ammont ta’ oġġett hedged li għalih tista’ tiġi ddenominata relazzjoni ta’ hedging (paragrafi 10-13)
AG3 L-Entità Prinċipali tixtieq tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Assumi li s-Sussidjarja A għandha self estern ta’ US$300 miljun. L-assi netti tas-Sussidjarja A fil-bidu tal-perijodu tar-rapportaġġ huma ta’ ¥400,000 miljun inkluż ir-rikavat mis-self estern ta’ US$300 miljun.
AG4 L-oġġett hedged jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C (US$300 miljun) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun bħala hedge tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD assoċjat mal-investiment nett tagħha fl-assi netti ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja C. F’dan il-każ, kemm id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A kif ukoll id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq l-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C huma inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali wara l-applikazzjoni tal-kontabilità għall-hedging.
AG5 Fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging, id-differenza totali tal-kambju USD/EUR fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Priniċipali skont kif ġej:
— |
il-bidla fir-rata tal-kambju spot USD/JPY, meqluba għal euro, fi profitt jew telf, u |
— |
il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komplessiv. |
Minflok id-denomina fil-paragrafu AG4, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala hedge tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD bejn is-Sussidjarja C u s-Sussidjarja B. F’dan il-każ, id-differenza totali fil-kambju USD/EUR fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A minflok tiġi rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali skont kif ġej:
— |
il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/USD fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija relatata mas-Sussidjarja C, |
— |
il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/JPY, meqluba għal euro, fi profitt jew telf, u |
— |
il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komplessiv. |
AG6 L-Entità Prinċipali ma tistax tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala hedge kemm tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD u tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Strument ta’ hedging wieħed jista’ jintuża darba biss għall-hedging tal-istess riskju denominat. Is-Sussidjarja B ma tistax tapplika l-kontabilità għall-hedging fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha minħabba li l-istrument tal-hedging huwa miżmum barra l-grupp li jinkludi s-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C.
Fejn, fi grupp, jista' jinżamm l-istrument tal-hedging (paragrafi 14 u 15)?
AG7 Kif ġie nnutat fil-paragrafu AG5, il-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-kambju tas-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A tiġi rreġistrata kemm fil-profitt jew telf (riskju spot USD/JPY) kif ukoll f’introjtu ieħor komplessiv (riskju spot EUR/JPY) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging. Iż-żewġ ammonti huma inklużi għall-finijiet tal-istima tal-effettività tal-hedge denominata fil-paragrafu AG4 minħabba li l-bidla fil-valur kemm tal-istrument tal-hedging kif ukoll tal-oġġett hedged huma kkomputati b’referenza għall-munita funzjonali euro tal-Entità Prinċipali kontra l-munita funzjonali dollaru Amerikan tas-Sussidjarja C, skont id-dokumentazzjoni tal-hedge. Il-metodu ta’ konsolidament (jiġifieri l-metodu dirett jew il-metodu pass wara pass) ma jaffettwax l-istima tal-effettività tal-hedge.
Ammonti kklassifikati mill-ġdid bħala profitt jew telf mad-disponiment ta' operazzjoni barranija (paragrafi 16 u 17)
AG8 Meta jsir disponiment mis-Sussidjarja C, l-ammonti kklassifikati mill-ġdid bħala profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija (FCTR) huma :
(a) |
fir-rigward tas-self estern ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja A, l-ammont li l-IAS 39 jeħtieġ li jiġi identifikat, jiġifieri l-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-kambju li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komplessiv bħala l-porzjon effettiv tal-hedge; u |
(b) |
fir-rigward tal-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C, l-ammont stabbilit mill-metodu ta’ konsolidament tal-entità. Jekk l-Entità Prinċipali tuża l-metodu dirett, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi stabbilita direttament mir-rata ta’ kambju EUR/USD. Jekk l-Entità Prinċipali tuża l-metodu ta’ pass wara pass, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi stabbilita skont l-FCTR rikonoxxuta mis-Sussidjarja B li tirrifletti r-rata tal-kambju GBP/USD, meqluba għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali bl-użu tar-rata tal-kambju EUR/GBP. L-użu mill-Entità Prinċipali tal-metodu ta’ konsolidament ta’ pass wara pass f’perijodi preċedenti la jeħtieġ u lanqas iżommha milli tistabbilixxi li l-ammont ta’ FCTR li għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid meta hija tiddisponi mis-Sussidjarja C ikun l-ammont li hija kienet tirrikonoxxi kieku hija dejjem użat il-metodu dirett, skont il-politika tal-kontabilità tagħha. |
Hedging ta’ aktar minn operazzjoni barranija waħda (paragrafi 11, 13 u 15)
AG9 L-eżempji li ġejjin juru li fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Entità Prinċipali, ir-riskju li jista’ jiġi hedged huwa dejjem ir-riskju bejn il-munita funzjonali tagħha (euro) u l-muniti funzjonali tas-Sussidjarji B u C. Irrispettivament minn kif ikunu ddenominati l-hedges, l-ammonti massimi li jistgħu jkunu hedges effettivi biex jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali meta ż-żewġ operazzjonijiet barranin ġew hedged huma ta’ US$300 miljun għar-riskju EUR/USD u £341 miljun għar-riskju EUR/GBP. Bidliet oħrajn fil-valur dovuti għall-bidliet fir-rati tal-kambju huma inklużi fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali. Naturalment, huwa possibbli li l-Entità Prinċipali tiddenomina US$300 miljun biss għal bidliet fir-rata ta’ kambju spot USD/GBP biss jew £500 miljun biss għal bidliet fir-rata ta’ kambju spot GBP/EUR.
L-Entità Prinċipali jkollha strumenti ta' hedging kemm USD kif ukoll GBP
AG10 L-Entità Prinċipali tista’ tkun tixtieq tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju f’relazzjoni mal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B kif ukoll ta’ dak fir-rigward tas-Sussidjarja C. Nassumu li l-Entità Prinċipali għandha strumenti ta’ hedging iddenominati f’dollaru Amerikan u lira Sterlina li hija tiddenomina bħala hedges tal-investimenti netti tagħha fis-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Id-denominazzjonijiet li l-Entità Prinċipali tista’ tagħmel fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha jinkludu, iżda m’humiex limitati għal, dawn li ġejjin:
(a) |
Strument ta’ hedging ta’ US$300 miljun iddenominat bħala hedge tal-investiment nett ta' US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/USD) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja C u strument ta’ hedging sa £341 miljun iddenominat bħala hedge ta’ £341 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B. |
(b) |
Strument ta’ hedging ta’ US$300 miljun iddenominat bħala hedge tal-investiment nett ta' US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C u strument ta’ hedging sa £500 miljun iddenominat bħala hedge ta’ £500 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B. |
AG11 Ir-riskju EUR/USD mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C huwa riskju differenti mir-riskju EUR/GBP mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B. Madankollu, fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(a), permezz tad-denomina tagħha tal-istrument ta’ hedging USD li għandha, l-Entità Prinċipali diġà għamlet hedging sħiħ tar-riskju EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Kieku l-Entità Prinċipali ddenominat ukoll strument GBP li hija żżomm bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B, £159 miljun ta’ dak l-investiment, li jirrappreżenta l-ekwivalenti f’GBP tal-investiment nett tagħha USD fis-Sussidjarja C, kien jiġi hedged darbtejn għar-riskju GBP/EUR fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali.
AG12 Fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(b), jekk l-Entità Prinċipali tiddenomina r-riskju hedged bħala l-esponiment tal-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C, il-parti GBP/USD biss tal-bidla fil-valur tal-istrument ta’ hedging tagħha ta’ US$300 miljun huwa inkluż fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija tal-Entità Prinċipali relatata mas-Sussidjarja C. Il-bqija tal-bidla (ekwivalenti għal bidla GBP/EUR fuq £159 miljun) hija inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali, bħal fil-paragrafu AG5. Minħabba li d-denomina tar-riskju USD/GBP bejn is-Sussidjarji B u C ma tinkludix ir-riskju GBP/EUR, l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina wkoll sa £500 miljun tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B bir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (GBP/EUR) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B.
Is-Sussidjarja B jkollha l-istrument ta’ hedging USD
AG13 Assumi li s-Sussidjarja B għandha US$300 miljun ta’ dejn estern li r-rikavat tiegħu ġie ttrasferit lill-Entità Prinċipali permezz ta’ self bejn il-kumpanniji ddenominat f’lira sterlina. Peress li kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjonijiet tagħha żdiedu b’£159 miljun, l-assi netti tas-Sussidjarja B jibqgħu l-istess. Is-Sussidjarja B tista’ tiddenomina d-dejn estern bħala hedge tar-riskju GBP/USD tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. L-Entità Prinċipali tista’ żżomm id-denomina tas-Sussidjarja B ta’ dak l-istrument ta’ hedging bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 fis-Sussidjarja C għar-riskju GBP/USD (ara l-paragrafu 13) u l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina l-istrument ta’ hedging GBP li hija żżomm bħala hedge għall-investiment nett sħiħ tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B. L-ewwel hedge, iddenominat mis-Sussidjarja B, jiġi evalwat b’referenza għall-munita funzjonali tas-Sussidjarja B (lira sterlina) u t-tieni hedge, iddenominat mill-Entità Prinċipali, jiġi evalwat b’referenza għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali (euro). F’dan il-każ, huwa biss ir-riskju GBP/USD mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C li ġie hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali mill-istrument ta' hedging USD, u mhux ir-riskju EUR/USD kollu. Għalhekk, ir-riskju sħiħ EUR/GBP mill-investiment nett ta’ £500 miljun tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B jista’ jiġi hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali.
AG14 Madankollu, il-kontabilità għas-self ta’ £159 miljun tal-Entità Prinċipali pagabbli lis-Sussidjarja B għandha tiġi kkunsidrata wkoll. Jekk is-self pagabbli tal-Entità Prinċipali ma jitqiesx bħala parti mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B għaliex ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 15 tal-IAS 21, id-differenza fil-kambju GBP/EUR li tirriżulta mill-qlib tiegħu tiġi inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali. Jekk is-self ta’ £159 miljun pagabbli lis-Sussidjarja B jiġi kkunsidrat bħala parti mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali, dak l-investiment nett ikun biss ta' £341 miljun u għalhekk l-ammont li l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina bħala l-oġġett hedged għar-riskju GBP/EUR jitnaqqas minn £500 miljun għal £341 miljun.
AG15 Jekk l-Entità Prinċipali tkun reġġgħet lura r-relazzjoni ta' hedging iddenominata mis-Sussidjarja B, l-Entità Prinċipali tkun tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun miżmum mis-Sussidjarja B bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C għar-riskju EUR/USD u tiddenomina l-istrument ta’ hedging GBP li hi stess iżżomm bħala hedge ta’ mhux aktar minn £341 miljun tal-investiment nett fis-Sussidjarja B. F’dan il-każ l-effettività taż-żewġ hedges tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali (euro). Għaldaqstant, kemm il-bidla USD/GBP fil-valur tas-self estern miżmum mis-Sussidjarja B kif ukoll il-bidla GBP/EUR fil-valur tas-self tal-Entità Prinċipali pagabbli lis-Sussidjarja B (ekwivalenti għal USD/EUR bħala total) jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali. Peress li l-Entità Prinċipali tkun diġà għamlet hedging sħiħ tar-riskju EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C, hija tista’ tagħmel hedging biss ta’ mhux aktar minn £341 miljun għar-riskju EUR/GBP tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 461/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fil-Parti XVI ta' l-Anness għar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak tal-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u skond ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu ffissati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u skond ċerti kriterji pprovduti bl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(4) |
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni għar-Repubblika Dominikana ġew differenzjati biex jitqiesu d-dazji doganali mnaqqsa applikati fuq l-importazzjonijiet taħt il-kwota tariffarja skont il-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE (3). Minħabba bidla fil-qagħda tas-suq fir-Repubblika Dominikana, ikkaratterizzata minn aktar kompetizzjoni għat-trab tal-ħalib, il-kwota ma għadhiex tintuża għal kollox. Biex jikber kemm jista' jkun l-użu tal-kwota, għandha titħassar id-differenzjazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għar-Repubblika Dominikana. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni provduti bl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet provduti bl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 (4).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 218, 6.8.1998, p. 46.
(3) ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45.
(4) ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.
ANNESS
Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-5 ta’ Ġunju 2009
Kodiċi tal-prodott |
Destinazzjoni |
Unità ta' kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 31 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
10,43 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 31 9400 |
L20 |
EUR/100 kg |
16,34 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 31 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
18,02 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 39 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
10,43 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 39 9400 |
L20 |
EUR/100 kg |
16,34 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 39 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
18,02 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 91 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
20,56 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 99 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
20,56 |
|||||||||||||||||||||||||
0401 30 99 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
30,26 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 10 11 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 10 19 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 10 99 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 11 9200 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 11 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 11 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 11 9900 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 17 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 19 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 19 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 19 9900 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 91 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 91 9200 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,34 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 91 9350 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,63 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9200 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,34 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,63 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9400 |
L20 |
EUR/100 kg |
33,13 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
33,66 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9600 |
L20 |
EUR/100 kg |
35,77 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 21 99 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
36,93 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 15 9200 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 15 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 15 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 19 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 19 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 19 9900 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 99 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 29 99 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
33,13 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 91 10 9370 |
L20 |
EUR/100 kg |
3,08 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 91 30 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
3,64 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 91 99 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
20,56 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 99 10 9350 |
L20 |
EUR/100 kg |
7,92 |
|||||||||||||||||||||||||
0402 99 31 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
10,43 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 11 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 13 9200 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 13 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 13 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 13 9900 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 33 9400 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 59 9310 |
L20 |
EUR/100 kg |
10,43 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 59 9340 |
L20 |
EUR/100 kg |
16,34 |
|||||||||||||||||||||||||
0403 90 59 9370 |
L20 |
EUR/100 kg |
18,02 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 21 9120 |
L20 |
EUR/100 kg |
17,91 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 21 9160 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 23 9120 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 23 9130 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 23 9140 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 23 9150 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 81 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 83 9110 |
L20 |
EUR/100 kg |
21,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 83 9130 |
L20 |
EUR/100 kg |
28,17 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 83 9150 |
L20 |
EUR/100 kg |
29,24 |
|||||||||||||||||||||||||
0404 90 83 9170 |
L20 |
EUR/100 kg |
31,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 11 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
63,41 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 11 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 19 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
63,41 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 19 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 30 9100 |
L20 |
EUR/100 kg |
63,41 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 30 9300 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 30 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 50 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
63,41 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 50 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 10 90 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
67,38 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 20 90 9500 |
L20 |
EUR/100 kg |
59,45 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 20 90 9700 |
L20 |
EUR/100 kg |
61,83 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 90 10 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
78,71 |
|||||||||||||||||||||||||
0405 90 90 9000 |
L20 |
EUR/100 kg |
65,00 |
|||||||||||||||||||||||||
0406 10 20 9640 |
L04 |
EUR/100 kg |
11,78 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
14,72 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 10 20 9650 |
L04 |
EUR/100 kg |
9,82 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
12,27 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 10 20 9830 |
L04 |
EUR/100 kg |
7,03 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
8,79 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 10 20 9850 |
L04 |
EUR/100 kg |
6,85 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
8,56 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 20 90 9913 |
L04 |
EUR/100 kg |
8,54 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
10,68 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 20 90 9915 |
L04 |
EUR/100 kg |
11,61 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
14,51 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 20 90 9917 |
L04 |
EUR/100 kg |
12,34 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
15,42 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 20 90 9919 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,79 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
17,24 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 31 9730 |
L04 |
EUR/100 kg |
5,29 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
6,61 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 31 9930 |
L04 |
EUR/100 kg |
5,69 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
7,11 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 31 9950 |
L04 |
EUR/100 kg |
5,17 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
6,46 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 39 9500 |
L04 |
EUR/100 kg |
4,62 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
5,77 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 39 9700 |
L04 |
EUR/100 kg |
4,96 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
6,20 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 39 9930 |
L04 |
EUR/100 kg |
5,31 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
6,64 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 30 39 9950 |
L04 |
EUR/100 kg |
5,11 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
6,39 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 40 50 9000 |
L04 |
EUR/100 kg |
12,47 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
15,59 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 40 90 9000 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,82 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
17,28 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 13 9000 |
L04 |
EUR/100 kg |
17,58 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
21,98 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 15 9100 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,17 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,71 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 17 9100 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,17 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,71 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 21 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
17,60 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,00 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 23 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,93 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,91 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 25 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,53 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,41 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 27 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
14,06 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
17,58 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 32 9119 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,02 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
16,28 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 35 9190 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,63 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
23,29 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 35 9990 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,63 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
23,29 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 37 9000 |
L04 |
EUR/100 kg |
17,58 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
21,98 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 61 9000 |
L04 |
EUR/100 kg |
20,31 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
25,39 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 63 9100 |
L04 |
EUR/100 kg |
19,93 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
24,91 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 63 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
19,93 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
24,91 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 69 9910 |
L04 |
EUR/100 kg |
19,56 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
24,45 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 73 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,20 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,25 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 75 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,61 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,76 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 76 9300 |
L04 |
EUR/100 kg |
14,65 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
18,31 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 76 9400 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,41 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,51 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 76 9500 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,02 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
18,77 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 78 9100 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,53 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,66 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 78 9300 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,87 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,84 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 79 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,22 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
16,53 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 81 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,41 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,51 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 85 9930 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,12 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,65 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 85 9970 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,61 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,76 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 86 9200 |
L04 |
EUR/100 kg |
17,30 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
21,63 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 86 9400 |
L04 |
EUR/100 kg |
17,60 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,00 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 86 9900 |
L04 |
EUR/100 kg |
18,12 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
22,65 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9300 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,89 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,86 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9400 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,61 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,51 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9951 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,12 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,15 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9971 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,12 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,15 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9973 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,82 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,78 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9974 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,85 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
21,06 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9975 |
L04 |
EUR/100 kg |
16,50 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
20,63 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 87 9979 |
L04 |
EUR/100 kg |
15,93 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
19,91 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 88 9300 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,82 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
17,28 |
||||||||||||||||||||||||||
0406 90 88 9500 |
L04 |
EUR/100 kg |
13,52 |
|||||||||||||||||||||||||
L40 |
EUR/100 kg |
16,90 |
||||||||||||||||||||||||||
Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma ddefiniti kif ġej:
|
(*) Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 462/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-2 ta’ Ġunju 2009. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-2 ta’ Ġunju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti u destinazzjoniet imsemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) u fl-Artikolu 2 rispettivament tar-Regolament imsemmi huma stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
ANNESS
(EUR/100 kg) |
||
Prodott |
Kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjoni għall-esportazzjoni |
L-ammont massimu ta' refużjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni fid-destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008 |
Butir |
ex ex 0405 10 19 9700 |
70,00 |
Żejt tal-butir (butteroil) |
ex ex 0405 90 10 9000 |
84,50 |
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 463/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-2 ta’ Ġunju 2009. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-2 ta’ Ġunju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 24,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.
(3) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 464/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 395/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.
(4) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 21.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-5 ta’ Ġunju 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
27,01 |
3,18 |
1701 11 90 (1) |
27,01 |
8,03 |
1701 12 10 (1) |
27,01 |
3,05 |
1701 12 90 (1) |
27,01 |
7,60 |
1701 91 00 (2) |
30,72 |
9,87 |
1701 99 10 (2) |
30,72 |
5,35 |
1701 99 90 (2) |
30,72 |
5,35 |
1702 90 95 (3) |
0,31 |
0,34 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 465/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għat-6 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2009 (2) fetaħ ix-xiri ta’ butir bi proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għal perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tal-butir (3). |
(2) |
Skont l-offerti li saru b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-6 stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-6 stedina individwali għall-offerti għax-xiri ta’ butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-2 ta’ Ġunju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 220,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 466/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-4. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 310/2009 (2) fetaħ ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti għall-perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (3). |
(2) |
Skont l-offerti li saru b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa’ l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li saru b’risposta għall-4. stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-4. stedina individwali għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009 li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-2 ta’ Ġunju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 167,90/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 97, 16.4.2009, p. 13.
(3) ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 467/2009
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta' dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta' esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta' rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f'sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont it-tieni paragrafu, is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta' rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati. |
(4) |
L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikultura konkluż taħt ir-Rawnd tal-Urugwaj jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta' prodott li jinsab f'oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar. |
(5) |
Madankollu, fil-każ ta' ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta' oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta' rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b'rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul. L-iffissar ta' rati ta' rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta' rifużjonijiet b'rigward ta' dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfatti dawk iż-żewġ għanijiet. |
(6) |
L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal prodotti assimilati. |
(7) |
L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta' għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fil-Komunità li hu proċessat f'kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 b'rigward għall-miżuri għar-rimi tal-krema, il-butir u l-butir konċentrat (3) jistipula li l-butir u l-krema bi prezzijiet imnaqqsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti oġġetti. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati ta' rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta' oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.
(3) ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1.
ANNESS
rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-5 ta’ Ġunju 2009 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)
(EUR/100 kg) |
||||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta’ rifużjoni |
||
Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem |
Oħrajn |
|||
ex 0402 10 19 |
Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2): |
|
|
|
|
— |
— |
||
|
21,00 |
21,00 |
||
ex 0402 21 19 |
Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3): |
|
|
|
|
36,15 |
36,15 |
||
|
31,00 |
31,00 |
||
ex 0405 10 |
Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6): |
|
|
|
|
65,00 |
65,00 |
||
|
66,52 |
66,52 |
||
|
65,00 |
65,00 |
(1) Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn
(a) |
pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
(b) |
it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. |
(ċ) |
It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà. |
(d) |
id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 36(1), l-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11). |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Ġunju 2009
li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika
(2009/427/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (1) jispjega l-għanijiet u l-prinċipji li japplikaw għall-produzzjoni organika u jistipula r-rekwiżiti bażiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll tal-prodotti organiċi fil-produzzjoni tal-pjanti, tal-bhejjem u tal-akkwakultura. |
(2) |
Bil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi li kienet adottata f’Ġunju 2004 (2), il-Kummissjoni beħsiebħa tivvaluta l-qagħda u tistipula l-bażi għall-iżvilupp tal-politika, u b’hekk tipprovdi viżjoni strateġika ġenerali għall-kontribut tal-biedja organika lill-politika agrikola komuni. B’mod partikulari, fl-azzjoni nru 11, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi jirrakkomanda li jitwaqqaf bord ta’ esperti indipendenti għall-pariri tekniċi. |
(3) |
Il-Kummissjoni tista’ tiġi bżonn pariri tekniċi sabiex tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodotti, sustanzi u tekniki fl-ipproċessar u fil-biedja organiċi, sabiex tiżviluppa jew ittejjeb ir-regoli dwar il-produzzjoni organika, u, b’mod ġenerali, dwar kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-qasam tal-produzzjoni organika. Dawn huma eżerċizzji kumplessi u li jieħdu ħafna ħin, u li għandhom bżonn livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-produzzjoni organika u li jiġu ddefiniti ħidmietu u l-istruttura tiegħu. |
(5) |
Il-grupp għandu jgħin biex ikun żgurat aċċess faċli għall-għarfien espert tekniku u kkwalifikat sew, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni organika. |
(6) |
Il-grupp għandu jkun magħmul minn xjenzati u esperti oħrajn li għandhom kompetenzi li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni organika u għandu jagħti lill-Kummissjoni pariri tekniċi indipendenti, eċċellenti u trasparenti. |
(7) |
Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar ir-regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-grupp, li tkun bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (3). |
(8) |
Id-dejta personali li għandha x’taqsam mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18ota’oDiċembruo2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-“Grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika”
B’dan qed jitwaqqaf il-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp”.
Artikolu 2
Kompiti
Xogħol il-grupp se jkun li jgħin lill-Kummissjoni:
(a) |
fl-evalwazzjoni tal-prodotti, is-sustanzi u t-tekniki li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet u l-prinċipji mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, |
(b) |
fit-titjib tar-regoli eżistenti u fl-iżvilupp ta’ regoli ġodda tal-produzzjoni, |
(c) |
fil-ħolqien ta’ skambju tal-esperjenza u ta’ prattiki tajbin fil-qasam tal-produzzjoni organika. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
1. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni li għandha x’taqsam mal-qasam tal-produzzjoni organika.
2. Il-President tal-grupp jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni li jkun tajjeb li l-grupp jiġi kkonsultat dwar kwistjoni speċifika.
Artikolu 4
Sħubija – Ħatra
1. Il-grupp għandu jkun magħmul minn tlettax-il membru.
2. Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost speċjalisti b’kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 2 u 3(1) u li jkunu wieġbu għas-sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll lista li tiġbor fiha l-kandidati li ma setgħux jinħatru bħala membri permanenti minkejja li, matul il-proċedura tal-għażla, dawn ikunu tqiesu tajbin għal pożizzjoni fil-grupp.
3. Din il-lista ta’ kandidati tista’ tintuża biex jinħatru l-membri li jissostitwixxu l-membri tal-grupp jew biex jinħatru l-membri tas-sottogruppi.
4. Il-membri tal-grupp u tas-sottogruppi għandhom jinħatru f’kapaċità personali u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni b’mod li jkun indipendenti minn kull influwenza esterna.
5. Il-membri tal-grupp jinħatru għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded u ma jistgħux iservu għal iktar minn tliet mandati wara xulxin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti skont il-paragrafu 6 jew sa meta jispiċċalhom il-mandat.
6. Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 287 tat-Trattat, jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-mandat tagħhom.
7. Il-membri maħturin f’kapaċità personali għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni li fiha jistqarru li huma qed jaġixxu fl-interess tal-pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kull interess li jista’ jeffettwa l-oġġettività tagħhom. Huma għandhom jistqarru wkoll f’kull laqgħa kwalunkwe interess speċifiku li jista’ jitqies li jagħmel ħsara lill-indipendenza tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjonijiet li jkun hemm fl-aġenda.
8. L-ismijiet tal-membri maħturin f’kapaċità personali fil-grupp u fis-sottogruppi u dawk inklużi fil-lista ta’ kandidati għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u fir-Reġistru tal-Gruppi tal-Esperti. Dawn l-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operat
1. Il-grupp għandu jaħtar President u żewġ Viċi-Presidenti minn fost il-membri tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi.
2. Bi qbil mad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi skont termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Dawn il-gruppi għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom. Is-sottogruppi għandhom ikunu magħmula minn għadd ta’ membri, li ma jistax jaqbeż is-sebgħa, minn fost il-membri tal-grupp jew mil-lista ta’ kandidati msemmija fl-Artikolu 4(3).
3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli jew jekk ikun meħtieġ.
4. It-tagħrif miksub mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp ma jistax jinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.
5. Normalment, il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu.
6. Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (5).
7. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet, bil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, l-aġenda, il-minuti, u kull sommarju, konklużjoni jew parti minn konklużjoni, jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.
Artikolu 6
L-ispejjeż tal-laqgħat
Il-Kummissjoni għandha tħallas lura l-ispejjeż tal-vjaġġi u, fejn ikun xieraq, l-ispejjeż tal-għajxien tal-membri u tal-esperti mġarrbin b’rabta mal-attivitajiet tal-grupp, f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-ispejjeż tal-esperti esterni.
Ma għandu jingħata l-ebda ħlas bħala kumpens għas-servizzi mogħtija skont din id-Deċiżjoni.
L-ispejjeż tal-laqgħat jitħallsu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) SEC(2004) 739.
(3) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.
(5) SEC(2005) 1004.
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4165)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/428/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju [perikolużi] fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/95/KE tesiġi li l-Kummissjoni tirrevedi l-eżenzjoni ta’ ċerti materjali u komponenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mill-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-valutazzjoni teknika u xjentifika meħtieġa twettqet, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jħarsu l-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2002/95/KE huma attwalment disponibbli u li l-eżenzjoni mogħtija f’dan ir-rigward għandha tiġi rriveduta. |
(3) |
Għalhekk id-Direttiva 2002/95/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti. Waqt il-konsultazzjoni ssemmiet il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produtturi jingħataw żmien suffiċjenti għall-kwalifika xierqa tar-rotaturi RIG Faraday bir-restrizzjoni taċ-ċomb kif stipulat bid-Direttiva 2002/95/KE. Għalhekk għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-impatti fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni jgħelbu l-benefiċċji tas-sostituzzjoni għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur, b’mod partikolari f’tagħmir rilevanti għas-sikurezza pereżempju s-sistemi ta’ komunikazzjoni. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE, il-punt 22 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“22. |
Iċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jintużaw għal sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika sal-31 ta’ Diċembru 2009.” |
ORJENTAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/34 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f'euro mill-Eurosistema għal banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro, u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
(BĊE/2009/11)
(2009/429/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tibdil tas-sistema ta’ żewġ livelli bil-qafas wieħed għal garanzija eliġibbli komuni għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jeħtieġ l-emenda tad-definizzjoni ta’ “riżervi” fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 tas-7 ta’ April 2006 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għal banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro, u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (1). |
(2) |
Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 għandha tiġi emendata wkoll biex tipprovdi għal servizz tal-ġestjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema speċifika, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ depożitu b’terminu fiss fuq bażi prinċipali, |
ADDOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/4 hija emendata kif ġej:
1. |
Id-definizzjoni ta’ “riżervi” fl-Artikolu 1 hija sostitwita b’li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 2(4)(b) huwa mibdul b’li ġej:
|
Artikolu 2
1. Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li adottaw l-euro.
2. Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54.
Corrigendum
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/35 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2009 tal-14 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 123, 19 ta’ Mejju 2009 )
F’paġna 26, fl-Anness, il-kolonna titolata “Anness B”, l-ispeċijiet “Ortalis vetula (III il-Gwatemala/il-Ħonduras)” u “Pauxi pauxi (III il-Kolombja)” għandhom jiġu imċaqalqa għal taħt il-kolonna titolata “Anness C”.