ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.135.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
30 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 450/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-infiq skont l-FAEG u l-FAEŻR [traduzzjoni mhux uffiċjali]

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 452/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' miżuri għall-bejgħ ta' krema, butir u butir konċentrat fis-suq Komunitarju

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2009

16

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/414/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Franza

19

 

 

2009/415/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Greċja

21

 

 

2009/416/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fl-Irlanda

23

 

 

2009/417/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' April 2009 dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Spanja

25

 

 

2009/418/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2009 li taħtar membru Estonjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

27

 

 

2009/419/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2009 li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

28

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/420/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3868)

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 449/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

69,6

MA

75,3

MK

47,9

TN

105,3

TR

54,8

ZZ

70,6

0707 00 05

JO

151,2

MK

23,0

TR

117,1

ZZ

97,1

0709 90 70

JO

216,7

TR

118,8

ZZ

167,8

0805 10 20

EG

44,7

IL

57,2

MA

48,2

TN

108,2

TR

67,5

US

55,6

ZA

66,7

ZZ

64,0

0805 50 10

AR

50,1

TR

51,3

ZA

48,6

ZZ

50,0

0808 10 80

AR

68,3

BR

74,6

CL

76,3

CN

85,3

NZ

104,5

US

100,3

UY

71,7

ZA

81,9

ZZ

82,9

0809 20 95

US

272,9

ZZ

272,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 450/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) (h), (i), (l), (m) u (n) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistabbilixxi li materjali u oġġetti attivi u intelliġenti li jiġu f’kuntatt mal-ikel (oġġetti u materjali attivi u intelliġenti) huma inklużi fil-qasam tal-applikazzjoni tiegħu u, għalhekk, id-dispożizzjonijiet kollha tiegħu dwar materjali u oġġetti intenzjonati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (materjali għal kuntatt mal-ikel) japplikaw ukoll għal dawn il-materjali u oġġetti. Miżuri Komunitarji oħra, bħal dawk previsti fid-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (2) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurta’ tal-konsumaturi (3), japplikaw ukoll, fejn xieraq, għal dawn il-materjali u oġġetti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali biex jiġu eliminati d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-materjali għal kuntatt mal-ikel. L-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi li għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għal gruppi ta’ materjali u oġġetti u jiddeskrivi fid-dettall il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi fil-livell Komunitarju meta miżura speċifika tipprevedi lista ta’ sustanzi awtorizzati.

(3)

Ċerti regoli applikabbli għal materjali u oġġetti attivi u intelliġenti huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Dawn jinkludu regoli għas-sustanzi attivi merħija li għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali applikabbli għar-regoli dwar l-ikel u l-ittikketjar. Regoli speċifiċi għandhom jiġi stabbiliti f’miżura speċifika.

(4)

Dan ir-Regolament hu miżura speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti li għandhom jiġu applikati flimkien mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għall-użu sikur tagħhom.

(5)

Jeżistu ħafna tipi differenti ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti. Is-sustanzi responsabbli għall-funzjoni attiva u/jew intelliġenti jistgħu jitpoġġew f’kontenitur separat pereżempju billi jingħalaq f’borża żgħira tal-karta jew, is-sustanzi jistgħu jiġu direttament inkorporati fil-materjal ta’ ppakkjar pereżempju inkorporazzjoni fil-plastik ta’ flixkun tal-plastik. Dawk is-sustanzi, responsabbli għal ħolqien tal-funzjoni attiva u/jew intelliġenti ta’ dawn il-materjali u oġġetti (il-komponenti) għandhom jiġu vvalutati skont dan ir-Regolament. Il-partijiet passivi, bħall-kontenitur, il-pakkett li fih dan il-kontenitur jitpoġġa u l-materjal ta’ ppakkjar, li fihom is-sustanza hi inkorporata, għandhom ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali speċifiċi applikabbli għal dawn il-materjali u oġġetti.

(6)

Il-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti jistgħu jkunu magħmulin minn saff wieħed jew aktar jew minn partijiet ta’ tipi differenti ta’ materjali, bħall-plastik, karta u kartun jew kisjiet u lostri. Ir-rekwiżiti għal dawn il-materjali għandhom ikunu jew armonizzati b’mod sħiħ, jew armonizzati biss parzjalment, jew inkella mhux armonizzati fil-livell Komunitarju. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali li jirregolaw materjali bħal dawn.

(7)

Is-sustanza individwali jew, jekk rilevanti, it-taħlita ta’ sustanzi li jikkostitwixxu l-komponenti għandha tiġi vvalutata biex tiggarantixxi li huma sikuri u li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004. F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li tiġi vvalutata u awtorizzata t-taħlita ta’ sustanzi, meta l-funzjoni attiva jew intelliġenti timplika interazzjonijiet bejn sustanzi differenti li jwasslu għal tisħiħ tal-funzjoni jew tal-iġġenerar ta’ sustanzi ġodda responsabbli għall-funzjoni attiva u intelliġenti.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistabbilixxi li meta miżuri speċifiċi jinkludu lista ta’ sustanzi awtorizzati sabiex jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel fi ħdan il-Komunità, dawn is-sustanzi għandhom jgħaddu minn stima tas-sikurezza qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom.

(9)

Huwa xieraq li persuni interessati li jpoġġu fis-suq materjali u oġġetti attivi u intelliġenti jew il-komponenti tagħhom, jiġifieri l-applikant, għandu jissottometti l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza jew, jekk meħtieġ, tat-taħlita ta’ sustanzi li tikkostitwixxi l-komponent.

(10)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ sustanza jew ta’ taħlita ta’ sustanzi li tikkostitwixxi l-komponenti għandha titwettaq mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (l-Awtorità), wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni valida skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Sabiex l-applikant jiġi mgħarraf dwar id-dejta li trid tiġi pprovduta għall-valutazzjoni tas-sikurezza l-Awtorità għandha tippubblika linji gwida ddettaljati dwar il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Biex ikun possibbli infurzar ta’ kull restrizzjonijiet possibbli, ikun meħtieġ li l-applikant jipprovdi metodu analitiku adatt għas-sejba u l-kwantifikazzjoni tas-sustanza. L-Awtorità għandha tivvaluta jekk il-metodu analitiku hux adatt għall-iskop tal-infurzar ta’ kull restrizzjoni proposta.

(11)

Il-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ sustanza speċifika jew ta’ taħlita ta’ sustanzi għandha tiġi segwita b’deċiżjoni ta’ ġestjoni tar-riskju biex ikun deċiż jekk is-sustanza għandhiex tiġi inkluża fil-lista Komunitarja ta’ sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw f’komponenti attivi u intelliġenti (‘il-lista Komunitarja’). Din id-deċiżjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 biex b’hekk tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(12)

Il-lista Komunitarja għandha tinkludi l-identità, il-kondizzjonijiet tal-użu, ir-restrizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ta’ użu tas-sustanza jew tat-taħlita ta’ sustanzi u, fejn meħtieġ, tal-komponent jew tal-materjal jew tal-oġġett li jiżdiedu jew jiġu inkorporati fih. L-identità ta’ sustanza għandha tal-anqas tinkludi l-isem u jekk disponibbli jew meħtieġa, in-numri CAS, id-daqs tal-partikuli, il-kompożizzjoni jew speċifikazzjonijiet oħra.

(13)

Materjali u oġġetti attivi jistgħu b’mod intenzjonat jinkorporaw sustanzi, li huma maħsuba biex jintreħew fl-ikel. Billi dawn is-sustanzi jiżdiedu b’mod intenzjonat mal-ikel, dawn għandhom jintużaw biss skont il-kundizzjonijiet iddefiniti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali rilevanti għall-użu tagħhom fl-ikel. Meta l-Komunità jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għal awtorizzazzjoni tas-sustanza, is-sustanza u l-użu tagħha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni speċifika dwar l-ikel, pereżempju l-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi tal-ikel. L-addittivi tal-ikel u l-enżimi jistgħu wkoll jitlaqqmu jew jiġu immobilizzati fuq il-materjal u jkollhom funzjoni teknoloġika fuq l-ikel. Applikazzjonijiet bħal dawn huma koperti bil-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi u l-enżimi tal-ikel u għandhom, għalhekk, jiġu ttrattati bl-istess mod bħala sustanzi merħija attivi.

(14)

Sistemi intelliġenti ta’ ppakkjar jipprovdu lill-utent b’informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ikel u ma għandhomx jerħu l-kostitwenti tagħhom fl-ikel. Is-sistemi intelliġenti jistgħu jitpoġġew fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett u jistgħu jiġu sseparati mill-ikel permezz ta’ ostakolu funzjonali, li hu ostakolu fil-materjali jew l-oġġetti ta’ kuntatt tal-ikel biex ma jkunx hemm migrazzjoni ta’ sustanzi minn dan l-ostakolu fl-ikel. Wara ostakolu funzjonali, jistgħu jintużaw sustanzi mhumiex awtorizzati, sakemm jissodisfaw ċerti kriterji u l-migrazzjoni tagħhom tibqa’ inqas minn limitu speċifiku ta’ sejba. Meta jitqies l-ikel għat-trabi u għal persuni oħra partikolarment suxxettibbli kif ukoll id-diffikultajiet ta’ dan it-tip ta’ analiżi effettwata minn tolleranza analitika kbira, għandu jiġi stabbilit livell massimu ta’ 0,01 mg/kg fl-ikel għall-migrazzjoni ta’ sustanza mhux awtorizzata permezz ta’ ostakolu funzjonali. Teknoloġiji ġodda li jġibu sustanzi f’daqs ta’ partikuli li juru proprjetajiet kimiċi u fiżiċi li b’mod sinifikanti ma jkunux bħal dawk ta’ daqs akbar pereżempju n-nanopartikuli għandhom jiġu vvalutati abbażi ta’ każ każ fir-rigward tar-riskju tagħhom sakemm tkun magħrufa aktar informazzjoni dwar teknoloġija ġdida bħal din. Għalhekk, ma għandhomx jiġu koperti mill-kunċett ta’ ostakolu funzjonali.

(15)

Il-miżura Komunitarja speċifika li tkopri l-parti passiva tal-materjal attiv jew intelliġenti tista’ tistabbilixxi rekwiżiti għan-nuqqas ta’ ċaqliq tal-materjal pereżempju limitu ġenerali ta’ migrazzjoni għall-materjali tal-plastik. Jekk komponent attiv li jerħi hu inkorporat f’materjal ta’ kuntatt mal-ikel kopert b’miżura Komunitarja speċifika, jista’ jkun hemm riskju li jinqabeż il-limitu ġenerali ta’ migrazzjoni minħabba r-reħi tas-sustanza attiva. Billi l-funzjoni attiva mhix karatteristika inerenti tal-materjal passiv l-ammont tas-sustanza attiva merħija ma għandux jiġi kkalkulat fil-valur tal-migrazzjoni ġenerali.

(16)

L-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistipula li materjali u oġġetti attivi u intelliġenti li jkunu diġà jmissu mal-ikel għandhom ikunu ttikkettati b’mod adegwat biex il-konsumatur ikun jista’ jagħraf il-partijiet li ma għandhomx jittieklu. Il-konsistenza ta’ informazzjoni bħal din hija indispensabbli biex tiġi evitata l-konfużjoni fil-livell tal-konsumatur. Għalhekk materjali u oġġetti attivi u intelliġenti għandhom ikollhom tikketti bi kliem xieraq u jkollhom magħhom, fejn dan hu teknikament possibbli, simbolu, kull meta materjali u oġġetti jew partijiet minnhom jidhru bħallikieku huma tajbin għall-ikel.

(17)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistipula li mal-materjali u l-oġġetti għandha tintbagħat dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub li tiċċertifika li dawn huma konformi mar-regoli applikabbli għalihom. Skont l-Artikolu 5(1)(h) u (i) ta’ dan ir-Regolament, biex jissaħħu l-koordinazzjoni u r-responsabbiltà tal-fornituri f’kull stadju tal-proċess tal-manifattura, il-persuni responsabbli għandhom jiddokumentaw il-konformità mar-regoli rilevanti f’dikjarazzjoni ta’ konformità li ssir disponibbli għall-klijenti tagħhom. Barra minn dan, f’kull stadju tal-proċess tal-manifattura, għandha tinżamm dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li tissostanzja d-dikjarazzjoni ta’ konformità, disponibbli għall-awtoritajiet ta’ infurzar.

(18)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jeħtieġ li l-operaturi tan-negozju tal-ikel jivverifikaw li l-ikel jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel. L-Artikolu 15(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jistipula li materjali jew oġġetti attivi, li għadhom ma ġewx f’kuntatt ma’ ikel meta tqegħdu fis-suq, għandu jkollhom informazzjoni dwar l-użu jew l-użijiet permessi u informazzjoni rilevanti oħra bħall-isem u l-kwantità massima tas-sustanzi merħija mill-komponent attiv biex tippermetti lil operaturi tan-negozju tal-ikel li jużaw dawn il-materjali jew oġġetti sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-Komunità jew, fin-nuqqas tagħhom, ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-ikel, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-ittikketjar tal-ikel. Għal dan l-għan soġġetti għar-rekwiżit ta’ konfidenzjalità, l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jiżguraw li l-migrazzjoni jew ir-reħi intenzjonat minn materjali u oġġetti attivi u intelliġenti fl-ikel jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali applikabbli għall-ikel.

(19)

Billi diversi materjali u oġġetti intelliġenti jinsabu diġà fis-suq fl-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni għal proċedura Komunitarja ta’ awtorizzazzjoni hi bla tfixkil u li ma tfixkilx is-suq eżistenti ta’ dawn il-materjali u oġġetti. Għandu jingħata żmien biżżejjed lill-applikant biex jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi jew it-taħlita ta’ sustanzi li tikkostitwixxi l-komponent. Għalhekk, għandu jingħata perjodu ta’ 18-il xahar, li matulu l-informazzjoni dwar materjali u oġġetti attivi u intelliġenti għandha tingħata mill-applikanti. Għandu jkun ukoll possibbli li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanza ġdida jew ta’ taħlita ta’ sustanzi matul il-perjodu ta’ 18-il xahar.

(20)

L-Awtorità għandha tivvaluta mingħajr dewmien l-applikazzjonijiet kollha għas-sustanzi kemm eżistenti kif ukoll ġodda li jikkostitwixxu l-komponenti li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni valida u skont il-linji gwida tal-Awtorità matul il-fażi inizjali tal-applikazzjoni.

(21)

Lista Komunitarja ta’ sustanzi awtorizzati għandha titħejja mill-Kummissjoni wara t-tlestija tal-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi kollha li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni valida skont il-linji gwida tal-Awtorità, matul il-perjodu inizjali ta’ 18-il xahar. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ġusti u ugwali għall-applikanti kollha, din il-lista Komunitarja għandha titfassal fi stadju wieħed.

(22)

Ir-regoli dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u r-regoli speċifiċi dwar it-tqegħid ta’ tikketti għandhom japplikaw biss wara sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex l-operaturi kummerċjali jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għal dawn ir-regoli ġodda.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti intenzjonati li jiġu f’kuntatt mal-ikel.

Dawn ir-rekwiżiti speċifiċi huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali applikabbli għall-materjali u l-oġġetti li magħhom jiżdiedu komponenti attivi jew intelliġenti jew li jiġu inkorporati fihom.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandhu japplika għall-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti li jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“materjali u oġġetti attivi” tfisser materjali u oġġetti li huma intenzjonati li jestendu d-data ta’ skadenza fuq l-ixkaffa jew biex iżommu jew itejbu l-kundizzjoni ta’ ikel ippakkjat: huma maħsuba sabiex deliberatament jinkorporaw komponenti li jerħu jew li jassorbu sustanzi fi jew mill-ikel ippakkjat jew fi jew mill-ambjent madwar l-ikel;

(b)

“materjali u oġġetti intelliġenti” tfisser materjali u oġġetti li jimmonitorjaw il-kundizzjoni tal-ikel ippakkjat jew tal-ambjent madwar l-ikel;

(c)

“komponent” tfisser sustanza individwali jew taħlita ta’ sustanzi individwali li jikkawżaw il-funzjoni attiva u/jew intelliġenti ta’ materjal jew oġġett, inklużi l-prodotti ta’ reazzjoni in situ ta’ dawn is-sustanzi. Din ma tinkludix il-partijiet passivi, bħall-materjali li jiżdiedu magħhom jew li jiġu inkorporati fihom;

(d)

“ostakolu funzjonali” tfisser ostakolu li jikkonsisti minn saff jew aktar ta’ materjali għall-kuntatt mal-ikel li jiżgura li l-materjal jew l-oġġett lest jikkonforma mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u ma’ dan ir-Regolament;

(e)

“materjali u oġġetti attivi li jerħu” huma dawk il-materjali u l-oġġetti attivi intenzjonati biex deliberatament jinkorporaw komponenti li jerħu sustanzi fl-ikel ippakkjat jew fuqu jew fl-ambjent madwar l-ikel;

(f)

“sustanzi attivi merħija” huma dawk is-sustanzi intenzjonati li jerħu minn materjali u oġġetti attivi li jerħu fl-ikel ippakkjat jew fuqu jew fl-ambjent madwar l-ikel u li jwettqu xi skop fl-ikel.

Artikolu 4

Tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti

Materjali u oġġetti attivi u intelliġenti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma:

(a)

adatti u effettivi għall-iskop li għalih huma intenzjonati li jintużaw;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(c)

jikkonformaw mar-rekwiżiti speċjali stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(d)

jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid tat-tikketti ddefiniti fl-Artikolu 15(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;

(e)

jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni ddefiniti fil-Kapitoli II ta’ dan ir-Regolament;

(f)

jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid tat-tikketti u d-dikjarazzjoni ddefiniti fil-Kapitoli III u IV ta’ dan ir-Regolament,

KAPITOLU II

KOMPOŻIZZJONI

TAQSIMA 1

Lista Komunitarja ta’ sustanzi awtorizzati

Artikolu 5

Lista Komunitarja ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw f’komponenti attivi u intelliġenti

1.   Sustanzi li huma inklużi fil-lista Komunitarja ta’ sustanzi awtorizzati (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-lista Komunitarja”) biss jistgħu jintużaw f’komponenti ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi li ġejjin jistgħu jintużaw f’komponenti ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti mingħajr ma jkunu inklużi fil-lista Komunitarja:

(a)

sustanzi attivi merħija bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

sustanzi li jaqgħu fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali applikabbli għall-ikel, li huma miżjuda jew inkorporati f’materjali u oġġetti attivi permezz ta’ tekniki bħat-tilqim jew l-immobilizzazzjoni, sabiex ikun hemm effett teknoloġiku fl-ikel bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

(c)

sustanzi użati f’komponenti li mhumiex f’kuntatt dirett mal-ikel jew l-ambjent madwar l-ikel u huma separati mill-ikel permezz ta’ ostakolu funzjonali bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 u li huma ma jaqgħux taħt waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji:

(i)

sustanzi kklassifikati bħala “mutaġeniċi”, “kanċeroġeniċi”, jew “tossiċi għar-riproduzzjoni” skont il-kriterji stabbiliti fit-taqsimiet 3.5, 3.6 u 3.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(ii)

sustanzi deliberament irranġati għal daqs ta’ partikuli li juru proprjetajiet fiżiċi u kimiċi funzjonali li b’mod sinifikanti huma differenti minn dawk ta’ daqs akbar.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ sustanzi fil-lista Komunitarja

Sabiex jiġu inklużi fil-lista Komunitarja, is-sustanzi li jikkostitwixxu l-komponenti tal-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3 u, fejn dawn japplikaw, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għall-kundizzjoni ta’ użu tal-materjal jew l-oġġett attiv jew intelliġenti.

Artikolu 7

Il-kontenut tal-lista Komunitarja

Il-lista Komunitarja għandha tispeċifika:

(a)

l-identità tas-sustanza(i);

(b)

il-funzjoni tas-sustanza(i);

(c)

in-numru ta’ referenza;

(d)

jekk meħtieġ, il-kundizzjonijiet ta’ użu tas-sustanza(i) jew komponent;

(e)

jekk meħtieġ, ir-restrizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ta’ użu tas-sustanza(i);

(f)

jekk meħtieġ, il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-materjal jew l-oġġett li miegħu tiżdied is-sustanza jew il-komponent jew li fih tiġi inkorporata.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għall-ħolqien tal-lista Komunitarja

1.   Il-lista Komunitarja għandha tiġi mfassla abbażi tal-applikazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandu jkun ta’ 18-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel Ewropea (“l-Awtorità”) għall-valutazzjoni tas-sikurezza tas-sustanzi użati f’materjali u oġġetti attivi u intelliġenti.

L-Awtorità għandha tippubblika dawn il-linji gwida mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistru li jitniżżlu fih is-sustanzi kollha li għalihom applikazzjoni valida ġiet ippreżentata skont il-paragrafu 2.

4.   Il-lista Komunitarja għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

5.   Fejn l-Awtorità titlob informazzjoni addizzjonali u l-applikant jonqos milli jipprovdi dejta addizzjonali, fil-limitu ta’ żmien iddefinit, is-sustanza mhux se tiġi vvalutata mill-Awtorità biex tiġi inkluża fil-lista Komunitarja billi l-applikazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala applikazzjoni valida.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista Komunitarja wara li l-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha dwar is-sustanzi kollha inklużi fir-reġistru li għalih ġiet ippreżentata applikazzjoni valida skont il-paragrafi 2 u 5.

7.   Għaż-żieda ta’ sustanzi ġodda fil-lista Komunitarja, hi applikabbli l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 9, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet ta’ użu għal sustanzi li ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista Komunitarja

Artikolu 9

Sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) u (b)

1.   Is-sustanzi attivi merħija, kif imsemmija fl-Artikolu 5(2)(a) ta’ dan ir-Regolament, u s-sustanzi miżjuda jew inkorporati permezz ta’ tekniki bħal tilqim jew immobbilizzazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jintużaw b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti applikabbli għall-ikel, u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u fejn applikabbli, il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

2.   L-ammont ta’ sustanza attiva merħija ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-migrazzjoni ġenerali meqjusa, f’każijiet fejn limitu ġenerali ta’ migrazzjoni (OML) hu stabbilit f’miżura Komunitarja speċifika għall-materjal ta’ kuntatt mal-ikel li fih il-komponent hu inkorporat;

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 4(1) u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, l-ammont tas-sustanza attiva merħija tista’ taqbeż ir-restrizzjoni speċifika stabbilita għal din is-sustanza f’miżura Komunitarja jew nazzjonali speċifika dwar il-materjali ta’ kuntatt mal-ikel li fihom il-komponent hu inkorporat sakemm dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli għall-ikel, jew, jekk ma teżisti ebda dispożizzjoni bħal din, mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-ikel.

Artikolu 10

Sustanzi msemmija fl-Artikolu 5(2)(c)

1.   Il-migrazzjoni fl-ikel tas-sustanzi minn komponenti li mhumiex f’kuntatt dirett mal-ikel jew l-ambjent madwar l-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)(c) ta’ dan ir-Regolament, ma għandux jaqbeż 0,01 mg/kg, imkejjel b’ċertezza tal-istatistika b’metodu ta’ analiżi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.   Il-limitu previst fil-paragrafu 1 għandu dejjem jiġi espress bħala konċentrazzjoni fl-ikel. Hu għandu japplika għal grupp ta’ sustanzi, jekk ikunu relatati strutturalment u tossikoloġikament, b’mod partikolari l-iżomeri jew is-sustanzi tal-istess grupp funzjonali rilevanti, u għandu jinkludi trasferimenti ta’ tpaċċija possibbli.

KAPITOLU III

TQEGĦID TA’ TIKKETTI

Artikolu 11

Regoli addizzjonali dwar it-tqegħid tat-tikketti

1.   Biex tkun tista’ ssir identifikazzjoni mill-konsumatur fuq partijiet mhux tajbin għall-ikel, materjali u oġġetti attivi u intelliġenti jew partijiet minnhom għandhom jitwaħħlulhom tikketti, kull meta jidhru li huma tajbin għall-ikel:

(a)

bil-kliem “MHUX GĦALL-IKEL”; u

(b)

dejjem fejn teknikament hu possibbli, bis-simbolu kkuppjat fl-Anness I.

2.   L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha tkun kospikwa, tinqara b’mod ċar u miktuba b’mod li ma titħassarx. Din għandha tiġi stampata b’karattri ta’ daqs ta’ tipa li tkun tal-anqas 3 mm u li tkun tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

3.   Sustanzi attivi merħija għandhom jitqiesu bħala ingredjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijet ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLU IV

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ U DOKUMENTAZZJONI

Artikolu 12

Dikjarazzjoni ta’ konformità

1.   Fl-istadji tat-tqegħid fis-suq għajr dawk fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, il-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti, sew jekk huma jew mhumiex f’kuntatt mal-ikel, jew il-komponenti intenzjonati għall-manifattura ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti jew is-sustanzi intenzjonati għall-manifattura ta’ dawn il-komponenti, għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ mill-operatur kummerċjali u għandu jkollha l-informazzjoni stipulata fl-Anness II.

Artikolu 13

Dokumentazzjoni ta’ appoġġ

Id-dokumentazzjoni xierqa li turi li l-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti u l-komponenti intenzjonati għall-manifattura ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mill-operatur kummerċjali meta tintalab.

Din id-dokumentazzjoni għandu jkollha informazzjoni dwar l-adattabilità u l-effettività tal-materjal jew l-oġġett attiv jew intelliġenti, il-kundizzjonijiet u r-riżultati tal-ittestjar jew tal-kalkoli jew ta’ analiżijiet oħra, u evidenza dwar is-sikurezza jew raġunar li juri konformità.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4(e) u l-Artikolu 5 għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-lista Komunitarja. Sa dik id-data, u mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dwar il-kompożizzjoni ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti għandhom ikomplu japplikaw.

L-Artikolu 4(f), l-Artikolu 11(1) u (2) u l-Kapitolu IV għandhom japplikaw mid-19 ta’ Diċembru 2009. Sa din id-data, u mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dwar it-tqegħid ta’ tikketti u dikjarazzjoni ta’ konformita’ ta’ materjali u oġġetti attivi u intelliġenti għandhom ikomplu japplikaw.

It-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti b’tikketti skont ir-regoli tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew sakemm ir-riżerva tagħhom tispiċċa.

Sad-data tal-applikazzjoni tal-lista Komunitarja, sustanzi attivi merħija għandhom ikunu awtorizzati u użati skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti applikabbli għall-ikel, u għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(3)  ĠU L 192, 11.7.1987, p. 49.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


ANNESS I

SIMBOLU

Image

ANNESS II

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 12 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-identità u l-indirizz tal-operatur kummerċjali li joħroġ id-dikjarazzjoni ta’ konformità;

(2)

l-identità u l-indirizz tal-operatur kummerċjali li jimmanifattura jew jimporta l-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti, jew il-komponenti intenzjonati għall-manifattura ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti, jew is-sustanzi intenzjonati għall-manifattura tal-komponenti;

(3)

l-identità tal-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti jew il-komponenti intenzjonati għall-manifattura ta’ dawn il-materjali u l-oġġetti, jew is-sustanzi intenzjonati għall-manifattura tal-komponenti;

(4)

id-data tad-dikjarazzjoni;

(5)

il-konferma li l-materjal jew l-oġġett attiv jew intelliġenti jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004, u f’miżuri speċifiċi Komunitarji applikabbli;

(6)

l-informazzjoni adegwata relattiva għas-sustanzi li jikkostitwixxu l-komponenti, li għalihom hemm fis-seħħ restrizzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali applikabbli għall-ikel u għal dan ir-Regolament; fejn meħtieġ, kriterji speċifiċi dwar il-purità skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti applikabbli għall-ikel u, l-isem u l-kwantità tas-sustanzi merħija mill-komponent attiv, biex jippermetti lill-operaturi kummerċjali aktar ‘l isfel fil-proċess li jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-restrizzjonijiet;

(7)

l-informazzjoni adegwata dwar l-adegwatezza u l-effettività tal-materjal jew l-oġġett attiv jew intelliġenti;

(8)

l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-użu tal-komponenti, bħalma huma:

(i)

il-grupp jew il-gruppi ta’ materjali u oġġetti li fihom il-komponent jista’ jiżdied jew jiġi inkorporat fih;

(ii)

il-kundizzjonijiet ta’ użu meħtieġa biex jitwettaq l-effett intenzjonat.

(9)

l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-użu tal-materjal jew l-oġġett, bħalma huma:

(i)

it-tip jew it-tipi ta’ ikel maħsub/a biex jiġi/u f’kuntatt magħhom;

(ii)

id-dewmien u t-temperatura tat-trattament u l-ħażna f’kuntatt mal-ikel;

(iii)

il-proporzjon tal-erja tal-wiċċ f’kuntatt mal-ikel għall-volum użat biex tiġi stabbilita l-konformità tal-materjal jew l-oġġett.

(10)

Meta ostakolu funzjonali hu użat, il-konferma li l-materjal jew l-oġġett attiv jew intelliġenti jikkonforma mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

Id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tippermetti identifikazzjoni mingħajr diffikultà tal-materjali u l-oġġetti attivi u intelliġenti jew il-komponent jew is-sustanza li nħarġet għalihom u għandha tiġġedded meta bidliet sostanzjali fil-produzzjoni jwasslu għall-bidliet fil-migrazzjoni jew meta dejta xjentifika ġdida hi disponibbli.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 451/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dħul u l-kundizzjonijiet għar-rimbors tal-infiq skont l-FAEG u l-FAEŻR [traduzzjoni mhux uffiċjali]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri għandhom iħarsu l-iskadenzi għall-ħlasijiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni agrikola Komunitarja. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jipprovdi li kwalunkwe ttardjar minn dawk l-iskadenzi ta’ ħlasijiet min-naħa tal-aġenziji tal-ħlas għandu jirrendi l-ħlasijiet bħala ineliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, għajr fil-każijiet, kundizzjonijiet u limiti ddeterminati, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(2)

B’segwitu għall-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (2) meta l-infiq effettwat wara l-iskadenzi jammonta għal 4 % jew inqas tal-infiq effettwat qabel l-iskadenzi, ma għandu jsir ebda tnaqqis.

(3)

Fil-laqgħa tal-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura tas-6 ta’ Ottubru 2008 (3), il-Kummissjoni ppreżentat dikjarazzjoni dwar iż-żieda, minn 4 % għal 5 %, għal-limitu previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006. Għaldaqstant, xieraq li għall-każijiet ta’ ħlasijiet eliġibbli li jsiru tard, il-limitu jiġi miżjud. Il-limitu l-ġdid għandu jkun applikabbli meta d-data ta’ skadenza tal-ħlas tkun aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2009.

(4)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) jipprovdi li l-ammont totali nett ta’ ħlasijiet diretti li jingħataw fi Stat Membru fir-rigward ta’ sena kalendarja wara l-applikazzjoni ta’ modulazzjoni u ta’ modulazzjoni volontarja u mingħajr preġudizzju għal dixxiplini finanzjarji, bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet diretti mogħtija skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (5) u (KE) Nru 1405/2006 (6), ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti massimi stipulati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Sabiex jiżguraw id-dixxiplina finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġi evitat li n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-ħlasijiet iwassal għal infiq totali għal ħlasijiet diretti li jaqbeż il-limiti massimi fl-eżerċizzju finali korrispondenti.

(5)

Barra minn hekk, b’konsistenza mal-prattika attwali u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu ċċarati aktar.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Fil-każ tad-dħul li jirċievu u tal-infiq effettwat mill-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2010 u s-snin finanzjarji ta’ wara, l-emendi għandhom ikunu applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2009.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-infiq effettwat wara l-iskadenzi għandu jkun eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju u l-ħlasijiet ta’ kull xahar għandhom jitnaqqsu kif ġej:

(a)

meta l-infiq effettwat wara l-iskadenzi jkun ugwali għal 4 % jew inqas tal-infiq effettwat qabel l-iskadenzi, ma għandu jsir ebda tnaqqis;

(b)

għal infiq li jaqbeż il-limitu ta’ 4 %, l-infiq kollu li jiġi effettwat tard għandu jitnaqqas skont ir-regoli li ġejjin:

għal infiq effettwat fl-ewwel xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 10 %;

għal infiq effettwat fit-tieni xahar wara x-xahar li fih jiisseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 25 %;

għal infiq effettwat fit-tielet xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 45 %;

għal infiq effettwat fir-raba’ xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 70 %;

għal infiq effettwat aktar tard mir-raba’ xahar wara x-xahar li fih isseħħ l-iskadenza tal-ħlas, l-infiq għandu jitnaqqas b’ 100 %;

(c)

għall-ħlasijiet li l-iskadenza tagħhom isseħħ wara l-15 ta’ Ottubru 2009, il-limitu ta’ 4 % imsemmi fil-paragrafi 1(a) u 1(b) għandu jsir ta’ 5 %.”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ ħlasijiet diretti li jaqgħu taħt il-limitu nett imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (*) għandhom jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

meta l-limitu msemmi fil-paragrafu 1(a) ma jkunx intuża kollu għall-ħlasijiet effettwati sal-15 ta’ Ottubru tas-sena N + 1 u dak li jifdal mil-limitu jkun ogħla minn 2 %, dak li jifdal għandu jitnaqqas għal 2 %.

(b)

l-ammont totali ta’ ħlasijiet diretti effettwati fis-sena finanzjarja Y, għajr għal ħlasijiet effettwati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (**) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (***), huwa eliġibbli biss għal finanzjament Komunitarju sal-ammont nett totali ta’ ħlasijiet diretti stabbilit għas-sena kalendarja Y-1 skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u, fejn applikabbli, ikkoreġut permezz tal-aġġustament previst fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament;

(c)

l-infiq li jaqbeż il-limiti msemmija fil-punt (a) jew (b) għandu jitnaqqas b’100 %.

Fil-każ ta’ Stati Membri li għad ma ġiex stabbilit limitu għalihom skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limitu nett imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-totali tas-somma tal-limiti individwali għal ħlasijiet diretti għall-Istati Membri konċernati.

(*)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16."

(**)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1."

(***)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.”"

(c)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux ikun applikabbli għal infiq li jaqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 (b).”

2.

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.   L-ammonti miżmumin skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u kwalunkwe interessi li jiġġeneraw li għadhom ma tħallsux skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/2001 (****) jew l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 għandhom jiġu kkreditati lill-FAEG mal-infiq ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata. Fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik imsemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

(****)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 4.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għas-sena finanzjarja 2010 u s-snin finanzjarji ta’ wara, għandu jkun applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)  Fajl Interistituzzjonali: 2008/0103 (CNS).

(4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(5)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 452/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' miżuri għall-bejgħ ta' krema, butir u butir konċentrat fis-suq Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 43, 101 u l-Artikolu 192 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 (2) li stabbilixxa regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna għad-disponiment ta' krema, butir u butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità. Dik l-iskema, ipprovduta bl-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tħassret permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 (3).

(2)

F’dan il-kuntest u bil-ħsieb ta’ żbokki ta’ spiża aktar effikaċi għall-butir ta’ intervent u għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, għandhom jitneħħew ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ tal-butir mill-intervent sabiex jintuża fi prodotti tal-għaġina, f‘ġelati u fi prodotti oħra tal-ikel.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jitħassar.

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2009, l-Artikolu 101 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jitħassar permezz tar-Regolament (KE) Nru 72/2009. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jitħassar mill-istess data. Madankollu, l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 jipprovdi li l-pussess tal-butir jista’ jittieħed mill-20 jum tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar kalendarju indikat fuq il-fattura sal-10 jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar kalendarju indikat fuqha. Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-fatturi li jkunu validi sax-xahar ta' Ġunju 2009, liema xahar huwa inkluż ukoll, il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għandu jibqa' japplika għal dawk il-fatturi.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huwa mħassar.

Madankollu, il-Kapitolu IV ta’ dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika u l-għajnuna tista’ titħallas għal kunsinni tal-butir abbażi tal-fatturi li huma validi sa Ġunju 2009, liema xahar huwa inkluż ukoll.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 453/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ġunju 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

43,39

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

10,29

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

10,29

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

43,39


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.5.2009-28.5.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

211,86

121,76

Prezz FOB USA

210,44

200,44

180,44

100,65

Tariffa fuq il-Golf

11,19

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

11,05

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,77  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,97  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2009

dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Franza

(2009/414/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet magħmula minn Franza,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104 tat-Trattat l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir hu bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 104, kif ikkjarifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir), jaħseb għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistabbilixxi aktar dispożizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistabbilixxi r-regoli ddettaljati u d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Protokoll imsemmi.

(4)

Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir ipprovat issaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tissalvagwarda s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila ta’ żmien. Hu kellu l-għan li jiżgura li b’mod partikolari l-isfond ekonomiku u baġitarju jitqies b’mod sħiħ fil-passi kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir jipprovdi l-qafas li jappoġġa l-politiki tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji mingħjar problemi billi titqies is-sitwazzjoni ekonomika.

(5)

L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jinħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li żbilanċ eċċessiv jeżisti fi Stat Membru jew jista’ jeżisti. Il-Kummissjoni, wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 104(4), ikkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Franza. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat tali opinjoni lill-Kunsill fir-rigward ta’ Franza fl-24 ta’ Marzu 2009 (3).

(6)

L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq li jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni ġenerali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ ta’ Franza, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(7)

Skont id-dejta nnotifikata mill-awtoritajiet Franċiżi fis-6 ta’ Frar 2009, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fi Franza laħaq it-3,2 % tal-PGD fl-2008 (4), għalhekk qabeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD. Ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 104(3) jikkunsidra li l-iżbilanċ kien viċin it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD iżda li l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza ma jistax ikun ikkwalifikat bħala eċċezzjonali fit-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. B’mod partikolari, ma jistax jitqies li hu jirriżulta mir-reċessjoni ekonomika severa fl-2008 fit-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. Skont l-uffiċċju tal-istatistika Franċiż (INSEE), it-tkabbir tal-PGD hu stmat li laħaq 0,7 % tal-PGD fl-2008, wara 2,2 % fl-2007. L-eċċess aktar mill-valur ta’ referenza ma jistax jitqies bħala temporanju. Skont it-tbassir intermedjarju ta’ Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern hu maħsub li jilħaq il-5,4 % tal-PGD fl-2009 u, fuq bażi ta’ ebda bidla fil-politika, għandu jonqos kemm kemm għal 5 % tal-PGD fl-2010 billi l-impatt baġitarju tal-pjan ta’ rkupru jispiċċa gradwalment. Għalhekk il-kriterju ta’ żbilanċ fit-Trattat mhux issodisfatt.

(8)

Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ viċin tal-valur ta’ referenza u li l-eċċess aktar mill-valur ta’ referenza hu temporanju – tkun osservata. Fil-każ ta’ Franza, din il-kundizzjoni doppja mhix osservata. Għalhekk, il-fatturi rilevanti mhumiex qed iqisu l-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti defiċit eċċessiv fi Franza.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(3)  Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE għal Franza jinsabu fil-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/economy_finance/netstartsearch/pdfsearch/pdf.cfm?mode=_m2

(4)  Il-Gvern ħabbar fl-4 ta’ Marzu li l-iżbilanċ kellu jilħaq 3,4 % tal-PGD fl-2008. Din l-istima mhix finali.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2009

dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Greċja

(2009/415/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mill-Greċja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi pubbliċi.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa msejjes fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 104, kif iċċarata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1) (li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), tistipula deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll.

(4)

Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tħares is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Hija mmirat li tiżgura b’mod partikolari li l-isfond ekonomiku u baġitarju jitqies bis-sħiħ fl-istadji kollha fil-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jappoġġja l-linji politiċi tal-gvern għal treġġigħ lura malajr għal pożizzjoni baġitarja soda li tikkunsidra l-qagħda ekonomika.

(5)

L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jitlob li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew li jista’ jinqala’ żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) u wara li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 104(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat opinjoni ta’ din ix-xorta lill-Kunsill fir-rigward tal-Greċja fl-24 ta’ Marzu 2009 (3).

(6)

L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jgħid li l-Kunsill għandu jikkunsidra kwalunkwe osservazzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat jixtieq jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara evalwazzjoni globali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tal-Greċja, din l-evalwazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(7)

L-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fil-Greċja laħaq it-3,5 % tal-PGD fl-2007, u għalhekk qabeż il-valur ta’ referenza tat-3 % tal-PGD. Skont it-tbassir intermedju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali mingħajr il-miżuri ta’ darba huwa stmat li huwa ta’ 3,6 % tal-PGD fl-2008 (jew 3,4 % tal-PGD inklużi l-miżuri ta’ darba). Din l-istima msejsa fuq rata ta’ tkabbir tal-PGD reali ta’ 2,9 % fl-2008 u tikkunsidra l-aħħar tagħrif dwar l-eżekuzzjoni tal-Liġi Baġitarja 2008. Għall-2009, it-tbassir intermedju tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009 jipproġetta l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali mingħajr il-miżuri ta’ darba għal 4,4 % tal-PGD (3,7 % inkluż id-dħul ta’ darba) abbażi ta’ projezzjoni ta’ tkabbir ta’ 0,2 % fil-PGD reali u abbażi ta’ evalwazzjoni prudenti tal-Liġi Baġitarja tal-2009 approvata mill-Parlament fil-21 ta’ Diċembru. Imsejjes fuq l-istess assunzjoni politika tas-soltu u waqt li qed jiġi assunt li jitwaqqfu l-miżuri ta’ darba, l-iżbilanċ tal-2010 huwa projettat għal 4,2 % tal-PGD. Għalhekk, il-kriterju ta’ żbilanċ fit-Trattat ma jintlaħaqx.

(8)

Id-dejn pubbliku gross kien ta’ 94,8 % tal-PGD fl-2007 u ta’ 94,6 % tal-PGD fl-2008, ferm ‘il fuq mill-valur ta’ referenza fit-Trattat ta’ 60 % tal-PGD. Skont it-tbassir intermedju ta’ Jannar 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon ta’ dejn pubbliku għandu jiżdied aktar sa 96,25 % fl-2009 u 98,5 % tal-PGD sal-2010. Il-livelli attwali ta’ żbilanċ u l-istimi ta’ tkabbir fit-terminu l-medju mhumiex kompatibbli ma’ proporzjon ta’ dejn li jikkonverġi ma’ livell ‘l isfel minn 60 % tal-PGD. Il-proporzjon ta’ dejn ma jistax jitqies bħala wieħed li qed jonqos biżżejjed u li qed joqrob lejn il-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti fi ħdan it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(9)

Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘l fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju – tiġi sodisfatta għal kollox. Fil-każ tal-Greċja, din il-kundizzjoni doppja ma ntlaħqitx. Għalhekk, fatturi rilevanti ma jitqisux fil-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn evalwazzjoni kumplessiva jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Greċja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(3)  Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE mibgħuta lill-Greċja huma disponibbli fuq il-websajt:

http://ec.europa.eu/economy_finance/netstartsearch/pdfsearch/pdf.cfm?mode=_m2


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2009

dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fl-Irlanda

(2009/416/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mill-Irlanda,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104 tat-Trattat l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir hu bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 104, kif ikkjarifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir), jaħseb għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistabbilixxi aktar dispożizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll.

(4)

Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir ippruvat issaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll tissalvagwardja s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila ta’ żmien. Ir-riforma kellha l-għan li tiżgura li b’mod partikolari l-isfond ekonomiku u baġitarju jitqies b’mod sħiħ fl-istadji kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji mingħjar problemi billi titqies is-sitwazzjoni ekonomika.

(5)

L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jitlob li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew jista’ jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Il-Kummissjoni, wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 104(4), ikkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fl-Irlanda. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat dik l-opinjoni lill-Kunsill fir-rigward tal-Irlanda fl-24 ta’ Marzu 2009 (3).

(6)

L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq li jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara evalwazzjoni ġenerali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tal-Irlanda, din l-evalwazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(7)

Skont il-programm ta’ stabbiltà kif aġġornat, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fl-Irlanda laħaq is-6,3 % tal-PGD fl-2008, u b’hekk qabeż il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD. L-iżbilanċ ma kienx qrib il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD iżda l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza jista’ jiġi kkwalifikat bħala eċċezzjonali. B’mod partikolari, dan irriżulta minn kriżi ekonomika ħarxa skont it-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. Skont il-previżjoni intermedjarja tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, it-tkabbir reali tal-PGD fl-Irlanda hu previst li kien negattiv bil-kbir fis-sena 2008 (-2 %, kemxejn agħar mit-tbassir tal-awtoritajiet Irlandiżi (ta’ -1,4 %) fl-addendum ta’ Jannar 2009 għall-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà).

(8)

Barra minn hekk, l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza ma jistax jitqies bħala temporanju. Skont il-previżjoni intermedjarja tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, meta wieħed iqis il-miżuri għas-sena attwali fil-baġit għall-2009 (iżda mhux il-pakkett ta’ konsolidament addizzjonali ta’ 1 % tal-PGD imħabbar fi Frar 2009), l-iżbilanċ għandu jikber għal 11 % tal-PGD fl-2009 u, fuq suppożizzjoni li mhu se jkun hemm l-ebda tibdil fil-politika, għandu jkompli jaggrava għal 13 % tal-PGD fl-2010. Il-kriterju ta’ żbilanċ fit-Trattat mhux sodisfatt.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern ġenerali kien jammonta għal 40,6 % tal-PGD fl-2008, b’mod li baqa’ taħt il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD. Madankollu, skont il-previżjoni intermedjarja tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, il-livell tad-dejn għandu jkompli jogħla f’qasir żmien, b’mod li sal-2010 se jwassal għal ksur tal-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD.

(10)

Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ viċin tal-valur ta’ referenza u li l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza hu temporanju – tkun osservata. Fil-każ tal-Irlanda, din il-kundizzjoni doppja mhix osservata. Għalhekk, il-fatturi rilevanti mhumiex qed jitqiesu fl-istadji li jwasslu għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn evalwazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fl-Irlanda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(3)  Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE mibgħuta lill-Irlanda jinsabu fuq dan is-sit:

http://ec.europa.eu/economy_finance/netstartsearch/pdfsearch/pdf.cfm?mode=_m2


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2009

dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fi Spanja

(2009/417/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet li saru minn Spanja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 104 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa msejjes fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għal stabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

(3)

Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 104, kif iċċarata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1), li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, tistipula deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet ulterjuri relatati mal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll.

(4)

Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħah l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tħares is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila ta’ żmien. Hi immirat biex tiżgura b’mod partikolari li l-isfond baġitarju u ekonomiku tqies b’mod partikolari fil-passi kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi qafas biex isostni politiki tal-gvern għal ritorn minnufih għal pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li tqieset is-sitwazzjoni ekonomika.

(5)

L-Artikolu 104(5) tat-Trattat jitlob li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew jista’ jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) tat-Trattat u wara li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 104(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Spanja. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat opinjoni bħal din lill-Kunsill fir-rigward ta’ Spanja fl-24 ta’ Marzu 2009 (3).

(6)

L-Artikolu 104(6) tat-Trattat jgħid li l-Kunsill għandu jikkunsidra kwalunkwe osservazzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat jixtieq li jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni globali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ ta’ Spanja, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

(7)

Skont l-aġġornament ta’ Jannar 2009 tal-programm ta’ stabbiltà, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ta’ Spanja huwa stmat li laħaq it-3,4 % tal-PGD fl-2008, u b’hekk qabeż il-valur referenzjali ta’ 3 % tal-PGD. L-iżbilanċ huwa qrib il-valur referenzjali ta’ 3 % tal-PGD iżda dak li jibqa’ ‘l fuq mill-valur referenzjali ma jistax jiġi kkwalifikat bħala eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’mod partikolari, ma rriżultax minn avveniment mhux tas-soltu jew deterjorament ekonomiku sever fl-2008. Skont il-previżjoni interim tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, it-tkabbir reali tal-PGD fi Spanja huwa stmat li naqas ferm fl-2008 għal-1,2 %, iżda d-diskrepanza bejn il-produzzjoni attwali u potenzjali baqgħet pożittiva ta’1 % tal-PGD. Barra minn hekk, l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza ma jistax jitqies temporanju.

(8)

Skont il-previżjoni interim tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, l-iżbilanċ ta’ bażi ġenerali tal-gvern għandu jiżdied minn 6,2 % tal-PGD fl-2009, inklużi l-miżuri ta’ darba li jżidu l-iżbilanċ li jammontaw għal aktar minn ½ % tal-PGD. Il-previżjoni kienet ibbażata fuq it-tnaqqis tal-PGD pproġettat bi 2 % kif ukoll fuq l-evalwazzjoni prudenti kemm tal-Liġi tal-Baġit tal-2009 u tal-pakkett fiskali mħabbar mill-awtoritajiet Spanjoli fis-27 ta’ Novembru 2008. Abbażi tal-ipotesi tas-soltu dwar il-politiki li ma nbidlux, l-iżbilanċ tal-2010 huwa pproġettat għal 5,7 % tal-PGD. Għalhekk, il-kriterju tal-iżbilanċ fit-Trattat mhuwiex sodisfatt.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern qed jibqa sew taħt il-valur referenzjali ta’ 60 % tal-PGD u fl-2008 kien ta’ 39,5 % tal-PGD skont il-programm ta’ stabbiltà ta’ Jannar 2009. Madankollu, skont il-previżjoni interim tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2009, id-dejn tal-gvern ġenerali għal proporzjon tal-PGD huwa pproġettat li jiżdied b’mod sinifikanti biex jilħaq il-53 % fl-2010.

(10)

Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fil-passi li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 104(6) jekk il-kundizzjoni doppja – li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘il fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju - tiġi sodisfatta għal kollox. Fil-każ ta’ Spanja din il-kundizzjoni doppja ma ġietx sodisfatta. Għalhekk, fatturi rilevanti oħrajn ma jitqisux fil-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fi Spanja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7.

(3)  Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE jinsabu fis-sit li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/netstartsearch/pdfsearch/pdf.cfm?mode=_m2


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2009

li taħtar membru Estonjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/418/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi: konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura Kristina TSHISTOVA sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Reet TEDER, Eesti Kaubandus-Tööstuskoja poliitikadirektor - I grupp - tööandjate esindajad. (Id-Direttriċi tal-Politika tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Estonjana - Grupp I - rappreżentanti ta’ min iħaddem) hija b’dan maħtura bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2009

li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/419/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi l-post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Christine FAES,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Ronny LANNOO, Adviseur-generaal UNIZO, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ŠEBESTA


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


Il-Kummissjoni

30.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Deċizjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3868)

(2009/420/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (2), il-Portugall qiegħed jimplimenta pjan ta’ eradikazzjoni kontra t-tixrid tan-nematodu tal-pini.

(2)

Fis-16 ta’ Jannar 2009 r-Renju Unit informa lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li kien fih PWN ħaj u ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 għal-Linji gwida għar-regolazzjoni tal-materjal għall-imballaġġ tal-injam fil-kummerċ internazzjonali (minn hawn ’il quddiem “l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15”) kif mitlub mid-Deċiżjoni 2006/133/KE.

(3)

Fl-20 ta’ Frar 2009 l-Belġju informa lill-Kummissjoni b’ħames kunsinni mhux konformi ta’ skart tal-injam u qoxra tas-siġra ġejjin mill-Portugall. Il-qoxra tas-siġra interċettata kienet akkumpanjata minn ċertifikati ta’ trattament fitosanitarju għall-fumigazzjoni. Madankollu d-Deċiżjoni 2006/133/KE teħtieġ li l-qoxra tas-siġra tgħaddi minn trattament tas-sħana. Fil-każ tal-kunsinna interċettata ta’ skart tal-injam, barra minn dan, instabu inkonsistenzi fid-dokumentazzjoni mehmuża.

(4)

Fil-11 ta’ Frar 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ qoxra tas-siġar u skart tal-injam ta’ njam suxxettibbli li kien ġej mill-Portugall fejn instab PWN ħaj. Fl-20 ta’ Frar 2009 u t-3 ta’ Marzu 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ njam suxxettibbli li kien ġej mill-Portugall li ma kienx akkumpanjat minn passaport tal-pjanti, kif mitlub skont il-punt 1(a) tal-Anness mad-Deċiżjoni 2006/133/KE. Fit-3, is-6 u t-18 ta’ Marzu 2009, Spanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ kunsinni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 kif mitlub skont id-Deċiżjoni 2006/133/KE.

(5)

Fl-1 ta’ April 2009, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall fejn instab PWN ħaj. Barra minn hekk, fil-21 ta’ April 2009 l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni bl-interċezzjonijiet ta’ erba’ kunsinni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

(6)

Fl-24 ta’ Marzu 2009 u fit-3 ta’ April 2009, il-Litwanja infurmat lill-Kummissjoni bl-interċezzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ tal-injam li kien ġej mill-Portugall li ma kienx immarkat skont l-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

(7)

L-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-Portugall mit-2 sal-11 ta’ Marzu 2009 żvelaw li l-movimenti ta’ materjal tal-injam u mballaġġ tal-injam mhumiex ikkontrollati għal kollox, kif mitlub mid-Deċiżjoni 2006/133/KE. B’mod partikolari, l-ispetturi skoprew bosta każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità filwaqt li kienu qed iwettqu kontrolli tat-triq fil-fruntiera Spanjola. Għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż ir-riskju li l-PWN jinxtered għal żoni ’l barra miż-żoni demarkati fil-Portugall.

(8)

Fid-dawl ta’ dawk is-sejbiet il-ġodda f’bosta Stati Membri u tar-riżultati tal-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni, hemm bżonn li l-Portugall jintensifika l-kontrolli uffiċjali applikati fuq il-moviment ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli miż-żoni demarkati għal żoni oħra sal-livell massimu fattibbli ta’ kontrolli sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni 2006/133/KE ġew sodisfatti. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jiffukaw fuq il-movimenti li jippreżentaw l-ogħla riskju li jxerrdu PWN ħaj ’il barra miż-żoni demarkati. Biex ir-riskji ta’ frodi jkunu limitati, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fejn injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli qed joħorġu miż-żoni demarkati. Ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull ġimgħa biex ikunu jistgħu jsegwu l-iżviluppi tal-qagħda fil-Portugall mill-qrib.

(9)

Barra minn hekk, biex tiżdied is-sorveljanza fuq il-materjali li jistgħu jippromwovu t-tixrid ta’ PWN ħaj fi Stati Membri oħra, huwa xieraq li jissaħħaħ il-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq injam, qoxra tas-siġar u pjanti, li ġejjin mill-Portugall u jiddaħħlu fit-territorju tagħhom. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jikkonsistu minn kontroll dokumentarju, kontroll tal-identità u, kif ikun xieraq, kontroll tas-saħħa tal-pjanti, li tista’ tinkludi ttestjar għall-preżenza ta’ PWN. Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tkun proporzjonata għar-riskju. F’każ ta’ konferma ta’ nuqqas ta’ konformità, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa, kif stipulati fid-Direttiva 2000/29/KE.

(10)

Fil-mument id-Deċiżjoni 2006/133/KE ma tistipulax għal rekwiżiti li jridu jiġu applikati fuq il-movimenti ta’ njam suxxettibbli, li joriġina f’żoni ’l barra miż-żoni demarkati fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid, inkluż dawk li ma żammewx il-wiċċ tond naturali tagħhom, kif ukoll fil-forma ta’ kaxxi tal-imballaġġ, kaxxi, qratel, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, paliti tal-kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-paliti, sew jekk qegħdin effettivament jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip (minn hawn ’il qudiiem “materjal tal-imballaġġ ta’ njam suxxettibbli”) miż-żoni demarkati għal żoni oħra fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi kif ukoll fil-moviment ta’ dawn il-materjali minn parti taż-żona demarkata fejn PWN huwa magħruf li jseħħ fil-parti taż-żona demarkata ddeżinjata bħala żona ta’ lqugħ.

(11)

In-nuqqas ta’ rekwiżiti bħal dawn ġej mill-fatt li mballaġġ ta’ njam suxxettibbli li ma joriġinax miż-żoni demarkati ma jippreżentax riskju ta’ ġarr ta’ PWN anke jekk jiċċirkola fi ħdan iż-żoni demarkati. Madankollu, bħalissa mhuwiex possibbli li ssir distinzjoni bejn materjal tal-imballaġġ ta’ njam bħal dan u materjal tal-imballaġġ tal-injam li joriġina fi ħdan iż-żoni demarkati li ma jkunx immarkat skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 b’kontradizzjoni mad-Deċiżjoni 2006/133/KE.

(12)

Minħabba f’hekk, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, materjal tal-imballaġġ ta’ njam suxxettibbli ta’ kwalunkwe oriġini, li jħalli ż-żona demarkata mingħajr ma jkun immarkat skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 irid jitqies mill-entitajiet uffiċjali responsabblli tal-Istati Membri bħala materjal li mhux konformi mad-Deċiżjoni 2006/133/KE. Għalhekk huwa xieraq li jiġu pprojbiti l-movimenti ta’ materjal bħal dan, li joriġina f’żoni għajr iż-żoni demarkati, miż-żoni demarkati għal żoni għajr dawk iż-żoni demarkati fi Stati Membri jew pajjiżi terzi, kif ukoll moviment ta’ dawk il-materjali mill-parti taż-żoni demarkati fejn huwa magħruf li jseħħ PWN fil-parti taż-żoni demarkati ddeżinjati bħala żona ta’ lqugħ, sakemm il-materjal ma jkunx jista’ jiġi identifikat bħala liberu mir-riskju ta’ tixrid ta’ PWN.

(13)

Materjal bħal dan għandu jkun identifikat bħala liberu mir-riskju li jxerred PWN meta għadda minn wieħed mit-trattamenti approvati speċifikati fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali FAO għall-miżuri Fitosanitarji Nru 15 u ġie mmarkat skont l-Anness II ta’ dan l-Istandard. Bħalissa m’hemm l-ebda alternattiva li tista’ tipprovdi l-istess livell ta’ garanziji mogħtija, b’mod partikolari, li m’hemm l-ebda sistema fis-seħħ fil-livell Komunitarju li teħtieġ li l-entitajiet uffiċjali responsabbli tal-Istati Membri jiċċertifikaw l-oriġini tal-injam użat biex jiġi prodott materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli, u li l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawn mhix possibbli fil-medda l-qasira taż-żmien.

(14)

Hemm indikazzjonijiet li kaxxi magħmula interament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas jikkostitwixxu riskju iktar baxx għat-tixrid ta’ PWN meta mqabbel ma’ daqsijiet eħxen. Għalhekk huwa xieraq li kaxxi bħal dawn jiġu eżentati, tkun xi tkun l-oriġini tal-injam użat biex jipproduċihom, mill-obbligi ta’ trattament u mmarkar kif stipulat fl-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15.

(15)

Sabiex jingħata żmien biżżejjed lill-operaturi biex jaddattaw ruħhom għar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, dan tal-aħħar ma għandux japplika qabel is-16 ta’ Ġunju 2009.

(16)

Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu:

“Meta tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness, il-Portugall għandu japplika l-ogħla livell fattibbli ta’ kontrolli uffiċjali għal movimenti ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli minn żoni demarkati li jinsabu fit-territorju tiegħu għal żoni għajr għal dawk iż-żoni demarkati fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi. Huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-movimenti li jippreżentaw l-ogħla riskju li jxerrdu PWN ħaj ’il barra miż-żoni demarkati. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fil-punti fejn injam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli qed joħorġu miż-żoni demarkati. Ir-riżultati għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull ġimgħa.”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri tad-destinazzjoni għajr għall-Portugall għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq injam, qoxra tas-siġar u pjanti, li jkunu ġejjin mill-Portugall u li ddaħħlu fit-territorju tagħhom. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu kontroll dokumentarju li jinkludi kontroll għall-preżenza u konformità tal-markament skont id-Deċiżjoni, kontroll tal-identità u, kif xieraq, kontroll tas-saħħa tal-pjanti li tista’ tinkludi ttestjar għall-preżenza ta’ PWN.

2.   Kontrolli uffiċjali skont il-paragrafu 1 għandhom jitwettqu bi frekwenza li tiddependi b’mod partikolari fuq ir-riskju marbut mat-tipi differenti ta’ njam, qoxra tas-siġar u pjanti suxxettibbli u l-istorja tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Deċiżjoni tal-operatur responsabbli għall-moviment ta’ njam, qoxra tas-siġar, u pjanti suxxettibbli.

3.   F’każ li n-nuqqasijiet ta’ konformità jkunu kkonfermati wara kontrolli uffiċjali mwettqa skont il-paragrafu 1, għandhom jittieħdu miżuri xierqa, simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/29/KE.”

(3)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-16 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 248.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/133/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt (1) (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

l-injam suxxettibbli fil-forma ta’ serratura, spacers u rfid, inkluż dak li ma għadx għandu l-wiċċ tond naturali tiegħu, kif ukoll fil-forma ta’ kaxxi għall-imballaġġ, kaxxi ħlief kaxxi magħmula interament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, qratel, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, paliti tal-kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-paliti, kemm jekk qed jintużaw għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull tip kif ukoll jekk le, dak l-injam m’għandux jitħalla joħroġ miż-żona demarkata; l-entità uffiċjali responsabbli tista’ tagħmel eċċezzjoni minn din il-projbizzjoni jekk l-injam ikun għadda minn wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar Linji gwida għar-regolazzjoni tal-materjali għall-imballaġġ tal-injam użati fil-kummerċ internazzjonali u mmarkati skont l-Anness II ta’ dan l-Istandard.”

(2)

Il-Punt (2) (g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

l-injam suxxettibbli li joriġina fiż-żoni demarkati fil-forma ta’ kaxxi għall-imballaġġ, kaxxi ħlief kaxxi magħmula interament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas, qratel, tankijiet u ppakkjar simili, paliti, paliti tal-kaxxa u twavel tat-tagħbija oħra, kullari tal-paliti, serratura, spacers u rfid, inklużi dawk li ma żammewz il-wiċċ tond naturali tagħhom prodotti ġodda, għandhom ikunu suġġetti għal wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I tal-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar Linji gwida għar-regolazzjoni tal-materjali għall-imballaġġ tal-injam użati fil-kummerċ internazzjonali u mmarkati skont l-Anness II ta’ dan l-Istandard.”