ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.137.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 137

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
3 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 454/2009 tat-2 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 455/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-diklorometan ( 1 )

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/421/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kumitat konġunt ue-Messiku tal-15 ta’ Dicembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004

7

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/422/KE

 

*

Decizjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjan ta’ qerda u tilqim ta’ emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti żoni tal-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3953)

42

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 454/2009

tat-2 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

69,6

MA

79,2

MK

47,9

TR

53,3

ZZ

62,5

0707 00 05

JO

151,2

MK

23,0

TR

105,4

ZZ

93,2

0709 90 70

JO

216,7

TR

117,5

ZZ

167,1

0805 50 10

AR

49,5

TR

53,1

ZA

46,7

ZZ

49,8

0808 10 80

AR

77,3

BR

74,4

CL

79,6

CN

91,5

NZ

106,5

US

103,9

UY

71,7

ZA

84,1

ZZ

86,1

0809 10 00

TR

108,0

ZZ

108,0

0809 20 95

US

272,9

ZZ

272,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

3.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/3


DEĊIŻJONI Nru 455/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-diklorometan

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-riskji li jinħolqu għas-saħħa tal-bniedem mid-diklorometan (DCM) fi prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa ġew evalwati f’diversi studji (3) li kkonkludew li jinħtieġu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju madwar il-Komunità Ewropea kollha biex jitnaqqsu r-riskji li jinħolqu għas-saħħa tal-bniedem waqt l-applikazzjoni tad-DCM fil-livelli industrijali, professjonali u tal-konsumatur. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE – aktar tard imsejjaħ il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER)) li kkonferma li l-esponiment għad-DCM minn prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa huwa ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem.

(2)

Bl-għan li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa għall-kategoriji kollha ta’ użu (industrijali, professjonali u mill-pubbliku ġenerali), it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM għandhom ikunu ristretti.

(3)

Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM jintużaw minn membri tal-pubbliku ġenerali fid-dar biex ineħħu ż-żebgħa, il-verniċ u l-laker, kemm ġewwa kif ukoll barra. L-użu sikur tad-DCM minnhom ma jistax ikun żgurat permezz ta’ taħriġ jew monitoraġġ. Għaldaqstant, l-unika miżura effettiva biex ikunu eliminati r-riskji li jirriżultaw għall-pubbliku ġenerali minn prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM hija projbizzjoni, fir-rigward tal-pubbliku ġenerali, fuq il-forniment u l-użu ta’ dawn il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa.

(4)

Bl-għan li tiġi żgurata l-infurzabbiltà proporzjonata tal-abolizzjoni tul il-katina tal-provvista ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM, għandhom jiġu stabbiliti dati differenti għall-projbizzjoni tal-ewwel tqegħid fis-suq u l-provvista aħħarija lill-pubbliku ġenerali u lill-professjonisti.

(5)

Peress li pubbliku ġenerali jista’, minkejja l-projbizzjoni, jkollu aċċess għal prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM minkejja l-projbizzjoni permezz tal-katina ta’ distribuzzjoni għal utenti industrijali u professjonali, għandha tiġi inkluża frażi ta’ twissija fuq il-prodott.

(6)

L-imwiet irreġistrati fl-Ewropa għal użi industrijali u professjonali matul l-aħħar 18-il sena huma attribwiti prinċipalment għal ventilazzjoni mhux adegwata, tagħmir protettiv personali mhux xieraq, l-użu ta’ tankijiet mhux adegwati u l-esponiment fit-tul għad-DCM. Għaldaqstant għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet biex ikunu kkontrollati u mnaqqsa r-riskji involuti fl-użi industrijali u professjonali.

(7)

Il-professjonisti ġeneralment ikunu koperti mil-leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-ħaddiema. Madankollu, bosta attivitajiet professjonali ħafna drabi jsiru fl-istabbilimenti tal-klijenti li spiss ma jkollhomx il-miżuri kollha xierqa għall-ġestjoni, il-kontroll u t-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa. Barra minn hekk, il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema Komunitarji u huma jkunu jeħtieġu taħriġ adegwat qabel ma jqaxxru ż-żebgħa bl-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir ta-żebgħa li fihom id-DCM.

(8)

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DCM u l-użu tagħhom minn professjonisti għandu għalhekk jiġi pprojbit biex tkun imħarsa saħħithom u jitnaqqas l-għadd ta’ mwiet u inċidenti mhux fatali. Madankollu, meta s-sostituzzjoni tad-DCM titqies partikolarment diffiċli jew mhux xierqa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu l-użu ulterjuri ta’ DCM minn professjonisti approvati. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-għoti u l-monitoraġġ ta’ deroga bħal din li għandha tkun ibbażata fuq taħriġ obbligatorju b’rekwiżiti speċifiċi. Madankollu, min iħaddem u min jaħdem għal rasu għandu preferibilment jevita l-użu tad-DCM billi jissostitwih b’aġent jew proċess kimiku li, skont il-kundizzjoni tal-użu tiegħu, mhuwiex perikoluż, jew huwa inqas perikoluż, għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

(9)

L-għadd ta’ mwiet u inċidenti mhux fatali rreġistrati matul attivitajiet industrijali huma indikazzjoni ta’ konformità mhux adegwata tal-leġiżlazzjoni dwar il-post tax-xogħol applikabbli għal ħaddiema li jużaw id-DCM. L-esponiment għad-DCM għadu għoli u għandhom japplikaw aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ħaddiema f’installazzjonijiet industrijali. Sabiex jiġi minimizzat l-esponiment u sabiex tiġi assigurata l-konformità, meta jkun teknikament possibbli, mal-limiti relevanti ta’ esponiment fuq ix-xogħol, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ prevenzjoni, bħalma huma ventilazzjoni effettiva fuq il-post tax-xogħol, miżuri biex jimminimizzaw l-evaporazzjoni tad-DCM minn tankijiet għat-tqaxxir, tagħmir protettiv personali xieraq u informazzjoni u taħriġ xieraq.

(10)

It-tagħmir protettiv personali għandu jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (4).

(11)

Għaldaqstant, id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (5) għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema, bħad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu t-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (6), u d-Direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbuta mal-esponiment għal-karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Is-sitt Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (7) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma’ aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (8),

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE qed ikun b’dan emendat b’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 29.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009.

(3)  Klorur tal-metilin: Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ restrizzjonijiet possibbli fis-suq fl-UE. Studju TNO-STB ffinalizzat f’Novembru 1999, http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/studies_en.htm; L-effikaċja ta’ retardanti tal-fwar fit-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem minn prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-dichloromethane mill-grupp ta’ esperti ETVREAD. Rapport finali ppubblikat f’April 2004, http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/studies_en.htm; Evalwazzjoni tal-impatt ta’ restrizzjonijiet potenzjali fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dichloromethane fi prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa. Studju RPA ffinalizzat f’April 2007. http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/studies_en.htm

(4)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

(5)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(6)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(8)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

“(58)

Id-Diklorometan

Nru CAS: 75-09-2

Nru EINECS: 200-838-9

(1)

Prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom diklorometan f’konċentrazzjoni daqs jew akbar minn 0,1 % bil-piż ma għandhomx:

(a)

jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba għall-provvista lill-pubbliku ġenerali jew lill-professjonisti wara is-6 ta’ Diċembru 2010;

(b)

jitqiegħdu fis-suq għall-provvista lill-pubbliku ġenerali jew lill-professjonisti wara is-6 ta’ Diċembru 2011;

(c)

jintużaw minn professjonisti wara is-6 ta’ Ġunju 2012.

Għall-iskopijiet ta’ din l-entrata:

(i)

‘professjonist’ tfisser persuna naturali jew legali, inklużi ħaddiema u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, li fl-attività professjonali tagħhom jagħmlu xogħol ta’ tqaxxir ta’ żebgħa li ma jsirx fi stabbiliment industrijali.

(ii)

‘stallazzjoni industrijali’ tfisser faċilità li tintuża għall-attivitajiet ta’ tqaxxir taż-żebgħa.

(2)

Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu fuq it-territorji tagħhom, u għal ċerti attivitajiet, l-użu minn professjonisti mħarrġa apposta ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-diklorometan u jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa biex jiġu pprovduti lil dawn il-professjonisti.

L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jiddefinixxu miżuri xierqa għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza ta’ dawk il-professjonisti li jużaw prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li jkun fihom id-diklorometan u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom.

Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżit li professjonist ikollu ċertifikat li jkun aċċettat minn Stat Membru fejn jaħdem dak il-professjonist, jew jipprovdi provi dokumentati oħrajn li jixhdu dan, jew li jkollu l-approvazzjoni b’xi mod ieħor mill-Istat Membru, hekk li jkun jista’ juri t-taħriġ u l-kompetenza sabiex juża b’mod sigur prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li jkun fihom id-diklorometan

Il-Kummissjoni għandha tipprepara lista tal-Istati Membri li għamlu użu minn din id-deroga f’dan il-paragrafu u jqegħduha għad-dispożizzjoni pubblika fuq l-Internet.

(3)

Professjonist li jibbenefika mid-deroga li jirreferi għaliha l-paragrafu 2, għandu jopera biss fl-Istati Membri li għamlu użu minn din id-deroga

It-taħriġ li jirrreferi għalih l-paragrafu 2 bħala minimu għandu jkopri:

(a)

l-għarfien, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa, inklużia informazzjoni dwar alternattivi jew proċessi eżistenti li skont il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma ta’ anqas periklu għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema;

(b)

l-użu ta’ ventilazzjoni adegwata;

(c)

l-użu ta’ tagħmir protettiv personali xieraq. Dan it-tagħmir protettiv personali għandu jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE

Min iħaddem u min jaħdem għal rasu għandu preferibilment jissostitwixxi id-diklorometan b’aġent jew proċess kimiku li, skont il-kundizzjoni tal-użu tiegħu, mhuwiex perikoluż, jew huwa inqas perikoluż, għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

Il-professjonisti għandhom japplikaw kull miżura applikabbli inkluż l-użu ta’ tagħmir protettiv personali.

(4)

Bla ħsara għal leġiżlazzjoni oħra tal-protezzjoni tal-ħaddiema tal-Komunità, prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom diklorometan f’konċentrazzjonijiet daqs jew akbar minn 0.1 % bil-piż jistgħu biss jintużaw fi stallazzjonijiet industrijali jekk, bħala minimu, jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ventilazzjoni effettiva fl-oqsma ta’ pproċessar kollha, b’mod partikulari għall-ipproċessar bit-tixrib u t-tnixxif ta’ oġġetti mqaxxra: ventilazzjoni lokali tal-exhaust għat-tanlikiet tat-tqaxxir supplimentata minn ventilazzjoni forzata f’dawn iz-zoni sabiex jimminimizzaw l-esponiment u biex jassiguraw il-konformità, fejn ikun teknikament possibbli, mal-limiti ta’ esponiment relevant fuq ix-xogħol;

(b)

miżuri biex tiġi minimizzata l-evaporazzjoni minn tankijiet għat-tqaxxir, li jinkludu: għotjien biex jgħattu tankijiet għat-tqaxxir ħlief waqt il-ġarr u l-ħatt; arranġamenti għall-ħatt u l-ġarr ta’ tankijiet għat-tqaxxir; u tankijiet għal-ħasil bl-ilma jew b’ilma mielaħ biex jitneħħa s-solvent wara l-ħatt;

(c)

miżuri biex jiġi mmaniġġjat b’mod sigur id-diklorometan f’tankijiet għat-tqaxxir li jinkludu: pompi u sistema ta’ pajpijiet biex jittrasferixxu prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa mit-tankijiet u għal ġo fihom; u arranġamenti xierqa biex jitnaddfu t-tankijiet u jitneħħa l-iskart likwidu;

(d)

tagħmir protettiv personali li jikkonforma mad-Direttiva u jkun jinkludi: ingwanti xierqa ta’ protezzjoni, goggles ta’ sikurezza u ilbies protettiv; kif ukoll tagħmir ta’ respirazzjoni adwegat protettiv għal fejn konformità mal-limiti relevanti ta’ esponiment fuq ix-xogħol ma tkunx jista’ tinkiseb b’xi mod ieħor;

(e)

informazzjoni adegwata, tagħlim u taħriġ għall-operaturi fl-użu ta’ dan it-tagħmir.

(5)

Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħra li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet, sas-6 ta’ Diċembru 2011 il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom konċentrazzjoni ta’ diklorometan daqs jew akbar minn 0,1 % bil-piż għandhom jiġu mmarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx kif ġej:

‘Ristrett għall-użu industrijali u għall-professjonisti approvati f’ċerti Stati Membri tal-UE - ivverifika fejn jista’ jintuża.’ ”


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

3.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/7


DEĊIŻJONI Nru 3/2008 tal-KUMITAT KONĠUNT UE-MESSIKU

tal-15 ta’ Dicembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004

(2009/421/KE)

IL-KUNSILL KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Assoċjazzjoni Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) iffirmat fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 1997 (1), u partikolarment l-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (minn issa ‘l quddiem imsejjħa “l-Istati Membri l-ġodda”) mill-1 ta’ Jannar 2007, ġie ffirmat fil-Messiku t-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim, fil-Messiku, fid-29 ta’ Novembru 2006, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2007 (*).

(2)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa neċessarju li jiġi adattat, b’effett mid-data li fiha l-Istati Membri l-ġodda ssieħbu fil-Ftehim, l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt tas-27 ta’ Frar 2001, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill Konġunt tat-18 ta’ Mejju 2005, sabiex jiġu inklużi l-awtoritajiet responsabbli mis-servizzi finanzjarji fl-Istati Membri l-ġodda kif ukoll il-miżuri li ma jaqblux mal-Artikoli 12 u 16 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001, li ser jżommu sakemm l-Artikolu 17(3) tagħha, ikun implimentat. Dan l-adattament joffri wkoll l-okkażjoni sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-awtoritajiet responsabbli mis-servizzi finanzjarji, stabbilita fl-anness II tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt tas-27 ta’ Frar 2001, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill Konġunt tat-18 ta’ Mejju 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt tas-27 ta’ Frar 2001, kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill Konġunt tat-18 ta’ Mejju 2005, hija b’dan sostitwita bit-test li jinsab fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Partijiet A u B tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004 huma b’dan sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija applikabbli mid-data tal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill Konġunt

Il-President

P. ESPINOSA CANTELLANO


(1)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

(*)  Sabiex jiġi kjarifikat dan il-punt, it-tieni Protokoll Addizzjonali ġie ffirmat mill-Partijiet fi Brussel fil-21 ta’ Frar 2007, wara l-inizjazzjoni uffiċjali tat-test f’Mexico City fid-29 ta’ Novembru 2006. Huwa kien applikat mill-1 ta’ Marzu 2007 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008 mat-tlestija tal-proċeduri interni neċessarji mill-Partijiet.


ANNESS I

“ANNESS I

PARTI A

KOMUNITÀ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

1.

L-applikazzjoni tal-Kapitolu III għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha hija suġġetta għal-limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali skedati mill-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fit-taqsimiet ‘is-setturi kollha’ tal-iskedi GATS tagħhom u għal dawk li ghandhom x’jaqsmu mas-subsetturi elenkati hawn taħt.

2.

It-taqsiriet li ġejjin jintużaw sabiex jindikaw l-Istati Membri:

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

ES

Spanja

EE

L-Estonja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

EL

Il-Greċja

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

MT

Malta

NL

L-Olanda

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SK

Ir-Repubblika Slovakka

SI

Is-Slovenja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit

3.

L-impenji ta’ aċċess għas-suq f’dak li għandu x’jaqsam mal-modalitajiet (1) u (2) japplikaw biss għal:

it-tranżazzjonijiet murija fil-paragrafi B.3 u B.4 tat-taqsima dwar l-aċċess għas-suq tal-‘Fehim dwar l-Impenji fis-Servizzi Finanzjarji’ għall-Istati Membri kollha rispettivament;

it-tranżazzjonijiet speċifiċi ta’ hawn taħt, b’referenza għall-Artikolu 11, għal kull Stat Membru konċernat:

BG: A.1 (a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta’ A.1 (b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq il-kummerċ bil-baħar, bl-avjazzjoni u trasport mod ieħor (MAT)) fil-modalitajiet (1) u (2);

CY: A.1. (a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta’ A.1 (b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq il-kummerċ bil-baħar, avjazzjoni u trasport mod ieħor (MAT)) f’modalità (2), B.6 (e) (il-kummerċ ta’ sigurtajiet trasferibbli) f’modalità (1);

EE: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta’ A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq assigurazzjoni MAT) u li jifdal ta’ parti A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni mhux MAT) f’modalitajiet (1) u (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, self ta’ kull tip, ċens finanzjarju, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta’ sigurtajiet, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet, senseriji tal-kambji, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f’modalità (1);

LV: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta’ A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq assigurazzjoni MAT) u li jifdal ta’ parti A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni mhux MAT) f’modalità (2), B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet) f’modalità (1);

LT: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta’ A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq assigurazzjoni MAT) u li jifdal ta’ parti A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoi mhux MAT) f’modalità (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, self ta’ kull tip, ċens finanzjarju, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta’ sigurtajiet, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet, senseriji tal-kambji, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f’modalità (1);

MT: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja), u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u l-anqas fuq MAT) f’modalità (2). B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta’ depożiti u self ta’ kull tip) f’modalità (1);

RO: B.1. (aċċettazzjoni ta’ depożiti) B.2. (self ta’ kull tip), B.4 (is-servizzi kollha relatati mat-trażmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus) B.5. (garanziji u obbligi) u B. 8 (senserija tal-kambju) f’modalità (1).

SI: B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, self ta’ kull tip, ċens finanzjarju, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta’ sigurtajiet, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet, senseriji tal-kambji, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f’modalità (1).

4.

Differenti mis-sussidjarji barranin, il-fergħat stabbiliti direttament fl-Istat Membru minn istituzzjoni finanzjarja Messikana ma humiex, b’ċerti eċċezzjonijiet limitati, suġġetti għar-regolamenti ta’ prudenza armonizzati fuq livell ta’ Komunità li jħallu lil sussidjarji bħal dawn jibbenefikaw minn faċilitajiet aħjar biex iwaqqfu stabbilimenti ġodda u jipprovdu servizzi transkonfinali f’kull parti tal-Komunità. Għaldaqstant, dawn il-fergħat jirċievu l-awtorizzazzjoni sabiex joperaw fit-territorju ta’ Stat Membru bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji lokali ta’ dak l-Istat Membru, u jistgħu jkunu meħtieġa jissoddisfaw numru ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ prudenza bħal fil-każ tas-servizzi bankarji jew tat-titoli, tal-kapitalizzazzjoni separata, u tal-ħtiġiet ta’ likwidità, u tar-rapport u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet, jew fil-każ tal-assigurazzjoni, il-garanzija speċifika u l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-depożiti, il-kapitalizzazzjoni separata, u l-lokalizzazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi u mill-inqas terz tal-marġini tal-likwidità. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet indikati f’din l-iskeda biss fir-rigward ta’ twaqqif dirett Messikan ta’ preżenza finanzjarja jew ta’ forniment ta’ servizzi transkonfinali mill-Messiku; għalhekk, Stat Membru partikolari jista’ ma japplikax dawn ir-restrizzjonijiet, inklużi dawk fil-każ ta’ twaqqif ta’ preżenza finanzjarja, għas-sussidjarji Messikani mwaqqfa fi Stati Membri oħra tal-Komunità, għajr jekk dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati għal kumpaniji jew ċittadini ta’ Stati Membri oħra f’konformità mal-Liġi tal-Komunità.

5.

BG: Id-dħul fis-suq ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda jista’ jkun suġġett għall-eżistenza u r-rispett ta’ qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku u għall-koerenza tal-imsemmija servizzi jew prodotti mal-imsemmi qafas regolatorju.

6.

BG: Attivitajiet bankarji jew ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-kummerċ tat-titoli u attivitajiet relatati magħhom, għandhom jitwettqu b’mod separat minn kumpaniji liċenzjati biex jipprovdu dawn is-servizzi.

7.

BG: Bħala regola ġenerali, b’mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji li jinkorporaw lir-Repubblika tal-Bulgarija għandhom jadottaw il-forma legali ta’ kumpaniji ta’ titoli konġunti.

8.

CY: Il-kondizzjonijiet u l-kwalifiki ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw ukoll meta ma hemm dikjarat l-ebda limitu jew kondizzjoni fl-iskeda.

(i)

Konsiderazzjoni tas-sigurtà nazzjonali u għanijiet ta’ politika pubblika;

(ii)

Din l-iskeda fl-ebda mod ma tikkonċerna servizzi fornuti fl-eżerċitar ta’ funzjonijiet governamentali. Ukoll, ma taffettwax miżuri li jikkonċernaw il-kummerċ fl-oġġetti li jistgħu jikkostitwixxu kontributi lejn servizz skedat jew servizzi oħra. Barra minn hekk, limitazzjonijiet fuq aċċess għas-suq jew trattament nazzjonali fir-rigward ta’ servizzi li jistgħu jikkostitwixxu kontributi lejn servizz skedat jew jintużaw biex jissupplixxuh, għandhom ikomplu japplikaw.

9.

CY: Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija f’din l-iskeda m’għandhomx jiġu interpretati bħala referenza eżawrjenti għal-liġijiet, u r-regolamenti kollha li jamministraw is-settur finanzjarju. It-trasferiment, pereżempju, ta’ tagħrif li fih data personali, sigriet tal-bank, jew kwalunkwe sigriet ta’ negozju mhuwiex permess. Tali trasferiment huwa soġġett għal liġijiet domestiċi ta’ kunfidenzjalità ta’ tagħrif ta’ konsumaturi tal-banek. Barra minn dan, huwa nnutat li miżuri kwalitattivi mhux diskriminatorji rilevanti għal standards tekniċi, saħħa pubblika u kunsiderazzjonijiet ambjentali, għoti ta’ liċenzji, kunsiderazzjoni ta’ prudenza, kwalifiki professjonali u rekwiżiti ta’ kompetenza ma ġewx elenkati bħala kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet għal aċċess għas-suq u trattament nazzjonali.

10.

CY: Servizzi u prodotti finanzjarji mhux regolati u d-dħul fis-suq ta’ servizzi u prodotti finanzjarji ġodda, jistgħu jkunu suġġetti għall-eżistenza jew l-introduzzjoni ta’ qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

11.

CY: Minħabba l-kontrolli fuq il-kambju ta’ flus barranin f’Ċipru:

ir-residenti m’humiex permessi li, meta jkunu fiżikament barra l-pajjiż, jakkwistaw servizzi bankarji li jistgħu jinvolvu trasferiment ta’ fondi barra l-pajjiż;

self lil persuni li m’humiex residenti/barranin jew lil kumpanniji kkontrollati minn persuni li m’humiex residenti jinħtieġu l-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali;

għall-kisba ta’ sigurtajiet minn persuni li m’humiex residenti hija meħtieġa wkoll l-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali;

l-operat fin-negozju fi flus barranin jista’ jitwettaq biss permezz ta’ banek li ngħatalhom l-istatus ta’ ‘Aġent Awtorizzat’ mill-Bank Ċentrali.

12.

CZ: Id-dħul fis-suq ta’ servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jista’ jkun suġġett għall-eżistenza u r-rispett tal-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku u għall-koerenza tal-imsemmija servizzi u strumenti mal-imsemmi qafas.

13.

CZ: Bħala regola ġenerali u b’mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fir-Repubblika Ċeka għandhom jadottaw forma legali speċifika.

14.

CZ: L-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi kontra r-responsabbiltà lejn terzi hija pprovduta minn fornitur esklużiv. Meta d-drittijiet ta’ monopolju dwar l-assigurazzjoni mandatorja ta’ vetturi li jkopru r-responsabbiltà lejn terzi jitneħħew, il-forniment ta’ dan is-servizz jinfetaħ fuq bażi mhux diskriminatorja għall-fornituri tas-servizzi stabbiliti Ċeki. L-assigurazzjoni obbligatorja tas-saħħa hija fornuta biss minn fornituri liċenzjati proprjetà ta’ Ċeki.

15.

EE: Is-servizzi obbligatorji tas-sigurtà soċjali m’humiex limitati.

16.

HU: Id-dħul fis-suq ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda jista’ jkun suġġett għall-eżistenza u r-rispett ta’ qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku u għall-koerenza tal-imsemmija servizzi jew prodotti mal-imsemmi qafas regolatorju.

17.

HU: It-trasferiment ta’ tagħrif li fih data personali, sigriet tal-bank, sigriet ta’ operat titolari u/jew sigriet ta’ negozju mhuwiex permess.

18.

HU: Bħala regola ġenerali u b’mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fl-Ungerija għandhom jadottaw forma legali speċifika.

19.

HU: Servizzi ta’ assigurazzjoni, ta’ operat ta’ bank, ta’ operat titolari u ta’ ġestjoni ta’ investiment kollettiv għandhom jitwettqu minn fornituri legalment separati u kapitalizzati indipendentment ta’ servizzi finanzjarji.

20.

MT: Għal impenji tal-modalità (3), taħt il-leġiżlazzjoni tal-kontroll tal-kambju persuni mhux residenti li jixtiequ jfornu servizzi permezz tar-reġistrazzjoni jistgħu jagħmlu dan b’permess minn qabel tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Dawk il-kumpaniji li fihom sehem ta’ persuni kemm fiżiċi kif ukoll legali li mhumiex residenti f’Malta jeħtieġu kapital soċjali minimu ta’ Lm10,000 (lira Maltija) li 50 % minnhom iridu jkunu mħallsa. Il-perċentwal tal-parteċipazzjoni fl-ishma ta’ persuni mhux residenti jrid jitħallas permezz ta’ fondi li joriġinaw minn barra l-pajjiż. Kumpaniji b’sehem ta’ persuni li m’humiex residenti għandhom japplikaw għal permess mill-Ministeru tal-Finanzi biex jiksbu proprjetà skont il-leġislazzjoni xierqa.

21.

MT: Għall-obbligi li jinsabu fil-modalità (4), jibqgħu japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti ta’ Malta dwar id-dħul, il-waqfa, l-akkwist tal-proprjetà, ix-xogħol u s-sigurtà soċjali fil-pajjiż, inklużi r-regolamenti dwar il-tul taż-żmien tal-waqfa, il-pagi minimi, kif ukoll il-ftehimiet kollettivi dwar il-pagi. Id-dħul, ix-xogħol u l-permessi tar-residenza jinħarġu skont id-diskrezzjoni tal-Gvern ta’ Malta.

22.

MT: Għal obbligi ta’ modalitajiet (1) u (2), il-liġijiet ta’ kontroll tal-kambju jippermettu resident jittrasferixxi flus kull sena barra l-pajjiż għal sett ta’ investimenti sa Lm 5 000. Ammonti li jaqbżu l-Lm 5 000 huma suġġetti għall-permess tal-kontroll tal-kambju.

23.

MT: Persuni residenti jistgħu jissellfu mill-esteru mingħajr il-ħtieġa li jiksbu approvazzjoni ta’ kontroll ta’ skambju jekk is-self ikun għal perjodu li jaqbeż tliet snin. Tali self irid minkejja dan ikun irreġistrat mal-Bank Ċentrali.

24.

PL: Regolamenti ta’ prudenza fil-qasam finanzjarju qegħdin jiġu elaborati fil-Polonja. Jistgħu jirrikjedu tibdil tar-regoli li jeżistu bħalissa kif ukoll tħejjija ta’ liġijiet ġodda.

25.

RO: L-istabbiliment u l-attività ta’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-korp ta’ sorveljanza ta’ Attività ta’ Assigurazzjoni u Riassigurazzjoni. L-istabbiliment u l-attività tal-kumpaniji bankarji huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-bank Ċentrali tar-Rumanija. L-istabbiliment u l-attività tal-entitajiet relatati mas-suq tat-titoli (persuni fiżiċi jew legali, skont il-każ) huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-Kummissjoni tal-Garanziji Nazzjonali tar-Rumanija (NSC). Wara l-istabbiliment ta’ preżenza kummerċjali, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iwettqu t-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ residenti fil-munita nazzjonali tar-Rumanija biss.

26.

SK: Id-dħul fis-suq ta’ servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jista’ jkun suġġett għall-eżistenza ta’, u konsistenza mal-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku u għall-koerenza tal-imsemmija servizzi u strumenti mal-imsemmi qafas.

27.

SK: Is-servizzi ta’ assigurazzjoni segwenti huma pprovduti minn fornituri esklussivi: L-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi kontra r-responsabbiltà lejn terzi persuni, l-assigurazzjoni obbligatorja tat-trasport bl-ajru, l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ta’ min iħaddem kontra l-korriment jew mard fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu pprovduti mill-Kumpannija tal-Assigurazzjoni Slovakka. L-assigurazzjoni tas-saħħa bażika tingħata biss minn dawk il-kumpanniji tal-assigurazzjoni Slovakki li jkollhom liċenzja sabiex jipporvdu l-assigurazzjoni tas-saħħa maħruġa mill-Ministeru tal-Saħħa u l-Kura tar-Repubblika Slovakka skont l-Att 273/1994 Koll. tal-Liġijiet. L-iskemi ta’ assigurazzjoni f’fond tal-pensjonijiet u l-assigurazzjoni kontra l-mard jiġu pprovduti biss mill-Kumpannija ta’ Assigurazzjoni Soċjali.

28.

SI: Id-dħul fis-suq ta’ servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda jista’ jkun suġġett għall-eżistenza u r-rispett ta’ qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku u għall-koerenza tal-imsemmija servizzi jew prodotti mal-imsemmi qafas regolatorju.

29.

SI: Bħala regola ġenerali u b’mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja għandhom jadottaw sura legali speċifika.

30.

SI: L-attivitajiet tal-assigurazzjoni u dawk bankarji għandhom jingħataw minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji li jkunu legalment separati.

31.

SI: Is-servizzi tal-investiment jistgħu jingħataw biss mill-banek u mid-ditti tal-investiment.

A.

Assigurazzjoni u Servizzi Marbutin mal-Assigurazzjoni

1)

Provvista transkonfinali

AT: L-attività promozzjonali u l-intermedjazzjoni f’isem kumpannija sussidjarja mhux stabbilita fil-Komunità jew f’isem fergħa mhux stabbilita fl-Awstrija (ħlief għar-riassigurazzjoni u għar-retroċessjoni) huma pprojbiti.

AT: Hija biss sussidjarja stabbilita fil-Komunità jew fergħa stabbilita fl-Awstrija li tista’ tintrabat li tagħmel tajjeb għal assigurazzjoni obbligatorja tal-ajru.

AT: Trid titħallas taxxa ogħla fuq il-primjum għall-kuntratti (ħlief għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni u ta’ retroċessjoni) sottoskritti minn kumpannija sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Hemm possibiltà li tingħata eżenzjoni mit-taxxa ogħla.

BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta). M’hemmx irbit, ħlief għal servizzi pprovduti minn fornituri barranin lil persuni barranin fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija. Assigurazzjoni tat-trasport li tkopri l-oġġetti, assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fir-Repubblika tal-Bulgarija ma jistgħux jiġu sottoskritti direttament minn kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin. Kumpanija tal-assigurazzjoni barranija tista’ tikkonkludi kuntratti ta’ assigurazzjoni biss permezz ta’ fergħa. Mhux marbuta għad-depositi ta’ assigurazzjoni u skemi simili ta’ kompensazzjoni, kif ukoll skemi mandatorji ta’ assigurazzjoni. Mhux marbuta għat-Trattament Nazzjonali

BG: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Mhux marbuta għas-servizzi ta’ retroċessjoni

BG: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit

CY: Kull assiguratur barrani li jkun approvat mis-Supretendent tal-Assigurazzjoni (fuq kriterji ta’ prudenza) jista’ joffri s-servizzi ta’ riassigurazzjoni u retroċessjoni lil kumpanniji tal-assigurazzjoni inkorporati u awtorizzati f’Ċipru.

CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Fornituri tas-servizzi finanzjarji barranin jistgħu jistabbilixxu kumpannija tal-assigurazzjoni bis-sede tagħha fir-Repubblika Ċeka bħala kumpannija azzjonarja jew jistgħu jagħtu servizz ta’ assigurazzjoni permezzz tal-fergħat tagħhom li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat fir-Repubblica Ċeka skont il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Att dwar l-Industrija tal-Assigurazzjoni

Għal fornitur tas-servizzi tal-assigurazzjoni jinħtieġu preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni:

sabiex jipprovdi tali servizzi inkluża r-riassigurazzjoni, u

sabiex jikkonkludi kuntratt ta’ intermedjazzjoni ma’ intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta’ assigurazzjoni u parti terza.

L-intermedijarju jrid ikollu l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tiġi provduta l-intemedjazzjoni għal fergħa bl-uffiċċju reġistrat tagħha fir-Repubblika Ċeka.

DK: L-assigurazzjoni obbligatorja għat-trasport bl-ajru tista’ tkun sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

DK: L-ebda persuna jew kumpannija (inklużi l-kumpanniji tal-assigurazzjoni), għal skopijiet ta’ negozju fid-Danimarka, ma jistgħu jagħtu sehemhom biex jiġi provdut direttament servizz tal-assigurazzjoni għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi, jew għal proprjetà fid-Danimarka, ħlief għal dawk il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li tinħarġilhom liċenzja skont il-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

DE: L-assigurazzjoni mandatorja ta’ trasport bl-ajru tista’ tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja

DE: Jekk kumpannija barranija tal-assigurazzjoni tistabbilixxi fergħa fil-Ġermanja, din tista’ tissottoskrivi kuntratti tal-assigurazzjoni għat-trasport internazzjonali biss permezz tal-fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

FI: Dawk l-assiguraturi biss li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew li għandhom il-fergħa tagħhom fil-Finlandja jistgħu joffru servizzi ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fis-subparagrafu 3 (a) tal-Ftehim.

FI: Il-provvista ta’ servizzi ta’ brokers tal-assigurazzjoni tiddependi minn jekk dawn ikollhomx post tan-negozju permanenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

FR: L-assigurazzjoni tar-riskji marbuta mat-trasport fuq l-art tista’ ssir biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Huma biss intraprendituri involuti f’attività internazzjonali ta’ negozju speċifikata fir-regoli nazzjonali dwar in-negozju fi flus barranin huma permessi li jakkwistaw servizzi. Huma biss avvenimenti ta’ assigurazzjoni li jseħħu fl-esteru li jistgħu jiġu assikurati.

IT: M’hemmx obbligi għall-professjoni attwarjali.

IT: Assigurazzjoni ta’ riskji relatati mal-esportazzjoni c.i.f. minn residenti fl-Italja jistgħu jintrabtu li jagħmlu tajjeb għalihom impriżi tal-assigurazzjoni biss li huma stabbiliti fil-Komunità.

IT: L-assigurazzjoni għat-trasport tal-merkanzija, l-assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà tar-riskji fl-Italja jistgħu jkunu sottoskritti biss minn kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi l-importazzjoni lejn l-Italja.

LV: Mhux marbuta għal subparagrafu B 3 (a) tal-Fehim.

MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

PL: Mhux marbuta, minbarra riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta’ oġġetti fil-kummerċ internazzjonali.

RO: Mhux marbuta għal subparagrafu B 3 (a) u (c) tal-Fehim. Għal subsettur A.2 (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Riassigurazzjoni fis-suq internazzjonali hija permessa biss jekk ir-riskju riassigurat ma jistax jitpoġġa fis-suq domestiku

PT: Assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u dak marittimu, li tkopri oġġetti, ajruplani, bastimenti li jistgħu jintrabtu li jagħmlu tajjeb għaliha impriżi tal-assigurazzjoni biss li huma stabbiliti fil-KE; huma biss persuni u kumpaniji li huma stabbiliti fil-KE li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal tali negozju ta’ assigurazzjoni fil-Portugall.

SK: Il-preżenza kummerċjali fil-pajjiż hija meħtieġa għall-provvista ta’:

assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ persuni b’residenza permanenti fir-Repubblika Slovakka;

assigurazzjoni ta’ proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

assigurazzjoni ta’ responsabbiltà għal telf jew ħsara kkawżati minn attività ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

assigurazzjoni tal-ajru u dik marittima, li tkopri merkanzija, ajruplani, bastimenti u responsabbiltà.

SI: Assigurazzjoni Marittima, tal-Avjazjoni u tat-Trasport: Is-servizzi tal-assigurazzjoni pprovduti minn istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni mutwi huma limitati għall-kumpanniji inkorporati u stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja.

SI: Subsetturi A.2., A.3. u A.4. (riassigurazzjoni u retroċessjoni, intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

SE: Il-provvista ta’ assigurazzjoni diretta hija permessa biss permezz ta’ fornitur ta’ servizz tal-assigurazzjoni awtorizzat fl-Iżvezja, bil-kundizzjoni li l-fornitur barrani tas-servizz u l-kumpannija tal-assigurazzjoni Żvediża jkunu proprjetà tal-istess grupp ta’ kumpanniji jew għandhom ftehim ta’ kooperazzjoni bejniethom.

2)

Konsum barra l-pajjiż

AT: L-attività promozzjonali u l-intermedjazzjoni f’isem kumpannija sussidjarja mhux stabbilita fil-Komunità jew f’isem fergħa mhux stabbilita fl-Awstrija (ħlief għar-riassigurazzjoni u għar-retroċessjoni) huma pprojbiti.

AT: L-assigurazzjoni mandatorja ta’ trasport bl-ajru tista’ tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fl-Awstrija.

AT: Trid titħallas taxxa ogħla fuq il-primjum għall-kuntratti (ħlief għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni u ta’ retroċessjoni) sottoskritti minn kumpannija sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Hemm possibiltà li tingħata eżenzjoni mit-taxxa ogħla.

BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta) Persuni Bulgari fiżiċi u ġuridiċi, kif ukoll persuni barranin li jagħmlu attività ta’ negozju fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, jistgħu jikkonkludu kuntratti ta’ assigurazzjoni ma’ fornituri fir-rigward tal-attivtà tagħhom fil-Bulgarija biss, li huma liċenzjati li jagħmlu attività ta’ assigurazzjoni fil-Bulgarija. Il-kumpens ta’ assigurazzjoni li jirriżulta minn dawn il-kuntratti għandu jitħallas fil-Bulgarija. Mhux marbuta għad-depositi ta’ assigurazzjoni u skemi simili ta’ kompensazzjoni, kif ukoll skemi mandatorji ta’ assigurazzjoni.

BG: Subsetturi A.2., A.3. u A.4. (riassigurazzjoni u retroċessjoni, intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Is-servizzi tal-assigurazzjoni kif definiti hawn taħt ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż.

Assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ persuni b’residenza permanenti fir-Repubblika Ċeka,

assigurazzjoni ta’ proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Ċeka,

assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal telf jew ħsara kkawżati minn attività ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

DK: L-assigurazzjoni obbligatorja għat-trasport bl-ajru tista’ tkun sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

DK: L-ebda persuna jew kumpannija (inklużi l-kumpanniji tal-assigurazzjoni), għal skopijiet ta’ negozju fid-Danimarka, ma jistgħu jagħtu sehemhom biex jiġi provdut direttament servizz tal-assigurazzjoni għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi, jew għal proprjetà fid-Danimarka, ħlief għal dawk il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li tinħarġilhom liċenzja skont il-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

DE: Il-poloz tal-assigurazzjoni obbilgatorja għat-trasport bl-ajru jistgħu jkunu sottoskritti biss minn kumpannija sussidjarja stabbilita fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

DE: Jekk kumpannija barranija tal-assigurazzjoni tistabbilixxi fergħa fil-Ġermanja, din tista’ tissottoskrivi kuntratti tal-assigurazzjoni għat-trasport internazzjonali biss permezz tal-fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

FR: L-assigurazzjoni tar-riskji marbuta mat-trasport fuq l-art tista’ ssir biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità

HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Huma biss intraprendituri involuti f’attività internazzjonali ta’ negozju speċifikata fir-regoli nazzjonali dwar in-negozju fi flus barranin huma permessi li jakkwistaw servizzi. Huma biss avvenimenti ta’ assigurazzjoni li jseħħu fl-esteru li jistgħu jiġu assikurati.

IT: Assigurazzjoni ta’ riskji relatati mal-esportazzjoni c.i.f. minn residenti fl-Italja jistgħu jintrabtu li jagħmlu tajjeb għalihom impriżi tal-assigurazzjoni biss li huma stabbiliti fil-Komunità.

IT: L-assigurazzjoni għat-trasport tal-merkanzija, l-assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà tar-riskji fl-Italja jistgħu jkunu sottoskritti biss minn kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi l-importazzjoni lejn l-Italja.

MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

PL: Mhux marbuta, minbarra riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta’ oġġetti fil-kummerċ internazzjonali.

PT: Assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u dak marittimu, li tkopri oġġetti, ajruplani, bastimenti li jistgħu jintrabtu li jagħmlu tajjeb għaliha impriżi tal-assigurazzjoni biss li huma stabbiliti fil-KE; huma biss persuni u kumpaniji li huma stabbiliti fil-KE li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal tali negozju ta’ assigurazzjoni fil-Portugall.

RO: Mhux marbuta għal subparagrafu B 3 (a) u (c) tal-Fehim. Għal subsettur A.2 (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Riassigurazzjoni fis-suq internazzjonali hija permessa biss jekk ir-riskju riassigurat ma jistax jitpoġġa fis-suq domestiku

SK: Is-servizzi tal-assigurazzjoni koperti bil-modalità (1), ħlief għall-assigurazzjoni għat-trasport bl-ajru u bil-baħar, li tkopri l-merkanzija, l-inġenji tal-ajru, il-korpi tal-bastimenti u r-responsabbiltà ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż.

SI: Assigurazzjoni Marittima, tal-Avjazjoni u tat-Trasport: Is-servizzi tal-assigurazzjoni pprovduti minn istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni mutwi huma limitati għall-kumpanniji inkorporati u stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja.

SI: Il-kumpanniji tar-riassigurazzjoni fir-Repubblika tas-Slovenja għandhom prijorità fejn jidħol il-ġbir tal-primjums tal-assigurazzjoni. F’każ li dawn il-kumpanniji ma jaslux sabiex ikopru r-riskji kollha, dawn jistgħu jiġu riassigurati u retroċessi barra l-pajjiż. (L-ebda obbligu meta tiġi adottata l-liġi l-ġdida dwar il-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni).

3)

Preżenza kummerċjali

AT: Il-liċenzja għall-fergħat ta’ assiguraturi barranin ma tinħariġx jekk l-assiguratur, f’pajjiżu stess, ma jkollux il-forma legali li tikkorrispondi jew tkun paragonabbli ma’ kumpannija azzjonarja jew assoċjazzjoni mutwa tal-assigurazzjoni.

BE: Kwalunkwe offerta pubblika biex jinkisbu t-titoli Belġjani magħmula minn jew f’isem persuna, kumpanija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea se tiġi ppreżentata lill-awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

Mhux marbuta għad-depositi ta’ assigurazzjoni u skemi simili ta’ kompensazzjoni, kif ukoll skemi mandatorji ta’ assigurazzjoni.

Il-fornituri tas-servizzi tal-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu stabbiliti għaż-żewġ servizzi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u dik mhux tal-ħajja. Persuni barranin jistgħu jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni biss permezz ta’ parteċipazzjoni f’kumpaniji Bulgari bl-ebda limitu ta’ parteċipazzjoni azzjonarja, kif ukoll direttament, permezz ta’ fergħa, b’uffiċċju reġistrat fir-Repubblika tal-Bulgarija. L-istabilliment tal-fergħat tal-kumpaniji barrinin ta’ assigurazzjoni huwa suġġett għal liċenzjar mill-Kummissjoni Finanzjarja ta’ Sorveljanza. Sabiex jistabbilixxu fergħa fil-Bulgarija biex jipprovdu ċerti klassijiet ta’ assigurazzjoni, l-assiguraturi barranin għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni biex joperaw fl-istess klassijiet ta’ assigurazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom għal mill-inqas ħames snin. Il-fergħat ta’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni barranin għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: rekwiżiti ta’ garanziji u depożiti speċifiċi, kapitalizzazzjoni separata, u lokalizzazzjoni fir-Repubblika tal-Bulgarija tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi.

Assigurazzjoni tat-trasport li tkopri l-oġġetti, assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fir-Repubblika tal-Bulgarija ma jistgħux jiġu sottoskritti direttament minn kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin. Kumpanija tal-assigurazzjoni barranija tista’ tikkonkludi kuntratti ta’ assigurazzjoni biss permezz ta’ fergħa.

Fondi ta’ assigurazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-kapital innifsu, għandu jkun investit fir-Repubblika tal-Bulgarija u jista’ jkun biss trasferit barra l-pajjiż suġġett għall-permess tal-Kummissjoni Finanzjarja ta’ Sorveljanza.

Fornituri barranin ma jistgħux jikkonkludu kuntratti ta’ assigurazzjoni ma’ persuni fiżiċi u ġuridiċi lokali permezz ta’ sensara.

BG: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

Il-fornituri tas-servizzi tal-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu stabbiliti għaż-żewġ servizzi tal-riassigurazzjoni tal-ħajja u dik mhux tal-ħajja.

Persuni barranin jistgħu jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni biss permezz ta’ parteċipazzjoni f’kumpaniji ta’ assigurazzjoni Bulgari bl-ebda limitu ta’ parteċipazzjoni azzjonarja. Kumpaniji ta’ riassigurazzjoni barranin jistgħu jipprovdu riassigurazzjoni diretta, permezz ta’ fergħa, b’uffiċċju reġistrat fir-Repubblika tal-Bulgarija. L-istabilliment tal-fergħat tal-kumpaniji barrinin ta’ assigurazzjoni huwa suġġett għal liċenzjar mill-Kummissjoni Finanzjarja ta’ Sorveljanza.

Fondi ta’ assigurazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti ta’ assigurazzjoni, kif ukoll il-kapital innifsu, għandu jkun investit fir-Repubblika tal-Bulgarija u jista’ jkun biss trasferit barra l-pajjiż suġġett għall-permess tal-Kummissjoni Finanzjarja ta’ Sorveljanza.

Fornituri barranin ma jistgħux jikkonkludu kuntratti ta’ assigurazzjoni ma’ persuni fiżiċi u ġuridiċi lokali permezz ta’ brokers.

Mhux marbuta għas-servizzi ta’ retroċessjoni

BG: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni):

Kumpaniji tan-negozju, rreġistrati fir-repubblika tal-Bulgarija taħt il-Liġi tan-Negozju, u lliċenzjati mill-Kummissjoni Finanzjarja ta’ Sorveljanza jistgħu jagħmlu attività intermedjarja.

Servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni għandhom ikunu relatati mal-assigurazzjoni.

M’hemmx obbligi rigward il-professjoni attwarjali.

CY: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

L-ebda assiguratur ma jista’ jopera fi jew mir-Repubblika ta’ Ċipru jekk ma jiġix awtorizzat mis-Supretendent tal-Assigurazzjonji, skont il-liġi tal-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni.

Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni barranin jistgħu joperaw mir-Repubblika ta’ Ċipru permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew aġenzija. L-assiguratur barrani jrid ikun awtorizzat li jopera f’pajjiżu qabel ma jingħata l-awtorizzazzjoni li jistabbilixxi l-preżenza tiegħu permezz ta’ fergħa jew aġenzija.

Il-parteċipazzjoni ta’ persuni mhux residenti f’kumpanniji tal-assigurazzjoni, inkorporati fir-Repubblika ta’ Ċipru, teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Ċentrali. Il-livell ta’ parteċipazzjoni barranija huwa determinat skont il-każ bi qbil mal-ħtiġijiet ekonomiċi.

CY: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

L-ebda kumpannija ma tista’ topera bħala riassiguratur fir-Repubblika ta’ Ċipru jekk ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni meħtieġa mis-Supretendent tal-Assigurazzjoni.

L-investiment minn persuni mhux residenti f’kumpanniji tar-riassigurazzjoni jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Ċentrali. Il-parti tal-parteċipazzjoni barranija fil-kapital ta’ kumpanniji lokali tar-riassigurazzjoni tiġi determinata każ b’każ. Fil-preżent ma teżisti l-ebda kumpannija tar-riassigurazzjoni.

CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Fornituri tas-servizzi finanzjarji barranin jistgħu jistabbilixxu kumpannija tal-assigurazzjoni bis-sede tagħha fir-Repubblika Ċeka bħala kumpannija azzjonarja jew jistgħu jagħtu servizz ta’ assigurazzjoni permezzz tal-fergħat tagħhom li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat fir-Repubblica Ċeka skont il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Att dwar l-Industrija tal-Assigurazzjoni

Għal fornitur tas-servizzi tal-assigurazzjoni jinħtieġu preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni:

servizzi ta’ assigurazzjoni u parti terza;

sabiex jipprovdi tali servizzi inkluża r-riassigurazzjoni, usabiex jikkonkludi kuntratt ta’ intermedjazzjoni ma’ intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta’ assigurazzjoni u parti terza.

L-intermedijarju jrid ikollu l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tiġi provduta l-intemedjazzjoni għal fergħa bl-uffiċċju reġistrat tagħha fir-Repubblika Ċeka.

ES: Qabel ma tiġi stabbilita fergħa jew aġenzija fi Spanja li tforni ċerti klassijiet ta’ assigurazzjoni, assikuratur barrani jrid ikun ingħata awtorizzazzjoni li jopera fl-istess klassijiet ta’ assigurazzjoni fil-pajjiż tiegħu ta’ oriġini mill-anqas għal ħames snin.

ES, EL: Id-dritt ta’ stabbiliment ma jkoprix il-ħolqien ta’ uffiċċji rapreżentattivi jew permanenzi oħra ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni, ħlief fejn dawn l-uffiċċji jkunu stabbiliti bħala aġenziji, fergħat jew uffiċċji ċentrali.

EE: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): L-ebda obbligu, ħlief li l-korp maniġerjali ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni azzjonarja b’parteċipazzjoni barranija fil-kapital jista’ jkollu fih ċittadini ta’ pajjiżi barranin fil-proporzjon tal-parteċipazzjoni barranija, imma mhux aktar minn nofs il-membri tal-korp maniġerjali; id-direttur maniġerjali ta’ kumpannija sussidjarja jew ta’ kumpannija indipendenti jrid ikun residenti b’mod permanenti fl-Estonja.

FI: Id-direttur maniġerjali, mill-inqas awditur wieħed u mill-inqas nofs il-promoturi u l-membri tal-board tad-diretturi u l-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni jridu jkunu residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm ma tingħatax eżenzjoni mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u s-Saħħa.

FI: L-assiguraturi barranin ma tistax tinħarġilhom liċenzja fil-Finlandja bħala fergħa biex jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni soċjali statutorji (pensjonijiet statutorji ibbażati fuq l-assigurazzjoni, assigurazzjoni statutorja fil-każ ta’ inċidenti).

FI: L-aġent ġenerali ta’ kumpanija barranija tal-assigurazzjoni għandu jkollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpanija m’għandhiex l-uffiċċju ewlieni tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

FR: It-twaqqif tal-fergħat huwa suġġett għal awtorizzazzjoni speċjali għar-rappreżentant tal-fergħa.

HU: Huwa maħsub li l-fergħat diretti jkunu limitati ladarba jkunu marbuta bil-GATS, u bil-kundizzjonijiet stipulati fih.

HU: Il-bord ta’ istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-inqas żewġ membri li huma ta’ nazzjonalità Ungeriża, residenti fis-sens tat-tifsira mogħtija mir-regolamenti tal-kambju rilevanti u li għandhom residenza permanenti fl-Ungerija għal perjodu ta’ mill-inqas sena.

IE: Id-dritt ta’ stabbiliment ma jkoprix il-ħolqien ta’ uffiċċji rappreżentattivi.

IT: L-aċċess għall-professjoni attwarja jingħata biss lil persuni fiżiċi. Assoċjazzjonijiet professjonali (mhux inkorporazzjoni) bejn persuni fiżiċi huma permessi.

IT: L-awtorizzazzjoni għat-twaqqif tal-fergħat hija fl-aħħar mill-aħħar suġġetta għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

LV: Subsetturi A.1. u A.2. (assigurazzjoni diretta, u riassigurazzjoni u retroċessjoni): Bħala regola ġenerali u b’mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet barranin tal-assigurazzjoni għandhom jadottaw sura legali speċifika.

LV: Subsettur A.3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni): L-intermedjarju jrid ikun persuna fiżika (m’hemmx il-kundizzjoni taċ-ċittadinanza) u jista’ jipprovdi servizz f’isem kumpannija tal-assigurazzjoni li jkollha l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tas-Settur tal-Assigurazzjoni fil-Latvja.

LT: Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni m’humiex awtorizzati li jipprovdu kemm assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll forom ta’ assigurazzjoni l-oħra mhux fuq il-ħajja. Iż-żewġ forom (a) u (b) ta’ assigurazzjoni jinħtieġu inkorporazzjoni separata.

MT: Jista’ jkunu soġġetti għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

PL: Subsetturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni):

Stabbiliment biss f’sura ta’ kumpanija ta’ titoli konġunti jew fergħa wara l-kisba tal-liċenzja. Mhux aktar minn 5 % tal-fondi tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu investiti barra l-pajjiż. Persuna li twettaq l-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni jrid ikollha l-liċenzja meħtieġa. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jridu jkunu inkorporati fil-pajjiż.

PL: Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

PT: Kumpaniji barranin jistgħu jwettqu intermedjazzjoni ta’ assigurazzjoni fil-Portugall permezz biss ta’ kumpanija ffurmata skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Komunità.

PT: Sabiex jistabbilixxu fergħa fil-Portugall, kumpaniji barranin jeħtieġu juru esperjenza operattiva preċedenti ta’ mill-anqas ħames snin.

RO: It-twaqqif ta’ kumpaniji u aġenziji intermedjarji b’parteċipazzjoni barranija huwa permess biss f’soċjetà ma’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi Rumeni. Ir-rapreżentant ta’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni barranin u tal-assoċjazzjonijiet tal-assiguratur barrani għandhom id-dritt li jikkonkludu t-tipi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni li ġejjin biss:wara tipi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni 1. kuntratti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni ma’ persuni ġuridiċi u fiżiċi barranin jew għall-prodotti tagħhom; 2. kuntratti ta’ riassigurazzjoni ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni Rumeni, kumpaniji ta’ assigurazzjoni-riassigurazzjoni u kumpaniji ta’ riassigurazzjoni. Aġenziji ta’ intermedjazzjoni m’għandhomx permess jikkonkludu kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-kumpaniji barranin ta’ assigurazzjoni ma’ persuni fiżiċi jew legali Rumeni jew għall-oġġetti tagħhom.

SK: Il-maġġoranza tal-bord maniġerjali ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni trid tkun domiċiljata fir-Repubblika Slovakka.

Tinħtieġ liċenzja għall-forniment tas-servizzi tal-assigurazzjoni. Ċittadini barranin jistgħu jwaqqfu kumpannija tal-assigurazzjoni bis-sede fir-Repubblika Slovakka bħala kumpannija azzjonarja jew jipprovdu servizz tal-assigurazzjoni permezz tal-kumpanniji sussidjarji tagħhom b’uffiċċju reġistrat fir-Repubblika Slovakka skont il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Liġi dwar l-Assigurazzjoni. In-negozju tal-assigurazzjoni jfisser l-attività tal-assigurazzjoni inklużi l-attivitajiet tal-brokers u ta’ riassigurazzjoni.

L-attività tal-intermedjazzjoni bl-iskop li jiġi konkluż kuntratt bejn terzi persuni u l-kumpannija tal-assigurazzjoni tista’ titwettaq minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu residenti fir-Repubblika Slovakka għall-benefiċċju tal-kumpannija tal-assigurazzjoni li jkollha l-awtorizzazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assigurazzjoni.

Kuntratt ta’ intermedjazzjoni bil-għan li jagħlaq kuntratt ta’ assigurazzjoni minn terzi mal-kumpanija tal-assigurazzjoni jista’ jingħalaq minn kumpanija tal-assigurazzjoni domestika jew barranija wara li tkun ingħatat il-liċenzja mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assigurazzjoni.

Ir-riżorsi finanzjarji ta’ fondi tal-assigurazzjoni speċifiċi ta’ operaturi tal-assigurazzjoni awtorizzati li jkunu ġejjin minn min għandu l-poloz tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, u li huma residenti jew għandhom l-uffiċċju reġistrat fir-Repubblika Slovakka, iridu jiġu depożitati f’bank residenti fir-Repubblika Slovakka u ma jistgħux jiġu trasferiti ‘l barra mill-pajjiż.

SI: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

Il-preżenza stabbilita fil-pajjiż hija suġġetta għal-liċenzja li tinħareġ mill-Ministeru tal-Finanzi. Persuni barranin jistgħu jwaqqfu kumpannija tal-assigurazzjoni biss bħala intrapriża bil-parteċipazzjoni ta’ persuna residenti, u bis-sehem tal-parteċipazzjoni tal-persuni barranin limitata għal 99 %.

Il-limitu fuq il-parteċipazzjoni massima tal-persuni barranin għandu jiġi abolit meta tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni.

Persuna barranija tista’ takkwista jew iżżid l-ishma tagħha f’kumpannija tal-assigurazzjoni lokali sakemm ikollha l-approvazzjoni minn qabel tal-Ministeru tal-Finanzi.

Meta joħroġ liċenzja jew japprova x-xiri ta’ ishma f’kumpanija domestika tal-assigurazzjoni, il-Ministeru tal-Finanzi jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

it-tqassim ta’ proprjetà ta’ ishma u l-eżistenza ta’ partijiet interessati minn pajjiżi differenti;

il-forniment ta’ prodotti tal-assigurazzjoni ġodda u t-trasferiment tal-għarfien relatat, jekk l-investitur huwa kumpannija tal-assigurazzjoni.

M’hemmx obbligi rigward il-parteċipazzjoni barranija f’kumpannija tal-assigurazzjoni li tkun qiegħda tiġi pprivatizzata.

Sħubija tal-istituzzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka hija limitata għal kumpaniji stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja u persuni nfiżiċi domestiċi.

SI: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Il-parteċipazzjoni barranija f’kumpannija tar-riassigurazzjoni hija limitata għal sehem li jagħti kontroll fuq il-kapital. (Xejn, ħlief għal fergħat, kif isseħħ l-adozzjoni tal-liġi ġdida dwar Kumpaniji tal-Assigurazzjoni).

SI: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni):

Għall-forniment ta’ konsultazzjoni u servizzi ta’ ftehim dwar talbiet, tinħtieġ inkorporazzjoni bħala entità legali bil-kunsens tal-Burò tal-Assigurazzjoni.

Għal attwarji u attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ riskji, il-forniment ta’ servizzi permezz tal-professjonijiet biss.

L-operazzjoni hija llimitata għal assigurazzjoni diretta u riassigurazzjoni.

Għal proprjetarji esklużivi, tinħtieġ residenza fir-Repubblika tas-Slovenja.

SE: L-intrapriżi li jipprovdu servizz ta’ brokers fl-assigurazzjoni u li m’humiex inkorporati fl-Iżvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali biss bil-ftuħ ta’ fergħa.

SE: Intrapriżi ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja li m’humiex inkorporati fl-Isvezja u li qed jinnegozjaw fl-Isvezja huma suġġetti għal tassazzjoni bbażata fuq id-dħul mill-primjums minn operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni diretta minflok li jkunu ntaxxati skont ir-riżultat nett.

SE: Fundatur ta’ kumpannija tal-assigurzzjoni jrid ikun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew entità legali inkorporata fiż-Żona Ekonomika Ewropea

4)

Preżenza ta’ persuni naturali

CY: M’hemmx irbit.

PL: Subsetturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni): Mhux marbuta ħlief kif indikat fl-artikolu orizzontali, u suġġetta għal-limitazzjoni li ġejja: Ħtiġiet ta’ residenza għal intermedjarji tal-assigurazzjoni.

Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): M’hemmx irbit.

AT, BE, CZ, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HU, IT, IE, LU, LT, LV, MT, NL, PT, SE, SI, SK, UK: Mhux marbuta ħlief kif indikat fl-artikoli orizzontali rispettivi, u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja:

AT: L-amministrazzjoni ta’ uffiċċju tal-fergħa trid tikkonsisti f’żewġ persuni fiżiċi residenti fl-Awstrija.

BG: Mhux marbuta għad-depositi ta’ assigurazzjoni u skemi simili ta’ kompensazzjoni, kif ukoll skemi mandatorji ta’ assigurazzjoni. Mhux marbuta għas-servizzi ta’ retroċessjoni. Mhux marbuta għas-subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni).

DK: L-aġent ġenerali ta’ fergħa tal-assigurazzjoni jrid ikun residenti fid-Danimarka matul l-aħħar sentejn sakemm ma jkunx ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità. Il-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija jista’ jagħti eżenzjoni.

DK: Rekwiżit tar-residenza għall-maniġers u għall-membri tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija. Madankollu, il-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija jista’ jagħti eżenzjoni minn din il-kundizzjoni. L-eżenzjoni tingħata fuq bażi mhux diskriminatorja.

ES, IT: Rekwiżit tar-residenza għall-professjoni attwarja.

EL: Il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta’ kumpanija stabbilita fil-Greċja jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità.

SI: Għall-valutazzjoni attwarjali u tar-riskju, hija meħtieġa r-residenza minbarra eżami ta’ kwalifikazzjoni, sħubija fl-Assoċjazzjoni Attwarjali tar-Repubblika tas-Slovenja u ħila fl-ilsien Sloven.

B.

Bankar u Servizzi Finanzjarji Oħra (eskluża l-assigurazzjoni)

1)

Provvista Transkonfinali

BE: Jinħtieġ stabbiliment fil-Belġju biex jingħataw servizzi ta’ konsultazzjoni dwar l-investiment.

BG: Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, u servizzi ta’ konsulenza): Fil-każ ta’ forniment transkonfinali ta’ dawn is-servizzi jinħtieġ l-użu tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni pubblika, jew in-netwerk ta’ operatur awtorizzat ieħor. Mhux marbuta għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari

CY: M’hemmx irbit.

CZ: Is-servizzi tal-ħruġ tal-munita minn bank li mhux ċentrali, negozjar ta’ prodotti derivati, ta’ sigurtajiet trasferibbli u ta’ strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet, senserija tal-kambji, immaniġġar tal-assi, servizzi ta’ ħlas u llikwidar ta’ assi finanzjarji, servizzi ta’ konsulenza, intermediazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra li huma relatati ma’ dawn l-attivitajiet. M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Il-banek stabbiliti Ċeki u l-fergħat ta’ banek barranin li jkollhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biss jistgħu:

jipprovdu servizzi ta’ depożitu;

jinnegozjaw assi fi flus barranin;

iħallsu pagamenti transkonfinali mhux fi flus kontanti.

Jinħtieġ il-permess għall-kambju ta’ flus barranin maħruġ mill-Bank Nazzjonali Ċek jew mill-Ministeru tal-Finanzi fil-każ ta’ residenti Ċeki mhux bankarji biex

(a)jiftħu u jiffinanzjaw kont barra l-pajjiż minn residenti Ċeki,(b)iwettqu pagamenti ta’ kapital barra l-pajjiż (minbarra Investiment Dirett Barranin),(c)għoti ta’ krediti finanzjarji u ta’ garanziji,(d)operazzjonijiet f’derivati finanzjarji,(e)akkwist ta’ titoli barranin ħlief fil-każijiet deskritti fl-Att dwar il-Kambju,(f)joħorġu titoli barranin għal kummerċ pubbliku u mhux fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

EE: Subsettur B.1. (aċċettazzjoni ta’ depożiti): Tinħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Eesti Pank u r-reġistrazzjoni skont il-Liġi tal-Estonja bħala soċjetà azzjonarja, sussidjarja jew fergħa.

EE, LT: It-twaqqif ta’ kumpannija tal-maniġment speċjalizzata tinħtieġ twettaq attivitajiet ta’ maniġment ta’ unit trusts u ta’ kumpanniji għall-investiment, u huma biss dawk il-kumpanniji li għandhom l-uffiċċju tagħhom irreġistrat fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi ta’ fondi għall-investiment.

HU: M’hemmx irbit.

IE: Għall-fornimiment ta’ servizzi ta’ investiment jew konsulenza dwar l-investiment tinħtieġ (1) awtorizzazzjoni fl-Irlanda, li normalment tesiġi li l-entità tkun inkorporata jew tkun imsieħba jew tkun negozjant esklussiv, f’kull wieħed mill-każi mal-uffiċċju ewlieni/irreġistrat fl-Irlanda (ma tkunx meħtieġa awtorizzazzjoni f’ċerti każi, p.e. fejn fornitur tas-servizz minn pajjiż terz m’għandu l-ebda preżenza kummerċjali fl-Irlanda u s-servizz mhux ipprovdut lil individwi privati), jew (II) awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Investiment tal-KE.

IT: Mhemmx irbit għal ‘promotori di servizi finanziari’ (bejjiegħa finanzjarji).

LT: Maniġment ta’ fond għall-pensjoni: Preżenza kummerċjali hija meħtieġa.

MT: Subsetturi B0,1. u B0,2. (aċċettazzjoni ta’ depożiti u self ta’ kull tip): L-ebda.

Subsettur B0,11. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju): M’hemmx obbligi ħlief għall-forniment ta’ informazzjoni finanzjarja minn fornituri internazzjonali.

Subsettur B0,12. (servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljari finanzjarji oħra): M’hemmx irbit.

PL: Subsettur B0,11. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju): Fil-każ ta’ forniment transkonfinali ta’ dawn is-servizzi jinħtieġ l-użu tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni pubblika, jew in-netwerk ta’ operatur awtorizzat ieħor.

Subsettur B0,12. (servizzi ta’ konsulenza u servizzi awżiljari finanzjarji oħra): M’hemmx irbit.

RO: Subsettur B.4 (is-servizzi kollha ta’ ħlasijiet u t-trasmissjoni tal-flus) Permessi biss permezz ta’ bank residenti

SK: In-negozjar ta’ prodotti derivattivi, ta’ sigurtajiet trasferibbli, u ta’ strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull xorta ta’ sigurtajiet, senseriji tal-kambji, immaniġġar tal-assi, u servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għall-assi finanzjarji: M’hemmx irbit.

SK:

(i)

Is-servizzi ta’ depożitu huma limitati għall-banek domestiċi u fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

(ii)

Huma biss banek domestiċi awtorizzati, fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka u persuni li għandhom liċenzja għal negozju fil-kambju ta’ flus barranin li jistgħu jinnegozjaw f’assi ta’ negozju fi flus barranin. Membri tal-borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta’ Bratislava. Ir-residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta’ negozjanti tas-sigurtajiet biss.

(iii)

Pagamenti transkonfinali mhux fi flus kontanti jistgħu jsiru biss minn banek domestiċi awtorizzati u fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

(iv)

Tinħtieġ liċenzja għal negozju fi flus barranin maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja biex:

(a)

ftuħ ta’ kont fl-esteru minn resident Slovakk (banek esklużi), ħlief għal persuni fiżiċi matul il-waqfa tagħhom fl-esteru.

(b)

isiru pagamenti ta’ kapital barra l-pajjiż;

(c)

jinkiseb kreditu finanzjarju minn entitajiet mhux residenti fil-pajjiż fis-suq tal-kambju ta’ flus barranin; minbarra krediti mill-esteru aċċettati mir-residenti li għandhom perjodu ta’ ħlas lura ta’ aktar minn 3 snin u self mogħti bejn persuni fiżiċi għal attivitajiet mhux ta’ negozju.

(v)

L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-munita Slovakka u l-kambju tal-flus barranin fi flus kontanti li jeċċedi l-valur ta’ 150 000 SKK u d-deheb, iridu jiġu ddikjarati

(vi)

Permess jew liċenzja ta’ negozju fi flus barranin maħruġa minn awtoritajiet ta’ negozju fi flus barranin mitluba għal depożitu ta’ assi finanzjarji minn residenti barra l-pajjiż.

(vii)

Entitajiet li jaħdmu fis-suq tal-kambju stabbiliti fir-Repubblika Ċeka biss jistgħu jagħtu u jirċievu garanziji u jerfgħu responsabbiltajiet skont il-limiti u l-provvedimenti tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

SI: Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta’ konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: M’hemmx irbit.

Subsetturi B.11. u B.12. (fornimrent u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma’ parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): L-ebda.

Is-subsetturi l-oħra kollha:

M’hemmx obbligi ħlief rigward l-aċċettazzjoni ta’ krediti (self ta’ kull tip) u garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin, minn entitajiet legali domestiċi u proprjetarji uniċi. (Rimarka: il-krediti għall-konsumatur għandhom jiġu liberalizzati hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kambji Barranin).

L-arranġamenti ta’ kreditu msemmija hawn fuq iridu jkunu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: Din id-dispożizzjoni għandha titneħħa hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kummerċ Bankarju.)

Persuni barranin jistgħu joffru titoli barranin biss permezz ta’ banek domestiċi u kumpanniji ta’ senserija. Membri tal-Borża tas-Slovenja jridu jkunu inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja.

2)

Konsum barra l-pajjiż

BG: Subsetturi B.1. sa B.10.: (aċċettazzjoni ta’ depożiti, self ta’ kull tip, kera għall-ispejjeż tas-sid, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta’ sigurtajiet, parteċipazzjoni fi ħruġ ta’ kull xorta ta’ sugurtajiet, senseriji tal-kambji, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji): M’hemmx irbit

Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, u servizzi ta’ konsulenza): Fil-każ ta’ konsum ta’ dawn is-servizzi barra l-pajjiż, jinħtieġ li tintuża netwerk tat-telekomunikazzjoni pubblika jew in-netwerk ta’ operatur awtorizzat ieħor. Mhux marbuta għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari

CY: Mhux marbuta, minbarra għal subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta’sigurtajiet trasferibbli): L-ebda.

CZ: Servizzi ta’ ħruġ ta’ munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, l-immaniġġar tal-assi, servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta’ konsulenza u intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra: M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Il-banek stabbiliti Ċeki u l-fergħat ta’ banek barranin li jkollhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biss jistgħu:

jipprovdu servizzi ta’ depożitu;

jinnegozjaw assi fi flus barranin;

iħallsu pagamenti transkonfinali mhux fi flus kontanti.

Jinħtieġ il-permess għall-kambju ta’ flus barranin maħruġ mill-Bank Nazzjonali Ċek jew mill-Ministeru tal-Finanzi fil-każ ta’ residenti Ċeki mhux bankarji biex:

(a)jiftħu u jiffinanzjaw kont barra l-pajjiż minn residenti Ċeki,(b)iwettqu pagamenti ta’ kapital barra l-pajjiż (minbarra Investiment Dirett Barranin)(c)għoti ta’ krediti finanzjarji u ta’ garanziji,(d)operazzjonijiet f’derivati finanzjarji,(e)akkwist ta’ titoli barranin ħlief fil-każijiet deskritti fl-Att dwar il-Kambju,(f)joħorġu titoli barranin għal kummerċ pubbliku u mhux fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

DE: Huma biss istituzzjoni ta’ kreditu, sussidjarju jew fergħa, stabbiliti fil-Ġermanja li jistgħu jaġixxu ta’ kap amministrattiv fil-ħruġ ta’ oprerat titolari denominat f’Deutschmarks.

FI: Ħlasijiet minn entitajiet tal-gvern (spejjeż) għandhom jiġu trażmessi permezz tas-Sistema ta’ depożitu dirett bil-Posta (Postal Giro) Finlandiża, li tinsab f’idejn Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit tista’ tingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

EL: Mitlub stabbiliment għal forniment ta’ servizzi ta’ kustodja u ta’ depożitu li jinvolvu l-amministrazzjoni ta’ ħlasijiet tal-imgħax u ħlasijiet ta’ ewlenin dovuti fuq operat titolari maħruġ fil-Greċja.

HU: M’hemmx irbit.

MT: Subsetturi B0,1. u B0,2. (aċċettazzjoni ta’ depożiti u self ta’ kull tip): L-ebda.

Subsettur B0,11. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju): M’hemmx obbligi ħlief għall-forniment ta’ informazzjoni finanzjarja minn fornituri internazzjonali.

Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: M’hemmx irbit.

PL: Subsettur B0,11. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju): Fil-każ ta’ konsum ta’ dawn is-servizzi barra l-pajjiż, jinħtieġ li tintuża netwerk tat-telekomunikazzjoni pubblika jew in-netwerk ta’ operatur awtorizzat ieħor.

Subsetturi B0,1. sa B.10. u B.12.: M’hemmx irbit.

RO: Il-ftuħ ta’ kontijiet u użu ta’ riżorsi ta’ muniti barranin barra mill-pajjiż minn persuni fiżiċi jew legali Rumeni huwa permess biss b’permess minn qabel mill-Bank Nazzjonali tar-Rumanija. Mhux marbuta għas-subsetturi B.3 (ċens finanzjarju), B.7 (parteċipazzjoni fi kwistjonijiet ta’ kull tip ta’ sigurtajiet), B.9 (immaniġġjar tal-assi) u B10 (servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għall-assi finanzjarji)

SK: In-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, l-immaniġġar tal-assi, u l-intermedjazzjoni: M’hemmx irbit.

SK:

(i)

Is-servizzi ta’ depożitu huma limitati għall-banek domestiċi u fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

(ii)

Huma biss banek domestiċi awtorizzati, fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka u persuni li għandhom liċenzja għal negozju fil-kambju ta’ flus barranin li jistgħu jinnegozjaw f’assi ta’ negozju fi flus barranin. Membri tal-borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta’ Bratislava. Ir-residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta’ negozjanti tas-sigurtajiet biss.

(iii)

Pagamenti transkonfinali mhux fi flus kontanti jistgħu jsiru biss minn banek domestiċi awtorizzati u fergħat ta’ banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

(iv)

Tinħtieġ liċenzja għal negozju fi flus barranin maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja biex:

(a)

ftuħ ta’ kont fl-esteru minn resident Slovakk (banek esklużi), ħlief għal persuni fiżiċi matul il-waqfa tagħhom fl-esteru.

(b)

isiru pagamenti ta’ kapital barra l-pajjiż;

(c)

jinkiseb kreditu finanzjarju minn entitajiet mhux residenti fil-pajjiż fis-suq tal-kambju ta’ flus barranin; minbarra krediti mill-esteru aċċettati mir-residenti li għandhom perjodu ta’ ħlas lura ta’ aktar minn 3 snin u self mogħti bejn persuni fiżiċi għal attivitajiet mhux ta’ negozju.

(v)

L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-munita Slovakka u l-kambju tal-flus barranin fi flus kontanti li jeċċedi l-valur ta’ 150 000 SKK u d-deheb, iridu jiġu ddikjarati.

(vi)

Permess jew liċenzja ta’ negozju fi flus barranin maħruġa minn awtoritajiet ta’ negozju fi flus barranin mitluba għal depożitu ta’ assi finanzjarji minn residenti barra l-pajjiż.

(vii)

Entitajiet li jaħdmu fis-suq tal-kambju stabbiliti fir-Repubblika Ċeka biss jistgħu jagħtu u jirċievu garanziji u jerfgħu responsabbiltajiet skont il-limiti u l-provvedimenti tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

SI: Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta’ konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: M’hemmx irbit.

Subsetturi B.11. u B.12. (fornimrent u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma’ parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): L-ebda.

Is-subsetturi l-oħrajn kollha:

M’hemmx obbligi ħlief rigward l-aċċettazzjoni ta’ krediti (self ta’ kull tip) u garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin, minn entitajiet legali domestiċi u proprjetarji uniċi. (Rimarka: il-krediti għall-konsumatur għandhom jiġu liberalizzati hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kambji Barranin

L-arranġamenti ta’ kreditu msemmija hawn fuq iridu jkunu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: Din id-dispożizzjoni għandha titneħħa hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kummerċ Bankarju).

Entitajiet legali stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja jistgħu jkunu depożitarji tal-assi tal-Fondi għall-Investiment.

UK: Il-ħruġ tal-isterlina, inkluż il-ħruġ li jsir b’inizjattiva privata, jista’ jkollu d-direzzjoni maniġerjali ewlenija biss minn ditta stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3)

Preżenza kummerċjali

L-Istati Membri kollha:

It-twaqqif ta’ kumpanija amministrattiva speċjalizzata jintalab għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ unit trusts u kumpaniji ta’ investiment (l-Artikoli 6 u 13 taDirettiva tal-UCITS -Undertakings for the Collective Investment of Transferable Securitie, 85/611/KEE).

Huma biss impriżi bl-uffiċċju tagħhom reġistrat fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi ta’ fondi ta’ investiment (l-Artikoli 8.1 u 15.1 tad-Direttiva tal-UCITS, 85/611/KEE).

AT: Huma biss membri tal-Borża Awstrijaka li jistgħu jwettqu negozju tal-operat titolari fil-Borża.

AT: Għal kummerċ fin-negozju fi flus barranin u munita barranija mitluba awtorizzazzjoni tal-Bank Nazzjonali Awstrijak.

AT: Mortgage bonds u municipal bonds jistgħu jinħarġu minn banek speċjalizzati u awtorizzati għal din l-attività.

AT: Għat-twettiq ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-fond tal-pensjoni tinħtieġ kumpanija speċjalizzata għal din l-attività biss u inkorporata bħala kumpanija tal-istokk fl-Awstrija.

BE: Kwalunkwe offerta pubblika biex jinkisbu t-titoli Belġjani magħmula minn jew f’isem persuna, kumpanija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea se tiġi ppreżentata lill-awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

BG: Subsetturi B.1 sa B.5. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, tislif ta’ kull xorta, ċens finanzjarju, is-servizzi ta’ ħlasijiet u transazzjonijiet monetarji kollha, garanziji u obbligi)

Banek barranin li jridu jistabbilixxu ruħhom fir-Repubblika tal-Bulgarija għandhom ikunu awtorizzati taħt il-liġi nazzjonali tagħhom u ma jridux ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet bankarji fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u fil-pajjiżi fejn joperaw. M’hemmx obbligi għall-caisses populaires.

Akkwist, dirett jew indirett, ta’ ishma li jirrapreżentaw 5 % jew iżjed tad-dritt tal-vot ta’ bank stabbilit huwa suġġett għall-awtorizzazjoni mill-bank Nazzjonali Bulgaru. Kriterji għall-awtorizzazzjoni huma prudenti u konsistenti mal-obbligazzjonijiet tal-Artikoli XVI u XVII tal-GATS.

L-akkwist dirett jew indirett tal-parteċipazzjoni f’kumpanija li mhix bank minn bank ta’ aktar minn 10 % tal-kapital ta’ din l-intrapriża huwa suġġett għall-awtorizazzjoni tal-Bank Nazzjonali Bulgaru.

Jista’ jingħata status ta’ fornituri esklussivi fir-rigward ta’ depożiti u servizzi ta’ trażmissjoni tal-flus fornuti lill-istituzzjonijiet pubbliċi ffinanzjati mill-baġit.

Kundizzjoni tal-permess ta’ residenza fir-rigward ta’ diretturi eżekuttivi tal-korp maniġerjali li jaġixxi f’isem u għal bank.

M’hemmx irbit għall-garanziji tat-Teżor tal-Istat.

Subsetturi B.6. sa B.7. u B.9. (negozjar ta’ sigurtajiet, parteċipazzjoni fi kwistjonijiet ta’ kull tip ta’ sigurtajiet, immaniġġjar ta’ assi):

Marbut għall-investiment intemedjarji, kumpaniji ta’ investiment u l-boroż stabbiliti bħala kumpaniji ta’ titoli konġunti liċenzjati mill-Kummissjoni ta’ Sorveljanza Finanzjarja (FSC). L-għoti tal-liċenzja rilevanti huwa relatat mar-rekwiżi maniġerjali u tekniċi kif ukoll rekwiżiti relatati mal-ħarsien tal-investituri

Borża f’forma ta’ kumpannija: Kundizzjonijeit ta’ kapital minimu (BGN 100 000 .); mhux anqas minn 2/3 tal-kapital imqassam fost l-istituzzjonijiet finanzjarji (kumpanniji ta’ assigurazzjoni, djar finanzjarji, intemedjarji tal-investiment); limitu ta’ 5 % tal-kapital tal-Borża għall-parteċipazzjoni diretta jew indiretta minn azzjonist.

Intemedjarji tal-investiment: Xejn għal attivitajiet ta’ investiment intermedjarji fit-territorju tarRepubblika tal-Bulgarija, sakemm ma jkunx permess mill-FSC.

Biex jiġu nnegozjati titoli fil-borża hija meħtieġa s-sħubija fil-borża. Is-sħubija ta’ intermedjarju tal-investiment hija limitata għal borża waħda fil-Bulgarija biss.

Kumpaniji tal-investiment: L-attivitajiet ta’ bank, kumpanija tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-investiment m’għandhomx jitwettqu minn kumpanija tal-investiment.

M’hemmx irbit għan-negozju għalik personali jew għal klijent ta’ strumenti negozjabbli u assi finanzjarji għajr titoli negozjabbli. M’hemmx irbit għas-sehem fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor. M’hemmx irbit għall-ġestjoni ta’ fondi għall-pensjoni.

Subsetturi B.8 u B.10 (is-senserija tal-kambji, servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji): M’hemmx irbit.

Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, u servizzi ta’ konsulenza): Rekwiżiti sabiex jintuża n-netwerk tat-telekomunikazzjoni pubblika, jew in-netwerk ta’ operaturi awtorizati oħra. Mhux marbuta għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari.

CY: Huwa rekwiżit statutorju u huwa applikat f’mod mhux diskriminatorju li banek li joffru servizzi fir-Repubblika ta’ Ċipru jridu jkunu entitajiet ġuridiċi. Entitajiet ġuridiċi jinkludu fergħat ta’ banek barranin/istituzzjonijiet finanzjarji li huma rreġistrati f’Ċipru.

CY: Id-dritt tal-pussess dirett jew indirett jew id-drittijiet tal-vot f’bank għal persuna u l-imsieħba tiegħu jew tagħha ma jistgħux jaqbżu l-10 % sakemm ma jkunx hemm approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-Bank Ċentrali.

Għal banek ġodda japplikaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a)Mitluba liċenzja mill-Bank Ċentrali għat-twettiq tan-negozju tal-banek. Il-Bank Ċentrali filwaqt li joħroġ liċenzja jista’ japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.(b)Fergħat ta’ banek barranin iridu jkun rreġistrati f’Ċipru taħt il-Liġi tal-Kumpaniji u mogħtija liċenzja taħt il-Liġi tal-Banek.

Subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta’sigurtajiet trasferibbli):

Membri (sensara) tal-Borża ta’ Ċipru biss jistgħu jwettqu negozju relatat mas-senserija tat-titoli f’Ċipru. Ditti li jaġixxu ta’ sensara jridu jimpjegaw biss individwi li jistgħu jaġixxu bħala sensara sakemm dawn ikunu liċenzjati kif suppost. Il-banek u l-kumpanija tal-asigurazzjoni ma jistgħux jimpenjaw irwieħhom għal dan in-negozju.

Ditta tas-senserija tista’ tkun reġistrata biss bħala membru tal-Borża ta’ Ċipru jekk tkun stabbilita u rreġistrata skont il-Liġi tal-Kumpanniji ta’ Ċipru.

Subsettur B.6. (a), (c), (d) u (f), u B.7. to B.12.: M’hemmx irbit.

CZ: Servizzi ta’ ħruġ ta’ munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma’ dawn l-attivitajiet: M’hemmx irbit.

CZ: L-ebda rbit ħlief:

Is-servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti fir-Repubblika Ċeka jew minn fergħat ta’ banek barranin li jkollhom il-liċenzja maħruġa mill-Bank Nazzjonali Ċek bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi.

L-għotja tal-liċenzja hija bbażata fuq id-deliberazzjoni tal-kriterji li jkunu applikati b’mod konsistenti mal-GATS. Is-servizzi ta’ self ipotekarju jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti fir-Repubblika Ċeka.

Il-banek jistgħu jitwaqqfu biss bħala kumpanniji azzjonarji. Ix-xiri ta’ ishma f’banek eżistenti huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjionali Ċek.

It-titoli jistgħu jiġu nnegozjati pubblikament biss jekk tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni meħtieġa u l-prospett li jispjega t-titolu jkun ġie approvat.

L-awtorizzazzjoni ma għandhiex tingħata jekk in-negozju pubbliku fl-operat titolari jkun f’kunflitt mal-interessi tal-investituri, ikun inkonsistenti mal-politika finanzjarja tal-gvern jew ma jikkonformax mar-rekwiżiti finanzjarji tas-suq (1).

Il-preżenza stabbilita u l-attivitajiet tan-negozjanti tat-titoli, tas-sensara tat-titoli, tal-Borża jew tal-organizzaturi ta’ suq tal-kummerċ minn fuq il-bank tal-ħanut, tal-kumpaniji tal-investiment u tal-fondi tal-investiment huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni li tingħata fuq il-kriterji tal-kwalifiki, tal-integrità personali, tat-tmexxija u tal-bżonnijiet materjali.

Is-servizzi tal-ħlas u tas-sistemazzjoni ta’ kull tip ta’ pagament huma mmonitorjati u jiġu riveduti mill-Bank Nazzjonali Ċek sabiex jiġi assigurat it-tħaddim regolari u ekonomiku tagħhom.

DK: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinnegozjaw it-titoli fil-Borża ta’ Kopenħagen biss permezz ta’ kumpanniji sussidjarji inkorporati fid-Danimarka.

FI: Mill-inqas nofs il-fundaturi, il-membri tal-bord tad-diretturi, il-bord ta’ sorveljanza u d-delegati, id-direttur maniġerjali, il-prokuratur, u l-persuna firmatarja f’isem l-istituzzjoni tal-kreditu jrid ikollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm ma tingħatax eżenzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Għall-inqas wieħed mill-awdituri jrid ikun residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

FI: Is-sensar (il-persuna individwali) fil-kambju tad-derivattivi jrid ikollu l-post tar-residenza tiegħu fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Tista’ tingħata eżenzjoni għal din il-kundizzjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.

FI: Ħlasijiet minn entitajiet tal-gvern (spejjeż) għandhom jiġu trażmessi permezz tas-Sistema ta’ depożitu dirett bil-Posta (Postal Giro) Finlandiża, li tinsab f’idejn Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit tista’ tingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

FR: Minbarra l-istituzzjonijiet Franċiżi ta’ kreditu, huma biss sussidjarji Franċiżi (taħt il-liġi Franċiża) ta’ banek mhux Franċiżi li huma awtorizzati jaġixxu bħala kap amministrattiv għal Frank Franċiż, fuq bażi ta’ mezzi u impenji suffiċjenti f’Pariġi tas-sussidjarju Franċiż kandidat ta’ bank mhux Franċiż. Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għal banek li jaġixxu bħala kap amministrattiv. Bank mhux Franċiż jista’ jaġixxi, mingħajr restrizzjonijiet jew rekwiżit ta’ stabbiliment, bħala kap amministrattiv b’mod konġunt tal-ħruġ tal-bond Eurofranc.

EL: Istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jwettqu negozju ta’ operat titolari elenkat fil-Borża ta’ Ateni permezz biss ta’ impriżi tal-borża inkorporati fil-Greċja.

EL: Għat-twaqqif u l-operat ta’ fergħat ammont minimu ta’ negozju fi flus barranin irid jiġi importat, maqlub fi drakmas u miżmum fil-Greċja sakemm bank barrani jissokta jopera fil-Greċja:

Sa erba’ fergħat dan il-minimu bħalissa huwa ugwali għal nofs l-ammont minimu tal-kapital maqsum f’ishma meħtieġ għal istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fil-Greċja;

Għall-operat ta’ fergħat addizzjonali l-ammont minimu ta’ kapital irid ikun daqs is-somma minima ta’ kapital f’ishma għal istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fil-Greċja.

HU: Huwa maħsub li l-fergħat diretti jkunu limitati ladarba jkunu marbuta bil-GATS, u bil-kundizzjonijiet stipulati fih.

HU: Sjieda diretta jew indiretta jew drittijiet tal-vot f’istituzzjoni ta’ kreditu ta’ azzjonista ħlief ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija ta’ assigurazzjoni jew impriża ta’ investiment ma tistax taqbeż il-15 %.

HU: Il-bord ta’ istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-anqas żewġ membri, ċittadini Ungeriżi, residenti fis-sens tar-regolamenti rilevanti tan-negozju fi flus barranin u li għandhom residenza permanenti fl-Ungerija għal mill-anqas sena waħda.

HU: Pussess dirett tal-Istat fuq medda twila ta’ żmien għandu jinżamm fil-livell ta’ vot minimu ta’ 25 % + 1 f’Országos Takarékpénztár és Kereskedelmi Bank Rt.

IE: Fil-każ ta’ skemi kollettivi ta’ investiment kostitwiti bħala fondi komuni ta’ investiment u kumpaniji ta’ kapital varjabbli (ħlief għal intrapriżi ta’ investiment kollettiv f’sigurtajiet trasferibbli, UCITS), il-fedekommissarju/depożitarju u l-kumpanija tal-immaniġġjar jeħtieġ li jkunu inkorporati fl-Irlanda jew fi Stat Membru ieħor tal-Kummissjoni. Fil-każ ta’ soċjetà tal-investiment b’responsabbiltà limitata, mill-inqas soċju ġenerali wieħed irid ikun inkorporat fl-Irlanda.

IE: Biex issir membru tal-Borża tal-Irlanda, l-entità trid jew (I) tkun awtorizzata fl-Irlanda, li jfisser li trid tkun inkorporata fl-Irlanda, jew tkun soċjetà bl-uffiċċju prinċipali reġistrat fl-Irlanda, jew (II) tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor skont id-direttiva tal-KE dwar is-Servizzi tal-Investiment.

IE: Il-forniment tas-servizzi ta’ investiment jew ta’ pariri dwar l-investimenti jeħtieġ jew (I) l-awtorizzazzjoni fl-Irlanda, li jirrikjedi li l-entità tkun inkorporata jew tkun soċjetà jew bniedem jaħdem għal rasu, u f’kull każ l-uffiċju prinċipali reġistrat fl-Irlanda (l-awtorità ta’ sorveljanza tista’ tawtorizza wkoll lill-fergħat ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi), jew (II) l-awtorizzazzjoni f’xi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva tal-KE dwar is-Servizzi tal-Investiment.

IT: L-offerta pubblika ta’ sigurtajiet (kif provdut taħt l-Artikolu 18 tal-Liġi 215/74) ħlief għall-ishma, is-sigurtajiet tad-djun (inklużi s-sigurtajiet tad-djun li jistgħu jkunu trasformati) tista’ ssir biss minn kumpaniji Taljani b’responsabbiltà limitata, kumpaniji barranin awtorizzati kif għandu jkun, korpi pubbliċi jew kumpaniji li jappartienu għal awtoritajiet lokali li l-kapital assenjat tagħhom mhux inqas minn ITL 2 biljun.

IT: Servizzi ċentralizzati ta’ depożitu, kustodja u amministrazzjoni jistgħu jiġu fornuti biss mill-Bank tal-Italja għal operat titolari tal-Gvern, jew minn Monte Titoli SpA għal ishma, operat ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva u bonds oħra nnegozjati f’suq regolat.

IT: Fil-każ ta’ skemi kollettivi ta’ investiment għajr għall-UCITS armonizzati taħt id-direttiva 85/611/KEE, il-fedekommissarju/depożitarju jeħtieġ li jkun inkorporat fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, filwaqt li jkun stabbilit permezz ta’ fergħa fl-Italja. Il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u il-kumpaniji tal-investiment fit-titoli biss li għandhom l-uffiċċju prinċipali legali fil-Komunità Ewropea jistgħu jwettqu attività ta’ immaniġġjar ta’ riżorsi tal-fondi tal-pensjoni. Kumpanniji tal-amministrazzjoni finanzjarja (fondi limitati u fondi ta’ beni immobbli) iridu wkoll ikunu inkorporati fl-Italja.

IT: Biex ikunu jistgħu jbiegħu bieb bieb, l-intermedjarji jridu jqabbdu bejjiegħa tal-prodotti finanzjarji awtorizzati residenti fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej.

IT: Likwidazzjoni u kumpens ta’ operat titolari jistgħu jitwettqu biss mis-sistema uffiċjali ta’ likwidazzjoni. Kumpanija awtorizzata mill-Bank tal-Italja bi qbil mal-Consob tista’ tiġi fdata bl-attività ta’ likwidazzjoni, sal-kumpens finali tal-operat titolari.

LT: Subsetturi B.1. sa B.12.: Mill-inqas maniġer wieħed irid ikun ċittadin tal-Litwanja.

Subsettur B.3. (ċens finanzjarju): Kiri finanzjarju jista’ jkun riservat għal istituzzjonijiet finanzjarji speċjali (bħal mhuma banek u kumpaniji finanzjarji). Xejn mill-1 ta’ Jannar 2001, ħlief kif indikat fil-parti orizzontali ‘Operat Bankarju u Servizzi Finanzjarji Oħra’.

Subsettur B.9. (immaniġġjar tal-assi): Twaqqif ta’ stabbiliment biss bħala Korporazzjonijiet Pubbliċi ta’ Titoli (AB) u Korporazzjonijiet Magħluqin (UAB) li għandhom ikunu mwaqqfin b’mod magħluq (meta t-titoli inizjali kollha jkunu akkwistati minn inkorporaturi). Għall-fini ta’ amministrazzjoni tal-assi, huwa neċessarju t-twaqqif ta’ kumpannija speċjalizzata fl-amministrazzjoni. Dawk l-intrapriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fil-Litwanja biss jistgħu jattwaw bħala depożitarji tal-assi.

MT: Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta’ depożiti u self ta’ kull tip): Kreditu f’idejn il-barranin u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn sew jekk bħala fergħa u sew jekk bħala sussidjarju lokali. Awtorizzazzjoni tista’ tkunu soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

Subsetturi B.3. sa B.12. M’hemmx irbit.

PL: Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (esklużi l-garanziji u l-obbligi tat-Teżor tal-Istat): It-twaqqif ta’ bank biss jekk fl-għamla ta’ soċjetà anonima jew fergħa liċenzjata. Sistema ta’ permessi fir-rigward ta’ twaqqif tal-banek kollha bbażat fuq pożizzjonijiet sensibbli. Mitluba ċ-ċittadinanza għal uħud – tal-anqas wieħed – mill-eżekuttivi tal-bank.

Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f’ħarġiet ta’ dokumenti mit-Teżor), B.9. (servizzi ta’ mmaniġġjar tal-portafoll) u B.12. (servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss relatati mal-attivitajiet iddedikati għall-Polonja.): It-twaqqif ta’ stabbiliment, wara l-għotja ta’ liċenzja, biss jekk fl-għamla ta’ soċjetà anonima jew fergħa ta’ entità legali barranija li tipprovdi servizzi f’titoli ta’ sigurtà.

Subsettur B.11.: Mitlub l-użu tan-netwerk ta’ telekomunikazzjoni pubblika, jew in-netwerk ta’ operatur awtorizzat ieħor, fejn jidħol il-forniment/jew il-konsum bejn pajjiż u ieħor ta’ dawn is-servizzi.

Is-subsetturi l-oħra kollha: M’hemmx irbit.

PT: Il-preżenza stabbilita ta’ banek minn barra l-Komunità Ewropea hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni maħruġa, każ b’każ, mill-Ministru tal-Finanzi. Din il-preżenza stabbilita trid tikkontribwixxi għaż-żieda fl-effiċjenza tas-sistema bankarja jew tipproduċi effett sinifikanti sabiex tiġi internazzjonalizzata l-ekonomija Portugiża.

PT: Is-servizzi ta’ kapital ta’ riskju ma jistgħux jingħataw minn fergħat ta’ kumpanniji ta’ kapital ta’ riskju li jkollhom is-sede tagħhom f’pajjiż mhux membru tal-KE. Servizzi ta’ sensara kummerċjali-operaturi fil-Borża ta’ Liżbona jistgħu jiġu fornuti minn kumpaniji ta’ sensara kummerċjali u operaturi inkorporati fil-Portugall jew minn fergħat ta’ impriżi ta’ investiment awtorizzati f’pajjiż ieħor tal-KE u awtorizzati fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jipprovdu dawn is-servizzi. Servizzi ta’ sensara kummerċjali u operaturi fil-Borża ta’ Oporto u fis-suq Over-The-Counter ma jistgħux ikunu fornuti minn fergħat ta’ kumpaniji ta’ sensara kummerċjali/operaturi li mhumiex parti mill-KE.

L-amministrazzjoni ta’ fondi għall-pensjonijiet tista’ tiġi pprovduta biss minn kumpanniji inkorporati fil-Portugall u minn kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u awtorizzati sabiex jagħtu servizz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja.

RO: Il-kumpanija tat-titoli (senserija) trid tkun entità ġuridika Rumena stabbilita bħala kumpanija azzjonarja taħt il-liġi Rumena, u għandu jkollha bħala għan kummerċjali esklużiv l-intermedjazzjoni tat-titoli. Kull offerta pubblika ta’ sigurtajiet ikollha bżonn, qabel il-pubblikazzjoni tal-prospektus. l-awtorizzazjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Sigurtajiet tar-Rumanija. Kumpanija li jagħmlu mmaniġġjar tal-assigħandhom ikunu stabbiliti bħala kumpaniji ta’ titoli konġunti taħt il-liġi Rumena; il-fondi investiti miftuħa Jridu jkunu tstabbiliti taħt il-liġi Rumena Mhux marbuta għaċ-ċens finanzjarju M’hemmx irbit għan-negozju għalik personali jew għal klijent ta’ strumenti negozjabbli u assi finanzjarji għajr titoli negozjabbli.

SK: In-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, u l-intermedjazzjoni: M’hemmx irbit.

SK: Is-servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek lokali jew minn fergħat ta’ banek barranin awtorizzati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi. L-għoti tal-awtorizzazzjoni huwa bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-kriterji li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-ammont ta’ kapital tal-kumpannija (is-saħħa finanzjarja), il-kwalifiki professjonali, l-integrità u l-kompetenza tal-amministrazzjoni fl-attivitajiet bankarji proġettati. Il-banek huma entitajiet legali inkorporati fir-Repubblika Slovakka, imwaqqfa bħala kumpaniji azzjonarji jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi (tal-Istat).

Ix-xiri tal-ishma b’espressjoni ta’ interess fil-kapital azzjonarju ta’ bank kummerċjali mil-limitu stabbilit huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja. Servizzi tal-investiment fir-Repubblika Slovakka jistgħu jingħataw minn banek, kumpanniji tal-investiment, fondi ta’ investiment u operaturi tat-titoli li għandhom forma ġuridika ta’ kumpannija bl-ishma b’kapital f’ishma skont il-liġi. Kumpanniji tal-investiment jew fondi tal-investiment barranin iridu jġibu l-awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi biex ibiegħu t-titoli tagħhom jew l-ishma fiċ-ċertifikati tal-investiment fit-territorju tar-Repubblika Slovakka skont il-liġi. Biex jinħarġu titoli ta’ djun, jinħtieġ il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi kemm biex jinħarġu fil-pajjiż kif ukoll biex jinħarġu għal pajjiżi oħra.

It-titoli jistgħu jinħarġu u jiġu nnegozjati biss wara li jingħata l-permess għall-kummerċ fil-pubbliku mill-Ministeru tal-Finanzi skont l-Att dwar it-Titoli. Ix-xogħol ta’ negozjant tat-titoli, ta’ sensar tat-titoli, jew tal-organizzaturi ta’ suq tal-kummerċ minn fuq il-bank tal-ħanut huwa suġġett għall-awtorizazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Il-ħlas u s-sistemazzjoni tal-kontijiet għal kull tip ta’ pagament huma rregolati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

Il-ħlas u s-servizzi tas-sistemazzjoni tal-kontijiet dwar bidla fil-proprjetà fiżika tat-titoli huma rreġistrati fiċ-Ċentru tat-Titoli (l-Istituzzjoni għall-Ħlas u s-Sistemazzjoni tat-Titoli). Iċ-Ċentru tat-Titoli jista’ jwettaq biss trasferimenti fil-kontijiet tal-proprjetà tas-sidien tat-titoli. Is-sistemazzjoni fejn jidħlu flus kontanti u l-ħlasijiet jgħaddu mill-Istituzzjoni Bankarja Għall-Ħlas u s-Sistemazzjoni tal-Kontijiet – (fejn il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja huwa l-azzjonist maġġoritarju) għall-Borża ta’ Bratislava, għall-kumpanija azzjonarja, jew mill-kont ‘Jumbo’ għas-Sistema-RM Slovakia.

SI: Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta’ konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: M’hemmx irbit.

Subsetturi B.11. u B.12. (fornimrent u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju, servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma’ parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): L-ebda.

Is-subsetturi l-oħrajn kollha:

It-twaqqif ta’ kull xorta ta’ bank huwa suġġett għal liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja.

Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti ta’ banek jew jakkwistaw ishma addizzjonali ta’ banek soġġetti biss għal approvazzjoni minn qabel tal-Bank tas-Slovenja.

(Rimarka: Din id-dispożizzjoni għandha titneħħa hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kummerċ Bankarju).

Skont il-liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja, banek, sussidjarji u fergħat ta’ banek barranin jistgħu jitħallew jipprovdu s-servizzi bankarji kollha jew uħud minnhom, dejjem skont l-ammont tal-kapital.

Meta jitqies l-għoti ta’ liċenzja lil bank sabiex jitwaqqaf bħala bi sjieda kompleta jew b’maġġoranza ta’ investituri barranin jew approvazzjoni tal-akkwist ta’ ishma addizzjonali ta’ banek. Il-Bank tas-Slovenja se jieħu f’kunsiderazzjoni il-linji gwida li ġejjin (2)

l-eżistenza ta’ investituri minn pajjiżi differenti;

l-opinjoni tal-istituzzjoni barranija inkarigata bis-superviżjoni bankarja.

(Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif isseħħ l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

M’hemmx obbligi rigwar il-parteċipazzjoni barranija f’banek li qegħdin jiġu pprivatizzati.

Fergħat ta’ banek barranin iridu jkunu inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja u jkollhom personalità legali.

(Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif isseħħ l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.) Mhemmx irbit fir-rigward tat-tipi kollha ta’ banek tal-ipoteka, istituzzjonijiet ta’ tfaddil u self.

M’hemmx obbligi rigward it-twaqqif ta’ fondi għall-pensjonijiet privati (fondi ta’ pensjoni mhux obbligatorji).

Kumpanniji ta’ maniġment huma kumpanniji kummerċjali mwaqqfin unikament biex jimmaniġġjaw fondi għall-investiment.

Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta’ 20 fil-mija ta’ ishma jew drittijiet tal-vot tal-kumpaniji tal-immaniġġjar; għall-perċentwal ogħla tinħtieġ l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.

Kumpannija tal-investiment awtorizzata (fi privatizzazzjoni) hija kumpannija tal-investiment stabbilita bil-għan uniku li tiġbor ċertifikati (vawċers) tal-proprjetà u x-xiri ta’ ishma maħruġin skont regolamenti li jirregolaw it-trasformazzjoni tal-proprjetà. Kumpannija ta’ amministrazzjoni awtorizzata hija mwaqqfa unikament sabiex tamministra l-kumpanniji ta’ amministrazzjoni awtorizzati.

Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta’ 10 fil-mija ta’ ishma jew drittijiet tal-vot tal-Kumpaniji tal-Immaniġġjar Awtorizzati (privatizzazzjoni); għal perċentwal ogħla tinħtieġ l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli u l-kunsens tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u l-Iżvilupp.

L-investiment tal-Fondi għall-Investiment f’titoli ta’ sigurtà maħruġin minn barranin huwa limitat għall-10 % tal-investimenti tal-Fondi għall-Investiment. Dawn it-titoli għandhom ikunu kkwotati f’dawk il-Boroż stabbiliti minn qabel mill-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.

Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti jew soċji fi Stock Broking Company sa 24 % tal-kapital tal-imsemmija kumpannija billi l-ewwel tintalab l-approvazzjoni tal- Aġenzija tas-Suq tat-Titoli. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif isseħħ l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Operat Titolari.)

Titoli maħruġin minn entità barranija li għadhom mhumiex disponibbli fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja jistgħu jinħarġu biss minn Stock Broking Company jew minn bank li għandu liċenzja jopera f’dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet. Qabel ma tinħareġ l-offerta l-kumpannija jew il-bank għandhom jitolbu l-permess tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.

It-talba għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu offruti titoli maħruġa barra l-pajjiż fir-Repubblika tas-Slovenja għandha tkun akkumpanjata minn abbozz tal-prospett, dokumentazzjoni li tafferma li l-garanti tal-ħruġ tat-titoli maħruġa barra l-pajjiż huwa bank jew stock broking company, ħlief fil-każ ta’ ħruġ ta’ ishma maħruġa barra l-pajjiż.

SE: L-impriżi li ma humiex inkorporati fl-Isvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali biss permezz ta’ fergħa, u fil-każ ta’ banek, ukoll permezz ta’ uffiċċju rappreżentattiv.

SE: Il-Fundatur ta’ kumpannija bankarja jrid ikun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bank barrani. Fundatur ta’ bank tat-tfaddil għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

UK: Brokers tal-inter-negozjanti, li huma kategorija ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jinnegozjaw fid-dejn tal-Gvern, jeħtieġ li jkunu stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Ewropea u li jkollhom kapital separat.

4)

Preżenza ta’ persuni naturali

CY: Subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta’sigurtajiet trasferibbli): Individwi, kemm jekk jaġixxu waħedhom bħala brokers u kemm jekk impjegati minn ditti ta’ brokers, jinħtieġu jilħqu l-kundizzjonijiet tal-liċenzja għal dan il-għan.

Subsetturi B.1. sa B.12., barra B.6. (e): M’hemmx irbit.

CZ: Servizzi ta’ ħruġ ta’ munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, servizzi ta’ riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma’ dawn l-attivitajiet: M’hemmx irbit.

Is-subsetturi l-oħra kollha: M’hemmx obbligi, ħlief kif indikat fit-taqsima orizzontali.

MT: Subsettur B0,1., B.2. u B.11. (aċċettazzjoni ta’ depożiti, self ta’ kull xorta, u forniment u trasferiment ta’ tagħrif finanzjarju): M’hemmx obbligi, ħlief kif indikat fit-taqsima orizzontali.

Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: M’hemmx irbit.

PL: Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (esklużi l-garanziji u l-obbligi tat-Teżor tal-Istat): Ma hemm l-ebda rbit ħlief kif indikat fis-sezzjoni orizzontali u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja: Mitluba ċ-ċittadinanza għal uħud – tal-anqas wieħed – mill-eżekuttivi tal-bank.

Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f’ħarġiet ta’ dokumenti mit-Teżor), B.9. (servizzi ta’ mmaniġġjar tal-portafoll), B.11. u B.12. (servizzi ta’ konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss relatati mal-attivitajiet iddedikati għall-Polonja.): M’hemmx irbit ħlief kif indikat fit-taqsima orizzontali.

Is-subsetturi l-oħra kollha: M’hemmx irbit.

SK: In-negozjar ta’ prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, u l-intermedjazzjoni: M’hemmx irbit.

Is-subsetturi l-oħrajn kollha: M’hemmx obbligi, ħlief kif indikat fit-taqsima orizzontali.

SI: Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta’ konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: M’hemmx irbit.

Is-subsetturi l-oħra kollha: M’hemmx obbligi, ħlief kif indikat fit-taqsima orizzontali.

AT, BE, BG, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HU, IT, IE, LU, LT, LV, NL, PT, RO, SE, UK: Mhux marbuta ħlief kif indikat fl-artikoli orizzontali rispettivi, u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja:

BG: M’hemmx irbit għall-garanziji tat-Teżor tal-Istat. M’hemmx irbit għan-negozju għalik personali jew għal klijent ta’ strumenti negozjabbli u assi finanzjarji għajr titoli negozjabbli. M’hemmx irbit għas-sehem fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor. M’hemmx irbit għas-senseriji ta’ flus. M’hemmx irbit għall-ġestjoni ta’ fondi għall-pensjoni. M’hemmx irbit għas-servizz ta’ ħlas u approvazzjoni tal-assi finanzjarji. Mhux marbuta għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari

FR: Sociétés d’investissement à capital fixe: il-kundizzjoni tan-nazzjonalità għall-president tal-Bord tad-Diretturi, id-Diretturi-Ġenerali u mhux inqas minn żewġ terzi tal-amministraturi, u wkoll, meta d-ditta tas-sigurtajiet għandha Bord ta’ Sorveljanza jew Kunsill, għall-membri ta’ bord bħal dan jew id-Direttur-Ġenerali tiegħu, u mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill ta’ Sorveljanza.

EL: Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinnominaw mill-anqas żewġ persuni responsabbli għall-operat tal-istituzzjoni. Għal dawn il-persuni tapplika l-kundizzjoni tar-residenza.

IT: Il-kundizzjoni tar-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej għall-‘promotori di servizi finanziari’ (bejjiegħa finanzjarji).

LV: Maniġer ta’ fergħa u ta’ sussidjarja għandu jkun persuna li jħallas it-taxxa fil-Latvja (resident).

RO: Mhux marbuta għaċ-ċens finanzjarju M’hemmx irbit għan-negozju għalik personali jew għal klijent ta’ strumenti negozjabbli u assi finanzjarji għajr titoli negozjabbli.”


(1)  CZ: Leġiżlazzjoni li tkopri t-tneħħija tal-kriterju tar-rekwiżiti tas-suq finanzjarju qed tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament.

(2)  Minbarra l-ammont tal-kapital il-Bank tas-Slovenja għandu, meta jqis l-għoti ta’ liċenzja bankarja mhux limitata jew limitata jqis ukoll il-linji ta’ gwida li ġejjin (kemm għal applikanti domestiċi kif ukoll għal applikanti barranin):

il-preferenzi ekonomiċi nazzjonali għal ċerti attivitajiet bankarji;

il-kopertura reġjonali attwali tar-Repubblika tas-Slovenja mill-banek;

il-prestazzjoni attwali tal-bank ta’ attivitajiet imqabbla ma’ dawk stipulati mil-liċenzja eżistenti.

(Rimarka: Din id-dispożizzjoni għandha titneħħa hekk kif tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kummerċ Bankarju.)


ANNESS I

“ANNESS II

AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI

PARTI A

Għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha

Komunitajiet Ewropej

DĠ Kummerċ

DĠ Suq Intern

B-1049 Brussel

L-Awstrija

Ministry of Finance

Direttorat ta’ Politika Ekonomika u Swieq Finanzjarji

Himmelpfortgasse 4-8

Postfach 2

1015 Vjenna

Belgium

Ministry of Economy

Rue de Bréderode 7

B-1000 Brussel

Ministry of Finance

Rue de la Loi 12

B-1000 Brussel

Il-Bulgarija

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Eneġija

Slavyanska str. 8

Sofia 1052

Ministry of Finance

G.S.Rakovski str.102

Sofia 1000

Il-Bank Nazzjonali Bulgaru

Al.Batenberg sq.1

Sofia 1000

Il-Kummissjoni ta’ Sorveljanza Finanzjarja

33, Shar Planina Street

Sofia 1303

Ċipru

Ministry of Finance

CY-1439 Nikosija

Ir-Repubblika Ċeka

Ministry of Finance

Letenská 15

CZ-118 10 Praga

Id-Danimarka

Il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi

Ved Stranden 8

DK-1061 Kopenħagen K

L-Estonja

Ministry of Finance

Suur-Ameerika 1

EE-15006 Tallinn

Il-Finlandja

Ministry of Finance

Kaxxa Postali 28

FIN-00023 Helsinki

Franza

Il-Ministeru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija

Ministère de l’Economie, des Finances et de l’Industrie

139, rue de Bercy

F-75572 Pariġi

Il-Ġermanja

Ministry of Finance

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

Graurheindorfer Str. 108

D-53117 Bonn

Il-Greċja

Bank ta’ Greċja

Triq Panepistimiou, 21

GR-10563 Ateni

L-Ungerija

Ministry of Finance

Pénzügyminisztérium

Postafiók 481

HU-1369 Budapest

L-Irlanda

L-Awtorità Irlandiża li tirregola s-Servizzi Finanzjarji

Kaxxa Postali 9138

College Green

IRL-Dublin 2

L-Italja

Il-Ministeru tat-Teżor

Ministero del Tesoro

Via XX Settembre 97

I-00187 Ruma

Il-Latvja

Il-Kummissjoni tal-Finanzi u tas-Suq tal-Kapital

Kungu Street 1

LV-1050 Riga

Il-Litwanja

Ministry of Finance

Vaizganto 8a/2,

LT-01512 Vilnius

Il-Lussemburgu

Ministry of Finance

Ministère des Finances

3, rue de la Congrégation

L-2931 Lussemburgu

Malta

Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji

Triq Notabile

MT-Attard

L-Olanda

Ministry of Finance

Direttorat ta’ Politika dwar is-Swieq Finanzjarji

Postbus 20201

NL-2500 EE Den Haag

Il-Polonja

Ministry of Finance

12 Triq Świętokrzyska

PL-00-916 Varsavja

Il-Portugall

Ministry of Finance

Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Av. Infante D. Henrique, 1C-1o

P-1100-278 Liżbona

Ir-Rumanija

Il-Bank Nazzjonali tar-Rumanija

25 Lipscani Str, sector 3 Bucharest, code 030031

Il-Kummissjoni Nazzjonali Rumena tat-Titoli

(2 Foisorului Street, Bucharest, sector 3

Il-Kummissjoni tas-Sorveljanza tal-Assigurazzjoni

18th, Amiral Constantin Balescu Street, Sector 1, Bucharest Il-Kodiċi 011954

Il-Kummissjoni tas-Sorveljanza tas-sistema tal-pensjoni privata

74 Splaiul Unirii, sector 4, Bucharest, code 030128

Ir-Repubblika Slovakka

Ministry of Finance

Stefanovicova 5

SK-817 82 Bratislava

Is-Slovenja

Il-Ministeru tal-Ekonomija

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Spanja

It-Teżor

Directora General del Tesoro y Politica Financiera

Paseo del Prado 6-6a Planta

E-28071 Madrid

L-Iżvezja

L-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja

Box 6750

S-113 85 Stockholm

Il-Bank Ċentrali Svediż

Malmskillnadsgatan 7

S-103 37 Stockholm

L-Aġenzija Żvediża tal-Konsumatur

Rosenlundsgatan 9

S-118 87 Stockholm

Ir-Renju Unit

H. M. Treasury

1 Horse Guards Road

UK-London SW1A 2HQ


PARTI B

Għall-Messiku, Secretaria de Hacienda y Credito Publico

Messiku

Unidad de Banca, Valores y Ahorro

Palacio Nacional, edificio 12, 4 piso

Col. Centro, Deleg. Cuauhtemoc, C.P. 06000

México, D.F.

Unidad de Seguros, Pensiones y Seguridad Social

Palacio Nacional, Oficina 4068

Plaza de la Constitucion, Delegacion Cuauhthemoc, C.P.06000

México, D.F.”


Il-Kummissjoni

3.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/42


DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjan ta’ qerda u tilqim ta’ emerġenza għall-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti żoni tal-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3953)

(It-testi bil-Franċiż u l-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2009/422/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer, (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 16(1) u 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza ta’ ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta’ Isfel, tar-Rhine tat-Tramuntana-Westphalia, tar-Rhineland-Palatinate u tas-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn numru ta’ miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istat federali tar-Rhineland Palatinate.

(3)

Ġew irrappurtati każijiet ġodda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fin-naħa ta’ isfel ta’ Rhineland Palatinate. Għalhekk, il-pjanijiet għall-qerda u għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi għandhom jiġu applikati f’dik iż-żona.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2003/135/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(2)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47.


ANNESS

“ANNESS

1.   ŻONI FEJN PJANIJIET TA’ QERDA HUMA FIS-SEĦĦ

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr.

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath.

(c)

il-Kreise Altenkirchen u Neuwied.

(d)

fi Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità ta’ Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.

(e)

fil-Landkreis Südwestpfalz: fil-muniċipalità ta’ Pirmasens-Land il-lokalitajiet ta’ Kröppen fix-xlokk ta’ L 483, Vinningen fix-xlokk ta’ L 478 u L 484, Schweix, Hilst, Trulben u Eppenbrunn, fil-muniċipalità ta’ Dahner Felsenland il-lokalitajiet Bobenthal, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Erlenbach bei Dahn, Fischbach bei Dahn, Hirschthal, Ludwigswinkel, Niederschlettenbach, Nothweiler, Rumbach u Schönau (Pfalz).

(f)

fil-Landkreis Südwestpfalz il-muniċipalitajiet ta’ Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben u Wallhalben.

(g)

fil-Kreis Kaiserslautern il-muniċipalitajiet ta’ Bruchmühlbach-Miesau fin-naħa ta’ isfel tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl.

(h)

il-belt ta’ Kaiserslautern fin-naħa ta’ isfel tal-awtostrada A6.

B.   Fl-istat federali ta’ Rhine tat-Tramuntana-Westfalia

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf und Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, ħlief il-lokalità ta’ Blankenheimer Wald.

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much.

(c)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt ta’ Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen u Burbach, fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden.

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden.

(e)

fil-Kreis Märkische l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen.

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born.

(g)

fil-bliet ta’ Köln u Bonn il-muniċipalitajiet fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara Rhine.

(h)

il-belt ta’ Leverkusen.

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis.

(j)

l-Oberbergische Kreis.

2.   ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA

A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr.

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath.

(c)

il-Kreise Altenkirchen u Neuwied.

(d)

fi Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.

(e)

fil-Landkreis Südwestpfalz: fil-muniċipalità ta’ Pirmasens-Land il-lokalitajiet Kröppen fix-xlokk ta’ L 483, Vinningen fix-xlokk ta’ L 478 u L 484, Schweix, Hilst, Trulben u Eppenbrunn, fil-muniċipalità ta’ Dahner Felsenland il-lokalitajiet ta’ Bobenthal, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Erlenbach bei Dahn, Fischbach bei Dahn, Hirschthal, Ludwigswinkel, Niederschlettenbach, Nothweiler, Rumbach u Schönau (Pfalz).

(f)

fil-Landkreis Südwestpfalz il-muniċipalitajiet Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben u Wallhalben.

(g)

fil-Kreis Kaiserslautern il-muniċipalitajiet ta’ Bruchmühlbach-Miesau fin-naħa ta’ isfel tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl.

(h)

il-belt ta’ Kaiserslautern fin-naħa ta’ isfel tal-awtostrada A6.

B.   Fl-istat federali ta’ Rhine tat-Tramuntana-Westfalia

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf und Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, ħlief il-lokalità ta’ Blankenheimer Wald.

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much.

(c)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt ta’ Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen u Burbach, fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden.

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden.

(e)

fil-Kreis Märkische l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen.

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet ta’ Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born.

(g)

fil-bliet ta’ Köln u Bonn il-muniċipalitajiet fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara Rhine.

(h)

il-belt ta’ Leverkusen

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis.

(j)

l-Oberbergische Kreis.”